ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.299.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 299

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
17 ta' Novembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1040/2010 tas-16 ta’ Novembru 2010 li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1041/2010 tas-16 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 479/2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2010 tas-16 ta’ Novembru 2010 li jimponi dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1043/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jipprojbixxi s-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jipprojbixxi s-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1045/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-arringi fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

33

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

35

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jipprojbixxi s-sajd għal-linarda fl-ilmijiet tal-Komunità u fl-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' II, IV u V min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

37

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1048/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp fi IIIa; l-ilmijiet tal-UE ta' IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

39

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1049/2010 tas-16 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

41

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1050/2010 tas-16 ta’ Novembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

43

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/692/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2010 li tirrikonoxxi l-karattru operattiv kompletament tad-dejtabejż Latvjana għall-annimali bovini (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7782)

45

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/648/UE tal-14 ta’ Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005( ĠU L 287, 4.11.2010 )

46

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1040/2010

tas-16 ta’ Novembru 2010

li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 tas-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ffirmaw ftehim dwar kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar fit-26 ta’ Ottubru 2007 (2) (‘il-Ftehim’).

(2)

L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim jistipula li kwantitajiet mhux użati f’sena speċifika jistgħu jintużaw għas-sena ta’ wara sa massimu ta’ 7 % tal-limitu rilevanti kwantitattiv imsemmi fl-Anness II tal-Ftehim.

(3)

Bħal fl-2009, ir-Russja għarrfet lill-Unjoni Ewropea bl-intenzjoni tagħha li tuża d-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 3(3) fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-Ftehim. B’riżultat tat-talba Russa, huwa xieraq li jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-limiti kwantitattivi għas-sena 2010.

(4)

L-Artikolu 10 jistipula li ma’ kull tiġdid annwali, il-kwantitajiet f’kull grupp ta’ prodotti għandhom jiżdiedu bi 2,5 %.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 għandu jkun emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2010 imsemmija fl-Anness V għar-Regolament (KE) 1342/2007 jinbidlu ma’ dawk imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2011 li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim tal-2007 bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar huma stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Gurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 52.


ANNESS I

LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2010

(tunnellati)

Prodotti

Sena 2010

Prodotti ċatti SA.

SA1. Kojl

1 117 305

SA2. Pjanċa Tqila

310 167

SA3. Prodotti ċatti oħrajn

670 709

SA4. Prodotti lligati

118 360

SA5. Pjanċi kwarto lligati

28 196

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-ksieħ u miksijin

123 999

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

62 018

SB2. Virga

365 262

SB3. Prodotti twal oħrajn

574 233

Nota:

SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti

Minn SA1 sa SA6 u minn SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti


ANNESS II

LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2011

(tunnellati)

Prodotti

Sena 2011

Prodotti ċatti SA.

SA1. Kojl

1 114 582

SA2. Pjanċa Tqila

296 145

SA3. Prodotti ċatti oħrajn

640 750

SA4. Prodotti lligati

113 074

SA5. Pjanċi kwarto lligati

26 922

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-ksieħ u miksijin

118 458

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

59 229

SB2. Virga

348 913

SB3. Prodotti twal oħrajn

545 984

Nota:

SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti

Minn SA1 sa SA6 u minn SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1041/2010

tas-16 ta’ Novembru 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 479/2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 479/2010 (2) jipprovdi għan-notifika mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-prezzijiet għal kull xahar għat-trab tal-ħalib xkumat użat bħala għalf tal-annimali. Peress li din l-informazzjoni hi element essenzjali għall-ġestjoni tas-suq intern, ikun xieraq li titbiddel għal notifika ta’ kull ġimgħa.

(2)

L-għan tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 479/2010 hu biex iserrħu lill-Istati Membri min-notifiki tal-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni fi ġranet meta ma jkunux ġew stabbiliti rifużjonijiet jew rifużjonijiet b’rata żero għall-prodotti msemmija fil-Parti 9 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3) Jidher li l-abbozzar attwali tad-dispożizzjoni jista’ jwassal għal interpretazzjoni ħażina. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi pprovduta formulazzjoni aktar ċara.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 479/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 479/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6(1), il-punt (b) jinbidel b’li ġej:

“(b)

fejn xieraq, li l-ebda applikazzjoni ma tkun ġiet sottomessa dakinhar, minbarra meta l-ebda prodott imsemmi fil-Parti 9 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (*); ikun suġġett għal rifużjoni jew meta tkun applikabbli biss rifużjoni b’rata żero;

(*)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.”"

(2)

L-Annessi I.A u I.B huma mibdula bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 135, 2.6.2010, p. 26.

(3)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.


ANNESS

ANNESS I.A

NOTIFIKA TA’ KULL ĠIMGĦA

Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 479/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA – DĠ AGRI.C.4 – L-UNITÀ TAL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI

 

Stat Membru: …

 

Persuna ta’ kuntatt: …

 

Telefown: …

 

Feks: …

 

Indirizz tal-posta elettronika: …


Prodott

Kodiċi tan-NM

Unità rappreżentattiva tal-ippakkjar

Rimarki

1.

Trab tax-xorrox

0404 10 02

25  kg

 

2.

Trab tal-ħalib xkumat li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità meħtieġa għal intervent

0402 10 19

25  kg

 

3.

Trab tal-ħalib xkumat għall-għalf

0402 10 19 ANIM

20  t

 

4.

Trab tal-ħalib intier

0402 21 19

25  kg

 

5.

Butir - mhux immellaħ

0405 10 19

25  kg

 

6.

Butir - mhux immellaħ

0405 10 11

250  g

 

7.

Żejt tal-butir

0405 90 10

200  kg

 

8.

Cheddar, 45 sa 50 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 21

 (1)

 

9.

Gouda, 45 sa 50 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 78

 (1)

 

10.

Edam, 40 sa 45 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 23

 (1)

 

11.

Emmental, 45 sa 50 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 13

 (1)

 

ANNESS I.B

NOTIFIKA TA’ KULL XAHAR

Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 479/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA – DĠ AGRI.C.4 – L-UNITÀ TAL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI

 

Stat Membru: …

 

Persuna ta’ kuntatt: …

 

Telefown: …

 

Feks: …

 

Indirizz tal-posta elettronika: …


Prodott

Kodiċi tan-NM

Unità rappreżentattiva tal-ippakkjar

Rimarki

1.

Kaseina

3501 10

25 kg (xkejjer)

 

2.

Ġobnijiet:

 

 

 

 

 (2)

 

 

 (2)

 

 

 (2)

 

 

 (2)

 

 

 (2)

 


(1)  Għall-ġobnijiet, in-notifika għandha tirreferi għall-unità rappreżentattiva tal-ippakkjar.

(2)  Għall-ġobnijiet, in-notifika għandha tirreferi għall-unità rappreżentattiva tal-ippakkjar.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1042/2010

tas-16 ta’ Novembru 2010

li jimponi dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-18 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (Avviż ta’ bidu), il-bidu ta’ proċedura antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċedura antidumping ingħatat bidu wara lment imressaq fl-4 ta’ Jannar 2010 minn CEPIFINE, l-assoċjazzjoni Ewropea tal-fabbrikanti tal-karta fina, (“il-kwerelant”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-karta fina miksija. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping ta’ dan il-prodott u ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċedura.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lill-produtturi tal-Unjoni oħrajn magħrufa, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ u assoċjazzjoni ta’ produtturi (assoċjazzjoni tal-karti), lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, lil importaturi magħrufa u lil utenti magħrufa dwar il-bidu tal-proċedura. Il-Kummissjoni avżat ukoll lill-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika (l-Istati Uniti) u lill assoċjazzjoni ta’ produtturi (assoċjazzjoni tal-karti) u, aktar tard, lil produttur fit-Tajlandja dwar il-bidu tal-proċeduri, peress li l-Istati Uniti u t-Tajlandja t-tnejn kienu kkunsidrati bħala pajjiżi possibilment analogi. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu għal seduta ta’ smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Avviż ta’ Bidu. Il-partijiet kollha interessati li talbu hekk u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu ingħataw seduta ta’ smigħ.

(4)

Fid-dawl tan-numru li deher għoli ta’ produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi mhux relatati, ġie kkunsidrat it-teħid ta’ kampjuni fl-Avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex jippermettu li l-Kummissjoni tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni u jekk iva, biex tagħżel kampjuni, il-produtturi esportaturi kollha u l-assoċjazzjoni tal-karti magħrufa tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni u l-importaturi mhux relatati kollha magħrufa ġew mitluba jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-Avviż ta’ bidu, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom b’rabta mal-prodott ikkonċernat (kif definit fit-taqsima 2.1 t’hawn taħt) matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009. L-awtoritajiet tar-RPĊ ukoll ikkonsultati.

(5)

Kif spjegat fil-premessa 28 t’hawn taħt, żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi pprovdew it-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Abbażi ta’ dak t’hawn fuq ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(6)

Sabiex il-produtturi magħrufa li jesportaw fir-RPĊ jitħallew jissottomettu talba għat-trattament tal-ekonomija tas-suq (TES) jew trattament individwali (TI), jekk xtaqu hekk, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talba lill-produtturi esportaturi magħrufa li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Kif spjegat fil-premessi 33 u 53 t’hawn taħt, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ talab TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew TI jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet għal TES, filwaqt li grupp ieħor ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ talab għal TI.

(7)

Kif spjegat fil-premessa 29 t’hawn taħt, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi tal-Unjoni.

(8)

Kif spjegat fil-premessa 30 t’hawn taħt, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ għall-importaturi mhux relatati.

(9)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa bħala kkonċernati u lill-partijiet l-oħrajn kollha li talbu hekk sad-dati tal-għeluq stabbiliti fl-Avviż ta’ bidu, jiġifieri lill-kwerelant, lill-produtturi tal-Unjoni l-oħra magħrufa, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ u lil assoċjazzjoni ta’ produtturi (assoċjazzjoni tal-karti), lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, lil importaturi magħrufa, lil utenti magħrufa, lil produtturi magħrufa fl-Istati Uniti, lil assoċjazzjoni ta’ produtturi (assoċjazzjoni tal-karti) fl-Istati Uniti u lil produttur fit-Tajlandja.

(10)

Ir-risposti għall-kwestjonarji u sottomissjonijiet oħrajn waslu minn żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi, l-assoċjazzjoni li ressqet l-ilment (l-assoċjazzjoni Ewropea tal-manifatturi tal-karta fina jew “CEPIFINE”), l-erba’ produtturi tal-Unjoni kwerelanti u produttur tal-Unjoni addizzjonali, 16-il importatur u negozjant mhux relatat, 17-il utent u tliet (3) assoċjazzjonijiet tal-istampar u tal-karti u mingħand produttur wieħed fl-Istati Uniti li kien ikkunsidrat bħala pajjiż analogu.

(11)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset bħala meħtieġ għall-iskop tal-analiżi ta’ TES/TI għad-determinazzjoni provviżorja tad-dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-post tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi u assoċjazzjoni tal-Unjoni

CEPIFINE, Brussell, il-Belġju,

Sappi Fine Paper Europe, Brussell, il-Belġju,

LECTA Group (CARTIERE DEL GARDA SpA, Riva del Garda, l-Italja CONDAT SAS, Le Plessis Robinson, Franza u TORRASPAPEL, S.A., Barċellona, Spanja), Barċellona, Spanja,

Burgo Group spa, Altavilla Vicentina, l-Italja u l-kumpaniji relatati tagħha Burgo Distribuzione srl, Milan, l-Italja u Ebix sa, Barċellona, Spanja,

Papierfabrik Scheufelen GmbH, Lenningen, il-Ġermanja.

(b)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

(1)

Sinar Mas Paper (China) Investment Co Ltd, il-kumpanija possedenti tal-Asia Pulp & Paper Group (APP).

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

Ningbo Zhonghua Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Ningbo, Provinċja ta’ Zhejiang, ir-RPĊ

Ningbo Asia Pulp & Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Ningbo, Provinċja ta’ Zhejiang, ir-RPĊ

(2)

Chenming Paper Group (Chenming).

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

(c)

Kumpaniji relatati mal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

Gold East (Hongkong) Trading Co., Ltd., Ħong Kong

Chenming (HK) Limited, Ħong Kong

Asia Pulp & Paper Italia SRL, Padova, l-Italja

(d)

Importaturi fl-Unjoni

Cartaria Subalpina, Turin, l-Italja,

Middleton Paper, Walsall, ir-Renju Unit,

Paperlinx, Northampton, ir-Renju Unit.

(12)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produttur esportatur fir-RPĊ fin-nuqqas ta’ TES, saret żjara ta’ verifika sabiex jiġi stabbilit il-valur normali abbażi ta’ dejta minn pajjiż analogu, f’dan il-każ l-Istati Uniti, fil-post tal-kumpanija li ġejja:

S.D. Warren Company d/b/a Sappi Fine Paper North America, Boston, Massachusetts, l-Istati Uniti

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(13)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sat-tmiem tal-PI (il-perjodu kkunsidrat).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(14)

Il-prodott ikkonċernat hija karta fina miksija li hija karta jew kartun miksi fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat (minbarra karta tat-tip kraft jew kartun tat-tip kraft), f’folji jew rombli u b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma jaqbiżx l-400 g/m2 u luminożità ta’ aktar minn 84 (li titkejjel skont l-ISO 2470-1), li toriġina mir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat” jew “CFP” (coated fine paper)) li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4810 13 20, ex 4810 13 80, ex 4810 14 20, ex 4810 14 80, ex 4810 19 10, ex 4810 19 90, ex 4810 22 10, ex 4810 22 90, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10, ex 4810 99 30 u ex 4810 99 90.

(15)

Is-CFP hija karta u kartun ta’ kwalità għolja li normalment jintużaw għall-istampar ta’ materjal għall-qari bħal magazins, katalgi, rapporti annwali, u pubblikazzjonijiet annwali. Il-prodott ikkonċernat jinkludi kemm folji u rombli adatti għall-użu f’magni tal-istampar li jieħdu l-folji (cut star). Ir-rombli adatti għall-użu f’magni tal-istampar li jieħdu l-folji separati (rombli li jinqatgħu) huma ddisinjati sabiex jinqatgħu f’biċċiet qabel l-istampar, u b’hekk huma kkunsidrati li jistgħu jiġu sostitwiti u bħala f’kompetizzjoni diretta mal-folji.

(16)

Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix rombli adattati għall-magni tal-istampar bir-rombli. Ir-rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar bir-rombli huma definiti bħala dawk ir-rombli li, jekk jiġu ttestjati skont l-istandard tat-test ISO, ISO 3783:2006 dwar id-determinazzjoni tar-reżistenza għat-tiċrit, - il-metodu tal-veloċità aċċellerata li juża t-tester IGT (mudell tal-elettriku), jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 N/m meta jsir kejl b’mod trasversali tal-karta (CD) u riżultat ta’ inqas minn 50 N/m meta jsir kejl fid-direzzjoni tal-magna (MD). Barra minn hekk, f’kuntrast mar-rombli użati f’magni għall-istampar li jieħdu l-folji, ir-rombli għall-użu f’magni tal-istampar bir-rombli normalment jiddaħħlu direttament fil-magni għall-istampar u ma jinqatgħux minn qabel.

(17)

Parti waħda sostniet li l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni kellu definizzjoni wisq limitata u li rombli tal-CFP adatti għall-istampar bir-rombli kellhom jiġu inklużi. Ġie affermat li r-rombli għall-istampar bir-rombli u dawk inklużi fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni (rombli li jinqatgħu u folji) kellhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi u ma hemmx distinzjoni bejniethom. Barra minn hekk ġie affermat li t-tnejn li jintużaw għal stampar ta’ kwalità għolja u li b’hekk setgħu sa ċertu punt jinbidlu ma’ xulxin.

(18)

Madankollu, f’kuntrast mal-affermazzjoni t’hawn fuq l-investigazzjoni kkonfermat li tassew hemm karatteristiċi tekniċi u fiżiċi distinti bħall-umdità u l-ebusija bejn il-karta użata għall-istampar bir-rombli u dik użata għall-istampar li jieħu l-folji. L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-karatteristiċi tekniċi elenkati fil-premessa 16 t’hawn fuq huma uniċi għar-rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar bir-rombli. Minħabba dawn id-differenzi l-karta użata għall-istampar bir-rombli jew dik użata għall-istampar li jieħu l-folji ma tistax tintuża fl-istess tip ta’ magna għall-istampar u b’hekk il-karti ma jistgħux jinbidlu ma’ xulxin. Huwa nnutat li l-partijiet kollha qablu li ż-żewġ tipi ta’ karta huma distinti fir-rigward tas-saħħa tal-wiċċ u s-seħħa tensili tagħhom.

(19)

Barra minn hekk, il-parti inkwistjoni stqarret li l-konsumaturi jqisu s-CFP fl-għamla ta’ folji, rombli tat-tqattigħ u rombli web bħala suq waħdieni u għalhekk il-kanali tad-distribuzzjoni huma l-istess. Il-karatteristiċi tekniċi differenti jirriflettu rwieħhom biss fid-differenzi minimi fil-prezz fost dawn il-gruppi ta’ prodotti.

(20)

Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li ż-żewġ tipi ta’ rombli wkoll ma jistgħux jinbidlu ma’ xulxin minn perspettiva ekonomika peress li rombli għall-istampar bir-rombli jintużaw għal xogħlijiet ta’ stampar ta’ volum kbir u normalment isiru skont l-ordni u jeħtieġu konsenja eżatt fil-ħin, b’hekk dawn il-prodotti ma jinħażnux minn intermedjarji iżda jintbagħtu direttament lill-utenti finali, jiġifieri jinbiegħu wkoll permezz ta’ katina ta’ distribuzzjoni differenti mir-rombli użati fl-istampar li jieħu l-folji. Il-proċess ta’ produzzjoni differenti u l-ekonomiji ta’ skala differenti fil-proċess tal-istampar huma riflessi fid-differenzi distinti fil-prezzijiet.

(21)

Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjoni ġew miċħuda.

(22)

L-istess parti stqarret li r-reżistenza għall-picking ma kinetx karatteristika teknika adatta biex wieħed jiddiferenzja bejn il-prodotti billi dan it-test ikun ta’ natura ġenerali u r-riżultati tat-test barra minn hekk jistgħu jiġu affettwati mill-kontenut niedi tal-karta ttestjata. Il-parti kompliet tgħid li abbażi ta’ xi testijiet oħra li saru fuq il-kampjun tas-CFP għall-istampar web-fed (inklużi prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni), jidher li dawn il-prodotti ma jaqgħux fid-definizzjoni attwali tal-prodott li tkun turi li l-kriterju tar-“reżistenza għall-picking” mhux adattat biex jiġu distinti s-CFP użati fl-istampar web-fed u sheet-fed. Qabelxejn, ma tressqet l-ebda evidenza fir-rigward tal-istqarrija li l-kontenut niedi tal-karta jaf jagħmel ir-riżultati tat-test għat-test ISO tal-istandard ISO 3783:2006 mhux ta’ min joqgħod fuqhom. It-tieni nett, sa fejn għandhom x’jaqsmu t-testijiet tal-kampjuni tas-CFP għall-istampar web-fed, it-tali testijiet ma sarux minn espert indipendenti u l-affidabilità u l-oġġettività ta’ dawn it-testijiet għaldaqstant huma meqjusa bħala insuffiċjenti biex wieħed jibbaża xi konklużjonijiet fuqhom. Għalhekk, ir-reżistenza għall-picking instabet b’mod proviżorju li hija karatteristika teknika affidabbli biex wieħed jiddistingwi bejn is-CFP użat fl-istampar web-fed u dak sheet-fed.

(23)

Matul l-investigazzjoni, ċertu partijiet sostnew ukoll li l-karti u l-kartun b’ħafna saffi (multi-ply) (kif definit fil-premessa li jmiss) għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma sostnew li l-karti u l-kartun b’ħafna saffi kellu karatteristiċi fiżiċi differenti bħal diversi saffi, ebusija ogħla u densità aktar baxxa u li l-użu finali ta’ dawn il-prodotti kien differenti peress li dawn normalment jintużaw għall-kartun li jintlewa u għall-applikazzjonijiet tal-ippakkjar. Dawn il-partijiet fl-aħħar sostnew li l-karti u l-kartun b’saff wieħed u b’ħafna saffi jista’ jiġi distint faċilment mill-apparenza fiżika tiegħu.

(24)

Il-karti u l-kartun b’ħafna saffi, kif inhuma definiti fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għas-sottotitklu 4805, huma prodotti miksuba billi jiġu ppressati flimkien żewġ saffi jew aktar ta’ polpa niedja li fosthom talanqas waħda għandha karatteristiċi differenti mill-oħrajn. Dawn id-differenzi jistgħu jiġu min-natura tal-polpi użati (eż. skart riċiklat), mill-metodu tal-produzzjoni (eż. mekkaniku jew kimiku) jew, jekk il-polpi huma tal-istess natura u ġew prodotti bl-istess metodu, il-grad tal-ipproċessar (eż. bla bliċ, bil-bliċ jew ikkuluriti).

(25)

L-investigazzjoni wriet li l-karti u l-kartun b’ħafna saffi tabilħaqq għandhom xi karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti; biex wieħed ikun aktar speċifiku, għandu diversi saffi ta’ polpa li jagħtuh riġidità miżjuda. Il-karti u l-kartun b’ħafna saffi huma prodotti b’metodu ta’ produzzjoni differenti li jeħtieġ magna tal-karti differenti minn dik użata għall-produzzjoni tal-CFP, peress li fil-proċess tal-produzzjoni diversi saffi ta’ polpa jitqiegħdu fi prodott wieħed. Fl-aħħar, il-karti u l-kartun b’ħafna saffi jservu skopijiet differenti (l-aktar ippakkjar) meta mqabbel mal-CFP li jintuża għall-istampar ta’ kwalità għolja ta’ materjal promozzjonali, magazins, eċċ. B’hekk, il-karti u l-kartun b’ħafna saffi provviżorjament mhumiex ikkunsidrati bħala l-prodott ikkonċernat kif definit fil-premessa 24. Konsegwentement, il-kodiċijiet NM imsemmija li jkopru l-importazzjonijiet tal-karti u l-kartun b’ħafna saffi huma provviżorjament esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(26)

Fl-aħħar, produttur Ċiniż wieħed sostna li l-hekk imsejjaħ “kartun” għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni peress li ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ karta fina (sew jekk miksija u sew jekk le) minħabba d-differenzi allegati fil-piż, il-ħxuna u r-riġidità tiegħu. Instab li t-terminu “kartun” normalment jintuża għal karta b’sustanzi għoljin li jagħmlu l-karta ġeneralment itqal, jiġifieri “kartun” huwa komunement definit bħala karta b’piż bażi ta’ ’l fuq minn 224 g/m2. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li d-differenza fil-piż m’għandiex impatt sinifikanti fuq il-karatteristika fiżika u teknika li jifdal u fuq l-użi aħħarija li jagħmluh differenti mill-prodott ikkonċernat. Ġie nnutat ukoll li, kif spjegat fil-premessa 14, il-CFP kollu b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma jaqbiżx l-400 g/m2 ġie espliċitament inkluż fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. B’hekk il-kartun huwa provviżorjament ikkunsidrat bħala l-prodott ikkonċernat.

2.2.   Prodott simili

(27)

Il-prodott ikkonċernat, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ, u fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, li provviżorjament serva bħala l-pajjiż analogu, kif ukoll il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni instabu li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. B’hekk huma provviżorjament ikkunsidrati bħala simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   IT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

3.1.   It-teħid tal-kampjuni għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(28)

Żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ biss ippreżentaw ruħhom u wieġbu għat-talba għad-dejta tal-kampjuni fl-Avviż ta’ bidu. Grupp wieħed (Chenming) jirrappreżenta żewġ produtturi esportaturi relatati filwaqt li l-grupp l-ieħor (APP) jirrappreżenta 4 produtturi esportaturi relatati. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw jirrappreżentaw l-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ għall-Unjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

3.2.   It-teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(29)

Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni t-teħid ta’ kampjuni kien previst fl-Avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara eżaminazzjoni tat-tagħrif sottomess u minħabba li erba’ produtturi tal-Unjoni biss ippreżentaw ruħhom sad-dati tal-għeluq stabbiliti fl-Avviż ta’ bidu, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ. L-erba’ produtturi li kooperaw tqiesu bħala rappreżentattivi (jkopru 61 % tal-produzzjoni totali) tal-industrija tal-Unjoni kif definita fil-premessa 77 ta’ hawn taħt. L-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li kooperaw ġiet verifikata fuq il-post u ntużat għall-mikroindikaturi kif spjegat fil-premessa 90.

3.3.   It-teħid ta’ kampjuni tal-importaturi mhux relatati

(30)

Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ importaturi, it-teħid ta’ kampjuni kien previst għall-importaturi fl-Avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara eżaminazzjoni tat-tagħrif sottomess u minħabba n-numru baxx ta’ importaturi li indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

4.   DUMPING

4.1.   Metodoloġija ġenerali

(31)

Il-metodoloġija ġenerali stabbilita hawn taħt ġiet applikata għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li kkooperaw.

4.2.   Trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES)

(32)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet antidumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma ppreżentati f’forma mqassra hawn taħt:

(1)

it-teħid ta’ deċiżjonijiet kummerċjali u l-ispejjeż għal skopijiet ta’ negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri fis-suq;

(2)

il-kumpaniji għandhom sett ċar ta’ rekords tal-kontabilità li jiġu awditjati indipendentement, skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (“IAS”) u jiġu applikati għall-iskopijiet kollha;

(3)

m’hemmx tagħwiġ sinifikanti ttrasferit mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

(4)

il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbiltà legali;

(5)

il-kambji tal-valuta jsiru bir-rata tas-suq.

(33)

Grupp ta’ produtturi esportaturi wieħed biss (jiġifieri l-APP) fir-RPĊ talab TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Il-parti ssottomettiet 33 formola ta’ talba tat-TES b’referenza għall-erba’ produtturi esportaturi relatati tagħha u sensiela ta’ kumpaniji relatati oħrajn involuti fil-prodott ikkonċernat jiġifieri mtieħen tal-polpa, kumpaniji kimiċi, kumpaniji tal-forestrija (produtturi upstream) u kumpaniji kummerċjali domestiċi.

(34)

Meta ġie kkunsidrat in-numru għoli ta’ talbiet tat-TES, ġie kkunsidrat xieraq, għall-iskop tal-investigazzjoni preliminari, li jiġu limitati ż-żjarat ta’ verifika fil-post għall-erba’ produtturi esportaturi tal-grupp.

(35)

Il-Kummissjoni fittxet it-tagħrif kollu meqjus bħala meħtieġ u vverifikat it-tagħrif kollu sottomess fit-talbiet tat-TES fil-post tal-erba’ produtturi esportaturi relatati.

(36)

Ġie kkunsidrat li t-TES ma jingħatax peress li l-ebda minnhom ma ssodissfaw l-ewwel, it-tieni u t-tielet kriterji kif stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(37)

Safejn huwa kkonċernat il-kriterju 1, ġew stabbiliti diskrepanzi fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali u l-ispejjeż għal skopijiet ta’ negozju. Instab li f’diversi okkażjonijiet ma kien hemm l-ebda evidenza dwar pagamenti magħmula għat-trasferiment tal-ishma tal-kumpaniji. Barra minn hekk kontribuzzjonijiet jew mill-azzjonisti pubbliċi jew minn partijiet relatiti f’assi fissi, art u nefqiet konvertiti f’ishma ma ġewx evalwati indipendentement. Fl-aħħar, f’wieħed mill-każijiet l-ishma għaddew minn azzjonist pubbliku għal wieħed tal-kumpaniji tal-grupp APP bi prezz mhux tas-suq. Fir-rigward tal-ispejjeż, l-investigazzjoni stabbiliet li, meta tiġi kkunsidrata l-metodoloġija użata mill-grupp biex jiġu rreġistrati l-inputs tal-materja prima, hemm nuqqas ta’ evidenza dwar l-ispiża tal-inputs ewlenin ta’ materja prima. Konsegwentement, ġie konkluż li l-erba’ produtturi esportaturi relatati ma tawx prova li jissodisfaw il-kriterju 1.

(38)

Fir-rigward tal-kriterju 2, ġie stabbilit li l-prinċipji fundamentali tal-Istandards tal-Kontabilità Internazzjonali (IAS) u b’mod partikolari IAS 1 ġew injorati (jiġifieri, l-prinċipju tad-dovuti, it-tpaċija, in-nuqqas ta’ prudenza u ta’ rappreżentazzjoni ġusta tat-tranżazzjonijiet) kemm fil-kontijiet kif ukoll fl-awditjar tagħhom, li tefa’ dubju fuq l-affidabilità tal-kontijiet tal-kumpaniji. Konsegwentement, ġie konkluż li l-erba’ produtturi esportaturi relatati ma tawx prova li jissodisfaw il-kriterju 2.

(39)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kriterju 3, l-investigazzjoni żvelat l-eżistenza ta’ tagħwiġ sinifikanti fir-rigward tad-drittijiet dwar l-użu tal-art (LUR) rilevanti għall-erba’ produtturi esportaturi relatati. Tagħwiġ bħal dan iwassal għall-konklużjoni li l-LUR ma jingħatawx u ma jinżammux skont il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq. Ġie stabbilit ukoll fuq il-post li jeżisti tagħwiġ sinifikanti fl-għoti ta’ self lill-erba’ produtturi esportaturi relatati mis-settur bankarju/finanzjarju Ċiniż. Ħafna mis-self ingħata minn banek b’ishma sinifikanti mill-Istat filwaqt li jeżistu indikazzjonijiet ċari li l-politiki industrijali tal-Istat ġenerali ġew ikkunsidrati mill-istituzzjonijiet finanzjarji meta ġiet stabbilita l-affidabilità finanzjarja tal-grupp li rriżulta fl-għoti ta’ self lil kumpaniji li kienu f’sitwazzjoni finanzjarja ħażina. Meta ġie kkunsidrat dan kollu msemmi hawn fuq, ġie konsegwentement konkluż li l-erba’ produtturi esportaturi relatati ma tawx prova li jissodisfaw il-kriterju 3.

(40)

L-APP u l-produtturi tal-Unjoni ingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar is-sejbiet t’hawn fuq.

(41)

Il-produtturi tal-Unjoni qablu mas-sejbiet t’hawn fuq. Huma kkontestaw ukoll l-argumenti magħmula mill-grupp esportatur Ċiniż dwar li ngħata t-TES peress li l-Kummissjoni qed twettaq investigazzjoni kontra s-sussidji simultanjament.

(42)

Il-grupp esportatur Ċiniż ma qabilx mas-sejbiet t’hawn fuq.

(43)

Fir-rigward tal-Kriterju 1, ġie sottomess li t-trasferimenti tal-ishma tal-kumpaniji tal-grupp u l-pagamenti magħmula fuqhom huma rrelevanti għal dan il-kriterju peress li l-kriterju jeħtieġ li l-kumpaniji jieħdu deċiżjonijiet kummerċjali b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq. F’dan ir-rigward ġie nnutat li n-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjoni tat-TES (jiġifieri n-nuqqas ta’ evidenza dwar pagamenti fuq trasferimenti tal-ishma, ammonti baxxi mhux raġonevoli li tħallsu lill-azzjonisti pubbliċi għat-trasferimenti tal-ishma, l-ebda evalwazzjoni indipendenti tal-assi kontribwiti) għandhom impatt fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali. Tabilħaqq, il-fatt li kumpanija tista’ tevita pagamenti fuq it-trasferimenti tal-ishma, tuża assi evalwati inqas/iżjed fil-kapital azzjonarju tagħha u twettaq trasferimenti tal-ishma ma’ kumpaniji pubbliċi li ma jkollhomx spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni ekonomika, għandu impatt dirett fuq il-pożizzjoni finanzjarja tagħha u l-kapaċità tagħha li tieħu deċiżjonijiet b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq.

(44)

Fir-rigward ta’ materja prima, tqajjem l-argument li l-Kummissjoni kellha tinvestiga jekk ix-xiri ta’ materja li sar mill-fornituri ta’ materja prima upstream tal-grupp Ċiniż sarx b’valuri fis-suq. Ġie sottomess ukoll li s-sejbiet tal-Kummissjoni mhumiex korretti. F’dan ir-rigward ġie nnutat li l-investigazzjoni stabbiliet li huwa prattikament impossibbli li jiġi rintraċċat xi jħallas il-grupp għal kwalunkwe tip ta’ akkwisti ta’ materja prima.

(45)

Fir-rigward tal-Kriterju 2 tqajjem l-argument li l-istandards tal-kontabilità Ċiniżi (GAAP) ġew rikonoxxuti mill-UE bħala ekwivalenti għall-IFRS/IAS. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-valutazzjoni tat-TES titwettaq b’konformità mal-IAS u mhux mal-istandards tal-kontabilità Ċiniżi. F’kwalunkwe każ, u b’mod partikolari fid-dawl tal-ekwivalenza allegata bejn iż-żewġ settijiet ta’ standards, kien ikun normali li wieħed jistenna li n-nuqqasijiet li nstabu f’dan ir-rigward jiġu enfasizzati mill-awditur. L-APP qajjem argument dwar il-fatt li l-kumpaniji tiegħu jiksru l-elementi tar-regoli tal-IAS imsemmija fil-valutazzjoni tat-TES (il-prinċipju tad-dovuti, il-prinċipju tar-rappreżentazzjoni ġusta tat-tranżazzjonijiet u t-tpaċija). Madankollu l-kummenti pprovduti ma dgħajfux is-sejbiet tal-investigazzjoni.

(46)

Fir-rigward tal-Kriterju 3 u b’mod partikolari tal-LUR kien tqajjem l-argument li dan il-kriterju jirreferi għal tagħwiġ sinifikanti li għadda mis-sistema mhux tas-suq u mhux għall-indħil mill-Istat ta’ tip li huwa komuni f’pajjiżi b’ekonomija tas-suq. B’hekk ġie sottomess li t-tagħwiġ identifikat fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ LUR mhuwiex speċifiku għar-RPĊ iżda jeżisti wkoll fl-Ewropa peress li dawn huma restrizzjonijiet imposti minn awtoritajiet responsabbli milli jiġbdu l-investituri u milli jiżguraw li l-investimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli. F’dan ir-rigward huwa nnutat li f’kwalunkwe każ mhuwiex l-iskop tal-investigazzjoni li tiddetermina jekk jistax jeżisti xi tagħwiġ fl-Unjoni. Barra minn hekk l-investigazzjoni stabbiliet li l-allokazzjoni tal-art kienet marbuta direttament ma’ sett ristrett ta’ regoli (kemm fir-rigward ta’ kundizzjonijiet u rati ta’ kiri) li ġejjin direttament mis-sistema mhux tas-suq preċedenti. Dawn ir-regoli jiddeskrivu sistema ppjanata ċentralment li mhijiex konformi mal-prinċipji ta’ ekonomija tas-suq.

(47)

Fir-rigward ta’ self, ġie sottomess li s-sejbiet tal-Kummissjoni huma spekulattivi. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-investigazzjoni stabbiliet rabta evidenti bejn il-kapaċità tal-grupp li jikseb finanzjament mill-bank u li jilħaq l-għanijiet stabbiliti mis-sistema ekonomika Ċiniża ppjanata ċentralment. Ġie sottomess ukoll li t-tagħwiġ li ndunat bih il-Kummissjoni jista’ jkun l-aktar f’għamla ta’ sussidji. Għalhekk ġie sostnut li peress li hemm l-investigazzjoni parallela kontra s-sussidji, dawn is-sussidji allegati ma jistgħux ikunu bażi biex jiġi rrifjutat it-TES. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-valutazzjoni tat-TES stabbiliet li jeżisti tagħwiġ fl-għoti tas-self mis-settur bankarju/finanzjarju Ċiniż. Dan huwa tagħwiġ ittrasferit mis-sistema ekonomika mhux tas-suq u m’għandu l-ebda rabta ma’ jekk l-impatt ta’ dawn l-azzjonijiet jistax jiġi kkunsidrat bħala sussidji kumpensatorji.

(48)

Matul l-investigazzjoni provviżorja l-APP issottometta rappreżentazzjonijiet li jsostnu li l-grupp ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi għandu jingħata t-TES sabiex jevita l-għadd doppju mal-investigazzjoni kontra s-sussidji parallela. Ġie sostnut li s-sussidji tal-Istat jiffurmaw parti mill-valutazzjoni tat-TES, għandhom impatt fuq is-sejbiet tat-TES u b’hekk se jiġu indirizzati fl-investigazzjoni kontra s-sussidji parallela. Sabiex tikkorrobora dawn l-affermazzjonijiet il-parti għamlet ukoll referenza għall-prinċipju tal-proporzjonalità u d-dritt tal-amministrazzjoni tajba.

(49)

Din l-affermazzjoni għandha tiġi rrifjutata minħabba r-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel, ġie nnutat li l-kriterji dwar it-TES huma stabbiliti b’mod ċar fir-Regolament bażiku u elenkati taħt il-premessa 32 t’hawn fuq. Il-fatt li bħalissa qed issir investigazzjoni kontra s-sussidji ma jżommx lura lill-awtorità tal-investigazzjoni milli twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-għoti tat-TES jiġu sodisfatti. It-tieni nett, il-kwistjoni tal-“għadd doppju” tad-dazji kumpensatorji u antidumping hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti, l-aktar l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku u 24(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri fil-Komunità Ewropea (3), u ma tiddependix fuq jekk l-esportatur inkwistjoni jingħatax TES jew le. F’kwalunkwe każ peress li d-dazju antidumping provviżorju propost għall-partijiet Ċiniżi kollha li jikkooperaw huwa bbażat fuq il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu u mhux fuq il-marġni ta’ dumping, kwalunkwe affermazzjoni dwar l-għadd doppju hija invalida.

(50)

Tnejn mill-erba’ produtturi esportaturi relatati nstabu li jipproduċu biss il-kartun b’ħafna saffi msemmi fil-premessa 23 t’hawn fuq. F’dan ir-rigward huwa mfakkar li ġie provviżorjament konkluż li l-kartun b’ħafna saffi għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-proddott tal-investigazzjoni attwali. B’hekk, jekk jiġu kkonfermati s-sejbiet provviżorji fir-rigward tal-ambitu tal-prodott, is-sejbiet tat-TES fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ produtturi esportaturi relatati mhumiex se jkunu rilevanti għal din il-proċedura.

(51)

Skont il-prattika tal-UE, jekk kumpanija relatata waħda assoċjata mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat ma tikkwalifikax għat-TES, it-TES ma jistax jingħata lill-grupp ta’ kumpaniji relatati. B’hekk, huwa konkluż li l-kumpaniji tal-APP ma jistgħux jingħataw it-TES.

4.3.   Trattament individwali (TI)

(52)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju li japplika għall-pajjiż kollu, jekk ikun jeżisti, huwa stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, minbarra f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku sabiex jingħataw TI. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma ppreżentati hawn taħt:

fil-każ ta’ ditti li huma totalment jew parzjalment ta’ sidien barranin jew impriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati liberament;

il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fuq il-Bord tad-Diretturi jew li għandhom karigi maniġerjali prinċipali għandhom jew ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija xorta waħda hija indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat;

il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq; u

L-indħil mill-Istat mhuwiex tali li jippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħatawlhom rati differenti ta’ dazju.

(53)

Iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi (jiġifieri l-APP u Chenming) talbu għal TI.

(54)

Abbażi tat-tagħrif disponibbli u vverifikat waqt iż-żjarat ta’ verifika, instab li l-produtturi esportaturi li kkooperaw ta’ APP u ta’ Chenming it-tnejn li huma ssodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(55)

Meta ġie kkunsidrat dan t’hawn fuq, huwa provviżorjament stabbilit li l-produtturi esportaturi li kkooperaw rilevanti jistgħu jingħataw TI.

4.4.   Valur normali

4.4.1.   Pajjiż analogu

(56)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma jingħatalhomx TES għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (pajjiż analogu).

(57)

Fl-Avviż ta’ bidu l-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu xieraq għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u stiednet il-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar dan.

(58)

Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ bagħat kummenti li jesprimu xettiċiżmu fir-rigward tal-użu tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu xieraq u ppropona t-Tajlandja bħala alternattiva. Fir-rigward tal-Istati Uniti ġie sostnut li wieħed mill-produtturi fl-Istati Uniti x’aktarx ikun kumpanija relatata ma’ wieħed mill-kwerelanti tal-UE. Ġie sottomess ukoll li l-produtturi tal-Istati Uniti huma involuti fi proċedura parallela kontra l-istess prodott Ċiniż, li l-produtturi tal-Istati Uniti huma konsiderevolment issussidjati u li għandhom tagħmir antikwat.

(59)

Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet ikkonċernati kollha għall-kummenti dwar il-proposta ta’ din il-parti. Il-produtturi tal-Unjoni ma qablux mal-użu tat-Tajlandja bħala pajjiż analogu xieraq u kkuntestaw l-argumenti tal-parti Ċiniża fir-rigward tal-produtturi tal-Istati Uniti. Il-kumpanija Tajlandiża msemmija fis-sottomissjoni tal-parti Ċiniża ġiet ikkuntattjata iżda ssottomettiet rifjut bil-miktub li tikkoopera mal-investigazzjoni. L-ebda produttur esportatur ieħor tal-prodott ikkonċernat fit-Tajlandja ma kien magħruf.

(60)

Il-Kummissjoni fittxet il-kooperazzjoni minn produtturi fl-Istati Uniti. Intbagħtu ittri u kwestjonarji rilevanti lil tliet kumpaniji magħrufa msemmija fl-ilment u lil assoċjazzjoni rilevanti ta’ produtturi tal-karti. Mill-kumpaniji kkuntattjati, produttur wieħed biss issottometta t-tagħrif meħtieġ għad-determinazzjoni tal-valur normali u qabel li jikkoopera mal-investigazzjoni.

(61)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-Istati Uniti għandha suq kompetittiv għall-prodott simili. Il-fatt li l-Istati Uniti imponiet dazji antidumping u kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-karti mir-RPĊ ma jistax jitqies bħala raġuni kontra l-użu tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu, peress li hemm livell ta’ kompetizzjoni biżżejjed f’dak il-pajjiż. Fir-rigward tal-affermazzjonijiet magħmula dwar is-sussidji u t-tagħmir antikwat fl-Istati Uniti huwa nnutat li dawn kellhom jiġu rrifjutati peress li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza konkreta biex tappoġġja dawn l-affermazzjonijiet u m’hemm l-ebda tagħrif verifikabbli rilevanti. Fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-produttur li kkoopera tal-Istati Uniti u kumpanija waħda ta’ produtturi tal-Unjoni huwa nnutat li dak li jgħodd f’dan ir-rigward huwa li r-rabtiet bejn il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu possibbli u l-kumpanija tal-Unjoni ma jinfluwenzawx id-dejta dwar il-valur normali. L-investigazzjoni ma wrietx influwenza ta’ dan it-tip fir-rigward tat-tagħrif miksub fl-Istati Uniti.

(62)

L-investigazzjoni żvelat ukoll li l-volum ta’ produzzjoni tal-produttur li kkoopera tal-Istati Uniti tikkostitwixxi konsiderevolment aktar minn 5 % tal-volum tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, b’hekk il-produzzjoni kienet rappreżentattiva f’termini ta’ volum. Fir-rigward tal-kwalità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards tal-prodott simili fl-Istati Uniti, ma nstabux differenzi globali kbar meta mqabbel mal-prodotti Ċiniżi. B’hekk, is-suq tal-Istati Uniti ġie kkunsidrat bħala rappreżentattiv biżżejjed għad-determinazzjoni tal-valur normali għar-RPĊ.

(63)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq ġie provviżorjament konkluż li l-Istati Uniti tikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

4.4.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(64)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif ivverifikat riċevut mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu kif stabbilit hawn taħt:

(65)

Il-bejgħ domestiku tal-produttur Amerikan tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv f’termini ta’ volum meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produttur esportatur waħdieni li kkoopera fir-RPĊ.

(66)

Twettqet ukoll eżaminazzjoni dwar jekk il-bejgħ domestiku jistax jiġi meqjus bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ, billi għal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni. Minħabba li l-volum ta’ bejgħ bi profitt tal-prodott simili għal kull tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, jew il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, kkalkolat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku bi profitt waqt il-PI.

(67)

Huwa nnutat li l-produttur Amerikan li kkoopera pproduċa u biegħ it-tipi kollha tal-prodott simili fis-suq Amerikan waqt il-PI.

4.5.   Prezz tal-esportazzjoni

(68)

Fir-rigward tal-APP, huwa nnutat li, tnejn mill-erba’ produtturi esportaturi relatati nstabu li jipproduċu biss kartun b’ħafna saffi, imsemmi fil-premessa 23 t’hawn fuq. F’dan ir-rigward huwa mfakkar li ġie provviżorjament konkluż li l-kartun b’ħafna saffi għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni attwali. B’hekk id-dejta dwar il-prezz tal-esportazzjoni pprovduta minn dawn iż-żewġ kumpaniji ġiet eskluża mill-kalkoli tad-dumping.

(69)

Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jew (i) permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu barra l-Unjoni jew (ii) permezz ta’ kumpanija tal-kummerċ relatata li tinsab ġewwa l-Unjoni.

(70)

Meta l-bejgħ tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati barra l-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-prodott meta mibjugħ mill-kumpaniji tal-kummerċ relatati lill-Unjoni, jiġifieri lil xerrej indipendenti, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli.

(71)

Meta l-bejgħ tal-esportazzjonijiet lill-Unjoni sar permezz ta’ kumpanija tal-kummerċ relatata fl-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ssawru skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet li bihom għall-ewwel il-prodott impurtat ġie mibjugħ mill-ġdid lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni. Saret konċessjoni għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-profitt miksub fl-Unjoni mill-kumpanija li timporta waqt il-PI. Fir-rigward tal-marġni tal-profitt, il-profitt attwali tal-operatur relatat ma setax jintuża peress li r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-operatur relatat għamlet dawn il-prezzijiet mhux affidabbli. Il-marġni ta’ profitt rilevanti b’hekk ġie stabbilit f’rata raġonevoli, ħafna inqas mir-rata tal-profitt imsemmija fil-premessa 155, li wieħed normalment jistenna li jikseb f’dan it-tip ta’ operazzjonijiet kummerċjali.

4.6.   Tqabbil

(72)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ex–works.

(73)

Għall-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ingħatat konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għall-produtturi esportaturi investigati fir-RPĊ, saru aġġustamenti għal differenzi fl-ispejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-kreditu, it-tnaqqis fi tmiem is-sena, il-kummissjonijiet, il-pretensjonijiet tal-kwalità u l-imposti għall-ipproċessar tal-bank fejn kien applikabbli u ġġustifikat.

4.7.   Il-marġni tad-dumping

(74)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali peżat medju skont it-tip tal-prodott ma’ prezz tal-esportazzjoni peżat medju skont it-tip tal-prodott kif stabbilit hawn fuq.

(75)

Abbażi tal-metodoloġija t’hawn fuq il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Produttur esportatur

Marġni tad-dumping

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

43,9  %

Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

43,9  %

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

63  %

Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

63  %

(76)

Abbażi tat-tagħrif disponibbli mill-ilment u l-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, hemm produtturi oħrajn magħrufa tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ. Madankollu, minħabba l-fatt li l-volum tal-esportazzjoni rrapportat instab li kien ogħla mid-dejta tal-importazzjoni tal-Eurostat, il-livell ta’ kooperazzjoni kien ikkunsidrat wieħed għoli u l-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu għar-RPĊ ġie stabbilit bl-użu tal-marġni tad-dumping stabbilit għall-kumpaniji li kkooperaw bl-ogħla rata ta’ dazju individwali, jiġifieri 63 %.

5.   IL-PRODUTTURI TAL-UNJONI

5.1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni

(77)

Waqt il-PI, il-prodott simili ġie manifatturat minn 14-il produttur magħruf u xi wħud żgħar ħafna fl-Unjoni Id-dejta pprovduta minn CEPIFINE hija stmata li qed tkopri 98 % tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-produzzjoni tal-Unjoni totali ġiet stmata għal madwar 5 270 000 tunnellata waqt il-PI.. Il-produtturi tal-Unjoni li jammontaw għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(78)

L-industrija tal-karta fina miksija tirrikjedi enerġija u kapital intensiv. Għal din ir-raġuni japplikaw ekonomiji tal-kobor li jispjegaw il-konċentrazzjoni tal-produzzjoni fost ftit atturi kbar, ikkomplimentati minn produtturi iżgħar li jiffukaw fuq swieq li huma ġeografikament fil-qrib. Ħames produtturi simili kbar ikopru ħafna mis-suq tal-Unjoni b’faċilitajiet tal-produzzjoni mifruxa madwar l-Ewropa. L-akbar parti tal-CFP huwa tip ta’ prodott bażiku u prinċipalment huwa kkumerċjalizzat permezz tan-negozjanti tal-karti u l-bejjiegħa bl-ingrossa. Dawn il-kanali ta’ distribuzzjoni huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ konċentrazzjoni ta’ poter tax-xiri u trasparenza tal-prezzijiet permezz ta’ kwotazzjonijiet ta’ prezzijiet.

(79)

Kif jissemma fil-premessa 17 hawn fuq, parti interessata waħda stqarret li CFP xieraq għall-istampar web-fed missha ġiet inkluża fl-ambitu tal-investigazzjoni preżenti. Abbażi ta’ dan, il-parti argumentat li l-industrija kwerelanti tal-Unjoni ma kienx ikollha biżżejjed saħħa fil-proċediment preżenti. Abbażi tal-konklużjonijiet imsemmija fil-premessi 20 u 22, madankollu, is-CFP adatta għall-istampar web-fed u s-CFP għall-istampar sheet-fed huma żewġ prodotti differenti, u għalhekk, l-istqarrija kellha tiġi miċħuda.

6.   DANNU

6.1.   Il-konsum tal-Unjoni

(80)

Il-konsum ġie stabbilit abbażi ta’ dan li ġej:

il-Eurostat għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi aġġustati kif jixraq abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-produtturi tal-Unjoni għall-prodotti mhux koperti mill-proċedura. L-investigazzjoni sabet, abbażi l-evidenza pprovduta, li dawn is-suppożizzjonijiet kienu raġonevoli u ġustifikati;

il-volum tal-esportazzjoni totali vverifikat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni, peress li l-volum tal-esportazzjoni rrapportat instab li kien ogħla mid-dejta ta’ importazzjoni miksuba mill-Eurostat;

il-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni kollha bbażat fuq it-tagħrif ipprovdut minn CEPIFINE.

(81)

Fuq din il-bażi, il-konsum totali tal-Unjoni ġie stabbilit kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni

Konsum tal-Unjoni

2006

2007

2008

2009/IP

Tunnellati

5 308 275

5 508 183

5 384 770

4 572 057

Indiċi

100

104

101

86

Sors: risposti vverifikati għall-kwestjonarju, aġġustati mill-Eurostat u dejta pprovduta minn CEPIFINE.

(82)

B’mod ġenerali, il-konsum tal-Unjoni naqas b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Instab li l-konsum l-ewwel naqas b’4 % bejn l-2006 u l-2007, u wara dan il-perjodu naqas bi 18 % bejn l-2007 u l-PI. It-tnaqqis fil-konsum fl-2008 u l-PI kien ir-riżultat ta’ domanda aktar baxxa, speċjalment fl-ewwel nofs tal-2009, minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

6.2.   Importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ

(83)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 80, il-volum tal-bejgħ totali vverifikat tal-prodott ikkonċernat tal-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fis-suq tal-Unjoni nstab li kien ogħla mill-volumi tal-importazzjoni rrapportati mill-Eurostat. Peress li ġie meqjus li t-tagħrif ivverifikat huwa aktar preċiż mill-istatistiċi disponibbli, il-volum tal-importazzjoni totali mir-RPĊ ġie stabbilit abbażi tat-tagħrif ivverifikat ipprovdut mill-kumpaniji li kkooperaw. Il-volumi tal-bejgħ tal-kumpaniji li kkooperaw li nstabu li kienu qed jesportaw biss kartun b’ħafna saffi matul il-perjodu kkunsidrat, ġew esklużi mill-importazzjonijiet totali, peress li ġie provviżorjament konkluż, kif spjegat fil-premessa 24, li l-karta u l-kartun b’ħafna saffi m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala l-prodott ikkonċernat. Peress li d-dejta ta’ importazzjoni dwar il-prodott ikkonċernat tirreferi biss għal żewġ kumpaniji, ġie kkunsidrat xieraq għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità li jintwerew f’forma ta’ indiċi.

Tabella 2

Importazzjonijiet totali li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ

Importazzjonijiet totali mir-RPĊ

2006

2007

2008

2009/IP

Volumi (indiċi)

100

218

212

283

Sehem mis-suq (indiċi)

100

210

209

329

Prezzijiet (EUR/tunnellata)

677

661

657

621

Indiċi

100

98

97

92

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

(84)

Il-volum tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ żiedu b’mod sinifikanti, u kważi ttripplaw matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala riżultat, is-sehem mis-suq tagħhom żdied b’mod sinifikanti minn madwar 1 % fl-2006 għal aktar minn 4 % fil-PI. Dan għandu jkun fid-dawl ta’ konsum dejjem jonqos li waqa’ b’14 % matul l-istess perjodu. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ urew tnaqqis ta’ 8 % matul il-perjodu kkunsidrat.

6.2.1.   Twaqqigħ tal-prezz

(85)

Għall-għanijiet li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet tal-bejgħ peżati medji għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works, ġew imqabbla mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b’aġġustamenti xierqa għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(86)

Kif spjegat fil-premessa 28, il-kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi kienet għolja ħafna u meqjusa li tkopri l-volum tal-esportazzjoni totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-PI. Minħabba l-fatt li ż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li oriġinalment ippreżentaw ruħhom ma nstabux li kienu qed jesportaw il-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa 50, l-importazzjonijiet tagħhom ma ġewx ikkunsidrati għall-iskop tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz.

(87)

It-tqabbil wera li matul il-PI, il-prodott ikkonċernat li huwa l-oġġett ta’ dumping li joriġina mir-RPĊ mibjugħ fl-Unjoni waqqa’ l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni b’medja ta’ 5,6 %. Il-livell tal-marġni tat-twaqqigħ għandu jitqies fid-dawl ta’ livell għoli ta’ trasparenza tal-prezzijiet appoġġjat minn kwotazzjonijiet ta’ prezzijiet li jikkaratterizzaw is-suq tad-distribuzzjoni tal-CFP.

6.3.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni u tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw

6.3.1.   Kummenti preliminari

(88)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq il-produtturi tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal valutazzjoni tal-istat tal-produtturi tal-Unjoni mill-2006 sal-aħħar tal-PI.

(89)

L-elementi makroekonomiċi (produzzjoni, kapaċità, utilizzazzjoni tal-kapaċità, volum tal-bejgħ, sehem fis-suq, tkabbir u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping) ġew ivvaluati fil-livell tal-produzzjoni kollha tal-Unjoni, abbażi tat-tagħrif ipprovdut minn CEPIFINE.

(90)

L-analiżi tal-elementi makroekonomiċi twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni (il-prezzijiet medji tal-unità, l-impjieg, il-pagi, il-produttività, il-ħażniet, il-profitt, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-kapaċità li jiżdied il-kapital) abbażi tat-tagħrif tagħhom, ivverifikat kif xieraq.

(91)

Parti waħda stqarret li wieħed mill-produtturi li kkooperaw naqas milli jikkoopera bis-sħiħ billi huwa relatat ma’ produttur ieħor fl-Unjoni Ewropea permezz ta’ 1. ishma u 2. investiment bi sħab li jikkonsisti f’bejgħ esklużiv u ftehimiet dwar forniment ta’ materja prima. L-investigazzjoni, min-naħa l-oħra, ikkonfermat li l-għadd ta’ ishma f’idejn il-produttur inkwistjoni tal-UE kien wieħed minuri u taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 143 tal-IPCCC (4). Barra minn hekk, il-ftehimiet bejn iż-żewġ kumpaniji ma kinux jinkludu elementi li jwasslu għal kunsiderazzjoni li r-relazzjonijiet bejniethom tista’ tkun estiża ’l hinn minn relazzjoni normali ta’ negozju bejn xerrej u bejjiegħ.

6.3.2.   Dejta marbuta mal-industrija tal-Unjoni (indikaturi makroekonomiċi)

6.3.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

Tabella 3

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2006

2007

2008

2009/IP

Produzzjoni (tunnellati)

6 483 462

6 635 377

6 381 324

5 164 475

Indiċi

100

102

98

80

Kapaċità (tunnellati)

7 032 734

7 059 814

6 857 226

6 259 129

Indiċi

100

100

98

89

Utilizzazzjoni tal-Kapaċità

92  %

94  %

93  %

83  %

Indiċi

100

102

101

90

Sors: Dejta pprovduta minn CEPIFINE.

(92)

Kif jidher fit-tabella t’hawn fuq, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għandu jiġi nnutat li għalkemm il-konsum tal-Unjoni naqas b’madwar 1 % bejn l-2006 u l-2008, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni waqgħet b’2 % matul dak il-perjodu, filwaqt li naqset b’mod sinifikanti bejn l-2008 u l-PI, wara l-waqgħa fil-konsum tal-Unjoni.

(93)

Mill-2000, il-produtturi tal-Unjoni għamlu sforzi kbar fir-ristrutturar bl-għan li jindirizzaw l-eċċess ta’ kapaċità strutturali. Permezz ta’ konsolidamenti u l-għeluq tal-imtieħen, l-industrija tal-Unjoni naqqset l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha tas-CFP b’madwar 770 000 tunnellata bejn l-2006 u l-PI, jiġifieri bi 11 %.

(94)

Minkejja l-waqgħa fil-kapaċità totali, ir-rati tal-utilizzazzjoni xorta naqsu minn 92 % fl-2006 għal 83 % fil-PI. It-tnaqqis ewlieni seħħ fil-perjodu bejn l-2008 u l-PI. Huwa nnutat li l-utilizzazzjoni tal-kapaċità għolja hija fattur importanti fil-vijabbiltà fit-tul tal-produtturi li jipproduċu l-karta minħabba investiment kbir f’assi fissi. B’hekk, ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità matul il-PI kienet ikkunsidrata bħala waħda baxxa.

6.3.2.2.   Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(95)

Il-figuri tal-bejgħ fit-tabella t’hawn taħt huma relatati mal-volum mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni.

Tabella 4

Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

 

2006

2007

2008

2009/IP

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

4 921 141

4 999 524

4 875 841

4 008 354

Indiċi

100

102

99

81

Sehem mis-suq

93  %

91  %

91  %

88  %

Indiċi

100

98

98

95

Sors: Dejta pprovduta minn CEPIFINE.

(96)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni kiber b’4 % bejn l-2006 u l-2007 (ara l-premessa 81 t’hawn fuq), il-volum ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni lill-klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni żdied biss bi 2 % matul l-istess perjodu. Dan ifisser li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mill-konsum miżjud f’dak il-perjodu. Barra minn hekk, bejn l-2008 u l-PI, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 15 %, il-volum ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni kollha naqas aktar, bi 18 %. Konsegwentement il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, wara żieda żgħira fl-2007, naqas kontinwament u b’mod sinifikanti, u dan wassal għal telf fis-sehem mis-suq ta’ 5 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

6.3.2.3.   Tkabbir

(97)

Meta wieħed iħares lejn l-iżvilupp matul il-perjodu kkunsidrat, il-waqgħa ta’ 19 % fil-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet ħafna aktar qawwija mit-tnaqqis ta’ 14 % fil-konsum tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni wkoll naqas b’mod sinifikanti b’ħames punti perċentawli matul l-istess perjodu.

6.3.2.4.   Id-daqs tal-marġnijiet tad-dumping

(98)

Il-marġnijiet tad-dumping provviżorji għar-RPĊ, speċifikati hawn fuq fit-taqsima tad-dumping, huma sinifikanti. Minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġnijiet attwali tad-dumping ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala negliġibbli.

6.3.3.   Dejta marbuta mal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw (indikaturi makroekonomiċi)

6.3.3.1.   Prezzijiet medji tal-unità tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw

(99)

Il-prezzijiet ta’ bejgħ ex-works medji tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni żdiedu fl-2007, u wara naqsu u sal-2009 reġgħu niżlu għal kważi l-istess livell bħal fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-prezzijiet tal-karta fina miksija baqgħu stabbli tul is-snin.

Tabella 5

Prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni

Prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni

2006

2007

2008

2009/IP

Prezz medju (EUR/tunnellata)

692

717

691

695

Indiċi

100

104

100

100

Sors: Risposti għall-kwestjonarji.

6.3.3.2.   Ħażniet

(100)

Il-ħażniet kienu jirrappreżentaw madwar 10 % tal-volum tal-produzzjoni fil-PI. Il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw żiedu l-livelli tal-ħażniet b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2006 u l-2007 u aktar tard bejn l-2008 u l-PI. Partikolarment, dan ikkoinċida maż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

Tabella 6

Ħażniet

Ħażniet

2006

2007

2008

2009/IP

Ħażniet (tunnellati)

278 265

298 547

296 387

318 489

Indiċi

100

107

107

114

Sors: Risposti għall-kwestjonarji.

6.3.3.3.   Impjiegi, pagi u produttività

Tabella 7

Impjiegi

Impjiegi

2006

2007

2008

2009/IP

Impjiegi – ekwivalenti għall-full time (FTE)

7 756

7 487

7 207

6 197

Indiċi

100

97

93

80

Spiża tax-xogħol (EUR/FTE)

54 053

54 948

57 026

58 735

Indiċi

100

102

105

109

Produttività (unità/FTE)

453

478

486

457

Indiċi

100

106

107

101

Sors: Risposti għall-kwestjonarji.

(101)

Minħabba l-għeluq u l-konsolidazzjoni tal-imtieħen tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, in-numru ta’ impjegati tnaqqas sostanzjalment bi 11 % (kważi 900 impjieg) matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa nnutat li ċ-ċifri dwar l-impjiegi murija hawn fuq għall PI tkabbru bl-għadd ta’ impjegati miksuba minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-bidu tal-PI. Il-waqgħa fl-impjiegi kienet l-istess għal 20 % jekk l-effett ta’ dan l-akkwist fuq dan l-indikutaru jitwarrab.

(102)

Inkiseb titjib fl-effiċjenza billi ġiet miżjuda u miżmuma produzzjoni għolja għal kull impjegat anki fi żmien meta numru sinifikanti ta’ nies ingħataw is-sensji fl-2007 u fl-2008. Ir-ritorn fil-livell ta’ produttività għal-livell tal-2006 mill-PI għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tan-natura ġenerali tal-attivitajiet ta’ tnaqqis fin-numru ta’ impjegati, fejn it-tnaqqis isegwi l-waqgħa fil-produzzjoni biss wara ċertu dewmien. L-ispejjeż tax-xogħol żdiedu b’mod stabbli, għal żieda totali ta’ 10 % matul il-perjodu kkunsidrat.

6.3.3.4.   Profitt, fluss ta’ flus, investimenti, redittu fuq l-investiment

Tabella 8

Profitt

 

2006

2007

2008

2009/IP

Profitt

–1,13  %

–0,21  %

–2,60  %

2,03  %

Bidla (100 = 2006)

 

+0,92  %

–1,47  %

+3,16  %

Fluss ta’ flus (eluf ta’ EUR)

260 047

211 036

172 570

336 753

Indiċi

100

81

66

129

Investimenti (eluf ta’ EUR)

151 900

151 027

127 845

98 220

Indiċi

100

99

84

65

Redditu fuq l-investimenti

–0,73  %

–0,54  %

–2,73  %

0,39  %

Bidla (100 = 2006)

 

+0,19  %

–2,00  %

+1,12  %

Sors: Risposti għall-kwestjonarji.

(103)

Il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ġarrbu telf fis-snin 2006 sa 2008 u s-sitwazzjoni finanzjarja nqalbet għal waħda pożittiva biss fl-2009 meta l-prezz dinji tal-polpa, il-materja prima ewlenija, naqas b’mod sinifikanti minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Il-waqgħa fil-prezz tal-polpa fl-2009 kienet ta’ 19 % fuq il-prezz medju fl-2008 li kienet ikkunsidrata bħala waqgħa kbira abnormali u li tat kontribut direttament għas-sitwazzjoni finanzjarja mtejba fil-PI.

(104)

It-tendenza murija mill-fluss ta’ flus, li hija l-kapaċità tal-produtturi li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess, tirrifletti ħafna l-iżviluppi fil-profitt. Konsegwentement, il-fluss tal-flus juri żieda eċċezzjonali fil-PI minħabba l-prezzijiet tal-polpa li qed jorħsu. Ir-redditu fuq l-investimenti wera żvilupp negattiv konformi mar-riżultati ta’ profitt negattivi miksuba mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw sal-2008 u tendenza pożittiva fil-PI minħabba l-iffrankar tal-ispejjeż eċċezzjonali fuq il-prezzijiet tal-polpa.

(105)

Wara dan t’hawn fuq, il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw li jinvestu saret limitata peress li l-fluss ta’ flus naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, minbarra għall-PI. Bħala konsegwenza, l-investimenti naqsu bi 35 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu limitati għall-installazzjoni ta’ impjanti ta’ koġenerazzjoni li għenu lill-produtturi tal-Unjoni sabiex itaffu l-effett tal-ispejjeż tal-enerġija li dejjem qed jogħlew.

6.3.3.5.   Il-kapaċità li jiżdied il-kapital

(106)

L-industrija tal-karti inġenerali hija kkaratterizzata minn dejn għoli marbut mal-investiment sinifikanti f’assi fissi. Bħala konsegwenza tat-telf li sar f’ħafna mill-perjodu kkunsidrat, il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw li jżidu l-kapital u jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom bi spejjeż finanzjarji raġonevoli ukoll naqset. Dan kien il-każ b’mod partikolari fl-2008 meta wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kellu jiġi ffinanzjat mill-ġdid bi primjum tar-riskju sinifikanti filwaqt li l-iżgħar produttur li kkoopera falla fl-2008 u ttieħed minn produttur tal-Unjoni ieħor.

6.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(107)

L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu bħall-volum ta’ produzzjoni (– 20 %), l-utilizzazzjoni tal-kapaċità (– 10 %), il-volum ta’ bejgħ lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni (– 19 %), is-sehem mis-suq (– 5 punti perċentawli) naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw bħar-redditu fuq l-investiment u l-profitt ġew affettwati b’mod serju sal-2008. Iż-żieda f’salt tal-profitt fil-PI kienet purament ikkawżata mill-waqgħa temporanja u eċċezzjonali fil-prezzijiet globali tal-polpa fil-PI. Huwa nnutat li anki matul il-PI r-rata ta’ profitt kienet baxxa ħafna u ma kinitx ikkunsidrata li qed tbiddel il-konklużjoni li l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kienu f’pożizzjoni finanzjarja dgħajfa ħafna.

(108)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kwadru tad-dannu t’hawn fuq jista’ jiġi spjegat l-aktar bil-fatt li minkejja l-isforzi ta’ ristrutturar u t-titjib fil-produttività il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ma kinux kapaċi jżidu l-prezzijiet tal-CFP tagħhom ’il fuq mil-livell li jkopri l-ispiża. Dan huwa prinċipalment minħabba t-twaqqigħ tal-prezz ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi matul il-PI li għandu effett sinifikanti f’suq fejn it-trasparenza tal-prezzijiet hija għolja. Matul il-PI, il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw rnexxielhom inaqqsu l-ispiża tal-produzzjoni permezz ta’ aktar titjib fil-produttività u minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polpa li seħħ prinċipalment fit-tieni nofs tal-PI. Meta d-domanda u l-provvista saru aktar bilanċjati fis-suq wara l-isforzi tal-produtturi biex jikkontrollaw l-eċċess ta’ kapaċità strutturali permezz ta’ għeluq ta’ konsolidazzjoni u ta’ kapaċitajiet, il-prezzijiet tal-CFP setgħu jinżammu f’livell stabbli. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ma kinux f’pożizzjoni li jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom għal livell li jkun jeħtieġ ir-rati ta’ profitt għall-vijabbiltà fit-tul.

(109)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 17, parti waħda stqarriet li s-CFP użat fl-istampar web-fed messu kien inkluż fl-ambitu tal-investigazzjoni preżenti. Abbażi ta’ dan, il-parti stqarriet li l-esklużjoni ta’ dan il-prodott mid-determinazzjoni tad-dannu matarjali u l-analiżi tax-xejriet kien iservi ta’ distorzjoni għall-qagħda tad-dannu. Madankollu, abbażi tal-konklużjonijiet preżentati fil-premessi 20 u 22, jiġifieri li s-CFP użat fl-istampar web-fed u sheet-fed huma prodotti differenti, din l-istqarrija ġiet miċħuda.

(110)

L-istess parti sostniet li l-akkwiżizzjoni ta’ produttur tal-Unjoni wieħed minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fl-2008 kienet evidenza li l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kienu b’saħħithom biżżejjed. L-ewwel ġie nnutat li d-dannu materjali huwa valutat abbażi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u mhuwiex ibbażat fuq is-sitwazzjoni partikolari ta’ produttur wieħed. Kif ġie konkluż fil-premesa 107 t’hawn fuq, ħafna indikaturi tad-dannu wrew tendenza negattiva li tipprova d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. L-akkwiżizzjoni kienet ukoll ikkunsidrata bħala parti mill-isforzi ta’ ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. F’kwalunkwe każ, huwa nnutat li meta jiġu analizzati l-makroindikaturi bħall-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq l-akkwiżizzjoni kellha effett newtrali peress li l-makroindikaturi huma valutati fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni kollha li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni kif definita fil-premessa 77. Fi kliem ieħor dawn il-fatturi għandhom jibqgħu b’mod ġenerali l-istess fil-każ ta’ bidla fis-sjieda.

(111)

Meta jiġi kkunsidrat dak t’hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

7.   KAWŻALITÀ

7.1.   Introduzzjoni

(112)

Skont l-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjonikienx ikkaġunat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hekk, fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping, li setgħu kienu ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

7.2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(113)

Għandu jiġi nnutat li suq tal-CFP tal-Unjoni huwa kkaratterizzat minn livell għoli ta’ konċentrazzjoni ta’ poter tax-xiri u trasparenza tal-prezzijiet permezz ta’ kwotazzjonijiet ta’ prezzijiet. Barra minn hekk il-CFP huwa tip ta’ prodott bażiku li ma jippermettix differenzi sinifikanti fil-prezzijiet fost sorsi differenti. Parti kbira mill-prodotti tinbiegħ permezz ta’ negozjanti li jġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni żżomm il-prezzijiet skont l-importazzjonijiet bi prezz baxx u li huma l-oġġett ta’ dumping. B’hekk il-prezzijiet tal-CFP impurtat, li minnu 35 % oriġina fir-RPĊ fil-PI, ġeneralment għandhom effett sinifikanti fuq il-livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(114)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fir-RPĊ żdiedu b’mod drammatiku (+ 183 %) matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ l-ewwel irdoppjaw mill-2006 għall-2007, filwaqt li l-prezzijiet fl-2007 kienu 2 % inqas mis-sena ta’ qabel. Fl-2008 l-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħu stabbli u l-prezzijiet reġgħu filwaqt li l-prezzijiet medji waqgħu b’aktar minn 1 %. Il-volumi tal-importazzjoni Ċiniża (+71 %) u s-sehem mis-suq (+120 %) reġgħu żdiedu b’mod drammatiku fil-PI bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet neżlin (– 5 %) tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw bi 5,6 % u b’hekk eżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u żammew lura l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw milli jgħollu l-prezzijiet tagħhom għal livelli ta’ profitt.

(115)

Huwa mfakkar li matul il-perjodu kkunsidrat il-konsum tal-Unjoni naqas b’madwar 14 %. L-industrija tal-Unjoni esperjenzat waqgħa sinifikanti fil-volum tal-bejgħ tagħhom (19 %). Madankollu t-tnaqqis fil-bejgħ kien akbar mill-waqgħa fid-domanda u wassal għal telf ta’ sehem mis-suq ta’ 5 punti perċentwali. Fl-istess ħin is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied bi 3 punti perċentwali. Dan juri li l-biċċa l-kbira tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ttieħdet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

(116)

B’hekk huwa kkunsidrat li l-pressjoni kontinwa eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ fuq is-suq tal-Unjoni ma ppermettitx li l-industrija tal-Unjoni tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom għall-ispejjeż miżjuda tal-materja prima, partikolarment fl-2008, meta l-prezzijiet tal-polpa laħqu l-ogħla livell. Dan wassal għat-telf fis-sehem mis-suq u għat-telf fil-profitt tal-industrija tal-Unjoni.

(117)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq ġie provviżorjament konkluż li ż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kellhom impatt negattiv konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

7.3.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

7.3.1.   L-iżvilupp tal-konsum fis-suq tal-Unjoni

(118)

Kif imsemmi fil-premessa 82 t’hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni tal-CFP l-ewwel żdied fl-2007, u wara naqas fl-2008 u fil-PI. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-industrija tal-Unjoni kollha tilfu sehem mis-suq. Wieħed mill-esportaturi li kkoopera fir-RPĊ sostna li t-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien minħabba t-tnaqqis fil-konsum li kien ikkawżat mill-kriżi ekonomika u l-espansjoni tal-mezzi elettroniċi.

(119)

Għalkemm ma jistax jiġi injorat il-fatt li din l-evoluzzjoni negattiva tal-konsum tal-Unjoni, għal xi raġuni, bejn l-2007 u l-PI kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fejn għandhom x’jaqsmu l-volumi tal-bejgħ u l-produzzjoni, ta’ min jinnota l-fatt li l-esportaturi Ċiniżi fl-istess ħin u speċjalment mill-2008 sal-2009 rnexxielhom iżidu l-volumi ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tagħhom permezz tal-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata fuq is-suq mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk, huwa kkunsidrat li d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni huwa prinċipalment ikkawżat miż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u t-twaqqigħ ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi u mhux mit-tnaqqis fil-konsum. Għalkemm il-kontrazzjoni fid-domanda tat kontribut għad-dannu, ma setgħetx tikser ir-rabta kawżali bejn id-dannu materjali mġarrab u ż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

7.3.2.   Il-prezzijiet tal-materja prima

(120)

L-ispiża medja tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw żdiedet ftit (2 %) bejn l-2006 u l-2008 u naqset b’5 % fil-PI. L-investigazzjoni wriet li l-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw biex jipproduċu CFP ġeneralment segwiet tendenza simili bħall-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-polpa, materja prima ewlenija fil-produzzjoni tal-karta. Il-prezz medju tal-polpa żdied bi 8 % bejn l-2006 u l-2008, u wara dan il-perjodu naqas b’mod drastiku mill-aħħar tal-2008 sal-aħħar xahar tal-PI. Il-prezz tal-polpa bħala medja kien 19 % inqas fl-2009 mis-sena ta’ qabel.

(121)

Fin-nuqqas ta’ dumping ta’ ħsara, wieħed seta’ jistenna li l-prezzijiet jiġu regolarment adattati biex jirriflettu l-iżvilupp tal-elementi diversi tal-ispiża tal-produzzjoni. Sal-2008, madankollu, dan ma seħħx. Fil-fatt, il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ġew sfurzati jżommu l-prezzijiet tal-bejgħ baxxi anki meta l-prezzijiet tal-polpa kienu qed jiżdiedu fl-2008 sabiex jikkompetu kontra l-importazzjonijiet bi prezz baxx li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, li wassal għal waqgħa sinifikanti fil-profitt f’dak il-perjodu. Fil-PI, is-sitwazzjoni tjiebet minħabba t-tnaqqis abnormali fil-prezzijiet tal-polpa – filwaqt li l-prezzijiet tal-CFP setgħu jinżammu stabbli fl-istess ħin. Madankollu anki f’dan il-perjodu eċċezzjonali l-livelli ta’ profitt li kienu għadhom baxxi ħafna ma ppermettewx li jirkupraw minn prattiċi ta’ dumping kontinwi. Fil-fatt, minkejja t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-materja prima l-livelli tal-prezzijiet xorta ma setgħux jiżdiedu għal livelli biex jinkisbu marġnijiet ta’ profitt solidi meħtieġa għal dawn il-produtturi b’kapital intensiv.

(122)

Għalhekk, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonjiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li waqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw baxxew il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u żammew lura l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw milli jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom biex ikopru l-ispejjeż tagħhom jew biex jiksbu profitt raġonevoli. Peress li l-prezzijiet tal-materja prima kienu qed jonqsu b’mod sinifikanti fil-PI, ġie konkluż li ma setgħux kellhom impatt fuq id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

7.3.3.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(123)

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ġiet eżaminata wkoll bħala wieħed mill-fatturi magħrufa għajr l-importazzjoni ddampjata, li fl-istess waqt setgħet serviet ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi oħrajn ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet iddampjati. L-analiżi turi li l-bejgħ mill-esportazzjoni lil partijiet mhux relatati magħmul mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kien jirrappreżenta parti importanti mill-bejgħ tagħhom (madwar 27 %) matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm il-volumi tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet ukoll naqsu fil-perjodu kkunsidrat b’9 %, it-telf tal-volumi kien jidher inqas meta mqabbel mat-telf tal-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (19 %). B’hekk, kien meqjus li t-tnaqqis fil-volum tal-esportazzjoni ma jistax jispjega l-livell ta’ dannu li ġarrbu l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. Peress li l-esportazzjonijiet għandhom ir-rwol importanti li jżommu l-utilizzazzjoni tal-kapaċità għolja biex ikopru l-ispejjeż fissi għolja tal-investimenti f’makkinarju, ġie meqjus li minkejja li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni kienet qed tonqos, din ġeneralment kellha effett pożittiv. Għalhekk, ġie meqjus li anki jekk it-tnaqqis fl-attivitajiet ta’ esportazzjoni setgħu kkontribwew għat-tagħwir tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, dawn min-naħa l-oħra kienu qed itaffu t-telf imġarrab fis-suq tal-Unjoni u b’hekk ma kinux tali li kisru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(124)

Parti waħda sostniet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis sinifikanti fl-esportazzjonijiet minħabba s-saħħa tal-Euro meta mqabbla mad-dollaru Amerikan u li d-dannu kkawżat minn dan il-fattur ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. Kif ġie konkluż hawn fuq, id-deterjorament fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu x’kienu l-kawżi għal dan id-deterjorament, mhuwiex ir-raġuni ewlenija għad-dannu li ġarrbu l-produtturi u b’hekk ma kisirx ir-rabta kawżali stabbilita fil-premessa 117.

7.3.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(125)

It-tendenzi fil-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra bejn l-2006 u l-PI kienu kif ġej:

Tabella 9

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

 

2006

2007

2008

2009/IP

Svizzera

Importazzjonijiet (tunnellati)

194 748

191 636

226 736

172 233

Indiċi

100

98

116

88

Sehem mis-suq

3,7  %

3,5  %

4,2  %

3,8  %

Indiċi

100

95

115

103

Prezz (EUR/tunnellata)

787

782

758

793

Indiċi

100

99

97

105

Indoneżja

Importazzjonijiet (tunnellati)

19 834

30 714

27 178

49 877

Indiċi

100

155

137

251

Sehem mis-suq

0,4  %

0,6  %

0,5  %

1,1  %

Indiċi

100

149

135

292

Prezz (EUR/tunnellata)

855

818

845

681

Indiċi

100

96

99

80

Korea t’Isfel

Importazzjonijiet (tunnellati)

45 154

65 251

46 498

46 068

Indiċi

100

145

103

102

Sehem mis-suq

0,9  %

1,2  %

0,9  %

1,0  %

Indiċi

100

139

102

118

Prezz (EUR/tunnellata)

562

669

664

618

Indiċi

100

119

118

110

Il-pajjiżi l-oħra kollha

Importazzjonijiet (tunnellati)

58 623

70 984

62 844

100 711

Indiċi

100

121

107

172

Sehem mis-suq

1,1  %

1,3  %

1,2  %

2,2  %

Indiċi

100

117

106

199

Prezz (EUR/tunnellata)

962

860

914

824

Indiċi

100

89

95

86

Sors: Eurostat.

(126)

Il-pajjiżi terzi l-oħra ewlenin li jesportaw il-CFP fis-suq tal-Unjoni huma l-Isvizzera, l-Indoneżja u l-Korea t’Isfel. Mit-tendenzi fil-volumi tal-importazzjoni wieħed jista’ jara li ż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ kienet aktar milli minn kwalunkwe pajjiż terz ieħor. Fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-Isvizzera, dawn dejjem ġew mibjugħa bi prezzijiet ħafna ogħla mill-prodotti importati mir-RPĊ. Is-sehem mis-suq tal-prodotti Żvizzeri baqa’ relattivament stabbli, minbarra għas-sena 2008 meta żdiedu temporanjament għal aktar minn 4 % qabel waqgħu lura għal qrib il-livell tal-2006 fil-PI. Il-CFP importat mill-Isvizzera kien jikkostitwixxi prinċipalment il-produzzjoni ta’ kumpanija waħda bi sjieda ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw u l-prezzijiet unitarji ogħla jistgħu jkunu marbuta ma’ taħlitiet ta’ prodott u strutturi tal-bejgħ differenti. Fejn għandhom x’jaqsmu l-importazzjonijiet mill-Indoneżja, dawn ukoll kienu qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet ogħla mill-prodotti Ċiniżi, ħlief għall-PI meta l-prezzijiet waqgħu, fil-parti l-kbira x’aktarx minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polpa. Iż-żieda li rriżultat tal-importazzjonijiet, li madankollu f’termini ta’ volum baqgħet ta’ livell baxx fil-PI, wasslet għal sehem mis-suq li wkoll baqa’ f’livell baxx f’dak il-perjodu. L-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel daħlu fl-Unjoni fi kwantitajiet żgħar matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq baqa’ stabbli. Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjoni Koreani kienu simili għall-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ, il-prezzijiet Koreani ma kinux qed juru tendenza dejjem tonqos bħalma kienu qed juru l-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kollu kkunsidrat. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħrajn kollha kellhom prezzijiet ogħla b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-volumi tal-importazzjoni kienu baxxi.

(127)

Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma tawx kontribut għad-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

7.3.5.   L-eċċess ta’ kapaċità strutturali

(128)

Produttur wieħed li kkoopera fir-RPĊ sostna li d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-eċċess ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni. It-tnaqqis fil-kapaċità u l-konsolidament tal-industrija tal-Unjoni b’hekk ma kienx konsegwenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi iżda għandu jidher bħala miżura kontra l-eċċess ta’ kapaċità. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-industija tal-Unjoni ġarrbet telf fil-perjodu kkunsidrat, speċjalment fl-2008, minkejja r-ristrutturar tal-produtturi peress li, kif spjegat fil-premessi minn 113 sa 117 t’hawn fuq, il-industrija tal-Unjoni xorta ma kinetx kapaċi tgħolli l-prezzijiet tagħha għal-livelli ogħla mill-ispejjeż. Din is-sitwazzjoni kienet prinċipalment ikkawżata mill-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjoni li huma l-oġġett ta’ dumping li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dan l-argument b’hekk kellu jiġi miċħud.

7.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(129)

L-analiżi t’hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezz baxx li joriġinaw mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet ta’ dumping li kienu inqas mill-prezzijiet imposti mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal tipi ta’ prodotti simili.

(130)

Din iż-żieda fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezz baxx li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ ikkoinċidiet ma’ tnaqqis ġenerali tad-domanda fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ bejn l-2006 u l-PI u wkoll mal-iżvilupp negattiv fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Fl-istess ħin ġie osservat żvilupp negattiv fl-indikaturi ewlenin tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa 107.

(131)

L-eżaminazzjoni tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni żvelat li dawn il-fatturi mhumiex tali li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu li ġarrbu l-industrija tal-Unjoni.

(132)

Abbażi tal-analiżi t’hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

8.   INTERESS TAL-UNJONI

8.1.   Kumment preliminari

(133)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping dannuż, kinux jeżistu raġunijiet validi sabiex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri antidumping provviżorji f’dan il-każ partikolari. Għal dan l-għan, u skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-impatt probabbli ta’ miżuri possibbli fuq l-industrija tal-Unjoni, l-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri u l-utenti tal-prodott ikkonċernat kif ukoll il-konsegwenzi probabbli li jirriżultaw jekk ma jittieħdux miżuri ġew ikkunsidrati abbażi tal-evidenza kollha sottomessa.

8.2.   L-industrija tal-Unjoni

(134)

L-industrija tal-Unjoni bħala entità waħda tinkludi 14-il produttur magħruf u hija stmata li tirrappreżenta madwar 98 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-CFP skont CEPIFINE. Il-produtturi jinsabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, u jimpjegaw direttament ’il fuq minn 11 000 persuna b’rabta mal-prodott ikkonċernat.

(135)

Tnejn mill-produtturi magħrufa opponew il-bidu tal-investigazzjoni iżda ma pprovdew l-ebda tagħrif addizzjonali u ma kkooperawx mal-investigazzjoni. Skont it-tagħrif disponibbli, madankollu, u b’mod partikolari abbażi tad-dejta magħmula disponibbli minn CEPIFINE li żvelat deterjorament fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jista’ raġonevolment jiġi preżunt li dawn iż-żewġ kumpaniji wkoll ġew affettwati b’mod negattiv mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni b’hekk ma tqisitx bħala indikazzjoni li s-sitwazzjoni tagħhom kienet tkun differenti minn dik tal-industrija tal-Unjoni li fadal.

(136)

Il-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Huwa mfakkar li ħafna indikaturi tad-dannu wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari l-indikaturi tad-dannu marbuta mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, bħall-profitt u r-redditu fuq l-investiment, minkejja titjib żgħir fil-PI, ġew affettwati b’mod serju. Fin-nuqqas ta’ miżuri, deterjorament addizzjonali fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni jidher possibbli ħafna.

(137)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping provviżorji se terġa’ ġġib fis-seħħ kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi u ġusti fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu li l-industrija tal-Unjoni taġġusta l-prezzijiet tal-CFP biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti diversi. Wieħed jista’ jistenna li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji tippermetti li l-industrija tal-Unjoni terġa’ tikseb mill-inqas parti mis-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat, b’impatt pożittiv addizzjonali fuq is-sitwazzjoni ekonomika u l-profitt tagħhom.

(138)

B’hekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-CFP li joriġinaw mir-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

8.3.   Importaturi u negozjanti

(139)

Intbagħtu kwestjonarji lil erbatax-il importatur u negozjant magħrufa u mhux relatati fl-Unjoni li kienu elenkati fl-ilment. Waqt l-investigazzjoni numru ta’ negozjanti oħrajn (li jissejħu wkoll negozjanti fl-industrija) ippreżentaw lilhom infushom. Fl-aħħar, dstatax-il kumpanija kkooperaw fl-investigazzjoni, għalkemm xi wħud minn dawk li wieġbu pprovdew biss tagħrif parzjali. L-importaturi nstabu li kienu qed jaġixxu wkoll bħala negozjanti fis-suq u b’hekk dawn il-partijiet kollha minn hawn ’il quddiem se jkunu magħrufa bħala “negozjanti”.

(140)

L-investigazzjoni wriet li n-negozjanti kollha xtraw il-CFP minn diversi sorsi u prinċipalment mingħand il-industrija tal-Unjoni. Ħames negozjanti ma xtrawx il-CFP importat mir-RPĊ jew xtrawh biss kultant żmien. Is-seba’ kumpaniji li pprovdew tagħrif kwantitattiv dwar ix-xiri tagħhom tal-prodott ikkonċernat b’kollox kienu jirrappreżentaw 47 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. L-importazzjonijiet, inklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu jirrappreżentaw biss sehem limitat tan-negozju totali tagħhom u kwalkunkwe impatt negattiv tal-miżuri proposti b’hekk x’aktarx ikun negliġibbli. In-negozjanti kollha ddikjaraw li l-CFP prodotta fl-Unjoni u dik prodotta fir-RPĊ kienu fil-biċċa l-kbira ta’ kwalità simili u setgħu jinbidlu ma’ xulxin. Barra minn hekk l-investigazzjoni kkonfermat li jeżisti numru kbir ta’ sorsi tal-importazzjoni oħra u n-negozjanti jistgħu jerġgħu lura għal dawn is-sorsi l-oħrajn ta’ provvista, għall-inqas għal żmien aktar fit-tul.

(141)

Żewġ negozjanti li jimportaw kienu qed jiddependu l-aktar mis-sorsi Ċiniżi għax-xiri tal-CFP. Iż-żewġ kumpaniji ddikjaraw li jkollhom diffikultajiet biex jiksbu prodotti minn industrija tal-Unjoni peress li jkun hemm kanali ta’ bejgħ tradizzjonali minħabba volumi minimi ta’ ordnijiet meħtieġa mill-produtturi u ftehimiet ta’ distribuzzjoni li jkun jeħtieġ li jiġu rispettati. Dan madankollu, ma affettwax direttament id-disponibilità tal-CFP mill-industrija tal-Unjoni peress li kellhom kapaċità żejda biżżejjed disponibbli. B’hekk dan l-argument kellu jiġi miċħud.

(142)

Dwar il-possibbiltà li jgħaddu ż-żidiet potenzjali fl-ispejjeż lill-klijenti tagħhom, in-negozjanti li kkooperaw kollha semmew it-trasparenza fil-prezzijiet qawwija fis-suq tal-Unjoni u ddikjaraw li jkunu kapaċi jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom biss lill-klijenti finali jekk il-livell tal-prezz fl-Unjoni, b’mod ġenerali, jiżdied. Fuq din il-bażi, u minħabba li l-effett intiż tad-dazji antidumping huwa, inter alia, li jżid il-livell tal-prezz fl-Unjoni għal livelli li jkopru l-ispiża, huwa mistenni li l-importaturi b’hekk ikunu kapaċi jgħaddu mill-inqas parti minn kwalunkwe żidiet fil-prezzijiet ikkawżati mid-dazju antidumping għal fuq il-klijenti tagħhom. Għandu jiġi nnutat ukoll li kif imsemmi hawn fuq, instab li l-importazzjonijiet Ċiniżi jikkostitwixxu biss parti żgħira min-negozju ġenerali tan-negozjanti u li b’hekk, l-effett tad-dazju antidumping inġenerali jkun negliġibbli. Fl-aħħar huwa meqjus ukoll li l-importaturi jiksbu profitt ogħla fuq il-bejgħ mill-ġdid tal-CFP miksub mingħand il-produtturi fir-RPĊ, b’hekk ikunu jistgħu wkoll jagħmlu inqas profitt billi jassorbu mill-inqas żieda fl-ispiża parzjali.

(143)

B’hekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji ġeneralment m’għandhiex ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi u n-negozjanti.

8.4.   Utenti

(144)

Intbagħtu kwestjonarji lil tmien utenti magħrufa fl-Unjoni li ġew elenkati fl-ilment. Waqt l-investigazzjoni diversi utenti oħra ppreżentaw ruħhom. B’kollox 17-il kumpanija pprovdew tweġiba sħiħa jew parzjali għall-kwestjonarju. Dawn il-kumpaniji jinsabu mifruxa mal-Unjoni u jirrappreżentaw is-setturi tal-istampar u l-pubblikazzjoni. Peress li l-kundizzjonijiet tas-suq u l-istrutturi tal-ispejjeż nstabu li huma differenti għall-istamperiji u l-pubblikaturi, l-impatt tal-miżuri ġie analizzat separatament għal kull grupp.

8.4.1.   Stamperiji

(145)

B’kollox disa’ stamperiji, ħafna minnhom SMEs, ipprovdew tagħrif bażiku. Skont it-tagħrif disponibbli, ġie stabbilit li normalment is-sehem ta’ CFP meta mqabbel mal-ispiża totali tal-industrija ta’ materjal stampat kien relattivament għoli, jiġifieri madwar 40 % bħala medja. Ħafna stamperiji li kkooperaw bdew biss jużaw il-karta Ċiniża reċentement, ħafna minnhom wara l-PI biss. Ġie kkonfermat li l-CFP prodott fl-Unjoni u dik prodotta fir-RPĊ huma ta’ kwalità simili u li hemm kompetizzjoni fil-prezzijiet qawwija bejn in-negozjanti.

(146)

L-istamperiji kollha qalu li kwalunkwe żieda fil-prezzijiet ikollha effett negattiv sinifikanti fuq il-profitt tagħhom. Ġie affermat li l-produtturi tal-istampar diġà qegħdin taħt pressjoni minħabba l-eċċess ta’ kapaċità strutturali u kwalunkwe żieda fil-prezzijiet tax-xiri ta’ CFP jitfa’ aktar pressjoni fuq dawn il-produtturi. F’dan ir-rigward, huwa nnutat li minħabba l-kwantitajiet żgħar ta’ CFP Ċiniża użata mill-istamperiji (li għadhom jiksbu l-biċċa l-kbira tal-CFP meħtieġa mill-industrija tal-Unjoni) l-impatt dirett ta’ kwalunkwe dazju ġie kkunsidrat negliġibbli. Fejn għandha x’taqsam iż-żieda ġenerali fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, ġie kkunsidrat li peress li din iż-żieda fil-prezzijiet taffettwa l-atturi ekonomiċi kollha din ikollha effett newtrali.

(147)

Xi stamperiji sostnew li d-dazji antidumping jirriżultaw f’nuqqas fil-provvista fis-suq u żminijiet ta’ konsenja fit-tul. L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni u l-intermedjarji huma kapaċi jaqdu s-suq bil-provvisti meħtieġa. Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, u b’mod partikolari minħabba li din l-affermazzjoni ma kinitx appoġġjata b’evidenza, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

8.4.2.   Pubblikaturi

(148)

Fir-rigward tas-settur tal-pubblikazzjoni, waslu sitt risposti għall-kwestjonarji minn kumpaniji. Kumpanija waħda biss kellha xiri żgħir ta’ CFP ta’ oriġini Ċiniża fil-PI. Erba’ mill-kumpaniji pprovdew dejta kwantitattiva dwar l-użu tagħhom ta’ CFP.

(149)

Ġeneralment, instab li bħala medja l-prodotti fejn intużat il-CFP kienu jirrappreżentaw 16 % tad-dħul totali ta’ dawn il-kumpaniji u li l-profitt medju miksub f’dan in-negozju kien madwar 12 %. Barra minn hekk, instab li s-sitt kumpaniji xtraw CFP prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li waħda minnhom biss użat CFP impurtata mir-RPĊ. Kumpanija oħra bdiet tixtri l-prodotti Ċiniżi biss wara l-PI. B’hekk, u b’mod partikolari abbażi tal-volumi baxxi ta’ CFP li toriġina mir-RPĊ użata f’dan is-settur, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ x’aktarx mhix se taffettwa serjament is-settur tal-pubblikazzjoni inġenerali. Barra minn hekk, dawn il-kumpaniji nstabu li kienu qed jagħmlu profitt u setgħu jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet lill-klijent finali aktar faċilment minħabba l-użu ta’ karta maħsuba għall-klijent u mitluba mill-klijent fejn il-karta użata fil-produzzjoni tinxtara mill-klijent innifsu huwa aktar komuni. Fl-aħħar, il-pubblikaturi għandhom poter ta’ xiri aktar f’saħħtu minħabba l-ekonomiji tal-kobor.

(150)

Tliet assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-istampar ipprovdew sottomissjonijiet bil-miktub. Tnejn minnhom opponew l-impożizzjoni tad-dazji, u sostnew li kwalunkwe żidiet fil-prezzijiet iwasslu għal spejjeż ogħla u konsegwentement għat-telf tal-kompetittività u ta’ xogħlijiet fl-industriji downstream. Huma sostnew li hemm elastiċità trażversali qawwija bejn il-prodotti stampati u l-prodotti elettroniċi tal-midja li jfisser li kwalunkwe żidiet fil-prezzijiet iwasslu sabiex jiċkien dan is-segment. L-investigazzjoni sabet li jeżistu diversi segmenti fil-prodotti tal-karti fejn għandu x’jaqsam tkabbir mistenni u li s-segment tal-karta għall-istampar ta’ kwalità għolja, li fih tintuża l-aktar il-CFP, għadu qed jikber. Fir-rigward tal-affermazzjoni li t-telf imur lejn is-suq downstream, din l-affermazzjoni hija vaga u ma kinitx appoġġjata minn kwalunkwe tagħrif jew evidenza ta’ prova. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda impatt sinifikanti dwar il-produtturi pubblikaturi li xtraw il-karta prinċipalment minn sorsi oħra minbarra r-RPĊ. B’hekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(151)

Meta jiġi kkunsidrat dan t’hawn fuq, anki jekk xi utenti x’aktarx se jiġu affettwati b’mod negattiv mill-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-impatt fuq l-utenti fiż-żewġ setturi distinti jidher li se jkun ġeneralment limitat. B’hekk, ġie provviżorjament konkluż li, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, l-effett tal-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet ta’ CFP li toriġina mir-RPĊ x’aktarx mhux se jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

8.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(152)

Fid-dawl ta’ dak t’hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li ġeneralment, abbażi tat-tagħrif disponibbli li jikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m’hemm l-ebda raġunijiet sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ CFP li toriġina mir-RPĊ.

9.   MIŻURI ANTIDUMPING PROVVIŻORJI

9.1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(153)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li nkisbu fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping sabiex ikun evitat li jiġi kkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(154)

Għall-għan li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġnijiet tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jiġi eliminat id-dannu li ġarrbu l-industrija tal-Unjoni.

(155)

Meta ġie kkalkolat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżuri għandhom jippermettu li l-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn produttur ta’ dan it-tip fis-settur taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, fuq bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Kif sostna l-kwerelant, huwa provviżorjament ikkunsidrat li marġni ta’ profitt ta’ 8 % fuq id-dħul jista’ jitqies bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li tikseb fin-nuqqas ta’ dumping dannuż.

(156)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkolat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni għall-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż inkiseb biż-żieda tal-marġni msemmi hawn fuq ta’ 8 % mal-ispiża tal-produzzjoni.

(157)

Iż-żieda fil-prezz meħtieġa mbagħad ġiet iddeterminata abbażi ta’ tqabbil, skont it-tip ta’ prodott, tal-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ, bil-prezz mhux dannuż tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentawl tal-valur medju tal-importazzjoni ta’ CIF tat-tipi mqabbla.

9.2.   Miżuri provviżorji

(158)

Skont dak li ntqal, u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li għandhom ikunu imposti l-miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fl-aktar livell baxx tal-marġnijiet ta’ dumping u ta’ dannu skont ir-regola tal-inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tiġi stabbilita fil-livell tal-marġnijiet ta’ dannu li nstabu.

(159)

Konsegwentement, il-marġnijiet tal-eliminazzjoni tad-dannu u l-marġnijiet ta’ dumping u r-rati proposti tad-dazju antidumping provviżorju għar-RPĊ, espressi fuq il-prezzijiet ta’ CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, huma dawn li ġejjin:

Produttur esportatur

Marġni tad-dumping

Marġni ta’ dannu

Rata ta’ dazju AD provviżorja

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

43,9  %

19,7  %

19,7  %

Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

43,9  %

19,7  %

19,7  %

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

63  %

39,1  %

39,1  %

Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

63  %

39,1  %

39,1  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

63  %

39,1  %

39,1  %

(160)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. B’hekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (f’kuntrast mad-dazju applikabbli għall-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) b’hekk huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti minn kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti impurtati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux igawdu minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(161)

Kwalunkwe talba li titlob għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpanija individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ta’ produzzjoni jew ta’ bejgħ ġodda) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (5) minnufih flimkien mat-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjat ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fil-produzzjoni u l-entitajiet tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

(162)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju li jibqa’ m’għandux jiġi applikat għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx biss iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhom l-ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

10.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(163)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi stabbilit perjodu li fih il-partijiet interessati li ppreżentaw lilhom infushom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-Avviż ta’ bidu jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu għal seduta ta’ smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jerġgħu jiġu kkunsidrati għall-għan ta’ dazju definittiv,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżorju huwa b’dan impost fuq il-karta fina miksija, li hija karta jew kartun miksi minn naħa waħda jew miż-żewġ naħat (minbarra l-karta tat-tip kraft u l-kartun tat-tip kraft), f’folji jew rombli, b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma taqbiżx l-400 g/m2 u luminożità ta’ aktar minn 84 (li titkejjel skont l-ISO 2470-1), li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4810 13 20, ex 4810 13 80, ex 4810 14 20, ex 4810 14 80, ex 4810 19 10, ex 4810 19 90, ex 4810 22 10, ex 4810 22 90, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10, ex 4810 99 30 and ex 4810 99 90 (kodiċijiet TARIC 4810132020, 4810138020, 4810142020, 4810148020, 4810191020, 4810199020, 4810221020, 4810229020, 4810293020, 4810298020, 4810991020, 4810993020 u 4810999020)) u li toriġina mir-Repubblika Popolari tar-RPĊ.

Id-dazju provviżorju ma jikkonċernax rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar bir-rombli. Rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar bir-rombli huma definiti bħala dawk ir-rombli li, jekk jiġu ttestjati skont l-istandard tat-test ISO, ISO 3783:2006 dwar id-determinazzjoni tar-reżistenza għat-tiċrit, - il-metodu tal-veloċità aċċellerata li juża t-tester IGT (mudell tal-elettriku), jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 N/m meta jsir kejl b’mod trażversali tal-karta (CD) u riżultat ta’ inqas minn 50 N/m meta jsir kejl fid-direzzjoni tal-magna (MD). Id-dazju tal-antidumping provviżorju ma jikkonċernax ukoll il-karta u l-kartun b’ħafna saffi.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett u ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u fabbrikati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata tad-dazju AD

Kodiċi addizzjonali TARIC

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, Zhenjiang City, Jiangsu Province, PRC; Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, Suzhou City, Jiangsu Province, RPĊ

19,7  %

B001

Il-kumpaniji l-oħra kollha

39,1  %

B999

3.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvediment ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 41, 18.2.2010, p. 6.

(3)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja, ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(5)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Office Nerv-105 B-1049 Brussell.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1043/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jipprojbixxi s-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

45/DSS

Stat Membru

Franza

Stokk

GFB/89-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

L-Ilmijiet Komunitarji u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX

Data

30.9.2010


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1044/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jipprojbixxi s-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

32/T&Q

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Data

11.8.2010


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1045/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-arringi fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

44/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

HER/5B6ANB

Speċi

Arringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb, VIb u VIaN

Data

30.9.2010


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1046/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppublikat f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

42/T&Q

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petriċi (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1

Data

6.10.2010


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1047/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jipprojbixxi s-sajd għal-linarda fl-ilmijiet tal-Komunità u fl-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' II, IV u V min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

40/DSS

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

BLI/245-

Speċi

Linarda (Molva dypterygia)

Żona

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ II, IV u V

Data

28.9.2010


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1048/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp fi IIIa; l-ilmijiet tal-UE ta' IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2) jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

34/T&Q

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk

LIN/03.

Speċi

Lipp (Molva molva)

Żona

IIIa; l-ilmijiet tal-UE ta' IIIb, IIIc u IIId

Data

21.8.2010


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1049/2010

tas-16 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

48,9

MA

70,7

MK

61,0

ZZ

60,2

0707 00 05

AL

68,6

EG

161,4

JO

174,9

MK

59,4

TR

128,1

ZZ

118,5

0709 90 70

MA

79,5

TR

148,9

ZZ

114,2

0805 20 10

MA

64,7

ZA

145,6

ZZ

105,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

49,7

TN

78,6

TR

57,8

UY

56,9

ZZ

60,8

0805 50 10

AR

52,5

TR

74,7

UY

57,1

ZZ

61,4

0806 10 10

BR

230,8

TR

141,6

US

276,9

ZA

79,2

ZZ

182,1

0808 10 80

AR

75,7

CL

84,2

MK

27,2

NZ

94,2

US

96,5

ZA

97,6

ZZ

79,2

0808 20 50

CN

75,1

ZZ

75,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1050/2010

tas-16 ta’ Novembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 1039/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 298, 15.11.2010, p. 49.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-17 ta’ Novembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

55,54

0,00

1701 11 90  (1)

55,54

0,00

1701 12 10  (1)

55,54

0,00

1701 12 90  (1)

55,54

0,00

1701 91 00  (2)

49,79

2,53

1701 99 10  (2)

49,79

0,00

1701 99 90  (2)

49,79

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Novembru 2010

li tirrikonoxxi l-karattru operattiv kompletament tad-dejtabejż Latvjana għall-annimali bovini

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7782)

(It-test Latvjan biss hu awtentiku)

(2010/692/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (“ir-Regolament”) jistipula li l-Istati Membri li għandhom dejtabejż kompjuterizzata li l-Kummissjoni tqis li hija operattiva kompletament, jistgħu jiddeterminaw li passaport irid jinħareġ biss għal annimali intiżi għall-kummerċ ġol-Unjoni u li dawk l-annimali għandhom ikunu akkumpanjati mill-passaporti tagħhom biss meta jiġu ttrasportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat għal territorju ta’ Stat Membru ieħor.

(2)

Il-Latvja ppreżentat lill-Kummissjoni talba għar-rikonoxximent tal-karattru kompletament operattiv tad-dejtabejż li tifforma parti mis-sistema Latvjana għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali bovini, skont ir-Regolament. L-awtoritajiet Latvjani issottomettew lill-Kummissjoni l-informazzjoni xierqa li tikkonċerna l-kompatibilità tad-dejtabejż mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Latvjani u wara spezzjoni kkunsidrat li din it-talba kienet sostanzjata b’mod suffiċjenti kif inhu xieraq ħlief għal ċerti adattamenti li l-awtoritajiet Latvjani wegħdu li jlestu sat-30 ta’ Settembru 2010.

(4)

Qabel l-1 ta’ Ottubru 2010, l-awtoritajiet Latvjani kkonfermaw li ġew implimentati miżuri addizzjonali biex ikun żgurat ir-rispett tal-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament għan-notifika ta’ ġrajjiet, l-annimali fi tranżitu jinstabu u jkunu segwiti u l-passaporti li jakkumpanjaw l-annimali minn Stati Membri oħra jitħallew f’idejn l-awtorità kompetenti hekk kif jaslu.

(5)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa xieraq li jiġi rikonoxxut il-karattru kompletament operattiv tad-dejtabejż Latvjana għall-annimali bovini mill-1 ta’ Ottubru 2010,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dejtabejż Latvjana għall-annimali bovini hi rikonoxxuta bħala operattiva kompletament mill-1 ta’ Ottubru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.


Rettifika

17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/46


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/648/UE tal-14 ta’ Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 287, tal-4 ta' Novembru 2010 )

Fit-titolu fil-qoxra u f'paġna 1, u fil-firma f'paġna 2:

minflok:

“Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2010”

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2010”.