ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.292.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 292

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
10 ta' Novembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/676/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom ( 1 )

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dan l-iskop ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1010/2010 tat-8 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

30

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1011/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

32

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1012/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

34

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/74/UE tad-9 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex testendi l-inklużjoni fl-Anness I għaliha tas-sustanza attiva tad-dijossidu tal-karbonju għall-prodotti tat-tip 18 ( 1 )

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/677/PESK tat-8 ta’ Novembru 2010 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK li jikkonċerna s-Sierra Leone

39

 

 

2010/678/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat dwar il-prevalenza tal-Listeria monocytogenes f’ċertu ikel lest biex jittiekel li jrid jitwettaq fl-Istati Membri (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7516)

40

 

 

2010/679/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 95/467/KE li timplementa l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7542)  ( 1 )

55

 

 

2010/680/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 li teħles lill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit mill-obbligu li japplikaw fuq ċerti speċi d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ tax-xtieli għall-għalf, żrieragħ taċ-ċereali, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli, materjal riproduttiv tal-foresti, żerriegħa tal-pitravi, żrieragħ tal-ħxejjex u żrieragħ ta’ xtieli taż-żejt u l-fibra rispettivament (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7578)  ( 1 )

57

 

 

2010/681/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011-2013 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7591)

65

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

(2010/676/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jipprevedi li l-partijiet kontraenti jintrabtu li jissoktaw bl-isforzi tagħhom bil-għan li jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu ta’ bejniethom.

(2)

F’Settembru 2005 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati man-Norveġja bil-għan li tinkiseb liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ bilaterali fi prodotti agrikoli, fil-qafas tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. In-negozjati ntemmu b’suċċess u Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fit-28 ta’ Jannar 2010.

(3)

Il-Ftehim għandu jkun iffirmat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tkun adottata.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1008/2010

tad-9 ta’ Novembru 2010

dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-finijiet tal-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip prevista mid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windscreen ta’ vetturi bil-mutur (3). Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva għandhom jiddaħħlu f’dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, ikunu emendati sabiex jiġu adattati għall-iżvilupp tal-għerf tekniku u xjentifiku.

(3)

L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jaqbel ma’ dak tad-Direttiva 78/318/KEE u għalhekk ikun limitat għall-vetturi tal-kategorija M1.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi dispożizzjonijiet fundamentali dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin u l-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi tal-washer tal-windskrin bħala unitajiet tekniċi separati. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għal kull approvazzjoni tat-tip bħal din.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategorija M1, kif definiti fl-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, kif ukoll għas-sistemi ta’ washer tal-windskrin maħsuba sabiex jitwaħħlu fuq vetturi bil-mutur tal-kategorija M1.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-wajper u tal-washer tal-windskrin” tfisser vetturi li ma jkunux differenti minn xulxin f’aspetti essenzjali bħalma huma: il-karatteristiċi tas-sistema tal-wajper u tal-washer jew il-forma, id-daqs u l-karatteristiċi tal-windskrin u l-armar tiegħu;

(2)

“tip ta’ sistema ta’ washer tal-windskrin” tfisser grupp ta’ sistemi ta’ washer tal-windskrin li ma jvarjawx f’aspetti importanti bħalma huma l-prestazzjoni tal-pompa, il-materjali użati, il-kapaċità ta’ ħażna, in-numru ta’ nozzles, id-daqsijiet, il-ħxuna tal-ħajt jew il-forma tas-sistema tal-washer;

(3)

“magna” tfisser magna b’kombustjoni li taħdem bi fjuwil likwidu jew tal-gass;

(4)

“sistema ta’ wajper tal-windskrin” tfisser is-sistema li tikkonsisti minn apparat biex jimsaħ il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin, flimkien mal-aċċessorji u l-kontrolli meħtieġa sabiex jitħaddem u jitwaqqaf l-apparat;

(5)

“żona tal-wajper” tfisser l-erja tal-windskrin li tintmesaħ mix-xafra(xfafar) tal-wajper meta s-sistema tal-wajper tkun qiegħda taħdem f’kundizzjonijiet normali.

(6)

“tħaddim intermittenti tas-sistema tal-wajper” tfisser mod awtomatiku mhux kontinwu ta’ tħaddim tas-sistema tal-wajper, fejn wara kull ċiklu komplet ikun hemm perjodu li matulu l-wajpers ikunu weqfin f’pożizzjoni waħda speċifika magħżula ta’ waqfien;

(7)

“sistema ta’ washer tal-windskrin” tfisser is-sistema li tikkonsisti minn apparat għall-ħażna, it-trasferiment u l-immirar tal-fluwidu lejn il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin, flimkien mal-kontrolli meħtieġa sabiex jitħaddem u jitwaqqaf l-apparat;

(8)

“kontroll tal-washer” tfisser l-apparat li bih is-sistema tal-washer tiġi attivata jew diżattivata b’mod manwali;

(9)

“pompa tal-washer” tfisser apparat għat-trasferiment tal-fluwidu mill-kompartiment ta’ ħażna tas-sistema tal-washer għall-wiċċ ta’ barra tal-windskrin;

(10)

“nozzle” tfisser apparat li jservi biex jidderiġi l-fluwidu għal fuq il-windskrin;

(11)

“sistema mħaddma b’mod sħiħ” tfisser sistema li tkun ġiet attivata b’mod normali għal perjodu ta’ ħin u fejn il-fluwidu jkun ġie trasferit minn ġol-pompa, il-pajpijiet u jkunu attivati n-nozzle(s);

(12)

“erja mnaddfa” tfisser l-erja preċedentement maħmuġa li ma jkollha l-ebda traċċa ta’ qtar u fdal ta’ ħmieġ wara li tkun nixfet għal kollox;

(13)

“erja tal-viżjoni A” tfisser l-erja tat-test A kif definita fil-paragrafu 2.2. tal-Anness 18 għar-Regolament UNECE Nru 43 (4);

(14)

“erja tal-viżjoni B” tfisser l-erja mnaqqsa tat-test B kif definita fil-paragrafu 2.4. tal-Anness 18 għar-Regolament UNECE Nru 43, mingħajr l-esklużjoni tal-erja definita fil-paragrafu 2.4.1. tiegħu;

(15)

“angolu tad-disinn tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi mill-punt R jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sit kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura;

(16)

“punt R” jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda jfisser il-punt tad-disinn iddefinit mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bilqiegħda fir-rigward tas-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

(17)

“sistema ta’ referenza tridimensjonali” tfisser gradilja ta’ referenza li tikkonsisti minn pjan lonġitudinali vertikali X-Z, pjan orizzontali X-Y u pjan trasversali vertikali Y-Z skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 2 tal-Anness III għal dan ir-Regolament;

(18)

“marki primarji ta’ referenza” tfisser toqob, uċuħ, marki jew sinjali oħra ta’ identifikazzjoni fuq il-bodì jew ix-xasì tal-vettura li l-koordinati X, Y u Z tagħhom fil-gradilja ta’ referenza tridimensjonali huma speċifikati mill-manifattur tal-vettura;

(19)

“swiċċ tal-kontroll prinċipali tal-vettura” ifisser l-istrument li bih is-sistema tal-elettronika abbord tal-vettura tinqaleb minn mitfija, kif inhu l-każ meta vettura tkun ipparkjata mingħajr ma jkun hemm preżenti x-xufier, għall-mod ta’ ħidma normali;

Artikolu 3

Approvazzjoni KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin.

2.   L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni ppreżentat fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil xi tip ieħor ta’ vettura.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tikkonsenja ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata ta’ sistemi ta’ washer tal-windskrin

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għal tip ta’ sistema ta’ washer tal-windskrin.

L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni li jidher fil-Parti 1 tal-Anness II.

2.   Jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ unità teknika separata.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tikkonsenja ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell li jidher fil-Parti 2 tal-Anness II.

Artikolu 5

Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata

Kull unità teknika separata li tikkonforma ma’ tip li fir-rigward tiegħu tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata skont dan ir-Regolament għandu jkollha marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata kif stipulat fil-Parti3 tal-Anness II.

Artikolu 6

Validità u estensjoni ta’ approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 78/318/KEE

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi u unitajiet tekniċi separati li t-tip tagħhom ikun ġie approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u jkomplu jagħtu estensjoni tal-approvazzjonijiet lil dawk il-vetturi u unitajiet tekniċi separati skont it-termini tad-Direttiva 78/318/KEE.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.07.2009, p. 1

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1

(3)  ĠU L 81, 28.3.1978, p. 49

(4)  ĠU L 230, 31.8.2010, p. 119.


ANNESS I

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom tal-wajper u tal-washer tal-windskrin

PARTI 1

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin.

L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala adatta u f’dettall suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder f’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   It-tip: …

0.2.1.   L-isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): …

0.3.1.   Post ta’ dak l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura (c): …

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …

1.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva: …

3.   IMPJANT TAL-ENERĠIJA (k)

3.2.   Magna b’kombustjoni interna

3.2.1.8.   Enerġija massima netta (n): … kW fi … min–1 (valur iddikjarat mill-manifattur)

3.2.5.   Sistema elettrika

3.2.5.1.   Vultaġġ stmat: … V, pos./neg. ground (1)

3.2.5.2.   Ġeneratur

3.2.5.2.1.   Tip: …

3.2.5.2.2.   Output nominali: … VA

3.3.   Mutur tal-elettriku

3.3.1.1.   Output massimu fis-siegħa: … kW

3.3.1.2.   Vultaġġ operattiv: … V

3.3.2.   Batterija

3.3.2.3.   Kapaċità: … Ah (Amp-siegħa)

3.4.   Kombinazzjoni tal-magna jew mutur

3.4.1.   Vettura ibrida li taħdem bl-elettriku: iva/le (1)

3.4.2.   Kategorija tal-vettura ibrida li taħdem bl-elettriku: iċċarġjar barra mill-vettura/iċċarġjar mhux barra mill-vettura: (1)

3.4.4.   Deskrizzjoni tal-apparat ta’ ħażna tal-enerġija: (batterija, capacitor, flywheel/ġeneratur)

3.4.4.5.   Enerġija: …

(għall-batterija: vultaġġ u kapaċità Ah f’sagħtejn, għall-capacitor: J, …)

3.4.4.6.   Ċarġer: abbord/estern/mingħajr (1)

4.   TRAŻMISSJONI (p)

4.7.   Veloċità massima ddisinjata tal-vettura (f’km/h) (q): …

9.   KAROZZERIJA

9.2.   Materjali użati u metodi tal-kostruzzjoni: …

9.4.   Erja tal-viżjoni

9.4.1.   Partikolaritajiet tal-marki ta’ referenza primarja f’dettall suffiċjenti li jippermettilhom li jkunu identifikati faċilment u l-pożizzjoni ta’ kull waħda f’relazzjoni mal-oħrajn u mal-punt R li jrid jiġi verifikat: …

9.5.   Windskrin u twieqi oħra

9.5.1.   Windskrin

9.5.1.1.   Materjali użati: …

9.5.1.2.   Metodu ta’ mmuntar: …

9.5.1.3.   Angolu tal-inklinazzjoni: …

9.5.1.4.   Numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip: …

9.5.1.5.   L-aċċessorji tal-windskrin u l-pożizzjoni u l-pożizzjoni li fiha huma mwaħħlin flimkien, b’deskrizzjoni qasira ta’ kwalunkwe elettriku/elettroniku involut: …

9.6.   Sistema tal-wajper tal-windskrin

9.6.1.   Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji): …

9.7.   Sistema tal-washer tal-windskrin

9.7.1.   Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji) jew, jekk tkun approvata bħala unità teknika separata, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip: …

9.8.   Tneħħija tas-silġ u tneħħija taċ-ċpar

9.8.2.   Konsum massimu tal-elettriku: … kW

9.10.   L-arranġament intern

9.10.3.   Is-sedili

9.10.3.5.   Il-koordinati jew disinn tal-punt R

9.10.3.5.1.   Is-sedil tas-sewwieq: …

9.10.3.6.   L-angolu tad-disinn tat-torso

9.10.3.6.1.   Is-sedil tas-sewwieq: …

Noti ta’ spjegazzjoni

PARTI 2

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar:

approvazzjoni ta-tip tal-KE (2)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (2)

ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (2)

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (2)

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha tal-wajper u tal-washer tal-windskrin

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1008/2010 kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) Nru …/… (2)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem (ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (3): …

0.3.1.   Post ta’ dak l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura (4): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum.

2.   Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk hemm): ara l-Appendiċi.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Allegati

:

Pakkett ta’ informazzjoni

Rapport tat-test


(b)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li ma jkunux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, komponent jew unità teknika separata koperti b’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(c)  Ikklassifikata skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE Parti A tal-Anness II.

(k)  Fil-każ ta’ vettura li tista’ taħdem jew bil-petrol, diżil, eċċ., jew anki f’kombinazzjoni ma’ fjuwil ieħor, l-elementi għandhom jiġu ripetuti. Fil-każ ta’ magni u sistemi mhux konvenzjonali, dettalji ekwivalenti għal dawk imsemmija hawn fuq għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur.

(n)  Stabbilita skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE (ĠU L 375, 31.12.1980, p. 46).

(1)  Ħassar fejn ma japplikax.

(p)  Id-dettalji speċifikati għandhom jingħataw għal kwalunkwe varjant propost.

(q)  Fir-rigward tat-trejlers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur.

(2)  Ħassar fejn ma japplikax.

(3)  Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni ta’ tip fiha karattri mhux rilevanti għad-deskrizjoni tal-vettura, il-komponent jew tipi ta' unitajiet tekniċi separati li mhumiex koperti minn dan id-dokument informattiv, it-tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).

(4)  Kif imfisser fid-Direttiva 2007/46/KE, l-Anness II, Taqsima A.

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.

Informazzjoni addizzjonali:

1.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istruttura, il-qisien, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …

1.2.

Deskrizzjoni tal-metodu ta’ ħidma tas-sistemi tal-wajper u tal-washer: …

1.3.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-wajper (jiġifieri n-numru ta’ xfafar, it-tul tax-xfafar, il-qisien tad-dirgħajn tal-wajpers, eċċ): …

1.4.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-washer (jiġifieri n-numru ta’ nozzles, in-numru ta’ fetħiet ta’ ħruġ għal kull nozzle, il-pompa tal-washer, il-kontenitur għall-ħażna tal-fluwidu, il-pajpijiet tal-washer u l-immuntar tagħhom mal-pompa u n-nozzles, eċċ.) …

1.5.

Kapaċità ta’ ħażna tal-fluwidu (litru): …

1.6.

Veloċità massima ddisinjata tal-vettura (km/h): …

2.

Naħa minn fejn tinstaq il-vettura: xellug/lemin (1)

3.

Sistemi li jinstaqu mix-xellug u sistemi b’kollox kuntrarju fuq in-naħa opposta li jinstaqu mil-lemin: iva/le (1)

4.

Spojler aerodinamiku mwaħħal fuq id-driegħ tal-wajper/xafra tal-wajper (1) fuq in-naħa tas-sewwieq/nofs/naħa tal-passiġġier/… (1)

5.

Rimarki: …


(1)  Ħassar skont il-każ.


ANNESS II

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistemi tal-washer tal-windskrin bħala unitajiet tekniċi separati

PARTI 1

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bħala unità teknika separata ta’ sistemi tal-washer tal-windskrin.

L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder f’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-unità teknika separata (b): …

0.3.1.   Post ta’ dak l-immarkar: …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.7.   Fil-każ ta’ unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni tal-KE: …

0.8.   Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …

9.7.   Washer tal-windskrin

9.7.1.   Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji): …

Noti ta’ spjegazzjoni

PARTI 2

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar:

approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

ta’ tip ta’ sistema tal-washer tal-windskrin bħala unità teknika separata

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1008/2010, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) Nru …/… (1)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-unità teknika separata (2): …

0.3.1.   Post ta’ dak l-immarkar: …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.7.   Post u metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni tal-KE: …

0.8.   Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum.

2.   Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk hemm): ara l-Appendiċi.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Dokumenti annessi

:

Pakkett ta’ informazzjoni

Rapport tat-test

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.

Informazzjoni addizzjonali:

1.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ unità teknika separata: …

1.2.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-washer:

1.2.1.

Numru ta’ nozzles: …

1.2.2.

Numru ta’ fetħiet ta’ ħruġ għal kull nozzle: …

1.2.3.

Deskrizzjoni tal-pajpijiet tal-linja tal-washer u l-immuntar tiegħu mal-pompa u n-nozzles: …

1.2.4.

Deskrizzjoni tal-pompa tal-washer: …

1.2.5.

Kapaċità tal-ħażna ta’ fluwidu (litru): …

2.

Adatta għan-naħa tas-sewqan: xellug / lemin (3)

3.

Kwalunkwe parti tas-sistema tista’ tkun pożizzjonata fil-kompartiment tal-magna: iva / le (3)

4.

Unità teknika separata: universali / speċifika għall-vettura (3)

5.

Rimarki: …

6.

Lista tat-tipi ta’ vetturi li għalihom ġiet approvata l-unità teknika separata (jekk applikabbli): …

PARTI 3

Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata

1.   Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għandha tikkonsisti minn:

1.1.   Rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” segwita min-numru li jiddistingwi l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata:

1

għall-Ġermanja

2

għal Franza

3

għall-Italja

4

għall-Pajjiżi l-Baxxi

5

għall-Isvezja

6

għall-Belġju

7

għall-Ungerija

8

għar-Repubblika Ċeka

9

għal Spanja

11

għar-Renju Unit

12

għall-Awstrija

13

għal-Lussemburgu

17

għall-Finlandja

18

għad-Danimarka

19

għar-Rumanija

20

għall-Polonja

21

għall-Portugall

23

għall-Greċja

24

għall-Irlanda

26

għas-Slovenja

27

għas-Slovakkja

29

għall-Estonja

32

għal-Latvja

34

għall-Bulgarija

36

għal-Litwanja

49

għal Ċipru

50

għal Malta

1.2.   Qrib ir-rettangolu, in-“numru tal-approvazzjoni bażi” li jinsab fit-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip, preċedut miż-żewġ figuri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lil dan ir-Regolament jew l-aħħar emenda teknika maġġuri għal dan ir-Regolament. In-numru tas-sekwenza preżenti huwa “00”.

2.   Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata għandha titwaħħal fuq il-kontenitur ta’ ħażna tal-fluwidu għall-washer tal-windskrin b’mod illi ma tkunx tista’ titħassar u tkun tista’ tinqara b’mod ċar u faċli anki jekk l-apparat jitwaħħal mal-vettura.

3.   Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata huwa muri fil-Figura 1.

Figura 1

Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata

Image

Nota ta’ spjegazzjoni

Spjega

L-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata nħarġet mill-Pajjiżi l-Baxxi taħt in-numru 0046. L-ewwel żewġ figuri “00” jindikaw li l-unità teknika separata ġiet approvata skont dan ir-Regolament.


(b)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li ma jkunux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, komponent jew unità separata koperti b’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(1)  Ħassar fejn ma japplikax.

(2)  Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni ta’ tip fiha karattri mhux rilevanti għad-deskrizjoni tal-vettura, il-komponent jew tipi ta' unitajiet tekniċi separati li mhumiex koperti minn dan id-dokument informattiv, it-tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).

(3)  Ħassar skont il-każ.


ANNESS III

Rekwiżiti għas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windskrin

1.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

1.1.   Sistema tal-wajper tal-windskrin.

1.1.1.   Kull vettura għandha tkun attrezzata b’sistema ta’ wajper tal-windskrin li tkun kapaċi tiffunzjona meta jkun ġie attivat il-kontroll prinċipali tal-vettura, mingħajr l-ebda azzjoni min-naħa tax-xufier ħlief li jaqleb il-kontroll operattiv, meħtieġ sabiex jixgħel u jitfi s-sistema ta’ wajper tal-windskrin, għall-pożizzjoni mixgħula.

1.1.1.1.   Is-sistema ta’ wajper tal-windskrin għandha tikkonsisti minn driegħ wieħed jew aktar ta’ wajpers li għandu jkollhom xfafar tal-wajper li jkunu jistgħu jinbidlu faċilment.

1.1.2.   Iż-żona tal-wajper tal-windskrin għandu jkopri mill-anqas 98 % tal-erja tal-viżjoni A, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 għall-Anness III.

1.1.3.   Iż-żona tal-wajper tal-windskrin għandu jkopri mill-anqas 80 % tal-erja tal-viżjoni B, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 għall-Anness III.

1.1.4.   Iż-żona tal-wajper tal-windskrin għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.2. u 1.1.3. meta s-sistema tkun qiegħda taħdem bi frekwenza ta’ ċaqlieq li tikkorrispondi mal-paragrafu 1.1.5.1. u għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.1.10. sa 2.1.10.3. ta’ dan l-Anness.

1.1.5.   Is-sistema tal-wajper tal-windskrin għandu jkollha mill-anqas żewġ settings tal-frekwenza taċ-ċaqlieq:

1.1.5.1.

Frekwenza ta’ mhux inqas minn 10 u mhux aktar minn 55 ċiklu fil-minuta.

1.1.5.2.

Frekwenza ta’ mhux inqas minn 45 ċiklu komplet kull minuta.

1.1.5.3.

Id-differenza bejn l-ogħla setting tal-frekwenza taċ-ċaqlieq u frekwenza aktar baxxa għandha tkun ta’ mill-anqas 15-il ċiklu fil-minuta.

1.1.5.4.

It-tħaddim intermittenti tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin jista’ jintuża sabiex jiġu osservati r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.5.1. sa 1.1.5.3. ta’ dan l-Anness.

1.1.6.   Il-frekwenzi msemmija fil-paragrafi 1.1.5. sa 1.1.5.3. għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.1.1. sa 2.1.6 u 2.1.8. ta’ dan l-Anness.

1.1.7.   Meta s-sistema ta’ wajper tal-windskrin tiġi mwaqqfa b’riżultat tal-qalba tal-kontroll tat-tħaddim għall-pożizzjoni ta’ mitfi, id-driegħ/dirgħajn u x-xafra(xfafar) tal-wajper għandhom imorru lura għall-pożizzjoni tagħhom ta’ mistrieħ.

1.1.8.   Is-sistema ta’ wajper tal-windskrin trid tkun kapaċi tiflaħ waqfien għal mill-anqas 15-il sekonda. Jistgħu jintużaw apparat ta’ protezzjoni awtomatika taċ-ċirkwiti, bil-kundizzjoni li għall-issettjar mill-ġdid ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ħlief it-tħaddim tal-kontroll operattiv tal-wajper tal-windskrin.

1.1.9.   Il-ħila ta’ reżistenza għall-waqfien tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin li saret referenza għalih fil-paragrafu 1.1.8. għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.1.7. ta’ dan l-Anness.

1.1.10.   Jekk il-pożizzjoni ta’ mistrieħ tad-driegħ/dirgħajn jew tax-xafra(xfafar) tal-wajper tal-windskrin ma tkunx barra mill-erja tal-viżjoni B, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 tal-Anness III, għandu jkun possibbli li d-driegħ/dirgħajn tal-wajper jiġi/jiġu spostjat(i) manwalment b’tali mod li x-xafra(xfafar) tal-wajper tkun tista’ tintrefa’ mill-pożizzjoni tagħha fuq il-windskrin sabiex din tal-aħħar tkun tista’ titnaddaf b’mod manwali.

1.1.11.   Is-sistema ta’ wajper tal-windskrin trid tkun kapaċi taħdem għal żewġ minuti fuq windskrin xott f’temperatura ambjentali ta’ – 18 °C, mingħajr degradazzjoni tal-prestazzjoni.

1.1.12.   Il-prestazzjoni tas-sistema tal-wajper tal-windskrin f’temperatura ta’ – 18 °C għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.1.11. ta’ dan l-Anness.

1.1.13.   Is-sistema tal-wajper tal-windskrin trid tkompli tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.2. ta’ dan l-Anness mingħajr l-ebda degradazzjoni tal-effiċjenza, meta tkun qiegħda taħdem bl-ogħla frekwenza u meta l-vettura tkun suġġetta għal veloċità relattiva tal-arja ugwali għal 80 % tal-veloċità massima ddisinjata tal-vettura jew 160 km/h, liema minnhom tkun l-inqas. L-erja tal-viżjoni A tal-windskrin għandha tiġi ppreparata skont il-paragrafi 2.1.8. u 2.1.9. ta’ dan l-Anness. L-effetti aerodinamiċi assoċjati mad-daqs u l-forma tal-windskrin, id-driegħ/dirgħajn tal-wajper u x-xafra(xfafar) tal-wajper għandhom jiġu vverifikati f’dawk il-kundizzjonijiet, billi jiġi kkunsidrat ukoll il-paragrafu 2.1.9.1. Matul it-test, ix-xafra(xfafar) tal-wajper iridu jibqgħu jmissu mal-windskrin u m’għandux ikun permess irfigħ komplet. Ix-xafra(xfafar) tal-wajper iridu jibqgħu f’kuntatt sħiħ mal-windskrin fl-erja stabbilita fil-paragrafu1.1.2 għal kull ċiklu komplet u m’għandu jkun permess l-ebda rfigħ parzjali kemm waqt ċaqlieq ’il fuq kif ukoll ’l isfel.

1.2.   Sistema tal-washer tal-windskrin.

1.2.1.   Kull vettura għandha tkun mgħammra b’sistema ta’ washer tal-windskrin li tkun kapaċi tiffunzjona meta jiġi attivat l-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura, u li tkun kapaċi tiflaħ it-tagħbijiet u l-pressjonijiet li jirriżultaw meta n-nozzles ikunu plaggjati u s-sistema tiġi azzjonata skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.1.2. ta’ dan l-Anness.

1.2.2.   Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin m’għandhiex tiġi affettwata ħażin mill-esponiment għaċ-ċikli ta’ temperatura skont il-paragrafi 2.2.1. sa 2.2.5. ta’ dan l-Anness.

1.2.3.   Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandu jkollha l-kapaċità li traxxax fluwidu għal fuq l-erja fil-mira tal-windskrin, mingħajr l-ebda traċċa ta’ tnixxija, skonnettjar ta’ xi pajpijiet u funzjonament ħażin ta’ xi nozzle, f’kundizzjonijiet normali meta sottoposta għal temperaturi ambjentali ta’ bejn – 18 °C u 80 °C. Barra minn hekk, meta n-nozzles ikunu mblukkati, is-sistema m’għandha turi l-ebda sinjal ta’ tnixxija jew skonnettjar ta’ xi pajpijiet.

1.2.4.   Is-sistema tal-washer tal-windskrin trid tkun kapaċi twaddab biżżejjed fluwidu biex tnaddaf mill-anqas 60 % tal-erja tal-viżjoni A, kif stabbilit skont l-Appendiċi 3 għall-Anness III, fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.2.6. sa 2.2.6.4. ta’ dan l-Anness.

1.2.5.   Is-sistema tal-washer tal-windskrin trid tkun tista’ tiġi attivata manwalment permezz tal-kontroll tal-washer. Barraminnhekk, l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tas-sistema tista’ tiġi kkoordinata u kkombinata wkoll ma’ kwalunkwe sistema oħra tal-vettura.

1.2.6.   Il-kapaċità tal-kontenitur tal-likwidu ma għandhiex tkun ta' inqas minn litru (1.0 l.)

2.   PROĊEDURA TAT-TEST

2.1.   Kundizzjonijiet tat-test tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin.

2.1.1.   It-testijiet deskritti hawn isfel għandhom jitwettqu fil-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2.1.2. sa 2.1.5. sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

2.1.2.   It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 5 °C u 40 °C.

2.1.3.   Il-windskrin għandu jinżamm imxarrab il-ħin kollu.

2.1.4.   Fil-każ ta’ sistema ta’ wajper tal-windskrin li taħdem bl-elettriku, għandhom jitlaħqu wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.1.4.1.   Il-batteriji kollha jridu jkunu ċċarġjati kompletament fil-bidu tat-test.

2.1.4.2.   Il-magna, jekk tkun imwaħħla, għandha taħdem b’veloċità li ma taqbiżx it-30 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-output massimu prodott tagħha. Madankollu, jekk jiġi ppruvat li dan ma jkunx prattikabbli minħabba strateġiji speċifiċi għall-kontroll tal-magna, pereżempju fil-każ ta’ vetturi ibridi li jaħdmu bl-elettriku, għandu jiġi stabbilit xenarju realistiku li jqis il-veloċitajiet tal-magna, in-nuqqas perjodiku jew in-nuqqas totali ta’ magna taħdem waqt kundizzjonijiet normali ta’ sewqan. Jekk is-sistema ta’ wajper tal-windskrin tista’ tissodisfa r-rekwiżiti mingħajr magna taħdem, il-magna m’għandhiex għalfejn tkun qiegħda taħdem.

2.1.4.3.   Il-fanali ta’ quddiem tar-raġġ ta’ passaġġ iridu jkunu mixgħulin.

2.1.4.4.   Is-sistemi kollha tat-tisħin, ventilazzjoni, tat-tneħħija tas-silġ u tat-tneħħija taċ-ċpar li jkun hemm imwaħħla (irrispettivament mill-pożizzjoni fil-vettura) jridu jkunu qegħdin jaħdmu bil-konsum massimu tal-elettriku.

2.1.5.   Is-sistemi ta’ wajper tal-windskrin li jaħdmu bl-arja kkompressata jew b’vakwu jridu jkunu kapaċi jaħdmu bil-frekwenzi preskritti taċ-ċaqlieq, tkun xi tkun il-veloċità tal-magna u t-tagħbija tal-magna jew il-livelli minimi u massimi taċ-ċarġ tal-batterija speċifikati mill-manifattur għall-ħidma normali.

2.1.6.   Il-frekwenzi taċ-ċaqlieq tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.5. sa 1.1.5.3. ta’ dan l-Anness wara ħin ta’ ħidma preliminari ta’ 20 minuta fuq windskrin imxarrab.

2.1.7.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.8. ta’ dan l-Anness għandhom ikunu ssodisfati meta d-dirgħajn tal-wajpers jinżammu f’pożizzjoni li tikkorrispondi għal nofs ċiklu, għal perjodu ta’ 15-il sekonda bil-kontroll tal-wajper tal-windskrin issettjat fil-frekwenza massima taċ-ċaqlieq.

2.1.8.   Il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin għandu jiġi żgrassat sewwa permezz tal-ispirtu metilizzat jew sustanza ekwivalenti għat-tneħħija tal-griż jew xaħam żejjed. Wara li jinxef, għandha tiġi applikata soluzzjoni ta’ ammonja ta’ mhux inqas minn 3 % u mhux aktar minn 10 %. Il-wiċċ għandu jitħalla jinxef għal darba oħra u mbagħad jintmesaħ b’ċarruta niexfa tal-qoton.

2.1.9.   Kisja tat-taħlita tat-test, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 4 għall-Anness III, għandha tiġi applikata b’mod uniformi fuq il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin u titħalla biex tinxef.

2.1.9.1.   Fejn il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin ikun ġie ppreparat skont il-paragrafi 2.1.8. u 2.1.9., is-sistema tal-washer tal-windskrin tista’ tintuża waqt it-testijiet applikabbli.

2.1.10.   Iż-żona tal-wajper tas-sistema ta’ wajper tal-windskrin, kif preskritt fil-paragrafu 1.1.4. ta’ dan l-Anness, għandha tiġi stabbilita skont kif ġej.

2.1.10.1.   Il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin għandu jiġi ttrattat skont il-paragrafi 2.1.8. u 2.1.9.

2.1.10.2.   Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.2. u 1.1.3. ta’ dan l-Anness ikunu ssodisfati, għandha tiġi attivata s-sistema ta’ wajper tal-windskrin, filwaqt li jitqies il-paragrafu 2.1.9.1., u għandha tittieħed traċċa taż-żona tal-wajper u tiġi pparagunata ma’ traċċa tal-erjas tal-viżjoni A u B, kif stabbiliti skont l-Appendiċi 3 tal-Anness III.

2.1.10.3.   Is-servizz tekniku jista’ jaqbel ma’ proċedura ta’ ttestjar alternattiva (eż. ittestjar virtwali) sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.2. u 1.1.3. ta’ dan l-Anness ikunu ssodisfati.

2.1.11.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.11. għandhom jintlaħqu f’temperatura ambjentali ta’ – 18 ± 3 °C li l-vettura tkun inħażnet fiha għal mill-anqas erba’ sigħat. Il-vettura għandha tiġi ppreparata biex taħdem fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.1.4. sa 2.1.5. Matul it-test, is-sistema tal-wajper trid tkun qiegħda taħdem b’mod normali, iżda fil-frekwenza massima taċ-ċaqlieq. Iż-żona tal-wajper m’għandhiex għalfejn tiġi osservata.

2.2.   Kundizzjonijiet tat-test tas-sistema tal-washer tal-windskrin.

2.2.1.   Test Nru. 1. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C għal mill-anqas erba’ sigħat. L-ilma għandu jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura.

2.2.1.1.   L-iżbokki kollha tan-nozzles iridu jkunu pplaggjati u l-kontroll tal-washer tal-windskrin għandu jiġi azzjonat sitt darbiet f’minuta, kull darba għal mill-anqas tliet sekondi.

2.2.1.1.1.   Jekk is-sistema tal-washer tal-windskrin tkun imħaddma bl-enerġija muskolari tas-sewwieq, il-forza applikata għandha tkun 11,0 sa 13,5 daN fil-każ ta’ pompa li taħdem bl-idejn. Il-forza applikata għandha tkun 40,0 sa 44,5 daN fil-każ ta’ pompa mħaddma bis-saqajn.

2.2.1.1.2.   Fil-każ tal-pompi elettriċi, il-vultaġġ tat-test m’għandux ikun inqas mill-vultaġġ stmat u mhux aktar mill-vultaġġ stmat u 2 Volt.

2.2.1.2.   Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin fit-tmiem tat-test għandha tkun f’konformità mal-paragrafu 1.2.3. ta’ dan l-Anness.

2.2.2.   Test Nru. 2. Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ – 18 ± 3 °C għal mill-anqas erba’ sigħat. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura.

2.2.2.1.   Il-kontroll tal-washer tal-windskrin għandu jiġi azzjonat sitt darbiet f’minuta, kull darba għal mill-anqas tliet sekondi, skont il-paragrafi 2.2.1.1.1. u 2.2.1.1.2. Is-sistema mbagħad għandha titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C sakemm is-silġ ikun niżel għal kollox. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin imbagħad għandha tiġi vverifikata billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2.

2.2.3.   Test Nru. 3. Test tal-esponiment għal ċiklu b’temperatura baxxa.

2.2.3.1.   Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ – 18 ± 3 °C għal mill-anqas erba’ sigħat sabiex il-massa totali tal-ilma fis-sistema tal-washer tiffriża. Is-sistema mbagħad għandha titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C sakemm is-silġ ikun niżel għal kollox, iżda fi kwalunkwe każ għal mhux iżjed minn erba’ sigħat. Dan iċ-ċiklu ta’ ffriżar/tniżżil tas-silġ għandu jiġi ripetut sitt darbiet. Fl-aħħar nett, meta s-sistema tal-washer tal-windskrin titpoġġa fit-temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C u s-silġ ikun niżel għal kollox, għalkemm l-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura, il-prestazzjoni tal-washer tal-windskrin għandha tiġi vverifikata billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2.

2.2.3.2.   Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela u tiġi mħaddma b’mod sħiħ bi fluwidu ta’ temperatura baxxa għall-washer tal-windskrin li jikkonsisti minn 50 % soluzzjoni ta’ metanol, jew inkella isopropil alkoħol, f’ilma bi ħruxija li ma taqbiżx 205 mg/l (Ca). Is-sistema għandha titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ – 18 ± 3 °C għal mill-anqas erba’ sigħat. Il-fluwidu m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin imbagħad għandha tiġi vverifikata billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2.

2.2.4.   Test Nru. 4. Test tal-esponiment għal ċiklu b’temperatura għolja.

2.2.4.1.   Jekk xi parti mis-sistema tal-washer tal-windskrin tkun pożizzjonata fil-kompartiment tal-magna, is-sistema għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 80 ± 3 °C għal mill-anqas tmien sigħat. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin imbagħad għandha tiġi vverifikata billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2.

2.2.4.2.   Jekk l-ebda parti mis-sistema tal-washer tal-windskrin ma tkun pożizzjonata fil-kompartiment tal-magna, is-sistema għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 80 ± 3 °C għal mill-anqas tmien sigħat. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura. Suċċessivament, is-sistema titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C. Meta t-temperatura tal-ilma tkun stabbilizzat ruħha, il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin għandha tiġi vverifikata billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2. Wara dan, is-sistema għandha timtela bl-ilma, tiġi mħaddma b’mod sħiħ, u titpoġġa f’temperatura ambjentali ta’ 60 ± 3 °C għal mill-anqas tmien sigħat. L-ilma m’għandux għalfejn jiġi stabbilizzat f’din it-temperatura. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windskrin imbagħad għandha tiġi vverifika billi s-sistema tiġi azzjonata skont il-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.2. Inkella, il-manifattur jista’ jitlob li s-sistema tal-washer tal-windskrin tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2.2.4.1.

2.2.5.   It-testijiet tal-washer tal-windskrin kif stipulati fil-paragrafi 2.2.1. sa 2.2.4.2. għandhom jitwettqu wara xulxin fuq l-istess sistema ta’ washer tal-windskrin. Is-sistema tista’ tiġi ttestjata kif installata fuq it-tip ta’ vettura li għaliha tkun qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, jew separatament. Jekk tkun qiegħda tintalab approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata, is-sistema għandha tiġi ttestjata separatament.

2.2.6.   Test Nru. 5. Test tal-kapaċità tas-sistema tal-washer tal-windskrin

2.2.6.1.   Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha timtela bl-ilma u tiġi mħaddma b’mod sħiħ. Bil-vettura wieqfa u mingħajr l-ebda effett tar-riħ sinifikanti, in-nozzle(s) jistgħu, jekk ikun possibbli, jiġu aġġustati sabiex jippuntaw lejn l-erja fil-mira fuq il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin.

2.2.6.2.   Il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin għandu jiġi ttrattat kif preskritt fil-paragrafi 2.1.8 u 2.1.9. ta’ dan l-Anness.

2.2.6.3.   Is-sistema tal-washer tal-windskrin għandha tiġi azzjonata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, billi jiġu kkunsidrati l-paragrafi 2.2.1.1.1 u 2.2.1.1.2. ta’ dan l-Anness. Id-dewmien totali tat-test m’għandux jaqbeż 10 ċikli kompleti ta’ tħaddim awtomatiku tas-sistema tal-wajper tal-windskrin li tkun qiegħda taħdem bil-frekwenza massima taċ-ċaqlieq.

2.2.6.4.   Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.2.4. ta’ dan l-Anness ikunu ssodisfati, għandha tittieħed traċċa tal-erja mnaddfa rilevanti u tiġi mqabbla ma’ traċċa tal-erja tal-viżjoni A, kif stabbilita skont l-Appendiċi 3 tal-Anness III. Jekk l-osservatur ikun jista’ jara b’mod ċar li r-rekwiżiti jkunu ssodisfati, ma jkunx meħtieġ li jiġu ppreparati t-traċċi.

2.2.7.   It-test kif stipulat fil-paragrafi 2.2.6. sa 2.2.6.4. għandu jsir dejjem fuq it-tip ta’ vettura li għaliha tkun qiegħda tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, anki meta unità teknika separata approvata tkun installata fuq il-vettura.

Appendiċi 1

Proċedura għall-verifika tal-punt R jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda

Il-punt R jew il-punt ta’ referenza bilqiegħda huwa stabbilit skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 3 tar-Regolament tal-UNECE Nru 17 (1)


(1)  GU L 373, 27.12.2006, p. 1.

Appendiċi 2

Proċedura għall-istabbiliment tal-marki ta’ referenza primarji fis-sistema ta’ referenza tridimensjonali

Ir-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-marki ta’ referenza primarji fuq id-disinji u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura proprja huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 4 għar-Regolament tal-UNECE Nru 125 (1)


(1)  ĠU L 200, 31.7.2010, p. 38

Appendiċi 3

Proċedura għall-istabbiliment tal-erjas tal-viżjoni fuq il-windskrins tal-vetturi

L-erjas tal-viżjoni A u B huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 18 għar-Regolament tal-UNECE Nru 43.

Appendiċi 4

Speċifikazzjonijiet tat-taħlita tat-test għall-ittestjar tas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windskrin

1.   It-taħlita tat-test li saret referenza għaliha fil-paragrafu 2.1.9. tal-Anness III għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

1.1.

Ilma, b’toqol ta’ inqas minn 205 mg/l (Ca): 92,5 % skont il-volum.

1.2.

Melħ saturat fl-ilma (klorur tas-sodju), soluzzjoni: 5,0 % skont il-volum.

1.3.

Trab, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 1.3.1. sa 1.3.2.6. hawn taħt: 2,5 % skont il-volum.

1.3.1.   Speċifikazzjonijiet tal-analiżi tat-trab tat-test

1.3.1.1.

68 ± 1 % SiO2 skont il-massa

1.3.1.2.

4 ± 1 % Fe2O3 skont il-massa

1.3.1.3.

16 ± 1 % Al2O3 skont il-massa

1.3.1.4.

3 ± 1 % CaO skont il-massa

1.3.1.5.

1,0 ± 0,5 % MgO skont il-massa

1.3.1.6.

4 ± 1 % Alkali skont il-massa

1.3.1.7.

2,5 ± 0,5 % telf tal-ignition skont il-massa

1.3.2.   Speċifikazzjonijiet tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partiċelli fi trab oħxon

1.3.2.1.

12 ± 2 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 0 5 μm

1.3.2.2.

12 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 5 sa 10 μm

1.3.2.3.

14 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 10 sa 20 μm

1.3.2.4.

23 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 20 sa 40 μm

1.3.2.5.

30 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 40 sa 80 μm

1.3.2.6.

9 ± 3 % ta’ partiċella b’daqs ta’ 80 sa 200 μm


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1009/2010

tad-9 ta’ Novembru 2010

dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dan l-iskop

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE tat-12 ta' Ġunju 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-parafangi ta' vetturi bil-mutur (3). Ir-rekwiżiti stipulati f'dik id-Direttiva għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu emendati biex ikunu aġġornati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku.

(3)

L-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jkun konformi ma' dak tad-Direttiva 78/549/KEE u għalhekk hu limitat għall-vetturi tal-kategorija M1.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' apparat tal-parafangi. Għaldaqstant jinħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għal din l-approvazzjoni tat-tip.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategoriji M1, kif ddefinita fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tip ta' vettura għal dawk li huma parafangi” tfisser vetturi li mhumiex differenti minn xulxin f'dawk li essenzjalment huma karatteristiċi tal-parafangi jew id-daqsijiet minimi u massimi tat-tajer u tar-rota xierqa biex jitwaħħlu fuq il-vettura, filwaqt li jitqiesu l-envelopes tat-tajer, id-daqsijiet tar-rimm u l-off-sets tar-rota kkonċernati;

(2)

“envelope tat-tajer” tfisser il-wisa' massima tas-sezzjoni u d-dijametru ta' barra ta' tajer, inklużi t-tolleranzi, kif approvati u speċifikati skont l-approvazzjoni tal-komponent tiegħu;

(3)

“mezz ta' qabda fuq is-silġ” tfisser katina għas-silġ jew xi mezz ekwivalenti li jipprovdi qabda fuq is-silġ, li jista' jitwaħħal fuq il-kombinazzjonji ta' tajer u rota tal-vettura u li mhux tajer għas-silġ, tajer għax-xitwa, tajer għall-istaġuni kollha jew kwalunkwe tajer ieħor għalih;

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-parafangi

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq lill-awtorita għall-approvazzjoni tat-tip l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vetturi fir-rigward tal-parafangi.

2.   L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness II f'dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta' numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

4.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Validità u estensjoni tal-approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 78/549/KEE

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u l-użu ta' vetturi bl-approvazzjoni tat-tip qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u għandhom ikomplu jestendu l-approvazzjonijiet ta' dawk il-vetturi skont it-termini tad-Direttiva 78/549/KEE.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ [fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 168, 26.6.1978, p. 45.


ANNESS I

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-parafangi

PARTI 1

Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura bil-mutur fir-rigward tal-parafangi.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi oħra msemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura (b): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Kategorija ta’ vettura (c): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

1.   IL-KARATTERISTIĊI TAL-BINI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …

1.3.   L-għadd ta' fusien u roti: …

1.3.1.   L-għadd u l-pożizzjoni ta' fusien b'roti doppji: …

1.3.2.   L-għadd u l-pożizzjoni ta' fusien bi steering: …

1.3.3.   Fusien powered (għadd, pożizzjoni, interkonnessjoni): …

2.   PIŻIJIET U QISIEN (f)  (g)

2.3.   Tul(ijiet) u wisa’(wisgħat) tal-fus

2.3.1.   Tul ta' kull fus li huwa steered (1)

2.3.2.   Tul tal-fusien l-oħra kollha (1): .…

2.3.3.   Wisa’ tal-aktar fus wiesa’ ta' wara: …

2.3.4.   Il-wisa’ tal-fus ta’ quddiem nett (imkejla fuq it-tarf ta’ barra tat-tajers għajr għall-bużżieqa mbuzzata 'l barra tat-tajers qrib l-art): …

2.4.   Firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (b’kollox)

2.4.1.   Għal chassis mingħajr karozzerija

2.4.1.2.   Wisa’ (2): …

2.4.1.3.   Għoli (f’kundizzjoni ta' sewqan) (3) (Għal saspenxins li l-għoli tagħhom jista’ jiġi aġġustat, uri l-pożizzjoni normali f'kundizzjoni ta' sewqan): …

2.4.2.   Għal chassis bil-karozzerija

2.4.2.2.   Wisa’ (2): …

2.4.2.3.   Għoli (f’kundizzjoni ta' sewqan) (3) (Għal saspenxins li l-għoli tagħhom jista' jiġi aġġustat, uri l-pożizzjoni normali f'kundizzjoni ta' sewqan): …

2.6.   Massa f'kundizzjoni ta' sewqan

Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta' vettura ta' l-irmonk ta' kategorija għajr għal M1, b'tagħmir ta' gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew massa tax-chassis jew chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta' gganċjar jekk il-manifattur ma jqiegħedx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta' gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) (h) (massimu u minimu għal kull varjant): …

6.   SASPENXIN

6.2.1.   Aġġustament tal-livell: iva/le/mhux obbligatorja (1)

6.6.   Tajers u roti

6.6.1.   Kombinazzjoni(jiet) tajer/rota

(a)

għal tajers indika deżinjazzjoni ta' daqs;

(b)

għal roti indika d-daqs tar-rimmijiet u tal-off-set(s)

6.6.1.1.   Fusien

6.6.1.1.1.   Fus 1: …

6.6.1.1.2.   Fus 2: …

eċċ.

6.6.4.   Deskrizzjoni tal-kombinazzjoni(ijiet) tal-mezz(i) ta' qabda fuq is-silġ u tat-tajer/rota fuq il-fus(fusien) ta' quddiem u/jew ta' wara adatt/i għat-tip ta' vettura, kif rrakkomandat mill-manifattur: …

9.16.   Parafangi

9.16.1.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-vettura fejn għandhom x'jaqsmu l-parafangi: …

9.16.2.   Disinji fid-dettall tal-parafangi u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura fejn jidhru d-dimensjonijiet speċifikati fil-Figura 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament filwaqt li jittieħed kont tal-estremitajiet ta' kombinazzjonijiet tajer/rota: …

Noti ta' spjegazzjoni

PARTI 2

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar

Approvazzjoni tat-tip KE (1)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-parafangi

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1009/2010 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… (1)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE: …

Raġuni għall-estensjoni:…

TAQSIMA I

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkati fuq il-vettura (2)

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Kategorija ta' vettura (3): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

TAQSIMA II

1.   Aktar informazzjoni: ara l-Addendum.

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: .…

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Annessi

:

Pakkett ta' informazzjoni

Rapport tat-test


(b)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(c)  Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, il-Parti A tal-Anness II.

(f)  Fejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ piżijiet u qisien għandhom ikunu ddikjarati.

(g)  Standard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-triq - Dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u vetturi rmunkati - kundizzjonijiet u definizzjonijiet.

(1)  

(g4)

Term Nru 6.5.

(2)  

(g7)

Term Nru 6.2.

(3)  

(g8)

Term Nru 6.3.

(h)  Il-massa tas-sewwieq u, jekk applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ hija valutata 75 kg (sottodiviża fi 68 kg massa tal-okkupanti u 7 kg massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 - 1992), it-tank tal-karburant ikun mimli sa 90 % u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidu (ħlief dawk għal ilma użat) ikunu mimlija sa 100 % tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(2)  If the means of identification of type contains characters not relevant to describe the vehicle, component or separate technical unit types covered by this information document, such characters shall be represented in the documentation by the symbol “?” (e.g. ABC??123??).

(3)  As defined in Directive 2007/46/EC, Annex II, Section A.

Addendum

maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …

1.

Aktar informazzjoni:

1.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …

1.2.

Deskrizzjoni tal-parafangi: …

1.3.

Kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota (inkluż id-daqs tat-tajer, id-daqs tar-rimm u l-offset tar-rota): …

1.4.

Deskrizzjoni tat-tip tal-mezz(i) ta' qabda fuq is-silġ li jista' jintuża: …

1.5.

Kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota (inkluż id-daqs tat-tajer, id-daqs tar-rimm u l-offset tar-rota) li jrid jintuża mal-mezz(i) ta' qabda fuq is-silġ: …

2.

Fus(fusien) permanentement motorizzati: fus 1/fus 2/… (1)

3.

L-għoli tax-saspenxin aġġustabbli: iva/le (1)

4.

Parafangi jinqalu/fissi (1) f'biċċa waħda/f'partijiet (1)

5.

Rimarki: …


(1)  Ħassar skont il-każ.


ANNESS II

Rekwiżiti għall-parafangi

1.   REKWIŻITI ĠENERALI

1.1.

Il-vettura bil-mutur għandha tkun pprovduta b'parafangu għal kull rota.

1.2.

Il-parafangu jista' jikkonsisti minn partijiet tal-bodi tal-karozza jew minn parafangu separat u għandu jkun iddisinjat b'mod li jipproteġi l-utenti tat-triq, kemm jista' jkun, minn titjir ta' ġebel, tajn, silġ, borra u ilma u biex inaqqas il-periklu minħabba l-kuntatt mar-roti li jduru.

2.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

2.1.

Il-parafangi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin bil-massa tal-vettura aġġustata skont il-massa ddikjarata mill-manifattur f'kundizzjoni ta' sewqan b'passiġġier addizzjonali wieħed fuq l-ewwel filliera ta' bil-qiegħda u r-roti steered fid-direzzjoni dritta.

2.1.1.

Fil-parti magħmula mill-uċuħ radjali f’angolu ta’ 30° ’il quddiem u 50° lura lejn iċ-ċentru tar-roti (ara Figura 1), il-wisa’ totali (q) tal-parafangu għandha tkun mill-inqas suffiċjenti biex tkopri l-wisa’ kollha tat-tajer (b) filwaqt li jitqies l-envelope tat-tajer kif ukoll l-estremitajiet tal-kombinazjoni(ijiet) tat-tajer/rota kif speċifikat mill-manifattur. Fil-każ ta' roti doppji, għandhom jitqiesu l-envelopes tat-tajer u tal-wisa’ kollha taż-żewġ tajers (t).

2.1.1.1.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-wisgħat imsemmija fil-paragrafu 2.1.1, it-tikketti (marki) u t-tiżjin, faxxex jew strutturi ta' protezzjoni fuq il-barra tat-tajer ma jitqiesux.

2.1.2.

Il-wara tal-parafangu ma għandux jieqaf ’il fuq minn wiċċ mimdud 150 mm ’il fuq mill-assi ta' tidwir tar-roti, barra minn hekk:

2.1.2.1.

Fil-każ ta' rota waħda, l-intersezzjoni tat-tarf ta' wara tal-parafangu mal-wiċċ mimdud kif iddefinit fil-paragrafu 2.1.2. (ara Figura 1, punt A) għandha tkun ’il barra mill-wiċċ lonġitudinali medjan tat-tajer.

2.1.2.2.

Fil-każ ta' roti doppji, l-intersezzjoni tat-tarf ta' wara tal-parafangu mal-wiċċ mimdud kif iddefinit fil-paragrafu 2.1.2. (ara Figura 1, punt A) mar-rota ta' barra għandha tkun ’il barra mill-wiċċ lonġitudinali medjan tat-tajer tat-tarf.

2.1.3.

Il-profil u l-pożizzjoni ta' kull parafangu għandhom ikunu b'mod li jersqu kemm jista' jkun qrib it-tajers. B'mod partikolari fi ħdan il-parti magħmula mill-uċuħ radjali msemmija fil-paragrafu 2.1.1., ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom ikunu ssodisfati:

2.1.3.1.

Il-fond (p) tal-ispazju li jinsab fil-wiċċ wieqaf tal-assi tat-tajer, imkejjel mit-truf ta' barra u ta' ġewwa tal-parafangu mal-wiċċ wieqaf lonġitudinali li jgħaddi miċ-ċentru tat-tajer fuq ġewwa tal-parafangu, għandu jkun tal-inqas 30 mm. Dan il-fond (p) jista' jitnaqqas bil-mod il-mod għal żero lejn l-uċuħ radjali speċifikati fil-paragrafu 2.1.1.

2.1.3.2.

Id-distanza (c) bejn it-trufijiet l-aktar baxxi tal-parafangu u l-fus li jgħaddi miċ-ċentru tad-tidwir tar-roti m'għandhiex tkun iktar minn 2 × r, fejn ir-raġġ (r) huwa r-raġġ statiku tat-tajer.

2.1.4.

Fil-każ ta' vetturi li għandhom għoli tas-saspenxin aġġustabbli, ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq għandhom jintlaħħqu meta l-vettura tkun fil-kundizzjoni normali ta' sewqan kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

2.2.

Il-parafangi jistgħu jikkonsistu minn ħafna komponenti, kemm-il darba ma jkunx hemm il-vojt bejn jew fi ħdan il-partijiet individwali meta jitwaħħlu fuq il-vettura.

2.3.

Il-parafangi għandhom jitwaħħlu fis-sod. Madanakollu, jistgħu jkunu jinqalgħu jew bħala unità jew f'partijiet.

3.   L-UŻU TA' MEZZI TA' QABDA FUQ IS-SILĠ

3.1.

Fil-każ ta’ vetturi fejn żewġ roti biss huma ingranati, il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura hija ddisinjata b'mod li mill-inqas tip wieħed ta’ mezz ta' qabda fuq is-silġ jista’ jintuża fuq mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ kombinazzjonijiet ta' rota u tajer approvati għall-fus ingranat tal-vettura. Il-mezz ta' qabda fuq is-silġ u l-kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota adattati għat-tip ta' vettura għandhom ikunu speċifikati mill-manifattur skont il-punt 6.6.4. fid-dokument ta' informazzjoni.

3.2.

Fil-każ ta’ vetturi fejn ir-roti kollha huma ingranati, inklużi vetturi fejn il-fusien ingranati jistgħu jingranaw bl-idejn jew awtomatikament, il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura tkun iddisinjata b'mod li mill-inqas tip wieħed ta' mezz ta' qabda fuq is-silġ jista' jintuża fuq mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ kombinazzjonijiet ta' rota u tajer approvati għall-fus ingranat, li ma jistax jingrana waħdu, tal-vettura. Il-mezz ta' qabda fuq is-silġ u l-kombinazzjoni(ijiet) tajer/rota adattati għat-tip ta' vettura għandhom ikunu speċifikati mill-manifattur skont il-punt 6.6.4. fid-dokument ta' informazzjoni.

3.3.

Il-manifattur tal-vettura għandu jinkludi struzzjonijiet rilevanti dwar l-użu korrett tal-mezzi ta' qabda fuq is-silġ speċifikati fil-ktejjeb tal-vettura u din l-informazzjoni għandha tingħata fil-lingwa nazzjonali, jew tal-inqas f'waħda mil-lingwi nazzjonali, tal-pajjiż li fih il-vettura tkun għall-bejgħ.

Figura 1

Dijagramma ta' parafangu

Image


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1010/2010

tat-8 ta' Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd fl-2010 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

8/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

RED/03M.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

NAFO 3M

Data

13/04/2010


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1011/2010

tad-9 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

46,8

MA

75,9

MK

35,0

TR

95,0

ZZ

63,2

0707 00 05

EG

161,4

MK

59,4

TR

146,1

ZA

121,6

ZZ

122,1

0709 90 70

MA

78,8

TR

143,6

ZZ

111,2

0805 20 10

MA

71,5

ZA

149,8

ZZ

110,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

100,3

HR

47,9

TR

62,2

UY

54,2

ZA

60,7

ZZ

65,1

0805 50 10

AR

54,2

BR

83,8

CL

81,9

EC

92,5

TR

69,3

UY

61,0

ZA

109,5

ZZ

78,9

0806 10 10

BR

227,9

PE

182,7

TR

157,9

US

227,8

ZA

79,2

ZZ

175,1

0808 10 80

AR

75,7

AU

149,8

CA

73,1

CL

84,2

CN

82,6

MK

22,1

NZ

116,8

US

118,9

ZA

83,9

ZZ

89,7

0808 20 50

CN

41,7

US

48,2

ZZ

45,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1012/2010

tad-9 ta’ Novembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 1007/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 291, 9.11.2010, p. 45.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-10 ta’ Novembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

63,80

0,00

1701 11 90  (1)

63,80

0,00

1701 12 10  (1)

63,80

0,00

1701 12 90  (1)

63,80

0,00

1701 91 00  (2)

55,14

0,93

1701 99 10  (2)

55,14

0,00

1701 99 90  (2)

55,14

0,00

1702 90 95  (3)

0,55

0,19


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/36


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/74/UE

tad-9 ta' Novembru 2010

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex testendi l-inklużjoni fl-Anness I għaliha tas-sustanza attiva tad-dijossidu tal-karbonju għall-prodotti tat-tip 18

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Din il-lista tinkludi d-dijossidu tal-karbonju.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/75/KE tal-24 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-dijossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (3) inkludiet id-dijossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 14, ir-rodentiċidi, kif iddefiniti fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, id-dijossidu tal-karbonju issa ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 18, l-insettiċidi, l-akariċidi u l-prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra, kif iddefiniti fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(4)

Franza nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fid-19 ta' Frar 2008 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(5)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fis-27 ta' Mejju 2010, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(6)

Mill-eżamijiet li saru, jidher li l-prodotti bijoċidali użati bħala insettiċidi, akariċidi u bħala prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra u li fihom id-dijossidu tal-karbonju jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li tiġi estiża l-inklużjoni tad-dijossidu tal-karbonju fl-Anness I għal dik id-Direttiva għal dawn il-prodotti.

(7)

Ma ġewx evalwati l-użi potenzjali kollha fil-livell Ewropew. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Istati Membri jivvalutaw dawk l-użi jew ix-xenarji ta' esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti u għall-popolazzjonijiet li għadhom ma ġewx indirizzati b'mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju li saret fil-livell Ewropew, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jittaffew għal livelli li huma aċċettabbli.

(8)

Meta jitqiesu r-riżultati tar-rapport ta' valutazzjoni, huwa xieraq li jkun meħtieġ li jiġu applikati miżuri għat-tnaqqis tar-riskju fuq il-livell tal-awtorizzazzjoni tal-prodott għall-prodotti li fihom id-dijossidu tal-karbonju u li jintużaw bħala insettiċidi, akariċidi u bħala prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra sabiex jiġi żgurat li r-riskji jitnaqqsu għal livell li huwa aċċettabbli skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE u l-Anness VI għaliha. B'mod partikolari, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-prodotti jinbigħu biss lill-professjonisti mħarrġa u jintużaw minnhom biss, li jittieħdu miżuri xierqa li jħarsu lill-operaturi sabiex ikun hemm riskju minimu, inkluż id-disponibbiltà ta' tagħmir protettiv personali jekk meħtieġ, u li jittieħdu miżuri xierqa biex jitħarsu n-nies li jkunu fil-qrib, bħall-esklużjoni miż-żona tat-trattament waqt il-fumigazzjoni.

(9)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati simultanjament fl-Istati Membri kollha sabiex ikun żgurat trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali li fihom is-sustanza attiva tad-dijossidu tal-karbonju fis-suq, u wkoll sabiex ikun iffaċilitat l-operat xieraq tas-suq tal-prodotti bijoċidali inġenerali.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli taż-żmien qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti, u biex jiġi żgurat li l-applikanti li jkunu ħejjew id-dokumentazzjoni ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar (10) snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data tal-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli taż-żmien biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2011.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet sa mill-1 ta’ Novembru 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 54.


ANNESS

Dan li ġej għandu jiżdied mal-entrata “Nru 7” fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

 

 

 

“990  ml/l

l-1 ta' Novembru 2012

il-31 ta’ Ottubru 2014

il-31 ta’ Ottubru 2022

18

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prodott tkun qed tiġi evalwata skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, meta dan ikun rilevanti għall-prodott partikolari, dawk l-użi jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti jew għall-popolazzjonijiet li ma jkunux ġew indirizzati b'mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell Ewropew

Meta jagħtu l-awtorizzazzjoni għal prodott, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw ir-riskji u sussegwentement jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi biex itaffu r-riskji identifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-prodott għandu jinbiegħ biss lill-professjonisti mħarrġa u għandu jintuża minnhom biss.

(2)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa li jħarsu lill-operaturi sabiex ikun hemm riskju minimu, inkluż id-disponibbiltà ta' tagħmir protettiv personali jekk meħtieġ.

(3)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jitħarsu n-nies li jkunu fil-qrib, bħall-esklużjoni miż-żona tat-trattament waqt il-fumigazzjoni.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fil-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


DEĊIŻJONIJIET

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/677/PESK

tat-8 ta’ Novembru 2010

li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK li jikkonċerna s-Sierra Leone

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Ġunju 1998, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK li jikkonċerna s-Sierra Leone (1) sabiex jimplimenta l-miżuri imposti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (minn hawn ’il quddiem ‘UNSCR’) 1171(1998).

(2)

Fit-28 ta’ Jannar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/81/PESK li temenda l-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK (2) sabiex jimplimenta l-miżuri imposti minn UNSCR 1793(2007) fejn ippreveda eżenzjoni għall-miżuri imposti mill-paragrafu 5 tal-UNSCR 1171(1998).

(3)

Fid-29 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 1940(2010) li tħassar l-UNSCR 1171(1998).

(4)

Għalhekk il-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK hija b’dan imħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  ĠU L 187, 1.7.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 54.


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Novembru 2010

li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat dwar il-prevalenza tal-Listeria monocytogenes f’ċertu ikel lest biex jittiekel li jrid jitwettaq fl-Istati Membri

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7516)

(2010/678/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 66 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi, fost oħrajn, il-proċeduri li jirregolaw l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni li jmexxu l-miżuri neċessarji biex tkun żgurata l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

Id-Direttiva 2003/99/KE tgħid li jistgħu jitwaqqfu programmi ta’ monitoraġġ ikkoordinati, speċjalment meta jiġu identifikati bżonnijiet speċjali, biex ikunu eżaminati r-riskji u jkunu stabbiliti valuri bażiċi relatati maż-żoonożi u mal-aġenti żoonotiċi.

(3)

Fl-2006 (3) u fl-2007 (4) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ippubblikat rapporti (ir-rapporti tal-EFSA-ECDC) dwar xejriet u sorsi ta’ żoonożi, aġenti żoonotiċi u reżistenza antimikrobika fl-Unjoni. Skont dawk ir-rapporti, kien hemm reġistrat total ta’ 1 588 każ ta’ listerjożi (Listeria monocytogenes) fil-bnedmin fil-25 Stat Membru fl-2006. Barra minn hekk, 1 558 tali każ kienu reġistrati f’26 Stat Membru fl-2007. Ir-rapporti urew ukoll żieda sinifikattiva fl-inċidenza ta’ dawn il-każijiet fil-bnedmin fil-perjodu 2001-2006. Ta’ spiss il-mard kien aħrax u l-mortalità għolja.

(4)

Il-fatt li l-Listeria monocytogenes hi kapaċi timmultiplika f’ikel differenti f’temperaturi baxxi bħal minn 2 sa 4 °C jagħmel l-okkorrenza tal-Listeria monocytogenes fl-ikel lest biex jittiekel b’data ta’ skadenza relattivament twila ta’ tħassib partikolari.

(5)

F’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (5), l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jikkonformaw mal-kriterji tas-sigurtà tal-ikel tal-Listeria monocytogenes għall-ikel lest biex jittiekel fil-qafas tal-programmi ta’ prattiki ta’ iġjene tajba u analiżi tal-periklu tal-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP).

(6)

Ir-rapporti tal-EFSA-ECDC urew li l-ogħla proporzjonijiet ta’ nonkonformità mal-kriterji tal-Listeria monocytogenes kienu reġistrati fil-ġobon lest biex jittiekel u fil-ħut lest biex jittiekel u l-prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana.

(7)

L-espożizzjoni tal-bnedmin għal-Listeria monocytogenes ġejja prinċipalment mill-ikel. Għalhekk il-prevalenza u l-livell tal-kontaminazzjoni tal-Listeria monocytogenes fi prodotti tal-ħut, ġobon u prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana lesti biex jittieklu għandha tkun stmata b’mod armonizzat u komparabbli permezz ta’ programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat fil-livell tal-bejgħ bl-imnut fl-Istati Membri kollha.

(8)

It-tkabbir tal-Listeria monocytogenes fi prodotti lesti biex jittieklu huwa inflwenzat b’mod sinifikanti mill-pH, l-attività tal-ilma u t-temperatura tal-maħżen tal-prodott. Jista’ jintuza mudell għall-istima tat-tkabbir tal-Listeria monocytogenes fil-prodott lest biex jittiekel taħt kundizzjonijiet ta’ temperatura differenti.

(9)

Fejn m’hemmx l-ebda definizzjoni relevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-definizzjonijiet fl-Istandard Ġenerali għall-Ġobon tal-Codex (CODEX STAN 283-1978, l-emenda 2008) u l-Istandard għall-Ġobon li Mhux Misjur inkluż il-Ġobon Frisk tal-Grupp Codex (CODEX STAN 221-2001, l-emenda 2008) maħruġ mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius għandu jintuża bħala garanzija tal-approċċ armonizzat fid-definizzjoni tal-ġobon lest biex jittiekel.

(10)

F’Mejju 2009, it-Task Force dwar il-Monitoraġġ tal-Ġbir tad-Dejta taż-Żoonożi tal-EFSA addottat Rapport dwar speċifikazzjonijiet tekniċi proposti għal programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat għal-Listeria monocytogenes f’ċerti kategoriji tal-ikel RTE għall-bejgħ bl-imnut fl-UE (6).

(11)

Sabiex l-istadju ta’ teħid ta’ kampjuni jiġi armonizzat aktar, il-kampjuni għandhom jittieħdu f’livell tal-bejgħ bl-imnut billi jkopru l-ħwienet, is-supermarkets u stabbilimenti oħra simili li jbiegħu direttament lill-konsumatur aħħari.

(12)

Id-dejta miġbura fil-qafas tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat ma għandhiex tintuża għal għanijiet oħra għajr dan il-programm mingħajr ftehim minn qabel tal-Istati Membri biex tkun garantita l-kunfidenzjalità tad-dejta.

(13)

Minħabba l-importanza tal-ġbir tad-dejta komparabbli dwar il-prevalenza tal-Listeria monocytogenes fl-ikel lest biex jittiekel, għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni biex jitwettaq il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat.

(14)

Sabiex it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi fil-qafas tal-programm ikkoordinat ikunu jistgħu jsiru b’mod armonizzat iżda billi jitqiesu d-differenzi possibbli fiż-żmien bejn l-Istati Membri, huwa xieraq li jiġu determinati d-data tal-bidu kif ukoll it-tul ta’ żmien tal-programm.

(15)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata sakemm il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat jitwettaq skont din id-Deċiżjoni u sakemm l-awtoritajiet kompetenti jfornu t-tagħrif meħtieġ kollu fil-limiti ta’ żminijiet previsti f’din id-Deċiżjoni.

(16)

Minħabba raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, l-infiq kollu ppreżentat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jintwera f’euro. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (7), ir-rata ta’ konverżjoni għall-infiq f’munita għajr l-euro għandha tkun ir-rata stabbilita dan l-aħħar mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel ġurnata tax-xahar li fih tressqet l-applikazzjoni għar-rimborż mill-Istat Membru kkonċernat.

(17)

Id-Deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi Deċiżjoni li tiffinanzja skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ir-Regolament Finanzjarju) (8), l-Artikolu 90 tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju. u l-Artikolu 15 tar-Regoli Interni dwar l-Implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(18)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat dwar il-prevalenza tal-Listeria monocytogenes f’ċerti kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel previsti fl-Artikolu 2 fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u tistabbilixxi regoli dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tagħha.

Artikolu 2

L-ambitu u t-tul ta’ żmien tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat biex jeżaminaw il-prevalenza tal-Listeria monocytogenes fil-kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel li ġejjin f’kampjuni magħżulin bl-addoċċ fil-livell tal-bejgħ bl-imnut:

(a)

ħut ippakkjat (mhux iffriżat) sħun jew kiesaħ affumikat jew gravad;

(b)

ġobon artab jew nofsu artab, minbarra l-ġobon frisk;

(c)

prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana ppakkjati.

2.   L-attivitajiet tat-teħid ta’ kampjuni fil-qafas tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat previsti fil-paragrafu 1 għandhom jibdew jitwettqu mill-2010 u jkopru mill-inqas 12-il xahar.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“ikel lest biex jittiekel” tfisser ikel lest biex jittiekel kif definit fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005.

2.

“ħajja fuq l-ixkaffa” tfisser ħajja fuq l-ixkaffa kif definit fl-Artikolu 2(f) tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005.

3.

“konsenja” tfisser konsenja kif definita fl-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005.

4.

“bejgħ bl-imnut” tfisser bejgħ bl-imnut kif definit fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (9); madankollu, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-bejgħ bl-imnut tkopri biss ħwienet, supermarkets u stabbilimenti oħra simili li jbigħu direttament lill-konsumatur finali; ma tinkludix terminali jew ċentri ta’ distribuzzjoni, operazzjonijiet tal-catering, catering istituzzjonali, messijiet tal-fabbriki, restoranti u operazzjonijiet tas-servizz tal-ikel simili u stabbilimenti ta’ bejgħ bl-ingrossa.

5.

“ipproċessar” tfisser l-ipproċessar kif definit fl-Artikolu 2(1)(m) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (10).

6.

“prodotti tal-laħam” tfisser prodotti tal-laħam kif definit fl-Artikolu 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (11).

7.

“pajjiż tal-produzzjoni” tfisser il-pajjiż indikat fuq il-marka tal-identifikazzjoni kif previst fil-punt 6 tal-parti B tat-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

8.

“ikel ippakkjat” tfisser l-ikel li għandu l-wiċċ tiegħu kollu mgħotti sabiex ikun evitat kuntatt dirett tal-ikel mal-ambjent, jew b’tqartis permeabbli jew impermeabbli.

9.

“ikel ippakkjat f’atmosfera modifikata” tfisser l-ikel li kien ippakkjat u ermetikament issiġillat wara t-tneħħija tal-arja mill-pakkett u minflok l-arja ddaħħlet taħlita ta’ gass strettament ikkontrollat ta’ diossidu tal-karbonju, ossiġnu u/jew nitroġenu.

10.

“ikel ippakkjat ivvakumjat” tfisser ikel li kien ippakkjat u ermetikament issiġillat wara t-tneħħija tal-arja mill-pakkett.

11.

“ħut affumikat” tfisser ħut ikkurat bl-affumikar.

12.

“ħut gravad” tfisser ħut li kien ikkurat fil-melħ u z-zokkor mingħajr trattament termali.

13.

“ġobon misjur” tfisser il-ġobon li mhux lest għall-konsum eżatt wara li jkun manifatturat iżda li jinżamm għal tali ħin, f’tali temperatura u f’tali kundizzjonijiet oħra li jirriżulta fil-bidliet bijokimiċi u fiżiċi meħtieġa li jikkaratterizzaw il-ġobon ikkonċernat.

14.

“ġobon artab” tfisser il-ġobon b’persentaġġ niedi, fuq bażi ħieles mix-xaħam, ogħla minn 67 %.

15.

“ġobon nofsu artab” tfisser il-ġobon li għandu għamla li hija biss kemxejn aktar iebsa mill-kategorija tal-ġobon artab. Dan il-ġobon huwa b’persentaġġ niedi, abbażi ħieles mix-xaħam, bejn it-62 % u s-67 %. Ġobon nofsu artab huwa kkaratterizzat minn għamla soda imma elastika.

16.

“ġobon misjur bil-moffa” tfisser il-ġobon li s-sajran tiegħu jinkiseb prinċipalment bl-iżvilupp ta’ tkabbir ta’ moffa karatteristika fl-intern kollu u/jew fil-wiċċ tal-ġobon.

17.

“ġobon misjur bix-xaħam tiegħu stess” tfisser ġobon li fih waqt u wara s-sajran, il-qoxra tal-ġobon hija ttrattata u kolonizzata naturalment b’kultura mixtieqa ta’ mikroorganiżmi, pereżempju, Penicillium candidum jew Brevibacterium linens. Is-saff jew il-forom tax-xaħam li jirriżultaw huma parti mill-qoxra.

18.

“ġobon immaturat fis-salmura” tfisser ġobon immaturat u maħżun fis-salmura sakemm jinbigħ jew jiġi ppakkjat.

19.

“ġobon frisk” tfisser il-ġobon ta’ stil baqta li ma jgħaddix minn xi sajran, pereżempju l-cottage cheese, il-mozzarella, l-irkotta u l-quark. Ġobon frisk mhux inkluż f’dan il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat.

Artikolu 4

Teħid ta kampjuni, analiżi u rekordjar tad-dejta tal-Istati Membri

1.   It-teħid ta’ kampjuni għandu jitwettaq mill-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni tagħha.

2.   Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għal-Listeria monocytogenes għandhom iwettqu l-analiżi tal-Listeria monocytogenes, tal-pH u tal-attività tal-ilma.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeżinja laboratorji oħra minbarra dawk il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza li huma kkreditati għal u involuti f’kontrolli uffiċjali tal-Listeria monocytogenes biex iwettqu l-analiżi tal-Listeria monocytogenes, tal-pH u tal-attività tal-ilma.

4.   It-teħid tal-kampjun u l-analiżi previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3, kif ukoll l-irrekordjar tad-dejta relevanti kollha, għandhom jitwettqu skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I.

5.   In-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull kategorija tal-ikel lest biex jttiekel f’kull Stat Membru huwa stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 5

Ġbir, valutazzjoni, irrapurtar u l-użu tad-dejta fil-livell tal-Unjoni

1.   L-Istat Membru għandu jiġbor u jeżamina r-riżultati tal-kampjuni u tal-Listeria monocytogenes, tal-pH u tal-attività tal-ilma previsti fl-Artikolu 4(1), (2) u (3) ta’ din id-Deċiżjoni.

Dawk ir-riżultati u l-valutazzjoni tagħhom, flimkien mad-dejta rilevanti kollha, għandhom jiddaħħlu fir-rapport finali mat-tlestija tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat li għandu jkun trażmess lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Mejju 2012.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sat-30 ta’ Novembru 2010 l-format tad-Dizzjunarju tad-Dejta u l-formoli tal-ġbir tad-dejta li jridu jintużaw fit-tfassil tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapporti finali previsti fil-paragrafu 1 lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), li għandha teżaminahom, tiżviluppa mudelli ta’ previżjoni għall-konformità mal-kriterji tas-sigurtà tal-ikel tal-Listeria monocytogenes u t-tkabbir mikrobiku f’kundizzjonijiet varji ta’ ħżin u toħroġ Rapport Sommarju fi żmien sitt xhur.

4.   Kull użu tad-dejta ppreżentata mill-Istati Membri għall-għan li mhuwiex il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat għandu jkun soġġett għall-ftehim minn qabel mal-Istati Membri.

5.   Id-dejta nazzjonali u r-riżultati għandhom jitħabbru f’forma li tiżgura kunfidenzjalità tar-riżultati individwali.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni ta’ ammont totali ta’ EUR 1 555 300 mil-linja tal-baġit 17 04 07 01 għall-ispejjeż tal-ġbir, il-valutazzjoni u r-rappurtar previsti fl-Artikolu 5(1) li huma marbuta mal-analiżi tal-Artikolu 4(2), għandha tingħata lill-Istati Membri sal-ammont totali massimu għall-kofinanzjament iffissat fl-Anness III.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha titħallas lill-Istati Membri sakemm il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat jitwettaq skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, u soġġetta għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

Ir-rapport finali dwar it-tlestija tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat għandu jkun ippreżentat lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Mejju 2012; dak ir-rapport għandu jkollu:

(i)

l-informazzjoni kollha stabbilita fil-Parti D tal-Anness I.

(ii)

evidenza li tixhed l-ispejjeż li saru mill-Istati Membri għall-analiżi; l-evidenza talanqas għandha tkun magħmula mill-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.

3.   F’każ ta’ sottomissjoni tard tar-rapport finali msemmi fil-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha titnaqqas b’25 % sal-1 ta’ Lulju 2012, 50 % sal-1 ta’ Awwissu 2012 u 100 % sal-1 ta’ Settembru 2012.

Artikolu 7

Ammonti massimi li għandhom jitħallsu lura

L-ammonti massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-ġbir, il-valutazzjoni u r-rappurtar previsti fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx jaqbżu dawn li ġejjin:

(a)

sa EUR 60 għal kull kampjun miġbur, ivvalutat u rrappurtat għad-detezzjoni tal-Listeria monocytogenes;

(b)

sa EUR 60 għal kull kampjun miġbur, ivvalutat u rrappurtat għall-enumerazzjoni tal-Listeria monocytogenes;

(c)

sa EUR 15 għal kull kampjun miġbur, ivvalutat u rrappurtat marbut mal-analiżi tal-livell ta’ pH;

(d)

sa EUR 20 għal kull kampjun miġbur, ivvalutat u rrappurtat għall-analiżi tal-attività tal-ilma (aw);

Artikolu 8

Rata tal-kambju għall-infiq

Meta n-nefqa ta’ Stat Membru tkun f’munita li mhijiex l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandhu jaqlibha għall-euro billi japplika l-aktar rata ta’ skambju riċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-Istat Membru.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2007) 130.

(4)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 223.

(5)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(6)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 300, 1.

(7)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(10)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(11)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS I

(imsemmija fl-Artikolu 4(4))

PARTI A

QAFAS GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

1.   Il-prodotti li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni

Għandhom jittieħdu kampjuni għall-kategoriji li ġejjin tal-ikel lest biex jittiekel fil-livell tal-bejgħ bl-imnut:

1.1.   Ħut ippakkjat (mhux iffriżat) sħun jew kiesaħ affumikat jew gravad

Prodotti li jaqgħu f’din il-kategorija għandhom ikunu ippakkjati bil-vakum jew ippakkjati f’atmosfera modifikata.

Il-ħuta tista’ tkun imqatta’ jew le. Il-pakkett jista’ jkollu ħuta sħiħa, nofsha jew parti minnha. Il-qoxra tal-ħuta tista’ tkun hemm jew le.

1.2.   Ġobon artab jew nofsu artab, eskluż il-ġobon frisk

Din il-kategorija għandha tinkludi ġobon minn ħalib nej, termizzat jew pastorizzat ta’ kwalunkwe speċi tal-annimali. Il-ġobon jista’ jkun misjur, misjur bix-xaħam tiegħu stess, misjur bil-moffa jew immaturat fis-salmura.

Il-ġobon jista’ jkun ippakkjat inkluż mqartas fil-musulina jew jista’ jkun spakkjat fil-bejgħ bl-imnut imma ppakkjat f’post għall-bejgħ għall-konsumatur.

1.3.   Prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana

1.3.1.

Il-prodotti li jaqgħu f’din il-kategorija għandhom jgħaddu minn trattament ta’ sħana u warajh għandhom ikunu ttrattati u ppakkjati jew bil-vakum jew f’atmosfera modifikata.

1.3.2.

Il-prodotti li jaqgħu f’din il-kategorija jkopru kemm il-prodotti tal-laħam esposti kif ukoll il-prodotti tal-laħam f’qoxra permeabbli li tqattgħu fi flieli jew ittrattati b’mod ieħor bejn it-trattament bis-sħana u l-ippakkjar. Prodotti jistgħu jkunu affumikati wara t-trattament bis-sħana.

Din il-kategorija tinkludi b’mod partikolari:

(a)

Prodotti tal-laħam imsajrin, kiesħa: Prodotti tal-laħam tipikament magħmulin minn partijiet sħaħ jew kbar ta’ strutturi anatomiċi jew riformati (bħalma huma il-perżut imqatta’ fi flieli msajjar u l-fillet tat-tiġieġ imsajjar);

(b)

zalzett;

(c)

pâtés.

1.3.3.

Din il-kategorija ma tinkludix:

(a)

prodotti tal-laħam imnixxfin wara trattament bis-sħana, bħalma huma l-prodotti jerky;

(b)

Prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana f’pakkett impermeabbli li ma kienux ittrattati aktar wara;

(c)

prodotti tal-laħam iffermentat inkluż zalzett iffermentat.

2.   Skema ta’ teħid ta’ kampjuni

Qiegħda tintuża skema ta’ kampjun stratifikat proporzjonat għall-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat fejn il-kampjuni huma allokati lil kull Stat Membru b’mod proporzjonat għad-daqs tal-popolazzjoni umana f’dak l-Istat Membru.

2.1.   Pjan tat-teħid tal-kampjun

2.1.1.

Kull Stat Membru għandu jkollu pjan ta’ teħid tal-kampjun ibbażat fuq skema ta’ multistage cluster:

(a)

l-ewwel livell huwa kompost mill-ibliet ewlenin li se jkunu inklużi fil-kampjun;

(b)

it-tieni livell huwa kompost mill-stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li se jkunu inklużi fil-kampjun;

(c)

it-tielet livell hu kompost minn prodotti differenti tal-ikel fit-tliet kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel li se jkunu inklużi fil-kampjun.

2.1.2.

Il-pjan tat-teħid tal-kampjun għandu jitfassal mill-awtorità kompetenti u għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a)

l-ibliet inklużi fil-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat;

(b)

it-tipi ta’ stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut u l-persentaġġ ta’ kampjuni meħuda minn kull kategorija;

(c)

l-iskedar ta’ żmien tat-teħid tal-kampjuni matul is-sena.

2.1.3.

Meta jkun hemm disponibbli dejta rilevanti dwar it-tqegħid fis-suq, il-pjan tat-teħid tal-kampjuni għandu jinkludi wkoll:

(a)

it-tipi ta’ prodotti li tagħhom irid jittieħed il-kampjun f’kull wieħed mit-tliet kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel;

(b)

in-numru ta’ kampjuni li jridu jittieħdu minn kull tip ta’ prodott imsemmi f’(a).

2.1.4.

L-Istati Membri għandhom ifasslu pjan tat-teħid tal-kampjun filwaqt li jsegwu r-regoli deskritti hawn taħt u bbażati fuq l-aħjar dejta disponibbli dwar it-tqegħid fis-suq. Din id-dejta dwar it-tqegħid fis-suq, jew għajnuna dwar kif tinkiseb id-dejta, ħafna drabi tista’ tkun disponibbli minn assoċjazzjoni nazzjonali tal-kummerċ. Fl-assenza ta’ dejta dwar it-tqegħid fis-suq, għandha tintuża l-aħjar stima tal-ishma tas-suq biex il-pjan tat-teħid tal-kampjun fuq livell ċentrali jkun infurmat. Fl-assenza ta’ kwalunkwe informazzjoni affidabbli dwar it-tqegħid fis-suq, għandu mnejn ikun hemm bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jgħaddu l-għażla tat-tip ta’ prodott lil kampjun f’kategorija lil dak li qed jieħu l-kampjuni f’dan il-qasam.

2.2.   Għażla tal-kategoriji ta’ stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li jridu jkunu mmirati

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut mil-liema jridu jittieħdu l-kampjuni. Tipi tipiċi ta’ stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li għandhom ikunu inklużi fil-kampjuni huma: supermarkets, ħwienet żgħar, speciality delis u swieq tat-triq (bħalma huma s-swieqi tal-bdiewa jew tal-kampanja).

Jekk l-akbar kategorija ta’ stabbilimenti (pereżempju s-supermarkets) ifornu mill-inqas 80 % tas-suq ta’ kategorija tal-ikel lest biex jittiekel, allura l-kampjuni għandhom jittieħdu biss minn dawk l-istabbilimenti. Fejn dan mhux il-każ, it-tieni l-akbar kategorija ta’ stabbilimenti għandha tiżdied sakemm jiġi kopert ta’ millinqas 80 % tas-suq.

Meta jitwettaq it-teħid tal-kampjuni skont il-pjan tat-teħid tal-kampjuni, in-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull kategorija tal-ikel lest biex jittiekel minn kull tip ta’ stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun proporzjonat għas-sehem mis-suq ta’ dak it-tip ta’ stabbiliment fit-tipi tal-istabbilimenti immirati.

2.3.   Għażla tal-ibliet li jridu jidħlu fil-kampjuni

It-teħid tal-kampjuni għandu jitwettaq fl-ibliet il-kbar. Ta’ millinqas żewġt ibliet f’Stat Membru għandhom jidħlu fil-kampjun.

L-ibliet li jidħlu fil-kampjun għandhom, magħdudin flimkien, ikopru ta’ millinqas 30 % tal-popolazzjoni umana fl-Istat Membru. Madankollu, jekk l-akbar tmien ibliet huma inklużi fil-pjan, il-kopertura tal-popolazzjoni umana tista’ tkun anqas minn 30 %.

2.4.   L-għażla tal-iskeda taż-żmien tal-kampjuni

Il-livell ta’ kontaminazzjoni tal-Listeria monocytogenes fl-ikel lest biex jittiekel jista’ jvarja matul is-sena. Sabiex ikunu żgurati riżultati preċiżi tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat, it-tul taż-żmien tiegħu nqasam fi 12-il perjodu ta’ xahar li fihom numri ugwali ta’ kampjuni għandhom jittieħdu.

2.5.   L-għażla tal-ikel lest biex jittiekel fit-tliet kategoriji ewlenin li jridu jidħlu fil-kampjun

L-ikel lest biex jittiekel fit-tliet kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel li jridu jidħlu fil-kampjun għandhom jintgħażlu abbażi tad-dejta dwar it-tqegħid fis-suq u indikati fid-dettall fil-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li jitolbu lil dawk li se jieħdu l-kampjuni biex jagħżlu ġobon għall-kampjuni fuq il-bażi ta’ kontribuzzjoni stmata fis-sehem mis-suq, skont il-pjan nazzjonali tat-teħid tal-kampjuni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu wkoll xi direzzjoni dwar is-sehem approssimattiv mis-suq tat-tipi ewlenin tal-ikel fil-kategoriji għall-aħjar approċċ għall-kampjun rappreżentattiv tas-suq eż. ġobon tal-ħalib nej/pasturizzat.

PARTI B

ĠBIR TAL-KAMPJUN U T-TRASPORT

1.   Tip u dettall tal-kampjun

Il-kampjuni għandhom jittieħdu bl-addoċċ mill-vetrina tal-konsumatur u għandhom jiżnu ta’ millinqas 100 gramma kull wieħed. Huwa possibbli li jittieħed aktar minn kampjun wieħed minn kull wieħed mit-tliet kategoriji tal-ikel lest biex jittiekel waqt l-istess żjara fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut. Madankollu, mhux aktar minn ħames konsenji minn kull kategorija għandhom jittieħdu fl-istess żjara.

Pakketti ppakkjati u intatti (issiġġillati), ippakkjati mill-manifattur, għandhom jinġabru bħala kampjuni. Madankollu, fil-każ tal-ġobon u prodotti tal-laħam, prodotti ppakkjati fl-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jinġabru wkoll għat-teħid ta’ kampjuni.

Il-prodotti miġbura bħala kampjuni għandhom ikunu ittikkettjati sabiex ikun possibbli li tkun reġistrata l-informazzjoni li tikkonċerna l-prodott. L-informazzjoni fuq it-tikketta għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

dettalji tal-pajjiż tal-produzzjoni;

(b)

in-numru tal-konsenja;

(c)

id-data kemm jiflaħ;

(d)

l-istruzzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-temperatura tal-ħżin, jekk disponibbli;

(e)

informazzjoni oħra li normalment tkun fuq it-tikketta tal-ikel lest biex jittiekel ippakkjat.

Jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) ma tkunx kollha preżenti fuq it-tikketta, dak li jieħu l-kampjun għandu jistaqsi lis-sid jew il-maniġer tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut għall-informazzjoni nieqsa fuq il-prodott u d-dettalji tat-tikketta u/jew jirreferi għall-pakkett tal-ingrossa għal dik l-informazzjoni.

Jekk it-tikketta tal-ikel lest biex jittiekel mhix ċara jew danneġġata, allura l-prodott m’għandux jinġabar bħala kampjun. Għandhom jinġabru żewġ kampjuni minn kull konsenja ta’ ħut affumikat jew gravad inkluż bħala kampjun. L-informazzjoni fuq it-tikketta, bħalma huma n-numri tal-konsenja, id-data sa meta l-prodott jista’ jinbigħ, għandha tkun eżaminata biex ikun żgurat li ż-żewġ kampjuni huma mill-istess konsenja. Wieħed minn dawn iż-żewġ kampjuni għandhom ikunu analizzati fil-jum li jasal il-kampjun fil-laboratorju u l-ieħor fi tmiem tal-ħajja fuq l-ixkaffa.

Għall-ġobon artab u nofsu artab u l-prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana, għandu jittieħed kampjun wieħed biss minn konsenja li tiġi analizzata fi tmiem ħajjitha fuq l-ixkaffa.

Il-kampjuni għandhom jitqiegħdu f’borża separata tal-kampjuni u jintbagħtu immedjatament lil-laboratorju għall-analiżi.

Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet fl-istadji kollha sabiex jiżguraw li t-tagħmir użat matul it-teħid ta’ kampjuni, it-trasport u l-ħażna ma jkunux ikkontaminati bil-Listeria monocytogenes.

2.   Tagħrif dwar il-kampjun

L-informazzjoni relevanti kollha disponibbli li tikkonċerna l-kampjun għandha tkun rikordjata fuq formola tal-kampjun, li l-mudell tiegħu għandu jitfassal mill-awtorità kompetenti. Il-formola tal-kampjun għandha takkumpanja il-kampjun f’kull ħin. Fil-każ tal-kampjuni tal-ġobon ippakkjati fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, għandu mnejn ikun neċessarju li tintalab l-informazzjoni dwar il-prodott meħtieġ u d-dettalji tat-tikketta u/jew għall-pakkett bl-ingrossa għal din l-informazzjoni.

Meta l-kampjuni jinġabru, it-temperatura tal-wiċċ tal-kampjuni ppakkjati għandha titkejjel u u tiġi rreġistrata fuq fil-formola tal-kampjun.

Kull kampjun u l-formola ta’ kampjun tiegħu għandu jingħatalhom tikketta b’numru uniku li jrid jintuża mill-mument tat-teħid ta’ kampjuni sal-ittestjar. L-awtorità kompetenti għandha tuża għal dan l-iskop sistema ta’ enumerazzjoni unika.

3.   Trasport tal-kampjuni

Il-kampjuni għandhom ikun trasportati f’kontejners imkessħin u għandhom jinżammu bejn 2 u 8 °C u ħielsa mill-kontaminazzjoni interna waqt it-trasportazzjoni.

Il-kampjuni kollha tal-ikel lest biex jittiekel għandhom jaslu fil-laboratorju f’24 siegħa mill-ħin li ttieħed il-kampjun.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali il-ħin tat-trasportazzjoni jista’ jaqbeż l-24 siegħa. Madankollu, il-ħin tat-trasportazzjoni m’għandux jieħu aktar minn 48 siegħa u fl-ebda ċirkostanza m’għandu l-ittestjar isir wara d-data tal-bejgħ tal-proddott miġbur bħala kampjun.

PARTI C

PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUN U METODI ANALITIĊI

1.   Wasla tal-kampjuni

1.1.   Regoli Ġenerali

Kif jaslulhom il-kampjuni, il-laboratorji għandhom jivverifikaw it-tagħrif irreġistrat minn dak li ħa l-kampjun fuq il-formola tal-kampjun u jimlew it-taqsimiet relevanti kollha tal-formola tal-kampjun. Il-kampjuni kollha li jaslu għandhom jiġu eżaminati sabiex jiġi żgurat li l-ippakkjar tat-trasport huwa intatt qabel tinbeda l-ħażna. Il-kampjuni li jaslu f’temperatura ogħla mit-8 °C m’għandhomx ikunu aċċettati sakemm it-temperatura fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut ma kinitx ogħla mit-8 °C.

Mingħajr ħsara għall-punt 1.2, il-kampjuni kollha għandhom jinżammu fi friġġ sa tmiem ħajjithom fuq l-ixkaffa.

F’każijiet fejn il-kampjuni għandhom jinħażnu sa tmiem ħajjithom fuq l-ixkaffa, għandhom jinżammu fi friġġ.

(a)

Fit-temperatura tal-ħżin indikata fuq it-tikketta tal-ippakkjar. Jekk it-tikketta tindika intervall ta’ temperatura, il-kampjun għandu jinħażen fl-ogħla limitu tal-intervall tat-temperatura;

(b)

Jekk m’hemmx indikata l-ebda temperatura tal-ħżin speċifika fuq it-tikketta tal-ippakkjar, il-kampjun għandu jinżamm fi:

(i)

It-temperaturi tat-tkessiħ massimi definiti mil-leġiżlazzjoni jew il-gwida fis-seħħ fl-Istat Membru fejn jinġabar il-kampjun, b’tolleranza ta’ ± 2 °C.

(ii)

8 °C (± 2 °C) fejn tali leġiżlazzjoni jew gwida ma teżistix.

Jekk il-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott fil-kampjun tispiċċa matul il-weekend jew vaganza nazzjonali, il-kampjun għandu jkun analizzat fl-aħħar jum tax-xogħol qabel tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa.

1.2.   Regoli speċjali li jikkonċernaw il-ħut affumikat u gravad

Wieħed miż-żewġ kampjuni huwa analizzat f’24 siegħa mill-ħin tal-wasla fil-laboratorju. Jekk dak il-kampjun ma jkunx analizzat immedjatament mal-wasla, għandu jinżamm fil-friġġ f’3 °C (± 2 °C) fil-laboratorju qabel l-analiżi.

It-tieni kampjun għandu jinżamm fil-friġġ sa tmiem ħajtu fuq l-ixkaffa.

2.   Il-preparazzjoni tal-kampjun u l-preparazzjoni ta’ sospensjoni inizjali

Għandha tkun evitata kontaminazzjoni minn kampjun għall-ieħor u mill-ambjent tal-madwar fl-istadji kollha. Il-kampjuni jintremew hekk kif l-analiżi tal-laboratorji jinbdew. Jekk l-analiżi titwaqqaf, pereżempju minħabba ħafna devjazzjonijiet mhux aċċettabbli fl-analiżi, għandhom jinkisbu kampjuni ġodda.

Jew il-prodott kollu, jew porzjon rappreżentattiv tat-test ta’ 100 jew 150 g għandu jittieħed għad-dilwizzjoni inizjali. L-ikel għandu jiddaħħal fil-kampjun biex jinkludi uċuħ li jirriflettu l-proporzjon li se jkun kkonsmat (bħalma hija 20 % qoxra/wiċċ u 80 % ġewwieni). Meta prodott ippakkjat jitqatta’ fi flieli, il-kampjun rispettiv jittieħed minn aktar minn qatgħa waħda tal-prodott. Il-porzjon tat-test għandu jinqata’ f’biċċiet żgħar u mqiegħed f’borża tal-istomacher filwaqt li jintuża strument sterili u teknika asettika. Minn dik it-taħlita, għandu jittieħed porzjon tat-test ta’ 10 g għall-enumerazzjoni u porzjon tat-test ta’ 25 g għad-detezzjoni.

Mal-volum tal-porzjon tat-test (10 g), jiżdiedu 9 volumi (90 ml) tad-dilwent u wara t-taħlita tiġi omogenizzata bl-użu tal-istomacher jew pulsifier għal minuta jew tnejn.

Buffered peptone water, kif deskritt f’EN ISO 11290-2 ‘Microbiology of food and animal feeding stuffs – Horizontal method for detection and enumeration of Listeria monocytogenes - Part 2: Colony-count technique’, jista’ jiġi applikat bħala dilwent għall-użu ġenerali.

Għad-dilwizzjoni tal-ġobon, għandha tintuża soluzzjoni taċ-ċitrat tas-sodju, kif deskritt f’EN ISO 6887-5 “Microbiology of food and animal feeding stuffs – Preparation of test samples, initial suspension and decimal dilutions for microbiological examination – Part 5: Regoli speċifiċ għall-preparazzjoni tal-ħalib u l-prodotti” tal-ħalib jistgħu jintużaw minflok il-buffered peptone water.

Id-detezzjoni u l-analiżi tal-enumerazzjoni tal-Listeria monocytogenes għandhom jitwettqu skont dawn li ġejjin:

(a)

għall-kampjuni tal-ħut affumikat u gravad żewġ għandhom jitwettqu settijiet ta’ analiżi:

(i)

immedjatament wara l-ġbir tal-kampjun fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u

(ii)

fi tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa;

(b)

għall-kampjuni tal-ġobon artab u nofsu artab u l-prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana, l-analiżi għandhom jitwettqu fi tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa.

2.1.   Id-detezzjoni tal-Listeria monocytogenes

Id-detezzjoni tal-Listeria monocytogenes għandha titwettaq skont il-verżjoni emendata tal-EN ISO 11290-1:1996 “Microbiology of food and animal feeding stuffs – Horizontal method for the detection and enumeration of Listeria monocytogenes – Part 1: Detection method”.

2.2.   L-enumerazzjoni tal-Listeria monocytogenes

L-enumerazzjoni tal-Listeria monocytogenes għandha titwettaq skont l-EN ISO 11290-2:1998 “Microbiology of food and animal feeding stuffs – Horizontal method for the detection and enumeration of Listeria monocytogenes – Part 2: Enumeration method” u l-modifika tagħha EN ISO 11290-2:1998/Amd 1:2004 “Modification of the enumeration medium”.

Jekk il-kampjun jinstab li jkun ikkontaminat, wieħed jista’ jassumi li l-maġġoranza tal-prodotti se jkun fihom livelli baxxi ta’ kontaminazzjoni tal-Listeria monocytogenes. Biex tkun possibbli l-istima ta’ numri żgħar fil-kampjuni (bejn l-10 u l-100 cfu/g), għandu jiġi ttestjat 1 ml mill-ewwel dilwizzjoni f’darbtejn kif indikat fl-EN ISO 11290-2:1998/Amd 1:2004:

(a)

ferrex fuq il-wiċċ ta’ tliet platti ta’ dijametru ta’ 90 mm, jew

(b)

ferrex fuq il-wiċċ ta’ platt wieħed ta’ dijametru ta’ 140 mm.

Minħabba l-possibbiltà ta’ livelli ogħla ta’ kontaminazzjoni tal-Listeria monocytogenes, għandu jitferrex 0.1 ml tad-dilwizzjoni primarja fuq il-wiċċ ta’ platt wieħed biex ikun hemm enumerazzjoni sa massimu ta’ 1.5 × 104 cfu/g. Dan ix-xogħol fuq il-platt għandu jitwettaq f’singlu kif previst fl-ISO 7218:2007 “Microbiology of food and animal feeding stuffs — General requirements and guidance for microbiological examinations”.

3.   L-analiżi tal-pH u tal-attività tal-ilma (aw) tal-ħut affumikat u gravad

3.1.   Determinazzjoni tal-pH

Id-determinazzjoni tal-pH tal-kampjun għandha titwettaq skont l-EN ISO 2917:1999 “Meat and meat products – Measurement of pH – Reference method”.

L-analiżi għandha titwettaq fuq kampjun ittestjat mal-wasla fil-laboratorju. It-teknika mhux distruttiva elenkata fil-metodu ISO hija rrakkomandata għall-kejl tal-pH tal-kampjun.

Ir-riżultat għandu jiġi rreġistrat sal-eqreb 0,05 unità tal-pH.

3.2.   Determinazzjoni tal-attività tal-ilma (aw)

Id-determinazzjoni tal-attività tal-ilma (aw) tal-kampjun għandha titwettaq skont l-EN ISO 21807:2004 “Microbiology of food and animal feeding stuffs – Determination of water activity”.

L-analiżi għandha titwettaq fuq kampjun ittestjat mal-wasla fil-laboratorju. Il-metodu għandu jkun kapaċi jopera fil-firxa ta’ 0,999 sa 0,9000 u l-limitu ta’ repetizzjoni għandu jikkorrispondi mad-devjazzjoni standard ta’ 0,002.

Il-valur irrapurtat għandu jkollu millinaqas żewġ ċifri sinifikanti.

4.   Ħażna ta’ iżolati

Għandha tinħażen razza waħda kkonfermata tal-Listeria monocytogenes għal kull kampjun pożittiv għal aktar studji tipiċi possibbli. Jekk jinġabru razez tal-Listeria monocytogenes kemm mill-metodu tad-detezzjoni kif ukoll mill-enumerazzjoni, għandhom jinħażnu biss l-iżolati mill-metodu tal-enumerazzjoni.

L-iżolati għandhom jinħażnu fil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza bl-użu tal-metodu xieraq għall-ġbir tal-kultura sakemm dan jiżgura l-vijabilità tar-razez għal minimu ta’ sentejn.

PARTI D

RAPPURTAR

1.   Dispożizzjonijiet Ġenerali

L-informazzjoni li trid tkun irrapurtata mill-Istati Membri, sakemm hija disponibbli jew aċċessibbli, tikkonsisti f’żewġ kategoriji wesgħin:

(a)

ħarsa ġenerali tal-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat u r-riżultati; il-ħarsa ġenerali għadha tieħu l-forma ta’ rakkont testwali;

(b)

Dejta dettaljata individwali għal kull kampjun ittestjat bħala parti mill-pjan tat-teħid tal-kampjun; Din l-informazzjoni għandha tkun ippreżentata bħala dejta raffa billi jintuża d-Dizzjunarju tad-Dejta u l-formoli tal-ġbir tad-dejta previsti fl-Artikolu 5(2).

2.   L-Informazzjoni li trid tiddaħħal fil-ħarsa ġenerali tal-programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ u r-riżultati

(a)

L-isem tal-Istat Membru;

(b)

Id-data tal-bidu u tat-tmiem tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi;

(c)

In-numru ta’ kampjuni ta’ ikel lest biex jittiekel miġbura u analizzati mill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut.

(i)

ġobon artab u nofsu-artab,

(ii)

ħut ippakkjat affumikat u gravad,

(iii)

prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana;

(d)

Ir-riżultati globali:

il-prevalenza u l-proporzjon tal-kampjuni li jaqbżu l-limitu ta’ 100 cfu/g tal-Listeria monocytogenes fil-ġobon artab jew nofsu artab, il-ħut affumikat u gravad kif ukoll il-prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana koperti mill-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat.

(e)

Id-deskrizzjoni tas-swieq tal-ġobon artab u nofsu artab, il-ħut affumikat jew gravad kif ukoll l-prodotti ttrattati bis-sħana fl-Istat Membru:

(i)

daqs tas-suq assolut globali (jekk disponibbli),

(ii)

is-sehem mis-suq tat-tipi differenti tal-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut, ħwienet żgħar, speciality delis, swieq tat-triq (jekk disponibbli),

(iii)

is-sehem mis-suq tal-importazzjoni (il-kummerċ fl-Unjoni u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u produzzjoni domestika (jekk disponibbli),

(iv)

is-sehem mis-suq tat-tipi differenti ta’ prodotti (jekk disponibbli);

(f)

Stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut fil-kampjun:

tip tal-kategoriji ta’ stabbilimenti koperti: eż. supermarkets, ħwienet żgħar eċċ.;

(g)

Distribuzzjoni ġeografika tat-teħid tal-kampjuni – bliet koperti (% tal-popolazzjoni umana koperta);

(h)

Deskrizzjoni tal-proċedura tal-kampjuni magħżula bl-addoċċ għall-bejgħ bl-imnut:

l-għażla bl-addoċċ tax-xahar;

(i)

Kumment dwar ir-rappreżentanza globali tal-programm tat-teħid tal-kampjuni;

(j)

Preparazzjoni tal-kampjun tat-test użat għall-kejl tal-pH;

(k)

Il-metodu analitiku użat għad-determinazzjoni tal-attività tal-ilma (aw).

3.   L-Informazzjoni li trid tkun inkluża fid-dejta dettaljata individwali għal kull kampjun

(a)

Tip ta’ kampjun:

(i)

ġobon artab u nofsu artab ippakkjat,

(ii)

ħut ippakkjat affumikat u gravad,

(iii)

prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana;

(b)

Sottotip tal-kampjun:

(i)

ġobon magħmul minn ħalib nej/termizzat/pastorizzat,

(ii)

ġobon magħmul minn ħalib imħallat tal-baqra/tan-nagħaġ/tal-mogħoż/tal-buflu,

(iii)

ġobon misjur bix-xaħam tiegħu stess, misjur bil-moffa, immaturat fis-salmura jew misjur ieħor,

(iv)

prodotti imqattgħin fi flieli jew mhux imqattgħin,

(v)

ħut affumikat jew gravad kiesaħ/sħun,

(vi)

l-ispeċi tal-ħut;

(c)

Preservattivi użati fil-ħut affumikat jew gravad (kif indikat fuq it-tikketta);

(d)

Il-qoxra tal-ġobon inkluża fl-analiżi tal-kampjun (iva/le, jekk iva allura l-proporzjon ukoll, jekk disponibbli);

(e)

Data tal-ġabra tal-kampjuni;

(f)

Id-data ta’ skadenza tal-prodott użat għall-kampjun;

(g)

Produzzjoni/id-data tal-ippakkjar (jekk disponibbli);

(h)

It-temperatura tal-wiċċ tal-kampjun fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;

(i)

It-temperatura tal-ħżin fil-laboratorju sa tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa;

(j)

L-analiżi immedjatament wara t-teħid tal-kampjun (għall-ħut affumikat jew gravad biss)/tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa;

(k)

Id-data tal-bidu tal-analiżi fil-laboratorju;

(l)

Id-detezzjoni tal-Listeria monocytogenes:

riżultati kwalitattivi (assenza/presenza f25 g);

(m)

Il-kwantifikazzjoni tal-Listeria monocytogenes:

ir-riżultati kwantitattivi (cfu/g);

(n)

pH (ħut affumikat u gravad biss);

(o)

L-attività tal-ilma (aw) (ħut affumikat u gravad biss);

(p)

Kodiċi tal-belt;

(q)

Kodiċi tal-istabbiliment;

(r)

Tip ta’ bejjiegħ bl-imnut:

(i)

supermarket,

(ii)

ħanut żgħir/bejjiegħ bl-imnut indipendenti,

(iii)

speciality delis,

(iv)

suq tat-triq/suq tal-bdiewa;

(s)

Pajjiż tal-produzzjoni:

kif aċċertat b’referenza tal-marka ta’ identifikazzjoni fuq l-pakkett u d-dokumentazzjoni kummerċjali;

(t)

Pre-ippakkjat:

(i)

ippakkjat f’atmosfera modifikata,

(ii)

ippakkjat bil-vakum,

(iii)

ippakkjat fil-livell tal-bejgħ bl-imnut (għall-ġobon u l-prodotti tal-laħam biss);

(u)

Il-kwalità organolettika tal-kampjun.


ANNESS II

Numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull kategorija ta’ ikel lest biex jittiekel fl-Istati Membri

(imsemmija fl-Artikolu 4(5))

Stat Membru

Popolazzjoni fl-1.1.2008

(dejta tal-Eurostat)

Daqs tal-kampjun stratifikat armonizzat

N

(Miljun)

%

Għal kull kategorija tal-ikel u stadju tal-analiżi (*)

Daqs totali tal-kampjun

Il-Belġju - BE

10,7

2,1

60

240

Il-Bulgarija – BG

7,6

1,5

60

240

Ir-Repubblika Ċeka – CZ

10,4

2,1

60

240

Id-Danimarka – DK

5,576

1,1

60

240

Il-Ġermanja – DE

82,2

16,5

400

1 600

L-Estonja – EE

1,3

0,3

30

120

L-Irlanda – IE

4,4

0,9

30

120

Il-Greċja – EL

11,2

2,3

60

240

Spanja – ES

45,3

9,1

200

800

Franza – FR

63,8

12,8

400

1 600

L-Italja – IT

59,6

12,0

400

1 600

Ċipru – CY

0,8

0,2

30

120

Il-Latvja – LV

2,3

0,5

30

120

Il-Litwanja – LT

3,4

0,7

30

120

Il-Lussemburgu – LU

0,5

0,1

30

120

L-Ungerija – HU

10,0

2,0

60

240

Malta – MT

0,4

0,1

30

120

Il-Pajjiżi l-Baxxi – NL

16,4

3,3

60

240

L-Awstrija – AT

8,3

1,7

60

240

Il-Polonja – PL

38,1

7,7

200

800

Il-Portugall – PT

10,6

2,1

60

240

Ir-Rumanija – RO

21,5

4,3

60

240

Is-Slovenja – SI

2,0

0,4

30

120

Is-Slovakkja – SK

5,4

1,1

60

240

Il-Finlandja – FI

5,3

1,1

60

240

L-Isvezja – SE

9,2

1,8

60

240

Ir-Renju Unit – UK

61,2

12,3

400

1 600

Total UE

497,5

100,0

3 020

12 080


(*)  Għall-ħut affumikat u gravad: żewġ kampjuni jinġabru mill-istess konsenja. Wieħed minn dawn iż-żewġ kampjuni ikunu analizzati fil-jum li jkunu wasal fil-laboratorju u l-ieħor fit-tmiem tal-ħajja fuq l-ixkaffa. (ara l-punt 1.2 tal-Parti C tal-Anness I)


ANNESS III

Kontribuzzjoni finanzjarja massima mill-Unjoni lill-Istati Membri

(f’EUR)

Stat Membru

Ammont totali massimu għal kofinanzjament ta’

Detezzjoni tal-Listeria mono- cytogenes

Enumerazzjoni tal-Listeria mono- cytogenes

pH

Attività tal-ilma

Total

Il-Belġju - BE

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Il-Bulgarija – BG

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Ir-Repubblika Ċeka – CZ

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Id-Danimarka – DK

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Il-Ġermanja – DE

96 000

96 000

6 000

8 000

206 000

L-Estonja – EE

7 200

7 200

450

600

15 450

L-Irlanda – IE

7 200

7 200

450

600

15 450

Il-Greċja – EL

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Spanja – ES

48 000

48 000

3 000

4 000

103 000

Franza – FR

96 000

96 000

6 000

8 000

206 000

L-Italja – IT

96 000

96 000

6 000

8 000

206 000

Ċipru – CY

7 200

7 200

450

600

15 450

Il-Latvja – LV

7 200

7 200

450

600

15 450

Il-Litwanja – LT

7 200

7 200

450

600

15 450

Il-Lussemburgu – LU

7 200

7 200

450

600

15 450

L-Ungerija – HU

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Malta – MT

7 200

7 200

450

600

15 450

Il-Pajjiżi l-Baxxi – NL

14 400

14 400

900

1 200

30 900

L-Awstrija – AT

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Il-Polonja – PL

48 000

48 000

3 000

4 000

103 000

Il-Portugall – PT

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Ir-Rumanija – RO

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Is-Slovenja – SI

7 200

7 200

450

600

15 450

Is-Slovakkja – SK

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Il-Finlandja – FI

14 400

14 400

900

1 200

30 900

L-Isvezja – SE

14 400

14 400

900

1 200

30 900

Ir-Renju Unit – UK

96 000

96 000

6 000

8 000

206 000

Total UE

724 800

724 800

45 300

60 400

1 555 300


ANNESS IV

Rapport finanzjarju ċċertifikat dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat tal-Listeria monocytogenes f’kategoriji magħżulin tal-ikel lest biex jittiekel

Perjodu tar-rapport … sa …

Dikjarazzjoni fuq l-ispejjez imġarrba fil-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat u eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarju mill-Unjoni

In-numru tar-referenza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni: …

Spejjeż imġarrba marbuta ma’

Għadd ta’ testijiet

Total ta’ spejjeż imġarrba matul il-perjodu tar-rappurtar (munita nazzjonali)

Total ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni

Detezzjoni tal-Listeria monocytogenes

 

 

 

Enumerazzjoni tal-Listeria monocytogenes

 

 

 

Determinazzjoni tal-pH

 

 

 

Attività tal-ilma (aw)

 

 

 

Dikjarazzjoni mill-benefiċjarju

Jiena niddikjara li

l-ispejjeż tal-Kummissjoni ta’ hawn fuq huma ġenwini u ntefqu għat-twettiq tal-kompiti stipulati f’din id-Deċiżjoni 2010/678/UE u kienu essenzjali għat-twettiq xieraq ta’ dawn il-kompiti,

id-dokumenti kollha li jsostnu dawn l-ispejjeż huma disponibbli għal skopijiet ta’ verifika,

l-ebda kontribuzzjoni oħra mill-Unjoni ma ntalbet għal dan il-programm ta’ monitoraġġ ikkoordinat,

Skont l-Artikolu 109.2 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002), din l-għotja ma ġġeneratx profitt għall-Istat Membru.

Data: …

Persuna responsabbli għall-finanzi: …

Firma: …


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Novembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 95/467/KE li timplementa l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7542)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/679/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4)(a) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Ottubru 1995, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 95/467/KE li timplementa l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini (2).

(2)

L-Anness 3 tad-Deċiżjoni għandu jiġi aġġustat, biex jadatta għall-progress tekniku s-sistemi ta’ attestat ta’ konformità tal-familja ta’ prodotti “ĊMIENI, TROMBI TAĊ-ĊMIENI U PRODOTTI SPEĊIFIĊI”.

(3)

Id-Deċiżjoni għalhekk għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness 3 tad-Deċiżjoni 95/467/KE qed jiġi emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU L 268, 10.11.1995, p. 29.


ANNESS

Fl-Anness 3 tad-Deċiżjoni 95/467/KE, fit-tabella relatata mal-familja tal-prodotti “ĊMIENI, TROMBI TAĊ-ĊMIENI U PRODOTTI SPEĊIFIĊI”, qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Prodott(i)

Użu/i maħsub/a

Livell(i) jew klassi(jiet)

(Reazzjoni man-nar)

Approvazzjoni tas-sistema/i ta’ konformità

“ċmieni prefabbrikati (elementi f’għoli ta’ sular), kisi tat-trombi (elementi jew blokki), ċmieni b’qoxra multipla (elementi jew blokki), blokki għaċ-ċmieni b’ħajt singlu, settijiet ta’ ċmieni li ma jintrabtux u ċmieni mwaħħla, truf ta’ ċmieni

Għall-użi soġġetti għar-regolamentazzjonijiet tar-reazzjoni man-nar

(A1, A2, B, C) (*)

1

(A1, A2, B, C) (**), D, E

3

(A1 to E) (***), F

4

Sistema 1: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III.2.(i) mingħajr l-ittestjar permezz tal-awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III 2 (ii), it-tieni possibbiltà.

Sistema 4: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III.(2).(ii), it-tielet possibbiltà.


(*)  Prodotti/materjali li għalihom stadju li huwa identifikabbli b’mod ċar fil-proċess ta’ produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. addizjoni ta’ retardants tan-nar jew limitazzjoni tal-materjal organiku).

(**)  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota f’qiegħ il-paġna *.

(***)  Prodotti/materjali li ma jeħtiġux testjar għar-reazzjoni għan-nar (eż. Prodotti/materjali tal-Klassi A1 skont id-Deċiżjoni 96/603/KE), ĠU L 267, 19.10.1996, p. 23.”


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Novembru 2010

li teħles lill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit mill-obbligu li japplikaw fuq ċerti speċi d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ tax-xtieli għall-għalf, żrieragħ taċ-ċereali, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli, materjal riproduttiv tal-foresti, żerriegħa tal-pitravi, żrieragħ tal-ħxejjex u żrieragħ ta’ xtieli taż-żejt u l-fibra rispettivament

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7578)

(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Slovakk, Sloven, Spanjol u Svediż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/680/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież [taċ-ċereali] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta’ April 1968 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 18a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (4), u partikolarment l-Artikolu 20 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KEE tal-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 A tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE jipprevedu ċerti dispożizzjonijiet għall-marketing ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf, żerriegħa tal-ġwież [taċ-ċereali], materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja, materjali riproduttivi tal-foresti, żerriegħa tal-pitravi, żrieragħ tal-ħxejjex, u żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra rispettivament. Dawk id-Direttivi jipprovdu wkoll li, suġġett għal ċerti kondizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jinħelsu kompletament jew parzjalment mill-obbligu li japplikaw dawk id-Direttivi fir-rispett ta’ ċerti speċi jew materjali.

(2)

Żerriegħa tal-ispeċi stabbiliti fil-Partijiet I, II, V, VI u VII tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni mhix normalment riprodotta jew ikkumerċjalizzata f’ċerti Stati Membri. Barra minn hekk, it-tkabbir tad-dwieli u l-marketing tal-materjal propagattiv previsti fil-Parti III ta’ dak l-Anness huma ta’ importanza ekonomika minima f’ċerti Stati Membri. L-ispeċi tas-siġar previsti fil-Parti IV ta’ dak l-Anness ukoll mhumiex importanti għall-iskopijiet ta’ foresterija f’ċerti Stati Membri.

(3)

Abbażi tal-applikazzjonijiet li saru mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit mill-1969 il-Kummissjoni addottat id-Deċiżjonijiet li ġejjin: 69/270/KEE (8), 69/271/KEE (9), 69/272/KEE (10), 70/47/KEE (11), 70/48/KEE (12), 70/49/KEE (13), 70/93/KEE (14), 70/94/KEE (15), 70/481/KEE (16), 72/270/KEE (17), 72/271/KEE (18), 73/122/KEE (19), 73/123/KEE (20), 73/188/KEE (21), 74/5/KEE (22), 74/358/KEE (23), 74/360/KEE (24), 74/361/KEE (25), 74/362/KEE (26), 74/491/KEE (27), 74/532/KEE (28), 75/287/KEE (29), 75/752/KEE (30), 79/355/KEE (31), 86/153/KEE (32), 89/101/KEE (33), 90/209/KEE (34), 2005/325/KE (35), 2005/871/KE (36), 2005/886/KE (37), 2005/931/KE (38), 2008/462/KE (39), 2009/786/KE (40), 2010/198/UE (41) u 2010/377/UE (42) li jeħilsu li dawk l-Istati Membri kompletament jew parzjalment mill-obbligu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE, għall-ispeċi u l-materjal inkwistjoni.

(4)

Bħala parti mill-istħarriġ imwettaq mill-Kummissjoni fl-ewwel semestru tal-2010 fost l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni talbet dawn l-Istati Membri li jivverifikaw sa liema punt iqisu xieraq li jkomplu japplikaw id-Deċiżjonijiet imsemmija fl-inċiż 3 u jekk l-kondizzjonijiet applikabbli għadhomx jiġu sodisfatti. Abbażi tal-verifika, ċerti Stati Membri ssottomettew applikazzjonijiet aġġornati lill-Kummissjoni, filwaqt li l-Belġju, il-Greċja u l-Lussemburgu talbu li jirtiraw id-Deċiżjonijiet relatati magħhom kollha. Għalhekk hemm bżonn li jkun aġġornat il-ħelsien mogħti u, fejn mitlub, jiġi rtirat. Barra minn hekk, fl-interess tat-trasparenza u s-simplifikazzjoni, id-Deċiżjonijiet kollha msemmija fl-inċiż 3 għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b’att wieħed.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal Propagattiv għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

1.   L-Istati Membri previsti fil-Parti I tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jinħelsu mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 66/401/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(1), għall-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella u li tikkorrispondi għall-indikazzjoni “X” fil-kolonna tal-Istati Membri rispettivi.

2.   L-Istati Membri previsti fil-Parti II tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jinħelsu mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 66/402/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(1), għall-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella u li tikkorrispondi għall-indikazzjoni “X” fil-kolonna tal-Istati Membri rispettivi.

Fil-każ tal-Latvja, il-ħelsien ta’ dan l-obbligu fir-rispett ta’ Zea mays japplika wkoll bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 19(1) ta’ dik id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri previsti fil-Parti III tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jinħelsu mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 68/193/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 12 u 12a, għall-ġenus elenkat fl-ewwel kolonna tat-tabella.

4.   L-Istati Membri previsti fil-Parti IV tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jinħelsu mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 1999/105/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 17(1), għall-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella u li tikkorrispondi għall-indikazzjoni “X” fil-kolonna tal-Istati Membri rispettivi.

5.   L-Istati Membri previsti fil-Parti IV tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jinħelsu mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 2002/54/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 20, għall-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella u li tikkorrispondi għall-indikazzjoni “X” fil-kolonna tal-Istati Membri rispettivi.

6.   L-Istati Membri previsti fil-Parti VI tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jinħelsu mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 2002/55/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 16(1) u 34(1), għall-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella u li tikkorrispondi għall-indikazzjoni “X” fil-kolonna tal-Istati Membri rispettivi.

7.   L-Istati Membri previsti fil-Parti VII tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jinħelsu mill-obbligu li japplikaw id-Direttiva 2002/57/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 17, għall-ispeċi elenkati fl-ewwel kolonna tat-tabella u li tikkorrispondi għall-indikazzjoni “X” fil-kolonna tal-Istati Membri rispettivi.

Fil-każ ta’ Malta, il-ħelsien ta’ dan l-obbligu fir-rispett tal-warda tax-xemx japplika wkoll bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9(1) ta’ dik id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjonijiet 69/270/KEE, 69/271/KEE, 69/272/KEE, 70/47/KEE, 70/48/KEE, 70/49/KEE, 70/93/KEE, 70/94/KEE, 70/481/KEE, 72/270/KEE, 72/271/KEE, 73/122/KEE, 73/123/KEE, 73/188/KEE, 74/5/KEE, 74/358/KEE, 74/360/KEE, 74/361/KEE, 74/362/KEE, 74/491/KEE, 74/532/KEE, 75/287/KEE, 75/752/KEE, 79/355/KEE, 86/153/KEE, 89/101/KEE, 90/209/KEE, 2005/325/KE, 2005/871/KE, 2005/886/KE, 2005/931/KE, 2008/462/KE, 2009/786/KE, 2010/198/UE u 2010/377/UE jitħassru.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(3)  ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15.

(4)  ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.

(5)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12.

(6)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(7)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(8)  ĠU L 220, 1.9.1969, p. 8.

(9)  ĠU L 220, 1.9.1969, p. 9.

(10)  ĠU L 220, 1.9.1969, p. 10.

(11)  ĠU L 13, 19.1.1970, p. 26.

(12)  ĠU L 13, 19.1.1970, p. 27.

(13)  ĠU L 13, 19.1.1970, p. 28.

(14)  ĠU L 25, 2.2.1970, p. 16.

(15)  ĠU L 25, 2.2.1970, p. 17.

(16)  ĠU L 237, 28.10.1970, p. 29.

(17)  ĠU L 166, 24.7.1972, p. 26.

(18)  ĠU L 166, 24.7.1972, p. 27.

(19)  ĠU L 145, 2.6.1973, p. 41.

(20)  ĠU L 145, 2.6.1973, p. 43.

(21)  ĠU L 194, 16.7.1973, p. 16.

(22)  ĠU L 12, 15.1.1974, p. 13.

(23)  ĠU L 196, 19.7.1974, p. 15.

(24)  ĠU L 196, 19.7.1974, p. 18.

(25)  ĠU L 196, 19.7.1974, p. 19.

(26)  ĠU L 196, 19.7.1974, p. 20.

(27)  ĠU L 267, 3.10.1974, p. 18.

(28)  ĠU L 299, 7.11.1974, p. 14.

(29)  ĠU L 122, 14.5.1975, p. 15.

(30)  ĠU L 319, 10.12.1975, p. 12.

(31)  ĠU L 84, 4.4.1979, p. 23.

(32)  ĠU L 115, 3.5.1986, p. 26.

(33)  ĠU L 38, 10.2.1989, p. 37.

(34)  ĠU L 108, 28.4.1990, p. 104.

(35)  ĠU L 109, 29.4.2005, p. 1.

(36)  ĠU L 320, 8.12.2005, p. 50.

(37)  ĠU L 326, 13.12.2005, p. 39.

(38)  ĠU L 340, 23.12.2005, p. 67.

(39)  ĠU L 160, 19.6.2008, p. 33.

(40)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 5.

(41)  ĠU L 87, 7.4.2010, p. 34.

(42)  ĠU L 173, 8.7.2010, p. 73.


ANNESS

Tifsira

Taqsiriet:

BG

:

ir-Repubblika tal-Bulgarija

CZ

:

ir-Repubblika Ċeka

DK

:

ir-Renju tad-Danimarka

DE

:

ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

EE

:

ir-Repubblika tal-Estonja

IE

:

l-Irlanda

ES

:

ir-Renju ta’ Spanja

FR

:

ir-Repubblika Franċiża

CY

:

ir-Repubblika ta’ Ċipru

LV

:

ir-Repubblika tal-Latvja

LT

:

ir-Repubblika tal-Litwanja

MT

:

ir-Repubblika ta’ Malta

NL

:

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

PL

:

ir-Repubblika tal-Polonja

SI

:

ir-Repubblika tas-Slovenja

SK

:

ir-Repubblika Slovakka

FI

:

ir-Repubblika tal-Finlandja

SE

:

ir-Renju tal-Isvezja

UK

:

ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

L-indikazzjoni “X” tidher taħt it-titlu għal kull Stat Membru meħlus kif jipprovdi għal dan l-Artikolu 1.

Parti I –   Id-Direttiva 66/401/KEE

 

BG

CZ

DK

DE

IE

ES

LV

LT

MT

PL

SK

UK

Agrostis canina

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Alopecurus pratensis

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

X

Arrhenatherum elatius

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Bromus catharticus

 

 

 

X

 

X

X

X

X

 

 

 

Bromus sitchensis

 

 

 

X

 

X

X

X

X

X

 

 

Cynodon dactylon

 

X

 

X

 

 

X

X

 

X

 

X

Dactylis glomerata

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Festuca arundinacea

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

x Festulolium

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Lolium x boucheanum

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Phalaris aquatica

 

 

X

X

 

 

X

X

X

X

 

X

Phleum nodosum

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Phleum pratense

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Poa annua

 

 

 

X

 

 

 

 

X

X

 

 

Poa nemoralis

 

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

Poa palustris

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

X

Poa trivialis

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Trisetum flavescens

 

 

 

 

X

 

X

 

X

X

 

X

Galega orientalis

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Hedysarum coronarium

 

X

 

X

X

 

X

X

 

X

 

X

Lotus corniculatus

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Lupinus albus

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Lupinus angustifolius

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Lupinus luteus

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Medicago lupulina

 

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

Medicago x varia

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Onobrychis viciifolia

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Trifolium alexandrinum

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

X

Trifolium hybridum

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Trifolium incarnatum

 

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

X

Trifolium repens

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Trifolium resupinatum

 

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

X

Trigonella foenum-graecum

 

 

 

X

X

 

X

X

X

X

 

X

Vicia pannonica

 

 

 

 

X

 

X

 

X

X

 

 

Vicia villosa

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Brassica napus

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Brassica oleracea

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Phacelia tanacetifolia

 

 

 

 

 

X

 

 

X

 

 

X

Raphanus sativus

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 


Parti II –   Id-Direttiva 66/402/KEE

 

CZ

DK

DE

EE

IE

FR

LV

LT

MT

NL

PL

UK

Avena strigosa

 

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

X

Oryza sativa

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

Phalaris canariensis

 

 

X

X

X

X

X

 

 

 

 

X

Sorghum bicolor

 

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

X

Sorghum sudanense

 

X

 

X

X

 

X

X

 

 

X

X

Sorghum bicolor x

Sorghum sudanense

 

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

X

Triticum spelta

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

Zea mays

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 


Parti III –   Id-Direttiva 68/193/KEE

 

DK

EE

IE

LV

LT

NL

PL

FI

SE

UK

Vitis

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X


Parti IV –   Id-Direttiva 1999/105/KE

 

DK

EE

LT

MT

SI

Abies alba

 

X

X

X

 

Abies cephalonica

X

X

X

X

 

Abies grandis

 

X

X

X

 

Abies pinsapo

X

X

X

X

X

Acer platanoides

 

 

 

X

 

Acer pseudoplatanus

 

X

X

X

 

Alnus glutinosa

 

 

 

X

 

Alnus incana

 

 

 

X

 

Betula pendula

 

 

 

X

 

Betula pubescens

 

 

 

X

 

Carpinus betulus

 

X

 

X

 

Castanea sativa

X

X

X

 

 

Cedrus atlantica

X

X

X

X

X

Cedrus libani

X

X

X

X

X

Fagus sylvatica

 

X

 

X

 

Fraxinus angustifolia

X

X

X

 

 

Fraxinus excelsior

 

 

 

X

 

Larix decidua

 

 

 

X

 

Larix x eurolepis

 

 

 

X

 

Larix kaempferi

 

 

 

X

 

Larix sibirica

X

 

X

X

X

Picea abies

 

 

 

X

 

Picea sitchensis

 

X

X

X

X

Pinus brutia

X

X

X

 

X

Pinus canariensis

X

X

X

 

X

Pinus cembra

X

X

X

X

 

Pinus contorta

 

 

X

X

X

Pinus halepensis

X

X

X

 

 

Pinus leucodermis

X

X

X

X

X

Pinus nigra

 

X

X

 

 

Pinus pinaster

X

X

X

 

 

Pinus pinea

X

X

X

 

 

Pinus radiata

X

X

X

 

X

Prunus avium

 

X

 

 

 

Pseudotsuga menziesii

 

 

X

 

 

Quercus cerris

X

X

X

 

 

Quercus ilex

X

X

X

 

 

Quercus petraea

 

X

 

X

 

Quercus pubescens

X

X

X

X

 

Quercus rubra

 

 

 

X

 

Quercus suber

X

X

X

 

 

Robinia pseudoacacia

 

X

 

 

 

Tilia cordata

 

 

 

X

 

Tilia platyphyllos

 

X

 

X

 


Parti V –   Id-Direttiva 2002/54/KE

 

CY

MT

Beta vulgaris

X

X


Parti VI –   Id-Direttiva 2002/55/KE

 

IE

UK

Allium cepa - aggregatum group

 

X

Allium fistulosum

 

X

Allium sativum

 

X

Allium schoenoprasum

 

X

Anthriscus cerefolium

X

X

Asparagus officinalis

X

 

Beta vulgaris

X

 

Capsicum annuum

 

X

Cichorium intybus

 

X

Citrullus lanatus

X

X

Cucurbita maxima

X

 

Cynara cardunculus

X

X

Foeniculum vulgare

 

X

Rheum rhabarbarum

 

X

Scorzonera hispanica

X

X

Solanum melongena

 

X

Valerianella locusta

X

X


Parti VII –   Id-Direttiva 2002/57/KE

 

CZ

DK

DE

EE

IE

FR

CY

LV

LT

MT

NL

PL

UK

Arachis hypogaea

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

Brassica rapa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Brassica juncea

 

 

 

 

X

 

 

X

 

X

 

 

 

Brassica napus

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Brassica nigra

 

 

 

X

X

 

 

X

 

X

 

X

 

Cannabis sativa

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

 

 

Carthamus tinctorius

 

X

X

X

X

 

 

X

 

X

 

X

X

Carum carvii

 

 

X

 

X

X

 

 

 

X

 

 

X

Gossypium spp.

X

X

X

X

X

 

 

X

X

X

X

X

X

Helianthus annuus

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

 

 

 

Linum usitatissimum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Papaver somniferum

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

 

X

Sinapis alba

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

Glycine max

 

X

 

 

X

 

 

X

 

X

X

 

 


10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/65


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Novembru 2010

dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011-2013

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7591)

(2010/681/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 (1) dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fuq l-ambjent (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE, l-Istati Membri huma obbligati jfasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva abbażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni abbozzat/a mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE.

(2)

L-Istati Membri fasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/529/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (3).

(3)

L-Istati Membri fasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2007 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/534/KE tal-20 ta’ Lulju 2006 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu 2005-2007 (4).

(4)

L-Istati Membri huma obbligati jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/531/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2008-2010 (5) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2011.

(5)

Ir-raba’ rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni sabiex iħejju r-rapport, li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013, li għandu jitressaq quddiem il-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1.

(2)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.

(3)  ĠU L 172, 2.7.2002, p. 57.

(4)  ĠU L 213, 3.8.2006, p. 4.

(5)  ĠU L 195, 27.7.2007, p. 47.


ANNESS

Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/ke dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011 - 2013

1.   Deskrizzjoni ġenerali

Jekk jogħġbok niżżel it-tibdiliet rilevanti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali matul il-perjodu ta’ rappurtar li jikkonċernaw id-Direttiva 1999/13/KE.

2.   Kopertura tal-istallazzjonijiet

2.1.

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika kemm-il stallazzjoni koperta bid-Direttiva 1999/13/KE jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt fil-31 ta’ Diċembru 2013:

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet,

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma koperti wkoll bid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Directive on Integrated Pollution Prevention and Control - id-Direttiva IPPC),

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma rreġistrati/awtorizzati skont id-Direttiva 1999/13/KE,

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma rreġistrati/awtorizzati li jużaw l-iskema ta’ tnaqqis,

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li ngħataw deroga skont l-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 1999/13/KE. Jekk jogħġbok ipprovdi lista tal-istallazzjonijiet konċernati u għal kull waħda minnhom ipprovdi l-ġustifikazzjoni għad-deroga maħruġa,

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li ngħataw deroga skont l-Artikolu 5(3)(b) tad-Direttiva 1999/13/KE. Jekk jogħġbok ipprovdi lista tal-istallazzjonijiet konċernati u għal kull waħda minnhom agħti l-ġustifikazzjoni għad-deroga maħruġa.

2.2.

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika kemm-il stallazzjoni koperta bid-Direttiva 1999/13/KE jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt:

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet ġodda li kienu rreġistrati/awtorizzati skont id-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu ta’ rappurtar,

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet mibdula b’mod sostanzjali, li kienu rreġistrati/awtorizzati skont id-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu ta’ rappurtar.

2.3.

Jekk jogħġbok irrapporta kif il-lista ta’ stallazzjonijiet awtorizzati u rreġistrati u r-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet isiru disponibbli għall-pubbliku, skont l-Artikoli 12(1) u 12(2) tad-Direttiva 1999/13/KE. F’każ li dan it-tagħrif isir disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet, jekk jogħġbok indika l-URL. Jekk dan mhuwiex il-każ, jekk jogħġbok indika d-dettalji tal-kuntatt minn fejn jista’ jintalab dan it-tagħrif.

3.   Sostituzzjoni

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika liema mis-sustanzi jew taħlitiet li ġejjin ikunu għadhom qed jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2013 u f’liema ammonti (stima) (tunnellati fis-sena): sustanzi jew taħlitiet li minħabba l-kontenut tagħhom ta’ komposti organiċi volatili, ikklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni, jew tossiċi għar-riproduzzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, ġew assenjati jew jeħtieġ li jkollhom tidher id-dikjarazzjoni ta’ periklu H340, H350, H350i, H360D jew H360F jew il-frażijiet tar-riskju R45, R46, R49, R60 jew R61.

Jekk jogħġbok indika, fejn huwa disponibbli t-tali tagħrif, is-sustanzi billi tuża l-isem skont in-nomenklatura tal-IUPAC tagħhom u n-numru CAS tagħhom u t-taħlitiet billi tuża isem kummerċjali wieħed u tindika s-sustanzi rilevanti li fihom.

Jekk jogħġbok elenka wkoll is-sustanzi li jintużaw bħala sostituti għas-sustanzi u t-taħlitiet imsemmija hawn fuq (fakultattiva).

4.   Monitoraġġ

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika għall-2012 l-għadd ta’ stallazzjonijiet li huma mmonitorjati b’mod kontinwu għall-konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 1999/13/KE.

5.   Konformità

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika ċ-ċifri li ġejjin għall-2012:

L-għadd ta’ operaturi li nstabu li ma kkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/13/KE:

(a)

minħabba li d-dejta msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 1999/13/KE jew ma ġietx irrappurtata jew ma kinitx suffiċjenti biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità;

(b)

b’rabta ma’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti oħra tad-Direttiva 1999/13/KE, b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2), 4(2), 5, 8(2) u 8(3).

L-għadd ta’ stallazzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti ssospendew jew irtiraw l-awtorizzazzjoni tagħhom f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità skont l-Artikolu 10(b) tad-Direttiva 1999/13/KE.

6.   Emissjonijiet

Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ VOCs (komposti organiċi volatili) fl-2012: Jekk jogħġbok indika jekk iċ-ċifra rrappurtata hijiex ibbażata fuq dejta li tkejlet, ġiet ikkalkulata u/jew stmata.

7.   Jekk possibbli, jekk jogħġbok agħti stima ta’:

L-għadd totali ta’ persunal (nazzjonali, reġjonali, awtoritajiet lokali) involuti fl-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 1999/13/KE (fakultattiva),

Il-kostijiet totali (EUR fis-sena) assoċjati ma’ dan għal dawn l-awtoritajiet (fakultattiva).

8.   Xi kummenti oħra