ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.282.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 282

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
28 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 964/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 965/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 966/2010 tas-27 ta’ Ottubru 2010 li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li jitilqu mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 967/2010 tas-27 ta’ Ottubru 2010 li jagħlaq il-bejgħ ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru 446/2010 li jiftaħ il-bejgħ tal-butir permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

33

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 968/2010 tas-27 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

34

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2010 tas-27 ta’ Ottubru 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Ottubru 2010 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/651/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2010/89/UE fir-rigward ta’ lista ta’ ċerti stabbilimenti tal-laħam, il-prodotti tas-sajd, il-prodotti mill-bajd u l-imħażen imkessħa fir-Rumanija suġġetti għal miżuri tranżitorji li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7269)  ( 1 )

39

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

28.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/1


REGOLAMENTTA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 964/2010

tal-25 ta’ Ottubru 2010

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   MIŻURI PROVIŻORJI

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (UE) Nru 404/2010 (2) (‘ir-Regolament proviżorju’) imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘RPĊ’).

(2)

Il-proċedura tnediet minħabba lment imressaq fit-30 ta’ Ġunju 2009 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (EUWA) (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw il-proporzjon maġġuri, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti roti tal-aluminju. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ dannu materjali li jirriżulta minn dan, li tqieset biżżejjed biex tiġġustifika t-tnedija ta’ proċedura.

2.   IL-PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(3)

Sussegwentement għall-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kien deċiż li jkunu imposti l-miżuri proviżorji (‘żvelar proviżorju’), diversi partijiet interessati għamlu sottomissjonijiet bil-miktub fejn spjegaw il-fehmiet tagħhom dwar ir-riżultati proviżorji. Il-partijiet li għamlu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(4)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex informazzjoni li qieset meħtieġa għar-riżultati definittivi tagħha.

(5)

Huwa mfakkar li, kif stabbilit fil-premessa (18) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni rigward id-dumping u d-dannu kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009(‘il-perijodu tal-investigazzjoni’ jew il- ‘PI’). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tad-dannu kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sa tmiem il-PI (il-‘perijodu kkunsidrat’).

(6)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kien maħsub li tkun irrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti miksuba permezz tad-dazju proviżorju. Huma ngħataw ukoll perijodu ta’ żmien li fih setgħu jagħmlu l-appelli wara dan l-iżvelar.

(7)

Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati kienu kkunsidrati u ġew meqjusa fejn kien propizju.

2.1.   L-ambitu tal-investigazzjoni. L-inklużjoni ta’ importazzjonijiet mit-Turkija

(8)

Parti li tirrapreżenta l-interessi tal-produtturi li jesportaw, indikat li l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mit-Turkija għandha tkun inkluża fl-ambitu tal-investigazzjoni preżenti.

(9)

Rigward in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-ilment tal-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Turkija, għandu jkun innotat li fl-istadju tat-tnedija, ma kienx hemm biżżejjed evidenza dwar id-dumping, id-dannu u r-rabta kawżali minn dan il-pajjiż biex tiġġustifika t-tnedija ta’ proċedura antidumping rigward tali importazzjonijiet.

(10)

Għall-kuntrarju, il-kwerelanti ssottomettew informazzjoni li l-importazzjonijiet mit-Turkija tal-prodott ikkonċernat kienu bi prezzijiet mhux ta’ dumping (ara l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, paġna 13, punt 5, u l-Anness 5.1.a).

3.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(11)

B’segwitu għall-miżuri proviżorji, xi partijiet tennew l-argumenti tagħhom rigward id-differenzi bejn ir-roti ta’ Manifattur ta’ Tagħmir Oriġinali (‘MTO’) u r-roti aftermarket (‘AM’), u indikaw li ż-żewġ segmenti għandhom ikunu ttrattati bħala żewġ prodotti differenti. Dawk il-partijiet indikaw li r-roti MTO għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni preżenti għaliex ir-roti MTO u AM huma prodotti skont proċessi ta’ produzzjoni differenti, għandhom karatteristiċi tekniċi u fiżiċi differenti, kanali ta’ distribuzzjoni differenti u saħansitra użu differenti.

(12)

Huwa mfakkar li, kif iddikjarat fil-premessa (21) tar-Regolament proviżorju, kemm ir-roti AM kif ukoll dawk MTO jistgħu jkunu prodotti permezz tal-proċessi kollha ta’ produzzjoni, bid-dijametri u l-piżijiet kollha, bit-tipi kollha ta’ rfinar differenti. Ir-roti MTO u AM jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u huma interskambjabbli.

(13)

Xi partijiet indikaw li l-konsumatur aħħari tar-roti MTO u AM huwa differenti: għall-MTO ikun il-manifattur tal-karozza u għall-AM ikun is-sid tal-karozza. Dn l-interpretazzjoni hija żgwidata. Għalkemm tabilħaqq ir-roti MTO jinxtraw mill-produtturi tal-karozzi, l-użu tar-roti MTO u AM huwa l-istess: huma jitwaħħlu fil-karozzi u vetturi simili. Għaldaqstant huma għandhom l-istess utent aħħari – is-sewwieq.

(14)

L-aktar argument komuni li tressaq kien li r-rekwiżiti għar-roti MTO huma differenti minn dawk għar-roti AM. Skont dak l-argument il-miżuri ma għandhomx ikunu imposti fuq ir-roti MTO għaliex mhumiex interskambjabbli mar-roti AM (huma jinxtraw biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ swieq tal-prodotti differenti u huma differenti fir-rigward tad-disinn, ir-rekwiżiti tal-kwalità, l-investiment, il-proċess tal-produzzjoni, il-prezzijiet u l-penetrazzjoni tal-prodott importat).

(15)

Argument ieħor kien li r-roti MTO huma prodotti skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-produtturi tal-karozzi waqt li r-roti AM huma ddisinnjati u mmanifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet magħżula mill-manifattur tar-rota mingħajr ma jqisu r-rekwiżiti ta’ mudelli ta’ karozzi speċifiċi. Għalkemm ir-roti AM nominalment mhumiex prodotti skont l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija mill-produtturi tal-karozzi, huma jistgħu jitwaħħlu fuq mudelli ta’ karozzi differenti. Infatti, eventwalment, huma se jitwaħħlu eżattament fuq l-istess mudelli ta’ karozzi li għalihom kienu oriġinarjament prodotti r-roti MTO. Il-fatt li l-ispeċifikazzjonijiet jiġu minn sorsi differenti ma jistax jitqies bħala prova ta’ differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi.

(16)

Informazzjoni addizzjonali waslet mill-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi tal-karozzi. Din ikkonfermat li l-istess proċessi ta’ produzzjoni (roti b’2-3 partijiet fonduti, flow formed, irrumblati, maħduma) jintużaw għar-roti AM u r-roti MTO. Iż-żewġ tipi huma prodotti bid-dijametri u l-piżijiet kollha. L-inserzjonijiet, l-użu ta’ ċerti tipi ta’ rfinar u trattament bis-sħana huma applikabbli bl-istess mod għar-roti MTO u r-roti AM.

(17)

Xi partijiet indikaw li d-differenzi tekniċi bejn ir-roti MTO u AM kienu riflessi fil-fatt li r-roti MTO jużaw aluminju primarju filwaqt li fil-produzzjoni tar-roti AM l-aluminju ta’ spiss ikun estratt mir-ruttam. Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa dawk il-kummenti. Barra minn hekk, waslet informazzjoni addizzjonali mingħand il-produtturi tal-karozzi u l-produtturi tal-UE. B’mod partikolari dawk il-produtturi tal-UE li jimmanifatturaw kemm ir-roti MTO kif ukoll ir-roti AM iddikjaraw li kemm l-aluminju primarju u – għalkemm b’mod aktar limitat – l-aluminju estratt mir-ruttam jintużaw fil-produzzjoni taż-żewġ tipi ta’ roti. Informazzjoni addizzjonali miġbura mill-investigazzjoni kkonfermat li l-kriterju ewlieni użat biex wieħed jiddistingwi t-tip u l-kwalità tal-aluminju użat huwa l-perċentwal ta’ silika (7 % jew 11 %). Iż-żewġ ligi jintużaw kemm għar-roti MTO kif ukoll għar-roti AM.

(18)

Id-differenzi fir-rekwiżiti tal-ittestjar lanqas ma jwasslu għall-konklużjoni li r-roti MTO u AM huma żewġ prodotti differenti. Għandu jkun innotat li m’hemmx sett omoġenju ta’ rekwiżiti ġenerali għar-roti tal-aluminju. L-istandards jinbidlu skont il-produttur u l-pajjiż. Fl-aħħar nett mhuwiex possibbli li tkun stabbilita linja koerenti ta’ diviżjoni bejn ir-roti AM u MTO fir-rigward tal-istandards jew ir-rekwiżiti. Skont l-informazzjoni fil-fajls, kemm ir-roti MTO kif ukoll dawk AM huma suġġetti għal diversi testijiet (testijiet bir-raġġi x, testijiet kimiċi, test tan-nixxijiet, testijiet tal-istress, testijiet ta’ kontra l-korrużjoni, testijiet tal-ibbilanċjar tar-roti, testijiet tar-reżistenza radjali, testijiet tat-tgħawwiġ, testijiet tal-isprej bil-melħ, testijiet CASS (test b’Copper-Accelerated Acetic Salt Spray). Barra min hekk, jidher li differenzi fl-ittestjar flimkien ma’ differenzi fl-istandards huma indikazzjoni ta’ linja ta’ diviżjoni bejn Stati Membri differenti aktar milli bejn ir-roti MTO u AM bħala prodotti differenti.

(19)

Skont l-informazzjoni fil-fajls, ir-rekwiżiti tal-kwalità imposti mill-industrija tal-karozzi jwasslu għal prodott standardizzat ħafna li huwa faċilment interskambjabbli bejn il-produtturi kollha madwar id-dinja. Fis-segment tal-AM, ir-rekwiżiti tal-kwalità jistgħu jkunu stabbiliti wkoll mill-klijenti u dawk ir-roti jridu jissodisfaw ukoll rekwiżiti internazzjonali u nazzjonali. Għaldaqstant, rekwiżiti u speċifikazzjonijiet aktar stretti jistgħu japplikaw għal ċerti roti fiż-żewġ segmenti, li jfisser li xi roti AM jistgħu jikkonformaw ma’ standards aktar stretti mir-mir-roti MTO.

(20)

Il-fatt li roti AM ġeneralment mhumiex installati f’karozzi ġodda u l-produtturi tal-karozzi jużaw roti magħmula minn manifatturi magħżula taħt l-isem tad-ditta tagħhom hija deċiżjoni ta’ xiri li ma għandha l-ebda influwenza fuq il-konklużjoni dwar l-interskambjabbiltà tar-roti MTO u AM. Fiżikament, rota AM, jiġifieri rota li għandha l-isem tal-kumpanija ta’ manifattur tar-roti, tista’ tkun installata f’karozza ġdida.

(21)

Dawn il-konklużjonijiet huma kkonfermati mill-fatt li l-produtturi tal-karozzi jixtru u jbiegħu ukoll ir-roti aftermarket. Uħud minn dawn jinbiegħu taħt l-isem tal-kumpanija tal-produttur tal-karozzi (Fornitur ta’ Tagħmir Oriġinali, FTO), uħud taħt l-isem tal-kumpanija tal-manifattur tar-roti.

(22)

Ħafna kummenti kienu jikkonċernaw ir-rekwiżiti imposti mill-manifatturi tal-karozzi fuq il-fornituri tar-roti (pereżempju evidenza ta’ sistema ċċertifikata tal-ISO ta’ ġestjoni tal-kwalità li tiffunzjona b’mod sħiħ, evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-kwalità bbażata fuq l-esperjenza minn proġetti preċedenti u l-kwalità tal-kunsinna u l-post tax-xogħol, evalwazzjoni tar-riskju ta’ prodott speċifiku u ta’ proġett speċifiku). Madankollu, ir-roti tal-aluminju għall-użu fit-triq jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi u l-istess użu, ikunu x’ikunu r-rekwiżiti imposti li mhumiex rilevanti għal dawk il-karatteristiċi.

(23)

Finalment għandu jkun imfakkar ukoll li ħafna manifatturi tar-roti jipproduċu għaż-żewġ segmenti u r-roti MTO u AM huma prodotti fuq l-istess linji ta’ produzzjoni. Produtturi attivi f’segment jistgħu jidħlu fis-segment l-ieħor.

(24)

Finalment, xi partijiet argumentaw li r-roti MTO u AM għandhom jitqiesu bħala żewġ prodotti differenti minħabba li jaqgħu taħt subintestaturi doganali differenti.

(25)

Il-proċedura attwali antidumping tikkonċerna roti tal-aluminju għall-użu fit-triq (‘ARWs’) li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50. Il-kodici NM 8708 70 10 tikkonċerna r-roti għall-użu fit-triq u partijiet u aċċessorji tagħhom għall-assemblaġġ industrijali. Dan ifisser li l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju aktar baxxa tagħhom hija suġġetta għal dak li jissejjaħ kontroll tal-użu finali. Iż-żewġ kodiċi NM huma maqsumin biex tkun indikata d-differenza fir-rata tad-dazju u biex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni ta’ rata aktar baxxa għar-roti għall-użu fit-triq għall-assemblaġġ industrijali. Madankollu dan ma għandu l-ebda impatt fuq id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(26)

B’risposta għall-kummenti tal-partijiet, għandu jkun innotat li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat fi proċedura antidumping ma tirreferix għall-klassifikazzjonijiet tal-prodott taħt intestaturi doganali differenti. Għaldaqstant, prodott ikkonċernat fi proċedura antidumping jista’ jaqa’ fi ħdan kodiċi NM differenti. Fil-fatt tali sitwazzjoni hija komuni.

(27)

It-tieni nett, ir-roti li jaqgħu taħt iż-żewġ kodiċi NM huma l-istess. L-unika differenza hija l-mod kif ikunu mqassma wara l-importazzjoni.

(28)

It-tielet nett, għandu jkun innotat li l-volumi tal-importazzjoni taħt il-kodiċi NM marbuta mal-assemblaġġ industrijali huma inqas mill-volumi tal-importazzjoni MTO iddikjarati mill-prodotturi tal-karozzi li kkoperaw. Dan jidher li jimplika li r-roti MTO kienu rrilaxxati mid-dwana taħt iż-żewġ kodiċi NM. Minħabba li għaldaqstant jidher li l-produtturi tal-karozzi jimportaw taħt iż-żewġ kodiċi NM, differenzazzjoni formali bbażata fuq l-użu finali tkun diffiċli ħafna.

(29)

Għaldaqstant, l-argumenti mressqa mill-partijiet interesssati ma jistgħux jiġu aċċettati u l-konklużjonijiet tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. Ir-roti MTO u AM jitqiesu bħala prodott wieħed ikkonċernat.

3.1.   Ir-roti tal-muturi u tal-karrijiet

(30)

Il-prodott kkonċernat mill-investigazzjoni preżenti huwa “roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi NM 8701 sa 8705, kemm bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm jekk mgħammra bit-tajers jew mingħajrhom, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (kodiċi TARIC 8708701010 u 8708705010)”. Din id-definizzjoni hija konformi mal-Avviż tat-tnedija ppubblikat fit-13 ta’ Awwissu 2009 u mal-ilment fl-oriġini tal-każ.

(31)

Il-partijiet ressqu mistoqsijiet rigward jekk l-investigazzjoni kinitx se tkopri wkoll ir-roti tal-muturi u tal-karrijiet. Id-definizzjoni msemmija hawn fuq b’mod impliċitu teskludi r-roti tal-aluminju għall-użu fit-triq għall-muturi tal-intestatura 8711 u għall-karrijiet tal-intestatura 8716 li fil-prinċipju huma kklassifikati taħt l-intestaturi 8711 u 8716 rispettivament.

(32)

Rigward ir-roti tal-karrijiet, matul l-investigazzjoni, kien argumentat li, minbarra l-kodiċi NM indikati fl-Avviż tat-Tnedija tal-proċedura, tista’ tintuża kodiċi oħra li fost affarijiet oħrajn tkopri r-roti għal-karrijiet (kodiċi NM 8716 90 90) għall-importazzjoni fl-Unjoni biex ikunu evitati l-miżuri fuq il-prodott ikkonċernat (għalkemm jidher li fil-prattika l-kodiċi attwalment ma tintużax għal dak il-għan).

(33)

Kien propost li l-investigazzjoni preżenti għandha tkopri wkoll ir-roti tal-aluminju li jaqgħu taħt il-kodiċi 8716 90 90.

(34)

Is-servizzi tal-Kummissjoni informaw lill-partijiet ikkonċeranti kollha permezz ta’ nota mpoġġija fil-fajl miftuħ għall-konsultazzjoni minn partijiet interessati li ħabbret l-inklużjoni potenzjali tal-kodiċi NM l-oħra fil-proċedura.

(35)

Madankollu, kif kien iddikjarat hawn fuq, ir-roti tal-aluminju li ġenwinament huma maħsuba għall-karrijiet u għaldaqstant huma koperti mill-kodiċi NM 8716 90 90, ma kinux koperti mill-Avviż tat-Tnedija. Għaldaqstant ma jistax ikun eskluż li ċerti operaturi li jipproduċu jew jikkumerċjalizzaw tali roti ma tkellmux f’din l-investigazzjoni għax stennew li tali importazzjoni ma tkunx koperta, u għaldaqstant ma kellhomx għarfien rigward in-nota msemmija hawn fuq. F’dawn iċ-ċirkustanzi, mhuwiex xieraq li tali roti jkunu inklużi fil-proċedura. Min-naħa l-oħra, minħabba li jidher li hemm riskju ferm għoli ta’ evażjoni permezz tal-kodiċi NM imsemmija hawn fuq, huwa xieraq li tkun introdotta kodiċi TARIC li biha l-iżvilupp tal-livell tal-importazzjoni tar-roti taħt dik il-kodiċi tkun issorveljata bi preċiżjoni. Fuq il-bażi tal-Artikolu 14 (3) tar-Regolament bażiku, dispożizzjoni f’dan is-sens hija inkluża fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament.

4.   TRATTAMENT TAL-EKONOMIJA TAS-SUQ (TES), TRATTAMENT INDIVIDWALI (TI) U PAJJIŻ ANALOGU

4.1.   It-Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (TES)

(36)

Il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun ikkontestaw ir-riżultati proviżorji kif stabbiliti fil-premessi (26) sa (53) tar-Regolament Proviżorju.

Kriterju 1

(37)

L-ewwel nett, għandu jkun enfasizzat li fir-RPĊ, l-aluminju primarju jkopri aktar minn 50 % tal-ispiża tal-produzzjoni ta’ rota tal-aluminju. Tlieta minn kull erba’ kumpaniji fil-kampjun indikaw li d-deċiżjoni biex jiġi adottat it-TES għandha tkun speċifika għall-individwu u l-kumpanija filwaqt li fil-każ preżenti, il-Kummissjoni, meta ddikjarat li hemm interferenza mill-Istat fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-akkwist tal-materja prima ewlenija (l-aluminju) kif indikat fil-premessi (30) sa (37) tar-Regolament proviżorju, ċaħdet it-TES fuq bażi ġenerali għall-pajjiż kollu. Dan l-argument ma jistax ikun aċċettat; tabilħaqq l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni saret b’mod individwali għal kull produttur fil-kampjun. Huwa minnu li l-Kummissjoni waslet għall-istess konklużjoni għall-erbgħa li huma imma dan seħħ minħabba l-fatt li hemm interferenza mill-Istat fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kull waħda minnhom kif spjegat fil-premessi (30) sa (37) tar-Regolament proviżorju. Il-Kummissjoni ma kinitx tasal għall-istess konklużjoni għal xi kumpanija li qiegħda topera fir-RPĊ li turi li akkwistat il-maġġoranza kbira tal-liga tal-aluminju li tikkonsma bil-prezzijiet tal-London Metal Exchange (LME) bil-mekkaniżmi tas-soltu użati minn kwalunkwe kumpanija fis-settur stabbilita fil-bqija tad-dinja. Kieku dan kellu jkun il-każ, kien ikun possibbli għal din il-kumpanija li tingħata t-TES anki jekk tkun stabbilita fir-RPĊ fil-każ li jkunu sodisfatti l-Kriterji l-oħra. –

(38)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi msemmija u fil-premessa (48) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

(39)

Rigward l-interferenza mill-Istat fid-deċiżjonijiet l-oħra tan-negozju, l-ebda wieħed mill-gruppi msemmija fil-premessa (38) tar-Regolament proviżorju ma pprovda evidenza addizzjonali li tista’ tippermetti li wieħed jasal għal konklużjonijiet differenti. B’mod partikolari, kien argumentat li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża Zheijiang Xinan vs Il-Kunsill (3) tistipula li “il-kunċett ta’ “interferenza sinifikanti mill-Istat” ma jistax jitqabbel ma’ kull interferenza fuq l-attivitajiet ta’ impriża jew ma’ kull implikazzjoni fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet tagħha, iżda għandu jinftiehem bħala azzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi li hija ta’ tip li tagħmel id-deċiżjonijiet tagħha inkompatibbli mal-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq”. Fir-rigward ta’ din is-sentenza, l-esportaturi jindikaw li l-Istituzzjonijiet Ewropej għandhom japplikawha u janalizzaw fid-dettal jekk l-azzjonijiet imwettqa mill-Istat meta titmexxa l-kumpanija humiex kompatibbli mal-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li preżentament is-sentenza msemmija tinsab fl-istadju ta’ appell. Għaldaqstant, is-sentenza msemmija tal-Qorti Ġenerali għandha tidħol fis-seħħ biss mid-data tad-deċiżjoni tal-appell. Għaldaqstant, l-Istituzzjonijiet huma f’pożizzjoni li jsostnu li l-interferenza mill-Istat li nstabet f’dan il-każ hija biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li Kriterju 1 mhuwiex sodisfatt. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjonijiet tal-premessa (38) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

Kriterju 2

(40)

L-ebda wieħed miż-żewġ gruppi, li skont il-konklużjonijiet miksuba fl-istadju proviżorju ma kkonformawx mar-rekwiżiti tal-Kriterju 2, ma kkontesta dawn il-konklużjonijiet proviżorji. B’hekk huwa kkonfermat, kif indikat fil-premessi (39) u (49) tar-Regolament proviżorju, li tnejn mill-gruppi fil-kampjun m’għandhomx il-kontijiet rispettivi tagħhom imħejjija u vverifikati skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

Kriterju 3

(41)

Kien indikat mill-grupp Baoding Lizhong li l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku b’mod espliċitu jirrikjedi li d-distorsjonijiet ikunu kkawżati mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; il-grupp indika li minħabba li allegatament dejjem opera bħala grupp ta’ sjieda privata, id-distorsjonijiet ma jistgħux ikunu r-riżultat tas-sistema “preċedenti” ta’ ekonomija mhux tas-suq minħabba li l-grupp qatt ma opera bħala kumpanija tal-Istat. L-argument ma jistax ikun aċċettat. Kif stabbilit fil-każ preżenti, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-qagħda finanzjarja tal-kumpaniji jistgħu jkunu suġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti li jintirtu mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq kemm jekk kumpanija tkun ħadmet bħala kumpanija tal-Istat u anki jekk ma tkunx.

(42)

Barra minn hekk, il-grupp Baoding Lizhong, YHI Manufacturing (Shanghai) Co. Ltd u CITIC Dicastal tennew l-argumenti mressqa diġà qabel l-adozzjoni tar-Regolament proviżorju u nsistew fuq il-fatt li l-vantaġġi li gawdew il-kumpaniji mhumiex sinifikanti. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (50) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni wriet li d-distorsjonijiet fil-qagħda finanzjarja tal-gruppi kienu sinifikanti.

(43)

Barra minn hekk, YHI Manufacturing (Shanghai) Co. Ltd stqarret li l-eżenzjonijiet mit-taxxa mogħtija lil kumpaniji barranin ma jirrapreżentawx sussidju speċifiku u, skont il-każistika tad-WTO li tikkonċerna l-miżuri kompensatorji, l-oneru tal-prova tal-ispeċifiċità huwa fuq l-awtoritajiet investigattivi (4). Fis-sottomissjoni tagħha, YHI Manufacturing (Shanghai) Co. Ltd. tirreferi wkoll għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku ta’ Kontra s-Sussidji (5) li jiddikjara li “kwalunkwe determinazzjoni ta’ speċifiċità (…) għandha tkun issostanzjata b’mod ċar fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva”. Il-kumpanija ssemmi wkoll l-Artikolu 4.2(b) tar-Regolament bażiku ta’ Kontra s-Sussidji (kriterji oġġettivi jew kundizzjonijiet li jirregolaw l-eliġibilità ta’ sussidju li jimplikaw li l-ispeċifiċità ma teżistix) u l-Artikolu 10 tal-Ftehim dwar is-Sussidji u Miżuri Kompensatorji li jiddefinixxi dazju kompensatorju bħala “dazju impost bil-għan li jikkumpensa għal kwalunkwe sussidju mogħti direttament jew indirettament fuq il-manifattura, il-produzzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija”. Fl-aħħar nett, YHI Manufacturing (Shanghai) Co. Ltd tissuġġerixxi li “jekk is-Servizzi tal-Kummissjoni jridu jagħmlu tajjeb għas-sussidji mogħtija mill-gvern Ċiniż, il-proċess xieraq biex jagħmlu dan huwa permezz ta’ investigazzjoni kontra s-sussidji”.

(44)

Rigward din l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni antidumping, għandu jingħad li din mhijiex korretta għaliex il-kriterji tar-Regolament bażiku Kontra s-Sussidji ma jistgħux ikunu applikati fil-kuntest ta’ analiżi TES. Ir-Regolament bażiku Kontra s-Sussidji jipprevedi l-eżami ta’ jekk l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-qagħda finanzjarja tal-kumpaniji humiex suġġetti għal distorzjonijiet sinifikanti li jintirtu mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq u, kif iddikjarat hawn fuq, azzjonijiet li jimplikaw l-involviment tal-Istat fit-tfassil tal-ambjent tan-negozju permezz ta’ miżuri li huma tipiċi ta’ ekonomija mhux tas-suq għandhom jitqiesu bħala interferenza mill-Istat li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq.

(45)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjonijiet tal-premessi (40) sa (44) u (50) sa (52) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

Kunsiderazzjonijiet oħra

(46)

L-esportaturi tennew l-allegazzjonijiet tagħhom indirizzati fil-premessi (46) - (47) tar-Regolament proviżorju li, skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, id-determinazzjoni ta’ jekk il-produtturi jissodisfawx il-kriterji biex jingħataw it-TES għandha ssir fi żmien tliet xhur mit-tnedija tal-investigazzjoni filwaqt li, fil-każ preżenti, din id-determinazzjoni saret lil hinn minn din l-iskadenza ta’ tliet xhur. Biex jappoġġjaw l-argumenti tagħhom, l-esportaturi kkwotaw is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-299/05 (6). B’mod partikolari, l-esportaturi semmew li, sa meta ntbagħat l-iżvelar dwar it-TES, il-Kummissjoni kienet irċeviet ir-risposti kollha għall-kwestjonarji antidumping mibgħuta lill-esportaturi kif ukoll ir-risposti għall-kwestjonarji mibgħuta lill-kumpaniji stabbiliti fil-pajjiż analogu, u għaldaqstant, minħabba li kellhom id-dejta li kien hemm fir-risposti għal dawk il-kwestjonarji, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jikkalkulaw il-marġni tad-dumping skont il-metodoloġija regolari u skont il-metodoloġija tal-pajjiż analogu. L-esportaturi mbagħad jaslu għall-konklużjoni li, bħala tali, il-Kummissjoni kienet f’qagħda li tkun taf x’se jkun l-effett tad-deċiżjoni tagħha dwar it-TES fir-rigward tal-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-esportaturi ma jeskludux li d-deċiżjoni dwar it-TES ittieħdet fuq il-bażi tal-effetti dwar id-dumping

(47)

L-argument ma jistax ikun aċċettat. L-ewwel nett, kuntrarju għal dak li ġie ddikjarat, sa meta ntbagħat l-iżvelar dwar it-TES, il-Kummissjoni ma kellhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkalkula l-marġni tad-dumping. Tabilħaqq, fiċ-ċirkustanzi tal-każ preżenti, l-informazzjoni li kien hemm fir-risposti għall-kwestjonarji antidumping u għall-kwestjonarji mibgħuta lill-kumpaniji stabbiliti fil-pajjiż analogu, la kienet kompluta u lanqas korretta u għaldaqstant il-Kummissjoni ma kinitx f’qagħda li tikkalkula l-marġni tad-dumping f’dak il-mument. Tabilħaqq, kellhom isiru żjarat ta’ verifika biex tinġabar l-informazzjoni u d-dejta li kienu meħtieġa biex isir kalkolu preċiż tal-marġni tad-dumping. Dawn iż-żjarat bdew isiru aktar minn ġimgħatejn wara li ntbagħat l-iżvelar dwar it-TES. Għaldaqstant, fin-nuqqas tad-dejta miksuba matul iż-żjarat ta’ verifika, kien materjalment impossibbli għall-Kummissjoni li tagħmel kalkoli tad-dumping qabel jintbagħat l-iżvelar dwar it-TES u li tieħu deċiżjoni dwar it-TES fuq il-bażi tal-effetti fuq id-dumping.

(48)

It-tieni nett, l-esportaturi ma ppreżentaw l-ebda evidenza biex juru li d-deċiżjoni fir-rigward tat-TES kienet tkun differenti kieku kienet adottata fi żmien il-perijodu ta’ tliet xhur.

4.2.   Konklużjoni

(49)

Il-konstatazzjoni li l-kumpaniji kollha li kienu talbu t-TES għandhom jiġu miċħuda t-TES, kif stabbilit fil-premessa (53) tar-Regolament proviżorju, hija b’hekk ikkonfermata.

4.3.   Trattament individwali (TI)

(50)

Iż-żewġ gruppi fil-kampjun li proviżorjament kienu miċħuda t-TI minħabba l-interferenza mill-Istat li nstabet li kienet tali li tippermetti l-evażjoni tal-miżuri jekk esportaturi individwali jingħataw rati differenti, ikkontestaw ir-riżultat proviżorju kif stabbilit fil-premessa (55) tar-Regolament proviżorju. Baoding Lizhong tindika li m’hemm l-ebda interferenza mill-Istat u ssemmi wkoll li mill-kliem tal-Artikolu 9(5)(c) u (e) jekk ikun hemm xi interferenza mill-Istat dan mhuwiex biżżejjed biex it-TI jiġi miċħud u li l-kliem espliċitu tal-Artikolu 9(5) jippermetti li jkun hemm xi interferenza mill-Istat u xorta jingħata t-TI sakemm ikun hemm indipendenza biżżejjed mill-Istat u li l-interferenza mill-Istat ma tkunx tali li tippermetti l-evażjoni. Dan kien ikun il-każ biss kieku l-uffiċjali tal-Istat kienu jokkupaw il-maġġoranza tal-pożizzjonijiet ewlenin u setgħu jinterferixxu fid-deċiżjonijiet ta’ kuljum tan-negozju.

(51)

It-tieni grupp indika li l-maġġoranza tal-ishma tiegħu kienu f’idejn persuni privati u r-riskju ta’ evażjoni ma kienx jeżisti għaliex il-grupp iforni b’mod esklużiv il-produtturi tal-karozzi fis-suq MTO u li għal kull mudell tar-roti, il-kuntratt mal-produttur tal-karozzi jistipula b’mod speċifiku s-sit tal-produzzjoni li hija vverifikata qabel, kif ukoll matul, it-terminu tal-kuntratt.

(52)

Fir-rigward tal-allegazzjonijiet li saru minn Baoding Lizhong, ir-riskju ta’ evażjoni kien eżaminat mill-ġdid. Tabilħaqq, l-interferenza mill-Istat mhijiex tali li tippermetti l-evażjoni. Għaldaqstant, it-TI jista’ jingħata lil Baoding Lizhong.

(53)

Fir-rigward ta’ CITIC Dicastal, din hija kumpanija proprjetà tal-Istat ikkontrollata direttament mill-Istat (il-maġġoranza tal-ishma huma tal-Istat). L-interferenza mill-Istat hija tali li tippermetti l-evażjoni tal-miżuri jekk din tikseb rata ta’ dazju differenti. Fi kliem ieħor, il-produzzjoni ta’ kumpaniji oħra kkontrollati mill-Istat jistgħu jiġu diretti mill-ġdid permezz ta’ CITIC Dicastal. Fir-rigward tal-argument l-ieħor imressaq minn CITIC Dicastal, il-fatt li hija tforni b’mod esklużiv il-produtturi tal-karozzi fis-suq MTO ma jżommhiex milli tforni klijenti oħra fil-ġejjieni. Għaldaqstant jista’ jkun konkluż li t-TI għandu jiġi miċħud lil CITIC Dicastal.

4.4.   Pajjiż analogu

(54)

Għadd ta’ partijiet interessati kkontestaw l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu. L-argumenti tagħhom ma jistgħux ikunu aċċettati: l-ewwel nett, minħabba li l-kummenti waslu ħafna wara l-iskadenza legali għas-sottomissjoni tal-kummenti dwar l-għażla tal-pajjiż analogu (l-iskadenza skadiet fl-24 ta’ Awwissu 2009) u t-tieni nett, minħabba li ma jistgħux jitqiesu minn perspettiva sostanzjali.

(55)

L-argumenti jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

1.

Waħda mill-kumpaniji li qed tikkopera fit-Turkija (Hayes Lemmerz) hija relatata ma’ produttur tal-UE u ż-żewġ kumpaniji li qed jikkoperaw huma membri tal-EUWA (l-assoċjazzjoni li tirrapreżenta lill-produtturi Ewropej li ssottomettiet l-ilment). Dan ma jistax jiġi aċċettat. Tabilħaqq, il-fatt li waħda mill-kumpaniji fil-Pajjiż analogu hija relatata ma’ kumpanija tal-UE u li ż-żewġ kumpaniji huma membri tal-istess assoċjazzjoni bħall-kwerelanti ma jistgħux jitqiesu bħala kriterji rilevanti biex tiġi eskluża t-Turkija bħala pajjiż analogu minħabba li l-kriterji li jridu jitqiesu meta jkun analizzat kemm huwa adattat pajjiż analogu jridu jkunu bbażati esklużivament fuq fatti bħall-grad tal-kompetizzjoni fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu u n-nuqqas ta’ differenzi sinifikanti fil-proċess tal-produzzjoni bejn il-produtturi fil-pajjiż analogu u l-esportatur ta’ Ekonomija Mhux tas-Suq.

2.

Kien argumentat ukoll li l-proċess tal-produzzjoni fiċ-Ċina mhuwiex komparabbli mat-Turkija minħabba li l-kumpaniji Ċiniżi għandhom aċċess għal materja prima aktar irħisa. Dan l-argument ma jistax jiġi kkunsidrat. Min-naħa l-oħra, l-aċċess għal aluminju li huwa orħos huwa r-riżultat ta’ distorsjoni fil-prezzijiet ikkawżata minn interferenza mill-Istat. Kif kien spjegat hawn fuq, ir-RPĊ tibbenefika minn pożizzjoni dinjija unika fir-rigward tal-aċċess għall-orħos prezzijiet possibbli għall-materja prima u ma tistax tinstab sitwazzjoni komparabbli f’pajjiżi oħra. Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni uriet li l-proċess tal-produzzjoni huwa prattikament identiku fiċ-Ċina u fit-Turkija.

3.

Finalment, kien indikat li m’hemmx biżżejjed kompetizzjoni fil-livell domestiku minħabba li l-produzzjoni domestika tintuża prinċipalment għall-esportazzjoni u hemm ostakli għad-dħul tal-importazzjoni minn barra l-UE. Dawn l-argumenti ma jistgħux jiġu kkunsidrati. Tabilħaqq, is-suq tal-UE huwa ħafna aktar minn sitt darbiet akbar mis-suq Tork u m’hemmx ostakli għad-dħul; għaldaqstant huwa raġonevoli li t-Turkija tibgħat lill-UE parti sostanzjali mill-produzzjoni tagħha. Barra minn hekk, hemm biżżejjed kompetizzjoni fis-suq domestiku Tork minħabba li hemm mill-inqas ħames produtturi domestiċi u m’hemmx ostakli għall-importazzjoni mill-UE.

(56)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni proviżorja li t-Turkija hija pajjiż analogu adattat u raġonevoli, kif stipulat fil-premessa (63) tar-Regolament proviżorju hija b’hekk ikkonfermata.

4.5.   Dumping

4.5.1.   Kalkolu

(57)

Iż-żewġ produtturi esportaturi kkontestaw ir-riżultati proviżorji kif stabbiliti fil-premessi (57) sa (77) tar-Regolament proviżorju. Kien indikat li, skont l-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku antidumping, il-kalkoli tad-dumping għandhom ikunu bbażati fuq “it-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni lejn il-Komunità”, fi kliem ieħor, huma jqisu li meta jiġu kkalkulati l-marġni tad-dumping għandhom jitqiesu l-100 % tat-tranżazzjonijiet. Kien argumentat ukoll li l-aktar tranżazzjonijiet għaljin, b’mod partikolari għal waħda mill-kumpaniji investigati, ma ġewx ikkunsidrati meta ġew ikkalkulati l-marġni tad-dumping.

(58)

Fir-rigward tal-argument dwar l-għadd ta’ tranżazzjonijiet li jridu jitqiesu, kien enfasizzat li l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku Antidumping jistabbilixxi li l-kalkoli tad-dumping għandhom ikunu bbażati fuq “it-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni lejn il-Komunità” imma huma għandhom ikunu “Suġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolaw it-tqabbil ġust”. Dan ifisser li, jekk huwa impossibbli li jkun hemm tqabbil raġonevoli għal 100 % tal-prodotti, ma jkunx possibbli li jitqiesu 100 % tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni. Dan huqa meqjus bħala raġonevoli sakemm il-kalkoli jkunu bbażati fuq perċentwal kbir biżżejjed tat-total tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni. Fil-każ preżenti, ġew ikkunsidrati madwar 85 % tat-tranżazzjonijiet.

(59)

Rigward l-allegazzjoni li ma ġewx ikkunsidrati l-aktar tranżazzjonijiet għaljin, sar kalkolu ġdid tad-dumping sabiex dawn jiġu kkunsidrati. Numru addizzjonali ta’ tipi ta’ prodotti żdiedu ma’ dawk użati fil-kalkolu li sar fil-livell proviżorju. Dan ippermetta li fil-kalkoli jkun inkluż l-akbar għadd ta’ tranżazzjonijiet possibbli, li jiżgura wkoll li l-unità tal-prezz medju ddifferenzjat tat-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni għal kull kumpanija li tesporta jkun qrib kemm jista’ jkun lejn l-unità tal-prezz medju ddifferenzjat tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni (ta’ din il-kumpanija) li ntużat fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping. B’dan il-mod, ġie kkunsidrat il-valur tat-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni, anki dawk l-aktar għaljin. Il-valuri normali għal dawn it-tipi ta’ prodotti addizzjonali kienu kkalkulati skont il-metodologija spjegata fil-premessa (70) tar-Regolament proviżorju. B’dan il-kalkolu ġdid, il-marġni tad-dumping naqsu, b’mod partikolari għall-YHI.

(60)

Il-metodoloġija segwita għad-determinazzjoni tal-Valur Normali, il-Prezz tal-Esportazzjoni u t-Tqabbil hija l-istess waħda deskritta fil-premessi (64) sa (75) tar-Regolament proviżorju. L-uniċi tibdiliet fil-kalkoli ġodda jirrigwardaw iż-żieda fl-għadd tat-tranżazzjonijiet li ġew ikkunsidrati u l-kunsiderazzjoni li l-prezz medju tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni użati għall-kalkolu tad-dumping għal kwalunkwe kumpanija partikolari m’għandux ikun sostanzjalment differenti mill-prezz medju tal-esportazzjoni tat-tranżazzjonijiet kollha ta’ din il-kumpanija.

(61)

Kien indikat li l-analiżi tal-Kummissjoni ma tikkunsidrax il-bidliet fir-rati tal-kambju, b’mod partikolari ż-żieda fil-valur tad-Dollaru Amerikan fuq l-Euro, u tal-ispejjeż tal-aluminju primarju u t-trasport internazzjonali. Din l-allegazzjoni hija bla bażi, minħabba li s-servizzi tal-Kummissjoni, skont il-prattiċi tagħhom, inkludew it-tipi kollha ta’ spejjeż ivverifikati fl-analiżi tagħhom tas-suq tal-prodott ikkonċernat matul il-PI.

(62)

Il-produttur Ċiniż YHI iddikjara li l-komputazzjoni tal-benefiċċji fjil-kalkulazzjoni ta’ dumping individwali ma kienx eżatt. Il-Kummissjoni aċċettat din l-allegazzjoni u għamlet kalkolu ġdid, li rriżulta f’marġni tad-dumping ta’ 23,81 %, jiġiefieri 2,14 % anqas minn dak li kien ikkalkulat qabel.

4.5.2.   Il-marġni tad-dumping definittivi

Il-Kumpanija

Il-marġni tad-dumping definittiv

YHI Manufacturing (Shanghai) Co. Ltd

23,81  %

Zhejiang Wanfeng Auto Wheel Co. Ltd

60,29  %

Baoding Lizhong

67,66  %

Kumpaniji oħra li kkoperaw

44,23  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

67,66  %

5.   DANNU

(63)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti fuq ir-riżultati proviżorji rigward id-dannu. Uħud mill-kummenti kienu repetizzjoni tal-kummenti li kienu indirizzati diġà fir-Regolament proviżorju.

(64)

L-argumenti indirizzati diġà fir-Regolament proviżorju mhumiex irrepetuti f’dan ir-Regolament.

5.1.   Importazzjonijiet mir-RPĊ

(65)

Il-partijiet indikaw li l-metodoloġija tal-kalkolu tal-importazzjonijiet ma ġietx spjegata biżżejjed. Din il-kritika, madankollu, ma kinitx issostanzjata.

(66)

Għandu jkun imfakkar li fl-istadju proviżorju, il-metodoloġija kienet ibbażata fuq l-ilment imma vverifikata ma’ sorsi oħra (dejta pprovduta minn produtturi, utenti, esportaturi li kkoperaw). Minħabba l-kummenti tal-partijiet din id-dejta kienet analizzata mill-ġdid u b’hekk il-konklużjonijiet proviżorji huma kkonfermati.

(67)

Huwa mfakkar li tliet noti li taw informazzjoni ddettaljata dwar il-metodi tal-kalkolu tal-produzzjoni, l-importazzjonijiet u l-bejgħ kienu inklużi fil-fajl disponibbli għall-konsultazzjoni minn partijiet interessati fil-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju.

(68)

Minħabba li l-kodiċi NM koperti mill-investigazzjoni preżenti fihom ukoll prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat, il-maġġoranza tal-kummenti kienu jikkonċernaw il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex teskludi l-prodotti mhux ikkonċernati mill-volumi rrappurtati.

(69)

Il-kodiċi NM 8708 70 50 tkopri r-roti tal-aluminju u l-partijiet u l-aċċessorji tagħhom, tal-aluminju. Id-dejta korrispondenti kienet estratta f’tunnellati metriċi mill-Comext mingħajr ebda aġġustament ieħor f’dan l-istadju, bl-ipoteżi, kif issuġġerit fl-ilment, li l-partijiet u l-aċċessorji huma ta’ importanza minuri.

(70)

Il-kodiċi NM 8708 70 10 tkopri, fost l-oħrajn, ir-roti tal-aluminju u l-partijiet u l-aċċessorji tagħhom, tal-aluminju. Hawnhekk ukoll, id-dejta korrispondenti estratta f’tunnellati metriċi mill-Comext kienet aġġustata kif jixraq f’konformità mal-metodoloġija deskritta fl-ilment.

(71)

Il-kummenti sottomessi mill-partijiet kienu fil-parti l-kbira kritiċi dwar dan il-mudell mingħajr, iżda, ma ssuġġerew alternattiva aktar adattata jew affidabbli. Il-kritika kienet relatata prinċipalment mal-fatt li l-partijiet ma setgħux jikkumentaw minħabba li ma kinux mgħarrfa dwar liema metodu kienet se tapplika l-Kummissjoni. Huwa mfakkar li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, li tistabbilixxi b’mod iddettaljat il-metodoloġija tal-esklużjoni, kienet disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali minn meta tnediet il-proċedura. Il-Kummissjoni vverifikat id-dejta pprovduta fl-ilment u ma setgħet tistabbilixxi xejn li seta’ jimmina r-raġonevolezza tal-metodu magħżul. Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-partijiet ma pproponewx metodu ta’ esklużjoni alternattiv, il-kummenti tagħhom tqiesu bħala mhux issostanzjati.

(72)

It-tieni sett ta’ kummenti kien relatat mal-metodu ta’ konverżjoni tal-volumi inizjalment espressi f’tunnellati metriċi f’unitajiet għaż-żewġ kodiċi NM. Hawn ukoll il-Kummissjoni segwiet il-metodu ssuġġerit fl-ilment u li sussegwentement kien ikkorroborat mir-risposti għall-kwestjonarju tal-esportaturi Ċiniżi. Tali metodoloġija tissuġġerixxi li l-piż medju ta’ kull unità importata miċ-Ċina huwa ta’ madwar 9 kg kull rota. Il-piż ta’ kull unità tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi oħra kien stmat li hu madwar 10 kg kull unità f’konformità mal-ilment imma vverifikat ma’ informazzjoni disponibbli li waslet matul l-investigazzjoni preżenti minn partijiet differenti.

(73)

Fis-sottomissjonijiet tagħhom postproviżorji, il-partijiet indikaw li 10 kg minflok 9 kg għandhom jintużaw bħala l-piż medju għax dan huwa l-piż medju tar-roti MTO importati. Kif kien speċifikat fir-Regolament proviżorju, il-piż medju ta’ 9 kg kien ibbażat fuq dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Għaldaqstant huwa konkluż li dan huwa l-metodu l-aktar raġonevoli ta’ konverżjoni li jirrifletti l-piż medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Fi kwalunkwe każ, konverżjoni bbażata fuq 10 kg għar-roti MTO wriet li ma jkunx hemm impatt fuq il-konklużjonijiet finali.

(74)

Il-konklużjonijiet fil-premessi (86) sa (88) fir-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

5.1.1.   Volum u prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(75)

Il-konklużjonijiet miksuba minn, inter alia, id-dejta tal-Eurostat irrapportata fil-premessi (86) u (89) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati mir-risposti għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi. Minħabba li d-dejta ħarġet minn sorsi differenti, naturalment ix-xejriet jistgħu ivarjaw ftit skont is-segment u l-kumpanija. Fi kwalunkwe każ, din ikkonfermat il-livelli baxxi tal-prezzijiet li kkombinati mal-livelli għoljin ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u ż-żieda wieqfa fil-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, jenfasizzaw il-preċizjoni tal-konklużjoni ġenerali f’dan il-każ.

(76)

Id-dejta u x-xejriet kienu kkontrollati wkoll għas-segmenti MTO u AM li tqiesu separatament. Ir-Regolament proviżorju bi żball iddikjara fil-premessa (89) li l-prezzijiet għas-snin 2006 sa 2008 kellhom jiġu bbażati fuq l-Eurostat minħabba li l-kwestjonarji tal-esportaturi ma tawx id-dejta rilevanti. Id-dikjarazzjoni kien imissha relatat ma’ qasma bejn it-tranżazzjonijiet MTO u dawk AM. Il-qasma tista’ tiġi stabbilita biss fuq il-bażi ta’ tqassim ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni kif ipprovdut mill-esportaturi.

(77)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-unitajiet AM, id-dejta turi livelli ftit jew wisq ċatti b’żieda żgħira fi tmiem il-perijodu. Huma varjaw minn 25 sa 34 EUR fl-2006, minn 24 sa 32 EUR fl-2007, minn 25 sa 29 EUR fl-2008 u minn 26 sa 36 EUR fil-PI. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità dawn il-varjazzjonijiet kienu mmodifikati bi 15 % bħala massimu ‘l fuq jew ‘l isfel.

L-ambitu tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet AM miċ-Ċina (fuq il-bażi ta’ kampjun ta’ esportaturi)

+/– 15 %

+/– 15 %

2006

25

34

2007

24

32

2008

25

29

PI

26

36

(78)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ unitajiet MTO mir-RPĊ juru tnaqqis ta’ aktar minn 15 % matul il-perijodu kkunsidrat. Ma jistgħux ikunu żvelati aktar dettalji minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kif spjegat fis-sezzjoni dwar il-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu ta’ hawn taħt.

(79)

Parti indikat li l-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu bejn l-2008 u l-PI meta l-maġġoranza tal-indikaturi tad-dannu ġarrbu tnaqqis sinifikanti. Tabilħaqq kien hemm żieda nominali fil-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina (għalkemm b’1,6 % biss). (7) Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li matul il-perijodu kkunsidrat kollu dawn naqsu bi 8 %.

(80)

B’mod ġenerali, livelli baxxi tal-prezzijiet kienu kkonfermati għaż-żewġ segmenti, li kkombinati ma’ livelli għoljin ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u żieda wieqfa fl-importazzjoni mir-RPĊ jikkonfermaw il-konklużjoni f’dan il-każ.

5.2.   Analiżi tad-dannu separata għas-segmenti tal-MTO u AM

(81)

Wieħed mill-kummenti ewlenin li waslu wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżjonali kien li kien imissha twettqet analiżi separata tal-indikaturi kollha tad-dannu għas-segmenti MTO u AM.

(82)

F’dak ir-rigward, parti waħda rreferiet għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1888/2006 (8) kif ukoll għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 (9) rigward il-qamħ ħelu li joriġina fit-Tajlandja, u indikat li f’dak il-każ kien twettaq tali analiżi ta’ segmenti speċifiċi. Dik il-parti indikat ukoll li meta l-Kummissjoni ma segwitx il-każ tal-qamħ ħelu, hija kienet qed tikser ir-rekwiżiti tad-WTO

(83)

Fil-każ tal-qamħ ħelu, saret referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-WTO li skont il-Korp tal-Appelli “meta awtoritajiet investigattivi jwettqu eżami ta’ parti minn industrija nazzjonali, huma għandhom, fil-prinċipju, jeżaminaw, bl-istess mod, il-partijiet l-oħra kollha li jiffurmaw dik l-industrija, kif ukoll jeżaminaw l-industrija bħala ħaġa sħiħa”. (10) Dan il-każ juri b’mod ċar li l-mudell segwit fil-każ preżenti huwa konformi mal-prattika tal-Istituzzjoni sa issa u konformi mal-Ftehim Antidumping tad-WTO. (11) Analiżi segmentali hija possibbli imma trid tkun akkumpanjata minn analiżi tal-industrija kollha.

(84)

Huwa mfakkar li fil-proċedura attwali fl-istadju proviżorju, iż-żewġ segmenti kienu tqiesu flimkien, madankollu, xi indikaturi għar-roti MTO u AM kienu analizzati separatament (it-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-konsum, is-sehem tas-suq). Minħabba l-kummenti sottomessi mill-partijiet, il-Kummissjoni għamlet analiżi ulterjuri u xi indikaturi addizzjonali kienu analizzati fil-livell tas-segment (ara hawn taħt). Kif jidher hawn taħt, din l-analiżi kkonfermat li x-xejriet tal-prodott ikkonċernat li tqies bħala ħaġa sħiħa, b’mod ġenerali jikkorrispondu ma’ dawk tas-segmenti MTO u AM meqjusa separatament.

5.2.1.   Konsum

(85)

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni tar-roti tal-aluminju għall-użu fit-triq fis-segment tal-MTO u AM, meqjusa separatament. Informazzjoni aktar iddettaljata dwar il-qasma bejn l-importazzjoni tal-MTO u AM ingħatat hawn fuq fit-taqsima dwar l-importazzjoni. Id-dejta dwar il-qasma kienet ibbażata fuq diversi sorsi tal-informazzjoni pprovduti minn produtturi, utenti u produtturi esportaturi tal-UE li kkoperaw.

Unitajiet (f’000)

2006

2007

2008

PI

Konsum Totali tal-Unjoni

58 607

62 442

58 313

49 508

Indiċi 2006 = 100

100

107

99

84

Il-konsum MTO

43 573

44 009

42 076

34 915

Indiċi 2006 = 100

100

101

97

80

Il-konsum AM

15 033

18 432

16 237

14 592

Indiċi 2006 = 100

100

123

108

97

(86)

Il-konsum totali tal-Unjoni naqas b’16 % matul il-perijodu kkunsidrat, minn 58,6 miljun unità għal 49,5 miljun unità. L-istess xejra kienet osservata fiż-żewġ segmenti. Il-konsum tar-roti MTO naqas b’20 % minn 43,5 miljun unità għal 34,9 miljun unità, filwaqt li l-konsum tar-roti AM naqas bi 3 % minn 15 għal 14,5 miljun unità.

5.2.2.   Importazzjonijiet mir-RPĊ u l-ishma tas-suq għas-segmenti MTO u AM

(87)

Ħafna kummenti semmew il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tad-daqs tas-segmenti MTO u AM fis-suq tar-roti tal-aluminju tal-UE, b’mod partikolari s-sehem tas-suq tal-importazzjoni. B’mod partikolari, il-partijiet argumentaw li l-Kummissjoni kkalkulat ħażin is-sehem tas-suq tal-importazzjoni MTO. B’segwitu għal dawn il-kummenti, saret investigazzjoni ulterjuri fir-rigward tas-sehem tas-suq tar-roti MTO u AM importati. Huwa mfakkar li r-Regolament proviżorju speċifika s-sehem tas-suq tal-importazzjoni tal-MTO u AM mir-RPĊ. Dan is-sehem tas-suq kien speċifikat fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-fajls fl-istadju proviżorju, ibbażata fuq dejta pprovduta mill-produtturi tal-UE, l-esportaturi kif ukoll il-produtturi tal-karozzi. Fuq dik il-bażi kien stabbilit li s-sehem tas-suq tal-importazzjoni MTO jikkonċerna madwar 3 % (kalkolu konservattiv) imma jista’ jasal sa 6 %.

(88)

Minħabba l-kritika espressa mill-partijiet interessati, id-dejta kollha kienet ivverifikata mill-ġdid u din il-verifika kkonfermat ir-riżultati proviżorji. Spjegazzjoni ddettaljata tal-passi investigattivi kollha u s-sorsi kollha tal-informazzjoni użati biex ikun stabbilit is-sehem taż-żewġ segmenti fl-importazzjoni mhux biss mill-pajjiż ikkonċernat imma wkoll minn pajjiżi terżi oħra, ġiet inkluża f’nota fil-fajl disponibbli għall-konsultazzjoni minn partijiet interessati. Din in-nota turi l-varjetà ta’ sorsi użati sabiex tinkiseb l-informazzjoni rilevanti.

(89)

Barra minn hekk, bi tweġiba għall-kummenti tal-partijiet li sehem tas-suq ta’ 3 % kien żgħir, għandu jiġi enfasizzat li sehem tas-suq anki ta’ 3 % ma jistax jitqies bħala żgħir f’suq sensittiv għall-prezzijiet bħal dak fil-każ attwali. Dan huwa partikolarment minnu minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet deskritt hawn taħt fil-premessa (116). Barra minn hekk, kien hemm żieda sinifikanti fil-volumi u s-sehem tas-suq tal-importazzjoni mir-RPĊ.

Il-volumi tal-importazzjoni MTO f’unitajiet ta’ 000

2006

2007

2008

PI

RPĊ

455

476

508

1 183

Indiċi 2006 = 100

100

105

112

260

Sehem tas-suq (%)

1  %

1  %

1  %

3  %

Il-volumi tal-importazzjoni AM f’unitajiet ta’ 000

2006

2007

2008

PI

RPĊ

3 247

4 667

5 301

4 954

Indiċi 2006 = 100

100

144

163

153

Sehem tas-suq (%)

22  %

25  %

33  %

34  %

5.3.   Twaqqigħ tal-prezzijiet

(90)

Huwa mfakkar li fl-istadju proviżorju, it-twaqqigħ tal-prezzijiet kien ikkalkulat għall-prodott ikkonċernat meqjus bħala ħaġa waħda kif ukoll għaż-żewġ segmenti separatament. Il-qasma kienet ibbażata fuq it-tqassim ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni kif ipprovdut mill-produtturi u l-esportaturi tal-UE fil-kampjun billi identifikaw il-bejgħ lill-manifatturi tal-karozzi.

(91)

Il-meded tat-twaqqigħ tal-prezzijiet żvelati fil-premessi (95) sa (98) tar-Regolament proviżorju kienu kkalkulati mill-ġdid minħabba bidliet l-aktar notevoli fil-kalkoli tad-dumping (ara hawn fuq). Dawn kienu rfinuti wkoll fir-rigward tat-tariffa doganali applikata. Jiġifieri, fl-istadju proviżorju kienet applikata rata uniformi ta’ 4,5 % dazju doganali. Dan il-mudell kien segwit fl-istadju definittiv fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet ġenerali (għaż-żewġ segmenti). Dan kien dovut għall-fatt li mhux l-importazzjoni MTO kollha kienet iddikjarata taħt il-kodiċi NM marbuta mar-rata aktar baxxa ta’ dazju ta’ 3 %.

(92)

Xi partijiet tennew il-kummenti tagħhom li l-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet għandu jkun ikkalkulat b’referenza biss għall-komponent tal-valur miżjud tal-prezz (bl-esklużjoni tal-prezz tal-aluminju). Kif kien iddikjarat fil-premessa (96) tar-Regolament proviżorju, l-użu ta’ tali metodoloġija tabilħaqq iżid il-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet. Minħabba li l-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet stabbilit b’referenza għall-prezz sħiħ (bħala perċentwal) kien diġa sostanzjali, dan il-metodu ma kienx segwit aktar.

(93)

It-twaqqigħ tal-prezzijiet ikkalkulat għall-prodott ikkonċernat bħala ħaġa sħiħa jvarja minn 20 % għal 38 %. It-twaqqigħ tal-prezzijiet jibqa’ sostanzjali għaż-żewġ segmenti (bejn 15 % u 29 % għall-MTO u 49 % u 63 % għall-AM).

6.   IL-QAGĦDA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

6.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-indikaturi makro u mikro tad-dannu

(94)

Parti waħda indikat li l-Kummissjoni applikat definizzjoni żbaljata tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni u li l-evalwazzjoni tad-dannu kellha tkun ibbażata fuq informazzjoni relatata unikament mal-kwerelanti u dawk li jappoġġjaw l-ilment u mhux fuq il-bażi tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(95)

L-industrija tal-Unjoni kienet iddefinita kif previst fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. L-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-produzzjoni totali tal-Unjoni hija konformi mar-Regolament bażiku. B’hekk, l-argument li l-evalwazzjoni tad-dannu kienet ibbażata fuq definizzjoni żbaljata tal-industrija tal-Unjoni m’għandux jiġi aċċettat. Konsegwentement, ma setgħux jiġu aċċettati l-argumenti kollha rigward l-iżvilupp ta’ xejriet ta’ indikaturi tad-dannu fejn intużat id-dejta tal-produtturi fil-kampjun u li kkoperaw bħala l-bażi tal-analiżi.

(96)

Kumment ieħor aktar ġenerali kien li l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-kwestjonarji u l-minikwestjonarji tal-produtturi kienu defiċjenti. Il-Kummissjoni eżaminat dawn il-kummenti fid-dettal u talbet verżjonijiet mhux kunfidenzjali mtejba, fejn kien hemm il-ħtieġa. Dawn kienu inklużi fil-fajl disponibbli għall-konsultazzjoni minn partijiet interessati, u b’hekk ippermettew b’mod sħiħ id-difiża tad-drittijiet kif jixraq.

(97)

Xi partijiet allegaw li xi produtturi tal-UE imisshom kienu esklużi minħabba l-fatt li huma ma pprovdewx informazzjoni sħiħa rigward l-attivitajiet tagħhom. Il-partijiet allegaw ukoll li din l-esklużjoni kien ikollha impatt fuq ir-riżultat. Madankollu, dawn l-allegazzjonijiet mhumiex appoġġjati mill-fatti minħabba li l-produtturi tal-UE msemmija hawnhekk tabilħaqq ipprovdew l-informazzjoni kollha rilevanti. Għaldaqstant, dawn ma jistgħux jiġu aċċettati.

(98)

Importatur wieħed indika wkoll li kien imissu ġie kklassifikat bħala produttur tal-UE minħabba l-fatt li kien esternalizza l-proċess tal-manifattura għall-pajjiż ikkonċernat filwaqt li ħafna attivtajiet oħra (pereżempju d-disinn) twettqu fl-UE. Din il-kumpanija tat b’kuntratt il-proċess tal-manifattura filwaqt li żammet xi attivitajiet fl-Unjoni, eż. l-ittestjar tar-roti. Madankollu, peress li l-proċess tal-manifattura jitwettaq fil-pajjiż ikkonċernat dan l-importatur ma jistax jitqies bħala produttur tal-UE fil-proċedura antidumping. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, din l-allegazzjoni ma setgħetx tiġi aċċettata.

(99)

Xi partijiet wettqu analiżi tal-indikaturi tad-dannu fuq bażi ta’ kumpanija. Tali mudell ma jistax jiġi aċċettat peress li l-analiżi tad-dannu titwettaq għall-industrija tal-UE bħala ħaġa waħda.

6.2.   Indikaturi makroekonomiċi

6.2.1.   Il-bejgħ u s-sehem tas-suq

(100)

Sussegwentement għall-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, il-partijiet talbu dejta bis-segmenti MTO u AM maqsumin. It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dejta rigward il-bejgħ u s-sehem tas-suq maqsuma bejn is-segmenti MTO u AM:

 

2006

2007

2008

PI

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija MTO kollha tal-Unjoni f’unitajiet ta’ 000

36 820

36 240

34 932

28 719

Indiċi 2006 = 100

100

98

95

78

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija AM kollha tal-Unjoni f’unitajiet ta’ 000

8 626

10 443

7 962

7 075

Indiċi 2006 = 100

100

121

92

82

Is-sehem tas-suq MTO (%) (is-sehem tal-produtturi tal-UE tal-konsum totali MTO)

84,5  %

82,3  %

83  %

82,3  %

Indiċi 2006 = 100

100

97

98

97

Is-sehem tas-suq AM (%) (is-sehem tal-produtturi tal-UE tal-konsum totali AM)

57,4  %

56,7  %

49  %

48,5  %

Indiċi 2006 = 100

100

99

85

84

(101)

Intużaw sorsi differenti ta’ informazzjoni biex tkun stabbilita l-qasma, l-aktar notevoli d-dejta pprovduta mill-produtturi tal-UE matul l-investigazzjoni, id-dejta mill-ilment kif ukoll id-dejta miġbura fl-istadju qabel it-tnedija.

(102)

It-tabella ta’ hawn fuq turi xejra ‘l isfel fir-rigward tal-bejgħ u s-sehem tas-suq kemm għas-segment MTO kif ukoll għas-segment AM.

6.2.2.   Ix-xena kuntrattwali

(103)

Kif speċifikat fil-premessa (112) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kompliet tikkontrolla l-offerti mogħtija matul il-PI li madankollu kienu se jitwettqu fil-ġejjieni. Id-dejta li diġà kienet fil-fajls ġiet issupplimentata b’informazzjoni ġdida li waslet mingħand il-manifatturi tar-roti tal-UE u l-produtturi tal-karozzi. Din id-dejta kkonfermat l-ordnijiet tad-daqs tax-xiri u x-xejriet fir-rigward tas-sehem tas-suq tal-fornituri Ewropej u Ċiniżi. Hija msaħħa b’argumenti sottomessi mill-produtturi tal-karozzi li ddikjaraw li s-sehem tal-importazzjoni miċ-Ċina żdied minħabba l-kompetittività u l-kwalità mseddqa u l-kapaċitajiet imtejba tal-proċessi ta’ produzzjoni.

6.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

6.3.1.   L-ispiża tal-produzzjoni

(104)

Parti waħda indikat li d-dejta dwar il-profittabbiltà rrapurtata fil-premessa (117) tar-Regolament proviżorju ma tikkorrispondix ma’ dik dwar il-bejgħ u l-ispiża tal-produzzjoni fil-premessi (89) u (122) tar-Regolament proviżorju. Dan kien minħabba żball tal-kitba fil-kalkolu tal-ispiża tal-produzzjoni li wassal għall-użu ta’ sett tad-dejta żbaljat. Dan l-iżball ġie kkoreġut u ċ-ċifri tal-ispiża tal-produzzjoni qed jintwerew fit-tabella ta’ hawn taħt.

F’Euro

2006

2007

2008

PI

L-ispiża medja tal-produzzjoni (kull unità)

48,1

49,4

48,7

49,1

(105)

Il-korrezzjoni m’affettwatx ix-xejra stabbilita fl-istadju proviżorju. L-ispiża medja tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perijodu kkunsidrat.

6.3.2.   Il-profittabbiltà

(106)

B’risposta għat-talbiet tal-partijiet biex tingħata dejta bis-segmenti MTO u AM maqsumin, il-profittabbiltà ġiet ikkalkulata separatament għas-segmenti MTO u AM. Ix-xejriet u l-ordnijiet tad-daqs kienu kkonfermati.

F’%

2006

2007

2008

PI

It-total tal-profittabbiltà

3,2

0,7

–1,5

–5,4

Il-profittabbiltà MTO

3,1

0,4

–1,4

–5,7

Il-profittabbiltà AM

5,2

5,7

–3,3

–2,4

(107)

Kif jidher fit-tabella ta’ hawn fuq, il-profittabbiltà kienet affettwata kemm għas-segment MTO kif ukoll għas-segment AM. Matul il-perijodu kkunsidrat, din naqset bi 8,8 punti perċentwali fis-segment MTO u b’7,6 punti perċentwali fis-segment AM. Konsegwentement, l-ordnijiet tad-daqs u x-xejriet għas-segmenti MTO u AM ikkunsidrati separatament jikkoinċidu ma’ dawk għall-prodott ikkonċernat meqjus bħala ħaġa sħiħa (tnaqqis ta’ 8,7 punti perċentwali).

6.3.3.   Dħul mill-investiment

(108)

Il-partijiet enfasizzaw ineżattezzi potenzjali fil-kalkolu tad-dħul mill-investiment. Iċ-ċifri rrapurtati jqisu l-affarijiet kollha li jsawru d-dħul mill-investiment, inkluż id-deprezzament. Għaldaqstant, l-allegazzjonijiet ma jistgħux jiġu aċċettati.

6.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(109)

Il-konklużjonijiet dwar id-dannu kif stabbiliti fil-premessi (80) – (123) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati. L-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali, li kienet riflessa b’mod l-aktar notevoli fit-tnaqqis fil-profittabbiltà. Xi indikaturi tad-dannu kienu analizzati separatament għas-segmenti MTO u AM. Ix-xejriet u l-ordnijiet tad-daqs tal-iżviluppi ta’ dawn l-indikaturi jikkorrispondu ma’ dawk stabbiliti għall-prodott ikkonċernat kollu.

7.   KAWŻALITÀ

7.1.   Impatt tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(110)

Xi partijiet indikaw li t-tnaqqis fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien riżultat ta’ tnaqqis fil-konsum (li allegatament nissel ukoll tnaqqis fil-kapaċità). Tabilħaqq, ir-Regolament proviżorju ma kkontestax li l-konsum fis-suq tal-Unjoni kien qiegħed jiċkien. Għalkemm huwa possibbli li fatturi oħra, minbarra l-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ (il-kriżi ekonomika u l-importazzjoni mit-Turkija), setgħu kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-UE, l-impatt ta’ dawk il-fatturi l-oħra mhuwiex tali li jikser ir-rabta kawżali kif stabbilita fil-premessi (136) – (152) tar-Regolament proviżorju. Fi kwalunkwe każ, kif kien spjegat fil-premessi (126) et seq tar-Regolament proviżorju hemm rabta evidenti bejn iż-żieda sinifikanti fil-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi u d-dannu osservat fl-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (103) tar-Regolament proviżorju u kuntrarju għall-allegazzjonijiet tal-partijiet, il-kapaċità baqgħet stabbli matul il-perijodu kkunsidrat (notevolment bejn l-2006 u l-2008, bi tnaqqis ta’ 4 % bejn l-2008 u l-PI).

(111)

Xi partijiet semmew l-istqarrijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-websajts tagħhom fuq l-Internet u l-fatt li l-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ ma ssemmietx fost il-kawżi tad-dannu. Irrispettivament minn kwalunkwe stqarrija pubblika tal-produtturi tal-Unjoni (li fi kwalunkwe każ ma jeskludux l-importazzjoni miċ-Ċina bħala kawża potenzjali tad-dannu) id-dejta fil-fajls turi b’mod ċar li hemm rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

(112)

Xi partijiet indikaw li t-tnaqqis fil-profittabbiltà kien dovut għat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. Għaldaqsatant, il-produtturi ma setgħux jamortizzaw l-ispejjeż fissi tagħhom fuq numru iżgħar ta’ roti prodotti. Madankollu, it-tnaqqis fil-produzzjoni kien dovut għat-telf fis-sehem tas-suq li kien dovut għall-penetrazzjoni mill-importazzjoni ta’ prodotti Ċiniżi.

(113)

Xi partijiet indikaw li l-importazzjoni mir-RPĊ ma setgħetx tkun il-kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni minħabba li fis-sena 2007 kien hemm tnaqqis fil-profittabbiltà minkejja li l-prezzijiet u l-bejgħ kienu stabbli. Huwa mfakkar li bejn l-2006 u l-2007 kien hemm żieda fis-sehem tas-suq tal-importazzjoni mir-RPĊ u żieda ta’ 40 % fir-rigward tal-volumi. Fuq din il-bażi, l-allegazzjoni ma setgħetx tiġi aċċettata.

(114)

Il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (126) – (130) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

7.2.   Effetti ta’ fatturi oħra

7.2.1.   Qasma segmentali

(115)

Il-partijiet tennew l-allegazzjonijiet tagħhom li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni, li tindirizza l-maġġoranza tal-bejgħ tagħha lejn is-segment MTO, ma setax ikun ikkawżat mill-importazzjoni miċ-Ċina li tikkonċentra prinċipalment fuq is-segment AM u għandha preżenza MTO limitata. Huwa mfakkar li dawn il-kummenti kienu indirizzati fir-Regolament proviżorju, fil-premessi (131) – (135).

(116)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji xi partijiet irreferew għall-premessa (133) tar-Regolament proviżorju li tgħid li “hemm indikazzjonijiet li l-produtturi tal-karozzi jużaw prezzijiet Ċiniżi biex iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-UE.” Dawk il-partijiet indikaw li l-Istituzzjonijiet ma jistgħux jibbażaw ir-riżultati tagħhom fuq indikazzjonijiet imma fuq evidenza pożittiva biss. Il-partijiet indikaw ukoll li l-ebda informazzjoni fil-fajl disponibbli għall-konsultazzjoni minn partijiet interessati ma kienet disponibbli sabiex tintuża bħala evidenza għat-tali allegazzjonijiet.

(117)

Is-sensittività kummerċjali għolja ta’ dan it-tip ta’ informazzjoni trid tkun enfasizzata mill-bidu nett. Minbarra l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ingħatat aktar informazzjoni mill-partijiet. Din l-informazzjoni addizzjonali kkonfermat il-konklużjonijiet ibbażati fuq l-evidenza disponbibbli għall-Kummissjoni fl-istadju proviżorju li turi xejra ċara ta’ pressjoni ‘l isfel fil-prezzijiet. Il-Kummissjoni bniet ukoll fajl fir-rigward tal-aspett tal-pressjoni fuq il-prezzijiet. Sottomissjoni ddettaljata ngħatat mill-produtturi tal-Unjoni. Din tat lill-Kummissjoni perspettiva oħra rigward id-dettalji tal-proċess tal-offerti u kkonfermat il-konklużjonijiet fir-rigward tal-pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet u l-użu tal-offerti Ċiniżi bħala punt ta’ referenza biex tkun eżerċitata tali pressjoni. Tabilħaqq f’xi każijiet il-prezz fil-mira stabbilit mill-produtturi tal-karozzi (li jikkostitwixxi l-punt tat-tluq tan-negozjati) kien diġà stabbilit taħt l-ispejjeż tal-produtturi tal-Unjoni u għaldaqstant ma kienx sostenibbli mill-bidu nett. F’xi każijiet anki offerti taħt dak il-livell ma kellhomx suċċess.

(118)

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni xi produtturi tal-karozzi sempliċement jindikaw lil dawk li jitfgħu l-offerti tagħhom li huma għandhom ibaxxu l-prezzijiet skont l-offerti Ċiniżi; xi oħrajn jużaw kwotazzjonijiet minn kumpaniji li ma kinux qed jipparteċipaw fl-offerta; finalment xi oħrajn ma jirrestrinġux l-offerti tagħhom u kulħadd jista’ jitfa’ offerta (anki dawk li ma jistgħu qatt jissodisfaw ir-rekwiżiti).

(119)

Il-manifatturi tal-karozzi indikaw li l-prezz mhuwiex fattur determinanti fid-deċiżjonijiet tagħhom rigward ix-xiri. Tabilħaqq l-informazzjoni fil-fajls turi li jista’ jkun hemm kunsiderazzjonijiet oħra, madankollu l-prezz għandu rwol predominanti.

(120)

Il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (131) – (135) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

7.2.2.   Impatt tal-importazzjonijiet mit-Turkija

(121)

Il-partijiet indikaw li l-Kummissjoni ssottovalutat l-impatt tal-importazzjoni mit-Turkija bħala kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Huwa mfakkar li r-Regolament proviżorju fil-premessi (136) – (137) irrikonoxxa li l-prezzijiet iżjed baxxi tal-importazzjoni mit-Turkija setgħu kellhom xi impatt negattiv fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni imma mhux tali li jiksru, waħidhom, ir-rabta kawżali bejn l-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(122)

L-impatt tal-importazzjoni mit-Turkija kien meqjus ukoll għal kull segment. Ġie stabbilit li 0,75 tal-importazzjoni mit-Turkija kienet MTO. Kien ikkonfermat li x-xejriet u l-ordnijiet tad-daqs stabbiliti għas-segmenti MTO u AM meta meqjusa flimkien kienu jikkorrispondu ma’ dawk għaż-żewġ segmenti meqjusa separatament. Skont l-informazzjoni fil-fajls (mogħtija minn partijiet differenti li kkoperaw) il-prezzijiet AM tal-importazzjoni mit-Turkija naqsu matul il-perijodu kkunsidrat. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni MTO mit-Turkija, dawn baqgħu relattivament stabbli.

(123)

Il-partijiet enfasizzaw li l-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija naqsu b’mod sinifikanti bejn l-2008 u l-PI. Madankollu, kif kien innotat fil-premessa (137) tar-Regolament proviżorju, id-differenza fil-prezzijiet kienet konsiderevolment inqas minn dik bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina u l-prezzijiet tal-produtturi tal-UE.

(124)

Minħabba l-kummenti ta’ parti waħda li t-Turkija għandha tkun inkluża fl-ilment (ara l-premessi (9) et seq ta’ hawn fuq), għandu jkun innotat li n-nuqqas ta’ inklużjoni tat-Turkija ma tiksirx ir-rabta kawżali bejn l-esportazzjoni miċ-Ċina tal-prodott ikkonċernat u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(125)

Għaldaqstant, fuq din il-bażi, l-allegazzjonijiet imressqa mill-partijiet ma jistgħux jiġu aċċettati. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fl-assenza ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-premessi (136) – (137) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

7.2.3.   Impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(126)

Xi partijiet indikaw li s-sehem tas-suq tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ żdied bejn l-2006 u l-2008. Għandu jkun innotat li s-sehem tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi baqa’ stabbli b’varjazzjonijiet żgħar ta’ madwar 1 %. Għaldaqstant, din l-allegazzjoni ma setgħetx tiġi aċċettata.

(127)

Xi pajjiżi semmew l-importazzjoni mill-Afrika t’Isfel bħala fattur li jikkontribwixxi għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni minħabba l-volum u/jew il-prezzijiet tagħha. Kif kien spjegat fil-premessa (99) tar-Regolament proviżorju, is-sehem tas-suq tal-importazzjoni mill-Afrika t’Isfel, anki jekk żdiedet fir-rigward tal-volumi, baqa’ stabbli mill-2007 (fil-livell ta’ 1,4 % b’żieda ta’ 0,6 % bejn l-2006 u l-2007). Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni li l-parti l-kbira ta’ din l-importazzjoni kienet maħsuba għas-suq MTO. Safejn huma kkonċernati l-prezzijiet tal-importazzjoni MTO mill-Afrika t’Isfel, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni kontradittorja. Fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, wieħed jista’ jikkonkludi li huma żdiedu minn EUR 43 sa EUR 51. Din id-dejta hija konformi wkoll ma’ informazzjoni pprovduta minn produttur wieħed tal-UE. Għaldaqstant, l-allegazzjoni fir-rigward tal-impatt tal-importazzjoni mill-Afrika t’Isfel ma tistax tiġi aċċettata.

(128)

Il-konklużjonijiet tar-Regolament proviżorju fil-premessi (136) – (138) fir-rigward tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi meħuda flimkien jew f’iżolament huma b’hekk ikkonfermati.

7.2.4.   Impatt tal-kriżi ekonomika

(129)

Il-partijiet tennew l-argumenti tagħhom dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja. Dawk il-kummenti, l-aktar notevoli t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-karozzi, kienu indirizzati fir-Regolament proviżorju.

(130)

Kif kien mistqarr fil-premessa (142) tar-Regolament proviżorju, ix-xejra ‘l isfel bdiet ħafna qabel il-kriżi ekonomika u seħħet fl-istess żmien tal-penetrazzjoni fis-suq mill-importazzjoni mir-RPĊ.

(131)

Il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (139) – (144) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

7.2.5.   Kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni u l-konċentrazzjoni fis-suq tal-UE

(132)

Il-partijiet indikaw li l-istruttura tal-industrija tal-Unjoni kkontribwiet għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, kif kien speċifikat fil-premessi (146) u (147) tar-Regolament proviżorju, id-dejta miġbura matul l-investigazzjoni turi li kumpaniji kbar u żgħar kienu affettwati l-istess.

7.2.6.   Deċiżjonijiet rigward il-ġestjoni mill-produtturi tal-Unjoni

(133)

Xi partijiet indikaw li l-kawżi tad-dannu jinsabu fid-deċiżjonijiet ħżiena dwar il-ġestjoni meħuda mill-produtturi tal-Unjoni. Dawk il-kummenti rreferew għall-produtturi msemmija fil-premessa (124) tar-Regolament proviżorju li jew għalqu jew segwew proċeduri ta’ insolvenza. Huwa mfakkar li r-Regolament proviżorju semma 30 kumpanija filwaqt li l-kummenti tal-partijiet irreferew għal 4 biss. B’mod ġenerali dawk il-kummenti ma kinux issostanzjati. Fi kwalunkwe każ, id-dejta fil-fajls turi b’mod ċar ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjoni mir-RPĊ. Din il-konklużjoni hija msaħħa mill-fatt li minkejja l-għeluq tal-kumpaniji, is-sehem tas-suq tal-kumpaniji li kien baqa’, ma żdiedx.

7.2.7.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mill-industrija tal-UE

(134)

Xi partijiet indikaw li produttur wieħed tal-UE offra roti orħos minn pajjiżi terzi u b’hekk ikkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-UE. Madankollu, dawn l-allegazzjonijiet ma kinux ikkonfermati b’evidenza. Fuq kollox ma kienx ċar jekk tali importazzjoni kinitx taffettwa xi kwantitajiet sinifikanti. Għaldaqstant, din l-allegazzjoni ma setgħetx tiġi aċċettata.

7.2.8.   Prezzijiet tal-aluminju u l-kuntratti ta’ forniment tal-industrija tal-Unjoni

(135)

Kien indikat li l-ispiża medja tal-produzzjoni baqgħet stabbli minkejja l-bidliet fil-prezzijiet tal-aluminju. Il-partijiet indikaw li t-telf imġarrab mill-produtturi tal-Unjoni kien dovut għall-fatt li huma daħlu f’kuntratti ta’ medda twila ta’ żmien għall-forniment tal-aluminju li ma ħasbux għall-aġġustament fil-prezz f’konformità mat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-LME. L-informazzjoni fil-fajls sottomessi minn produtturi tal-Unjoni li kkoperaw ikkontradixxiet tali allegazzjonijiet. Għaldaqstant ma setgħux jiġu aċċettati.

7.2.9.   Varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju

(136)

Kien argumentat ukoll li d-dannu lill-produtturi tal-Unjoni jista’ jkun li jonqos bħala riżultat taż-żieda fil-valur tar-RMB imqabbel mal-EUR. Il-varjazzjoni fil-kambju timbotta ‘l fuq lill-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping li huma kkummerċjati bl-EUR sabiex tonqos id-differenza bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping u l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni.

(137)

F’dan l-ambitu għandu jkun innotat li l-investigazzjoni trid tistabbilixxi jekk l-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping (fir-rigward ta’ prezzijiet u volum) ikkawżatx (jew tistax tikkawża) dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni jew jekk tali dannu materjali kienx dovut għal fatturi oħra. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jgħid li huwa meħtieġ li jintwera li l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping jikkawża dannu. Għaldaqstant, dan sempliċiment jirreferi għad-differenza bejn il-livell tal-prezzijiet, u b’hekk m’hemm l-ebda rekwiżit li jkunu analizzati l-fatturi li jaffettwaw il-livell ta’ dawk il-prezzijiet.

(138)

L-effett potenzjali tal-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni huwa essenzjalment eżaminat billi jkun stabbilit it-twaqqigħ tal-prezzijiet, it-tnaqqis fil-prezzijiet u t-trażżin tal-prezzijiet. Għal dan l-iskop, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huma mqabbla, u l-prezzijiet tal-esportazzjoni użati għall-kalkoli tad-dannu jista’ xi kultant ikollhom jinqalbu f’munita oħra sabiex ikun hemm bażi komparabbli. Konsegwentement, l-użu tar-rati tal-kambju f’dan il-kuntest jiżgura biss li d-differenza fil-prezz tkun stabbilita fuq bażi komparabbli. Minn dan, isir ovvju li r-rata tal-kambju tista’ fil-prinċipju ma tkunx fattur ieħor tad-dannu.

(139)

Dak li jissemma hawn fuq huwa kkonfermat ukoll bil-kliem tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, li jirreferi għal fatturi magħrufa minbarra l-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping. Il-lista ta’ fatturi magħrufa oħra f’dan l-Artikolu ma tagħmilx referenza għal xi fattur li jaffettwa l-livell tal-prezz tal-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping.

(140)

Madankollu, anke fil-każ li tqies dan il-fattur, minħabba l-pressjoni potenzjali fuq il-prezzijiet tal-konsumatur f’kuntest ta’ tnaqqis fis-suq, mhuwiex probabbli li l-importaturi li jixtru mill-pajjiż ikkonċernat ikunu kapaċi jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut minħabba ż-żieda fil-valur tar-RMB. Barra minn hekk, huwa diffiċli ħafna li wieħed jipprevedi r-rati tal-kambju bħala tali. Finalment, seħħet żieda fil-valur tar-RMB kontra l-EUR wara l-PI. Dawn l-elementi kollha jagħmluha impossibbli li wieħed jikkonkludi li l-varjazzjonijiet tal-kambju se jkollhom effett ‘il fuq fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat.

(141)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ma jistax ikun konkluż li l-iżvilupp tar-rata tal-kambju jista’ jkun fattur ieħor li jikkawża d-dannu.

7.2.10.   Żieda fid-domanda għal roti tal-azzar

(142)

Xi partijiet indikaw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għall-fatt li fi żmien ta’ kriżi ekonomika l-konsumaturi jagħżlu roti tal-azzar li huma anqas għaljin, jew karozzi iżgħar li allegatament ikunu ta’ spiss mgħammra b’roti tal-azzar. Dan l-argument kien allegat li huwa msaħħaħ mill-fatt li l-iskemi ta’ għajnuna introdotti minn pajjiżi Ewropej differenti, inċentivaw il-bejgħ ta’ karozzi iżgħar. Min-naħa l-oħra, partijiet oħra indikaw li għalkemm l-iskemi ta’ għajnuna tabilħaqq setgħu inċentivaw il-bejgħ ta’ karozzi iżgħar, dawk il-karozzi kienu mgħammra aħjar u kellhom roti tal-aluminju.

(143)

Twettqet analiżi addizzjonali fuq il-bażi tad-dejta disponibbli, minħabba li m’hemmx statistika ġenerali rigward ir-roti tal-azzar. Id-dejta dwar il-livell tal-konsum tar-roti tal-azzar tista’ tinkiseb bit-tqabbil tad-dejta dwar il-produzzjoni tal-karozzi fl-UE (premessa (141) tar-Regolament proviżorju) u l-konsum tar-roti MTO (ara l-premessa (85) ta’ hawn fuq).

 

2006

2007

2008

PI

Il-produzzjoni ta’ karozzi fl-UE (f’unitajiet ta’ 000)

16 198

17 103

15 947

13 443

L-ammont ta’ roti użati fil-produzzjoni tal-karozzi (produzzjoni*4.5 rota)

72 891

76 963

71 761

60 493

Il-konsum ta’ roti tal-aluminju MTO fl-UE (f’unitajiet ta’ 000)

43 573

44 009

42 076

34 915

Il-konsum ta’ roti tal-azzar fl-UE (f’unitajiet ta’ 000)

29 318

32 954

29 685

25 578

Is-sehem tar-roti tal-aluminju MTO

59  %

57  %

58  %

57  %

Is-sehem tar-roti tal-azzar

40  %

42  %

41  %

42  %

(144)

It-tabella turi li l-konsum tar-roti tal-azzar naqas bi 12 % bejn l-2008 u l-PI. Is-sehem tar-roti tal-aluminju fil-produzzjoni ta’ karozzi ġodda naqas b’punt perċentwali bejn l-2008 u l-PI (il-perijodu affettwat mill-kriżi ekonomika). Is-sehem tar-roti tal-azzar fil-produzzjoni ta’ karozzi ġodda fl-UE naqas b’punt perċentwali fl-istess perijodu.

(145)

Jista’ jkun konkluż li s-sehem tar-roti tal-aluminju u tal-azzar fil-produzzjoni ta’ karozzi ġodda baqa’ stabbli. Barra minn hekk, ix-xejriet tal-konsum u l-produzzjoni tar-roti tal-aluminju wkoll ma jappoġġjawx l-argument ta’ hawn fuq. Għaldaqstant, ma setax jiġi aċċettat.

7.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(146)

L-ebda argument sottomess mill-partijiet interessati ma wera li l-impatt ta’ fatturi minbarra l-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ huwa tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu kkonstatat. B’hekk il-konklużjonijiet dwar il-kawżalità fir-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

8.   INTERESS TAL-UNJONI

(147)

Minħabba l-kummenti tal-partijiet, il-Kummissjoni għamlet analiżi ulterjuri rigward l-argumenti kollha marbuta mal-interess tal-Unjoni. Il-kwistjonijiet kollha ġew eżaminati u l-konklużjonijiet tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

8.1.   Interess tal-importaturi

(148)

Kif tħabbar fil-premessa (160) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kompliet tinvestiga l-impatt tad-dazji fuq il-kumpaniji li jimportaw u jbiegħu mill-ġdid l-ARWs taħt l-isem tal-kumpanija tagħhom, li l-produzzjoni tagħhom ġiet esternalizzata lejn ir-RPĊ. Kien stabbilit li għalkemm l-impatt tad-dazji fuq tali kumpanija probabbilment ikun akbar mill-impatt fuq tipi oħra ta’ importaturi kif iddefiniti fil-premessi (159)-(160) tar-Regolament proviżorju, xorta ma jkunx sproporzjonat minħabba l-effetti globali fuq l-industrija kollha tal-Unjoni.

(149)

Fuq il-bażi tad-dejta dwar il-prezzijiet ipprovduta għall-PI minn importatur wieħed li jikkopera (esternalizzatur) kien stabbilit li l-marġni tal-qligħ miksub minn tali kumpanija jkun biżżejjed biex jinġarru l-effetti tad-dazji. Il-marġni miksuba minn dik il-kumpanija kienu ogħla mid-dazji proposti.

8.2.   L-interess tal-utenti

(150)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, il-partijiet tennew il-kummenti ġenerali dwar l-impatt tal-ispejjeż għolja tal-miżuri mingħajr ma pprovdew evidenza biex jissostanzjaw tali allegazzjonijiet. Huwa mfakkar li l-analiżi dwar l-impatt tal-ispejjeż kien ibbażat fuq dejta pprovduta mill-manifatturi tal-karozzi li kkoperaw. Tliet kumpaniji biss ipprovdew tali dejta qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji u din id-dejta biss setgħet tifforma l-bażi tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(151)

Kif kien iddikjarat fil-premessa (165) tar-Regolament proviżorju, l-impatt tal-miżuri fuq l-ispejjeż huwa limitat, bl-ogħla impatt fuq l-ispejjeż ta’ 0,223 % (jekk ikun aċċettat li l-livelli kollha tal-prezzijiet se jiżdiedu b’22,3 %). Madankollu, anki dan l-ogħla impatt fuq l-ispejjeż jidher limitat minħabba d-dħul miksub mill-produtturi tal-karozzi.

(152)

Xi partijiet indikaw li ż-żieda fl-ispejjeż minħabba l-miżuri se tisforzahom ibiddlu l-post tal-produzzjoni tagħhom. Madankollu, minħabba l-impatt limitat fuq l-ispejjeż id-deċiżjoni biex jinbidel il-post tal-produzzjoni tal-karozzi msemmija minn xi produtturi tal-karozzi tidher sproporzjonata għall-impatt stabbilit fuq l-ispejjeż. Għaldaqstant, l-allegazzjonijiet ma setgħux jiġu aċċettati.

(153)

Għandu jkun innotat ukoll li l-argumenti dwar l-impatt tal-ispejjeż għolja jikkontradixxu l-kummenti ta’ xi manifatturi tal-karozzi li huma jiddependu fuq il-provvisti Ċiniżi b’mod limitat ħafna.

(154)

B’hekk il-konklużjonijiet dwar l-impatt fuq l-ispejjeż tal-miżuri fir-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

8.3.   Varjetà ta’ sorsi ta’ provvista

(155)

Il-kwerelant ssottomettiet li l-impożizzjoni tal-miżuri se jkun fl-interess tal-industrija tal-karozzi. Meta jkun żgurat li l-industrija tal-Unjoni tibqa’ taħdem, dan jiżgura varjetà ta’ sorsi ta’ provvisti.

(156)

Partijiet oħra, l-aktar notevoli l-utenti, tennew l-argumenti tagħhom rigward il-kompetizzjoni fis-suq tal-UE. Huma indikaw ukoll li l-importazzjoni mir-RPĊ kienet essenzjali biex tkun koperta d-domanda fis-suq tal-UE għaliex il-produtturi tal-UE ma kinux kapaċi jipprovdu kapaċitajiet suffiċjenti. Filwaqt li r-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità baqgħet fil-livell ta’ 92 % fis-snin 2006 u 2007, kien hemm tnaqqis drammatiku għal 84 % fl-2008 u 73 % fil-PI. Din id-dejta turi b’mod ċar li hemm, speċjalment attwalment, biżżejjed kapaċitajiet liberi li jistgħu jintużaw biex tiżdied il-produzzjoni. Barra minn hekk, l-argument ta’ nuqqas ta’ kapaċitajiet fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni jikkontradixxi l-allegazzjonijiet l-oħra mill-industrija tal-karozzi jiġifieri dawk ta’ domanda sostanzjalment imnaqqsa għar-roti MTO. Għaldaqstant, l-allegazzjonijiet ma setgħux jiġu aċċettati.

(157)

Parti waħda indikat ukoll li l-produtturi Ċiniżi ma kinux qegħdin jipproduċu l-istess tipi ta’ prodotti bħall-manifatturi Ewropej tal-ARW. Dawn l-allegazzjonijiet ma setgħux jiġu aċċettati minħabba l-livell ta’ tqabbil PCN misjub f’dan il-każ (skont il-kalkolu mwettaq, kif spjegat fil-premessa (93), il-proporzjon tat-tqabbil ikun 92 % għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet għall-prodott ikkonċernat meqjus bħala ħaġa sħiħa u 77 % għas-segmenti MTO u AM meta meqjusa separatament).

(158)

Il-konklużjonijiet fil-premessa (166) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

8.4.   Korea t’Isfel

(159)

Xi partijiet tennew il-kummenti tagħhom rigward l-impatt negattiv tad-dazji fil-każ preżenti meta kkombinati ma’ fatturi oħra, bħall-vantaġġ kompetittiv mogħti lill-manifatturi tal-karozzi tal-Korea t’Isfel fuq il-bażi tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles. Dawn il-kummenti ma kinux issostanzjati b’xi evidenza ġdida. Għandu jkun innotat li m’hemmx evidenza li l-FTA se jirriżulta f’dannu għall-industrija tal-karozzi u li fi kwalunkwe każ hemm disponibbli strument ta’ salvagwardja taħt l-FTA imsemmi bħala rimedju. Il-konklużjonijiet fil-premessi (167) u (168) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

8.5.   Konklużjoni rigward l-interess tal-Unjoni

(160)

Il-konklużjonijiet fil-premessi (153) - (171) tar-Regolament proviżorju huma b’hekk ikkonfermati.

9.   MIŻURI PROVIŻORJI

9.1.   Livell tal-eliminazzjoni tad-dannu

(161)

Il-maġġoranza tal-kummenti li waslu kienu jikkonċernaw il-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu. Il-partijiet ikkontestaw il-metodoloġija ta’ dan il-kalkolu bħala tali u lmentaw rigward żvelar li ma kienx suffiċjenti.

9.1.1.   Żvelar

(162)

Huwa mfakkar li l-metodoloġija għall-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu kien spjegat fid-dettal fin-nota inkluża fil-fajl disponibbli għall-konsultazzjoni minn partijiet interessati fid-data tal-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji. Il-partijiet interessati kollha rċevew ukoll din in-nota flimkien mal-ittra tal-iżvelar mibgħuta fl-istess jum.

(163)

It-tieni nota kienet inkluża fil-fajl disponibbli għall-konsultazzjoni minn partijiet interessati fi tweġiba għal kummenti sottomessi wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji.

(164)

Huwa mfakkar li l-PCNs użati għall-kalkolu għal kull produttur tal-karozzi kienu identifikati b’mod ċar fin-nota msemmija hawn fuq. Madankollu, dejta preċiża rigward iċ-ċifri tal-prezz u l-volum ma jistgħux ikunu żvelati minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

(165)

Fir-rigward tal-importazzjoni miċ-Ċina, id-dejta rigward il-kwantitajiet esportati, il-valur tas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni u l-prezzijiet medji ddifferenzjati tal-unitajiet tal-bejgħ ma jistgħux ikunu żvelati għaliex huma bbażati fuq tranżazzjonijiet magħmula minn żewġ esportaturi. L-iżvelar b’hekk jikser ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità kif jinsabu fir-Regolament bażiku.

(166)

Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet magħmula mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-UE, il-provvista’ ta’ aktar informazzjoni ddettaljata tkun siewja meta tingħata individwalment għal kull produttur. Madankollu dan mhuwiex possibbli minħabba li jikser r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità msemmija hawn fuq.

(167)

Għaldaqstant, fuq din il-bażi, jitqies li l-informazzjoni ddettaljata dwar il-metodoloġija applikata fil-kalkolu tad-dazju (inklużi inter alia l-PCNs użati u t-tqassim skont il-produttur tal-karozzi) ipprovdiet lill-partijiet b’informazzjoni biżżejjed biex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom.

9.1.2.   Metodoloġija

(168)

Huwa mfakkar li l-bejgħ taħt il-prezz kien ikkalkulat fuq il-bażi ta’ dejta relatata max-xiri tal-ARW magħmul mill-produtturi tal-karozzi. Minħabba r-raġunijiet spjegati b’mod partikolari fil-premessi (174) - (177) tar-Regolament proviżorju, dan il-mudell iħaddan biss l-ARWs iddestinati għas-segment MTO. Il-produtturi tal-karozzi li kkoperaw mal-investigazzjoni kkonfermaw li huma jixtru l-ARWs skont il-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti. Minħabba n-natura tal-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, il-mudelli li “jinxtraw minn żewġ sorsi” jridu jkunu l-istess fl-aspetti kollha, kemm jekk jinxtraw mir-RPĊ kif ukoll jekk jinxtraw mill-UE. Sabiex ikun żgurat l-ogħla livell possibbli ta’ tqabbil bejn il-prodotti importati miċ-Ċina u dawk tal-UE, it-tqabbil sar separatament PCN għal PCN għal kull produttur kbir tal-karozzi identifikat fid-dejta pprovduta kemm mill-produtturi tal-UE fil-kampjun kif ukoll mill-esportaturi Ċiniżi li kkoperaw. Kuntrarju għall-allegazzjonijiet ta’ xi partijiet dan il-livell ta’ dazji mhuwiex ir-riżultat ta’ xi tip ta’ aġġustament imma jirrikonoxxi li d-dazju jrid ikun stabbilit f’livell adattat biex jirrimedja d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

9.1.2.1.   Informazzjoni użata bħala bażi għall-kalkolu

(169)

Il-partijiet indikaw li l-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu sar fuq il-bażi ta’ sejħiet għall-offerti għalkemm l-informazzjoni fuq is-sejħiet għall-offerti la ntalbet fl-investigazzjoni u lanqas kienet disponibbli fil-fajl disponibbli għall-konsultazzjoni minn partijiet interessati.

(170)

Għalkemm is-sejħiet għall-offerti jissemmew fid-deskrizzjoni tal-metodoloġija applikata biex ikun ikkalkulat il-livell tad-dazju, din ir-referenza kienet biss referenza għat-tip ta’ proċedura ta’ xiri applikata mill-produtturi tal-karozzi li kien jiggarantixxi li roti li jinxtraw minn żewġ sorsi jkunu l-istess u li jista’ jinkiseb livell ogħla ta’ komparabbiltà. Ma kinitx referenza għal dokumentazzjoni jew sorsi ta’ informazzjoni li fuqhom twettqu l-kalkoli.

(171)

Għall-kuntrarju, il-kalkoli twettqu skont il-prattika tas-soltu fuq il-bażi ta’ tqassim ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni kif ipprovdut mill-produtturi esportaturi u l-manifatturi tal-UE fil-kampjun. It-tqabbil PCN twettaq fil-livell tal-produttur tal-karozzi, jiġifieri fi ħdan grupp ta’ tranżazzjonijiet identifikati bħala bejgħ mill-esportaturi u l-produtturi tal-UE lil dan il-produttur speċifiku tal-karozzi. Din id-dejta kienet ivverifikata kollha.

9.1.2.2.   Aġġustamenti

(172)

Il-kummenti tal-partijiet kienu relatati wkoll mal-aġġustamenti magħmula fil-kalkolu. Il-Kummissjoni aċċettat uħud minn dawn il-kummenti.

(173)

Huwa mfakkar li l-prezzijiet CIF tal-esportaturi Ċiniżi kienu aġġustati ‘l fuq biż-żieda ta’ 7,6 %: 4,5 % dazju doganali flimkien ma’ 3,1 % spejjeż oħra tal-importazzjoni. Sabiex jinbena prezz fil-mira fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ attwali tal-manifatturi tal-UE, kellhom isiru żewġ żjidiet oħra:

1.

żieda ta’ 5,4 % fuq il-bażi tad-dħul biex jintlaħaq il-livell tal-ispiża tal-produzzjoni (innota li dan huwa t-telf medju ddifferenzjat għall-produtturi tar-roti tal-UE misjub għall-PI).

2.

żieda ta’ 3,2 % fuq il-bażi tad-dħul mal-ispiża tal-produzzjoni (ikkalkulata skont (1)) biex tkopri qligħ raġonevoli u tasal għal prezz fil-mira. It-3,2 % jikkorrispondu għall-qligħ miksub mill-industrija tal-Unjoni fl-2006, l-ewwel sena tal-perijodu kkunsidrat, meta r-riżultati finanzjarji tal-produtturi tal-Unjoni kienu għadhom mhumiex affettwati minn dumping li jikkawża dannu.

(174)

Fir-rigward tad-dazji doganali, fl-istadju proviżorju l-prezzijiet tal-importazzjoni ġew aġġustati ‘l fuq b’4,5 %. Dan id-dazju jikkorrispondi għad-dazju doganali applikat għall-kodiċi NM 8708 70 50. Madankollu, hija l-kodiċi NM 8708 70 10 li fil-prinċipju tikkonċerna r-roti tal-aluminju għall-użu fit-triq għall-assemblaġġ industrijali (jiġifieri MTO), u mhux il-kodiċi NM 8708 70 50 . Dazju ta’ 3 % huwa applikabbli għall-importazzjoni taħt din il-kodiċi. Minħabba l-metodoloġija użata biex ikun iddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, li huwa bbażat fuq is-segment MTO, u minħabba l-kummenti mill-partijiet wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, huwa xieraq, sabiex tkun żgurata konsistenza fil-mudell, li tintuża rata tad-dazju ta’ 3 %.

(175)

Fir-rigward tal-qligħ fil-mira, il-partijiet indikaw li dan il-marġni ta’ qligħ kien ikkalkulat kemm għall-produtturi MTO kif ukoll għall-produtturi AM u għaldaqstant jista’ jkabbar il-kalkolu bbażat fuq it-tranżazzjonijiet MTO biss. Minħabba l-kummenti tal-partijiet, il-Kummissjoni aġġustat dawn il-kalkoli billi applikat rati ta’ telf u qligħ ikkalkulati għar-roti MTO biss (-5,7 % u 3,1 % rispettivament, ara l-premessa (106) et seq. ta’ hawn fuq).

(176)

Min-naħa l-oħra, il-partijiet argumentaw li l-livell tal-qligħ għandu jkun aġġustat ‘l isfel sabiex jirrifletti l-impatt tal-kriżi. Madankollu, hija prattika konsistenti li jkun applikat marġni ta’ qligħ li l-industrija kienet tikseb fin-nuqqas ta’ prattiki ta’ dumping. Kawżi oħra ta’ dannu, anki jekk jikkontribwixxu, mhumiex individwati fil-kalkolu tal-qligħ fil-mira.

(177)

Ċerti partijiet indikaw li l-metodoloġija użata biex ikun ikkalkulat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu kienet bi ksur tal-metodoloġija preskritta mir-Regolament bażiku. Madankollu, ir-Regolament bażiku ma jippreskrivi l-ebda metodu partikolari biex ikun stabbilit il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu. Il-metodu biex ikun stabbilit tali livell irid ikun eżaminat fir-rigward tal-fatti speċifiċi tal-każ. Kif kien spjegat fir-Regolament proviżorju u fi bnadi oħra f’dan ir-Regolament, il-fatti tal-każ jappoġġaw l-użu tal-metodoloġija applikata mill-Istituzzjonijiet. Barra minn hekk, irid ikun innotat li l-livelli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet żvelati fir-Regolament proviżorju u hawn fuq fil-premessa (93) huma indikazzjoni li jekk jintuża l-mudell issuġġerit minn ċerti partijiet, il-livelli tal-bejgħ taħt il-prezz ikunu ħafna ogħla.

(178)

Meta jitqiesu dawn il-bidliet, ir-rata tad-dazju tammonta għal 22,3 %.

9.1.2.3.   Applikabbiltà tad-“dazju MTO” għall-bejgħ AM

(179)

Parti waħda indikat li ma kienx xieraq li l-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu kien ibbażat biss fuq il-bejgħ MTO waqt li d-dazju kien applikabbli wkoll għar-roti AM. Madankollu, kif kien spjegat hawn fuq (u anki fil-punti (174) - (177) tar-Regolament proviżorju), dan il-mudell huwa xieraq f’dan il-każ, b’mod partikolari minħabba li 85 % tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni jirrelataw mas-segment MTO.

(180)

Il-mudell applikat mill-Kummissjoni, li permezz tiegħu l-kalkolu tal-element tal-eliminazzjoni tad-dannu kien limitat biss għall-MTO, kien l-aktar xieraq. Mudell differenti ma deherx xieraq minħabba li jwassal għal sitwazzjoni fejn sett ta’ dejta tal-esportazzjoni indirizzata l-aktar lejn l-AM ikun imqabbel ma’ dak tal-industrija tal-UE li tbiegħ prinċipalment lis-segment MTO.

(181)

Il-mudell applikat huwa ġġustifikat u raġonevoli għaliex l-għan tal-miżura huwa li telimina d-dannu għall-industrija tal-UE. Dan jiżgura li d-dazju ma kienx stabbilit f’livell ogħla minn dak meħtieġ biex ikun eliminat id-dannu.

9.1.2.4.   Imprattikabbiltà u l-obbligu li jkun stabbilit dazju individwali għal dawk l-operaturi li ngħataw it-TI

(182)

Parti waħda indikat li kuntrarju għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, it-tieni paragrafu ma jipprevedix il-possibbiltà li ma jkunx speċifikat id-dazju individwali. Konsegwentement, hija argumentat li l-eċċezzjoni marbuta mal-imprattikabbiltà ma tistax tkun applikata fil-każ preżenti u li jibqa’ l-obbligu li tkun stabbilita rata ta’ dazju individwali għal dawk l-esportaturi li ngħataw it-TI.

(183)

Ċerti partijiet indikaw ukoll li l-imprattikabbiltà kienet dovuta biss għall-metodoloġija applikata; għaldaqstant kienet “ikkaġunata mill-Kummissjoni stess”. Il-partijiet allegaw li l-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha d-dejta kollha sottomessa mill-produtturi esportaturi AM u b’hekk setgħet tinkludi l-bejgħ AM fil-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu.

(184)

Finalment, ċerti partijiet indikaw li jekk il-Kummissjoni kienet kapaċi tikkalkula t-twaqqigħ tal-prezzijiet separatament għas-segmenti MTO u AM, hija żgur kienet kapaċi tikkalkula l-bejgħ taħt il-prezz. Argument finali kien li l-prezzijiet AM jistgħu jitqabblu mal-prezzijiet MTO minħabba li l-kostruzzjoni PCN m’għamlitx distinzjoni bejn iż-żewġ segmenti.

(185)

Fir-rigward tal-ewwel argument, huwa minnu li l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku huwa bbażat fuq il-preżunzjoni li jekk operatur jingħata t-TI, ikun possibbli li jkun speċifikat dazju individwali għalih. Madankollu, f’dan il-każ partikolari, ikun imprattikabbli u/jew mhux xieraq li jsir dan. Dan minħabba, kif kien spjegat hawn fuq, li biex ikun iddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu huwa meħtieġ li l-fokus ikun fuq il-bejgħ MTO. Barra minn hekk, fir-rigward tal-produtturi kollha li ngħataw it-TI, dazju bbażat ukoll fuq il-bejgħ AM tagħhom ikun għoli eżaġerat, jiġifieri aktar minn dak li jkun iġġustifikat fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ partikolari biex ikun eliminat id-dannu. Dan minħabba, kif kien spjegat hawn fuq, li livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu ta’ 22,3 % huwa biżżejjed biex jipproteġi l-produtturi tal-Unjoni fis-suq primarju tagħhom (l-MTO). Dazju li jkun ibbażat ukoll fuq il-bejgħ AM ta’ dawk il-produtturi – li, fil-każijiet kollha tat-tliet produtturi li ngħataw it-TI, ikun ogħla – għaldaqstant ikun għoli wisq.

(186)

Issemma wkoll li r-referenza għan-nuqqas ta’ dejta affidabbli fil-premessa (182) tar-Regolament proviżorju ma kinitx relatata mal-kwalità tad-dejta pprovduta imma mat-tip ta’ dejta użata fil-kalkolu (it-tqabbil PCN għal kull produttur tal-karozzi, jiġifieri t-tqabbil tal-mudelli mixtrija mir-RPĊ u l-UE minn produttur tal-karozzi speċifiku). It-tip tal-proċedura użata biex jinxtraw ir-roti fis-segment MTO tat l-opportunità li jinkiseb livell akbar ta’ komparabbiltà. L-istess tip ta’ dejta, minħabba l-fatt li jintużaw proċeduri differenti, ma setax ikun ipprovdut għall-bejgħ AM.

(187)

L-eżerċizzju tad-determinazzjoni tad-dannu fuq il-bażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku huwa ġuridikament separat mid-determinazzjoni tal-livell tad-dazju. L-eżerċizzju tal-aħħar jitwettaq meta jkun ġie stabbilit id-dannu bil-għan li jkun iddeterminat livell ta’ dazju li jkun biżżejjed biex jirrimedja d-dannu. Konsegwentement, il-Kummissjoni wettqet dan il-kalkolu skont il-metodoloġija magħżula. Barra minn hekk, il-fatt li l-istruttura PCN ma kinitx tinkludi l-kriterju tal-kanali tal-bejgħ mhuwiex marbut mal-metodoloġija applikata meta kien qed ikun stabbilit il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu.

(188)

L-argumenti tal-partijiet li jirrelataw mal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni tal-imprattikabbiltà kif ukoll mal-karattru mingħajr kundizzjonijiet tal-obbligu li tkun stabbilita rata ta’ dazju individwali ma jistgħux jiġu aċċettati.

9.1.2.5.   Rappreżentattività tat-tranżazzjonijiet użati

(189)

Il-kritika tal-partijiet relatat ukoll mal-fatt li l-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu kien arbitrarju għaliex għażel biss ftit tranżazzjonijiet mhux rappreżentattivi.

(190)

L-ewwel u qabel kollox, il-partijiet indikaw li l-kalkolu kien ibbażat fuq volum mhux rappreżentattiv tat-tranżazzjonijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ. Tali mudell allegatament jikkontradixxi l-Ftehim Antidumping tad-WTO (12) minħabba li ma jistax jitqies li huwa bbażat fuq evidenza pożittiva. Il-kwerelant argumenta li l-fatt li l-maġġoranza tal-bejgħ tal-industrija tal-UE kien MTO ma kien ta’ ebda importanza minħabba li l-iskop tal-kalkolu tal-bejgħ taħt il-prezz huwa li jkun iddeterminat l-ammont medju li bih il-prezz tal-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping għandu jiżdied sabiex ma jikkawżax dannu. Il-kalkolu tal-bejgħ taħt il-prezz irid ikun rappreżentattiv għall-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping u mhux għall-bejgħ tal-industrija tal-UE. Parti oħra indikat li tali mudell kien jikkontradixxi l-prattika tal-Istituzzjonijiet infushom minħabba li normalment it-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ taħt il-prezz individwali huma ddifferenzjati skont il-PCN fuq il-bażi tas-sehem tal-kwantitajiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ taħt il-prezz tal-prodotti esportati aktar milli l-kwantitajiet mibjugħa mill-industrija tal-UE

(191)

Huwa mfakkar li l-marġni tal-eliminazzjoni tad-dannu jirrifletti (ibbażat fuq il-kampjun) il-qagħda ta’ madwar 85 % tal-bejgħ tal-industrija tal-UE, li huma diretti għas-segment MTO. Kienet l-għażla tal-metodoloġija, u mhux it-teknikalitajiet tal-kalkolu bħala tali, li kienet iddeterminata mill-qagħda speċifika fis-suq tal-UE fejn il-maġġoranza tal-bejgħ huwa dirett lejn is-segment MTO. Din l-għażla wasslet lill-Kummissjoni biex tqabbel il-prezzijiet fil-livell ta’ produttur tal-karozzi, bil-kisba ta’ livell akbar ta’ komparabbiltà u fl-istess ħin tiżgura li l-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu mhuwiex eżaġerat.

(192)

Huwa mfakkar ukoll fir-rigward tar-rappreżentattività li l-proporzjon tat-tqabbil tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni użat fi proporzjon mal-esportazzjoni kollha tal-esportaturi Ċiniżi fil-kampjun fis-segment MTO instab li kien aktar minn 55 %. Tali proporzjon tqies li kien rappreżentattiv meta wieħed iqis il-metodoloġija użata fil-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu.

9.1.2.6.   Dazju bbażat fuq it-twaqqigħ tal-prezzijiet

(193)

Parti waħda indikat li l-marġni tad-dannu kien imissu ġie bbażat fuq it-twaqqigħ tal-prezzijiet skont il-prattika stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1531/2002 (13) li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri għal televiżur bil-kulur li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, fir-Repubblika tal-Korea, fil-Malasja u fit-Tajlandja. Tabilħaqq f’dan il-każ id-dazju kien ibbażat fuq it-twaqqigħ tal-prezzijiet meta wieħed iqis il-fatt li fatturi oħra minbarra l-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping kienu jidhru li kkontribwew għad-dannu lill-industrija tal-Unjoni u t-tieni nett li fuq bażi mondjali din l-industrija ma kienet irrealizzat l-ebda qligħ jew irrealizzat qligħ baxx ħafna. (14)

(194)

Għandu jkun innotat li l-fatturi li wasslu għad-deċiżjoni li l-livell tad-dazji jkun stabbilit fil-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet mhumiex applikabbli għall-każ preżenti. Kuntrarjament għall-każ tar-riċevituri għal televiżjoni bil-kulur (15) il-prodott ikkonċernat mhuwiex ikkaratterizzat minn livelli baxxi ta’ profittabbiltà. Il-profittabbiltà naqset sostanzjalment minħabba l-importazzjoni bi prezzijiet baxxi mill-pajjiż ikkonċernat L-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra baqgħet stabbli wkoll matul il-perijodu kkunsidrat.

9.2.   Konklużjoni dwar il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu

(195)

Il-mudell fir-Regolament proviżorju fir-rigward tal-metodoloġija użata huwa b’hekk ikkonfermat. Meta jitqiesu l-kummenti tal-partijiet dwar l-aġġustamenti, il-livell tad-dazju kkalkulat mill-ġdid jammonta għal 22,3 %.

10.   ALLEGAZZJONI TA’ EVAŻJONI

(196)

Il-partijiet allegaw li potenzjalment tista’ ssir evażjoni tal-miżuri, u enfasizzaw iż-żieda notevolment riċenti fl-importazzjoni tal-ARWs minn pajjiżi li m’għandhomx produzzjoni lokali magħrufa. Inġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti rigward dawn l-iżviluppi u l-possibilitajiet u l-kwistjoni se tkun issorveljata mill-qrib.

11.   GARANZIJA

(197)

Importatur wieħed mhux relatat esprima interess li joffri dikjarazzjoni rigward il-prezz. Għalkemm ma kienet offruta l-ebda garanzija formali rigward il-prezz, huwa nnotat li l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku jillimita l-possibbiltà li jkunu offruti garanziji rigward il-prezz esklużivament lill-esportaturi. Il-prattika tal-Kummissjoni li ma taċċettax offerti ta’ garanziji mingħand importaturi kienet aċċettata wkoll mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, (16) li targumenta, inter alia, li l-aċċettazzjoni ta’ garanzija offruta minn importatur ikollha l-effett li tinkoraġġih ikompli jikseb provvisti bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(198)

Żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw offrew prezz b’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-prodott ikkonċernat jeżisti f’diversità ta’ tipi ta’ prodotti, li għalihom il-prezzijiet ivarjaw b’mod sinifikattiv (għal kumpanija waħda anki sa 300 %), li għaldaqstant jimponu riskju għoli ħafna ta’ kumpens trasversali. B’żieda ma’ dan, it-tipi tal-prodotti se jevolvu f’disinn u tlestija. Għalhekk ġie kkunsidrat li l-prodott mhuwiex adegwat għal prezz tal-impenn. Minbarra dan, waħda mill-kumpaniji ma rċevitx la l-Istatus ta’ Ekonomija tas-Suq u lanqas Trattament Individwali, filwaqt li għall-kumpanija l-oħra ġew identifikati problemi maġġuri ta’ verifika u l-istruttura u l-varjetà ta’ prodotti tagħha (produzzjoni ta’ MTO/AM) kienet ikkunsidrata kumplessa wisq. Għaldaqstant l-offerti ta’ mpenn ma kienux aċċettati.

12.   DIKJARAZZJONI DOGANALI

(199)

L-istatistika rigward ir-roti tal-aluminju ta’ spiss hija espressa fin-numru ta’ partijiet. Madankollu, m’hemm l-ebda tali unità supplimentari għal roti tal-aluminju speċifikata fin-Nomenklatura Kkombinata stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana. (17) Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkun ipprovdut mhux biss il-piż f’kg jew tunnellati metriċi imma anki n-numru tal-partijiet tal-prodott ikkonċernat u ta’ ċerti prodotti tal-kodiċi NM ex 8716 90 90 għall-importazzjoni jrid jitniżżel fid-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.

13.   ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJU PROVIŻORJU

(200)

Minħabba d-daqs tal-marġni tad-dumping misjub u fid-dawl tal-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, huwa meqjus meħtieġ li l-ammonti miksuba permezz tad-dazju proviżorju kontra d-dumping, impost mir-Regolament proviżorju jkunu miġbura definittivament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv kontra d-dumping huwa b’dan impost fuq l-importazzjoni ta’ roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi NM 8701 sa 8705, kemm bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm mgħammra bit-tajers jew mingħajrhom, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (kodiċi TARIC 8708701010 u 8708705010) u joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju definittiva kontra d-dumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 22,3 %.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

L-ammonti miksuba permezz tad-dazju proviżorju kontra d-dumping skont ir-Regolament (UE) Nru 404/2010 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (kodiċi TARIC 8708701010 u 8708705010) u joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandhom jinġabru definittivament.

Artikolu 3

Meta dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tiġi ppreżentata fir-rigward tal-importazzjoni ta’ roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi tal-intestatura NM 8716, kemm bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm mgħammra bit-tajers jew mingħajrhom, u li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8716 90 90, il-kodiċi TARIC 8716909010 għandha tiddaħħal fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.

L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta’ kull xahar, jinformaw lill-Kummissjoni rigward in-numru tal-partijiet importati taħt din il-kodiċi, u l-oriġini tagħhom.

Artikolu 4

Meta dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa hija ppreżentata fir-rigward tal-prodotti msemmija taħt l-Artikoli 1 u 3, in-numru tal-partijiet tal-prodotti importati għandhom jitniżżlu fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51

(2)  ĠU L 117, 11.5.2010, p. 64.

(3)  Il-Kawża T 498/04. Zheijiang Xinan Chemical Industrial Group Co. Ltd., paragrafu 85.

(4)  Il-Komunitajiet Ewropej - Miżuri Kompensatorji fir-rigward ta’ Ċipep ta’ memorja Dinamika għal Aċċess każwali mill-Korea, WT/DS299/R, ir-Rapport tal-Bord tas-17 ta’ Ġunju 2005, paragrafu 7186.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009).

(6)  Shanghai Excell M&E Enterprise Co. Ltd u Shanghai Adeptech Precision Co. Ltd vs Il-Kunsill.

(7)  Kien hemm żball tal-kitba fil-premessa (90) tar-Regolament proviżorju li kien jgħid li ż-żieda kienet tammonta għal 0,5 % (din kienet 0,5 EUR u 1,6 %).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1888/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jimponi dazju proviżorju ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti granijiet ta’ qamħ ħelu ppreparati jew ippreżervati li joriġinaw mit-Tajlandja (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 68).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod kollettiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat u li joriġina mit-Tajlandja (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 14).

(10)  WT/DS184/AB/R, 23.8.2001, l-Istati Uniti – Miżuri antidumping rigward Ċerti Prodotti tal-Azzar Imremblin bis-Sħana mill-Ġappun.

(11)  Premessi (50) - (51) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1888/2006.

(12)  Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu IV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994.

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1531/2002 tal-14 ta’ Awwissu 2002 li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri għal televiżur bil-kulur li joriġinaw fir-Repubblika Popolari Ċiniża, fir-Repubblika tal-Korea, fil-Malasja u fit-Tajlandja u jagħlaq il-proċeduri relatati mal-importazzjoni tar-riċevituri għal televiżur bil-kulur li joriġinaw fis-Singapor (ĠU L 231, 29.8.2002, p. 1).

(14)  Ibid, paragrafu 229.

(15)  Ibid, paragrafu 231.

(16)  Nashua Corporation et vs Il-Kummissjoni u l-Kunsill, kawżi magħquda C-133/87 u C-150/87, Ġabra 1990 paġna I-719 u Gestetner Holdings plc vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni, C-156/87, Ġabra 1990 p. I-781.

(17)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1


28.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 965/2010

tal-25 ta’ Ottubru 2010

li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri proviżorji

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 377/2010 (2) (“ir-Regolament proviżorju”) imponiet dazju proviżorju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju niexef li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Jiġi mfakkar li l-proċediment inbeda wara lment imressaq mill-Kunsill Ewropew tal-Industrija tal-Kimika (CEFIC) (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(3)

Kif stabbilit fil-premessa (13) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (il-“perijodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). Fir-rigward tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat id-dejta li tkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sa tmiem il-PI (il-“perijodu meqjus”).

1.2.   Proċedura sussegwenti

(4)

Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li skonthom ġie deċiż li jkunu imposti miżuri proviżorji tal-antidumping (“żvelar proviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom taw il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji. Il-partijiet li talbu li jinstemgħu, ingħataw din l-opportunità. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Għal dan il-għan saru żjarat ta’ verifika lill-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi fl-Unjoni:

Roquette GmbH, fil-Ġermanja;

Roquette UK, fir-Renju Unit.

(5)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju niexef li joriġina mir-Ċina u l-ġbir definittiv tal-ammonti miksuba permezz tad-dazju proviżorju (“żvelar finali”). Ingħata wkoll perijodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara li sar dan l-iżvelar.

(6)

Il-kummenti orali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet proviżorji ġew immodifikati skont dan.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(7)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-prodott ikkonċernat jew il-prodott simili, il-premessi (14) sa (17) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

3.   DUMPING

3.1.   Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (MET)

(8)

L-industrija tal-Unjoni (IU) tenniet id-dubji tagħha dwar il-MET li ngħatat lill-produttur esportatur Ċiniż, Shandong Kaison Biochemical, mingħajr ma provdiet elementi ġodda biex isostnu dawn id-dubji.

(9)

L-IU qalet ukoll, mingħajr ma pprovdiet ebda evidenza, li l-materja prima użata biex jiġi prodott il-glukonat tas-sodju niexef fiċ-Ċina kienet eżentata mill-VAT u li x-xerrej seta’ jingħata rimbors ta’ “VAT virtwali” ta’ 13 % sa 17 % fuq dak li jixtri. F’dan ir-rigward, instab li biex jiġi prodott il-glukonat tas-sodju niexef, il-materja prima (il-lamtu mill-qamħirrun) inxtara minn diversi fornituri tal-industrija li jipproċessaw il-qamħirrun (prodott agrikolu) f’lamtu tal-qamħirrun. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-lamtu tal-qamħirrun f’reġjuni prinċipali tad-dinja kienu eżaminati u ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-utenti Ċiniżi tal-lamtu tal-qamħirrun kisbu l-prodott bi prezz favorevoli. Barra minn hekk, diversi fatturi tax-xiri tal-lamtu tal-qamħirrun ġew eżaminati u kollha kienu jinkludu l-VAT. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-“VAT virtwali” kien rimborsat fuq ix-xiri. Għalhekk dawn id-dikjarazzjonijiet twarrbu.

(10)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-MET, il-premessi (18) sa (21) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

3.2.   Trattament individwali (TI)

(11)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tat-trattament individwali (TI), il-premessi (22) sa (25) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

3.3.   Valur normali

3.3.1.   Pajjiż analogu

(12)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-premessi (26) sa (32) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

3.3.2.   Metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tal-valur normali

3.3.2.1.   Għall-kumpanija li ngħatat il-MET

(13)

Għandu jiġi ċċarat li, bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-metodoloġija deskritta fil-premessi (33) sa (38) tar-Regolament proviżorju, il-valur normali ma kienx ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali tat-tranżazzjonijiet kollha, kif inhu mniżżel fil-premessa (39) ta’ dak ir-Regolament, iżda biss fuq il-bejgħ bi profitt peress li l-volum tal-bejgħ bi profitt irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali.

(14)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valur normali għall-kumpanija li ngħatat il-MET, il-premessi (33) sa (38) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

3.3.2.2.   Għall-kumpanija li ngħatat it-TI

(15)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-metodu ta’ kalkolu tal-valur normali għall-kumpanija li ngħatat it-TI, il-premessi (40) sa (41) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

3.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(16)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, il-premessa (42) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata b’dan.

3.5.   Tqabbil

(17)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tat-tqabbil tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (43) sa (44) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

3.6.   Marġnijiet tad-dumping

(18)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-marġni tad-dumping, il-premessi (45) sa (50) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

(19)

Il-marġni medji definittivi bil-piż differenzjat tad-dumping espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Tabella 1

Kumpanija

Il-marġni definittiv tad-dumping

Shandong Kaison Biochemical Co., Ltd

5,6  %

Qingdao Kehai Biochemistry Co. Ltd

51,1  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

79,2  %

4.   ĦSARA

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni

(20)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni, il-premessi (51) sa (53) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(21)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-premessi (54) sa (55) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

4.3.   Importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina

(22)

Huwa nnutata li, kif huwa msemmi hawn taħt fil-premessa (34) ta’ dan ir-Regolament, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, kien hemm xi korrezzjonijiet żgħar fil-valur tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn ma kellhom l-ebda impatt fuq il-marġni ta’ tnaqqis kif stabbilit fil-premessa (59) tar-Regolament proviżorju. Konsegwentement, il-premessi (56) sa (59) tar-Regolament proviżorju qegħdin jiġu kkonfermati b’dan.

4.4.   Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(23)

Wara l-iżvelar proviżorju produttur esportatur Ċiniż wieħed ikkuntesta s-sejbiet proviżorji billi sostna li xi wħud mill-indikaturi prinċipali tal-ħsara wrew żvilupp pożittiv bejn l-2008 u l-PI.

(24)

L-ewwel u qabel kollox, għandu jiġi nnutat li filwaqt li xi wħud mill-indikaturi tal-ħsara wrew żvilupp pjuttost pożittiv bejn l-2008 u l-PI (eż: volum tal-produzzjoni, sehem mis-suq u investimenti), indikaturi oħra wrew żviluppi negattivi (eż: volumi tal-bejgħ u prezzijiet, kif ukoll il-profittabbiltà). F’dan ir-rigward, huwa nnutat li l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku jistipula li l-ebda wieħed jew iktar minn wieħed mill-indikaturi tal-ħsara ma huwa deċiżiv fil-valutazzjoni ta’ jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx ħsara materjali jew le.

(25)

Barra minn hekk, il-perijodu inkunsiderazzjoni jkopri l-perijodu bejn l-2005 u l-aħħar tal-PI. Tul dan il-perijodu ħafna mill-indikaturi tal-ħsara wrew biċ-ċar żvilupp negattiv li jirriżulta fi ħsara materjali waqt il-PI. L-iżvilupp pjuttost pożittiv ta’ ċerti indikaturi tal-ħsara fl-aħħar sena ta’ dan il-perijodu ma dgħajfux is-sejba ta’ ħsara materjali.

(26)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, it-tweġibiet għall–kwestjonarju ta’ żewġ fergħat oħra ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu vverifikati fejn joperaw stess, kif imsemmi fuq fil-premessa (4).

(27)

Bħala riżultat ta’ dawn il-verifiki, saru xi aġġustamenti żgħar fil-valur totali tal-bejgħ fis-suq domestiku u fl-ispiża tal-produzzjoni. Iċ-ċifra tal-profittabbilità kienet emendata kemxejn fid-dawl ta’ dan. Madankollu, dawn it-tibdiliet ma kellhomx impatt fuq ix-xejriet u l-indiċi fil-prezzijiet u l-profittabbiltà kif ġie stabbilit b’mod proviżorju fil-premessi (66) u (68) kif ukoll fit-Tabelli 5 u 7 tar-Regolament proviżorju.

(28)

Għalhekk, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fl-istadju proviżorju jiġifieri li l-industrija tal-Unjoni sofriet minn ħsara materjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, huma kkonfermati u l-premessi (60) sa (79) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.   KAWŻALITÀ

(29)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-kawżalità, il-premessi (80) sa (96) tar-Regolament proviżorju huma b’dan kkonfermati.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(30)

Utent li kkoopera stqarr li kwalunkwe żieda fl-ispiża tista’ faċilment tirrifletti fuq il-klijenti finali; għalhekk id-dazji jkollhom impatt sinifikanti fuq il-profittabbiltà tagħha.

(31)

Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li dan l-utent għamel marġni ta’ profitt għoli kemm b’mod ġenerali u kemm fuq firxa wiesgħa tal-prodotti tiegħu. Għal ħafna mill-prodotti mmanifatturati minn dan l-utent, iż-żieda mistennija fl-ispiża nstab li ma kinitx sinifikanti minħabba l-parti żgħira ta’ glukonat tas-sodju niexef fl-ispiża tal-produzzjoni totali u kien ikkunsidrat li, b’mod ġenerali, iż-żieda mistennija fil-kost tista’ tiġi assorbita mingħajr ma tiġi affettwata b’mod sinifikanti l-profittabbiltà totali. L-utent inkwistjoni ma ressaq l-ebda evidenza jew informazzjoni oħra li tappoġġja d-dikjarazzjoni tiegħu. Għalhekk din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rrifjutata.

(32)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-interess tal-Unjoni, il-premessi (97) sa (107) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

7.   MIŻURI DEFINITTIVI TAL-ANTI-DUMPING

7.1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(33)

Għad-determinazzjoni tal-prezz li ma jagħmilx ħsara fi stadju definittiv, intużat l-istess metodoloġija bħal dik deskritta fil-premessi (111) sa (113) tar-Regolament proviżorju.

(34)

Madankollu, kif ġie msemmi fuq fil-premessa (27), il-verifika tad-dejta addizzjonali tal-industrija tal-Unjoni wasslet għal korrezzjonijiet żgħar fil-valur tal-bejgħ domestiku totali, l-ispiża totali tal-produzzjoni u l-profittabbiltà.

(35)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra li jistgħu jibdlu l-konklużjoni dwar il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara, il-premessi (108) sa (113) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati b’dan.

7.2.   Miżuri definittivi

(36)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ‘il fuq, huwa meqjus li skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazju tal-anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju niexef li joriġina miċ-Ċina fuq il-livell tal-marġni tad-dumping u ta’ ħsara iktar baxx, skont ir-regola ta’ dazju inqas.

(37)

Ir-rati ta’ dazju tal-anti-dumping definittiv proposti huma dawn li ġejjin:

Tabella 2

Isem

Marġni ta’ ħsara

Marġni tad-Dumping

Dazju definittiv

Shandong Kaison Biochemical Co Ltd, Wulian County, Rizhao City

29,7  %

5,6  %

5,6  %

Qingdao Kehai Biochemistry Co. Ltd

27,1  %

51,1  %

27,1  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

53,2  %

79,2  %

53,2  %

(38)

Ir-rati ta’ dazju tal-antidumping ta’ kumpaniji individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) għaldaqstant huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u manifatturati mill-kumpaniji msemmija. Prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(39)

Kwalunkwe dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju tal-anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbut mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak tal-esportazzjoni li jkun assoċjat, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali.

(40)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju tal-anti-dumping, il-livell ta’ dazju li japplika għall-pajjiż kollu ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

7.3.   Ġbir definittiv ta’ dazji proviżorji

(41)

Minħabba l-kobor tal-marġni tad-dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara kkaġunata lill-industrija tal-Unjoni, jitqies neċessarju li l-ammonti li nġabru permezz tad-dazju proviżorju tal-anti-dumping, impost mir-Regolament proviżorju, għandhom jinġabru b’mod definittiv sal-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji proviżorji, l-ammonti miġbura b’mod proviżorju li jkunu ogħla mir-rata definittiva ta’ dazji tal-anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.

7.4.   Monitoraġġ speċjali

(42)

Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji tal-anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej.

(43)

Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’tali fattura gћandhom ikunu suġġetti gћad-dazju tal-antidumping residwu li japplika gћall-produtturi l-oћra kollha.

(44)

Jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati individwali aktar baxxi ta’ dazju jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell ta’ kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet, jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju għall-pajjiż kollu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv tal-antidumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju niexef b’numru tal-Unjoni Doganali u l-Istatistika (CUS) 0023277-9 u numru tar-reġistru tal-Chemical Abstracts Service (CAS) 527-07-01, li attwalment huma klassifikati bil-kodiċi NM ex 2918 16 00 (kodiċi TARIC 2918160010), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett u ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju tal-anti-dumping (%)

Kodiċijiet addizzjonali TARIC

Shandong Kaison Biochemical Co Ltd, Wulian County, Rizhao City

5,6

A972

Qingdao Kehai Biochemistry Co. Ltd

27,1

A973

Il-kumpaniji l-oħra kollha

53,2

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kondizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura ta’ dan it-tip, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li huma fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti miġbura permezz ta’ dazji tal-antidumping proviżorji skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2010 fuq importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju niexef b’numru tal-Unjoni Doganali u l-Istatistika (CUS) 0023277-9 u numru tar-reġistru tal-Chemical Abstracts Service (CAS) 527-07-01, li attwalment huwa kklassifikat bil-kodiċi NM ex 2918 16 00 (kodiċi TARIC 2918160010), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jinġabru b’mod definittiv bir-rata tad-dazju definittiv impost skont l-Artikolu 1. L-ammonti miġbura li huma ogħla mir-rati tad-dazju definittiv tal-anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 111, 4.5.2010, p. 5.

(3)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Uffiċċju N105 04/092, 1049 Brussell, Belġju.


ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

1.

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta’ glukonat tas-sodju niexef mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”

3.

Data u firma.


28.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 966/2010

tas-27 ta’ Ottubru 2010

li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li jitilqu mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 13(3), 14(3) u 14(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni ddeċidiet, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, li tinvestiga b’inizjattiva tagħha stess il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

A.   IL-PRODOTT

(2)

Il-prodott milqut mill-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni jikkonsisti f’ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar, għajr dawk tal-istainless steel, i.e. viti għall-injam (esklużi l-coach screws — viti b’ras eżagonali biex jiddawru bi spanner), viti li jaqbdu kamin waħedhom (self-tapping), viti u boltijiet oħrajn bir-ras (sew jekk bl-iskorfini u l-woxers tagħhom u sew jekk le, iżda huma esklużi l-viti mdawrin minn biċċiet, vireg, profili jew wajer, ta’ qatgħa solida, bil-parti dritta mhux eħxen minn 6 mm, u esklużi l-viti u l-boltijiet biex jitwaħħal materjal tal-kostruzzjoni ta’ linji tat-tren), kif ukoll woxers, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7318 12 90, 7318 14 91, 7318 14 99, 7318 15 59, 7318 15 69, 7318 15 81, 7318 15 89, ex 7318 15 90, ex 7318 21 00 u ex 7318 22 00.

(3)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal dak iddefinit fil-premessa preċedenti, iżda mibgħut mill-Malasja, sew jekk joriġina mill-Malasja u sew jekk le, u li bħalissa jaqa’ taħt l-istess kodiċijiet NM bħall-prodott ikkonċernat.

B.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(4)

Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa u li possibbilment qed jiġu ċirkomvenzjonati huma miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 91/2009 (2).

C.   IR-RAĠUNIJIET

(5)

Il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha evidenza prima facie li l-miżuri tal-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat qed jiġu ċirkomvenzjonatit permezz tat-trasbord mill-Malasja.

(6)

L-evidenza prima facie għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni hija kif ġej:

(7)

Fil-mudell ta’ kif il-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Malasja lejn l-Unjoni, u li sar wara l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, teżisti bidla sinifikanti mingħajr raġuni jew ġustifikazzjoni biżżejjed b’saħħitha għajr l-impożizzjoni tad-dazju għal bidla bħal din.

(8)

Din il-bidla fil-mudell tal-kummerċ tidher li toriġina mit-trasbord ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jgħaddu mill-Malasja.

(9)

Barra minn dan, l-evidenza tindika li l-effetti ta’ rimedju tal-miżuri tal-anti-dumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qed jiġu kompromessi f’termini ta’ kwantità u prezz. Volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat jidhru li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn dan, teżisti biżżejjed evidenza li dan il-volum ta’ importazzjonijiet qed isir bi prezzijiet bil-wisq aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(10)

Finalment, il-Kummissjoni għandha biżżejjed evidenza prima facie għad-dispożizzjoni tagħha li l-prezzijiet tal-prodott li qed jiġi investigat huma ddampjati meta mqabbla mal-valur normali stabbilit preċedentement għall-prodott ikkonċernat.

(11)

Jekk il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni mill-Malasja koperti mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr it-trasbord, ikunu identifikati tul l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri wkoll dawn il-prattiki.

D.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodott investigat, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malasja u kemm jekk le, suġġetti għal reġistrazzjoni, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a)   Il-kwestjonarji

(2)

Sabiex tikseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fil-Malasja, lill-esportaturi/produtturi magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi magħrufa fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tal-Malasja. Jista’ wkoll jintalab tagħrif, kif inhu xieraq, mingħand l-industrija tal-Unjoni.

(1)

Fi kwalunkwe każ, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, peress li l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(2)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Malasja se jkunu nnotifikati bit-tnedija tal-investigazzjoni.

(b)   Il-ġbir tat-tagħrif u s-seduti ta’ smigħ

(3)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat jistgħu jkunu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tikkostitwixxix ċirkomvenzjoni.

(4)

Peress li l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni qed isseħħ barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, għal produtturi fil-Malasja ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li jistgħu juru li ma huma relatati (3) mal-ebda produttur suġġett għall-miżuri (4) u li jinstabu li mhumiex involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif definiti fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom jibagħtu talba b’evidenza xierqa ta’ sostenn fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament.

E.   REĠISTRAZZJONI

(5)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat għandhom ikunu suġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f’ċirkomvenzjoni, ikunu jistgħu jiġu ntaxxati dazji tal-anti-dumping ta’ ammont xieraq retroattivament mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet li jitilqu mill-Malasja.

F.   LIMITI TA’ ŻMIEN

(6)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien li fihom:

il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju tagħhom jew kull tagħrif ieħor li jrid jitqies fl-investigazzjoni,

il-produtturi fil-Malasja jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet jew miżuri,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(7)

Ta’ min jiġbed l-attenzjoni li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien imsemmijin fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

G.   NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

(8)

F’każ li xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti ta’ żmien stipulati, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(9)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun forniet informazzjoni falza jew li tqarraq, l-informazzjoni għandha titwarrab u għandu jsir użu mill-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment, u s-sejbiet ikunu għalhekk ibbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

H.   L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(10)

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

I.   IPPROĊESSAR TA’ DEJTA PERSONALI

(11)

Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (5).

J.   L-UFFIĊJAL GĦAS-SEDUTI TA’ SMIGĦ

(12)

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti ta’ Smigħ tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li joffri, fejn ikun meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjoni tal-opinjonijiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar informazzjoni u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’dan qed titnieda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, sabiex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċerti qafliet tal-ħadid jew l-azzar, għajr l-azzar li ma jsaddadx, jiġifieri l-viti tal-injam (għajr il-viti tal-kowċ), il-viti li jagħlqu minnhom infushom, viti u boltijiet oħra bl-irjus (kemm jekk ikunu bl-iskorfini jew bil-wòxers tagħhom jew le, iżda esklużi l-viti mdawra minn żbarri, minn vireg, minn profili jew minn wajers, minn biċċiet solidi, b’parti ta’ ħxuna li ma taqbiżx is-6 mm u esklużi l-viti u l-boltijiet għat-twaħħil ta’ materjal ta’ kostruzzjoni tal-linji tal-ferrovija) u woxers, ikkunsinnati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7318 12 90, ex 7318 14 91, ex 7318 14 99, ex 7318 15 59, ex 7318 15 69, ex 7318 15 81, ex 7318 15 89, ex 7318 15 90, ex 7318 21 00 and ex 7318 22 00 (il-kodiċijiet TARIC 7318129011, 7318129091, 7318149111, 7318149191, 7318149911, 7318149991, 7318155911, 7318155961, 7318155981, 7318156911, 7318156961, 7318156981, 7318158111, 7318158161, 7318158181, 7318158911, 7318158961, 7318158981, 7318159021, 7318159071, 7318159091, 7318210031, 7318210095, 7318220031 u 7318220095), qed jiċċirkomvenzjonaw il-miżuri imposti mir-Regolament (KE) Nru 91/2009.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali b’dan huma mitluba, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, biex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ Regolament, titlob lill-awtoritajiet doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti manifatturati mill-produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkun instab li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata eżenzjoni.

Artikolu 3

Il-kwestjonarji iridu jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-publikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jekk ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati jridu jitqiesu matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jagħmlu lilhom infushom magħrufa billi jikkuntattaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-veduti tagħhom bil-kitba u jressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ħlief jekk speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi fil-Malasja li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta’ importazzjoni għandhom iressqu talba sostnuta bi provi fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.

Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.

Kull tagħrif, kull talba għal seduta jew għal kwestjonarju kif ukoll kull talba għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri trid issir bil-miktub (mhux f’format elettroniku, sakemm mhux speċifikat mod ieħor) u trid tindika l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku kif ukoll in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull preżentazzjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Limited” (6) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 4/92

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22978486

Email: TRADE-AD-FASTENERS-MALAYSIA@ec.europa.eu

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1.

(3)  Skont l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u l-impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tħaddan, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta’ kwoti ta’ ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(4)  Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif jissemma hawn fuq ma’ kumpaniji suġġetti għall-miżuri stabbiliti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-miżuri tal-anti-dumping oriġinali), tingħata xorta waħda eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji suġġetti għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew intużat biex ikunu hemm ċirkomvenzjoni tal-miżuri oriġinali.

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(6)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Meju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).


28.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 967/2010

tas-27 ta’ Ottubru 2010

li jagħlaq il-bejgħ ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru 446/2010 li jiftaħ il-bejgħ tal-butir permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-bejgħ permezz ta' sejħa għall-offerti tal-butir maħżun qabel l-1 ta' Ottubru 2009 infetaħ permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2010 (2) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Minħabba s-sitwazzjoni attwali fis-suq tal-butir u b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-ħażniet tal-intervent għall-butir u l-fatt li ċerti kwantitajiet ta' butir huma riservati fl-ambitu tal-iskema tat-tqassim tal-ikel lill-iskema l-aktar imċaħħda fl-Unjoni, il-bejgħ miftuħ bir-Regolament (UE) Nru 446/2010 għandu jingħalaq.

(3)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-bejgħ tal-butir permezz ta' sejħa għall-offerti, miftuħ bl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 446/2010 huwa magħluq.

Offerti li ġew riċevuti mill-aġenziji ta' intervent tal-Istati Membri wara l-11.00 (ħin ta' Brussell) fid-19 ta' Ottubru 2010 u wara, mhumiex aċċettati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 17.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


28.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 968/2010

tas-27 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

79,4

MK

64,0

XS

73,2

ZZ

72,2

0707 00 05

TR

140,5

ZZ

140,5

0709 90 70

TR

130,3

ZZ

130,3

0805 50 10

AR

68,3

BR

68,9

CL

74,1

TR

89,4

UY

61,0

ZA

70,0

ZZ

72,0

0806 10 10

BR

210,3

TR

131,5

US

155,2

ZA

64,2

ZZ

140,3

0808 10 80

AR

77,5

CL

110,6

CN

89,6

NZ

101,1

ZA

75,9

ZZ

90,9

0808 20 50

CN

67,5

ZZ

67,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 969/2010

tas-27 ta’ Ottubru 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Ottubru 2010 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 tal-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3), fetaħ u ffissa l-mod tal-ġestjoni ta' ċerti kwoti tarriffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX għal dak ir-Regolament.

(2)

Għall-finijiet tal-kwota bin-numru 09.4138 prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, l-uniku subperjodu huwa x-xahar ta' Ottubru. Din il-kwota tikkonsisti fil-bilanċ tal-kwantitajiet tal-kwoti mhux użati bin-numri 09.4127-09.4128-09.4129-09.4130 tas-subperjodu preċedenti. Ix-xahar ta’ Ottubru huwa l-aħħar subperjodu għall-kwoti bin-numri 09.4148 u 09.4168 previsti fl-Artikolu 1(1), (b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, li jinkludi l-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati tas-subperjodu preċedenti.

(3)

Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4148, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Ottubru 2010, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantità disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(4)

Jeħtieġ ukoll li jkun magħruf il-perċentwal finali ta' użu ta' kull kwota prevista fir-Regolament (KE) Nru 327/98 tul is-sena 2010.

(5)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4148 stipulat(i) bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2010, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-perċentwal finali ta’ użu ta’ kull kwota prevista fir-Regolament (KE) Nru 327/98 tul is-sena 2010, jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299,16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2010 b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u l-perċentwali finali ta’ użu għas-sena 2010:

a)

Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun bil-kodiċi tan-NM 1006 30, prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2010

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2010

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4127

 

96,77  %

It-Tajlandja

09.4128

 

90,36  %

L-Awstralja

09.4129

 

52,94  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 

100  %

Il-pajjiżi kollha

09.4138

3,216100  %

100  %

b)

Kwota ta' ross imnaddaf kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20, provduta bl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2010

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2010

Il-pajjiżi kollha

09.4148

33,333333 %

100  %

c)

Kwota ta' ross miksur, kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40, provduta bl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2010

It-Tajlandja

09.4149

37,90  %

L-Awstralja

09.4150

0  %

Il-Gujana

09.4152

0,78  %

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4153

54,87  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

100  %

d)

Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30, prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2010

It-Tajlandja

09.4112

100  %

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4116

100  %

L-Indja

09.4117

100  %

Il-Pakistan

09.4118

100  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

100  %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

100  %

e)

Kwota ta' ross miksur li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 40, prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2010

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2010

Il-pajjiżi kollha

09.4168

 (1)

100  %


(1)  L-ebda kwantità mhija disponibbli għal dan is-subperjodu


DEĊIŻJONIJIET

28.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Ottubru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2010/89/UE fir-rigward ta’ lista ta’ ċerti stabbilimenti tal-laħam, il-prodotti tas-sajd, il-prodotti mill-bajd u l-imħażen imkessħa fir-Rumanija suġġetti għal miżuri tranżitorji li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7269)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/651/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE (3) tistipula miżuri tranżitorji dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 lil stabbilimenti tal-laħam, prodotti mill-bajd, prodotti tas-sajd u mħażen imkessħa fir-Rumanija elenkati fl-Annessi, minn I sa IV ta’ dik id-Deċiżjoni. Sakemm dawk l-istabbilimenti huma koperti minn miżuri ta’ tranżizzjoni, il-prodotti li joriġinaw minnhom għandhom jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew jintużaw għal aktar ipproċessar fi stabbilimenti Rumeni koperti mill-istess miżuri.

(2)

F’Lulju 2010, l-Awtoritajiet Rumeni infurmaw uffiċjalment lill-Kummissjoni, li, mindu daħlet fis-seħħ id-Deċiżjoni 2010/89/UE, disa’ (9) stabbilimenti tal-laħam ġew approvati għall-kummerċ intra-Unjoni u erbgħa (4) ngħalqu; stabbiliment wieħed tal-prodotti tas-sajd ġie approvat għall-kummerċ intra-Unjoni; stabbiliment wieħed tal-prodotti mill-bajd ġie approvat għall-kummerċ intra-Unjoni u żewġ imħażen imkessħa ngħalqu.

(3)

Fid-dawl tat-titjib strutturali li jinsab għaddej, jixraq li l-lista ta’ stabbilimenti ffissata fl-Annessi minn I sa IV tad-Deċiżjoni 2010/89/UE tiġi modifikata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-listi ta’ stabbilimenti tal-laħam, prodotti mill-bajd, prodotti tas-sajd u mħażen imkessħa fir-Rumanija elenkati fl-Annessi minn I sa IV tad-Deċiżjoni 2010/89/UE (“l-istabbilimenti”) joħdulhom posthom il-listi ta’ stabbilimenti fl-Annessi minn I sa IV ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 40, 13.2.2010, p. 55.


ANNESS I

“ANNESS I

LISTA TA’ STABBILIMENTI TAL-LAĦAM

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbilimenti

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

Attivitajiet

B

IT

IP

I/PL

1

AB 927

SC LIDER PROD CARN SRL

Alba Iulia, jud. Alba, 510340

 

 

X

 

2

AB 2771

SC MONTANA POPA SRL

Blaj, str. Gh. Barițiu, jud. Alba, 515400

X

X

X

X

3

AB 3263

SC TRANSEURO SRL

Ighiu, str. Principală nr. 205 A, jud. Alba, 517360

X

X

X

X

4

AG 008 IC

SC CARMEN SRL

Bascov, jud. Argeș, 117045

X

X

X

X

5

AG 024 IC

SC RADOR A&E SRL

Bascov, str. Serelor nr. 48, jud. Argeș, 117045

X

X

X

X

6

AR 4930

SC FILIP D IMPEX SRL

Arad, str. Lăcrimioarelor, nr. 4/A, jud. Arad, 310445

 

X

X

 

7

B 40632

SC MEDEUS & CO SRL

București, str. Parcului nr. 20, sector 1, București, 012329

 

 

X

X

8

BC 4165

SC TIBERIAS SRL

Răcăciuni, jud. Bacău, 607480

 

 

X

 

9

BC 5196

SC MIRALEX SRL

Loc. Bacău, str. Bicaz nr. 8, jud. Bacău, 600293

 

 

X

 

10

BH 223

SC FLORIAN IMPEX SRL

Oradea, str. Morii nr. 11/B, jud. Bihor, 410577

 

 

X

 

11

BH 3001

SC GLOBAL AGRO PRODEXIM SRL

Sârbi nr. 469, jud. Bihor, 417520

 

X

X

 

12

BH 5185

SC CARMANGERIE TAVI BOGDAN SRL

Loc. Mihai Bravu nr. 169, jud. Bihor, 417237

X

 

 

 

13

BH 5341

SC ABATOR DARA SRL

Tulca 668 A, jud. Bihor, 417600

X

 

 

 

14

BR 62

SC DORALIMENT SRL

Brăila, jud. Brăila, 810650

 

X

X

X

15

BR 574

SC ELECTIV SRL

Comuna Romanu, jud. Brăila, 817115

X

 

 

 

16

BR 774

SC TAZZ TRADE SRL (SC ROFISH GROUP)

Brăila, str. Faleza Portului nr. 2, jud. Brăila, 810529

 

 

X

 

17

BT 125

SC IMPEX DONA SRL

Băisa, jud. Botoșani, 717246

 

 

X

 

18

BT 138

SC SAGROD SRL

Dărăbani, str. Muncitorului, jud. Botoșani, 715100

X

 

X

 

19

BT 140

SC RAFFAELLO SRL

Tîngeni, jud. Botoșani, 717120

 

 

X

 

20

BT 144

SC AGROCARN COMPANY SRL

Botoșani, str. Pod de Piatra nr. 89, jud. Botoșani, 710350

 

 

X

 

21

BT 198

SC EMANUEL COM SRL

Răchiți, jud. Botoșani, 717310

X

X

X

 

22

BZ 101

SC FRASINU SA

Buzău, șos. Sloboziei km 2, jud. Buzău 120360

X

 

 

 

23

BZ 115

SC FERM COM PROD SRL

Căldărăști, jud. Buzău, 125201

X

 

 

 

24

BZ 110

SC CARMOZIMBRUL SRL

Râmnicu Sărat, str. LTL. Sava Rosescu 140, jud. Buzău, 125300

X

 

 

 

25

BZ 112

SC TRI PROD COM SRL

Com. Berca, Sat Valea Nucului, jud. Buzău, 127048

 

X

X

X

26

CJ 108

SC TURISM VÂLCELE SRL

Vâlcele FN, jud. Cluj, 407274

X

 

 

 

27

CJ 122

SC RIANA SERV PRODCOM SRL

Iclod FN, jud. Cluj, 407335

X

X

 

 

28

CJ 5519

SC 2 T PROD SRL

Cluj-Napoca, str. Taberei nr. 3A, jud. Cluj, 400512

 

X

X

X

29

CS 40

SC PALALOGA CARNEPREP SRL

Bocșa, str. Binișului nr. 1, jud. Caraș, 325300

X

X

 

 

30

CS 47

SC GOSPODARUL SRL

Reșița, str. Țerovei, F.N. jud. Caraș, 320044

X

X

X

X

31

CT 19

SC CARNOB SRL

Lumina, str. Lebedelor nr. 1A, jud. Constanța, 907175

X

 

 

 

32

DB 3457

SC NEVAL SRL

Pietroșița, jud. Dâmbovița, 137360

X

 

 

 

33

GJ 5

SC LEXI STAR SRL

Sat Bucureasa, Com. Dănești, jud. Gorj, 217200

X

X

X

X

34

GL 3330

SC KAROMTEC SRL

Tecuci, str. Mihail Kogălniceanu nr. 48, jud. Galați, 805300

 

 

X

X

35

GL 4121

SC ROMNEF SRL

Munteni, jud. Galați, 807200

X

 

 

 

36

HR 73

SC ELAN TRIDENT SRL

Odorheiu Secuiesc, str. Rákóczi Ferenc 90, jud. Harghita, 535600

 

 

X

 

37

HR 153

SC ARTEIMPEX SRL

Gheorgheni, str. Kossuth Lajos nr. 211, jud. Harghita, 535500

X

 

 

 

38

HR 207

SC DECEAN SRL

M-rea Ciuc, jud. Harghita, 530320

 

X

X

X

39

HR 263

SC AVICOOPEX SRL

Cristuru Secuiesc, str. Orban Balays, jud. Harghita, 535400

 

 

X

 

40

MM 1609

SC LABORATOR CARMANGERIE SRL

Baia Mare, str. Gh. Șincai 14, jud. Maramures, 430311

 

X

X

X

41

MM 4406

SC CARMANGERIA DALIA SRL

Baia Mare, jud. Maramureș, 430530

X

X

X

X

42

MS 3585

SC CAZADELA SRL

Reghin, str. Oltului nr. 34, jud. Mureș, 545300

X

 

 

 

43

NT 33

SC CORD COMPANY SRL

Roman, str. Bogdan Dragoș nr. 111, jud. Neamț, 611160

X

 

 

 

44

NT 549

SC TCE 3 BRAZI SRL

Zănești, jud. Neamț, 617515

X

X

X

X

45

OT 24

SC SPAR SRL

Potcoava, str. Gării nr. 10, jud. Olt, 237355

X

X

X

X

46

OT 2093

SC COMAGRIMEX SA

Slatina, str. Grigore Alexandrescu nr. 19, jud. Olt, 230049

 

X

X

X

47

PH 3618

SC BRUTUS IMPEX SRL

Mănești, jud. Prahova, cod 107375

X

 

 

 

48

PH 4417

SC GOPA SRL

Ploiești, str. Gheorghe Doja nr. 124, jud. Prahova, 100141

 

 

X

X

49

PH 5644

SC MARAGET PROD SRL

Ploiești, str. Corlătești nr. 15, jud. Prahova, 100532

X

 

 

 

50

PH 5878

SC COMNILIS PROD SRL

Măgureni, str. Filipeștii de Pădure, tarla 24, jud. Prahova, 107350

 

 

X

X

51

PH 6044

SC ALGRIM CENTER SRL

Bărcănești, jud. Prahova, 107055

X

 

 

 

52

PH 6190

SC BANIPOR SRL

Târg Vechi, jud. Prahova, 107590

X

 

 

 

53

SB 111

SC M&C IMPORT SRL EXPORT

Copșă Mică, sat Târnăvioara nr. 90, jud. Sibiu, 555400

 

X

X

X

54

SB 126

SC CAPA PROD SRL

Sibiu, Calea Turnișorului nr. 150, jud. Sibiu, 550048

 

X

X

X

55

SB 138

SC MUVI IMPEX SRL

Sibiu, str. Drumul Ocnei nr. 4, jud. Sibiu 550092

 

X

X

X

56

SV 039

SC TONIC DISTRIBUTION SRL

Broșteni, jud. Suceava, 727075

 

X

X

X

57

SV 139

SC APOLO SRL (SC ADRAS SRL)

RRădăuți, str. Constantin Brâncoveanu, jud. Suceava, 725400

 

X

X

X

58

SV 217

SC ROGELYA SRL

Fălticeni, str. Ion Creangă nr. 69, jud. Suceava, 725200

 

X

X

X

59

SV 5661

SC HARALD PROD SRL

Măzănaiești, jud. Suceava, 727219

X

X

X

X

60

SV 5819

SC MARA ALEX SRL

Bădeuți, jud. Suceava, 727361

X

 

 

 

61

SV5943

SC SCUZA PROD

Forăști 96, jud. Suceava, 727235

 

X

X

X

62

SV 5963

SC DANILEVICI SRL

Gura Humorului, str. Fundătura Ghiocei 2, jud. Suceava, 725300

X

X

X

X

63

SV 6071

SC ANCAROL SRL

Gura Humorului, bd. Bucovina FN, jud. Suceava, 72530

X

X

X

X

64

TL 177

SC GAZDI PROD SRL

Stejaru, jud. Tulcea, 827215

X

X

 

 

65

TL 418

SC STOLI SRL

Cerna, jud. Tulcea, 827045

X

 

 

 

66

TL 686

SC PIG COM SRL

Satu nou, jud. Tulcea, 827141

X

 

 

 

67

TL 782

SC PROD IMPORT CDC SRL

Frecăței, jud. Tulcea, 827075

X

X

 

 

68

TM 378

SC VEROMEN SRL

Timișoara, jud. Timiș, 300970

 

X

X

X

69

TM 2725

SC RECOSEMTRACT SRL

Recaș, Calea Bazoșului nr. 1, jud. Timiș, 307340

 

X

X

X

70

TM 4187

SC FEMADAR SRL

Giroc, str. Gloria nr. 4, jud. Timiș, 307220

 

X

X

X

71

TM 4297

SC KENDO SRL

Victor Vlad Delamarina, jud. Timiș, 307460

X

X

X

X

72

TM 7438

SC AMBAX SRL

Timișoara, Calea Buziașului nr. 14, jud. Timiș, 300693

 

X

X

X

73

TR 10

SC ROMCIP SA

Salcia, jud. Teleorman, 147300

X

X

X

X

74

TR 26

SC COM GIORGI IMPEX SRL

Alexandria, jud. Teleorman, 140150

 

X

X

 

75

TR 36

SC AVICOLA COSTESTI SRL

Roșiori de Vede, str. Vadu Vezii 1, jud. Teleorman, 145100

X

 

 

 

76

TR 93

SC MARA PROD COM SRL

Alexandria, str. Abatorului nr. 1 bis, jud. Teleorman, 140106

 

X

X

X

77

VN 42

SC STEMARADI SRL

Tătăranu, jud. Vrancea, 627350

X

 

 

 

78

VN 3045

SC VANICAD SRL

Milcov, jud. Vrancea, 627205

X

 

 

 

79

VS 2243

SC CIB SA

Bârlad, Fundătura Elena Doamna nr. 2, jud. Vaslui, 731018

X

X

X

X

80

VS 2300

SC CARACUL SRL

Vaslui, jud. Vaslui, 730233

X

X

 

 

81

AR 92

SC AGRIPROD SRL

Nădlac, str. Calea Aradului nr.1, jud. Arad, 315500

X

X

 

 

82

AR 294

SC PRODAGRO CETATE SRL

Siria, Complex zootehnic, jud. Arad

X

X

 

 

83

B 120

SC ROM-SELECT 2000 SRL

București, B-dul Iuliu Maniu nr. 220, sector 6

 

X

 

 

84

B 269

SC FOODICOM SRL

București, str. Cătinei nr. 25, sector 6

 

X

 

 

85

BH 103

SC FLAVOIA SRL (S.C. AVICOLA SALONTA SA) (*)

Salonta, str. Ghestului, nr. 7, jud. Bihor, 415500

X

X

 

 

86

BV 12

SC DRAKOM SILVA SRL

Codlea extravilan, șos. Codlea Dumbrăvița, jud. Brașov

X

X

 

 

87

CJ 109

SC ONCOS IMPEX SRL

Florești, str. Abatorului nr. 2, jud. Cluj, 407280

X

X

 

 

88

CV 210

SC ABO-FARM SA (SC NUTRICOD SA) (**)

Sf. Gheorghe, str. Părăului nr. 6, jud. Covasna, 520033

X

X

 

 

89

DJ 34

SC FELVIO SRL

Bucovăț, Platforma Bucovăț, jud. Dolj

X

X

 

 

90

IS 1376

SC AVICOLA SA IAȘI

Tg Frumos, str. Ștefan cel Mare și Sfânt nr 44, jud. Iași, 705300

X

X

 

 

91

TM 2739

SC AVIBLAN SRL

Jebel, jud, Timiș, 307235

X

X

 

 

B

=

Biċċeriji

IT

=

Impjanti ta’ Tqattigħ

IP

=

Impjanti ta’ Pproċessar

I/PL

=

Ikkapuljat/Preparazzjonijiet tal-Laħam”


(*)  SC. AVICOLA SALONTA SA nbidel ismu u sar SC FLAVOIA SRL

(**)  SC. NUTRICOD SA nbidel ismu u sar SC ABO- FARM SA


ANNESS III

“ANNESS III

LISTA TA’ STABBILIMENTI TAL-PRODOTTI MILL-BAJD

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbilimenti

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

Attivitajiet

IPB

ĊPB

PLB

1

B 39833

SC COMPRODCOOP SA BUCUREȘTI (EPP)

București, B-dul Timișoara nr. 52, sector 6, 061333

X

 

 

2

CV 471

SC ABO-FARM SA (EPC) (SC NUTRICOD SA) (*)

Sf. Gheorghe, str. Jokai Mor FN, jud. Covasna, 520033

 

X

X

3

GR 3028

SC AVICOLA BUCUREȘTI SA CSHD MIHĂILEȘTI (EPC)

Mihăilești, jud. Giurgiu, 085200

 

X

 

4

VN 16

SC AVIPUTNA SA GOLEȘTI (EPC)

Com. Golești, str. Victoriei nr. 22, jud. Vrancea, 627150

 

X

 

IPB

=

Impjant ta’ Pproċessar tal-Bajd

ĊPB

=

Ċentru ta’ Ppakkjar tal-Bajd

PLB

=

Prodott Likwidu mill-Bajd”


(*)  SC. NUTRICOD SA nbidel ismu u sar SC ABO-FARM SA.


ANNESS IV

“ANNESS IV

LISTA TA’ MĦAŻEN IMKESSĦA

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbilimenti

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

Attivitajiet

II

1

BC 1034

SC AGRICOLA INT. SRL

Bacău, Calea Moldovei 16, jud. Bacău, 600352

X

2

CT 8070

SC MIRICOS SRL

Constanța, șos. Interioară nr. 1, jud. Constanța, 900229

X

3

CT 146

SC FRIAL SA

Constanța, Port Constanța, Dana 53, jud. Constanța, 900900

X

II

=

Imħażen Imkessħa”