ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.277.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 277

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
21 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

I   Atti leġislattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Nru 938/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

1

 

 

II   Atti mhux leġislattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 939/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 dwar it-tolleranzi permessi għat-tikkettjar tal-kompożizzjoni ta’ oġġetti tal-għalf jew għalf kompost kif imsemmi fl-Artikolu 11(5) ( 1 )

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 940/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 941/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Ottubru 2010 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 942/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 943/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jirratifika r-Regolament (UE) Nru 902/2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta’ dħul ta’ ċertu frott u ħaxix

15

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/67/UE tal-20 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Direttiva 2008/84/KE li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ( 1 )

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/625/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali f’Andorra (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7084)  ( 1 )

27

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/626/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-Messiku Nru 1/2010 tas-17 ta’ Settembru 2010 relatata mal-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku Nru 2/2000 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

30

 

 

2010/627/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-Istatiska tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera Nru 3/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 li temenda l-Anness B tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

31

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness I (kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) għall-Ftehim taż-ŻEE

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Anness XXII (id-Dritt tal-Kumpanija) mal-Ftehim taż-ŻEE

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

53

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġislattivi

DEĊIŻJONIJIET

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/1


DEĊIŻJONI Nru 938/2010/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ottubru 2010

li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-proposta leġislattiva lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Moldova (“Moldova”) u l-Unjoni Ewropea qegħdin jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Fl-2005, il-Komunità u l-Moldova ftehmu dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fejn identifikaw il-prijoritajiet għal medda medja ta’ żmien fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Moldova. Il-qafas ta’ dawk ir-relazzjonijiet bilaterali kompla jissaħħaħ bis-Sħubija tal-Lvant li tnediet dan l-aħħar. F’Jannar 2010, l-Unjoni Ewropea u l-Moldova bdew jinnegozjaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li hu mistenni li jieħu post il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni eżistenti.

(2)

L-ekonomija tal-Moldova intlaqtet ħażin ħafna mill-kriżi finanzjarja internazzjonali li wasslet għal tnaqqis drammatiku tal-produzzjoni, pożizzjoni fiskali li qed teħżien u ħtiġijiet għal finanzjament estern li qegħdin dejjem jikbru.

(3)

L-istabbilizzazzjoni u l-irkupru tal-ekonomija fil-Moldova huma appoġġati mill-għajnuna finanzjarja mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). L-arranġament finanzjarju tal-FMI għall-Moldova kien approvat fid-29 ta’ Jannar 2010.

(4)

Il-Moldova talbet l-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni minħabba li s-sitwazzjoni u l-prospettiva ekonomiċi qegħdin jiddeterjoraw.

(5)

Minħabba li għad hemm diskrepanza finanzjarja residwa fil-bilanċ tal-ħlasijiet tal-Moldova bejn l-2010 u l-2011, l-għajnuna makrofinanzjarja hi meqjusa bħala reazzjoni xierqa għat-talba tal-Moldova għal sostenn għall-istabbilizzazzjoni ekonomika flimkien mal-programm preżenti tal-FMI. Din l-għajnuna makrofinanzjarja hija mistennija wkoll tikkontribwixxi biex ittaffi l-ħtiġijiet għall-finanzjament estern tal-baġit tal-Istat.

(6)

L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni m’għandhiex biss tissupplimenta l-programmi u r-riżorsi mill-FMI u l-Bank Dinji, iżda għandha tiżgura l-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni.

(7)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-miżuri meħuda fi ħdan id-diversi oqsma tal-azzjoni esterna u ta’ linji ta’ politika oħra rilevanti tal-Unjoni.

(8)

L-objettivi speċifiċi tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Dawn l-objettivi għandhom ikunu sorveljati regolarment mill-Kummissjoni.

(9)

Il-kondizzjonijiet li fuqhom hu msejjes l-għoti tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jirriflettu l-prinċipji u l-objettivi ċentrali tal-politika tal-Unjoni lejn il-Moldova.

(10)

Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta ma’ din l-għajnuna makrofinanzjarja, huwa meħtieġ illi l-Moldova tadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma’ din l-għajnuna, u l-ġlieda kontrihom. Jeħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tipprovdi għal kontrolli xierqa u li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi għal verifiki xierqa.

(11)

Ir-rilaxx tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja.

(12)

L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jkunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarrafhom regolarment bl-iżviluppi marbuta mal-għajnuna u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

(13)

Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċitar tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b’regolament adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat dak ir-regolament il-ġdid, id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2) tkompli tapplika, bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhijiex applikabbli,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli l-għajnuna makrofinanzjarja lill-Moldova f’forma ta’ għotja ta’ ammont massimu ta’ EUR 90 miljun bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Moldova u ttaffi l-bilanċ tal-ħlasijiet u l-ħtiġijiet baġitarji tagħha, kif ġie identifikat fil-programm attwali tal-FMI.

2.   Ir-rilaxx tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-ftehimiet u l-arranġamenti milħuqa bejn il-FMI u l-Moldova u mal-prinċipji u l-objettivi ċentrali tar-riforma ekonomika stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni bejn l-UE u l-Moldova. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat għall Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji regolarment dwar l-iżviluppi fil-ġestjoni tal-għajnuna u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

3.   L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli għal sentejn u sitt xhur li jibdew mill-ewwel jum wara dak tad-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Qbil imsemmi fl-Artikolu 2(1).

Artikolu 2

1.   Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 5(2), għandha tingħata s-setgħa li tilħaq qbil mal-awtoritajiet tal-Moldova dwar il-kondizzjonijiet ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni Ewropea, biex ikunu stabbiliti fil-Memorandum ta’ Qbil, li għandu jinkludi skeda ta’ żmien biex jiġu sodisfatti (minn hawn ‘il quddiem, “il-Memorandum ta’ Qbil”). Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet u l-arranġamenti milħuqa bejn il-FMI u l-Moldova u mal-prinċipji u l-objettivi ċentrali tar-riforma ekonomika stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni bejn l-UE u l-Moldova. Dawn il-prinċipji u objettivi għandhom l-għan li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-għajnuna, inklużi, b’mod partikolari, is-sistemi għall-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Moldova. Il-progress biex jintlaħqu dawk l-objettivi għandu jkun sorveljat b’mod regolari mill-Kummissjoni. It-termini finanzjarji dettaljati tal-għajnuna għandhom jiġu stipulati fi Ftehim tal-Għotja li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Moldova.

2.   Matul l-implimentazzjoni tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-affidabbiltà tal-arranġamenti finanzjarji, il-proċeduri amministrattivi u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni fil-Moldova li huma rilevanti għal din l-għajnuna u l-konformità mal-iskeda ta’ żmien maqbula.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’perijodi regolari li l-linji ta’ politika ekonomika tal-Moldova jkunu konformi mal-objettivi tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni u li l-kondizzjonijiet tal-politika ekonomika maqbula qed jitwettqu b’mod sodisfaċenti. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji, u fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

Artikolu 3

1.   Soġġett għall-kondizzjonijiet tal-paragrafu 2, l-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Moldova għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni f’mhux anqas minn tliet pagamenti tal-għotja. L-ammont ta’ kull pagament għandu jkun stipulat fil-Memorandum ta’ Qbil.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti soġġett għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-kondizzjonijiet tal-politika ekonomika maqbula fil-Memorandum ta’ Qbil. Il-ħlas tat-tieni pagament u tal-pagament jew pagamenti ta’ wara ma għandux isir qabel tliet xhur mir-rilaxx tal-pagament preċedenti.

3.   Il-fondi tal-Unjoni għandhom jitħallsu lill-Bank Nazzjonali tal-Moldova. Soġġett għad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu maqbula fil-Memorandum ta’ Qbil, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lit-Teżor tal-Istat tal-Moldova bħala l-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 4

L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) u r-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu (4). B’mod partikolari, il-Memorandum ta’ Qbil u l-Ftehim ta’ Għotja li għandu jintlaħaq qbil dwarhom mal-awtoritajiet tal-Moldova għandhom jipprovdu miżuri xierqa li għandhom jiġu implimentati mill-Moldova f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jaffettwaw l-għajnuna u l-ġlieda kontrihom. Sabiex tiġi żgurata trasparenza akbar fil-ġestjoni u fil-ħruġ tal-fondi tal-Unjoni, il-Memorandum ta’ Qbil u l-Ftehim ta’ Għotja għandhom jipprovdu wkoll kontrolli, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi. Barra minn hekk, għandhom jipprovdu għal verifiki, inklużi fejn ikun xieraq verifiki fuq il-post, mill-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 5

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 6

1.   Sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti, flimkien ma’ evalwazzjoni tagħha. Ir-rapport għandu jindika r-rabta bejn il-kondizzjonijiet politiċi kif stipulati fil-Memorandum ta’ Qbil, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Moldova, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tirrilaxxa l-pagamenti tal-għajnuna.

2.   Sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(3), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Ottubru 2010.

(2)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(3)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 939/2010

tal-20 ta’ Ottubru 2010

li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 dwar it-tolleranzi permessi għat-tikkettjar tal-kompożizzjoni ta’ oġġetti tal-għalf jew għalf kompost kif imsemmi fl-Artikolu 11(5)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tagħha.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 jistipula sett ta’ regoli tal-UE li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet tas-suq għall-oġġetti tal-għalf u għalf kompost. L-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jinkludi t-tolleranzi permessi għat-tikkettjar tal-kompożizzjoni ta’ oġġetti tal-għalf u għalf kompost.

(2)

Id-dejta statistika ta’ kontroll mill-Awtoritajiet Kompetenti fl-Istati Membri dwar devjazzjonijiet f’kampjuni tal-għalf uriet li għandhom isiru tibdiliet sostanzjali lill-parametri stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 sabiex jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi fil-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u dawk analitiċi. Il-Kummissjoni issa lestiet il-valutazzjoni ta’ dik id-dejta u konsegwentement l-istruttura u l-parametri tal-Anness IV għandhom jiġu mmodifikati.

(3)

It-tolleranzi emendati għall-kontenut ta’ umdità għandhom iqisu ċerti oġġetti tal-għalf b’kontenut ta’ umdità ogħla minn 50 %, peress li għal dawn l-oġġetti tal-għalf ġew introdotti dispożizzjonijiet ġodda tat-tikkettjar mill-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009.

(4)

Fl-assenza ta’ metodi biex jiġu ddeterminati l-valur tal-enerġija u l-valur tal-proteini f’livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu t-tolleranzi nazzjonali tagħhom għal dawn il-parametri.

(5)

Għat-tolleranzi li ġew introdotti reċentement għall-addittivi tal-għalf fl-għalf għandu jiġi ċċarat li dawn japplikaw biss għad-devjazzjonijiet tekniċi, billi t-tolleranza analitika hija diġà determinata skont il-metodu uffiċjali ta’ sejbien għall-addittiv tal-għalf rispettiv. It-tolleranzi għandhom japplikaw għal valuri stabbiliti fil-lista ta’ addittivi u l-lista ta’ kostitwenti analitiċi.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponiehom.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 huwa mibdul skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.


ANNESS

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IV

Tolleranzi permessi għat-tikkettjar tal-kompożizzjoni ta’ oġġetti tal-għalf jew għalf kompost stipulati fl-Artikolu 11(5)

Parti A:     Tolleranzi għall-kostitwenti analitiċi stipulati fl-Annessi I, V, VI u VII

(1)

It-tolleranzi stabbiliti f’din il-Parti jinkludu devjazzjonijiet tekniċi u analitiċi. Ladarba t-tolleranzi li jkopru l-inċertezzi fil-kejl u l-varjazzjonijiet proċedurali jiġu ffissati fil-livell tal-Unjoni, il-valuri ffissati fil-punt 2 għandhom jiġu adattati kif meħtieġ biex ikopru biss it-tolleranzi tekniċi.

(2)

Meta l-kompożizzjoni ta’ oġġetti tal-għalf jew għalf kompost tinstab li tmur lil hinn mill-valur indikat fuq it-tikketta tal-kostitwenti analitiċi stipulati fl-Annessi I, V, VI u VII għandhom japplikaw it-tolleranzi li ġejjin:

(a)

għaż-żejt u x-xaħmijiet mhux raffinati, il-proteini mhux raffinati u l-irmied mhux raffinat:

(i)

± 3 % tal-massa jew il-volum totali għall-kontenuti dikjarati ta’ 24 % jew aktar;

(ii)

± 12,5 % tal-kontenut dikjarat għal kontenuti dikjarati ta’ anqas minn 24 % imma mhux anqas minn 8 %;

(iii)

± 1 % tal-massa jew il-volum totali għal kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 8 %;

(b)

għal fibri, zokkor u lamtu mhux maħdumin:

(i)

± 3,5 % tal-massa jew il-volum totali għal kontenuti dikjarati ta’ 20 % jew aktar;

(ii)

± 17,5 % tal-kontenut dikjarat għal kontenut dikjarati ta’ anqas minn 20 % imma mhux anqas minn 10 %;

(iii)

± 1,7 % tal-massa jew il-volum totali għal kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 10 %;

(c)

għall-kalċju, l-irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrikloriku, il-fosfru totali, is-sodju, il-potassju u l-manjesju:

(i)

± 1 % tal-massa jew il-volum totali għal kontenuti dikjarati ta’ 5 % jew aktar;

(ii)

± 20 % tal-kontenut dikjarat għal kontenuti dikjarati ta’ anqas minn 5 % imma mhux anqas minn 1 %;

(iii)

± 0,2 % tal-massa jew il-volum totali għal kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 1 %;

(d)

għall-umdità:

(i)

± 8 % tal-kontenut dikjarat għal kontenuti dikjarati ta’ 12,5 % jew aktar;

(ii)

± 1 % tal-massa jew il-volum totali għal kontenuti dikjarati ta’ anqas minn 12,5 % imma mhux anqas minn 5 %;

(iii)

± 20 % tal-kontenut dikjarat għal kontenuti dikjarati ta’ anqas minn 5 % imma mhux anqas minn 2 %;

(iv)

± 0,4 % tal-massa jew il-volum totali għal kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 2 %;

(e)

fir-rigward tal-valur tal-enerġija u l-valur tal-proteini, fejn ma ġietx stipulata tolleranza skont metodu tal-UE jew skont metodu uffiċjali nazzjonali fl-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed l-għalf, għandhom japplikaw it-tolleranzi li ġejjin: għall-valur tal-enerġija 5 % u għall-valur tal-proteini 10 %.

(3)

B’deroga mill-punt 2(a) fir-rigward ta’ żejt u xaħmijiet mhux raffinati u proteini mhux raffinati fl-ikel tal-pets, fejn il-kontenuti dikjarati ikunu ta’ inqas minn 16 % id-devjazzjoni permessa għandha tkun ± 2 % tal-massa jew il-volum totali.

(4)

B’deroga mill-punt 2, id-devjazzjoni permessa mill-kontenut dikjarat għal-limitu massimu għaż-żejt u x-xaħmijiet mhux raffinati u z-zokkor, il-lamtu, il-kalċju, is-sodju, il-potassju, u l-manjesju, il-valur tal-enerġija u l-valur tal-proteini jista’ jkun sa darbtejn it-tolleranza stipulata fil-punti 2 u 3.

(5)

B’deroga mill-punt 2, il-tolleranzi għall-irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku u l-umdità japplikaw biss għal-limitu massimu u m’hemmx limiti stabbiliti għat-tolleranzi għal-limitu minimu.

Parti B:     Tolleranzi għall-addittivi tal-għalf tikkettjati skont l-Annessi I, V, VI u VII

(1)

It-tolleranzi stabbiliti f’din il-Parti jinkludu devjazzjonijiet tekniċi biss. Huma għandhom japplikaw għal addittivi tal-għalf fil-lista tal-addittivi tal-għalf u fil-lista tal-kostitwenti analitiċi.

Fir-rigward tal-addittivi tal-għalf elenkati bħala kostitwenti analitiċi, it-tolleranzi għandhom japplikaw għall-ammont totali ttikkettjat bħala l-kwantità garantita fl-aħħar tal-iskadenza minima ta’ ħażna tal-għalf.

Meta l-kontenut ta’ addittiv tal-għalf f’oġġetti tal-għalf jew għalf kompost ikun inqas mill-kontenut dikjarat, għandhom japplikaw it-tolleranzi li ġejjin (1):

(a)

10 % tal-kontenut dikjarat jekk il-kontenut dikjarat hu 1 000 unità jew aktar;

(b)

100 unità jekk il-kontenut dikjarat huwa ta’ inqas minn 1 000 unità iżda mhux inqas minn 500 unità;

(c)

20 % tal-kontenut dikjarat jekk il-kontenut dikjarat huwa ta’ inqas minn 500 unità iżda mhux inqas minn unità 1;

(d)

0,2 unità jekk il-kontenut dikjarat huwa ta’ inqas minn 1 unità iżda mhux inqas minn 0,5 ta’ unità;

(e)

40 % tal-kontenut dikjarat jekk il-kontenut dikjarat huwa ta’ inqas minn 0,5 ta’ unità.

(2)

Fejn kontenut minimu u/jew massimu ta’ addittiv f’għalf huwa stipulat fl-att ta’ awtorizzazzjoni rispettiv għal dak l-addittiv tal-għalf, it-tolleranzi tekniċi stipulati fil-punt 1 għandhom japplikaw biss meta jinqabeż kontenut minimu jew meta ma jintlaħaqx kontenut massimu, fejn ikun xieraq.

(3)

Sakemm il-kontenut massimu ffissat ta’ addittiv, kif inhu msemmi fil-punt 2 ma jinqabiżx, id-devjazzjoni ’l fuq mill-kontenut dikjarat tista’ tiżdied sa tliet darbiet it-tolleranza stipulata fil-punt 1. Madankollu, jekk għal addittivi tal-għalf li jappartienu lill-grupp ta’ mikroorganiżmi, kontenut massimu huwa stipulat fl-att ta’ awtorizzazzjoni rispettiv għal dak l-addittiv tal-għalf, il-kontenut massimu għandu jikkostitwixxi il-valur massimu permess.”

(1)  Unità 1 f’dan il-punt tfisser 1 mg, 1 000 IU, 1 × 109 CFU jew 100 unità ta’ attività enżimatika tal-addittiv tal-għalf rispettiv għal kull kg ta’ għalf kif xieraq.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 940/2010

tal-20 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

73,3

MK

82,9

XS

78,3

ZZ

78,2

0707 00 05

MK

87,5

TR

144,9

ZZ

116,2

0709 90 70

TR

141,1

ZZ

141,1

0805 50 10

AR

71,5

BR

100,4

CL

83,3

IL

91,2

TR

87,2

ZA

96,9

ZZ

88,4

0806 10 10

BR

220,7

TR

146,0

US

149,0

ZA

64,2

ZZ

145,0

0808 10 80

AR

75,7

BR

59,6

CL

80,9

CN

64,2

NZ

96,4

US

82,6

ZA

87,5

ZZ

78,1

0808 20 50

CN

65,8

ZA

88,6

ZZ

77,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 941/2010

tal-20 ta’ Ottubru 2010

dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Ottubru 2010 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (3) jistipula regoli dettaljati għat-tressiq u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li, f'każijiet fejn il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għandhom ikunu ffissati għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal-liċenzja. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li tressqu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 bejn l-1 u s-7 ta’ Ottubru 2010 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, għandhom ikunu deċiżi l-estent li bih jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni koperti mill-kwota li ġġib in-numru tas-serje 09.4449 u li tressqu bejn l-1 u s-7 ta’ Ottubru 2010 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009, għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta’ 86,932641 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 942/2010

tal-20 ta’ Ottubru 2010

li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta’ Ottubru 2010 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 huma daqs il-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru tal-ordni 09.4321.

(2)

It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għan-numru tal-ordni 09.4321 għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2010/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


ANNESS

“Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL”

Is-sena tas-suq 2010/2011

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.10.2010 sas-7.10.2010

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4317

L-Awstralja

 

09.4318

Il-Brażil

 

09.4319

Kuba

 

09.4320

Kwalunkwe pajjiż terz

Sospiżi

09.4321

L-Indja

 (1)

Sospiżi

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


“Iz-zokkor mill-Balkani”

Is-sena tas-suq 2010/2011

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.10.2010 sas-7.10.2010

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

Il-Bożnija u Ħerzegovina

 

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo (*1)

 (2)

 

09.4327

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

09.4328

Il-Kroazja

 (2)

 

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


“Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali”

Is-sena tas-suq 2010/2011

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.10.2010 sas-7.10.2010

In-numru tas-serje

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

 

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


(1)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

(*1)  Il-Kosovo taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(2)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 943/2010

tal-20 ta’ Ottubru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 937/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)   ĠU L 275, 20.10.2010, p. 7.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-21 ta’ Ottubru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

60,18

0,00

1701 11 90  (1)

60,18

0,00

1701 12 10  (1)

60,18

0,00

1701 12 90  (1)

60,18

0,00

1701 91 00  (2)

51,83

1,92

1701 99 10  (2)

51,83

0,00

1701 99 90  (2)

51,83

0,00

1702 90 95  (3)

0,52

0,21


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 944/2010

tal-20 ta’ Ottubru 2010

li jirratifika r-Regolament (UE) Nru 902/2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta’ dħul ta’ ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Verifika wriet li sar żball ta’ kalkolu fl-Annessi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2010 (3).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 902/2010 għandu jigi emendat kif meħtieġ.

(3)

L-applikazzjoni tal-valur fiss tal-importazzjoni rettifikata għandha tkun intalbet mill-parti interessata, sabiex din tal-aħħar ma tbatix retroattivament minn konsegwenzi li jġibu żvantaġġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 902/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fuq talba tal-parti interessata, l-uffiċċju tad-dwana fejn tkun ġiet irreġistrata l-importazzjoni għandu jagħti rifużjoni parzjali tad-dazji doganali għall-prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi terzi kkonċernati u li jkunu tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu bejn id-9 ta’ Ottubru 2010 u l-11 ta’ Ottubru 2010.

L-applikazzjonijiet għar-rifużjoni għandhom jitressqu sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tat-tielet xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u għandu jkollhom magħhom id-dikjarazzjoni tat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa għall-importazzjoni kkonċernata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 266, 9.10.2010, p. 56.


ANNESS

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 902/2010, fil-parti rilevanti għall-Kodiċi tan-Nomenklatura 0808 10 80 , it-tieni linja għandha tkun sostitwita bit-test li ġej:

“BR

51,1 ”


DIRETTIVI

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/17


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/67/UE

tal-20 ta’ Ottubru 2010

li temenda d-Direttiva 2008/84/KE li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel jew l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE tas-27 ta' Awwissu 2008 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (2), tistabbilixxi l-kriterji ta' purità għall-addittivi msemmija fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (3).

(2)

Skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 l-ispeċifikazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel koperti skont il-paragrafi 1 sa 3 ta’ dak l-Artikolu, inklużi l-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva 95/2/KE, għandhom jiġu adottati, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (4), fil-mument li dawk l-addittivi tal-ikel jiġu inklużi fl-Annessi skont dawk il-paragrafi.

(3)

Billi l-listi għadhom ma ġewx ikkompilati, u biex jiġi żgurat li l-modifikazzjoni tal-Annessi tad-Direttiva 95/2/KE skont l-Artikolu 31 tkun effettiva, u biex ikun żgurat li l-addittivi hekk awtorizzati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet sikuri ta' użu, id-Direttiva 2008/84/KE għandha għalhekk tiġi emendata.

(4)

L-entrata marbuta mad-dijossidu karboniku (E 290) għandha tiġi riveduta fir-rigward tal-livell ta' konċentrazzjoni ta' “kontenut ta' żejt” sabiex jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet tal-Codex Alimentarius imfassla mill-Kumitat Konġunt tal-Esperti dwar l-Addittivi tal-Ikel (JECFA) u d-dokumenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) (eż. ISO 6141).

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) eżaminat it-tagħrif dwar is-sikurezza tal-estratti tar-rosmarin meta użat bħala antiossidant fl-oġġetti tal-ikel. L-estratti tar-rosmarin ġejjin mir-Rosmarinus officinalis L. u fihom diversi komposti li jeżerċitaw funzjonijiet antiossidativi (prinċipalment aċidi fenoliċi, flavonoids, diterpenoids u triterpenes). Jitqies xieraq li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal estratti tar-rosmarin li hu awtorizzat bħala addittiv ġdid tal-ikel għall-użu fl-oġġetti tal-ikel skont id-Direttiva 95/2/KE u assenjat E 392 bħala numru E tiegħu. Hemm deskritti diversi tipi ta' proċess ta' produzzjoni, bl-użu ta' estrazzjoni ta' solvent (etanoliku, aċetun u essan) u estrazzjoni tad-dijossidu karboniku superkritiku.

(6)

L-emiċelluloża tas-sojja (E 426) ġiet ivvalutata mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fl-2003 (5) u bħalissa hi awtorizzata fi ħdan l-UE skont id-Direttiva 95/2/KE. Issa ġiet prodotta varjetà ġdida ta' emiċelluloża tas-sojja u tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet kollha stabbiliti fid-Direttiva 2008/84/KE għal E 426, ħlief li l-etanol huwa teknoloġikament meħtieġ bħala preċipitant biex jippurifika t-taħlita tal-estratt ta' dik il-varjetà ġdida ta' emiċelluloża tas-sojja. Għaldaqstant, l-E 426 finali, li l-karatteristika tagħha hija differenti minn sprej ta' trab abjad imnixxef, jista' wkoll ikun fiha xi etanol bħala residwu fil-konċentrazzjoni massima ta' 2 %. L-etanol hu awtorizzat mid-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) bħala solvent tal-estrazzjoni matul l-ipproċessar ta' materja prima, oġġetti tal-ikel, komponenti tal-ikel, jew ingredjenti tal-ikel, b'konformità mal-prassi tajba ta' manifattura.

(7)

L-Awtorità eżaminat it-tagħrif dwar is-sikurezza tal-gomma tal-kassja bħala addittiv ġdid tal-ikel li jaġixxi bħala sustanza li tgħaqqad u li tħaxxen u esprimiet l-opinjoni tagħha fis-26 ta' Settembru 2006 (7). L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tal-gomma tal-kassja kif indikat skont il-kundizzjonijiet speċifikati mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza. Għalhekk, hu xieraq li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv ġdid tal-ikel li huwa assenjat in-numru E 427.

(8)

L-entrata relatata mal-hydroxypropyl cellulose (E 463) għandha tiġi modifikata biex jiġi kkoreġut żball tal-ispeċifikazzjonijiet b'rabta mal-analiżi. Minflok “Kontenut mhux anqas minn 80,5 % tal-gruppi hydroxypropoxyl”, din għandha tinqara “Kontenut mhux aktar minn 80,5 % tal-gruppi hydroxypropoxyl”. Għaldaqstant, hu xieraq li jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet attwali.

(9)

L-entrata marbuta mal-idroġenu (E 949) għandha tiġi kkoreġuta biex il-livelli ta' konċentrazzjoni indikati fit-taqsimiet tal-analiżi u l-purità jistgħu jkunu kompatibbli. Għaldaqstant, il-konċentrazzjoni ta' nitroġenu għandha tiġi kkoreġuta.

(10)

L-Awtorità eżaminat it-tagħrif dwar is-sikurezza tal-addittiv ġdid tal-ikel, l-alkoħol polyvinyl (PVA), aġent ta' kisi għal supplimenti tal-ikel u esprimiet l-opinjoni tagħha fil-5 ta' Diċembru 2005 (8). L-awtorità sabet li l-użu tal-PVA mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza fil-kisi tas-supplimenti tal-ikel li jkunu f'forma ta' kapsuli u pilloli. Għaldaqstant, hu xieraq li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għall-alkoħol polyvinyl li hu assenjat in-numru E 1203, u li hu awtorizzat bħala addittiv tal-ikel skont id-Direttiva 95/2/KE.

(11)

L-Awtorità eżaminat it-tagħrif dwar is-sikurezza ta' sitt gradi ta' glikoli polyethylene (PEG 400, PEG 3000, PEG 3350, PEG 4000, PEG 6000, PEG 8000) bħala aġenti ta' kisi għall-użu fi prodotti ta' supplimenti tal-ikel u esprimiet l-opinjoni tagħha fit-28 ta' Novembru 2006 (9). L-Awtorità sabet li l-użu ta' dawk il-gradi ta' glikol polyethylene bħala aġent tal-kisi fil-formulazzjonijiet ta' kisi mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza għal pilloli u kapsuli tas-supplimenti tal-ikel skont il-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba għalihom. Dawk il-gradi kollha ta' glikoli polyethylene ġew assenjati numru E ġdid, jiġifieri E 1521. Għaldaqstant, hu xieraq li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal dawk is-sitt gradi ta' glikoli polyethylene u jinġabru flimkien taħt entrata waħda. Konsegwentement, jinħtieġ li jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet attwali diġà stabbiliti fid-Direttiva 2008/84/KE għall-glikol polyethylene 6000.

(12)

L-EFSA evalwat is-sikurezza tal-użu ta' preparazzjoni ta' enżimi bbażata fuq thrombin ma' fibrinogen derivati mill-baqar u/jew mill-ħnieżer bħala addittiv tal-ikel għar-rikostituzzjoni tal-ikel u kkonkludiet fl-opinjoni tagħha fis-26 ta' April 2005 li dan l-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi meta prodott kif deskritt fl-opinjoni ma jkun tal-ebda tħassib fir-rigward tas-sigurtà (10). Madankollu, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-abbozz tad-Direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi għall-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa, ikkunsidra li l-inklużjoni fl-Anness IV tad-Direttiva 95/2/KE ta' din il-preparazzjoni ta' enżimi bħala addittiv għar-rikostituzzjoni tal-ikel mhix kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, peress li ma tissodisfax il-kriterji ġenerali tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, speċjalment fil-paragrafu 1(c) tal-Artikolu 6.

(13)

Jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għal addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius abbozzat mill-JECFA. B’mod partikolari fejn xieraq, jeħtieġ li l-kriterji speċifiċi ta’ purità jiġu adattati biex jirriflettu l-limiti għall-metalli tqal individwali ta’ interess.

(14)

Għalhekk, id-Direttiva 2008/84/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2008/84/KE hu emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)   ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1.

(4)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(5)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel rigward l-Emiċelluloża tas-Sojja espressa fl-4 ta' April 2003 (SCF/CS/ADD/EMU/185 Finali).

(6)   ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3.

(7)  Opinjoni xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi tal-Ikel, Ħwawar, Għajnuna ta’ Proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni marbuta ma’ applikazzjoni dwar l-użu tal-gomma tal-kassja bħala addittiv tal-ikel, The EFSA Journal (2006) 389, 1-16.

(8)  Opinjoni xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi tal-Ikel, Ħwawar, Għajnuna ta’ Proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni marbuta mal-użu tal-alkoħol polyvinyl bħala aġent ta' kisi għas-supplimenti tal-ikel, The EFSA Journal (2005) 294, 1.

(9)  Opinjoni xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi tal-Ikel, Ħwawar, Għajnuna ta’ Proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni marbuta mal-użu tal-glikol polyethylene (PEG) bħala aġent ta' kisi għall-użu fi prodotti ta' supplimenti tal-ikel, The EFSA Journal (2006) 414, 1.

(10)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi tal-Ikel, Ħwawar, Għajnuna ta’ Proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni marbuta mal-użu ta' preparazzjoni tal-enżimi bbażata fuq it-thrombin: il-fibrinoġen li ġej mill-ifrat u/jew mill-ħnieżer bħala addittiv tal-ikel għar-rikostituzzjoni tal-ikel, The EFSA Journal (2005) 214, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 2008/84/KE hu emendat kif ġej:

(1)

Fit-taqsima dwar id-Dijossidu karboniku s-subentrata dwar E 290 il-“kontenut ta' żejt” qed titbiddel b'dan li ġej:

“Kontenut ta' żejt

Mhux aktar minn 5 mg/kg”

(2)

Wara t-taqsima dwar l-addittiv E 385, qed tiddaħħal it-taqsima li ġejja dwar E 392 Estratti tar-rosmarin:

E 392 ESTRATTI TAR-ROSMARIN

SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

Sinonimu

Estratt ta' werqa tar-rosmarin (antiossidant)

Definizzjoni

L-estratti tar-rosmarin fihom diversi komponenti, li ġew ippruvati li jeżerċitaw funzjonijiet antiossidativi. Dawn il-komponenti jappartjenu prinċipalment għall-klassijiet tal-aċidi fenoliċi, flavonoids, diterpenoids. Apparti l-komposti antiossidanti, l-estratti jista' jkun fihom ukoll triterpenes kif ukoll materjal ta' solvent organiku li jista' jiġi estratt, definit speċifikament fl-ispeċifikazzjoni li ġejja

EINECS

283-291-9

Isem kimiku

Estratt tar-rosmarin (Rosmarinus officinalis)

Deskrizzjoni

L-antiossidant estratt tal-werqa tar-rosmarin hu preparat permezz ta' estrazzjoni tal-weraq tar-Rosmarinus officinalis bl-użu ta' sistema tas-solvent approvat għall-ikel. L-estratti jistgħu mbagħad jiġu deodorizzati u jitneħħielhom il-kulur. L-estratti jistgħu jkunu standardizzati

Identifikazzjoni

Komposti antiossidativi ta' referenza: phenolic diterpenes

Carnosic acid (C20H28O4) u Carnosol (C20H26O4) (li jinkludu mhux inqas minn 90 % tat-total ta' phenolic diterpenes)

Volatili ewlenin ta' referenza

Borneol, Bornyl Aċetat, Ganfra, 1,8-Cineol, Verbenone

Densità

> 0,25 g/ml

Solubbiltà

Ma jinħallx fl-ilma

Purità

Telf fit-Tnixxif

< 5%

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg


1.   Estratti ta' rosmarin prodotti minn weraq tar-rosmarin imnixxfa bl-estrazzjoni tal-aċetun

Deskrizzjoni

L-estratti ta' rosmarin huma prodotti minn weraq tar-rosmarin imnixxfa bl-estrazzjoni tal-aċetun, filtrazzjoni, purifikazzjoni u evaporazzjoni tas-solvent, segwiti mit-tnixxif u t-tgħarbil biex jinkiseb trab fin jew likwidu

Identifikazzjoni

Kontenut ta' komposti antiossidativi ta' referenza

≥ 10 % w/w, espress bħala t-total ta' carnosic acid u carnosol

Antiossidant / Volatili - Proporzjon

(Total % w/w ta' carnosic acid u carnosol) ≥ 15

(% w/w ta' volatili ewlenin ta' referenza)*

(* bħala perċentwali tat-total ta' volatili fl-estratt, imkejjel minn Kromatografija tal-Gass – Rilevament ta' Spettromettrija tal-Massa, ‘GC-MSD’)

Solventi Residwi

Aċetun: Mhux aktar minn 500 mg/kg


2.   Estratti ta' rosmarin preparati b'estrazzjoni ta' weraq tar-rosmarin imnixxfa permezz ta' dijossidu karboniku superkritiku

Estratti ta' rosmarin prodotti minn weraq tar-rosmarin imnixxfa estratti permezz ta' dijossidu karboniku superkritiku b'ammont żgħir ta' etanol bħala solvent.


Identifikazzjoni

Kontenut ta' komposti antiossidativi ta' referenza

≥ 13 % w/w, espress bħala t-total ta' carnosic acid u carnosol

Antiossidant / Volatili - Proporzjon

(Total % w/w ta' carnosic acid u carnosol) ≥ 15

(% w/w ta' volatili ewlenin ta' referenza)*

(* bħala perċentwali tat-total ta' volatili fl-estratt, imkejjel minn Kromatografija tal-Gass – Rilevament ta' Spettromettrija tal-Massa, ‘GC-MSD’)

Solventi Residwi

Etanol: mhux aktar minn 2 %


3.   Estratti ta' rosmarin preparati minn estratt etanoliku deodorizzat tar-rosmarin

Estratti ta' rosmarin li huma preparati minn estratt etanoliku deodorizzat tar-rosmarin. L-estratti jistgħu jiġu purifikati aktar, pereżempju bi trattament b'karbonju attiv u/jew distillazzjoni molekulari. L-estratti jistgħu jiddendlu fi trasportaturi adegwati u approvati jew imnixxfa bl-isprej.


Identifikazzjoni

Kontenut ta' komposti antiossidativi ta' referenza

≥ 5 % w/w, espress bħala t-total ta' carnosic acid u carnosol

Antiossidant / Volatili - Proporzjon

(Total % w/w ta' carnosic acid u carnosol) ≥ 15

(% w/w ta' volatili ewlenin ta' referenza)*

(* bħala perċentwali tat-total ta' volatili fl-estratt, imkejjel minn Kromatografija tal-Gass – Rilevament ta' Spettromettrija tal-Massa, ‘GC-MSD’)

Solventi Residwi

Etanol: mhux aktar minn 500 mg/kg


4.   Estratti ta' rosmarin li jiġu deodorizzati u jitneħħielhom il-kulur, miksuba permezz ta' estrazzjoni li fiha żewġ stadji bl-użu tal-essan u l-etanol

Estratti ta' rosmarin li huma preparati minn estratt etanoliku deodorizzat tar-rosmarin, li jgħaddu minn estrazzjoni tal-essan. L-estratt jista' jiġi purifikat aktar, pereżempju bi trattament b'karbonju attiv u/jew distillazzjoni molekulari. Dawn jistgħu jiddendlu fi trasportaturi adegwati u approvati jew imnixxfa bl-isprej.


Identifikazzjoni

Kontenut ta' komposti antiossidativi ta' referenza

≥ 5 % w/w, espress bħala t-total ta' carnosic acid u carnosol

Antiossidant / Volatili - Proporzjon

(Total % w/w ta' carnosic acid u carnosol) ≥ 15

(% w/w ta' volatili ewlenin ta' referenza)*

(* bħala perċentwali tat-total ta' volatili fl-estratt, imkejjel minn Kromatografija tal-Gass – Rilevament ta' Spettromettrija tal-Massa, ‘GC-MSD’)

Solventi residwi

Essan: mhux aktar minn 25 mg/kg

Etanol: mhux aktar minn 500 mg/kg”

(3)

Fit-taqsima dwar E426 l-Emiċelluloża tas-Sojja:

(a)

l-entrati dwar “Definizzjoni” u “Deskrizzjoni” huma mibdula b'dan li ġej:

Definizzjoni

L-Emiċelluloża tas-Sojja hija polisakkaridu raffinat li jdub fl-ilma, miksub minn strati naturali ta' fibra tas-sojja permezz ta' estrazzjoni bil-misħun. Ma għandu jintuża l-ebda preċipitant organiku għajr l-etanol

Deskrizzjoni

Trab fluwidu abjad jew abjad fl-isfar”

(b)

fl-entrata dwar il-“Purità”, is-subentrata li ġejja hija miżjuda:

“Etanol

Mhux aktar minn 2 %”

(4)

Wara t-taqsima dwar l-addittiv E 426, qed tiddaħħal it-taqsima li ġejja dwar Gomma tal-kassja E 427:

E 427 GOMMA TAL-KASSJA

Sinonimi

 

Definizzjoni

Il-gomma tal-kassja hija l-endosperma purifikata u mitħuna taż-żerriegħa tal-Cassia tora u l-Cassia obtusifoli (Leguminosae) li fihom inqas minn 0,05 % tal-Cassia occidentalis. Din tikkonsisti prinċipalment f'polisakkaridi ta' piż molekulari għoli magħmula primarjament minn katina lineari ta' unitajiet ta' 1,4-β-D-mannopyranose kollegati ma' unitajiet ta' 1,6-α-D-galactopyranose. Il-proporzjon ta' mannożju għal galattożju hu madwar 5:1

Fil-manifattura ż-żerriegħa titneħħielha l-ħliefa u r-raħsa permezz ta' trattament mekkaniku termali segwit mit-tħin u l-iskrining tal-endosperma. L-endosperma mitħuna tiġi purifikata aktar permezz ta' estrazzjoni bl-isopropanol

Analiżi

Mhux inqas minn 75 % ta' Galactomannan

Deskrizzjoni

Trab bla riħa, isfar mitfi jagħti fl-abjad maħmuġ

Identifikazzjoni

Solubbiltà

Ma jinħallx fl-etanol. Imxerred sew fl-ilma kiesaħ u jifforma soluzzjoni kollojdali

Formazzjoni ta' ġell bil-borat

Għal taħlita milwiema tal-kampjun żid biżżejjed soluzzjoni tat-test (TS) tal-borat tas-sodju biex tgħolli l-pH għal ogħla minn 9; jiġi fformat ġell

Formazzjoni ta' ġell bil-gomma ta' xanthan

Iżen 1,5 g tal-kampjun u 1,5 g tal-gomma ta' xanthan u ħallathom. Żid din it-taħlita (b'taħwid rapidu) fi 300 ml ilma f'temperatura ta' 80 °C f'reċipjent ta' 400 ml. Ħawwad sakemm it-taħlita tinħall u kompli ħawwad għal 30 minuta żejda wara li tkun inħallet (żomm it-temperatura ogħla minn 60 °C matul il-proċess tat-taħwid). Ieqaf ħawwad u ħalli t-taħlita tiksaħ f'temperatura ambjentali għal mill-inqas sagħtejn

Wara li t-temperatura taqa' taħt l-40 °C, jifforma ġell viżoelastiku iebes, iżda ma jifforma l-ebda ġell ta' dan it-tip f'soluzzjoni ta' kontroll ta' 1 % ta' gomma tal-kassja jew gomma ta' xanthan waħidha preparata b'mod simili

Viskożità

Inqas minn 500 mPa.s (25 °C, 2h, soluzzjoni ta' 1 %) li jikkorrispondu għal piż molekulari medju ta' 200 000 -300 000 D

Purità

Sustanza li ma tinħallx fl-aċidu

Mhux aktar minn 2,0 %

pH

5,5-8 (soluzzjoni milwiema ta' 1 %)

Xaħam mhux raffinat

Mhux aktar minn 1 %

Proteini

Mhux aktar minn 7 %

Total ta' rmied

Mhux aktar minn 1,2 %

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 12 % (5h, 105 °C)

Total ta' Anthraquinones

Mhux aktar minn 0,5 mg/kg(limitu ta' rilevament)

Residwi tas-solvent

Mhux aktar minn 750 mg/kg alkoħol Isopropyl

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi

Plate count totali

Mhux aktar minn 5 000  unità li jifformaw kolonji għal kull gramm

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 100 unità li jifformaw kolonji għal kull gramm

Salmonella spp

Nieqsa f’25 g

E Coli

Nieqsa fi 1 g”

(5)

Fit-taqsima dwar il-hydroxypropyl cellulose (E 463), is-subentrata dwar l-“Analiżi” qed titbiddel b'dan li ġej:

“Analiżi

Kontenut ta' mhux aktar minn 80.5 % tal-gruppi hydroxypropoxyl (-OCH2CHOHCH3) ekwivalenti għal mhux aktar minn 4,6 gruppi hydroxypropyl għal kull unità anhydroglucose fuq il-bażi anidra”

(6)

Fit-taqsima dwar l-“Idroġenu” (E949), fl-entrata dwar il-“Purità”, is-subentrata dwar in-“Nitroġenu” tinbidel b'dan li ġej:

“Nitroġenu

Mhux aktar minn 0,07 % v/v”

(7)

Wara t-taqsima dwar l-addittiv E 1201, qed tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

E 1203 ALKOĦOL POLYVINYL

Sinonimi

Polimer tal-alkoħol viniliku, PVOH

Definizzjoni

L-alkoħol Polyvinyl huwa reżina sintetika preparata mill-polimerizzazzjoni tal-aċetat tal-vinil, segwita mill-idroliżi parzjali tal-ester fil-preżenza ta' katalizzatur tal-alkalin. Il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott jiddependu fuq il-grad ta' polimerizzazzjoni u l-grad ta' idroliżi

Isem kimiku

Ethenol homopolymer

Formula kimika

(C2H3OR)n fejn R = H or COCH3

Deskrizzjoni

Trab granulat bla riħa, bla togħma, trasluċidu, ta' lewn abjad jew lewn il-krema

Identifikazzjoni

Solubbiltà

Jinħall fl-ilma; jinħall kemmxejn fl-etanol

Reazzjoni ta' preċipitazzjoni

Ħoll 0,25g tal-kampjun billi ssaħħnu f'5 ml ta' ilma u ħalli s-soluzzjoni tiksaħ għal temperatura ambjentali. Iż-żieda ta' 10 ml ta' etanol ma' din is-soluzzjoni twassal għal materja bajda, mdardra jew li tixbaħ troffa tas-suf

Reazzjoni tal-lewn

Ħoll 0,01g tal-kampjun billi ssaħħnu f'100 ml ta' ilma u ħalli s-soluzzjoni tiksaħ għal temperatura ambjentali. Jiġi prodott lewn ikħal meta tiġi miżjuda (f'soluzzjoni ta' 5 ml) qatra waħda ta' soluzzjoni tat-test (TS) tal-jodju u ftit qtar ta' soluzzjoni ta' aċidu boriku

Ħoll 0,5g tal-kampjun billi ssaħħnu f'10 ml ta' ilma u ħalli s-soluzzjoni tiksaħ għal temperatura ambjentali. Jiġi prodott lewn aħmar skur jagħti fl-ikħal wara li tiġi miżjuda qatra waħda ta' jodju TS ma' soluzzjoni ta' 5 ml

Viskożità

4,8 sa 5,8 mPa.s (soluzzjoni ta' 4 % f'temperatura ta' 20 °C) li jikkorrispondu għal piż molekulari medju ta' 26 000 -30 000  D

Purità

Materjal li ma jinħallx fl-ilma

Mhux aktar minn 0,1%

Valur tal-Ester

Bejn 125 u 153 mg KOH/g

Grad ta' idroliżi

86,5 sa 89,0 %

Valur tal-aċidu

Mhux aktar minn 3,0

Residwi tas-solvent

Mhux aktar minn 1,0 % Metanol, 1,0 % Aċetat tal-Metil,

pH

5,0 sa 6,5 (soluzzjoni ta' 4 %)

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 5,0 % (105°C, 3H)

Residwu wara t-tqabbid

Mhux aktar minn 1,0%

Ċomb

Mhux aktar minn 2,0 mg/kg”

(8)

It-taqsima dwar il-“glikol polyethylene 6000” qed titbiddel b’dan li ġej:

E 1521 GLIKOLI POLYETHYLENE

Sinonimi

PEG, Macrogol, Ossidu polyethylene

Definizzjoni

Polimeri addizzjonali ta' ossidu tal-etilene u ilma normalment indikati b'numru li jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għall-piż molekulari

Isem kimiku

alpha-Hydro-omega-hydroxypoly (oxy-1,2-ethanediol)

Formula kimika

HOCH2 - (CH2 - O - CH2)n - CH2OH

Piż molekulari medju

380 sa 9 000 D

Analiżi

PEG 400: Mhux inqas minn 95% u mhux aktar minn 105 %

PEG 3000: Mhux inqas minn 90% u mhux aktar minn 110 %

PEG 3350: Mhux inqas minn 90% u mhux aktar minn 110 %

PEG 4000: Mhux inqas minn 90% u mhux aktar minn 110 %

PEG 6000:Mhux inqas minn 90 % u mhux aktar minn 110 %

PEG 8000: Mhux inqas minn 87,5% u mhux aktar minn 112,5 %

Deskrizzjoni

PEG 400 huwa likwidu igroskopiku ċar, viskuż, bla kulur jew kważi bla kulur

PEG 3000, PEG 3350, PEG 4000, PEG 6000 u PEG 8000 huma solidi bojod jew kważi bojod b'dehra tixbaħ ix-xama' jew il-paraffin

Identifikazzjoni

Punt tat-tidwib

PEG 400: 4-8 °C

PEG 3000: 50-56 °C

PEG 3350: 53-57 °C

PEG 4000: 53-59 °C

PEG 6000:55-61 °C

PEG 8000: 55-62 °C

Viskożità

PEG 400: 105 sa 130 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

PEG 3000: 75 sa 100 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

PEG 3350: 83 sa 120 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

PEG 4000: 110 sa 170 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

PEG 6000: 200 sa 270 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

PEG 8000: 260 sa 510 mPa.s f'temperatura ta' 20 °C

Għal glikoli polyethylene li jkollhom piż molekulari medju akbar minn 400, il-viskożità tiġi determinata fuq soluzzjoni ta′ 50 fil-mija m/m tas-sustanza kandidata fl-ilma

Solubbiltà

PEG 400 jista' jitħallat mal-ilma, jinħall ħafna fl-aċetun, fl-alkoħol u fil-klorur tal-metilin, prattikament ma jinħallx fiż-żjut xaħmin u fiż-żjut minerali

PEG 3000 u PEG 3350: jinħall ħafna fl-ilma u fil-klorur tal-metilin, jinħall ftit li xejn fl-alkoħol, prattikament ma jinħallx fiż-żjut xaħmin u fiż-żjut minerali

PEG 4000, PEG 6000 u PEG 8000: jinħall ħafna fl-ilma u fil-klorur tal-metilin, prattikament ma jinħallx fl-alkoħol u fiż-żjut xaħmin u fiż-żjut minerali

Purità

Aċidità jew alkalinità

Ħoll 5,0 g f'50 ml ta' ilma ħieles mid-dijossidu karboniku u żid 0,15 ml ta' soluzzjoni bromothymol blue. Is-soluzzjoni hi safra jew ħadra. Mhux aktar minn 0,1 ml ta' idrossidu tas-sodju 0,1 M hu meħtieġ biex il-lewn tal-indikatur jitbiddel għal ikħal

Valur tal-idroksil

PEG 400: 264-300

PEG 3000: 34-42

PEG 3350: 30-38

PEG 4000: 25-32

PEG 6000: 16-22

PEG 8000: 12-16

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,2%

1.4-Dijoksan

Mhux aktar minn 10 mg/kg

Ossidu tal-etilene

Mhux aktar minn 0,2 mg/kg

Glikol tal-etilene u glikol diethylene

Total ta' mhux aktar minn 0,25 % w/w individwalment jew f'kombinazzjoni

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg”


DEĊIŻJONIJIET

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ottubru 2010

skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali f’Andorra

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7084)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/625/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 25(6) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu li t-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz isir biss jekk il-pajjiż terz ikkonċernat jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni u kif ukoll jekk ikun hemm konformità mal-liġijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva qabel ma jsir it-trasferiment.

(2)

Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li pajjiż terz jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni. F’dak il-każ, tista’ tiġi trasferita dejta personali mill-Istati Membri mingħajr ma jkunu meħtiġin garanziji addizzjonali.

(3)

Skont id-Direttiva 95/46/KE l-livell ta’ protezzjoni tad-dejta għandu jkun evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha li jikkonċernaw operazzjoni ta’ trasferiment ta’ dejta jew sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ dejta filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti elementi importanti għat-trasferiment u elenkati fl-Artikolu 25 tagħha.

(4)

Minħabba d-diversi approċċi li pajjiżi terzi għandhom fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta, l-evalwazzjoni tal-adegwatezza għandha titwettaq, u kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE għandha ssir u tkun infurzata, b’mod li ma toħloqx diskriminazzjoni arbitrarja jew mingħajr ġustifikazzjoni kontra jew bejn pajjiżi terzi li fihom ikun hemm kundizzjonijiet simili, u lanqas ma sservi ta’ ostaklu moħbi għall-kummerċ, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni għall-impenji internazzjonali preżenti tal-Komunità.

(5)

Andorra huwa Stat b’sistema ta’ Koprinċipalità Parlamentari bil-President tar-Repubblika Franċiża u l-Arċisqof ta’ Urgell bħala Koprinċpijiet.

(6)

Id-dritt għall-privatezza huwa stabbilit fl-Artikolu 14 tal-Kostituzzjoni tal-Prinċipalità ta’ Andorra (Constitució del Principat d’Andorra), kif approvata f’referendum popolari fl-14 ta’ Marzu 1993.

(7)

Ir-regoli legali għall-protezzjoni tad-dejta personali f’Andorra fil-biċċa l-kbira tagħhom huma bbażati fuq l-istandards stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE u li jinstabu fil-Liġi Kwalifikata 15/2003 tat-18 ta’ Diċembru dwar il-protezzjoni tad-dejta personali (Llei qualificada de protecció de dades personals)(LQPDP). Din il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta hija kkumplimentata ulterjorment bid-Digriet tal-1 ta’ Lulju 2004 li jistabbilixxi r-Reġistru Pubbliku għall-Iskrizzjoni tal-Fajls tad-Dejta Personali u bid-Digriet tad-9 ta’ Ġunju 2010 li japprova r-Regolamenti tal-Aġenzija tal-Protezzjoni tad-Dejta ta’ Andorra. Dan l-istrument tal-aħħar jikkjarifika bosta kwistjonijiet imqajma mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE fl-Opinjoni tagħha tal-1 ta’ Diċembru 2009 (2).

(8)

Hemm ukoll dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni ta’ dejta f’numru ta’ strumenti legali li jirregolaw setturi differenti, bħal leġiżlazzjoni fis-settur finanzjarju, regolamenti tas-saħħa u reġistri pubbliċi.

(9)

Andorra rratifikat il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Dejta Personali tat-28 ta’ Jannar 1981, u tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Dejta Personali rigward l-awtoritajiet superviżorji u flussi tad-dejta bejn il-fruntieri tat-8 ta’ Novembru 2001, kif ukoll il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali tal-4 ta’ Novembru 1950, fis-seħħ f’Andorra sa mit-22 ta’ Jannar 1996 u l-Patt dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta’ Diċembru 1966, fis-seħħ f’Andorra sa mid-19 ta’ Lulju 2006

(10)

L-istandards ta’ protezzjoni tad-dejta legali applikabbli f’Andorra jkopru l-prinċipji kollha meħtieġa għal livell adegwat ta’ protezzjoni tal-persuni naturali, kif ukoll jipprovdu għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet sabiex jissalvagwardjaw interessi pubbliċi importanti. L-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards ta’ protezzjoni tad-dejta legali hija garantita b’rimedji amministrattivi u ġudizzjarji u b’superviżjoni indipendenti magħmula minn awtorità ta’ superviżjoni, l-Aġenzija tal-Protezzjoni tad-Dejta ta’ Andorra, li għandha s-setgħat li tinvestiga u tintervjeni u li taġixxi b’mod kompletament indipendenti.

(11)

L-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta ta’ Andorra pprovdew spjegazzjonijiet u garanziji dwar kif għandha tiġi interpretata l-liġi ta’ Andorra, u taw garanziji li l-leġiżlazzjoni ta’ Andorra dwar il-protezzjoni tad-dejta huma implimentati f’konformità ma’ tali interpretazzjoni. Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq dawn l-ispjegazzjonijiet u l-garanziji, u hija għalhekk kondizzjonali fuqhom.

(12)

Għalhekk Andorra għandha titqies bħala li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għal dejta personali kif imsemmi fid-Direttiva 95/46/KE.

(13)

Fl-interess tat-trasparenza u sabiex tiġi mħarsa l-abilità tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jiżguraw il-protezzjoni tal-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, huwa neċessarju li jiġu speċifikati ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali fejn tista’ tkun ġustifikata s-sospensjoni ta’ flussi speċifiċi ta’ dejta, minkejja li jinstab li jkun hemm protezzjoni adegwata.

(14)

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali stabbilit taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE ta opinjoni favorevoli fuq il-livell ta’ adegwatezza fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali, li ġiet ikkunsidrata fil-preparazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni (3). Fl-opinjoni favorevoli tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma inkoraġġa l-awtoritajiet ta’ Andorra matul il-proċess dejjem għaddej tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ulterjuri li se jestendu l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ Andorra għad-deċiżjonijiet individwali awtomatizzati, peress li din fil-preżent mhux espressament rikonoxxuta mil-Liġi Kwalifikata ta’ Andorra dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

(15)

Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 95/46/KE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-għanijiet tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, Andorra hija meqjusa li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għal dejta personali trasferita mill-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-adegwatezza ta’ protezzjoni pprovduta f’Andorra bil-għan li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħra li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra ta’ dik id-Direttiva li jappartjenu għall-ipproċessar tad-dejta personali fi ħdan l-Istati Membri.

Artikolu 3

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tagħhom li jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati f’konformità ma’ dispożizzjonijiet oħrajn oltre l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom li jissospendu l-flussi ta’ dejta lir-riċevent f’Andorra sabiex jiġu protetti l-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-każijiet segwenti:

(a)

fejn awtorità kompetenti f’Andorra tkun ikkonkludiet illi r-riċevent ma jikkonformax mal-istandards tal-protezzjoni applikabbli; jew

(b)

fejn hemm probabbiltà sostanzjali li l-istandards ta’ protezzjoni qed jiġu miksura, hemm raġunijiet biżżejjed biex wieħed jemmen illi l-awtorità kompetenti ta’ Andorra mhux qed tieħu, jew mhux ser tieħu l-passi adegwati u fil-waqt sabiex isolvu l-każ fil-kwistjoni; it-trasferiment kontinwu għandu joħloq periklu imminenti ta’ ħsara kbira lis-suġġetti ta’ dejta u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għamlu sforzi raġonevoli fiċ-ċirkustanzi sabiex jinnotifikaw il-parti responsabbli għall-iproċessar f’Andorra u taw ċans biżżejjed għar-risposta.

2.   Is-sospensjoni għandha tieqaf hekk kif l-istandards ta’ protezzjoni jkunu assigurati u l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tkun notifikata b’dan.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr l-ebda dewmien meta jiġu adottati miżuri bbażati fuq l-Artikolu 3.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli milli jiżguraw il-konformità mal-istandards ta’ protezzjoni f’Andorra jonqsu milli jiżguraw tali konformità.

3.   Jekk l-informazzjoni miġbura taħt l-Artikolu 3 u taħt il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu tipprovdi xhieda lil xi awtorità responsabbli li tiżgura konformità mal-istandards tal-protezzjoni f’Andorra mhix qed tagħmel xogħolha effettivament, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ Andorra u, jekk hu neċessarju, tippreżenta abbozz ta’ miżuri konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikoli 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE, bil-għan li tiġi revokata, jew sospiża din id-Deċiżjoni, jew li tiġi limitata fil-portata tagħha.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni u tirrapporta kull konklużjoni relevanti lill-Kumitat imwaqqaf taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluża kull evidenza li tista’ taffettwa l-konklużjoni fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, li l-protezzjoni f’Andorra hija adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE u kull evidenza li din id-Deċiżjoni qed tiġi implimentata b’mod diskriminatorju.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtiġin sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni sal-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Viċi President


(1)   ĠU L 281, 23.11.1995. p. 31.

(2)  Opinjoni 7/2009 tal-1 December 2009, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/2009/wp166_en.pdf

(3)  Opinjoni 7/2009 tal-1 ta’ Diċembru 2009, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/2009/wp166_en.pdf


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-MESSIKU Nru 1/2010

tas-17 ta’ Settembru 2010

relatata mal-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku Nru 2/2000 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

(2010/626/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta’ Marzu 2000 (1) (minn hawn ’il quddiem “Deċiżjoni Nru 2/2000”), u b’mod partikolari n-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta’ oriġini u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva u d-Dikjarazzjoni Konġunta V tagħha;

Billi:

(1)

L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 jistipula regoli tal-orġini għall-prodotti li joriġinaw fit-territorju tal-Partijiet għall-Ftehim.

(2)

Skont id-Dikjarazzjoni Konġunta V, il-Kumitat Konġunt se jirrevedi l-ħtieġa li tkun estiża, lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2003, l-applikazzjoni tar-regoli ta’ oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 , jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi li kienu l-bażi għall-istabbiliment tar-regola stipulata f’dawk in-Noti jibqgħu fis-seħħ. Fit-22 ta’ Marzu 2004 u fl-14 ta’ Ġunju 2007 l-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku adotta d-Deċiżjonijiet Nru 1/2004 (2) u 1/2007 (3) li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 sat-30 ta’ Ġunju 2006 u sat-30 ta’ Ġunju 2009, rispettivament.

(3)

B’konformità nal-analiżi tal-kundizzjonijiet ekonomiċi rilevanti li saret, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta V, huwa kkunsidrat xieraq, sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-applikazzjoni tal-vantaġġi reċiproċi previsti skont id-Deċiżjoni Nru 2/2000, li tkun estiża fuq bażi temporanja, l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-regoli tal-oriġini kif stipulati fin-Noti 2 u 3 skont l-Appendiċi II(a) tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, se japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2014 minflok ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Appendiċi II tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw in-notifiki miktuba li jiċċertifikaw it-tlestija tal-proċeduri legali rispettivi tagħhom.

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2010

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Gustavo MARTIN PRADA


(1)   ĠU L 157, 30.6.2000, p. 10.

(2)   ĠU L 113, 20.4.2004, p. 60.

(3)   ĠU L 279, 23.10.2007, p. 15.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-ISTATISKA TAL-UNJONI EWROPEA U L-ISVIZZERA Nru 3/2010

tal-1 ta’ Ottubru 2010

li temenda l-Anness B tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

(2010/627/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-ISTATISTIKA TAL-UNJONI EWROPEA U L-ISVIZZERA,

Wara li kunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007 u hemm fih l-Anness B dwar ir-regoli li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Isvizzera.

(2)

L-esperjenza miksuba mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-Ftehim uriet il-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni finanzjarja tiegħu u li jitnaqqas il-piż amministrattiv korrispondenti. Għaldaqstant, l-Anness B għandu jiġi rivedut,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

L-Anness B tal-Ftehim jeħodlu postu t-test li jidher fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f'Sofia, l-1 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE

Walter RADERMACHER

Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

Jürg MARTI


(1)   ĠU L 90, 28.3.2006, p. 2.


ANNESS

“ANNESS B

REGOLI FINANZJARJI LI JIRREGOLAW IL-KONTRIBUZZJONI TAL-ISVIZZERA IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8

1.   Determinazzjoni tal-parteċipazzjoni finanzjarja

1.1.

L-Isvizzera għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja, fuq bażi annwali, lill-Programm tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istatistika.

1.2.

Din il-kontribuzzjoni għandha tissejjes fuq żewġ elementi:

L-ispiża totali tal-Eurostat [Spiża]

L-għadd ta’ Stati Membri fl-Unjoni Ewropea [# Membri]

1.3.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun: [Spiża]/[# Membri]

1.4.

Dawn l-elementi għandhom jiġu definiti kif ġej:

1.4.1.

L-ispiża totali tal-Eurostat għandha tiġi ddefinita bħala 85 % tal-ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-Qasam tal-Politika tal-Istatistika (Titolu 29) tal-Baġit tal-Unjoni Ewropea, skont in-nomenklatura tal-Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attivitajiet. Din għandha tinkludi l-Ispiża tal-Maniġment u ta’ Appoġġ fil-Qasam ta’ Politika tal-Istatistika (Spiża marbuta mal-persunal f’impjieg attiv, persunal estern u nfiq ieħor ta’ ġestjoni, bini u nfiq marbut miegħu u nfiq ta’ appoġġ għall-operat) u l-Interventi Finanzjarji fir-rigward tal-Produzzjoni ta’ Informazzjoni Statistika. [Spiża]

1.4.2.

L-għadd ta’ Stati Membri għandu jiġi definit bħala l-għadd ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar tas-sena inkwistjoni. [# Membri]

1.5.

Abbozz ta’ kalkolu ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha ssir minnufih wara l-adozzjoni tal-Abbozz Preliminari tal-Baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena inkwistjoni. Il-kalkolu finali għandu jsir minnufih wara l-adozzjoni tal-Baġit għal dik is-sena.

2.   Proċeduri ta’ ħlas

2.1.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena finanzjarja, sejħa għall-fondi lill-Isvizzera li tikkorrispondi mal-kontribuzzjoni tagħha skont dan il-Ftehim. Din is-sejħa għall-fondi għandha tipprovdi għall-ħlas tal-kontribuzzjoni tagħha mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju. Kull dewmien fil-ħruġ tas-sejħa għall-fondi għandu jagħti lok għal differiment korrispondenti tad-data tal-ħlas skedata, biex jingħata perjodu ta’ ħlas ta’ mill-inqas tletin jum.

2.2.

Il-kontribuzzjoni tal-Isvizzera għandha tkun espressa u mħallsa f’euro.

2.3.

L-Isvizzera għandha tħallas il-kontribuzzjoni tagħha skont dan il-Ftehim skont l-iskeda fil-punt 2.1. Kull dewmien fil-ħlas għandu jirriżulta fi ħlas ta’ interessi bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ewlenin tiegħu ta’ finanzjar mill-ġdid, kif ippubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar tad-data tal-ħlas, b’żieda ta’ 1.5 punti perċentwali. Ir-rata miżjuda għandha tiġi applikata għall-perjodu kollu tad-dewmien. Iżda, l-interess għandu jkun dovut biss fir-rigward ta’ kull kontribuzzjoni mħallsa aktar minn tletin jum wara d-data tal-ħlas skedata kif imsemmi fil-punt 2.1.

2.4.

L-ispejjeż imġarrba mir-rappreżentanti u l-esperti Svizzeri li jieħdu sehem f’laqgħat imsejħa mill-Kummissjoni skont dan il-Ftehim m’għandhomx jingħataw rimbors mill-Kummissjoni. Kif iddikjarat fl-Artikolu 6(2), l-ispejjeż marbuta mal-issekondar ta’ uffiċjali nazzjonali Svizzeri għall-Eurostat għandhom jitħallsu kollha kemm huma mill-Isvizzera.

Suġġett għal ftehim bejn il-Eurostat u l-Uffiċju Federali Svizzeru għall-Istatistika, l-Isvizzera tista’ tnaqqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha l-ispejjeż għall-esperti nazzjonali ssekondati. L-ammont massimu li jrid jitnaqqas għal kull uffiċjal ma għandux jaqbeż il-massimu mnaqqas għal uffiċjali mill-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA ssekondati mal-Eurostat skont il-Ftehim taż-ŻEE. Din is-somma għandha tiġi miftiehma fuq bażi annwali fil-Kumitat Konġunt.

2.5.

Il-pagamenti magħmula mill-Isvizzera għandhom jiġu kkreditati bħala dħul baġitarju maħsub għal-linja tal-baġit li tikkorrispondi fil-prospett tad-dħul tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament Finanzjarju (1) applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-immaniġġjar tal-approprjazzjonijiet.

3.   Kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni

3.1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Isvizzera skont l-Artikolu 8 għandha normalment tibqa’ kif inhi għas-sena finanzjarja inkwistjoni.

3.2.

Il-Kummissjoni, fiż-żmien tal-għeluq tal-kontijiet marbuta ma’ kull sena finanzjarja (n), fil-qafas tat-twaqqif tal-kont tad-dħul u l-infiq, għandha tissokta bir-regolarizzazzjoni tal-kontijiet fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Isvizzera, filwaqt li tqis il-bidliet li saru minħabba trasferimenti, kanċellazzjonijiet, trasferimenti, jew permezz ta’ baġits supplementari jew ta’ emenda matul is-sena finanzjarja. Din ir-regolarizzazzjoni għandha ssir fil-qafas tat-twaqqif tal-baġit għas-sena ta’ wara (n + 2) u għandha tkun riflessa fis-sejħa għal fondi.

4.   Informazzjoni

4.1.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena finanzjarja (n + 1), il-prospett tal-approprjazzjonijiet li jikkorrispondi mal-obbligi finanzjarji operattivi u amministrattivi tal-Eurostat, marbuta mas-sena finanzjarja ta’ qabel (n), għandu jitħejja u jintbagħat lill-Isvizzera bħala informazzjoni, skont il-format tal-kont tad-dħul u l-infiq tal-Kummissjoni.

4.2.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Isvizzera d-dejta finanzjarja ġenerali l-oħra kollha marbuta mal-Eurostat li hija disponibbli għall-Istati taż-ŻEE-EFTA.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007. P 9).”


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 81/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness I (kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 378/2005 rigward kampjuni ta’ referenza, miżati u laboratorji mniżżla fl-Anness II (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 243/2007 fir-rigward tal-kontenut minimu tal-addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1270/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 8/2010 tat- 23 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ serine protease prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 19670) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp.Z.o.o) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 9/2010 tat- 23 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, tiġieġ tal-bajd, papri u dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, Finnfeeds International Limited) (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/6/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-merkurju, gossypol ħieles, nitriti u Mowrah, Bassia, Madhuca (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1zzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005):

“—

32009 R 0885: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 58).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 1zzzn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 243/2007):

“—

32009 R 1269: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 27).”

3.

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzzzu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009):

“1zzzzzv.

32009 R 1270: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1270/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 28).

1zzzzzw.

32010 R 0008: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 8/2010 tat- 23 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ serine protease prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 19670) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp.Z.o.o) (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 7).

1zzzzzx.

32010 R 0009: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 9/2010 tat- 23 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, tiġieġ tal-bajd, papri u dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, Finnfeeds International Limited) (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 10).”

4.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32010 L 0006: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/6/UE tad-9 ta’ Frar 2010 (ĠU L 37, 10.2.2010, p. 29).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 885/2009, (UE) Nru 1269/2009, (UE) Nru 1270/2009, (UE) Nru 8/2010 u (UE) Nru 9/2010 u d-Direttiva 2010/6/UE, bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 244, 16.9.2010, p. 6.

(2)   ĠU L 254, 26.9.2009, p. 58.

(3)   ĠU L 339, 22.12.2009, p. 27.

(4)   ĠU L 339, 22.12.2009, p. 28.

(5)   ĠU L 3, 7.1.2010, p. 7.

(6)   ĠU L 3, 7.1.2010, p. 10.

(7)   ĠU L 37, 10.2.2010, p. 29.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 82/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 59/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/121/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li temenda, għall-finijiet tal-addattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi I u V tad-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessuti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 4c (id-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XI tal-Anness II tal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32009 L 0121: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/121/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 242, 15.9.2009, p. 13).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/121/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 232, 3.9.2009, p. 10.

(2)   ĠU L 242, 15.9.2009, p. 13.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 83/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 105/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-okratossina A (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2010 tas-26 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-aflatossini (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda mal-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32010 R 0105: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 105/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 7),

32010 R 0165: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2010 tas-26 ta’ Frar 2010 (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 105/2010 u (UE) Nru 165/2010 bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 244, 16.9.2010, p. 6.

(2)   ĠU L 35, 6.2.2010, p. 7.

(3)   ĠU L 50, 27.2.2010, p. 8.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 84/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/164/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009 li temenda, għall-għan ta’ adattament għal progress tekniku, l-Annessi II u III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kożmetiċi (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II mal-Ftehim:

“—

32009 L 0164: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/164/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 344, 23.12.2009, p. 41).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/164/UE bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 181, 15.7.2010, p. 16.

(2)   ĠU L 344, 23.12.2009, p. 41.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 85/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (2) għandħa tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31 (id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0111: Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 16e (id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32009 L 0111: Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/111/KE bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 (3) jew tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 181, 15.7.2010, p. 18.

(2)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

(3)   ĠU L 257, 25.9.2008, p. 27.

(4)   ĠU L 339, 18.12.2008, p. 103.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 86/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness X tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2009 tad-9 ta’ Ġunju 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/739/KE tat-2 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri skont il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1 (id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness X tal-Ftehim:

“1a.

32009 D 0739: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/739/KE tat-2 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri skont il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 32).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/739/KE bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 162, 25.6.2009, p. 23.

(2)   ĠU L 263, 7.10.2009, p. 32.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 88/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/965/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar id-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37db (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/163/KE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“37dc.

32009 D 0965: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/965/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar id-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 341, 22.12.2009, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/965/KE bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 244, 16.9.2010, p. 34.

(2)   ĠU L 341, 22.12.2009, p. 1.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 89/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-Indikaturi Komuni tas-Sikurezza u mal-metodi komuni biex ikunu kkalkulati l-ispejjeż tal-inċidenti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 42e (id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII għall-Ftehim:

“—

32009 L 0149: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 65). ”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/149/KE bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 244, 16.9.2010, p. 34.

(2)   ĠU L 313, 28.11.2009, p. 65.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 90/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ’il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 42 g (id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“42 h.

32007 R 1371: Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 fil-lingwi tal-Islanda u tan-Norveġja, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 244, 16.9.2010, p. 34.

(2)   ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 91/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIV tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiki għalenija fis-settur ta’ vetturi bil-magna (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 (3), li ġie inkorporat fil-Ftehim, skada fil-31 ta’ Mejju 2010 u għalhekk għandu jitħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 4b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002) tal-Anness XIV mal-Ftehim għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32010 R 0461: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiki għalenija fis-settur ta’ vetturi bil-magna (ĠU L 129, 28.5.2010, p. 52).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-addattament li ġej:

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tal-Artikolu 6:

‘Skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ b’rakkomandazzjoni tiddikjara li, fejn netwerks paralleli ta’ restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru iktar minn 50 % ta’ suq rilevanti fl-Istati tal-EFTA, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal ftehim vertikali li jkun fihom restrizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għal dak is-suq.

Rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tkun indirizzata lill-Istat tal-EFTA jew l-Istati tal-EFTA li fihom ikun inkluż is-suq rilevanti in kwestjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun informata dwar il-ħruġ ta’ tali rakkomandazzjoni.

Fi żmien tliet xhur mill-ħruġ tar-rakkommandazzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istati tal-EFTA kollha indirizzati għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jekk jaċċettawx ir-rakkommandazzjoni. Jekk it-terminu perentorju ta’ tliet xhur jiskadi mingħajr risposta, dan għandu jinftiehem bħala aċċettazzjoni min-naħa tal-Istat tal-EFTA li ma jkunx irrisponda fil-ħin.

Jekk Stat tal-EFTA indirizzat bir-rakkommandazzjoni jew jaċċetta r-rakkommandazzjoni jew ma jirrispondix fil-ħin, skont il-Ftehim biex tkun implimentata r-rakkommandazzjoni fi żmien tliet xhur mill-ħruġ tagħha għandu jiġi impost fuqu obbligu legali.

Jekk fi żmien it-terminu perentorju ta’ tliet xhur, Stat tal-EFTA indirizzat jinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li huwa ma jaċċettax ir-rakkomandazzjoni tagħha, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bir-risposta tagħha. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx taqbel mal-pożizzjoni tal-Istat tal-EFTA in kwestjoni, l-Artikolu 92(2) tal-Ftehim għandu japplika.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

Fejn netwerks paralleli ta’ restrizzjonijet vertikali simili jkunu jkopru iktar minn 50 % ta’ suq rilevanti fit-territorju tal-Ftehim taż-ŻEE, iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza jkunu jistgħu jibdew koperazzjoni bl-iskop li jaddottaw miżuri separati. Jekk iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza jiftehmu dwar suq rilevanti u dwar kemm ikun f’loku li tkun addottata miżura skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha taddotta regolament indirizzat lill-Istati Membri tal-UE u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA rakkomandazzjoni ta’ sustanza korrispondenti għall-Istat tal-EFTA jew l-Istati tal-EFTA inkluż is-suq rilevanti in kwestjoni.’”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 461/2010 bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1). Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 244, 16.9.2010, p. 35.

(2)   ĠU L 129, 28.5.2010, p. 52.

(3)   ĠU L 203, 1.8.2002, p. 30.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 92/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Il-Protokoll 37 tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li twaqqaf il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Sabiex il-Ftehim ikun jista’ jitħaddem sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim għandu jiġi emendat biex jinkludi l-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema mwaqqaf permezz tad-Deċiżjoni 2009/17/KE, u l-Anness XVIII għandu jiġi emendat biex jispeċifika l-proċeduri għall-assoċjazzjoni ma’ dan il-Kumitat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 30 (id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII tal-Ftehim:

“30a.

32009 D 0017: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li twaqqaf il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 26).

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati EFTA skont l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat EFTA jista’, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE, jaħtar żewġ persuni biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema.”

Artikolu 2

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal fil-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim:

“33.

Il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE).”

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/17/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Lulju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 181, 15.7.2010, p. 22.

(2)   ĠU L 62, 11.3.2010, p. 65.

(3)   ĠU L 8, 13.1.2009, p. 26.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 93/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lis-saqqijiet tas-sodda (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni 2009/544/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/739/KE (11), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(12)

Id-Deċiżjoni 2009/563/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE (12), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(13)

Id-Deċiżjoni 2009/564/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE (13), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(14)

Id-Deċiżjoni 2009/567/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/178/KE (14), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE (15), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(15)

Id-Deċiżjoni 2009/568/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE (16), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(16)

Id-Deċiżjoni 2009/578/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/287/KE (17), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(17)

Id-Deċiżjoni 2009/598/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/740/KE (18), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(18)

Id-Deċiżjoni 2009/607/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE (19), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2y (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE):

“2z.

32009 D 0543: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 27).”

2.

It-test tal-punt 2v (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/739/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0544: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39).”

3.

It-test tal-punt 2 g (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0563: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27).”

4.

It-test tal-punt 2p (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0564: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 36).”

5.

It-test tal-punt 2f (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0567: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 70).”

6.

It-test tal-punt 2i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0568: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87).”

7.

It-test tal-punt 2 m (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/287/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0578: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE tal-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57).”

8.

It-test tal-punt 2w (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/740/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0598: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 65).”

9.

It-test tal-punt 2k (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32009 D 0607: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes (ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/543/KE, 2009/544/KE, 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/567/KE, 2009/568/KE, 2009/578/KE, 2009/598/KE u 2009/607/KE, bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 181, 15.7.2010, p. 23.

(2)   ĠU L 181, 14.7.2009, p. 27.

(3)   ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39.

(4)   ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27.

(5)   ĠU L 196, 28.7.2009, p. 36.

(6)   ĠU L 197, 29.7.2009, p. 70.

(7)   ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87.

(8)   ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57.

(9)   ĠU L 203, 5.8.2009, p. 65.

(10)   ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21.

(11)   ĠU L 236, 4.9.2002, p. 4.

(12)   ĠU L 77, 20.3.2002, p. 50.

(13)   ĠU L 108, 29.4.2005, p. 67.

(14)   ĠU L 57, 5.3.1999, p. 21.

(15)   ĠU L 133, 18.5.2002, p. 29.

(16)   ĠU L 142, 29.5.2001, p. 10.

(17)   ĠU L 102, 24.4.2003, p. 82.

(18)   ĠU L 236, 4.9.2002, p. 10.

(19)   ĠU L 94, 11.4.2002, p. 13.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 94/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1136/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 17 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1164/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 18 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1165/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 4 u IFRS 7 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1171/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 9 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII mal-Ftehim:

“—

32009 R 1136: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1136/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 311, 26.11.2009, p. 6),

32009 R 1142: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 8),

32009 R 1164: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1164/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 15),

32009 R 1165: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1165/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 21),

32009 R 1171: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1171/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 43).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti tal-Kummisjoni (KE) Nru 1136/2009, (KE) Nru 1142/2009, (KE) Nru 1164/2009, (KE) Nru 1165/2009 u (KE) Nru 1171/2001, bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 181, 15.7.2010, p. 24.

(2)   ĠU L 311, 26.11.2009, p. 6.

(3)   ĠU L 312, 27.11.2009, p. 8.

(4)   ĠU L 314, 1.12.2009, p. 15.

(5)   ĠU L 314, 1.12.2009, p. 21.

(6)   ĠU L 314, 1.12.2009, p. 43.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 95/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Anness XXII (id-Dritt tal-Kumpanija) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1293/2009 tat-23 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 32 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim:

“—

32009 R 1293: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1293/2009 tat-23 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 347, 24.12.2009, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1293/2009 bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta’ Lulju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 181, 15.7.2010, p. 24.

(2)   ĠU L 347, 24.12.2009, p. 23.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 96/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern, għandha titkompla.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli wara l-31 ta’ Diċembru 2009,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu b’dan jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009” fil-paragrafu 6 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010”.

2.

Il-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008 u 2009” fil-paragrafu 7 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010”.

3.

Il-kliem “is-snin 2008 u 2009” fil-paragrafu 8 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2008, 2009 u 2010”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 277, 22.10.2009, p. 49.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/s3


NOTA LILL-QARREJ

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2010 ġiet ritirata qabel l-adozzjoni u għaldaqstant ma teżistix.