ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.296.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 296

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
13 ta' Novembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1021/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Peperone di Pontecorvo (DPO)]

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1022/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2010 f’ċerti żoni tat-tkabbir tad-dwieli

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1023/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jambon de l’Ardèche (IĠP)]

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1024/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Farine de châtaigne corse/Farina castagnina corsa (DPO)]

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1025/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kalix Löjrom (DPO)]

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1026/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li jiffissa perċentwali uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, dwar l-applikazzjonijiet għall-primjum għall-qlugħ tad-dwieli għas-sena tal-għasra 2010/2011

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1027/2010 tal-11 ta’ Novembru 2010 li jemenda għall-139 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

17

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

13.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1021/2010

tat-12 ta’ Novembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Peperone di Pontecorvo (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Peperone di Pontecorvo” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 78, 27.3.2010, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem imniżżla fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6:   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Peperone di Pontecorvo (DPO)


13.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1022/2010

tat-12 ta’ Novembru 2010

li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2010 f’ċerti żoni tat-tkabbir tad-dwieli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 121 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Punt A.3 tal-Anness XVa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limiti ta’ żieda tas-saħħa alkoħolika (arrikkiment) ta’ nbid bil-volum, jiżdiedu b’sa 0,5 % fis-snin meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment ħżiena.

(2)

Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit talbu dawn iż-żidiet tal-limiti ta’ arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2010, hekk kif il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir kienu eċċezzjonalment ħżiena f’ċerti reġjuni ġeografiċi.

(3)

Minħabba t-temp eċċezzjonalment ħażin fl-2010, il-limiti fuq iż-żidiet tas-saħħa alkoħolika naturali stabbiliti fil-punt A.2 tal-Anness XVa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma jippermettux il-produzzjoni ta’ nbid b’total ta’ saħħa alkoħolika xieraq f’ċerti reġjuni li jkabbru d-dwieli u li għalih normalment ikun hemm talba fis-suq.

(4)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi awtorizzata żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2010 f’ċerti reġjuni tat-tkabbir tad-dwieli.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-reġjuni ġeografiċi msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament, b’deroga mill-punt A.2 tal-Anness XVa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iż-żieda bil-volum fis-saħħa alkoħolika naturali ta’ għeneb frisk maħsud fis-sena 2010, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni, inbid ġdid li jkun għadu fil-proċess ta’ fermentazzjoni u nbid li ġie prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2010, ma għandhomx jaqbżu l-limiti li ġejjin:

(a)

3,5 % volum fiż-żona A tat-tkabbir tad-dwieli msemmija fl-appendiċi tal-Anness XIb għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,

(b)

2,5 % volum fiż-żona B tat-tkabbir tad-dwieli msemmija fl-appendiċi tal-Anness XIb għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,

(c)

2,0 % volum fiż-żona C I tat-tkabbir tad-dwieli msemmija fl-appendiċi tal-Anness XIb għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


ANNESS

Reġjuni ġeografiċi fejn żieda fil-limitu ta’ arrikkiment hi awtorizzata skont l-Artikolu 1

L-Istat Membru

Reġjuni ġeografiċi (żona tat-tkabbir tad-dwieli)

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona A)

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żoni A u B)

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona A)

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żoni A u B)

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona C I)

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona A)

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona B)

Il-Polonja

Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żona A)

Is-Slovenja

Podravje u Posavje (żona B)

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha tat-tkabbir tad-dwieli (żoni B u C I)

Ir-Renju Unit

L-Ingilterra, Wales (żona A)


13.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1023/2010

tat-12 ta’ Novembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jambon de l’Ardèche (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet Franza biex id-denominazzjoni “Jambon de l’Ardèche” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma kien hemm ebda oġġeżżjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006; din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 76, 25.3.2010, p. 36.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

FRANZA

Jambon de l’Ardèche (IĠP)


13.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1024/2010

tat-12 ta’ Novembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Farine de châtaigne corse/Farina castagnina corsa (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Farine de châtaigne corse/Farina castagnina corsa” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 78, 27.3.2010, p. 7.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem imniżżla fl-Anness I għat-Trattat

Klassi 1.6 –   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

FRANZA

Farine de châtaigne corse/Farina castagnina corsa (DPO)


13.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1025/2010

tat-12 ta’ Novembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kalix Löjrom (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet l-Isvezja biex id-denominazzjoni “Kalix Löjrom” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma kien hemm ebda oġġeżżjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006; din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 74, 24.3.2010, p. 17.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.7.   Ħut frisk, molluski u krostaċji friski u prodotti derivati minnhom

L-ISVEZJA

Kalix Löjrom (DPO)


13.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1026/2010

tat-12 ta’ Novembru 2010

li jiffissa perċentwali uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, dwar l-applikazzjonijiet għall-primjum għall-qlugħ tad-dwieli għas-sena tal-għasra 2010/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 85s(4) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet eliġibbli li l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Ottubru 2010 skont l-Artikolu 85s(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jaqbżu l-baġit massimu ta’ kull sena tal-iskema għall-qlugħ tad-dwieli għas-sena tal-għasra 2010/2011, jiġifieri EUR 276 miljun, kif stipulat fl-Anness Xd għal dak ir-Regolament. Għalhekk, għandu jiġi ffissat perċentwali uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti nnotifikati b’mod effettiv.

(2)

Il-Lussemburgu kkomunika, skont l-Artikolu 85s(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, applikazzjonijiet eliġibbli għal żona iżgħar minn 50 ettaru; għalhekk huwa eżentat mill-applikazzjoni għal perċentwali uniku għall-aċċettazzjoni skont l-Artikolu 71(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (2).

(3)

Għal raġuni ta’ ċarezza huwa xieraq li tiġi indikata wkoll analiżi statistika għal kull Stat Membru kkonċernat tal-baġit ta’ kull sena allokat għall-iskema għall-qlugħ tad-dwieli.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1092/2009 (3) li jiffissa perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, dwar l-applikazzjonijiet għall-primjum għall-qlugħ tad-dwieli ma baqax jgħodd fl-aħħar tas-sena tal-għasra 2009/2010. Għal din ir-raġuni, għandu jiġi mibdul b’Regolament ġdid.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Applikazzjonijiet għall-qlugħ tad-dwieli nnotifikati lill-Kummissjoni għas-sena tal-għasra 2010/2011 skont l-Artikolu 85s(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiġu aċċettati għal 59,622 % tal-ammonti koperti minn dawk l-applikazzjonijiet.

Il-limiti tal-baġit għall-Istati Membri kkonċernati huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għas-sena tal-għasra 2010/2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1

(3)  ĠU L 299, 14.11.2009, p. 8.


ANNESS

Limiti tal-baġit għall-Istati Membri għall-ħlasijiet għall-qlugħ tad-dwieli fis-sena tal-għasra 2010/2011

(EUR)

Stat Membru

Baġit tal-iskema għall-qlugħ tad-dwieli

Il-Bulgarija

321 903

Il-Ġermanja

484 487

Il-Greċja

3 600 607

Spanja

127 975 516

Franza

36 911 723

L-Italja

81 968 012

Ċipru

2 405 145

Il-Lussemburgu

3 150

L-Ungerija

13 572 662

L-Awstrija

1 495 718

Il-Portugall

3 610 683

Ir-Rumanija

2 784 554

Is-Slovenja

458 581

Is-Slovakkja

407 259


13.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1027/2010

tal-11 ta’ Novembru 2010

li jemenda għall-139 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-4 ta’ Novembru 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Karel KOVANDA

Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

Agha Jan Alizai (magħruf ukoll bħala (a) Haji Agha Jan Alizai (b) Hajji Agha Jan (c) Agha Jan Alazai (d) Haji Loi Lala (e) Loi Agha). Titlu: Haji. Data tat-twelid: (a) 15.10.1963, (b) 14.2.1973, (c) 1967, (d) bejn wieħed u ieħor 1957. Post tat-twelid: (a) Hitemchai Village, Helmand Province, l-Afganistan, (b) Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 4.11.2010.

(b)

Saleh Mohammad Kakar (magħruf ukoll bħala Saleh Mohammad). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1962. Post tat-twelid: Nulgham Village, Panjwai District, Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: Kien proprjetarju ta' negozju tal-karozzi f'Kandahar, l-Afganistan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 4.11.2010.


13.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1028/2010

tat-12 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

75,8

MA

98,7

MK

54,8

ZZ

76,4

0707 00 05

AL

68,6

EG

161,4

TR

149,9

ZZ

126,6

0709 90 70

MA

94,7

TR

148,8

ZZ

121,8

0805 20 10

MA

79,7

ZA

145,6

ZZ

112,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

45,5

TR

61,2

UY

55,0

ZZ

53,9

0805 50 10

AR

57,1

EC

92,5

TR

67,7

UY

59,2

ZA

109,5

ZZ

77,2

0806 10 10

BR

229,4

PE

182,7

TR

153,3

US

260,4

ZA

79,2

ZZ

181,0

0808 10 80

AR

75,7

CA

73,1

CL

84,2

CN

82,6

MK

27,2

NZ

102,0

US

96,5

ZA

96,2

ZZ

79,7

0808 20 50

CN

54,9

ZZ

54,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1029/2010

tat-12 ta’ Novembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 1019/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 46.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-13 ta’ Novembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

61,06

0,00

1701 11 90  (1)

61,06

0,00

1701 12 10  (1)

61,06

0,00

1701 12 90  (1)

61,06

0,00

1701 91 00  (2)

57,71

0,16

1701 99 10  (2)

57,71

0,00

1701 99 90  (2)

57,71

0,00

1702 90 95  (3)

0,58

0,18


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.