|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.266.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 890/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza derquantel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mogħtija mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,
Billi:
|
(1) |
Il-limitu massimu ta’ residwu għal sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni Ewropea fi prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fi prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali għandhom ikunu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009. |
|
(2) |
Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2). |
|
(3) |
Tressqet applikazzjoni quddiem l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta’ residwi (minn hawn ’il quddiem “LMR”) fir-rigward tad-derquantel fl-ispeċi ovina. |
|
(4) |
Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li jiġu stabbiliti l-LMR għad-derquantel għall-ispeċi ovina, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, esklużi l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem. |
|
(5) |
It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għaldaqstant trid tiġi emendata biex tinkludi l-LMR għas-sustanza derquantel għall-ispeċi ovina. |
|
(6) |
Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-LMR il-ġdid stabbilit. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-9 ta’ April 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, tiddaħħal fl-ordni alfabetika s-sustanza li ġejja:
|
Sustanza farmakoloġikament attiva |
Indikatur tar-residwu |
Speċi tal-annimali |
LMR |
Tessuti kkonċernati |
Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009) |
Klassifikazzjoni terapewtika |
|
“Derquantel |
Derquantel |
Ovina |
2 μg/kg |
Muskoli |
Mhux għall-użu f’annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem. |
Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti” |
|
40 μg/kg |
Xaħam |
|||||
|
20 μg/kg |
Fwied |
|||||
|
5 μg/kg |
Kliewi |
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 891/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu l-ġdid ta’ 6-fitasi bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti obbligati skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tal-enżima 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 122001) bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani, li għandha tiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
L-użu ta’ 6-fitasi (EC 3.1.3.26) ġie awtorizzat għat-tjur tal-irziezet għat-tismin u t-tgħammir minbarra għad-dundjani għat-tismin, għat-tjur tal-irziezet għall-bidien u għall-ħnieżer minbarra l-ħnieżer nisa permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2010 (2). |
|
(5) |
Tressqet dejta ġdida biex issostni l-appilkazzjoni. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Marzu 2010 (3), li s-6-fitasi (EC 3.1.3.26), fil-kondizzjoniiet proposti tal-użu, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tagħha jista’ jtejjeb il-prestazzjoni tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tas-6-fitasi (EC 3.1.3.26) turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfati. Skont dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(3) Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(3):1553.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità |
|||||||||||||||||||||||||||
|
4a12 |
Roal Oy |
6-fitasi EC 3.1.3.26 |
|
Dundjani |
— |
250 PPU |
— |
|
29 ta’ Ottubru 2020 |
||||||||||||||||||
(1) PPU huwa l-ammont ta' enżima li jillibera 1 μmol ta' fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f'pH =5.0 u 37 °C.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 892/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti fir-rigward tal-addittivi tal-għalf fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għal ċerti sustanzi, mikroorganiżmi jew preparazzjonijiet, li ssir referenza għalihom bħala prodotti, hemm inċertezza jekk humiex addittivi tal-għalf. Din l-inċertezza tikkonċerna ċerti prodotti li huma awtorizzati bħala additivi tal-għalf u li huma inklużi wkoll fil-Katalgu tal-prodotti tal-għalf stabbilit bl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/EEC, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (2), ċerti prodotti li la huma awtorizzati bħala additivi tal-għalf u lanqas huma inklużi fil-Katalgu tal-prodotti tal-għalf u xi prodotti li huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf, iżda li jistgħu jiġu inklużi fil-Katalgu tal-prodotti tal-għalf skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 767/2009. |
|
(2) |
Biex jiġu evitati inkonsistenzi fit-trattament ta’ tali prodotti, jitħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet ta’ kontroll nazzjonali kompetenti u jitnaqqas il-piż tal-partijiet interessati, fir-rigward ta’ ċerti prodotti huwa neċessarju li jiġi adottat Regolament li jiddetermina dawk il-prodotti li mhumiex addittivi tal-għalf. |
|
(3) |
Biex issir din id-determinazzjoni l-karatteristiċi kollha tal-prodotti kkonċernati għandhom jitqiesu. |
|
(4) |
Minn paragun bejn il-karatteristiċi tal-prodotti inklużi fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf min-naħa l-waħda u tal-prodotti msemmija fil-Katalgu tal-prodotti tal-għalf min-naħa l-oħra, jistgħu jinħarġu diversi kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ prodott bħala prodott tal-għalf, addittiv tal-għalf jew prodott ieħor. Fost il-kriterji utli għal dan id-divrenzjar hemm il-metodu ta’ produzzjoni u proċessar, il-livell ta’ standardizzazzjoni, l-omoġenizzazzjoni, il-purità, id-definizzjoni kimika u kif jintużaw il-prodotti. Għall-finijiet ta’ konsistenza, prodotti bi proprjetajiet simili għandhom jiġu klassifikati permezz ta’ analoġija. Għal prodotti li dwarhom kien hemm dubji jekk kinux addittivi tal-għalf, sar eżami fejn tqiesu dawn il-kriterji. |
|
(5) |
Abbażi ta’ dak l-eżami, il-prodotti elenkati fl-Anness ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-ittikkettjar tal-prodotti li ġew awtorizzati bħala addittivi tal-għalf u l-ittikkettjar tal-prodotti tal-għalf u l-għalf kompost li jkollu dawk il-prodotti, għandu jiġi stabbilit perjodu transizzjonali biex l-operaturi tan-negozju tal-għalf ikunu jistgħu jadattaw. Barra minn hekk, dawk il-prodotti għandhom jitħassru mir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanzi, il-mikroorganiżmi u l-preparazzjonijiet (li ssir referenza għalihom bħala “prodotti”), kif stipulati fl-Anness, mhumiex addittivi tal-għalf fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
Artikolu 2
Il-prodotti elenkati taħt il-Parti 1 tal-Anness ma għandhomx ikomplu jitqiesu bħala addittivi tal-għalf awtorizzati fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
Artikolu 3
Il-prodotti elenkati fil-Parti 1 tal-Anness li huma ttikkettjati bħala addittivi tal-għalf u t-taħlitiet minn qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sad-9 ta’ Ottubru 2013 u jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet. L-istess japplika għal prodotti tal-għalf jew għalf kompost li jirreferi għal dawn il-prodotti fit-tiketti tiegħu bħala addittivi skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti li mhumiex addittivi tal-għalf fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003
PARTI 1
Prodotti li huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf
|
1.1. |
Karbonat tal-kalċju |
|
1.2. |
Diidroġenuortofosfat tas-sodju |
|
1.3. |
Idroġenuortofosfat tad-disodju |
|
1.4. |
Ortofosfat tat-trisodju |
|
1.5. |
Sulfat tas-sodju |
|
1.6. |
Tetraidroġenudiortofosfat tal-kalċju |
|
1.7. |
Idroġenuortofosfat tal-kalċju |
|
1.8. |
Difosfat tat-tetrasodju |
|
1.9. |
Trifosfat tal-pentasodju |
|
1.10. |
Difosfat tad-dikalċju |
|
1.11. |
Sulfat tal-kalċju, diidrat |
|
1.12. |
Karbonat tas-sodju |
|
1.13. |
Idroġenukarbonat tas-sodju |
|
1.14. |
Imluħa tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju ta’ aċidi xaħmin li jittieklu, b’tal-inqas erba’ atomi / stearati tal-karbonju |
|
1.15. |
Monogliċeridi u digliċeridi tal-aċidi xaħmin b’tal-inqas erba’ atomi tal-karbonju |
|
1.16. |
Monogliċeridi u digliċeridi tal-aċidi xaħmin li jittieklu b’tal-inqas erba’ atomi tal-karbonju esterifikati bl-aċidi li ġejjin: aċetiku, lattiku, ċitriku, tartariku, monoaċetiltartariku u diaċetiltartariku |
|
1.17. |
Gliċerol |
|
1.18. |
Propan-1,2-diol |
|
1.19. |
Pektini |
PARTI 2
Prodotti li ma ġewx awtorizzati bħala addittivi tal-għalf
|
2.1. |
Klorur tal-potassju |
|
2.2. |
Klorur tal-kalċju |
|
2.3. |
Fosfat tal-kalċju u tas-sodju |
|
2.4. |
Fosfat tal-kalċju u tal-manjeżju |
|
2.5. |
Metil sulfonil metan (MSM) |
|
2.6. |
Karamella ordinarja |
|
2.7. |
Glukowsammin, Kitosammin (biz-zokkor amminiku (monosakkarid) bħala parti mill-istruttura tal-polisakkaridi kitosan u kitin, prodott, pereżempju bl-idroliżi tal-iskeletri fuq in-naħa ta’ barra ta’ krustaċew jew artropdu jew bil-fermentazzjoni ta’ żerriegħa taċ-ċereali bħall-qamħirrun jew il-qamħ) |
|
2.8. |
Sulfat tal-kondroitin (polisakkarid b’unità ripetuta li tikkonsisti minn zokkor amminiku u l-aċidu D-glukuroniku, l-esteri tas-sulfat tal-kondroitin huma komponenti strutturali ewlenin tal-kartilaġni, tal-kordi li jgħaqqdu l-muskoli mal-għadam u tal-għadam) |
|
2.9. |
Aċidu ħjaluroniku (glukowsamminglukan (polisakkarid) b’unità ripetuta li tikkonsisti minn zokkor amminiku (N-aċetil-D-glukowsammin) u aċidu D-glukuroniku preżenti fil-ġilda, il-fluwidu sinovjali u l-kurdun taż-żokra, prodott, pereżempju mit-tessuti tal-annimali jew permezz ta’ fermentazzjoni batterjali) |
|
2.10. |
Trab tal-bajd (bajd imnixxef mingħajr il-qoxra jew taħlita ta’ albubima mnixxfa u isfar tal-bajd imnixxef) |
|
2.11. |
Lattulosju (disakkarid (4-O-D-galattopiranosil-D-fruktows) li jiġi prodott mil-lattosju permezz tal-isomerizzazzjoni tal-glukows għall-fruktows. Preżenti b’mod naturali fil-ħalib trattat bis-sħana u l-prodotti mill-ħalib) |
|
2.12. |
Steroli tal-pjanti (il-fitosteroli huma grupp ta’ alkoħols sterojdi, li jokkorru b’mod naturali fil-pjanti fi kwantitajiet żgħar u li huma preżentati bħala steroli ħielsa jew esterifikati bl-aċidi xaħmin) |
|
2.13. |
Trab tal-fjuri Tagetes (trab tal-fjuri mitħunin u mnixxfin Tagetes sp) |
|
2.14. |
Trab tal-paprika (trab tal-frott mitħun u mnixxef Capsicum sp) |
|
2.15. |
Sospensjoni jew trab tal-klorella (ssospensjoni ta’ Chlorella sp ħajja fl-ilma jew trab tal-Chlorella sp imnixxfa u mitħuna) |
|
2.16. |
Trab tal-alka (trab ta’ mikroalka mnixxfa u mitħuna bħal pereżempju Schizochytrium sp., li ċ-ċelloli tagħha jkunu ġew inattivati) |
|
2.17. |
Prodotti u prodotti sekondarji tal-fermentazzjoni (prodotti tal-għalf iffermentati wara l-inattivazzjoni tal-mikroorganiżmu li jġib il-fermentazzjoni u l-prodott sekondarju tal-fermentazzjoni (prodott sekondarju mnixxef u mitħun ta’ fermentazzjoni fi stat solidu jew f’likwidu) wara l-estrazzjoni tal-komponent attiv jew l-attività, l-inattività tal-mikroorganiżmu u fejn jibqa’ (jibqgħu) biss il-kontenut(i) ta’ residwu tal-komponent(i) attiv(i) jew attività li tibqa’ fil-prodott). |
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 893/2010
tat-8 ta' Ottubru 2010
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi tar-residwi għal aċekinoċil, bentażon, karbendażim, ċiflutrin, fenamidon, fenażakwin, flonikamid, flutrijafol, imidakloprid, joxinil, metkonażol, protijokonażol, tebufenożid u tijofanat metil fi jew fuq ċerti prodotti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għal bentażon, karbendażim, ċiflutrin, fenamidon, joxinil, u tijofanat metil, il-livelli massimi ta’ residwu (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għal aċekinoċil, fenażakwin, flonikamid, flutrijafol, imidakloprid, metkonażol, protijokonażol, u tebufenożid, l-MRLs kienu stabbiliti f'Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura, skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2), għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva bentażon għall-użu fuq il-qamħirrun, saret applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-emendi tal-MRLs eżistenti. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-aċekinoċil, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq il-larinġ, il-mandolin, il-ħawħ, l-għeneb, it-tadam u l-brunġiel. Fir-rigward il-karbendażim, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq il-lumi, ix-xkomp u l-mandolin. Fir-rigward għal flubendiamide, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq il-brunġiel, il-kukurbiti u l-fażola bil-miżwed. Fir-rigward għal fenamidon, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq il-frawli u l-kukurbiti. Fir-rigward għal fenażakin, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq it-te. Fir-rigward għal flonikamid, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq il-frott taċ-ċitru, iċ-ċirasa, il-bżar, il-brunġiel u l-fażola mingħajr il-miżwed. Fir-rigward tal-flutrijafol, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq it-tuffieħ, il-banana u l-għeneb tal-inbid. Fir-rigward għal imidakloprid, saret tali applikazzjoni saret għall-użu fuq ir-ross. Fir-rigward għal joximil, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq il-kurrat. Fir-rigward tal-metkonażol, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq iċ-ċirasa, il-ħawħ, il-berquq, iż-żerriegħa tal-qoton, il-qamħ u l-pitravi taz-zokkor. Fir-rigward tal-protijokonażol, tali applikazzjoni saret biex jintuża fuq il-brokkli u l-pastard. Fir-rigward għal tebufenożid, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq ir-ross. Fir-rigward it-tijofanat metil, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq il-grapefruit, il-larinġ il-lumi, ix-xkomp u l-mandolin. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew ivvalutati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ valutazzjoni tressqu lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari, minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, evalwat l-applikazzjonijiet u r-rapport ta' valutazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u fejn rilevanti għall-annimali u tat opinjonijiet motivati fuq l-MRLs proposti (3). Għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli lill-pubbliku. |
|
(6) |
Fl-opinjonijiet motivati tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta ġew sodisfatti u li l-emendi għal-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-espożizzjoni tal-konsumatur għal 27 grupp ta' konsumaturi Ewropej speċifiċi. Hija qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-espożizzjoni tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-espożizzjoni fil-medda qasira ta' żmien minħabba l-konsum estrem tal-prodotti kkonċernati ma wrew li kien hemm riskju li l-konsum aċċetabbli ta' kuljum (ADI) jew li d-doża ta’ referenza akuta (ARfD) ma nqabeż. |
|
(7) |
Imsejsa fuq l-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkonsidrat, l-emendi xierqa għall-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli fuq http://www.efsa.europa.eu
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar l-emenda tal-MRLs eżistenti għal ċiflutrin f'komoditajiet varji li ġejjin mill-pjanti u l-annimali, il-Ġurnal EFSA 2010; 8(5):1618. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA ppreparata mill-Unità dwar il-Pestiċidi (PRAPeR) dwar l-emenda tal-MRLs eżistenti għall-bentażon fil-qamħirrun.. Ippubblikata: 7 ta' Mejju 2010. Adottata: 5 ta' Mejju 2010. |
|
|
Opinijoni motivata tal-EFSA: L-emenda tal-MRLS eżistenti għall-flonikamid f'ħxejjex varji. Ippubblikat: 6 ta' Mejju 2010. Adottata: 4 ta' Mejju 2010. |
|
|
Opinijoni motivata tal-tal-EFSA ppreparata mill-Unità dwar il-Pestiċidi (PRAPeR) dwar l-emenda tal-MRLs eżistenti għall-aċekinoċil fil-larinġ, mandolin, ħawħ, għeneb, tadam u brunġiel. Ippubblikata: 30 ta' April 2010. Adottata: 29 ta' April 2010. |
|
|
Opinijoni motivata tal-EFSA: L-emenda tal-MRLS eżistenti għall-imidakloprid fir-ross. Ippubblikata: 23 ta' April 2010. Adottata: 20 ta' April 2010. |
|
|
Opinijoni motivata tal-EFSA: L-emenda tal-MRLS eżistenti għall-flutrijafol f'ħxejjex varji. Ippubblikata: 16 ta' April 2010 Adottata: 16 ta' April 2010. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar l-emenda tal-MRLs eżistenti għal fenażakwin fit-te (weraq nixfa jew iffermentati u friegħi tal- Camellia sinensis). Ippubblikata: 15 ta' Aprl 2010. Adottata: 14 ta' April 2010. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA ppreparata mill-Unità dwar il-Pestiċidi (PRAPeR) dwar l-emenda tal-MRLs attwali għat-tebufenożid fir-ross. Ippubblikata:. 15 ta' April 2010. Adottata: 15 ta' April 2010. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA ppreparata mill-Unità dwar il-Pestiċidi (PRAPeR) dwar l-emenda tal-MRLs attwali għat-tebufenożid fir-ross. Ippubblikata:. 13 ta' April 2010. Adottata: 13 ta' April 2010. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA ppreparata mill-Unità dwar il-Pestiċidi (PRAPeR) dwar l-emenda tal-MRLs attwali għat-tebufenożid fir-ross. Ippubblikata:. 9 ta' April 2010. Adottata: 6 ta' April 2010. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA ppreparata mill-Unità dwar il-Pestiċidi (PRAPeR) dwar l-emenda tal-MRLs attwali għall-joximil fil-kurrat. Ippubblikata: 9 ta' April 2010. Adottata: 8 ta' April 2010. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA ppreparata mill-Unità dwar il-Pestiċidi (PRAPeR) dwar l-emenda tal-MRLs attwali għat-metkonażol fil-ħxejjex varji. Ippubblikata:. 12 ta' Marzu 2010. Adottata: 11 ta' Marzu 2010. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA: Valutazzjoni rifinata tar-riskju dwar ċerti MRLs ta' tħassib għas-sustanzi attivi karbendażim u tijofanat metil [1]. Ippubblikata: 3 ta’ Ġunju 2009. Adottata: 14 ta' Mejju 2009. |
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II il-kolonni bentażon, karbendażim, ċiflutrin, fenamidon, joxinil, u tijofanat metil, jinbidlu b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness il-kolonni għal aċekinoċil, fenażakwin, flonikamid, flutrijafol, imidakloprid, metconazole, protijokonażol, u tebufenożid jinbidlu b'dan li ġej: “Fdalijiet ta' pestiċida u livelli massimi ta' fdal (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(*2) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*3) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/39 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 894/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 815/2008 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati għall-finijiet tal-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Komunità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (tal-Komunità) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2008 (3) il-Kap Verde ngħatat deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li permezz tagħha setgħet tqis ċerti prodotti tas-sajd magħmulin fil-Kap Verde minn ħut li mhux ta’ oriġini bħala li joriġinaw fil-Kap Verde. Dik id-deroga se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(2) |
B’ittra ddatata l-21 ta’ Diċembru 2009 il-Kap Verde ressqet talba għal żieda fil-kwantitajiet mogħtija fl-2010 fir-rigward ta’ tnejn mit-tliet kategoriji ta’ prodotti tas-sajd koperti mir-Regolament (KE) Nru 815/2008. B’ittra ddatata t-8 ta’ Ġunju 2010, hija ressqet informazzjoni komplementari b’appoġġ għal din it-talba. |
|
(3) |
It-talba spjegat li l-kwantitajiet totali mogħtija oriġinalment għall-2010 għandhom jiżdiedu rispettivament għal 3 600 tunnellata għal qatgħat tal-Kavalli ppreparati u ppreżervati u għal 1 500 tunnellata għal Trumbell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati u ppreżervati. |
|
(4) |
Il-kwantitajiet annwali totali mogħtija oriġinalment ikkontribwixxew, fl-2008 u fl-2009, sa ċertu punt sinifikanti, għat-titjib tas-sitwazzjoni fis-settur għall-ipproċessar tas-ħut u, sa ċertu punt, għat-tiġdid tal-flotta mhux industrijali tal-Kap Verde, li hija ta’ importanza vitali għal dak il-pajjiż. Madankollu jidher li t-tlestija tat-tiġdid previst tal-flotta tal-Kap Verde għal-livelli ppjanati kienet affettwata minn ċerti ċirkustanzi ekonomiċi u ġeografiċi u b’hekk huma meħtieġa aktar investimenti. |
|
(5) |
It-talba turi li fin-nuqqas ta’ żieda fil-kwantitajiet li jistgħu jiġu kkummerċjati taħt id-deroga, il-ħila tal-industrija tal-Kap Verde għall-ipproċessar tal-ħut li tkun tista’ tkompli tesporta lejn l-Unjoni Ewropea tista’ tintlaqat b’mod sinifikanti, li tfisser li tista’ tiskoraġġixxi l-investimenti ulterjuri meħtieġa. |
|
(6) |
Żieda fil-kwantitajiet tal-prodotti li jistgħu jiġu kkummerċjati taħt id-deroga hija għaldaqstant meħtieġa sabiex tiżgura li l-isforzi għat-tiġdid tal-flotta lokali tas-sajd jibqgħu għaddejjin u b’hekk titjieb l-ħila tagħha li tforni lis-settur lokali għall-ipproċessar tal-ħut b’ħut ta’oriġini. |
|
(7) |
Il-kwoti eżistenti għaż-żewġ kategoriji ta’ prodotti kkonċernati huma mistennija li jintużaw kollha ħafna qabel it-tmiem tal-2010, fatt li jiġġustifika ulterjorment il-ħtieġa għal żieda fil-kwantitajiet mogħtija għall-2010. Madankollu, dan ma jidhirx li hu biżżejjed biex tissodisfa bis-sħiħ l-ammonti mitluba. B’mod partikolari, għandu jitqies il-fatt li diġà hemm possibbiltajiet sinifikanti ta’ akkwist ta’ ħut ta’ oriġini minħabba li jistgħu jintużaw provvisti mill-bastimenti lokali u akkumulazzjoni bilaterali. |
|
(8) |
Il-kwantitajiet tad-deroga għall-2010 għandhom għaldaqstant jiżdiedu għal 2 500 tunnellata għal qatgħat tal-Kavalli ppreparati u ppreżervati u għal 875 tunnellata għal qatgħat ta’ Trumbell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati u ppreżervati, liema kwantitajiet huma meqjusa bħala biżżejjed biex jippermettu lill-industrija tal-ipproċessar tal-Kap Verde biex tibqa’ għaddejja bl-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni Ewropea u tappoġġa l-isforzi tal-awtoritajiet lokali sabiex jiżguraw li l-isforzi għat-tiġdid tal-flotta lokali tas-sajd jibqgħu għaddejjin b’suċċess. |
|
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 815/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 815/2008 hu ssostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
“ANNESS
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskizzjoni tal-merkanzija |
Perjodu |
Il-kwantità (f’tunellati) |
|
09.1647 |
ex 1604 15 11 ex 1604 19 98 |
Kavalli (Scomber Colias, Scomber Japonicus, Scomber Scombrus), qatgħat, ippreparati jew ippriżervati |
Mill-1.9.2008 għall-31.12.2008 |
333 |
|
Mill-1.1.2009 għall-31.12.2009 |
1 000 |
|||
|
Mill-1.1.2010 għall-31.12.2010 |
2 500 |
|||
|
09.1648 |
ex 1604 19 98 |
Tumbrell (Auxis thazard, Auxis Rochei), qatgħat, ippreparati jew ippriżervati |
Mill-1.9.2008 għall-31.12.2008 |
116 |
|
Mill-1.1.2009 għall-31.12.2009 |
350 |
|||
|
Mill-1.1.2010 għall-31.12.2010 |
875 |
|||
|
09.1649 |
ex 1604 14 16 ex 1604 14 18 |
Tonn bix-xewka safra, tuna tal-Palamit (Tunnus Albacares, Katsuwonus Pelamis), qatgħat, ippreparati jew ippriżervat |
Mill-1.9.2008 għall-31.12.2008 |
70 |
|
Mill-1.1.2009 għall-31.12.2009 |
211 |
|||
|
Mill-1.1.2010 għall-31.12.2010 |
211 ” |
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/42 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 895/2010
tat-8 ta' Ottubru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Halberstädter Würstchen (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Halberstädter Würstchen” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat
Klassi 1.2. Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, iffumikati, eċċ.)
IL-ĠERMANJA
Halberstädter Würstchen (IĠP)
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/44 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 896/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Schrobenhausener Spargel/Spargel aus dem Schrobenhausener Land/Spargel aus dem Anbaugebiet Schrobenhausen (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Schrobenhausener Spargel” jew “Spargel aus dem Schrobenhausener Land” jew “Spargel aus dem Anbaugebiet Schrobenhausen” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006; din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Il-kategorija 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
IL-ĠERMANJA
Schrobenhausener Spargel/Spargel aus dem Schrobenhausener Land/Spargel aus dem Anbaugebiet Schrobenhausen (IĠP)
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/46 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 897/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Suska sechlońska (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Polonja biex id-denominazzjoni “Suska sechlońska” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
IL-POLONJA
Suska sechlońska (IĠP)
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/48 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 898/2010
tat-8 ta' Ottubru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Patata della Sila (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Patata della Sila” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għalhekk din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat
Il-kategorija 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati
L-ITALJA
Patata della Sila (IĠP)
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/50 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 899/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mogette de Vendée (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Mogette de Vendée” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Il-kategorija 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati
FRANZA
Mogette de Vendée (IĠP)
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/52 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 900/2010
tat-8 ta' Ottubru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Estepa (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa minn Spanja biex id-denominazzjoni “Estepa” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)
SPANJA
Estepa (DPO)
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/54 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 901/2010
tat-8 ta' Ottubru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Φάβα Σαντορίνης (Fava Santorinis) (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Greċja biex id-denominazzjoni “Φάβα Σαντορίνης” (Fava Santorinis) tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006; din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat
Klassi 1.6: Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
IL-GREĊJA
Φάβα Σαντορίνης (Fava Santorinis) (DPO)
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/56 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 902/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Ottubru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
84,6 |
|
MK |
50,4 |
|
|
TR |
77,0 |
|
|
XS |
50,2 |
|
|
ZZ |
65,6 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
54,8 |
|
TR |
132,4 |
|
|
ZZ |
93,6 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
123,3 |
|
ZZ |
123,3 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
101,1 |
|
BR |
100,4 |
|
|
CL |
89,7 |
|
|
IL |
102,3 |
|
|
MA |
148,6 |
|
|
TR |
103,5 |
|
|
UY |
117,2 |
|
|
ZA |
83,9 |
|
|
ZZ |
105,8 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
233,5 |
|
TR |
126,6 |
|
|
ZA |
64,2 |
|
|
ZZ |
141,4 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
75,7 |
|
BZ |
51,1 |
|
|
CL |
119,8 |
|
|
CN |
82,6 |
|
|
NZ |
100,6 |
|
|
US |
84,3 |
|
|
ZA |
86,6 |
|
|
ZZ |
85,8 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
62,6 |
|
ZA |
77,3 |
|
|
ZZ |
70,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/58 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 903/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 873/2010 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Ottubru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-9 ta’ Ottubru 2010
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
54,96 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
54,96 |
0,00 |
|
1701 12 10 (1) |
54,96 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
54,96 |
0,00 |
|
1701 91 00 (2) |
46,54 |
3,51 |
|
1701 99 10 (2) |
46,54 |
0,38 |
|
1701 99 90 (2) |
46,54 |
0,38 |
|
1702 90 95 (3) |
0,47 |
0,23 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL RD CONGO/1/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL RD Congo
(2010/609/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/576/PESK tat-23 ta’ Settembru 2010 dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi:
|
1. |
F’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/576/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUPOL RD Congo, inkluża b’mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
2. |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tal-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR bħala l-Kap tal-Missjoni b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika sat-tmiem tal-mandat tal-EUPOL RD Congo.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Ghall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/61 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUSEC/2/2010
tat-8 ta’ Ottubru 2010
dwar il-ħatra tal-Kap ta’ missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
(2010/610/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/565/PESK tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar il-missjoni Ewropea biex tipprovdi konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
BILLI skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2010/565/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), inter alia, biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur António MARTINS huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-missjoni tal-Unjoni Ewropea biex tipprovdi konsulenza u assistenza għar-riforma fil-qasam tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo).
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2010.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Ottubru 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2006/241/KE fir-rigward tal-importazzjoni tal-gwano mill-Madagaskar
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6798)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/611/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/241/KE tal-24 ta’ Marzu 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (2) tipprojbixxi l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd u l-bebbux, li joriġinaw mill-Madagaskar. |
|
(2) |
Il-Madagaskar indika l-interess tiegħu li jesporta l-gwano lejn l-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (3) jistipula l-projbizzjoni tal-importazzjoni u t-tranżitu ta’ prodotti proċessati u prodotti sekondarji mill-annimali, ħlief meta dan isir skont dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, id-demel huma materjal tal-Kategorija 2. Id-definizzjoni ta’ demel, kif stipulata fl-Anness I għar-Regolament, tkopri l-gwano, li jista’ jkun sew proċessat inkella le skont il-Kapitolu III tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament. Il-Parti III ta’ dak il-Kapitolu tistipula li t-tqegħid fis-suq tal-gwano mhux suġġett għal kwalunkwe kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali. |
|
(5) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula li d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi tal-prodotti msemmija fl-Annessi VII u VIII tiegħu ma għandhomx ikunu iktar jew inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti fl-Unjoni. |
|
(6) |
L-importazzjoni tal-Gwano mill-Madagaskar, għaldaqstatn, ma għandhiex tkompli tiġi projbita. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2006/241/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2006/241/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, bebbux u gwano li joriġinaw fil-Madagaskar.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni