ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.265.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 265

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
8 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 883/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 bħala addittiv tal-għalf għal għoġġiela għat-trobbija (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société industrielle Lesaffre) ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1464/2004 fir-rigward taż-żmien għall-irtirar tal-addittiv Monteban, li jagħmel parti mill-grupp tal-koċċidjostati u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn ( 1 )

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' narasin u nikarbażin bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Eli Lilly and Company Ltd) u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prleška tünka (IĠP)]

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 li ma jiffissax prezz minimu għall-bejgħ tal-butir b’risposta għat-tmien stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 889/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tmien stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/603/PESK tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar aktar miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

15

 

 

2010/604/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 dwar l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz, lill-Portugall (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6735)

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 883/2010

tas-7 ta’ Ottubru 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 bħala addittiv tal-għalf għal għoġġiela għat-trobbija (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société industrielle Lesaffre)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti obbligati skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ dik il-preparazzjoni ġie awtorizzat għall-baqar tal-ħalib permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (2), għall-bovini għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2003 (3), għall-ħnienes miftuma permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (4), għall-ħnieżer nisa permezz tar-Regolament (KE) Nru 1288/2004 (5), għall-fniek għat-tismin permezz tar-Regolament (KE) Nru 600/2005 (6), għaż-żwiemel permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007 (7), għall-mogħoż tal-ħalib u n-nagħaġ tal-ħalib permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 (8), għal-ħrief għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 (9), għall-ħnieżer għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008 (10) u għall-bufli tal-ħalib permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 (11).

(5)

Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tħejjija għall-għoġġiela għat-trobbija. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ April 2010 (12), is-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47, fil-kondizzjoniiet proposti tal-użu, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tagħha jtejjeb iż-żieda fil-piż tal-ispeċi mmirata. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skont dan, l-użu ta’ din it-tħejjija għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzaturi għall-flora fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 15.

(4)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24.

(5)  ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10.

(6)  ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5.

(7)  ĠU L 63, 1.3.2007, p. 6.

(8)  ĠU L 57, 24.2.2007, p. 3.

(9)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28.

(10)  ĠU L 63, 7.3.2008, p. 3.

(11)  ĠU L 74, 20.3.2009, p. 14.

(12)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2010); 8(4):1576.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unità ta’ formazzjoni ta’ kolonja/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzaturi tal-flora fil-musrana

4b1702

Société Industrielle Lesaffre

Saccharomyces cerevisiae

NCYC Sc 47

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 li fiha minimu ta’ 5 × 109 CFU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47

 

Metodu analitiku  (1)

Metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-agar ta’ estratt tal-ħmira tal-kloramfenikol abbażi tal-metodu ISO 7954.

Reazzjoni katina tal-polimerażi

Għoġġiela għat-trobbija

1,5 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha ssir il-ħażna, it-tul ta’ żmien tal-ħażna u l-istabilità għall-pelleting.

28.10.2020


(1)  d-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 884/2010

tas-7 ta' Ottubru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1464/2004 fir-rigward taż-żmien għall-irtirar tal-addittiv “Monteban”, li jagħmel parti mill-grupp tal-koċċidjostati u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-possibbiltà ta’ modifika fl-awtorizzazzjoni ta’ addittiv mal-għalf fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u fuq opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità).

(3)

L-użu tan-narasin (Monteban) kien awtorizzat għal 10 snin għat-tiġieġ tat-tismin, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/2004 tas-17 ta’ Awwissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv Monteban fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (2).

(4)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ressaq applikazzjoni għall-modifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni għal dan l-addittiv biex jitnaqqas iż-żmien tal-irtirar qabel il-qatla, minn jum wieħed għal ebda jum. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ressaq l-informazzjoni relevanti biex isostni t-talba tiegħu.

(5)

Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Marzu 2010, l-Awtorità kkonkludiet li l-użu ta’ Monteban għat-tiġieġ għat-tismin fid-doża massima proposta, u mingħajr ma jiġi applikat żmien ta’ rtirar, ma jipperikolax lill-konsumaturi u għaldaqstant it-talba biex jitnaqqas iż-żmien għall-irtirar minn jum wieħed għal ebda jum tista’ tintlaqa’ (3).

(6)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma sodisfatti.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1464/2004 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fid-disa’ kolonna, “Dispożizzjonijiet oħra”, tat-tabella fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1464/2004, titħassar is-sentenza “L-użu pprojbit mill-inqas jum wieħed qabel il-qatla.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 18.8.2004 p. 8.

(3)  EFSA Ġurnal 2010; 8(3):1549.


8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 885/2010

tas-7 ta’ Ottubru 2010

li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' narasin u nikarbażin bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Eli Lilly and Company Ltd) u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jistipula l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-preparazzjoni ta' narasin, numru tal-CAS 55134-13-9, u nikarbażin, numru tal-CAS 330-95-0, ġiet awtorizzata għal għaxar snin b'mod konformi mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq it-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni ( KE) Nru 1458/1999 (3). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid ta' dak l-addittiv, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “koċċidjostatiċi u istomonostatiċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-7 ta' April 2010 li, skont il-kondizzjonijiet ta' użu proposti, il-preparazzjoni ta' narażin u tal-nikarbażin m'għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumatur jew l-ambjent u li dawn l-addittivi huma effettivi fil-kontroll tal-koċċidjożi fit-tiġieġ għat-tismin (4). Hi tikkonsidra li hemm bżonn ta' ħtiġijiet speċifiċi ta' monitoraġġ ta' wara l-kommerċjalizzazzjoni biex ikun ikkontrollat żvilupp possibbli ta' reżistenzi batterjali u/jew ta' Eimeria spp. Peress il-p-nitroanilina, impurità assoċjata man-nikarbażin, twassal għal fdal possibbli ta' din is-sustanza, l-Awtorità tirrakkomanda li l-kontenut ta' dik l-impurità tkun limitata għal-livell l-aktar baxx possibbli. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf, f'għalf mibgħut mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni tal-preparazzjoni tan-narażin u nikarbażin turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Madankollu, minħabba din l-opinjoni tal-Awtorità, hemm bżonn li l-kontenut tal-impurità p-nitrolina jkun limitat. Biex jingħata żmien lill-produtturi u lill-utenti jaddataw, huwa xieraq li din il-limitazzjoni tibda tapplika tliet snin wara li r-Regolament jibda japplika.

(6)

Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) 1831/2003, id-dispożizzjonijiet dwar dik il-preparazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 2430/1999 għandhom jitħassru.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘koċċidjostatiċi u istomonostatiċi' hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999, l-entrata taħt in-numru ta' reġistrazzjoni tal-addittiv E 772, li jikkonċerna Narażin 80 g/kg — Nikarbażin 80 g/kg (Maxiban G160), titħassar.

Pretaħlita u għalf kompost li fih l-addittiv fl-għalf ittikkettjat skont ir-Regolament (KE) Nru 2430/1999 jista' jkompli ikun ikkkumerċjalizzat u jibqa' fis-suq u użat sa ma tispiċċa l-ħażna.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 17.11.1999, p. 3.

(4)  Il-Ġurnal EFSA 2010; 8(4):1574.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Limiti Massimi ta’ Residwu (LMRs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali

mg ta' sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Koċċidjostatiċi u istomonostatiċi

5 1 772

Eli Lilly and Company Ltd

Narażin 80 g attività /kg

Nikarbażin 80 g/kg

(Maxiban G160)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

 

Narażin Narażin 80 g attività/kg

 

Nikarbażin 80 g/kg

(proporzjon 1:1)

 

Żejt veġetali jew minerali 10-30 g/kg

 

Il-vermikulite 0-20 g/kg

 

Mikrotraċċitur aħmar: 11 g/kg

 

Corn cob grits or rice hulls qs 1 kg

 

Sustanza attiva

1.

Narażin, C43H72O11

Numru CAS: 55134-13-9

Aċdu politeru monokarbossiliku prodott minn Streptomyces aureofaciens (NRRL 8092), f'forma ta' żrar.

Attività Narażin A: ≥ 85 %

2.

Nikarbażin, C19H18N6O6.

Numru CAS: 330-95-0

kumpless ekwimolekulari ta' 1,3-bis (4-nitrofenil) urea u 4,6 dimetilpirimidin-2-ol, f'forma ta' żrar

Impuritajiet relatati: p-nitroanilina: ≤ 0,3 %

 

Metodi analitiċi  (1)

Għad-determinazzjoni tan-narażin: Fażi riversa kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja f'fażi riversa (HPLC) li juża derivatizzazzjoni post-kolonna mal-vanillin u detezzjoni fi 520 nm - ISO 14183:2005.

Għad-determinazzjoni tan-nikarbażin: Metodu ta' kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja u detezzjoni ultravjola (HPLC-UV) spettrometrika (LC-MS/MS)

Tiġieġ għat-tismin

40 mg Narażin

40 mg Nikarbażin

50 mg Narażin

50 mg Nikarbażin

1.

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: “Perikoluż għall-ispeċi ekwini, dundjani u fniek”

“Dan l-oġġett tal-għalf fih jonoforu simultanju ma’ ċerti sustanzi mediċinali (eż tiamulin) huwa kontraindikat”

2.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel.

3.

Il-preprarazzjoni tan-narażin u n-nikarbażin m'għandhiex titħallat ma' koċċidjostiċi oħra.

4.

Għandu jitħejja rogramm ta' monitoraġġ warra li jitqiegħad fis-suq dwar ir-reżistenza ta' batterji u Eimeria spp. u jitwettaq mid-detentur tal-awtorizzazzjoni.

5.

Mit-28 ta’ Ottubru 2013 il-kontenut tal-p-nitroanilina għandu jkun ≤ 0,1 %

6.

Għas-sikurezza: għandha tintuża protezzjoni għar-respirazzjoni matul l-immaniġġjar

28 ta’ Ottubru 2020

50 μg of narażin/kg għall-fwied frisk, il-muskolu, il-kilwa u l-ħilda/xaħam.

15 000  μg ta' dinitrocarbanilide (DNC)/kg ta' fwied frisk;

6 000  μg ta' (DNC)/kg ta' fwied frisk;

4 000  μg tad-DNC/kg għall-muskolu frisk, l-ġilda/xaħam frisk.


(1)  1 Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 886/2010

tas-7 ta’ Ottubru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prleška tünka (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mis-Slovenja biex id-denominazzjoni “Prleška tünka” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 34, 11.2.2010, p. 8.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti bbażati fuq laħam (imsajjar, immellaħ, iffumikat, eċċ.)

IS-SLOVENJA

Prleška tünka (IĠP)


8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 887/2010

tas-7 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

84,6

MK

45,6

TR

77,0

XS

50,2

ZZ

64,4

0707 00 05

MK

41,0

TR

135,2

ZZ

88,1

0709 90 70

TR

126,1

ZZ

126,1

0805 50 10

AR

105,2

BR

100,4

CL

53,2

IL

102,3

MA

148,6

TR

111,6

UY

117,2

ZA

92,4

ZZ

103,9

0806 10 10

BR

201,9

TR

122,9

ZA

63,4

ZZ

129,4

0808 10 80

AR

75,7

AU

203,7

BR

52,7

CL

80,8

CN

82,6

NZ

107,7

US

84,3

ZA

78,2

ZZ

95,7

0808 20 50

CN

92,9

ZA

69,2

ZZ

81,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 888/2010

tas-7 ta’ Ottubru 2010

li ma jiffissax prezz minimu għall-bejgħ tal-butir b’risposta għat-tmien stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tal-butir permezz ta’ proċedura ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslu għat-tmien stedina individwali għall-offerti, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tmien stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010, li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-5 ta’ Ottubru 2010, il-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għandu jkun iffissat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 17.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 889/2010

tas-7 ta’ Ottubru 2010

li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tmien stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għat-tmien stedina individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tmien stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-5 ta' Ottubru 2010, il-prezz minimu tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun EUR 211,60/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta' Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


DEĊIŻJONIJIET

8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/603/PESK

tas-7 ta’ Ottubru 2010

dwar aktar miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar aktar miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1), sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha li ġew akkużati mill-ICTY b'delitti ta' gwerra iżda li mhumiex fil-kustodja tal-ICTY. Dik il-Pożizzjoni Komuni ġiet estiża mill-Pożizzjoni Komuni 2009/717/PESK (2) sal-10 ta' Ottubru 2010.

(2)

Il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi għal sena oħra sal-10 ta' Ottubru 2011.

(3)

Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta' Ottubru 2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (TKIJ) (3),

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness, li ġew akkużati mit-TKIJ, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli direttament jew indirettament lil jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness.

3.   Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew mortgage, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;

(b)

intiżi esklussivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż magħmula assoċjati mal-prestazzjoni ta' servizzi legali;

(c)

intiżi esklussivament għall-pagament ta' drittijiet jew ħlasijiet ta’ servizz għaż-żamma ordinarja jew manteniment ta' fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi;

(d)

neċessarji għal spejjeż straordinarji.

4.   Paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew kreati qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,

basta li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 2

1.   Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta ta’ Stat Membru jew tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jadotta emendi għall-lista li tinsab fl-Anness kif meħtieġ.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna kkonċernata skont il-każ.

Artikolu 3

Sabiex tkabbar kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tal-Kunsill hija b’dan imħassra. Ir-referenzi għaliha għandhom jinqraw bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-10 ta' Ottubru 2011. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52.

(2)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 17.

(3)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14.


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

 

Individwu

Raġuni

1.

Isem: HADZIC Goran (raġel)

Data tat-twelid: 7.9.1958

Post tat-twelid: Vinkovci, Kroazja

Ċittadin tas-Serbja

Akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Att ta' akkuża: 4 ta' Ġunju 2004

Kawża Nru.: IT 04 75

2.

Isem: MLADIC Ratko (raġel)

Data tat-twelid: 12.3.1948

Post tat-twelid: Bozanovici, muniċipalità ta’ Kalinovik,

Bosnja-Ħerzegovina Ċittadin tal-Bosnja-Ħerzegovina

Akkużat mill-ICTY u għadu liberu

L-ewwel att ta' akkuża: 25 ta' Lulju 1995; it-tieni att ta' akkuża: 16 ta' Novembru 1995; att ta' akkuża emendat: 8 ta’ Novembru 2002

Kawża Nru.: IT-95-5/18


8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Ottubru 2010

dwar l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz, lill-Portugall

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6735)

(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)

(2010/604/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1359/2008, (KE) Nru 754/2009, (KE) Nru 1226/2009 u (KE) Nru 1287/2009 (1), u b’mod partikolari l-punt 7.5 tal-Anness IIB tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt 5.1 tal-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 jispeċifika l-għadd massimu ta’ jiem li fihom bastimenti tal-UE ta’ tul totali ta’ 10 metri jew aktar u li għandhom abbord xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili b’malji ta’ 32 mm jew aktar u għeżula b’malji ta’ 60 mm jew aktar u konzijiet tal-qiegħ jistgħu jkunu preżenti fit-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz, mill-1 ta’ Frar 2010 sal-31 ta’ Jannar 2011.

(2)

Il-punt 7.5 tal-Anness IIB jawtorizza lill-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tal-għadd ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar li jirriżulta minn waqfien permanenti ta’ attività ta’ sajd li kien allokat qabel mill-Kummissjoni.

(3)

Il-valutazzjoni mill-ġdid ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar li kienu allokati qabel mill-Kummissjoni għandha tqis il-metodu ta’ kalkolu previst fit-tieni paragrafu tal-punt 7.1 tal-Anness IIB u tinħadem abbażi tat-tipi ta’ rkapti u tal-limiti ta’ jiem fuq il-baħar attwali.

(4)

Fit-8 ta’ Frar, it-23 ta’ Frar, il-25 ta’ Marzu u t-22 ta’ April 2010, il-Portugall ippreżenta dejta lill-Kummissjoni u talabha biex tagħmel valutazzjoni mill-ġdid tal-għadd ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar li kienu allokati qabel mill-Kummissjoni.

(5)

B’kunsiderazzjoni għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/474/KE tal-4 ta’ Lulju 2007 dwar l-allokazzjoni ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz (2), lill-Portugall, u abbażi tat-tipi ta’ rkapti u tal-limiti ta’ jiem fuq il-baħar attwali, il-Portugall għandu jingħata erbatax-il jum addizzjonali fuq il-baħar għall-bastimenti li għandhom abbord l-irkaptu tas-sajd speċifikat fil-punt 2 (a) tal-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 għall-perjodu mill-1 ta’ Frar 2010 sal-31 ta’ Jannar 2011.

(6)

B’kunsiderazzjoni għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/415/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar l-allokazzjoni ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz, lill-Portugall (3), u abbażi tat-tipi ta’ rkapti u tal-limiti ta’ jiem fuq il-baħar attwali, il-Portugall għandu jingħata dsatax-il jum addizzjonali fuq il-baħar għall-bastimenti li għandhom abbord l-irkaptu tas-sajd speċifikat fil-punt 2 (a) tal-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 għall-perjodu mill-1 ta’ Frar 2010 sal-31 ta’ Jannar 2011,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għadd massimu ta’ jiem li fihom bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tal-Portugall u li għandu abbord irkaptu tas-sajd imsemmi fil-punt 2 (a) tal-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 u li ma hu suġġett għall-ebda waħda mill-kundizzjonijiet speċjali elenkati fil-punt 5.2 ta’ dak l-Anness jista’ jkun preżenti fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz, kif stipulat fit-Tabella I ta’ dak l-Anness, għandu jiġi emendat għal 191 jum fis-sena.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 7.7.2007, p. 53.

(3)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 76