ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.272.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 272

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
16 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 925/2010 tal-15 ta’ Ottubru 2010 li jemenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward ta' tranżitu fl-Unjoni ta' laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur mir-Russja ( 1 )

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2010 tal-15 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2010 tal-15 ta’ Ottubru 2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2010

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 928/2010 tal-15 ta’ Ottubru 2010 li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 909/2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/619/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2010 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

19

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPOL RD Congo/1/2010 (2010/609/PESK) tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL RD Congo ( ĠU L 266, 9.10.2010 )

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 925/2010

tal-15 ta’ Ottubru 2010

li jemenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward ta' tranżitu fl-Unjoni ta' laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur mir-Russja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) għad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (3) tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam, kif definit fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4). Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi u ta' partijiet minnhom, minn fejn għandhom jiġu awtorizzati dawn l-importazzjonijiet u t-tranżitu u l-ħażna kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali u t-trattamenti meħtieġa għal dawn il-prodotti.

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li huma soġġetti għal trattamenti differenti, msemmija fil-Parti 4 ta' dan l-Anness.

(3)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kunsinni ta' prodotti koperti minnha, introdotti fl-Unjoni u li huma destinati għal pajjiż terż jew permezz ta' tranżitu minnufih jew wara l-ħażna u li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni lejn l-Unjoni jkunu ġejjin mit-territorju ta' pajjiż terz jew minn parti minnu kif elenkat fl-Anness II tagħha u li dawn ikunu għaddew mit-trattament minimu għall-importazzjonijet ta' tali prodotti kif stipulat fid-Deċiżjoni.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (5), jistipula li ċerti prodotti għandhom jiġu importati biss lejn u jgħaddu mill-Unjoni meta ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. Dan jistipula wkoll ir-rekwiżiti ta' ċertfikazzjoni veterinarja għal prodotti bħal dawn.

(5)

Ir-Russja talbet lill-Kummissjoni tawtorizza t-tranżitu mill-Unjoni ta' laħam ta' tjur u ta' prodotti tal-laħam tat-tjur li jkunu ġew suġġetti għal trattament mhux speċifiku, skont il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(6)

Spezzjoni li twettqet mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju fir-Russja wriet li l-awtorità veterinarja kompetenti ta' dan il-pajjiż terz tipprovdi garanziji xierqa rigward il-konformità mar-regoli tal-Unjoni meħtieġa għat-tranżitu mill-Unjoni ta' dawn il-prodotti.

(7)

Huwa għalhekk xieraq li r-Russja tiġi inkluża fil-kolonna għall-prodotti tal-laħam minn tjur u tjur tal-kaċċa mrobbija (għajr ratiti) fit-tabella stipulata fl-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għat-tranżitu mill-Unjoni ta' prodotti bħal dawn li għaddew minn trattament mhux speċifiku kif stipulat fil-Parti 4 ta' dan l-Anness.

(8)

Barra dan, huwa wkoll meħtieġ li r-Russja tiġi inkluża fil-lista tal-pajjiżi terzi stipulata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għat-tranżitu mill-Unjoni ta' laħam tat-tjur.

(9)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE titbiddel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed tidbiddel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49.

(2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(5)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.


ANNESS I

PARTI 2

Il-pajjiżi terzi u partijiet minnhom mnejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati lejn l-UE

(Ara l-Parti 4 ta’ dan l-Anness għall-interpretazzjoni tal-kodiċi użati f’din it-tabella)

Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.

Annimali bovini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief għall-ħnieżer)

Annimali domestiċi ovini / kaprini

1.

Annimali porċini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

Annimali domestiċi solipedi

1.

Tajr

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief għar-ratiti)

Annimali ratiti mrobbija

Fniek domestiċi u liebri mrobbija

Annimali tal-kaċċa salvaġġi (minbarra l-ħnieżer)

Ħnieżer salvaġġi

Annimali salvaġġi solipedi

Leporidae salvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa salvaġġi

Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (ħlief għall-ungulati, għas-solipedi u għal-leporidae)

AR

l-Arġentina AR

C

C

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

l-Arġentina AR-1 (1)

C

C

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

l-Arġentina AR-2 (1)

A (2)

A (2)

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

AU

l-Awstralja

A

A

A

A

D

D

A

A

A

XXX

A

D

A

BH

il-Baħrejn

B

B

B

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

BR

il-Brażil

XXX

XXX

XXX

A

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

il-Brażil BR-1

XXX

XXX

XXX

A

XXX

A

A

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

il-Brażil BR-2

C

C

C

A

D

D

A

C

XXX

XXX

A

D

XXX

il-Brażil BR-3

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

BW

il-Botswana

B

B

B

B

XXX

A

A

B

B

A

A

XXX

XXX

BY

il-Belarus

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

CA

il-Kanada

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

A

CH

l-Isvizzera (*)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CL

iċ-Ċilì

A

A

A

A

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX

CN

ic-Ċina

B

B

B

B

B

B

A

B

B

XXX

A

B

XXX

iċ-Ċina CN-1

B

B

B

B

D

B

A

B

B

XXX

A

B

XXX

CO

il-Kolombja

B

B

B

B

XXX

A

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

ET

l-Etjopja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

GL

il-Groenlandja

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

A

A

HK

Ħong Kong

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

HR

il-Kroazja

A

A

D

A

A

A

A

A

D

XXX

A

A

XXX

IL

l-Iżrael

B

B

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX

IN

l-Indja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

IS

l-Islanda

A

A

B

A

A

A

A

A

B

XXX

A

A

XXX

KE

il-Kenja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

KR

il-Korea t’ Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

MA

il-Marokk

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

ME

il-Montenegro

A

A

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

XXX

XXX

MG

il-Madagaskar

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

D

XXX

MK

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (**)

A

A

B

A

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

MU

il-Mawrizju

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

MX

il-Messiku

A

D

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

D

XXX

MY

il-Malasja MY

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

il-Malasja MY-1

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

NA

in-Namibja (1)

B

B

B

B

D

A

A

B

B

A

A

D

XXX

NC

il-Kaledonja Ġdida

A

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

NZ

in-New Zealand

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

A

PY

il-Paragwaj

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

RS

is-Serbja (***)

A

A

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

XXX

XXX

RU

ir-Russja

C

C

C

B

A (3)

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

A

SG

Singapor

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

SZ

is-Sważiland

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

A

A

XXX

XXX

TH

it-Tajlandja

B

B

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

TN

it-Tuneżija

C

C

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

TR

it-Turkija

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

UA

l-Ukraina

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

US

l-Istati Uniti

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

XXX

UY

l-Urugwaj

C

C

B

A

D

A

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

ZA

l-Afrika t’Isfel (1)

C

C

C

A

D

A

A

C

C

A

A

D

XXX

ZW

iż-Żimbabwe (1)

C

C

B

A

D

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX


(1)  Ara l-Parti 3 ta’ dan l-Anness għar-rekwiżiti minimi ta’ trattament li japplikaw għall-prodotti tal-laħam u għall-biltong pasturizzati.

(2)  Għall-prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ttrattati ppreparati minn laħam frisk miksub minn annimali maqtula wara l- 1 ta’ Marzu 2002.

(3)  Għat-tranżitu biss skont l-Artikolu 5.

(*)  Skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli.

(**)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(***)  Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

XXX

L-ebda ċertifikat ma hu stabbilit, u prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li fihom il-laħam ta' din l-ispeċi mhumiex awtorizzati.”


ANNESS II

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

AL – l-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

AR – l-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu.

SPF

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

A

 

S4

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

AU – l-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BR – il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

L-Istati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

N

 

 

A

 

 

BR-2

L-Istati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

N

 

 

 

S5, ST0

BR-3

Distrito Federal u l-Istati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

N

 

 

 

 

S4

BW – il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BY – il-Bjelorussja

BY - 0

Il-pajjiż kollu

EP u E (it-tnejn ‘għat-tranżitu biss minn ġol-UE’)

IX

 

 

 

 

 

 

CA – il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOR, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S1, ST1

DOC, HEP

 

L, N

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CH – l-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

A

 

 (3)

CL – iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CN – iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

Il-Provinċja ta’ Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 

 

S4

GL – il-Groenlandja

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

It-territorju kollu tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong

EP

 

 

 

 

 

 

 

HR – il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S2, ST0

EP, E, POU, RAT, WGM

 

N

 

 

 

 

 

IL – l-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

IL-1

Parti mill-Iżrael minbarra IL-2

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N

 

 

A

 

S5, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

IL-2

Parti mill-Iżrael ġewwa l-fruntieri li ġejjin:

lejn il-punent: it-triq numru 4,

lejn in-nofsinhar: it-triq numru 5812 konnessa mat-triq numru 5815,

lejn il-lvant: il-ħajt ta' sigurtà sat-triq numru 6513,

lejn it-tramuntana: it-triq numru 6513 sal-konnessjoni mat-triq numru 65. Minn dan il-punt f'linja dritta sad-dħul ta' Givat Nili u minn hemm f'linja dritta sal-konnessjoni tat-toroq 652 u 4.

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N, P2

26.1.2010

1.5.2010

1.5.2010

 

S5, ST1

WGM

VIII

P2

26.1.2010

1.5.2010

A

 

 

POU, RAT

 

N, P2

26.1.2010

1.5.2010

 

 

S4

IN – l-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS – l-Islanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

KR – ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

ME – il-Montenegro

ME-O

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG – il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

MY – il-Malasja

MY-0

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Il-Malasja tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

P2

6.2.2004

 

 

 

S4

MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX – il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

 

 

 

 

 

 

NA – in-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

S4

NC – il-Kaledonja Ġdida

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ – in-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

PM – Saint Pierre u Miquelon

PM-0

It-territorju kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS – is-Serbja (5)

RS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU – ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

POU (6)

 

 

 

 

 

 

 

SG – Singapor

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH – it-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P2

23.1.2004

 

 

 

 

E, POU, RAT

 

P2

23.1.2004

 

 

 

S4

TN – it-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

DOR, BPR, BPP, HER

 

 

 

 

 

 

S1, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

TR – it-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US – l-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S3, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

UY – l-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

ZA – l-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

ZW – iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4


(1)  Prodotti, inklużi dawk trasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta’ 90 jum minn din id-data.

(2)  Dak li hu prodott wara din id-data biss jista’ jiġi importat fl-Unjoni.

(3)  Skont il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo, kif definit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(6)  Għat-tranżitu biss skont l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5.”


16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 926/2010

tal-15 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

75,8

MK

63,4

TR

95,0

XS

54,8

ZZ

72,3

0707 00 05

MK

82,9

TR

128,9

ZZ

105,9

0709 90 70

TR

126,1

ZZ

126,1

0805 50 10

AR

62,3

BR

100,4

CL

98,4

IL

91,2

TR

89,6

UY

117,2

ZA

100,6

ZZ

94,2

0806 10 10

BR

208,3

TR

138,9

ZA

64,2

ZZ

137,1

0808 10 80

AR

75,7

BR

51,1

CL

88,3

CN

73,0

NZ

106,3

US

82,2

ZA

84,0

ZZ

80,1

0808 20 50

CN

112,3

ZA

89,6

ZZ

101,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 927/2010

tal-15 ta’ Ottubru 2010

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Ottubru 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Ottubru 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

14,70

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

14,70


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.10.2010-14.10.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

207,19

147,91

Prezz FOB USA

203,13

193,13

173,13

93,07

Tariffa fuq il-Golf

17,02

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

20,14

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

20,13  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

49,27  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 928/2010

tal-15 ta’ Ottubru 2010

li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 909/2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (2), b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) u l-ewwel subparagrafu ta’ (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Kien hemm żball fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2010 (3), għall-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-gruppi 16-Urugwaj u 17-Urugwaj. Dawn il-koeffiċjenti għadhom ma ġewx applikati mill-Istati Membri.

(2)

Sabiex jiżgura li l-operaturi fl-Istati Membri differenti huma trattati b’mod li mhuwiex diskriminatorju u li ma jinħarġu l-ebda liċenzji abbażi ta’ koeffiċjenti li mhumiex korretti, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 909/2010.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 909/2010 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 909/2010 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-12 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 268, 12.10.2010, p. 27.


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2010, il-linji li jikkorrispondu għal Noti Nru 16, grupp 16 Urugwaj u 17 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“16

Mhux speċifikament ipprovduta għall-(NSPF)

 

 

 

 

16-Urugwaj

3 446,000

0,1635967

 

17

Blue Mould

17-Urugwaj

350,000

0,0833333 ”

 


DEĊIŻJONIJIET

16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/619/PESK

tal-15 ta’ Ottubru 2010

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (2).

(2)

Fid-9 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/445/PESK (3), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK billi żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja li jkopri n-nefqa tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (minn hawn ‘il quddiem “EULEX KOSOVO”) sal-iskadenza tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK.

(3)

Fit-8 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (4), li emendat u estendiet l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għal perijodu ta’ sentejn sal-14 ta’ Ġunju 2012 u stabbiliet l-ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 265 000 000 sal-14 ta’ Ottubru 2010.

(4)

Il-EULEX KOSOVO ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ tkun ta’ dannu għall-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(5)

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata biex tipprovdi ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid sal-14 ta’ Ottubru 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 16(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija b’dan sostitwita kif ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2010 għandu jkun ta’ EUR 265 000 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2011 għandu jkun ta’ EUR 165 000 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għall-EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHOUPPE


(1)  Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  ĠU L 148, 11.6.2009, p. 33.

(4)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.


Rettifika

16.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/20


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPOL RD Congo/1/2010 (2010/609/PESK) tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL RD Congo

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 266 tad-9 ta’ Ottubru 2010 )

F’paġna 60, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2:

għal:

“Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.”,

aqra:

“Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2010.”.