ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.271.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 271

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
15 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/615/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2010 dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti derivati minnu għall-Unjoni Ewropea (FLEGT)

1

 

 

2010/616/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2010 tal-14 ta’ Ottubru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Asparago di Badoere (IĠP)]

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 924/2010 tal-14 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/617/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7009)  ( 1 )

8

 

 

2010/618/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-ammonti trasferiti mill-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid għall-Iskema ta’ Pagament Uniku kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7042)

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Mejju 2010

dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti derivati minnu għall-Unjoni Ewropea (FLEGT)

(2010/615/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’Mejju 2003, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata ‘L-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (FLEGT): Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE’ li għamlet appell għal miżuri biex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar permezz tal-iżvilupp ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja mal-pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dak il-Pjan ta’ Azzjoni ġew adottati f’Ottubru 2003 (1).

(2)

Fil-5 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija biex timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-FLEGT.

(3)

Fl-20 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill adotta Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (2) li stabilixxa skema FLEGT għall-għoti ta’ liċenzji għall-importazzjonijiet tal-injam fl-Unjoni minn pajjiżi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja.

(4)

In-negozjati mar-Repubblika tal-Kongo ġew konklużi, u l-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fl-injam u l-prodotti derivati minnu għall-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’) ġie inizjalat fid-9 ta’ Mejju 2009.

(5)

Suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fl-injam u l-prodotti derivati minnu għall-Unjoni Ewropea (FLEGT) qiegħed b’dan jiġi awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi hawn fuq (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim f’isem l-Unjoni suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidhol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

(3)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Ottubru 2010

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali

(2010/616/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari il-punt (d) tal-Artikolu 82(1), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fis-26 – 27 ta’ Frar 2009 l-Kunsill awtorizza lill-Presidenza, assistita mill-Kummissjoni, sabiex tiftaħ negozjati għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/88/PESK tat-30 ta’ Novembru 2009, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali (minn issa “l-Ftehim”) kien iffirmat fit-30 ta’ Novembru u fil-15 ta’ Diċembru 2009, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(3)

Il-Ftehim għadu ma ġiex konkluż. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-Unjoni sabiex jiġi konkluż il-Ftehim huma regolati mill-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom biex jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali (1) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni, għall-iskambju tal-istrumenti ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 31(1) tal-Ftehim sabiex torbot lill-Unjoni. (2)

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 39, 12.2.2010, p. 20 flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 923/2010

tal-14 ta’ Ottubru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Asparago di Badoere (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Asparago di Badoere” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 22, 29.1.2010, p. 52.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Asparago di Badoere (IĠP)


15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 924/2010

tal-14 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

71,6

MK

62,5

TR

95,0

ZZ

76,4

0707 00 05

MK

66,6

TR

141,4

ZZ

104,0

0709 90 70

TR

126,1

ZZ

126,1

0805 50 10

AR

76,3

BR

100,4

CL

70,1

IL

91,2

TR

98,7

UY

117,2

ZA

85,1

ZZ

91,3

0806 10 10

BR

209,0

TR

137,1

ZA

64,2

ZZ

136,8

0808 10 80

AR

75,7

BR

51,1

CL

44,7

CN

73,0

NZ

104,7

ZA

94,9

ZZ

74,0

0808 20 50

CN

112,3

ZA

88,6

ZZ

100,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ottubru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7009)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/617/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati bi qbil mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara komunikazzjoni mid-Danimarka, kategoriji ġodda ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati fil-postijiet approvati ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-portijiet ta’ Århus u Esbjerg għandhom jiżdiedu fl-annotazzjonijiet għal dawn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(3)

Spanja bagħtet komunikazzjoni li wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tagħha ġie sospiż, is-sospensjoni għal ċerti kategoriji ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tagħha tneħħiet u ċentru ta’ spezzjoni ġdid żdied ma’ wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tagħha. Wara dik il-komunikazzjoni minn Spanja, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata.

(4)

L-Italja bagħtet komunikazzjoni li għal wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera żdiedet il-kategorija għal prodotti mhux ippakkjati ta’ oriġini mill-annimali u tliet ċentri ta’ spezzjoni f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tagħha biddlu isimhom. Barra minn hekk, iċ-ċentru ta’ spezzjoni “Docks Cereali” fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Ravenna ġie sospiż. Wara dik il-komunikazzjoni mill-Italja, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata.

(5)

Wara komunikazzjoni mil-Latvja, l-approvazzjoni ta’ ċentru ta’ spezzjoni fil-port ta’ Riga (Riga port) għandha tiġi sospiża fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dak l-Istat Membru.

(6)

Il-Pajjiżi l-Baxxi bagħtu komunikazzjoni li l-isem ta’ ċentru ta’ spezzjoni f’ċertu post ta’ spezzjoni fil-fruntiera nbidel u li żewġ ċentri ta’ spezzjoni ġew installati f’ċertu post ta’ spezzjoni fil-fruntiera. Barra minn hekk, għandhom jiżdiedu ċerti kategoriji ta’ annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali jistgħu jiġu kkontrollati fiċ-ċentru ta’ spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Rotterdam. Wara dik il-komunikazzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata.

(7)

Wara komunikazzjoni mir-Renju Unit, l-approvazzjoni ta’ post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Grove Wharf Wharton għandha titneħħa mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dak l-Istat Membru.

(8)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista ta’ unitajiet ċentrali, unitajiet reġjonali u unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(9)

Wara komunikazzjonijiet mill-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista ta’ unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi Traces għal dawk l-Istati Membri stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(10)

Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-parti li tikkonċerna lid-Danimarka hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-port ta’ Århus tinbidel b’li ġej:

“Århus

DK AAR 1

P

 

HC(1)(2), NHC(2)”;

 

(ii)

l-annotazzjoni għall-port ta’ Esbjerg tinbidel b’li ġej:

“Esbjerg

DK EBJ 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2), HC-NT(6), NHC-T(FR)(2), NHC-NT(6)(11)”;

 

(b)

il-parti li tikkonċerna lil Spanja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-port ta’ Marín tinbidel b’li ġej:

“Marín

ES MAR 1

P

 

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Protea Productos del Mar

HC-T(FR)(3)”;

 

(ii)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Tenerife Norte tinbidel b’li ġej:

“Tenerife Norte(*)

ES TFN 4

A

 

HC(2)(*)”

 

(iii)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Valencia tinbidel b’li ġej:

“Valencia

ES VLC 4

A

 

HC(2), NHC(2)

O(10)”

(c)

il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-port f’Gioia Tauro tinbidel b’li ġej:

“Gioia Tauro

IT GIT 1

P

 

HC, NHC-NT”;

 

(ii)

l-annotazzjoni għall-port ta’ Ravenna tinbidel b’li ġej:

“Ravenna

IT RAN 1

P

Sapir 1

NHC-NT(6)

 

TCR

HC-T(FR)(2), HC-NT(2), NHC-NT(2)

 

Setramar

NHC-NT(4)

 

Docks Cereali(*)

NHC-NT(*)”;

 

(iii)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Roma-Fiumicino tinbidel b’li ġej:

“Roma–Fiumicino

IT FCO 4

A

Nuova Alitalia

HC(2), NHC-NT(2)

O(14)

Argol S.P.A.

HC, NHC

 

Isola Veterinaria ADR

 

U, E, O”;

(d)

fil-parti li tikkonċerna lil-Latvja, l-annotazzjoni għall-port f’Riga (Riga port) tinbidel b’li ġej:

“Riga (Riga port)

LV RLX 1a

P

 

HC(2), NHC(2)

 

Kravu terminãls(*)

HC-T(FR)(2)(*), HC-NT(2)(*)”;

 

(e)

Il-parti li tikkonċerna lill-Pajjiżi l-Baxxi hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Amsterdam tinbidel b’li ġej:

“Amsterdam

NL AMS 4

A

Aviapartner Cargo B.V.

HC(2), NHC-T(FR), NHC-NT(2)

O(14)

KLM-2

 

U, E, O(14)

Freshport

HC(2), NHC(2)

O(14)”;

(ii)

l-annotazzjoni għall-port ta’ Maastricht tinbidel b’li ġej

“Maastricht

NL MST 4

A

MHS Products

HC(2), NHC(2)

 

 

 

 

MHS Live

 

U, E, O”;

(iii)

l-annotazzjoni għall-port ta’ Rotterdam tinbidel b’li ġej:

“Rotterdam

NL RTM 1

P

Eurofrigo

Karimatastraat

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Eurofrigo, Abel Tasmanstraat

HC

 

Frigocare

Rotterdam B.V.

HC-T(2)

 

Wibaco

HC-T(FR)(2),HC-NT(2)”.

 

(f)

Fil-parti li tikkonċerna lir-Renju Unit, titħassar l-annotazzjonijiet għall-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Grove Wharf Wharton.

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-unità ċentrali tinbidel b’li ġej:

“DE00000

UNTERABTEILUNG TIERGESUNDHEIT, TIERSCHUTZ”;

(ii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE03909 BERCHTESGARDENER LAND” tinbidel b’li ġej:

“DE03909

BERCHTESGADENER LAND”;

(iii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE14103 ZWECKVERBAND VETERINÄRAMT JADEWESER” tinbidel b’li ġej:

“DE14103

ZWECKVERBAND JADEWESER”;

(iv)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE46103 BRAKE, ZWECKVERBAND VETERINÄRAMT JADEWESER” tinbidel b’li ġej:

“DE46103

BRAKE, ZWECKVERBAND JADEWESER”;

(v)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE46903 WITTMUND, ZWECKVERBAND VETERINÄRAMT JADEWESER” tinbidel b’li ġej:

“DE46903

WITTMUND, ZWECKVERBAND JADEWESER”;

(vi)

l-annotazzjoni li ġejja titħassar:

“DE00205

AACHEN STADT”;

(vii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE00305 AACHEN” tinbidel b’li ġej:

“DE00305

STÄDTEREGION AACHEN”;

(viii)

l-annotazzjoni li ġejja titħassar:

“DE40805

SOLINGEN UND REMSCHEID”;

(ix)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE47905 WUPPERTAL” tinbidel b’li ġej:

“DE47905

BERGISCHES VETERINÄR- UND LEBENSMITTELÜBERWACHUNGSAMT”;

(x)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE25607 LUDWIGSHAFEN” tinbidel b’li ġej:

“DE25607

RHEIN-PFALZ-KREIS”;

(xi)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE34007 PIRMASENS” tinbidel b’li ġej:

“DE34007

SÜDWESTPFALZ”;

(xii)

l-annotazzjoni li ġejja titħassar:

“DE21116

JENA, STADT”;

(b)

Fil-parti li tikkonċerna lill-Irlanda, titħassar l-annotazzjoni li ġejja:

“IE00600

DUBLIN”;

(c)

Fil-parti li tikkonċerna lil Franza, l-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali jinbidlu b’li ġej:

FR00001   ALSACE

FR06700

BAS-RHIN

FR06800

HAUT-RHIN

FR00002   AQUITAINE

FR02400

DORDOGNE

FR03300

GIRONDE

FR04000

LANDES

FR04700

LOT-ET-GARONNE

FR06400

PYRÉNÉES-ATLANTIQUES (PAU)

FR16400

PYRÉNÉES-ATLANTIQUES (BAYONNE)

FR00003   AUVERGNE

FR00300

ALLIER

FR01500

CANTAL

FR04300

HAUTE-LOIRE

FR06300

PUY-DE-DÔME

FR00004   BASSE-NORMANDIE

FR01400

CALVADOS

FR05000

MANCHE

FR06100

ORNE

FR00005   BOURGOGNE

FR02100

CÔTE-D’OR

FR05800

NIÈVRE

FR07100

SAÔNE-ET-LOIRE

FR08900

YONNE

FR00006   BRETAGNE

FR02200

CÔTES-D’ARMOR

FR02900

FINISTÈRE

FR03500

ILLE-ET-VILAINE

FR05600

MORBIHAN

FR00007   CENTRE

FR01800

CHER

FR02800

EURE-ET-LOIRE

FR03600

INDRE

FR03700

INDRE-ET-LOIRE

FR04500

LOIRET

FR04100

LOIR-ET-CHER

FR00008   CHAMPAGNE-ARDENNE

FR00800

ARDENNES

FR01000

AUBE

FR05200

HAUTE-MARNE

FR05100

MARNE

FR00009   CORSE

FR02000

CORSE-DU-SUD

FR12000

HAUTE-CORSE

FR00010   FRANCHE-COMTÉ

FR02500

DOUBS

FR07000

HAUTE-SAÔNE

FR03900

JURA

FR09000

TERRITOIRE DE BELFORT

FR00011   HAUTE-NORMANDIE

FR02700

EURE

FR07600

SEINE-MARITIME

FR00012   ÎLE-DE-FRANCE

FR09100

ESSONNE

FR09200

HAUTS-DE-SEINE

FR07500

PARIS

FR07700

SEINE-ET-MARNE

FR09300

SEINE-SAINT-DENIS

FR09500

VAL-D’OISE

FR09400

VAL-DE-MARNE

FR07800

YVELINES

FR00013   LANGUEDOC-ROUSSILLON

FR01100

AUDE

FR03000

GARD

FR03400

HÉRAULT

FR04800

LOZÈRE

FR06600

PYRÉNÉES-ORIENTALES

FR00014   LIMOUSIN

FR01900

CORRÈZE

FR02300

CREUSE

FR08700

HAUTE-VIENNE

FR00015   LORRAINE

FR05400

MEURTHE-ET-MOSELLE

FR05500

MEUSE

FR05700

MOSELLE

FR08800

VOSGES

FR00016   MIDI-PYRÉNÉES

FR00900

ARIÈGE

FR01200

AVEYRON

FR03100

HAUTE-GARONNE

FR06500

HAUTES-PYRÉNÉES

FR03200

GERS

FR04600

LOT

FR08100

TARN

FR08200

TARN-ET-GARONNE

FR00017   NORD-PAS-DE-CALAIS

FR05900

NORD

FR06200

PAS-DE-CALAIS

FR00018   PAYS-DE-LA-LOIRE

FR04400

LOIRE-ATLANTIQUE

FR04900

MAINE-ET-LOIRE

FR05300

MAYENNE

FR07200

SARTHE

FR08500

VENDÉE

FR00019   PICARDIE

FR00200

AISNE

FR06000

OISE

FR08000

SOMME

FR00020   POITOU-CHARENTES

FR01600

CHARENTE

FR01700

CHARENTE-MARITIME

FR07900

DEUX-SÈVRES

FR08600

VIENNE

FR00021   PROVENCE-ALPES-CÔTE-D’AZUR

FR00400

ALPES-DE-HAUTE-PROVENCE

FR00600

ALPES-MARITIMES

FR00500

HAUTES-ALPES

FR01300

BOUCHES-DU-RHÔNE

FR08300

VAR

FR08400

VAUCLUSE

FR00022   RHÔNE-ALPES

FR00100

AIN

FR00700

ARDÈCHE

FR07400

HAUTE-SAVOIE

FR02600

DRÔME

FR03800

ISÈRE

FR04200

LOIRE

FR06900

RHÔNE

FR07300

SAVOIE

GUADELOUPE

FR09600

GUADELOUPE

GUYANE

FR09800

GUYANE

MARTINIQUE

FR09700

MARTINIQUE

RÉUNION

FR09900

RÉUNION”;

(d)

Il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “IT01801 BRA” tinbidel b’li ġej:

“IT01801

CUNEO 2”

(ii)

l-annotazzjoni li ġejja titħassar:

“IT02101

CASALE MONFERRATO”

(iii)

l-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali “IT00801 CHIERI” u “IT00701 CHIVASSO” jinbidlu b’li ġej:

“IT00801

TORINO 5

IT00701

TORINO 4”

(iv)

l-annotazzjoni li ġejja titħassar:

“IT00601

CIRIÉ”

(v)

l-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali “IT00501 COLLEGNO” u “IT01501 CUNEO” jinbidlu b’li ġej:

“IT00501

TORINO 3

IT01501

CUNEO 1”

(vi)

l-annotazzjonijiet li ġejjin jitħassru:

“IT00901

IVREA

IT01601

MONDOVÌ”

(vii)

l-annotazzjoni li ġejja titħassar:

“IT02201

NOVI LIGURE”

(viii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “IT01401 OMEGNA” tinbidel b’li ġej:

“IT01401

VERBANO CUSIO OSSOLA”

(ix)

l-annotazzjonijiet li ġejjin jitħassru:

“IT01001

PINEROLO

IT01701

SAVIGLIANO

IT00101

TORINO 1

IT00201

TORINO 2

IT00301

TORINO 3”

(x)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “IT00401 TORINO 4” tinbidel b’li ġej:

“IT00401

TORINO”;

(e)

Fil-parti li tikkonċerna l-Pajjiżi l-Baxxi, l-annotazzjoni għall-unità ċentrali tinbidel b’li ġej:

“NL00000

VWA”;

(f)

Il-parti li tikkonċerna l-Polonja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali “PL0210 BOLESŁAWIEC ŚLĄSKI, PL02080 KŁODZKO Z/S W BYSTRZYCY KŁODZKIEJ, PL02040 GÓRA ŚLĄSKA, PL02100 LUBAŃ ŚLĄSKI, PL02140 OLEŚNICA ŚLĄSKA, PL02190 ŚWIDNICA ŚLĄSKA” u “PL02090 LEGNICA” jinbidlu b’li ġej:

“PL02010

BOLESŁAWIEC

PL02080

BYSTRZYCA KŁODZKA

PL02040

GÓRA

PL02100

LUBAŃ

PL02140

OLEŚNICA

PL02190

ŚWIDNICA

PL02090

ZIEMNICE”

(ii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “PL04140 ŚWIECIE N. WISŁĄ” tinbidel b’li ġej:

“PL04140

ŚWIECIE”

(iii)

l-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali “PL06070 KRAŚNIK LUBELSKI u PL06170 ŚWIDNIK K. LUBLINA” jinbidlu b’li ġej:

“PL06070

KRAŚNIK

PL06170

ŚWIDNIK”

(iv)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “PL08050 SŁUBICE Z/S W OŚNIE” tinbidel b’li ġej:

“PL08050

OŚNO LUBUSKIE”;

(v)

l-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali “PL14010 BIAŁOBRZEGI RADOMSKIE, PL14300 SZYDŁOWIEC K. RADOMIA” u “PL14320 WARSZAWA ZACH. Z/S W OŻAROWIE MAZ”. jinbidlu b’li ġej:

“PL14010

BIAŁOBRZEGI

PL14300

SZYDŁOWIEC

PL14320

OŻARÓW MAZOWIECKI”

(vi)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “PL18190 STRZYŻÓW N. WISŁOKIEM” tinbidel b’li ġej:

“PL18190

STRZYŻÓW”

(vii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “PL22010 BYTÓW Z/S W MIASTKU” tinbidel b’li ġej:

“PL22010

MIASTKO”

(viii)

l-annotazzjoni li ġejja titħassar:

“PL22610

GDAŃSK”

(ix)

l-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali “PL26010 BUSKO ZDRÓJ” u “PL26060 OPATÓW KIELECKI” jinbidlu b’li ġej:

“PL26010

BUSKO-ZDRÓJ

PL26060

OPATÓW”

(x)

l-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali “PL30040 GOSTYŃ POZNAŃSKI” u “PL30060 JAROCIN POZNAŃSKI” jinbidlu b’li ġej:

“PL30040

GOSTYŃ

PL30060

JAROCIN”

(g)

Il-parti li tikkonċerna lill-Portugall hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni tal-unità lokali li ġejja tiżdied mal-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali unit “PT10000 NORTE”:

“PT00800

LAMEGO”

(ii)

l-annotazzjoni li ġejja għall-unità reġjonali “PT20000 CENTRO” titħassar:

“PT00800

LAMEGO”

(iii)

l-annotazzjonijiet li ġejjin jitħassru:

“PT04900

ESTREMOZ

PT02200

PONTE DE SOR”;

(h)

Il-parti li tikkonċerna r-Renju Unit hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-unità reġjonali għall-Iskozja tinbidel b’li ġej:

“GB00003

SCOTTISH GOVERNMENT”

(ii)

l-annotazzjoni għall-unità reġjonali għal Wales tinbidel b’li ġej:

“GB00002

WELSH ASSEMBLY GOVERNMENT”.


15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ottubru 2010

dwar l-ammonti trasferiti mill-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid għall-Iskema ta’ Pagament Uniku kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7042)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Malti u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(2010/618/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103za tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 103n tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-allokazzjoni tal-fondi Komunitarji disponibbli kif ukoll il-limiti baġitarji għall-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid huma stabbiliti fl-Anness Xb għal dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 103o tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, xi Stati Membri pprevedew it-trasferiment tal-fondi tal-Iskema ta’ Pagament Uniku jew ipprovdew għal bidliet sussegwenti fil-programmi nazzjonali ta’ appoġġ.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (2) jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe trasferiment sussegwenti lill-Iskema ta’ Pagament Uniku qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ qabel is-sena kalendarja li fiha jkun applikabbli.

(4)

F’ġieh iċ-ċarezza u skont l-Artikolu 103za tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri konċernati skont l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008.

(5)

Il-miżuri stipulati b’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti trasferiti mill-programmi nazzjonali ta’ appoġġ għall-Iskema ta’ Pagament Uniku fir-rigward tas-snin finanzjarji 2010-2013 huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.


ANNESS

L-ammonti trasferiti mill-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid għall-Iskema ta’ Pagament Uniku (is-snin finanzjarji 2010-2013)

(EUR 1000)

Sena tal-baġit

2010

2011

2012

2013

Il-Bulgarija

 

 

 

 

Ir-Repubblika Ċeka

 

 

 

 

Il-Ġermanja

 

 

 

 

Il-Greċja

13 000

13 000

16 000

16 000

Spanja

19 507

142 749

142 749

142 749

Franza

 

 

 

 

L-Italja

 

 

 

 

Ċipru

 

 

 

 

Il-Litwanja

 

 

 

 

Il-Lussemburgu

467

485

595

587

L-Ungerija

 

 

 

 

Malta

318

329

407

401

L-Awstrija

 

 

 

 

Il-Portugall

 

 

 

 

Ir-Rumanija

 

 

 

 

Is-Slovenja

 

 

 

 

Is-Slovakkja

 

 

 

 

Ir-Renju Unit

61

67

124

120