ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.300.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
I Atti leġislattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġislattivi
REGOLAMENTI
17.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1030/2010
tas-17 ta' Novembru 2010
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
(1) |
Il-Kunsill, wara investigazzjoni ta' anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), permezz tar-Regolament (KE) Nru 1467/2004 (2), impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polyethylene terephthalate (PET) li joriġina inter alia mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-miżuri anti-dumping definittivi”). Il-livelli ta' dazju imposti kienu sa 22,9 % li jikkorrispondu għal 184 EUR/t għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”). |
(2) |
Wara reviżjoni ta' “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2167/2005 (3), emenda r-Regolament (KE) Nru 1467/2004. |
2. Talba għal reviżjoni
(3) |
Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (4) tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ, fit-13 ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba saret mill-Kumitat għall-Polyethylene Terephthalate ta' Plastics Europe (l-applikant) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw sehem maġġuri, f'dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali ta' PET tal-Unjoni. |
(4) |
It-talba għal reviżjoni ta' skadenza kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew f'rikorrenza ta' dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
(5) |
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni qieset li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tinbeda reviżjoni tal-iskadenza. Għaldaqstant, fit-18 ta' Awwissu 2009, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ta' tnedija (5) (“l-avviż ta' tnedija”), il-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
3. Proċedimenti paralleli
(6) |
Huwa nnutat li fit-3 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta' proċediment anti-dumping (6) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku u proċediment kontra s-sussidji (7) skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (8) fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċertu PET li joriġinaw fl-Iran, fil-Pakistan u fl-Emirati Għarab Magħquda. |
(7) |
Il-Kunsill impona dazju kompensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda permezz tar-Regolament (UE) Nru 857/2010 ppubblikat fid-29 ta' Settembru 2010 (9). Fl-istess waqt il-Kummissjoni temmet il-proċediment anti-dumping (10). |
4. L-investigazzjoni
4.1. Il-perjodu ta' investigazzjoni
(8) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti għall-verifika tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sal-aħħar tal-PIR (“il-perjodu kkunsidrat”). |
4.2. Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
(9) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi ilmentaturi, lil produtturi oħrajn magħrufa tal-Unjoni, lill-importaturi/negozjanti u lill-utenti li huma magħrufin li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, lill-produtturi esportaturi u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat, bil-bidu tar-reviżjoni ta' skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta' inizjazzjoni. |
(10) |
Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. |
(11) |
Fid-dawl tal-għadd apparentement kbir ta' produtturi, produtturi esportaturi u importaturi tal-Unjoni, tqies li jkun xieraq, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi analizzat jekk għandux jintuża t-teħid ta' kampjuni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk hux meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u, jekk ikun, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq kienu mitluba li jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-reviżjoni u li jipprovdu t-tagħrif mitlub fl-avviż ta' inizjazzjoni lill-Kummissjoni. |
(12) |
Erbatax-il produttur tal-Unjoni ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tat-tagħrif li ntbagħat mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' ħames produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 65 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni li kkooperaw lil klijenti mhux relatati fl-UE. |
(13) |
Billi kienu biss żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li pprovdew l-informazzjoni mitluba, ma kienx hemm bżonn li jintgħażel kampjun. |
(14) |
Aġent importatur wieħed biss ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż fil-kampjun. Konsegwentament, ma kienx meħtieġ teħid ta' kampjuni fir-rigward ta' importaturi mhux relatati. |
(15) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lill-produtturi esportaturi, u lill-utenti u lill-fornituri kollha magħrufin li huma kkonċernati kif ukoll lil dawk li taw isimhom fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fl-avviż ta' inizjazzjoni. Il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll lill-produtturi magħrufa fl-Istati Uniti (“il-pajjiż analogu maħsub”). |
(16) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mill-ħames produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun, seba' utenti fl-Unjoni, tliet fornituri tal-materja prima u żewġ produtturi fl-Istati Uniti. Barra minn dan, seba' produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ipprovdew id-data ġenerali mitluba għall-analiżi tal-ħsara. Ma ntbagħtet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarji, madankollu, mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
(17) |
Matul l-investigazzjoni, wieħed mill-ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma kienx f'pożizzjoni li jipprovdi d-data kollha mitluba u konsegwentement kellu jitnaqqas għal erba' produtturi li jirrappreżentaw 47 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha li kkooperaw. |
(18) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabilità ta' ssuktar jew rikorrenza ta' dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
(19) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri polyethylene terephthalate b'numru tal-viskożità ta' 78 ml/g jew ogħla, skont l-Istandard ISO 1628-5, li fil-preżent jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 39076020 u li joriġina mir-RPĊ. |
(20) |
L-investigazzjoni tar-reviżjoni kkonfermat is-sejba tal-investigazzjoni oriġinali, li l-prodott ikkonċernat, u l-prodotti manufatturati u mibjugħa mill-produttur esportatur fis-suq domestiku tagħhom u lil pajjiżi terzi, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess użi u karattersitiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu li huma prodotti simili fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. IL-PROBABILITÀ TA' TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING
1. Rimarki preliminari
(21) |
Kif spjegat hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li tiġi applikata l-għażla ta' kampjun fir-rigward tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ. |
(22) |
B'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tkun se twassal gћal tkomplija jew gћal rikorrenza tad-dumping. |
2. Id-dumping ta' importazzjonijiet matul l-PIR
(23) |
Minħabba n-nuqqas ta' volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet mir-RPĊ fl-Unjoni Ewropea, dawn ma ffurmawx bażi għal sejba rappreżentattiva ta' dumping. Għalhekk, ma sar l-ebda kalkolu fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ u għalhekk, l-investigazzjoni iffukat fuq il-probabbiltà li jerġa' jkun hemm dumping. |
3. Żvilupp tal-importazzjonijiet jekk jitħassru l-miżuri
(24) |
Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur fir-RPĊ ma kkoopera f'din l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet hawn taħt joqogħdu fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri d-data tal-Eurostat u t-talba għal reviżjoni. |
3.1. Relazzjoni bejn il-valur normali u l-prezzijiet ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi
(25) |
Billi l-ebda produttur esportatur fir-RPĊ ma kkoopera, il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku ta' pajjiż terz b'ekonomija tas-suq tqabblu mal-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
Il-pajjiż analogu
(26) |
Minħabba li r-RPĊ hija ekonomija fi tranżizzjoni u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur normali kostrutt miksub f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xierqa (“il-pajjiż analogu”), jew il-prezz mill-pajjiż analogu għal pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni, jew, fejn dawn mhumiex possibbli, fuq kwalunkwe bażi oħra raġonevoli, inkluż il-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat b'mod xieraq jekk meħtieġ biex jinkludi marġini ta' profitt raġonevoli. |
(27) |
Fl-avviż ta' bidu, kien previst li l-Istati Uniti tal-Amerika tintuża bħala pajjiż analogu xieraq biex jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkummentaw dwar kemm din l-għażla hija adegwata. Ma wasal ebda kumment jew oġġezzjoni minn kwalunkwe parti f'dan ir-rigward. L-Istati Uniti ntużaw ukoll bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk l-Istati Uniti huma meqjusa bħala pajjiż analogu xieraq. |
Valur normali
(28) |
Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit skont l-informazzjoni vverifikata li waslet mill-produtturi fil-pajjiż analogu, jiġifieri skont il-prezzijiet imħallsa jew li jitħallsu fis-suq domestiku fl-Istati Uniti tal-Amerika, għal tipi ta' prodotti li nstabu li jinbiegħu fl-andament normali tal-kummerċ. |
(29) |
B'konsegwenza ta' dan, il-valur normali ġie stabbilit bħala prezz tal-bejgħ domestiku medju diffirenzjat lil klijenti mhux relatati mill-produtturi li kkooperaw fl-Istati Uniti tal-Amerika. |
(30) |
L-ewwel, għal kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi mill-Istati Uniti li kkooperaw, ġie stabbilit jekk it-total tal-bejgħ domestiku tagħhom tal-prodott simili kienx rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk ammontax għal 5 % jew iktar tal-volum tal-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, il-bejgħ domestiku taż-żewġ produtturi mill-Istati Uniti tqies bħala rappreżentattiv biżżejjed. |
(31) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għall-prodott simili mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti, ġie stabbilit proporzjon tal-bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul l-PIR. |
(32) |
Billi l-volum ta' bejgħ bi profitt tal-prodott simili rrappreżenta inqas minn 80 % tal-volum ta' bejgħ totali tal-prodott simili, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali, ikkalkulat bħala medja differenzjata tal-bejgħ bi profitt. |
Prezz ta' esportazzjoni
(33) |
Kif spjegat hawn fuq, fin-nuqqas ta' volumi ta' importazzjoni sinifikanti u fid-dawl tan-nuqqas ta' xi kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi tar-RPĊ, il-prezz tal-esportazzjoni ġie eżaminat fuq il-bażi tad-data disponibbli mill-istatistiċi tal-esportazzjoni tar-RPĊ dwar il-kwantità u l-valur tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn tlieta mill-aktar swieq importanti tagħha (il-Ġappun, l-Ukraina u l-Istati Uniti), billi din kienet l-aqwa informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-esportazzjonijiet lejn dawn is-swieq irrappreżenta bejn wieħed u ieħor 50 % tal-esportazzjonijiet tar-RPĊ tal-prodott taħt investigazzjoni. |
Tqabbil
(34) |
Id-data mill-istatistiċi tal-esportazzjoni tar-RPĊ uriet li l-prezzijiet ta' esportazzjoni għall-pajjiżi terzi msemmija hawn fuq kienu inqas mill-valur normali stabbilit għar-RPĊ. Fil-fatt, l-investigazzjoni sabet li b'mod ġenerali matul il-PIR din id-differenza fil-prezzijiet varjat bejn 14 % u 38 %. Dan jindika probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping fuq esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati. |
3.2. Kapaċitajiet żejda
(35) |
Fin-nuqqas ta' informazzjoni oħra li tirrigwarda l-produzzjoni u l-kapaċità, l-analiżi saret b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-informazzjoni li hemm fit-talba ta' reviżjoni. |
(36) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni li tindika l-kuntrarju, il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ żdiedet b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-PIR, l-użu tal-kapaċità kien f'livell ta' bejn wieħed u ieħor 72 %. Għalhekk, il-kapaċità żejda kienet sostanzjali u kienet iktar minn 700 000 tunnellata. Billi tattiva din il-kapaċità żejda, il-produzzjoni Ċiniża tista' tissupplixxi sa 23 % tal-konsum tal-Unjoni. |
(37) |
Barra minn hekk, billi l-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ hija mistennija li tiżdied b'rata ħafna ikbar mid-domanda domestika, huwa mistenni li parti kbira minn kull żieda fil-produzzjoni tkun orjentata lejn l-esportazzjoni. |
4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping
(38) |
Meta wieħed iqis li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni lejn is-swieq ewlenin tal-esportazzjoni tar-RPĊ huma inqas mill-valur normali stabbilit waqt il-PIR, u fuq il-bażi taż-żieda fil-kapaċità, huwa probabbli li l-volum ta' esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE sejrin jiżdiedu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping jekk il-miżuri jiskadu. |
(39) |
Fid-dawl ta' dan t’hawn fuq, hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jitħassru. |
D. DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
(40) |
Waqt il-PIR, il-prodott kien immanifatturat minn 17-il produttur fl-Unjoni. Għaldaqstant, it-total prodott minn dawn il-produtturi (stabbilit abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-produtturi li kkooperaw u, għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni, mid-data inkluża fit-talba għal reviżjoni) jitqies għalhekk li jikkostitwixxi l-produzzjoi tal-Unjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(41) |
Minn dawn is-17-il produttur, 12-il produttur ikkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Dawn it-12-il produttur instabu li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f'dan il-każ ta' aktar minn 80 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. It-12-il produttur li kkooperaw, għalhekk, jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“industrija tal-Unjoni”. Il-bqija tal-produtturi tal-Unjoni minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-produtturi l-oħra tal-Unjoni”. Dawn il-produtturi l-oħra tal-Unjoni ma sostnewx l-ilment u lanqas ma oġġezzjonaw għalih b'mod attiv. |
(42) |
Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:
|
(43) |
Huwa nnotat li s-suq tal-UE għall-PET hu kkaratterizzat minn għadd relattivament għoli ta' produtturi, li normalment ikunu jagħmlu parti minn gruppi akbar u l-kwartieri ġenerali tagħhom ikunu barra mill-UE. Is-suq huwa fi proċess ta' konsolidazzjoni b'għadd reċenti ta' akkwiżizzjonijiet u għeluq ta' impriżi. Pereżempju, mill-2009, l-impjanti ta' produzzjini tal-PET ta' Tergal Fibers (Franza), Invista (il-Ġermanja) u Artenius (ir-Renju Unit) għalqu filwaqt li Indorama akkwistat dawk li kienu l-impjanti Eastman fir-Renju Unit u l-Pajjiżi l-Baxxi. |
E. SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI
1. Konsum tal-Unjoni
(44) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, id-data dwar il-volumi ta' importazzjoni għas-suq tal-UE miksuba mill-Eurostat u, fir-rigward tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni, minn stimi bbażati fuq it-talba ta' reviżjoni. |
(45) |
Bejn l-2006 u l-PIR il-konsum fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat żdied bi 11 %. B'mod aktar preċiż, id-domanda apparenti kibret fl-2007 bi 8 %, naqset kemxejn bejn l-2007 u l-2008 (b'2 punti perċentwali) u kompliet żdiedet b'5 punti perċentwali oħra bejn l-2008 u l-PIR. Tabella 1
|
2. Volum, sehem mis-suq u prezzijiet ta' importazzjonijet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(46) |
Il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat fl-UE baqgħu relattivament baxxi u saħansitra naqsu fil-perjodu ikkunsidrat. Dan laħaq 13 483 tunnellata fil-PIR, li jikkorrispondi għal sehem tas-suq ta 0,4 %. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu stabbli bejn l-2006 u l-2008 u naqsu drastikament għal 897 EUR/tunnellata fil-livell CIF fil-PIR, jiġifieri bi 12-il punt perċentwali b'relazzjoni mal-prezzijiet tul l-2008. Tabella 2
|
3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
(a) Importazzjonijiet mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda
(47) |
Kif imsemmi hawn fuq, fil-premessi (6) et seq., saru proċediment anti-dumping u proċediment kontra s-sussidji li jikkonċernaw importazzjonijiet ta' PET mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda b'mod parallel mar-reviżjoni attwali. |
(48) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda fl-UE żdiedu b'mod sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat u laħqu 304 202 tunnellata fil-PIR, li jikkorrispondi għal sehem mis-suq ta' 10,2 %. Il-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet kienu saħansitra iktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Tabella 3
|
(b) Importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea
(49) |
Ir-Repubblika tal-Korea ilha suġġetta għal dazji ta' anti-dumping mis-sena 2000. Madankollu, żewġ kumpaniji Koreani huma soġġetti għal dazju anti-dumping ta' żero u l-investigazzjoni stabbiliet li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea jibqgħu f'livell għoli u fil-perjodu kkunsidrat żdiedu b'mod sinifikanti. L-importazzjonijiet Koreani żdiedu bi kważi 150 % bejn l-2006 u l-PIR u s-sehem mis-suq rispettiv tagħhom żdied minn 3,5 % fl-2006 għal 7,7 % fil-PIR. Tabella 4
|
(50) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Koreani ġeneralment baqa' kemxejn taħt il-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, il-prezzijiet Koreani kienu ogħla mill-prezzijiet medji mir-RPĊ. |
(c) Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija hawn fuq
(51) |
Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi terzi oħra fl-UE żdied kemm kemm fil-perjodu kkunsidrat u laħaq 428 396 tunnellata fil-PIR, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta' 14,3 %. Il-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet huma relattivament għoljin u ogħla mill-prezzijiet rispettivi mir-RPĊ u l-pajjiżi fl-investigazzjonijiet paralleli, kif ukoll ogħla mil-livell medju tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Tabella 5
|
(52) |
Minn dan ta' hawn fuq, jista' jiġi konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kellhom l-ebda impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
4. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
(53) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus ġew eżaminati. |
4.1. Elementi makroekonomiċi
(a) Produzzjoni
(54) |
Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b'4 % bejn l-2006 u l-PIR. B'mod aktar speċifiku, din żdiedet b'5 % fl-2007 għal madwar 2 570 000 tunnellata, iżda naqset sew b'10 punti perċentwali fl-2008 meta mqabbla mal-2007 u żdiedet kemm kemm b'punt perċentwali wieħed bejn l-2008 u l-PIR, meta laħqet madwar 2 300 000 tunnellata. Tabella 6
|
(b) Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
(55) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni żdiedet bi 15 % tul il-perjodu meqjus. B'mod speċifiku, żdiedet b'1 % fl-2007, kompliet tiżdied b'5 punti perċentwali fl-2008 u b'9 punti perċentwali oħra fil-PIR. Tabella 7
|
(56) |
Fl-2006, l-użu tal-kapaċità kien 83 %, li żdied għal 87 % fl-2007 iżda iktar tard niżel għal 75 % fl-2008 u għal 69 % biss fil-PIR. Ir-rata ta' tnaqqis fl-użu fl-2008 u fil-PIR irriflettiet it-tnaqqis fil-produzzjoni u ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni f'dan il-perjodu. |
(ċ) Volum ta' bejgħ
(57) |
Il-volum ta' bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-UE naqas modestament fil-perjodu meqjus. Il-bejgħ żdied b'5 % fl-2007, iżda fis-sena ta' wara naqas kemxejn taħt il-livell tal-2006 u fil-PIR il-bejgħ kien 3 % iktar baxx milli fl-2006, għal madwar 2 100 000 tunnellata. Minħabba l-volum limitat ta' stokkijiet, l-iżvilupp tal-bejgħ jirrifletti sew l-iżvilupp fil-produzzjoni. Tabella 8
|
(d) Sehem mis-suq
(58) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni tilfu 10 punti perċentwali mis-sehem mis-suq, li naqas minn 85 % fl-2006 għal 75 % fil-PIR. Dan it-telf tas-sehem mis-suq jirrifletti l-fatt li, minkejja żieda sostanzjali fil-konsum, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3 % fil-perjodu meqjus. ta' min jinnota li din ix-xejra ta' tnaqqis kienet preżenti wkoll għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Tabella 9
|
(e) Tkabbir
(59) |
Bejn l-2006 u l-PIR, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 %, il-volum ta' bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-UE naqas bi 3 % u s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b'10 punti perċentwali. Għaldaqstant, qed jiġi konkluż li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jibbenefikaw minn xi tkabbir tas-suq. |
(f) Impjiegi
(60) |
Il-livell tal-impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni juri tnaqqis ta' 15 % bejn l-2006 u l-PIR. B'mod aktar speċifiku, l-għadd ta' persuni impjegati naqas b'mod sinifikanti minn 2 400 fl-2006 għal 2 100 fl-2007 jew bi 13 % u baqa' qrib dan il-livell fl-2008 u fil-PIR. It-tnaqqis fl-2007 huwa mera tal-isforzi ta' ristrutturazzjoni minn għadd ta' produtturi tal-UE. Tabella 10
|
(g) Produttività
(61) |
Il-produttività tal-ħaddiema tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (f'tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, żdiedet bi 12 % fil-perjodu meqjus. Dan jirrifletti l-fatt li l-produzzjoni naqset aktar bil-mod mil-livell ta' impjiegi u hija indikazzjoni ta' żieda fl-effiċjenza min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Dan hu partikolarment evidenti fl-2007 meta l-produzzjoni żdiedet filwaqt li l-livell tal-impjiegi naqas u l-produttività kienet 21 % ogħla milli kienet fl-2006. Tabella 11
|
(h) Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet ta' bejgħ
(62) |
Il-medja annwali tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal konsumaturi mhux relatati baqgħet stabbli bejn l-2006 u l-2008, b'madwar 1 100 EUR kull tunnellata. Fil-PIR il-medja annwali tal-prezz tal-bejgħ niżlet bi 12 % u laħqet id-977 EUR/tunnellata. Il-medja annwali tal-prezz tal-bejgħ ma tirriflettix il-flussi ta' kull xahar, jew dawk ta' kuljum, tal-PET fis-suq Ewropew (u dinji) iżda titqies suffiċjenti biex tindika x-xejra matul il-perjodu meqjus. Il-prezzijiet tal-bejgħ ta' PET, normalment isegwu t-tendenzi fil-prezzijiet tal-materja prima prinċipali tiegħu (b'mod partikolari aċidu tereftaliku purifikat – PTA – u monoetilene glikolu – MEG) minħabba li dawn jikkostitwixxu sa 80 % tal-ispiża totali tal-PET. Tabella 12
|
(i) Il-kobor tal-marġini tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-imgħoddi
(63) |
Huwa mfakkar li minħabba l-volumi ta' importazzjoni baxxi ħafna ta' PET milr-RPĊ fil-preżent, ma sar l-ebda kalkolu ta' dumping. Madankollu, kif iddikjarat fil-premessa (39), ġiet stabbilita probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping fuq il-bażi tal-prezzijiet lil pajjiżi terzi u l-kapaċità eċċessiva. Fir-rigward tal-irkupru minn dumping tal-passat, huwa importanti li wieħed jiftakar li wara l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tħabbat wiċċha ma' importazzjonijiet issussidjati mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda, u f'Ġunju 2010, dan wassal għall-impożizzjoni ta' miżuri kumpensatorji provviżorji (11). Għalhekk, ma seta' jiġi stabbilit ebda rkupru attwali mid-dumping tal-imgħoddi u huwa meqjus li l-industrija tal-Unjoni tibqa' vulnerabbli għall-effett ta' dannu ta' kwalunkwe importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni. |
4.2. Elementi mikroekonomiċi
(a) Stokkijiet
(64) |
Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tal-produtturi inklużi fil-kampjun naqas bejn l-2006 u l-PIR bi 22 %. ta' min jinnota li l-istokkijiet jirrappreżentaw anqas minn 5 % tal-produzzjoni annwali u għaldaqstant ir-rilevanza ta' dan l-indikatur fl-analiżi tal-ħsara hija limitata. Tabella 13
|
(b) Pagi
(65) |
L-ispiża tax-xogħol annwali żdiedet bi 11 % bejn l-2006 u l-2007 qabel ma naqas b'2 punti perċentwali fl-2008 meta mqabbel mal-2007 u b'9 punti perċentwali oħra fl-PIR meta mqabbel mal-2008 b'mod li laħaq l-istess livell fl-2006. B'mod ġenerali, l-ispejjeż tax-xogħol għalhekk baqgħu stabbli. Tabella 14
|
(c) Profittabbiltà u redditu mill-investimenti
(66) |
Matul il-perjodu meqjus, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-produtturi inklużi fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati, espressa bħala perċentwali ta' bejgħ nett, baqgħet negattiva u saħansitra niżlet minn –6,9 % għal –7,5 %. B'mod aktar speċifiku, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun tjiebet fl-2007 meta t-telf nett kien jammonta biss għal –1,5 % tal-bejgħ nett, iżda t-telf żdied sew fl-2008 għal –9,3 %. Is-sitwazzjoni tjiebet kemxejn fil-PIR. Tabella 15
|
(67) |
Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”), espress bħala l-profitt f'perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-investimenti, segwa b'mod wiesa' x-xejra ta' profittabbiltà. Dan żdied minn livell ta' –9,6 % fl-2006 għal –3,1 % fl-2007. Huwa naqas għal –16,8 % fl-2008 u reġa' żdied fil-PIR għal –12,3 %. B'mod ġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti baqa' negattiv u mar lura bi 2,7 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus. |
(d) Fluss tal-likwidità u kapaċità li jiżdied il-kapital
(68) |
Il-fluss tal-likwidità netta minn attivitajiet operattivi kien negattiv, fil-livell ta' –18,5 miljun EUR fl-2006. Hija tjiebet b'mod sinifikanti fl-2007 meta saret pożittiva fl-ammont ta' 19,5 miljun EUR, iżda ddeterjorat bil-kbir fl-2008 (–42 miljun EUR) qabel laħqet l-ammont negattiv ta' –11 miljun EUR fil-PIR. B'mod ġenerali, il-fluss tal-likwidità tjieb fil-perjodu meqjus għalkemm baqa' negattiv. |
(69) |
Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni sabet diffikultajiet biex tkabbar il-kapital, l-aktar minħabba li wħud mill-produtturi huma inkorporati fi gruppi akbar. Tabella 16
|
(e) Investimenti
(70) |
L-investimenti annwali tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun fil-produzzjoni tal-prodott simili naqsu b'34 % bejn l-2006 u l-2007, b'59 punt perċentwali oħra bejn l-2007 u l-2008 u mbagħad naqsu kemxejn fil-PIR meta mqabbla mal-2008. Kollox ma' kollox, l-investimenti naqsu b'96 % matul il-perjodu meqjus. Din il-waqgħa drastika fl-investimenti tista' tiġi spjegata parzjalment minħabba li fl-2006 u fl-2007 nkisbu linji ġodda ta' produzzjoni bil-għan li jżidu l-kapaċità. Tabella 17
|
(71) |
Il-livell baxx ta' investiment fl-2008 u fil-PIR, jitqies li huwa riżultat ta' sitwazzjoni finanzjarja vulnerabbli attwali tal-industrija tal-Unjoni. |
5. Il-konklużjoni dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni
(72) |
L-analiżi tad-data makroekonomika turi li tul il-perjodu meqjus il-produtturi tal-Unjoni naqqsu l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom. Għalkemm it-tnaqqis osservat ma kienx daqshekk drammatiku, dan irid jitqies fil-kuntest taż-żieda fid-domanda bejn l-2006 u l-PIR, li wasslet għat-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni b'10 punti perċentwali għal 75 %. |
(73) |
Fl-istess waqt l-indikaturi mikroekonomiċi rilevanti juru deterjorament ċar tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment baqgħu negattivi u komplew jinżlu b'mod ġenerali bejn l-2006 u l-PIR. Minkejja żvilupp pożittiv ġenerali, il-likwidità wkoll baqgħet negattiva fil-PIR. |
(74) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni kompliet issofri dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku u li s-sitwazzjoni tagħha hija fraġli u vulnerabbli ħafna u 'l bogħod ħafna mil-livelli li jistgħu jkunu mistennija li kieku rkuprat mid-dannu li nstab fl-investigazzjoni oriġinali. |
F. IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DANNU
1. L-impatt tal-volum proġettat tal-importazzjonijiet u l-effetti tal-prezzijiet f'każ ta' revoka tal-miżuri
(75) |
Kif ġie konkluż fil-premessa (38) hawn fuq, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ għandhom kapaċitajiet żejda sinifikanti u potenzjal ċar li jżidu l-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni. |
(76) |
Il-prezzijiet CIF tal-esportazzjoni tal-PET li joriġina mir-RPĊ kienu aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni fil-PIR. Huwa nnotat li d-differenza ma kinitx waħda sinifikanti u minħabba li dawn l-importazzjonijiet huma soġġetti għal dazju doganali konvenzjonali u għal xi ħlasijiet wara l-importazzjoni, huma ma kellhomx inaqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni prevalenti fil-PIR. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-informazzjoni mill-proċeduri paralleli kontra s-sussidji msemmija fil-premessa (6) turi li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-PIR tnaqqsu b'mod sinifikanti minħabba l-importazzjonijiet issussidjati mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda. Għalhekk, il-fatt li ma kien hemm ebda tnaqqis attwali fil-prezzijiet matul il-PIR ma jfissirx li jekk l-importazzjonijiet mir-RPĊ ikomplu, il-livelli tal-prezzijiet tagħhom ma jkunux ta' dannu. |
(77) |
Tabilħaqq, tqabbil tal-prezzijiet tal-importazzjoni attwali mir-RPĊ mal-livell tal-prezzijiet mingħajr dannu wera li l-importazzjonijiet mir-RPĊ għandhom inaqqsu l-prezzijiet (mingħajr dannu) tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta' dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, kwalunkwe volum miżjud ta' importazzjonijiet li x'aktarx ikunu l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ jeżerċitaw pressjoni tal-prezzijiet saħansitra aktar b'saħħitha fuq l-industrija tal-Unjoni u jikkawżaw dannu. |
(78) |
Barra minn hekk, minħabba l-kapaċitajiet żejda eżistenti għall-PET fir-RPĊ, flimkien mal-fatt li l-esportaturi fir-RPĊ fil-probabbiltà kollha jippruvaw jerġgħu jiksbu l-ishma tagħhom mitlufa mis-suq, revoka tal-miżuri wisq probabbli tirriżulta fi prezzijiet ta' esportazzjoni aktar baxxi. Dan isaħħaħ il-pressjoni tal-prezzijiet b'impatt negattiv ulterjuri mistenni fuq is-sitwazzjoni diġà vulnerabbli u b'danni materjali tal-industrija tal-Unjoni. |
(79) |
Għalkemm l-effett tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fuq l-istat prekarju attwali tal-industrija tal-Unjoni kien limitat minħabba l-livelli baxxi ta' importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat, wisq probabbli li dan jinbidel, f'każ li l-miżuri jitħassru. Intant, li kieku l-miżuri jitħassru u l-industrija tal-Unjoni tkun esposta għal volumi akbar mir-RPĊ bi prezzijiet iddampjati, dan jirriżulta f'deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni finanzjarja diġà prekarja tagħha u f'aktar telf. |
2. Il-konklużjonijiet dwar it-tkomplija/ir-rikorrenza tad-dannu
(80) |
Fuq din il-bażi, ġie konkluż li t-tħassir tal-miżuri kontra r-RPĊ x'aktarx li tirriżulta fit-tkomplija ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
G. INTERESS TAL-UNJONI
(81) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interessi tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw b'konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
(82) |
Ta' min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, tqies li l-adozzjoni tal-miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-din l-investigazzjoni hija reviżjoni, u għaldaqstant tanalizza sitwazzjoni fejn miżuri anti-dumping diġà kienu jeżistu, tippermetti l-evalwazzjoni ta' kull impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping ta' bħalissa. |
(83) |
Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping li jkun ta' dannu, kienx hemm raġunijiet kompulsivi li jwasslu għall-konklużjoni li f'dan il-każ partikolari, mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li żżomm il-miżuri. |
1. Interess tal-industrija tal-Unjoni u produtturi oħra tal-Unjoni
(84) |
It-tkomplija tal-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat iżżid il-possibbiltà għall-industrija tal-Unjoni li tilħaq livell raġonevoli ta' profittabilità, billi tgħin sabiex jiġi evitat li l-industrija tal-Unjoni tiġi mbuttata 'l barra mis-suq minħabba l-volumi sostanzjali ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ. Fil-fatt, hemm probabbiltà ċara li jkun hemm dumping ta' dannu f'volumi sostanzjali li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista' tirreżisti. L-industrija tal-Unjoni għalhekk tkompli tibbenefika miż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali. |
(85) |
Għaldaqstant, ġie konkluż li jidher ċar li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kontra r-RPĊ hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni u ta' produtturi oħrajn tal-Unjoni. |
2. Interess ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni
(86) |
Kif indikat hawn fuq, kien biss aġent importatur wieħed li ppreżenta xi informazzjoni fl-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni. Dan l-aġent oppona t-tkomplija tal-miżuri bil-qawwa għalkemm ma ddikjara ebda importazzjoni mir-RPĊ. Konsegwentament, ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri kontra r-RPĊ ma għandu jkollha ebda impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni ta' dan l-aġent. |
(87) |
Ebda importatur ieħor ma ressaq tagħrif rilevanti. Minħabba li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn fejn bħalissa hemm miżuri anti-dumping fis-seħħ ma waqfux u li l-importazzjonijiet huma disponibbli minn pajjiżi li ma għandhom l-ebda miżuri anti-dumping (pereżempju l-Oman, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Brażil), ġie kkunsidrat li l-importaturi jistgħu jkomplu jfittxu mis-sorsi alternattivi ta' provvista. |
(88) |
Meta wieħed iqis li ma hemm ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwaw lill-importaturi b'mod konsiderevoli, ġie konkluż li t-tkomplija tal-miżuri mhix se taffettwa lill-importaturi tal-Unjoni sa ebda punt sinifikanti. |
3. Interess tal-fornituri tal-materja prima fl-Unjoni
(89) |
Tliet fornituri ta' materja prima (tnejn tal-PTA u wieħed tal-MEG) ikkooperaw fl-investigazzjoni billi ressqu t-tweġiba għall-kwestjonarju fiż-żmien stipulat. L-għadd ta' persunal impjegat fil-faċilitajiet Ewropej tagħhom u involut fil-produzzjoni tal-PTA/MEG kien ta' madwar 700. |
(90) |
Il-produtturi tal-PTA li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 50 % tax-xiri ta' PTA tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-produtturi tal-PTA jiddependu bil-kbir fuq l-istat tal-produtturi tal-PET li jikkostitwixxu l-klijenti ewlenin tagħhom. Il-prezzijiet baxxi tal-PET iwasslu għal prezzijiet aktar baxxi tal-PTA u marġnijiet aktar baxxi għall-produtturi tal-PTA. Konsegwentement, hu meqjus li l-produtturi tal-PTA għandhom jibbenefikaw mill-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet iddampjati ta' PET. |
(91) |
Għall-fornitur tal-MEG li kkoopera, l-MEG jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-fatturat totali tiegħu. ta' min isemmi li fir-rigward tal-MEG, il-PET mhuwiex l-unika applikazzjoni possibbli tiegħu, u lanqas dik ewlenija, u l-produtturi tal-MEG jiddependu inqas fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-PET. Minkejja dan, id-diffikultajiet tal-industrija tal-PET jista' jkollhom impatt limitat fuq il-fornituri tal-MEG, tal-inqas fuq medda qasira u medja ta' żmien. |
(92) |
Minħabba dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li t-tkomplija tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ tkun fl-interess tal-fornituri ta' materja prima. |
4. L-interess tal-utenti
(93) |
Il-PET suġġett għal dan il-proċediment (jiġifieri bin-numru tal-viskożità ta' 78 ml/g jew ogħla, l-hekk imsejjaħ “grad ta' flixkun” (bottle grade)) jintuża l-aktar biex jiġu prodotti fliexken għall-ilma u xarbiet oħra. L-użu tiegħu għall-produzzjoni ta' pakketti oħra (ikel solidu jew deterġenti) u għall-produzzjoni tal-folji qiegħed jiżviluppa, iżda għadu relattivament limitat. Il-fliexken tal-PET jiġu prodotti f'żewġ stadji. (i) l-ewwel issir preforma bl-injezzjoni ta' PET bil-forma u (ii) wara l-preforma tissaħħan u tintefaħ fi flixkun. Ir-realizzazzjoni tal-fliexken tista' tkun proċess integrat (jiġifieri l-istess kumpanija tixtri l-PET, tipproduċi l-preforma u tonfoħha fil-flixkun) jew wieħed limitat għat-tieni stadju (l-infiħ tal-preforma fi flixkun). Il-preforom jistgħu jiġu trasportati b'mod relattivament faċli minħabba li huma żgħar u densi, filwaqt li l-fliexken vojta huma instabbli u minħabba d-daqs tagħhom it-trasport tagħhom huwa għali ħafna. |
(94) |
Il-fliexken tal-PET jimtlew bl-ilma u/jew b'xarbiet oħra mill-kumpaniji tal-ibbottiljar (“il-bottiljaturi”). Il-bottiljaturi sikwit ikunu involuti fin-negozju tal-PET jew permezz ta' proċessi integrati ta' realizzazzjoni tal-fliexken jew permezz ta' ftehimiet dwar ħlasijiet (tolling) ma' konvertituri subkontrattati u/jew produtturi tal-fliexken li jinnegozjaw il-prezz tal-PET għalihom mal-produttur (soft tolling) jew anke jixtru l-PET għall-fliexken tagħhom stess (hard tolling). |
(95) |
Għaldaqstant, jeżistu żewġ gruppi ta' utenti:
|
(96) |
Aktar minn 70 utent ġew ikkuntattjati f'din l-investigazzjoni, imma sebgħa minnhom biss (konvertituri u bottiljaturi) iddeċidew li jikkooperaw billi jimlew kwestjonarju. |
(97) |
Ġie stabbilit li l-utenti li kkooperaw importaw biss kwantitajiet negliġibbli ta' PET mill-pajjiż ikkonċernat u kisbuhom b'mod predominanti mill-produtturi tal-Unjoni u/jew minn pajjiżi oħrajn. |
(98) |
Minħabba li s-sorsi alternattivi ta' provvista jkomplu jeżistu u li bħalissal-utenti importaw biss volumi limitati ħafna tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ, ġie konkluż li t-tkomplija tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ mhijiex mistennija li jkollha effett negattiv sinifikanti fuq l-utenti fl-Unjoni. |
(99) |
Wara l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien intiż li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu, xi partijiet interessati, b'mod partikolari utenti, ressqu l-kummenti tagħhom. |
(100) |
Il-produtturi tal-Unjoni li talbu r-reviżjoni bażikament qablu mas-sejbiet tal-investigazzjoni u b'mod partikolari mal-konklużjonijiet fir-rigward tal-interessi tal-Unjoni. |
(101) |
Mill-banda l-oħra seba' utenti u għaqda waħda tal-utenti esprimew l-oppożizzjoni qawwija tagħhom kontra l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri ani-dumping attwali, li jsostnu li s-sejbiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-interess tal-Unjoni juru defiċjenzi u ineżattezzi serji; madankollu, mingħajr ma sostnew aktar fil-fond il-pretensjonijiet tagħhom. |
(102) |
Minħabba n-nuqqas ta' evidenza li tappoġġja l-pretensjonijiet fir-rigward tal-ineżattezzi allegati tas-sejbiet tal-Kummissjoni, dawn il-pretensjonijiet huma miċħuda u bla bażi. |
(103) |
Wara l-iżvelar l-aġent importatur li kkoopera oppona bil-qawwa wkoll l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri. |
(104) |
Din il-parti interessata sostniet li l-Kummissjoni naqset milli tqis sew l-interess tal-industrija tal-utenti tal-PET, li allegatament ibatu minn kull żieda fil-prezz tal-PET peress li ma jkunux f'pożizzjoni li jkunu jistgħu jgħaddu kwalunkwe żieda fl-ispejjeż fuq ħaddieħor. |
(105) |
F'dan ir-rigward ta' min jinnota li din il-parti interessata naqset milli turi kif fil-prattika ż-żamma ta' miżuri li diġà jeżistu jistgħu jwasslu għal ebda żieda fil-prezz tal-PET fuq is-suq tal-Unjoni u sa liema punt. |
(106) |
Ta' min itenni li minħabba l-kooperazzjoni relattivament baxxa tal-utenti f'din l-investigazzjoni, ma hemm l-ebda informazzjoni fuq il-fajl li juri li t-tkomplija tal-miżuri jkollha effetti sproporzjonati fuq l-utenti. |
(107) |
Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, huwa meqjus li ż-żamma tal-miżuri mhux se tħalli effetti negattivi sproporzjonati fuq il-livell tal-prezzijiet tal-PET fl-UE u b'hekk il-pretensjoni li tirrigwarda l-effetti negattivi fuq il-livell tal-prezzijiet tal-PET fl-UE u b'hekk il-pretensjoni li tirrigwarda l-impatt negattiv fuq l-utenti, kif ippreżentat mill-aġent importatur, huwa miċħud. |
(108) |
L-istess parti interessata ssostni li l-Kummissjoni naqset milli teżamina l-impatt tat-tkomplija tal-miżuri attwali fuq il-kumpaniji tal-ippakkettjar tal-PET u li għaldaqstant l-analiżi tal-interess tal-Unjoni mhu la korrett u lanqas komplut. |
(109) |
Ta' min itenni f'dan ir-rigward li wara l-bidu ta' din ir-reviżjoni ppreżentaw ruħhom biss seba' utenti u l-informazzjoni disponibbli fil-qafas ta' dan il-proċediment ma ppermettiex l-analiżi tal-interess ta' dan is-sottogrupp ta' utenti fl-Unjoni. |
(110) |
Il-kummenti mressqa wara l-iżvelar inklużi l-kummenti mill-kumpaniji li jippakkettjaw ma kinux sostanzjati (kif indikat hawn fuq fil-premessi (101) u (102)) u ma setgħux jintużaw għal analiżi iktar eżawrjenti li tikkonċerna l-industrija tal-ippakkettjar. |
5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(111) |
Wara li ġew ikkunsidrati l-fatturi kollha deskritti hawn fuq, ġie konkluż li ma hemmx raġunijiet kompulsivi kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali. |
H. MIŻURI ANTI-DUMPING
(112) |
Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu. Ingħata wkoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara li sar dan l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti kienu debitament ikkunsidrati, fejn kien hemm bżonn. |
(113) |
Minn dak li ntqal fuq jirriżulta, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-PET li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jinżammu. ta' min ifakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f'dazji speċifiċi. |
(114) |
Ir-rati ta' dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali f'dan ir-Regolament huma unikament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn dawn il-kumpaniji u b'hekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fl-Artikolu 1(2) b'isimha u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet konnessi ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(115) |
Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju anti-dumping individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (12) minnufih flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata ma', pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont kif ikun meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista ta' kumpaniji li jgawdu minn rati ta' dazju individwali, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) Dazju anti-dumping definittiv huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate b'numru ta' viskożità ta' 78 ml/g jew ogħla, skont l-Istandard ISO 1628-5, li bħalissa jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 39076020 u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
(2) Ir-rata ta' dazju anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (EUR/t) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
RPĊ |
Sinopec Yizheng Chemical Fibre Company Ltd, |
184 |
A505 |
Changzhou Worldbest Radici Co. Ltd, |
0 |
A506 |
|
Jiangyin Xingye Plastic Co. Ltd, |
157 |
A507 |
|
Far Eastern Industries Shanghai Ltd, |
22 |
A508 |
|
Yuhua Polyester Co. Ltd. of Zhuhai, |
184 |
A509 |
|
Jiangyin Chengsheng New Packing Material Co., Ltd |
45 |
A510 |
|
Guangdong Kaiping Polyester Enterprises Group Co. and Guangdong Kaiping Chunhui Co. Ltd. |
184 |
A511 |
|
|
Yibin Wuliangye Group Push Co., Ltd. (Sichuan) and Yibin Wuliangye Group Import & Export Co., Ltd. (Sichuan) |
184 |
A512 |
Hubei Changfeng Chemical Fibres Industry Co. Ltd |
151 |
A513 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
184 |
A999 |
(3) F'każijiet fejn il-merkanzija sofriet danni qabel ma daħlet fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz li attwalment tħallas jew li għandu jitħallas huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (13), l-ammont ta' dazju anti-dumping, ikkalkolat fuq il-bażi tal-paragrafu 2 ta' hawn fuq, għandu jkun imnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz li attwalment tħallas jew li għandu jitħallas.
(4) Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li huma fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazju doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REYNDERS
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 271, 19.8.2004, p. 1.
(3) ĠU L 345, 28.12.2005, p. 11.
(5) ĠU C 194, 18.8.2009, p. 9.
(6) ĠU C 208, 3.9.2009, p. 12.
(8) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(9) ĠU L 254, 29.9.2010, p. 10.
(10) ĠU L 254, 29.9.2010, p. 40.
(11) ĠU L 134, 1.6.2010, p. 25.
(12) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat H, NERV-105, B-1049 Brussell.
(13) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.