ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.245.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 245

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
17 ta' Settembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/558/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faroe dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, li jassoċja lill-Gżejjer Faroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013)

1

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Faroes dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 816/2010 tas-16 ta’ Settembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-limiti li fihom jiġu attivati d-dazji addizzjonali għat-tadam

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2010 tas-16 ta' Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport

16

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 818/2010 tas-16 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

29

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 819/2010 tas-16 ta’ Settembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

31

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 820/2010 tas-16 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tas-sorgu fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 464/2010

33

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/559/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2010 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data li jikkonċerna Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fil-Finlandja

34

 

 

2010/560/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2010 li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE fir-rigward tal-estensjoni tad-derogi temporanji mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fil-Mawrizju, is-Seychelles u l-Madagaskar fir-rigward tat-tonn u l-flettijiet tat-tonn (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6259)

35

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Marzu 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faroe dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, li jassoċja lill-Gżejjer Faroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013)

(2010/558/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim mal-Gvern tal-Gżejjer Faroe dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja sa mill-1 ta’ Jannar 2010. L-applikazzjoni proviżorja tippermetti lill-entitajiet mill-Gżejjer Faroe jipparteċipaw fis-sejħiet għal proposti taħt is-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni, ippjanati li jitnedew f’Jannar 2010.

(2)

L-eżitu tan-negozjati kien il-Ftehim inizjalat fit-13 ta’ Lulju 2009.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, sakemm jintemmu l-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faroe dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, li jassoċja lill-Gżejjer Faroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2010, sakemm jintemmu l-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BLANCO


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Faroes dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika

L-UNJONI EWROPEA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

minn naħa waħda,

u

L-GVERN TAL-FAROES,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Gżejjer Faroe”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Partijiet”,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika attwali bejn il-Gżejjer Faroe u l-Unjoni u l-interess reċiproku tagħhom li jsaħħuha fil-kuntest tal-istabbiliment taż-Żona Ewropea ta’ Riċerka.

BILLI, r-riċerkaturi mill-Gżejjer Faroe diġà kienu pparteċipaw b’suċċess fi proġetti ffinanzjati mill-Unjoni.

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-interess taż-żewġ Partijiet li jinkoraġġixxu l-aċċess reċiproku tal-entitajiet ta’ riċerka tagħhom għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-Gżejjer Faroe, minn naħa waħda, u għall-programmi kwadru tal-Unjoni għar-riċerka u l-żvilupp teknoloġiku, min-naħa l-oħra.

BILLI, l-Gżejjer Faroe u l-Unjoni għandhom interess li jikkooperaw f’dawn il-programmi għall-benefiċċju reċiproku tagħhom.

BILLI, permezz tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006 KE (1) tat-18 ta’ Diċembru 2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adottaw is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Programm Kwadru”).

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-Gvern tal-Gżejjer Faroe jikkonkludi dan il-Ftehim f’isem ir-Renju tad-Danimarka skont l-Att dwar il-Konklużjoni ta’ Ftehimiet skont il-Liġi Internazzjonali mill-Gvern tal-Gżejjer Faroe.

BILLI, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “TFUE”), dan il-Ftehim u kull attività konkluża taħtu ma jaffettwaw bl-ebda mod is-setgħat mogħtija lill-Istati Membri biex jidħlu għal attivitajiet bilaterali mal-Gżejjer Faroe fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerka u l-iżvilupp, u jikkonkludu, fejn xieraq, ftehimiet għal dak il-għan,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Il-Gżejjer Faroe għandhom jiġu assoċjati, taħt it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti bi, jew imsemmija fi, dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu, fil-Programm Kwadru, kif stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (2), u bid-Deċiżjoniet tal-Kunsill Nru 2006/971/KE (3), 2006/972/KE (4), 2006/973/KE (5), 2006/974/KE (6) u 2006/975/KE (7) dwar programmi speċifiċi varji taħt il-Programm Kwadru.

2.   L-atti kollha li joħorġu mill-atti msemmija fil-paragrafu 1, fosthom l-atti li jistabbilixxu l-istrutturi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru permezz tal-attivitajiet ta’ riċerka skont l-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE, għandhom japplikaw għall-Gżejjer Faroe.

3.   Barra mill-assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-kooperazzjoni tista’ tinkludi:

(a)

diskussjonijiet regolari dwar l-orjentazzjonijiet u l-prijoritajiet għall-politika tar-riċerka u l-ippjanar fil-Gżejjer Faroe u fl-Unjoni,

(b)

diskussjonijiet dwar prospetti ta’ kooperazzjoni u żvilupp,

(ċ)

provvediment f’waqtu ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi u proġetti ta’ riċerka tal-Gżejjer Faroe u tal-Unjoni, u dwar ir-riżultati ta’ xogħol magħmul fil-qafas ta’ dan il-Ftehim,

(d)

laqgħat konġunti,

(e)

żjarat u skambji ta’ riċerkaturi, inġiniera u tekniċi,

(f)

kuntatti regolari u sostnuti bejn maniġers ta’ programmi jew maniġers ta’ proġetti tal-Gżejjer Faroe u tal-Unjoni,

(g)

parteċipazzjoni ta’ esperti f’seminars, simpożji u sessjonijiet ta’ ħidma.

Artikolu 2

Termini u kondizzjonijiet marbuta mal-assoċjazzjoni tal-Gżejjer Faroe fil-Programm Kwadru

1.   Entitajiet legali mill-Gżejjer Faroe għandhom jipparteċipaw f’azzjonijiet indiretti u f’attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Programm Kwadru tal-KE bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-entitajiet legali tal-Istati Membri tal-Unjoni, soġġetti għat-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti, jew imsemmija, fl-Annessi I u II. Għall-entitajiet ta’ riċerka tal-Gżejjer Faroe, it-termini u l-kondizzjonijiet li japplikaw għas-sottomissjoni u l-evalwazzjoni tal-proposti u dawk għall-għotjiet u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ għotjiet u/jew kuntratti taħt programmi tal-Unjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikabbli għall-ftehimiet ta’ għotjiet u/jew kuntratti konklużi taħt l-istess programmi ma’ entitajiet ta’ riċerka fl-Unjoni, b’kunsiderazzjoni tal-interessi reċiproċi tal-Unjoni u tal-Gżejjer Faroe.

Entitajiet legali tal-Unjoni għandhom jipparteċipaw fi programmi ta’ riċerka u proġetti tal-Gżejjer Faroe f’temi ekwivalenti għal dawk tal-Programm Kwadru taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal entitajiet legali mill-Faroes, soġġetti għat-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti bi, jew imsemmija fi, l-Annessi I u II. Entità legali stabbilita f’pajjiż ieħor assoċjat fil-Programm Kwadru għandu jgawdi l-istess drittijiet u obbligi taħt dan il-Ftehim bħall-entitajiet legali li huma stabbiliti fi Stat Membru, bil-kondizzjoni li dan il-pajjiż assoċjat li fih tkun stabbilita l-entità legali jkun qabel li jagħti l-istess drittijiet u obbligi lill-entitajiet legali mill-Gżejjer Faroe.

2.   Mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Gżejjer Faroe għandhom iħallsu, għal kull sena ta’ kemm ser idum il-Programm Kwadru, kontribuzzjoni finanzjarja għall-baġit annwali tal-Unjoni. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faroe għandha tiżdied mal-ammont assenjat kull sena fil-baġit annwali tal-Unjoni għal approprjazzjonijiet ta’ impenn biex jintlaħqu l-obbligi finanzjarji li jinħolqu mill-għamliet differenti ta’ miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni, il-ġestjoni u l-operat tal-Programm Kwadru. Ir-regoli għall-kalkolu u l-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faroe huma stipulati fl-Anness III.

3.   Rappreżentanti tal-Gżejjer Faroe għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kumitati tal-Programm Kwadru stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8). Waqt il-votazzjoni, dawn il-kumitati għandhom jiltaqgħu mingħajr il-preżenza tar-rappreżentanti tal-Gżejjer Faroe. Il-Gżejjer Faroe għandhom jiġu informati bir-riżultat. Il-parteċipazzjoni kif imsemmija f’dan il-paragrafu għandha tieħu l-istess għamla, inkluż il-proċeduri għar-riċeviment tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, bħal dik applikabbli għar-rappreżentanti mill-Istati Membri.

4.   Ir-rappreżentanti tal-Gżejjer Faroe għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi fil-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka. Il-parteċipazzjoni kif imsemmija f’dan il-paragrafu għandha tieħu l-istess għamla, inklużi l-proċeduri għar-riċeviment tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, bħal dik applikabbli għar-rappreżentanti mill-Istati Membri.

5.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-spejjeż ta’ sussistenza mġarrba mir-rappreżentanti tal-Gżejjer Faroe li jipparteċipaw f’laqgħat tal-kumitati u tal-entitajiet imsemmija f’dan l-Artikolu, jew f’laqgħat marbuta mal-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru organizzati mill-Unjoni, għandhom ikunu rimborżati mill-Unjoni fuq l-istess bażi u skont il-proċeduri attwalment fis-seħħ għal rappreżentanti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Titjib fil-kooperazzjoni

1.   Il-Partijiet ser jagħmlu kull sforz, fil-limiti tal-qafas tal-leġislazzjoni applikabbli tagħhom, biex jiffaċilitaw il-moviment liberu u r-residenza tar-riċerkaturi li jipparteċipaw fl-attivitajiet koperti b’dan il-Ftehim u biex jiffaċilitaw il-moviment transkonfinali tal-merkanzija maħsuba għall-użu f’dawn l-attivitajiet.

2.   Il-Partijiet ser jiżguraw li l-ebda ħlas fiskali jew taxxa ma tkun imposta fuq it-trasferiment ta’ fondi bejn l-Unjoni u l-Gżejjer Faroe, meta dawn il-fondi jkunu meħtieġa għall-operat tal-attivitajiet koperti b’dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Kumitat tar-Riċerka UE-Gżejjer Faroe

1.   Għandu jiġi stabbilit kumitat konġunt imsejjaħ il-“Kumitat tar-Riċerka UE-Gżejjer Faroe”, li l-funzjonijiet tiegħu għandhom jinkludu:

(a)

li jiżgura, jevalwa u jivverifika l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim,

(b)

li jeżamina kwalunkwe miżura mmirata li ttejjeb u tiżviluppa l-kooperazzjoni,

(ċ)

diskussjoni regolari tal-orjentazzjonijiet futuri u prijoritajiet tal-politika tar-riċerka u l-ippjanar tar-riċerka fil-Gżejjer Faroe u fl-Unjoni u l-prospetti ta’ kooperazzjoni futura,

(d)

li jagħmel, soġġett għall-proċessi domestiċi ta’ approvazzjoni ta’ kull Parti, emendi tekniċi għal dan il-Ftehim kif jista’ ikun meħtieġ.

2.   Fuq talba tal-Gżejjer Faroe, il-Kumitat tar-Riċerka UE-Ġżejjer Faroe jista’ jidentifika reġjuni tal-Gżejjer Faroe li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (9) u li għalhekk jistgħu jkunu reġjuni eliġibbli biex jibbenefikaw minn azzjonijiet ta’ riċerka skont il-Programm ta’ Ħidma “Potenzjal fir-Riċerka” taħt il-programm speċifiku “Kapaċitajiet”.

3.   Il-Kumitat tar-Riċerka UE-Gżejjer Faroe, li għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Gżejjer Faroe, għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

4.   Il-Kumitat tar-Riċerka UE-Gżejjer Faroe għandu jiltaqa’ mill-inqas darba kull sentejn. Laqgħat straordinarji għandhom isiru wara t-talba ta’ waħda jew oħra mill-Partijiet.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet finali

1.   L-Annessi I, II, III u IV għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-Ftehim.

2.   Dan il-Ftehim huwa b’dan konkluż għat-tul ta’ żmien li baqa’ tal-Programm Kwadru. Għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri tagħhom għal dak il-għan. Għandu jkun applikat proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat biss bil-miktub u bil-kunsens komuni tal-Partijiet. Id-dħul fis-seħħ tal-emendi ser isegwi l-istess proċedura bħal dik applikabbli għall-Ftehim innifsu permezz ta’ mezzi diplomatiċi. Kull waħda mill-Partijiet tista’ ttemm dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin wara avviż bil-miktub ta’ sitt xhur permezz ta’ mezzi diplomatiċi. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-waqt tat-terminazzjoni u/jew l-iskadenza ta’ dan il-Ftehim għandhom jibqgħu għaddejjin sakemm ikunu ntemmu taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom isolvu b’kunsens komuni xi kwistjonijiet oħrajn dwar it-terminazzjoni.

3.   Jekk Parti tinnotifika lill-oħra li mhix ser tikkonkludi dan il-Ftehim, b’dan qiegħed jiġi maqbul b’mod reċiproku li:

l-Unjoni għandha tirrimborża lill-Gżejjer Faroe l-kontribuzzjoni tagħhom għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 2(2),

madankollu, fondi impenjati mill-Unjoni b’rabta mal-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali tal-Gżejjer Faroe f’azzjonijiet indiretti, inklużi r-rimborżi msemmija fl-Artikolu 2(5), għandhom jitnaqqsu mill-Unjoni minn dak ir-rimborż,

proġetti u attivitajiet imnedija taħt din l-applikazzjoni proviżorja u li jkunu għadhom għaddejjin fiż-żmien tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jissoktaw sat-tmiem tagħhom taħt il-kondizzjonijiet stipulati f’dan il-Ftehim.

4.   Jekk l-Unjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-Programm Kwadru, għandha tinnotifika lill-Gżejjer Faroe bil-kontenut preċiż ta’ dawn ir-reviżjonijiet fi żmien ġimgħa mill-adozzjoni tagħhom mill-Unjoni. Fil-każ ta’ tali reviżjoni jew estensjoni tal-programmi ta’ riċerka, il-Gżejjer Faroe jistgħu jtemmu dan il-Ftehim billi jagħtu avviż ta’ sitt xhur. Il-Partijiet għandhom jagħtu avviż ta’ kwalunkwe intenzjoni li jtemmu jew li jestendu dan il-Ftehim fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Unjoni.

5.   Meta l-Unjoni tadotta programm kwadru multiannwali ġdid għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni, ftehim ġdid jista’ jiġi nnegozjat mill-ġdid jew jiġġedded skont kondizzjonijiet maqbula b’mod reċiproku, fuq it-talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet.

6.   Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom japplika t-TFUE u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, fit-territorju tal-Gżejjer Faroe.

7.   Dan il-Ftehim għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż, u bil-lingwa tal-Gżejjer Faroe, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на трети юни две хиляди и десета година.

Hecho en Bruselas, el tres de junio de dos mil diez.

V Bruselu dne třetího června dva tisíce deset.

Udfærdiget i Bruxelles den tredje juni to tusind og ti.

Geschehen zu Brüssel am dritten Juni zweitausendzehn.

Kahe tuhande kümnenda aasta juunikuu kolmandal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Ιουνίου δύο χιλιάδες δέκα.

Done at Brussels on the third day of June in the year two thousand and ten.

Fait à Bruxelles, le trois juin deux mille dix.

Fatto a Bruxelles, addì tre giugno duemiladieci.

Briselē, divi tūkstoši desmitā gada trešajā jūnijā

Priimta du tūkstančiai dešimtų metų birželio trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizedik év június harmadik napján.

Magħmul fi Brussell, it-tielet jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u għaxra.

Gedaan te Brussel, de derde juni tweeduizend tien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego czerwca dwa tysiące dziesiątego roku.

Feito em Bruxelas, em três de Junho de dois mil e dez.

Întocmit la Bruxelles, la trei iunie două mii zece.

V Bruseli tretieho júna dvetisícdesať.

V Bruslju, dne tretjega junija leta dva tisoč deset.

Tehty Brysselissä kolmantena päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakymmenen.

Som skedde i Bryssel den tredje juni tjugohundratio.

Gjørdur í Brússel triðja juni tvey túsund og tíggju.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savieníbas vārdā

Europos Sajungos vardu

Az Európai Unió részéről

Ghall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Fyri Evropeiska Somveldið

Image

Image

За правителството на Фарьорските острови

Por el Gobierno de las Islas Feroe

Za vládu Faerských ostrovů

For Færøernes landsstyre

Für die Regierung der Färöer

Fääri saarte valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση των Νήσων Φερόες

For the Government of the Faroes

Pour le gouvernement des îles Féroé

Per il governo delle isole Færøer

Fēru salu valdības vārdā

Farerų Vyriausybės vardu

A Feröer szigetek kormánya részéről

Għall-Gvern tal-Gżejjer Faeroe.

Voor de regering van de Faeröer

W imieniu rządu Wysp Owczych

Pelo Governo das IIhas Faroé

Pentru Guvernul Insulelor Feroe

Za vládu Faerských ostrovov

Za Vlado Ferskih otokov

Färsaarten hallituksen puolesta

För Färöarnas landsstyre

Fyri Føroya landsslýri

Image


(1)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.

(4)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 243.

(5)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 272.

(6)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299.

(7)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 368.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

ANNESS I

TERMINI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TA’ ENTITAJIET LEGALI TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI U TAL-GŻEJJER FAROE

Għall-għan ta’ dan il-Ftehim, “entità legali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna ġuridika maħluqa taħt il-liġi nazzjonali tal-post tal-istabbiliment tagħha jew taħt il-liġi tal-Unjoni, li għandha personalità ġuridika u li hija intitolata għal drittijiet u obbligi ta’ kwalunkwe tip f’isimha.

I.   Termini u kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali mill-Gżejjer Faroe f’azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru

1.

Il-parteċipazzjoni u l-finanzjament ta’ entitajiet legali stabbiliti fil-Gżejjer Faroe f’azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru għandhom ikunu skont il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-pajjiżi assoċjati fir-Regolament (KE) Nru 1906/2006. Fil-każ li l-Unjoni tagħmel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE, il-Gżejjer Faroe għandhom jitħallew jipparteċipaw fl-istrutturi legali maħluqa taħt dawn id-dispożizzjonijiet, soġġett għar-regoli tal-istabbiliment ta’ dawn l-istrutturi legali.

L-entitajiet legali stabbiliti fil-Gżejjer Faroe għandhom ikunu eleġibbli għall-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti bbażati fuq l-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-entitajiet legali stabbiliti fl-Istati Membri.

L-entitajiet legali stabbiliti fil-Gżejjer Faroe għandhom ikunu eliġibbli, skont l-istess kondizzjonijiet bħall-entitajiet legali stabbiliti fl-Istati Membri, għal self li l-Bank Ewropew tal-Investiment jagħti b’għajnuna għall-għanijiet ta’ riċerka stipulati taħt il-Programm Kwadru (il-Faċilità Finanzjarja b’Kondiviżjoni tar-Riskju).

2.

L-entitajiet legali mill-Gżejjer Faroe għandhom jitqiesu, flimkien ma’ dawk tal-Unjoni, għall-għażla ta’ għadd xieraq ta’ esperti indipendenti għall-kompiti u skont il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 17 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 u għall-parteċipazzjoni fi gruppi varji u Kumitati konsultattivi tal-Programm Kwadru b’kunsiderazzjoni għall-ħiliet u l-għarfien adegwat għall-kompiti li jingħatawlhom.

3.

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Regolament Finanzjarju”), ftehim ta’ għotja u/jew kuntratt konklużi mill-Unjoni ma’ kwalunkwe entità legali tal-Gżejjer Faroe sabiex twettaq azzjoni indiretta għandu jaħseb għall-kontrolli u l-verifiki li għandhom jsiru minn, jew taħt l-awtorità ta’, il-Kummissjoni jew tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea. Fi spirtu ta’ kooperazzjoni u interess reċiproku, l-awtoritajiet rilevanti tal-Gżejjer Faroe għandhom jipprovdu kull assistenza raġonevoli u possibbli kif jista’ jkun meħtieġ jew siewi skont iċ-ċirkostanzi biex jitwettqu dawn il-kontrolli u l-verifiki.

II.   Termini u kondizzjonijiet għall-partċipazzjoni ta’ entitajiet legali tal-Istati Membri fi programmi u proġetti ta’ riċerka tal-Gżejjer Faroe

1.

Il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni, maħluqa taħt il-liġi nazzjonali ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni jew taħt il-liġi tal-Unjoni, fi proġetti ta’ programmi ta’ riċerka u żvilupp tal-Gżejjer Faroe tista’ tirrikjedi l-parteċipazzjoni konġunta ta’ mill-inqas entità legali waħda tal-Gżejjer Faroe. Proposti għal din il-parteċipazzjoni għandhom jiġu sottomessi b’mod konġunt, fejn meħtieġa, mal-entità/ajiet legali tal-Gżejjer Faroe.

2.

Soġġett għall-paragrafu 1 u għall-Anness II, id-drittijiet u l-obbligi tal-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni li jipparteċipaw fi proġetti ta’ riċerka tal-Gżejjer Faroe fi ħdan programmi ta’ riċerka u żvilupp, it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni u l-evalwazzjoni ta’ proposti u għall-għoti u konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ għotja u/jew kuntratti f’proġetti bħal dwan għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-Gvern tal-Gżejjer Faroe li jirregolaw l-operat ta’ programmi ta’ riċerka u żvilupp, kif ukoll għal-limiti imposti mis-sigurtà nazzjonali fejn applikabbli, kif applikabbli għall-entitajiet legali tal-Gżejjer Faroe u li jiżguraw trattament ekwu, b’konsiderazzjoni għan-natura tal-kooperazzjoni f’dan il-qasam bejn il-Gżejjer Faroe u l-Unjoni.

Il-finanzjament ta’ entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni li jipparteċipaw fi proġetti ta’ riċerka tal-Gżejjer Faroe fi ħdan programmi ta’ riċerka u żvilupp għandu jkun soġġett għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-Gvern tal-Gżejjer Faroe li jirregolaw l-operat ta’ programmi ta’ riċerka u żvilupp, kif ukoll għal-limiti imposti mis-sigurtà nazzjonali fejn applikabbli, kif applikabbli għall-entitajiet legali li mhumiex mill-Gżejjer Faroe li jipparteċipaw fi proġetti ta’ riċerka fi ħdan programmi ta’ riċerka u żvilupp tal-Gżejjer Faroe. Fil-każ fejn il-finanzjament ma jkunx ipprovdut lill-entitajiet legali li mhumiex mill-Gżejjer Faroe, l-entitajiet legali tal-Unjoni għandhom ikopru l-ispejjeż tagħhom stess, inklużi s-sehem relattiv tagħhom fl-ispejjeż ġenerali ta’ ġestjoni u dawk amministrattivi tal-proġett.

3.

Il-proposti għal riċerka fl-oqsma kollha għandhom jiġu sottomessi lill-Kunsill tar-Riċerka tal-Gżejjer Faroe (Granskingarráðið).

4.

Il-Gżejjer Faroe għandhom jgħarrfu regolarment lill-Unjoni bil-programmi attwali tal-Gżejjer Faroe u bl-opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni għall-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

ANNESS II

PRINĊIPJI DWAR L-ALLOKAZZJONI TA’ DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI

I.   Applikazzjoni

Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim: “proprjetà intellettwali” għandha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, iffirmata fi Stokkolma fl-14 ta’ Lulju 1967, “għarfien” għandha tfisser ir-riżultati, inkluża informazzjoni, kemm jekk tista’ tkun prottetta kemm jekk le, kif ukoll drittijiet tal-awtur jew drittijiet li jappartjenu lil dik l-informazzjoni wara applikazzjonijiet għal, jew il-ħruġ ta’, privattivi, disinji, varjetajiet ta’ pjanti, ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari jew għamliet simili ta’ protezzjoni.

II   Drittijiet ta’ proprjeta intellettwali tal-entitajiet legali tal-Partijiet

1.

Kull Parti għandha tiżgura li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-entitajiet legali tal-Parti l-oħra li jipparteċipaw f’attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, u d-drittijiet u l-obbligi li jitnisslu minn parteċipazzjoni bħal din, għandhom ikunu konsistenti mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti li huma applikabbli għall-Partijiet, inkluż il-Ftehim TRIPS (Ftehim dwar aspetti marbutin mal-kummerċ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali amministrati mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) kif ukoll il-Konvenzjoni ta’ Berna (l-Att ta’ Pariġi 1971) u l-Konvenzjoni ta’ Pariġi (l-Att ta’ Stokkolma 1967).

2.

L-entitajiet legali tal-Gżejjer Faroe li jipparteċipaw f’azzjoni indiretta tal-Programm Kwadru għandu jkollhom drittijiet u obbligi tal-proprjetà intellettwali skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 u fil-ftehimiet ta’ għotja u/jew kuntratti konklużi mal-Unjoni skont il-każ, u dawk għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 1. Meta entitajiet legali mill-Faroes jipparteċipaw f’azzjoni indiretta tal-Programm Kwadru implimentata skont l-Artikolu 185 tat-TFUE, għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fuq il-proprjetà intellettwali bħal dawk tal-Istati Membri parteċipanti stabbiliti fid-deċiżjoni rilevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-ftehim ta’ għotja u/jew kuntratt konkluż mal-Unjoni Ewropea skont il-każ, u li għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 1.

3.

L-entitajiet legali tal-Unjoni li jipparteċipaw fil-programm jew proġetti ta’ riċerka tal-Gżejjer Faroe għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fuq il-proprjetà intellettwali bħal dawk tal-entitajiet legali stabbiliti fil-Gżejjer Faroe li jipparteċipaw f’tali programmi jew proġetti ta’ riċerka, u li għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 1.

III.   Drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-Partijiet

1.

Ħlief jekk ikun maqbul speċifikament mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-għarfien iġġenerat mill-Partijiet matul l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 1(3) ta’ dan il-Ftehim:

(a)

il-Parti li tiġġenera tali għarfien għandha tkun is-sid ta’ dak l-għarfien. Fejn is-sehem rispettiv tagħhom fix-xogħol ma jistax ikun verifikat, huma għandu jkollhom id-dritt tal-pussess konġunt ta’ dan l-għarfien;

(b)

il-Parti li tkun il-proprjetarja ta’ dak l-għarfien għandha tagħti drittijiet ta’ aċċess għalih lill-Parti l-oħra biex twettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan il-Ftehim. Dawn id-drittijiet ta’ aċċess għandhom jingħataw mingħajr ħlas tad-drittijiet.

2.

Ħlief jekk ikun maqbul mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għax-xogħlijiet ta’ kitbiet xjentifiċi tal-Partijiet:

(a)

fil-każ fejn Parti tippubblika data, informazzjoni u riżultati xjentifiċi u tekniċi, permezz ta’ ġurnali, artikli, rapporti, kotba, inklużi video u software, li joħorġu minn u li huma konnessi ma’ attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, liċenzja dinjija, mhux esklussiva, irrevokabbli, libera mill-ħlas tad-drittijiet għandha tingħata lill-Parti l-oħra biex tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, tittrasmetti u tqassam pubblikament dawn ix-xogħlijiet;

(b)

il-kopji kollha tad-data u l-informazzjoni, protetti bid-drittijiet tal-awtur, li għandhom jitqassmu pubblikament u jitħejjew taħt din it-taqsima, għandhom juru l-ismijiet tal-awtur(i) tax-xogħol ħlief jekk awtur jirrifjuta b’mod espliċitu li jissemma. Dawn għandu jkollhom ukoll rikonoxximent ċar u viżibbli tas-sostenn kooperattiv tal-Partijiet.

3.

Ħlief jekk ikun maqbul speċifikament mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-informazzjoni mhux żvelata tal-Partijiet:

(a)

meta tikkomunika mal-Parti l-oħra informazzjoni konnessa ma’ attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, kull Parti għandha tidentifika dik l-informazzjoni li tixtieq li tibqa’ mhux żvelata;

(b)

il-Parti li tirċievi tista’ taħt ir-reponsabbiltà tagħha stess tikkomunika informazzjoni mhux żvelata lil entitajiet jew persuni taħt l-awtorità tagħha għall-għanijiet speċifiċi tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(ċ)

bil-kunsens miktub minn qabel tal-Parti li tipprovdi l-informazzjoni mhux żvelata, il-Parti li tirċievi tista’ xxerred din l-informazzjoni mhux żvelata b’mod usa’ minn dak permess fil-punt (b). Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp ta’ proċeduri għat-talba u l-kisba minn qabel tal-kunsens bil-miktub għal dan it-tixrid usa’, u kull Parti għandha tipprovdi din l-approvazzjoni sal-punt permess mil-linji ta’ politika, ir-regoli u l-liġijiet nazzjonali tagħha;

(d)

L-informazzjoni mhux dokumentarja mhux żvelata jew informazzjoni kunfidenzjali oħra pprovduta f’seminars u laqgħat oħra bejn rappreżentanti tal-Partijiet organizzati taħt dan il-Ftehim, jew l-informazzjoni li toħroġ mis-sekondament ta’ persunal, l-użu tal-faċilitajiet jew l-azzjonijiet indiretti, għandha tibqa’ kunfidenzjali meta r-riċevitur ta’ din l-informazzjoni mhux żvelata jew informazzjoni kunfidenzali jew privileġġata oħra jkun ġie mgħarraf bil-karattru kunfidenzjali tal-informazzjoni kkomunikata fl-istess ħin meta ssir il-komunikazzjoni, skont il-punt (a);

(e)

kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-informazzjoni mhux żvelata li tkun rċiviet taħt il-punti (a) u (c) tkun ikkontrollata kif previst hawnhekk. Jekk waħda mill-Partijiet issir taf li mhijiex ser tkun, jew tista’ raġonevolment tistenna li mhijiex ser tkun, f’qagħda li tissodisfa d-dispożizzjonijiet li ma xxerridx l-informazzjoni skont kif stabbilit fil-punti (a) u (c), għandha minnufih tgħarraf lill-Parti l-oħra. Wara dan, il-Partijiet għandhom jidħlu f’konsultazzjoni biex ifasslu kif għandhom jaġixxu.

ANNESS III

REGOLI GĦALL-KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA TAL-GŻEJJER FAROE GĦALL-PROGRAMM KWADRU

I.   Kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faroes

1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faroe għall-Programm Kwadru għandha tkun stabbilita fuq bażi annwali fi proporzjon għal, u b’żieda ma’, l-ammont disponibbli kull sena fil-baġit annwali tal-Unjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ mpenn meħtieġa għall-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-operat tal-Programm Kwadru, skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

2.

Il-fattur ta’ proporzjonalità li jirregola l-kontribuzzjoni tal-Gżejjer Faroe għandu jinkiseb billi jkun stabbilit il-proporzjon bejn il-prodott gross domestiku tal-Gżejjer Faroe, bil-prezzijiet tas-suq, u s-somma tal-prodotti domestiċi gross, bil-prezzijiet tas-suq, tal-Istati Membri tal-Unjoni. Dawn il-proporzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati, għall-Istati Membri, abbażi tal-aħħar data statistika mill-Kummissjoni (Eurostat), disponibbli fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-abbozz preliminari tal-baġit tal-Unjoni għall-istess sena u għall-Gżejjer Faroe abbażi tal-aħħar data statistika tal-istess sena mill-Awtorità Nazzjonali tal-Istatistika tal-Gżejjer Faroe (Hagstova Føroya) disponibbli fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-abbozz preliminari tal-baġit tal-Unjoni.

3.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Gżejjer Faroe, kemm jista’ jkun malajr, u l-aktar tard sal-1 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel kull sena finanzjarja, l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-materjal ta’ sfond rilevanti:

l-ammonti f’approprjazzjonijiet ta’ mpenn, fid-dikjarazzjoni tal-infiq tal-abbozz preliminari tal-baġit tal-Unjoni li jikkorrispondu għall-Programm Kwadru,

l-ammont stmat tal-kontribuzzjonijiet derivati mill-abbozz preliminari tal-baġit tal-Unjoni, li jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faroe fil-Programm Kwadru skont il-paragrafi 1, 2 u 3.

Meta l-baġit annwali tal-Unjoni jkun ġie finalment adottat, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Gżejjer Faroe, f’dikjarazzjoni tal-infiq li jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faroe, l-ammonti finali msemmija fil-paragrafu 1.

II.   Pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faroe

1.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ, l-iktar tard f’Jannar u f’Ġunju ta’ kull sena finanzjarja, sejħa għal fondi lill-Gżejjer Faroe li tikkorrispondi mal-kontribuzzjoni tagħhom taħt dan il-Ftehim. Dawn is-sejħiet għal fondi għandhom jipprovdu, rispettivament, għall-pagament:

ta’ sitta minn kull tnax tal-kontribuzzjoni tal-Gżejjer Faroe 30 jum wara li tkun irċiviet is-sejħiet għall-fondi. Madankollu, is-sitta minn kull tnax li għandhom jitħallsu 30 jum wara li tkun irċiviet is-sejħa maħruġa f’Jannar għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-ammont stipulat fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-abbozz preliminari tal-baġit: ir-regolarizzazzjoni tal-ammont hekk imħallas għandha ssir mal-pagament tas-sitta minn kull tnax 30 jum wara li tkun irċiviet is-sejħa għall-fondi maħruġa l-aktar tard f’Ġunju.

Għall-ewwel sena tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha toħroġ l-ewwel sejħa għall-fondi fi żmien 30 jum mill-applikazzjoni proviżorja tiegħu. Jekk din is-sejħa toħroġ wara l-15 ta’ Ġunju, għandha tipprovdi għall-pagament ta’ tnax minn kull tnax tal-kontribuzzjoni tal-Gżejjer Faroe fi żmien 30 jum, ikkalkulat abbażi tal-ammont stipulat fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-baġit.

2.

Il-kontribuzzjoni tal-Gżejjer Faroe għandha tkun espressa u mħallsa f’euro. Il-pagament mill-Gżejjer Faroe għandu jiġi kkreditat lill-programmi tal-Unjoni bħala dħul baġitarju allokat għall-intestatura xierqa tal-baġit fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-baġit annwali tal-Unjoni. Ir-Regolament Finanzjarju għandu japplika għall-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet.

3.

Il-Gżejjer Faroe għandhom iħallsu l-kontribuzzjoni tagħhom taħt dan il-Ftehim skont l-iskeda fil-paragrafu 1. Kwalunkwe dewmien fil-pagament tal-kontribuzzjoni għandu jwassal għall-pagament ta’ imgħax ta’ inadempjenza mill-Gżejjer Faroe fuq l-ammont mhux imħallas mid-data dovuta. Ir-rati tal-imgħax fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu li ma jitħallsux fid-data dovuta għandhom ikunu r-rati applikati mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operati ewlenin tiegħu ta’ rifinanzjament, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum tal-kalendarju tax-xahar li fih kellu jsir il-pagament, u miżjuda b’punt perċentwali u nofs.

Fil-każ li d-dewmien fil-pagament tal-kontribuzzjoni jkun b’mod li jista’ jipperikola b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-programm, il-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faroe fil-programm għas-sena finanzjarja konċernata għandha tkun sospiża mill-Kummissjoni wara li l-pagament jibqa’ ma jsirx sa 20 jum ta’ xogħol wara li ittra formali ta’ tfakkira tkun intbagħtet lill-Gżejjer Faroe, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet ta’ għotja u/jew kuntratti diġà konklużi relevanti għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti magħżula.

4.

Mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju tas-sena wara sena finanzjarja, id-dikjarazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-Programm Kwadru għal dik is-sena finanzjarja għandha tkun ippreparata u trasmessa lill-Gżejjer Faroe għall-informazzjoni, skont il-format tal-kont tad-dħul u l-infiq tal-Kummissjoni.

5.

Il-Kummissjoni, fi żmien l-għeluq tal-kontijiet marbuta ma’ kull sena finanzjarja, fil-qafas tal-istabbiliment tal-kont tad-dħul u l-infiq, għandha tipproċedi għar-regolarizzazzjoni tal-kontijiet b’rabta mal-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faroe. Din ir-regolarizzazzjoni għandha tqis l-emendi li jkunu saru, kemm permezz ta’ trasferimenti, kanċellazzjonijiet, trasferimenti ‘l quddiem, diżimpenji, jew permezz ta’ baġits supplimentari u ta’ emenda matul is-sena finanzjarja. Din ir-regolarizzazzjoni għandha ssir mal-pagament tat-tieni pagament tas-sena finanzjarja li jmiss, u għall-aħħar sena finanzjarja f’Lulju 2014. Iktar regolarizzazzjoni għandha ssir kull sena sa Lulju 2016.


(1)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

ANNESS IV

KONTROLL FINANZJARJU TAL-PARTEĊIPANTI TAL-GŻEJJER FAROE FIL-PROGRAMMI TAL-KOMUNITÀ KOPERTI MINN DAN IL-FTEHIM

I.   Komunikazzjoni Diretta

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika direttament mal-parteċipanti tal-programm stabbiliti fil-Gżejjer Faroe u mas-sottokuntratturi tagħhom. Il-parteċipanti jistgħu jissottomettu direttament lill-Kummissjoni kull informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim u tal-arranġamenti ta’ għotja u/jew kuntratti konklużi sabiex jiġu implimentati.

II.   Verifiki

1.

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 u regoli oħrajn imsemmija f’dan il-Ftehim, l-arranġamenti ta’ għotja u/jew kuntratti konklużi ma’ parteċipanti fil-programm stabbilit fil-Gżejjer Faroe jistgħu jipprovdu għal verifiki xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi u verifiki oħra li jistgħu jsiru fi kwalunkwe żmien fuq il-proprjetà tal-parteċipanti u tas-sottokuntratturi tagħhom minn aġenti tal-Kummissjoni jew minn persuni oħrajn li jkunu mogħtija din is-setgħa mill-Kummissjoni fosthom l-OLAF.

2.

L-aġenti tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea u persuni b’mandat mill-Kummissjoni fosthom l-OLAF għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti u għal kull informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu dawn il-verifiki, inkluż f’forma elettronika, soġġett għall-inklużjoni ta’ dan id-dritt għall-aċċess li għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu fl-arranġamenti ta’ għotja u/jew kuntratti konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim mal-parteċipanti tal-Gżejjer Faroe.

3.

Il-verifiki jistgħu jsiru wara li l-Programm Kwadru jew dan il-Ftehim jiskadu, fuq il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet ta’ għotja u/jew kuntratti konċernati.

4.

L-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Faroe maħtura mill-Gvern tal-Gżejjer Faroe għandha tiġi infurmata bil-quddiem bil-verifiki li jsiru fit-territorju tal-Gżejjer Faroe. Din in-notifika m’għandhiex tkun prekondizzjoni legali għat-twettiq ta’ dawn il-verifiki.

III.   Verifiki Fuq il-Post

1.

Fi ħdan il-qafas ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni bl-inklużjoni tal-OLAF, għandha tkun awtorizzata li twettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fil-proprjetajiet tal-parteċipanti u tas-sottokuntratturi mill-Gżejjer Faroe, skont it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (1).

2.

Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (Landsgrannskoðanin). Dan tal-aħħar għandu jiġi nnotifikat raġonevolment minn qabel dwar l-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, biex ikun jista’ jipprovdi l-assistenza. Għal dak il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Faroe jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.

Jekk l-awtoritajiet konċernati tal-Gżejjer Faroe jkunu jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u minnhom stess.

4.

Meta l-parteċipanti tal-Programm Kwadru jopponu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe, li jaġixxu skont ir-regoli u r-regolamenti nazzjonali, għandhom jassistu lill-ispetturi tal-Kummissjoni b’mod raġonevoli kif meħtieġ sabiex jippermettulhom jaqdu dmirijiethom fit-twettiq tal-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post.

5.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Faroe kwalunkwe fatt jew suspett marbut ma’ irregolarità li tkun ġiet innotifikata lilha matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa li tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq bir-riżultati ta’ tali verifiki u spezzjonijiet.

IV.   Informazzjoni u Konsultazzjoni

1.

Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Faroe u tal-Unjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment, sakemm dan ma jkunx projbit jew mhux awtorizzat minn regoli u regolamenti nazzjonali u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

2.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Faroe għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli bi kwalunkwe fatt jew suspett li jkun ġie notifikat lilhom b’rabta ma’ xi irregolarità marbuta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ għotja u/jew kuntratti konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim.

V.   Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew akkwistata fi kwalunkwe għamla taħt dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u protetta bl-istess mod ta’ kif informazzjoni simili tiġi protetta bil-liġi tal-Gżejjer Faroe jew bid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Din l-informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata ħlief lil persuni fi ħdan l-istituzzjonijiet Komunitarji jew fl-Istati Membri jew fil-Gżejjer Faroe li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu legalment li huma jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal skopijiet oħra ħlief sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.

VI.   Miżuri Amministrattivi u Pieni

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali tal-Gżejjer Faroe, miżuri amministrattivi u pieni jistgħu jiġu imposti mill-Kummissjoni b’konformità mar-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u (KE, Euratom) Nru 2342/2002 u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 (2) dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej.

VII.   Irkupru u Infurzar

Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni taħt il-Programm Kwadru fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li jimponu obbligu ta’ ħlas ta’ flus fuq persuni li mhumiex Stati għandhom jiġu infurzati fil-Gżejjer Faroe permezz ta’ proċedura ċivili f’Qorti tal-Gżejjer Faroe. Id-dispożizzjonijiet rilevanti għall-infurzar huma inkorporati fil-ftehimiet ta’ għotja mal-parteċipanti mill-Gżejjer Faroe. L-ordni ta’ infurzar għandha tiġi sottomessa lill-Qorti tal-Gżejjer Faroe, mingħajr aktar kontrolli għajr il-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtoritajiet maħtura mill-Gvern tal-Gżejjer Faroe, li għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan. L-infurzar għandu jseħħ b’konformità mar-regoli tal-proċedura tal-Gżejjer Faroe. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-infurzar għandha tkun soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Is-sentenzi li jingħataw mill-Qorti tal-Ġustizzja skont klawżola ta’ arbitraġġ fi ftehim ta’għotja u/jew kuntratt skont il-Programm Kwadru għandhom jiġu infurzati bl-istess termini.


(1)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(2)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.


REGOLAMENTI

17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 816/2010

tas-16 ta’ Settembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-limiti li fihom jiġu attivati d-dazji addizzjonali għat-tadam

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli f’dan il-qasam (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħaxix (2) jistabbilixxi sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli għall-2007, l-2008 u l-2009, jeħtieġ li jiġu adattati l-limiti li fihom jiġu attivati d-dazji addizzjonali fuq it-tadam.

(3)

B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri stabbiliti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Bla ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies bħala indikattiva biss. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-ambitu tal-applikazzjoni tad-dazji addizzjonali huwa determinat minn dak tal-kodiċijiet tan-NM kif kienu fi żmien l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

Limiti tal-attivazzjoni (f’tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

1 215 717

78.0020

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

966 474

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

11 879

78.0075

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

18 611

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

8 866

78.0100

0709 90 70

Zukkini

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

55 369

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

355 386

78.0120

0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

529 006

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tat-tangerines u s-satsumi); il-wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

96 377

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

329 903

78.0160

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

92 638

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

146 510

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

1 262 435

78.0180

Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

95 357

78.0220

0808 20 50

Lanġas

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

280 764

78.0235

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

83 435

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

49 314

78.0265

0809 20 95

Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

90 511

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

6 867

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

57 764 ”


17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 817/2010

tas-16 ta' Settembru 2010

li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport

(tfassil mill-ġdid)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2003 tad-9 ta’ April 2003 li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward ta' rekwiżiti għall-għoti ta' rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi rriformulat.

(2)

B’segwitu għall-Artikolu 168 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-għoti u l-ħlas tar-rifużjoni għal esportazzjonijiet ta’ annimali tal-ifrat ħajjin huma suġġetti għall-osservanza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-welfare u, b’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport u operazzjonijiet relatati (4).

(3)

Biex ikun iggarantit li jinżammu l-istandards tal-welfare tal-annimali, għandha tkun introdotta sistema ta’ mmonitorjar li tikkomprendi kontrolli fil-punt ta’ ħruġ mit-territorju doganali tal- Komunità u wara t-tluq mit-territorju doganali tal-Komunità fejn ikun hemm bidla ta’ mezzi ta’ trasport u wkoll fil-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali.

(4)

Biex ikunu ffaċilitati l-kontrolli xierqa mal-ħruġ mit-territorju doganali tal- Komunità, huwa meħtieġ li jkunu indikati punti ta’ ħruġ.

(5)

Il-valutazzjoni tal-kondizzjoni fiżika u stat ta’ saħħa tal-annimali tirrikjedi kompetenza u esperjenza speċifiċi. Il-kontrolli għalhekk għandhom isiru minn veterinarju. Barra minn dan, l-estensjoni ta’ dawk il-kontrolli għandha tkun iċċarata u rapport mudell għandu jkun stabbilit biex dawk il-kontrolli jintgħamlu b’mod preċiż u armonizzat.

(6)

Kontrolli f’pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu obbligatorji u għandhom jitwettqu minn aġenziji ta’ Stati Membri jew minn aġenziji internazzjonali ta’ kontroll u sorveljanza (minn hawn ’il quddiem imsejħa “SAs”) approvati u kontrollati minn Stati Membri skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 li jippreskrivi regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (5). Biex jitwettqu kontrolli għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, is-SAs għandhom b’mod partikolari jissodisfaw ir-rekwiżiti għal approvazzjoni u kontroll iddikjarati fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 612/2009.

(7)

L-Artikolu 168 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u dan ir- Regolament jipprovdu li l-konformita’ mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-benesseri tal-annimali hija kundizzjoni għall-ħlas ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni. Għaldaqstant, għandu jiġi stipulat b’mod ċar li, mingħajr preġudizzju għal kawżi ta’ force majeure rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet dwar il-benesseri tal-annimali twassal għat-telf tar-rifużjoni tal-esportazzjoni u mhux għal tnaqqis tagħha, skont l-għadd ta’ annimali li għalih ma jkunux ġew imħarsa r-rekwiżiti tal-benesseri. Bl-istess mod, kemm minn dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll mir-regoli dwar il-benesseri tal-annimali li jinstabu fl-Artikoli 2 u 3 u l-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, jirriżulta li r-rifużjoni tintilef fil-każijiet ta’ dawk l-annimali li għalihom ma jiġux imħarsa r-regoli dwar il-benesseri, irrispettivament mill-kundizzjonijiet fiżiċi reali tal-annimali.

(8)

Flimkien man-nonpagament tar-refużjoni ta’ esportazzjoni, meta jkun hemm xhieda li r-Regolament (KE) Nru 1/2005 ma ġiex osservat għal numru kbir ta’ annimali, pieni xierqa għandhom ikunu appplikati. Barra minn hekk, fejn nuqqas ta’ osservanza bħal din huwa dovut għal nuqqas komplet ta’ rispett għar-rekwiżiti ta’ welfare tal-annimali, it-telf totali tar-rifużjoni għandu jkun stabbilit.

(9)

Minħabba d-differenzi bejn verżjonijiet f’lingwi differenti, hu meħtieġ jiġi ċċarat li r-rifużjoni għall-annimali kollha indikati fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tiġi rrifjutata jekk in-numru ta’ annimali li għalih ebda rifużjoni mhi mħallsa tammonta għal iktar minn 5 % tan-numru endorsjat fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni aċċettata, imma minn tal-anqas tliet annimali, jew sa 10 annimali, jew iktar iżda tal-anqas 2 % ta’ dak in-numru endorsjat fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni aċċettata. L-Artikolu 6(2)(b) għandu għaldaqstant jiġi emendat b’dan il-mod.

(10)

Stati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għal għanijiet ta’ sorveljanza u rapportar dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal- Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Il-ħlas ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal annimali tal-ifrat ħajjin li jaqgħu fil-kodiċi NM (Nomenklura Magħquda) 0102 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-annimali”), skont l-Artikolu 168 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jkun suġġett għall-konformità, waqt it-trasport tal-annimali lejn l-ewwel post tal-ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali, mal-Artikoli 3 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u ma' dan ir-Regolament.

Għar-raġunijiet f’dan ir-Regolament, fil-każ ta’ trasport bit-triq, “l-ewwel post ta” ħatt fil-pajjiż terz tal-aħħar destinazzjoni’ jfisser il-post fejn l-ewwel annimal inħatt minn veikolu tat-triq, għalhekk jeskludi post fejn il-vjaġġ ġie mwaqqaf għall-mistrieħ, jitimgħu u jagħtu x’jixorbu lill-annimali.

Artikolu 2

Kontrolli ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità

1.   Il-ħruġ tal-annimali mit-territorju doganali tal-Komunità jista’ jsir biss mill-punti ta’ ħruġ li ġejjin:

(a)

post ta’ spezzjoni fil-konfini approvati b’deċiżjoni tal-Kummissjoni għal kontrolli veterinarji fuq ungulates ħajjin minn pajjiżi terzi;

jew

(b)

punt ta’ ħruġ indikat mill-Istat Membru.

2.   Il-veterinarju uffiċjali fil-punt ta’ ħruġ għandu jivverifika skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (6) għal dawk l-annimali li għalihom dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni hija aċċettata jekk:

(a)

ir-rekwiżiti preskritti fir-Regolament (KE) Nru 1/2005 kinux osservati mill-post tat-tluq, kif iddefinit fl-Artikolu 2 (r) ta’ dak ir-Regolament, sal-punt ta’ ħruġ;

u

(b)

il-kondizzjonijiet tat-trasport għall-bqija tal-vjaġġ jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u li l-arranġamenti meħtieġa ttieħdu biex tkun żgurata l-osservanza tiegħu sal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali.

L-uffiċjal veterinarju li jkun mexxa l-kontrolli għandu jimla rapport skont il-mudell miġjub fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li jiċċertifika jekk ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa skont l-ewwel subparagrafu humiex sodisfaċenti jew mhux sodisfaċenti.

L-awtorità veterinarja responsabbli għall-punt tal-ħruġ għandha żżomm dak ir-rapport għall-anqas għal tliet snin. Kopja tar-rapport għandha tintbagħat lill-aġenżija tal-ħlas.

3.   Jekk il-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ ikun sodisfatt li r-rekwiżiti tal-paragrafu 2 intlaħqu, hu għandu jiċċertifika dan b’waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness II u billi jiġi ttimbrat u jiġi ffirmat id-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità, jew fis-Sezzjoni J tal-kopja ta’ kontroll T5 jew fl-iktar post adattat fid-dokument nazzjonali.

4.   L-uffiċjal veterinarju fil-punt tal-ħruġ għandu jendorsja fuq id-dokument li jirreferi għalih il-paragrafu 3 in-numru totali tal-annimali li għalihom dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni kienet aċċettata bi tnaqqis tan-numru ta’ annimali li welldu jew kellhom abort matul it-trasport, mietu jew li għalihom ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1/2005 ma kinux osservati.

5.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-esportatur javża minn qabel rigward il-wasla tal-kunsinna fil-punt tal-ħruġ lill-veterinarju uffiċjali f dak il-post.

6.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn tapplika l-proċedura komunitarja ssimplifikata ta’ transitu tal-Komunità għal ġarr bil-ferrovija jew kontenituri kbar li jirreferi għaliha l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009, l-uffiċjal veterinarju għandu jwettaq kontrolli fl-uffiċċju fejn l-annimali jitqiegħdu taħt proċedura tali.

Iċ-ċertifikazzjoni u endorsements li jirreferu għalihom il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru fuq id-dokument użat għall-għan ta’ ħlas tar-rifużjoni jew tal-kopja ta’ kontroll T5 fil-każ deskritt fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009.

Artikolu 3

Kontrolli f’pajjiżi terzi

1.   Wara li jħallu t-territorju doganali tal-Komunità, l-esportatur għandu jiżgura li l-annimali għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli:

(a)

f’kull post fejn ikun hemm bidla fil-mezzi ta’ trasport ħlief fejn bidla tali ma kenitx ippjanata u hija dovuta għal ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli;

(b)

fil-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali.

2.   Aġenzija internazzjonali ta’ kontroll u sorveljanza, approvata u kontrollata għal dan il-għan minn Stat Membru skont l-Artikoli 18 sa 23 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009, jew aġenzija uffiċjali ta’ Stat Membru għandha tkun responsabbli biex twettaq kontrolli li jipprovdi għalihom il-paragrafu 1.

Il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn veterinarju li għandu diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifika formali fil-mediċina veterinarja kif imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Madankollu, l-Istati Membri, li approvaw l-aġenziji internazzjonali tal-kontroll u tas-sorveljanza, imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jivverifikaw li dawk l-aġenziji jikkontrollaw li l-veterinarji li għandhom kwalifika mhux koperta minn dik id-Direttiva, għandhom l-għarfien tar-rekwiżiti imposti mir-Regolament (KE) Nru 1/2005. Dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu b’mod raġjonevoli, oġġettiv u imparzjali permezz ta’ proċeduri xierqa.

Rapport ta’ kull kontroll imwettaq skont il-paragrafu 1 għandu jimtela skont il-mudelli miġjuba fl-Annessi III u IV ta' dan ir-Regolament mill-veterinarju li jkun wettaq il-kontroll.

Artikolu 4

Proċedura għal ħlas ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni

1.   L-esportatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni hija aċċettata dwar id-dettalji meħtieġa kollha tal-vjaġġ, l-iktar tard meta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni tkun iddepożitata.

Fl-istess żmien, jew l-iktar tard meta jsir jaf b’dan, l-esportatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar kull bidla possibbli fil-mezzi ta’ trasport.

2.   Applikazzjonijiet għall-ħlas ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni kompletati skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 għandhom ikunu ssupplimentati fil-limitu ta’ żmien preskritt f’dak l-Artikolu:

(a)

bid-dokument li jirreferi għalih l-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament mimli b’mod dovut;

u

(b)

ir-rapporti li jipprovdi għalihom it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Fejn il-kontrolli li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(1) ma setgħux jitwettqu minħabba ċirkostanzi barra l-kontroll tal-esportatur, l-awtorità kompetenti, wara talba rraġunata mill-esportatur, tista’ taċċetta dokumenti oħra li jipprovaw għas-sodisfazzjon tagħha li r-Regolament (KE) Nru 1/2005 ġie osservat.

Artikolu 5

Nuqqas ta’ pagament ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni

1.   Is-somma totali tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għal kull annimal li tiġi kkalkolata skont it-tieni subparagrafu ma għandhiex titħallas għal:

(a)

annimali li jmutu waqt it-trasport, għajr kif previst fil-paragrafu 2;

(b)

annimali li jwelldu jew ikollhom abort waqt it-trasport qabel l-ewwel ħatt tagħhom fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali;

(c)

annimali li għalihom, fid-dawl tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(2) u/jew l-elementi l-oħra kollha disponibbli għaliha li jikkonċernaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tqis li ma tkunx inżammet konformità mal-Artikoli 3 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u l-Annessi msemmija fihom.

Il-peżati ta’ annimali li ma titħallsilhomx rifużjoni jkunu determinati permezz ta’ rata bażika stabbilita minn diviżjoni tat-total tal-peżati f’kilogrammi mogħtija fid-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni tal-ammont totali ta’ annimali li tingħata fl-istess dikjarazzjoni.

2.   Fejn l-annimali jkunu mietu matul it-trasport b’riżultat ta’ forza maġġuri wara li ħallew it-territorju doganali tal-Komunità:

(a)

fil-każ ta’ rifużjoni mhux diffirenzjata, ir-rifużjoni totali għandha titħallas;

(b)

fil-każ ta’ rifużjoni diffirenzjata, il-parti tar-rifużjoni kkalkulata skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 għandha titħallas.

Artikolu 6

Pieni

1.   Ir-rifużjoni għandha titnaqqas iktar b’ammont ugwali għal rifużjoni li ma titħallasx skont l-Artikolu 5(1), jekk in-numru tal-annimali li għalihom ebda rifużjoni ta’ esportazzjoni ma tħallset jammonta għal:

(a)

aktar minn 1 % tan-numru endorsjat fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni aċċettata, iżda għall-inqas żewġ annimali;

jew

(b)

aktar minn ħames annimali.

2.   Ir-rifużjoni għall-annimali kollha indikati fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun irrifjutata jekk in-numru ta’ annimali li għalihom ebda rifużjoni ma titħallas skont l-Artikolu 5(1) jammonta għal:

(a)

aktar minn 5 % tan-numru endorsjat fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni aċċettata, iżda għall-inqas tliet annimali;

jew

(b)

10 annimali, jew iktar iżda għall-anqas 2 % ta’ dak in-numru endorsjat fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni aċċettata.

3.   Għall-għan tal-paragrafi 1 u 2, l-annimali li mietu matul it-trasport u l-annimali li welldu jew kellhom abort qabel l-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali li għalihom l-esportatur jipprova għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-mewt jew twelid jew abort tagħħom kien ir-riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 1/2005 m’għandhomx jitqiesu.

4.   Il-piena li jirreferi għaliha l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 m’għandhiex tkun applikata fuq l-ammont mhux imħallas u l-ammont tat-tnaqqis skont l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament u l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Irkuprar ta’ ammonti mħallsin aktar milli ħaqqhom

Fejn ikun stabbilit wara l-ħlas tar-rifużjoni li r-Regolament (KE) Nru 1/2005 ma ġiex osservat, il-parti relevanti tar-rifużjoni, inkluża fejn xieraq il-piena skont l-Artikolu 6 ta’dan ir-Regolament, għandha titqies li kienet tħallset mingħajr raġuni u għandha tkun irkuprata skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009.

Artikolu 8

Komunikazzjoni ta’ informazzjoni

Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena l-informazzjoni li ġejja konnessa mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti:

(a)

in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni għal annimali li għalihom ir-rifużjoni tħallset u n-numru ta’ annimali li għalihom ir-rifużjoni tħallset;

(b)

in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni li għalihom ir-rifużjoni totalment jew parzjalment ma tħallsitx u n-numru ta’ annimali li għalihom ir-rifużjoni ma tħallsitx;

(c)

in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni li għalihom ir-rifużjoni totalment jew parzjalment kienet irkuprata u n-numru ta’ annimali li għalihom ir-rifużjoni kienet irkuprata, inklużi dawk li għalihom l-irkupru tar-rifużjonijiet huwa konness ma’ operazzjonijiet ta’ esportazzjoni mwettqa qabel il-perijodu kkonċernat;

(d)

ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ ħlas u l-irkupru tar-rifużjoni għall-annimali msemmija fil-punti (b) u (c), kif ukoll l-għadd ta’ dawk l-annimali rreġistrati taħt il-kategorija B, C u D rispettivament kif imsemmi fl-Annessi I, III u IV;

(e)

l-għadd ta’ penali għal kull kategorija provduta fl-Artikolu 6(1) u (2) bl-għadd ta’ annimali u l-ammonti ta’ rifużjonijiet mhux imħallsa korrispondenti;

(f)

l-ammonti tar-rifużjonijiet f’euro li ma tħallsux u l-ammonti li kienu rkuprati, inklużi l-ammonti rkuprati li jikkorrispondu ma’ operazzjonijiet ta’ esportazzjoni mwettqa qabel il-perjodu kkonċernat;

(g)

in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni u l-ammonti li għalihom il-proċedura ta’ rkupru għadha għaddejja;

(h)

kull informazzjoni oħra li l-Istati Membri jqisu relevanti dwar il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Repeal

Ir-Regolament (KE) Nru 639/2003 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 10.4.2003, p. 10.

(3)  Ara l-Anness V.

(4)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

(7)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.


ANNESS I

MUDELL

Rapport ta' kontroll fil-punt ta' ħruġ (l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 817/2010)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3):

:

Bulgaru

:

Резултатите от проверките съгласно член 2 от Регламент (EC) № 817/2010 са удовлетворителни

:

Spanjol

:

Resultados de los controles de conformidad con el artículo 2 del Reglamento (UE) no 817/2010 satisfactorios

:

Ċek

:

Výsledky kontrol podle článku 2 nařízení (EU) č. 817/2010 jsou uspokojivé

:

Daniż

:

Resultater af kontrollen efter artikel 2 i forordning (EU) nr. 817/2010 er tilfredsstillende

:

Ġermaniż

:

Ergebnisse der Kontrollen nach Artikel 2 der Verordnung (EU) Nr. 817/2010 zufriedenstellend

:

Estonjan

:

Määruse (EL) nr 817/2010 artiklis 2 osutatud kontrollide tulemused rahuldavad

:

Grieg

:

Αποτελέσματα των ελέγχων βάσει του άρθρου 2 του κανονισμού (EE) αριθ. 817/2010 ικανοποιητικά

:

Ingliż

:

Results of the checks pursuant to Article 2 of Regulation (EU) No 817/2010 satisfactory

:

Franċiż

:

Résultats des contrôles visés à l’article 2 du règlement (UE) no 817/2010 satisfaisants

:

Taljan

:

Risultati dei controlli conformi alle disposizioni dell’articolo 2 del regolamento (UE) n. 817/2010

:

Latvjan

:

Regulas (ES) Nr. 817/20100 2. pantā minēto pārbaužu rezultāti ir apmierinoši

:

Litwan

:

Reglamento (ES) Nr. 817/2010 2 straipsnyje numatytų patikrinimų rezultatai yra patenkinami

:

Ungeriż

:

A 817/2010/EU rendelet 2. cikke szerinti ellenőrzések eredményei kielégítőek

:

Malti

:

Riżultati tal-kontrolli konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 817/2010 sodisfaċenti

:

Olandiż

:

Bevindingen bij controle overeenkomstig artikel 2 van Verordening (EU) nr. 817/2010 bevredigend

:

Pollakk

:

Wyniki kontroli, o której mowa w art. 2 rozporządzenia (UE) nr 817/2010, zadowalające

:

Portugiż

:

Resultados dos controlos satisfatórios nos termos do artigo 2.o do Regulamento (UE) n.o 817/2010

:

Rumen

:

Rezultatele controalelor menționate la articolul 2 din Regulamentul (UE) nr. 817/2010 – satisfăcătoare

:

Slovakk

:

Výsledky kontrol podľa článku 2 nariadenia (EÚ) č. 817/2010 uspokojivé

:

Sloven

:

Rezultati kontrol, izhajajoči iz člena 2 Uredbe (EU) št. 817/2010 so zadovoljivi

:

Finlandiż

:

Asetuksen (EU) N:o 817/2010 2 artiklan mukaisen tarkastuksen tulos tyydyttävä

:

Svediż

:

Resultaten av kontrollen enligt artikel 2 i förordning (EU) nr 817/2010 är tillfredsställande


ANNESS III

MUDELL

Rapport ta' kontroll fil-post ta' trasferiment f pajjiż terl (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 817/2010)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

MUDELL

Rapport ta' kontroll fil-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 817/2010)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2003

(ĠU L 93, tal-10.4.2003, p. 10)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2187/2003

(ĠU L 327, tas-16.12.2003, p. 15)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 687/2004

(ĠU L 106, tal-15.4.2004, p. 13)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2004

(ĠU L 342, tat-18.11.2004, p. 23)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 354/2006

(ĠU L 59, tal-1.3.2006, p. 10)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1847/2006

(ĠU L 355, tal-15.12.2006, p. 21)

L-Artikolu 7 u l-Anness VII biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2009

(ĠU L 150, tat-13.6.2009, p. 3)

 


ANNESS VI

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 639/2003

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 7

Artikoli 1 sa 7

Artikolu 8, kliem introduttiv

Artikolu 8, il-kliem introduttiv

Artikolu 8(a) sa (d)

Artikolu 8(a) sa (d)

Artikolu 8(da)

Artikolu 8(e)

Artikolu 8(e)

Artikolu 8(f)

Artikolu 8(f)

Artikolu 8(g)

Artikolu 8(g)

Artikolu 8(h)

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu

Artikolu 10

Artikolu 10, it-tieni u t-tielet paragrafi

Anness I

Anness I

Anness Ia

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness VI


17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 818/2010

tas-16 ta’ Settembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

93,9

MK

62,5

XS

59,4

ZZ

71,9

0707 00 05

MK

57,0

TR

141,6

ZZ

99,3

0709 90 70

TR

103,0

ZZ

103,0

0805 50 10

AR

141,5

CL

130,3

IL

128,2

TR

146,9

UY

134,0

ZA

117,6

ZZ

133,1

0806 10 10

EG

148,1

IL

122,3

TR

117,8

ZA

92,1

ZZ

120,1

0808 10 80

AR

66,6

BR

71,2

CL

124,6

CN

55,0

NZ

98,9

ZA

89,6

ZZ

84,3

0808 20 50

AR

157,0

CN

86,4

ZA

81,9

ZZ

108,4

0809 30

TR

148,2

ZZ

148,2

0809 40 05

BA

57,1

IL

178,8

ZZ

118,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 819/2010

tas-16 ta’ Settembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 815/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 243, 16.9.2010, p. 64.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-17 ta’ Settembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

56,73

0,00

1701 11 90  (1)

56,73

0,00

1701 12 10  (1)

56,73

0,00

1701 12 90  (1)

56,73

0,00

1701 91 00  (2)

45,88

3,71

1701 99 10  (2)

45,88

0,57

1701 99 90  (2)

45,88

0,57

1702 90 95  (3)

0,46

0,24


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 820/2010

tas-16 ta' Settembru 2010

li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tas-sorgu fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 464/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 464/2010 fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fi Spanja tas-sorgu minn pajjiżi terzi (2).

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

(3)

Il-konċessjoni għandha tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti kkomunikati mis-27 ta’ Awwissu sas-16 ta’ Settembru 2010, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 464/2010, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu huwa stabbilit għal EUR 6,49 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 44 000 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 129, 28.5.2010, p. 62.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


DEĊIŻJONIJIET

17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Settembru 2010

dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data li jikkonċerna Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fil-Finlandja

(2010/559/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2),

Billi:

(1)

F’konformità mal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Konformement ma’ dan, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill għandu jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprevedi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbazi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota.

(4)

F’konformità mal-Kapitolu 4, il-punt 1.1, tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jimtela minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data.

(5)

Il-Finlandja kkompletat il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar id-Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD).

(6)

Twettaq eżerċizzju pilota mill-Finlandja u mill-Pajjiżi Baxxi, bil-ħsieb li jiġu evalwati r-riżultati tal-kwestjonarju li jikkonċerna l-VRD.

(7)

Saret żjara ta’ evalwazzjoni fil-Finlandja u tħejja rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mit-grupp ta’ evalwazzjoni u ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill bil-ħsieb li jiġi evalwat il-kwestjonarju li jikkonċerna l-VRD.

(8)

Rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwstjonarju, taż-żjara ta’ evalwazzjoni u tal-eżerċizzju pilota li jikkonċerna l-VRD ġie ppreżentat lill-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijet tat-tfittxija awtomatizzata tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD), il-Finlandja implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dik id-Deċiżjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Settembru 2010

li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE fir-rigward tal-estensjoni tad-derogi temporanji mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fil-Mawrizju, is-Seychelles u l-Madagaskar fir-rigward tat-tonn u l-flettijiet tat-tonn

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6259)

(2010/560/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiċu (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Lulju 2008 ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/603/KE (2) li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Mawrizju rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn. Fl-15 ta’ Ġunju 2009, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/471/KE (3), li tat estensjoni għal dik id-deroga temporanja. Fid-21 ta’ Diċembru 2009, il-Mawrizju talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont it-tagħrif ipprovdut mil-Mawrizju il-qabdiet ta’ tonn nej baqgħu żgħar ħafna anke meta mqabbla mal-varjazzjonijiet normali staġjonali. Peress illi s-sitwazzjoni mhix normali tal-2009 baqgħet l-istess għall-2010 għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

(2)

Fl-14 ta’ Awwissu 2008 id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/691/KE (4) ġiet adottata li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal- Seychelles rigward it-tonn ippreservat. Permezz tad-Deċiżjoni 2009/471/KE ingħatat estensjoni ta’ dik id-deroga temporanja. Fil-25 ta’ Jannar 2010, is-Seychelles talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont it-tagħrif ipprovdut mis-Seychelles il-qabdiet ta’ tonn nej baqgħu żgħar ħafna anke meta mqabbla mal-varjazzjonijiet normali staġjonali. Peress illi s-sitwazzjoni mhix normali tal-2009 baqgħet l-istess għall-2010 għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

(3)

Fit-18 ta’ Settembru 2008 id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/751/KE (5) ġiet adottata li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Madagaskar rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn. Permezz tad-Deċiżjoni 2009/471/KE ingħatat estensjoni ta’ dik id-deroga temporanja. Fit-22 ta’ Mejju 2010, il-Madagaskar talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Fit-8 ta’ Ġunju 2010 il-Madagaskar ipprovda informazzjoni addizzjonali. Skont it-tagħrif ipprovdut mill-Madagaskar li tinġieb it-tonn nej li joriġina baqa’ diffiċili minħabba nuqqas tad-disponibbilità tal-ħuta. Peress illi s-sitwazzjoni mhix normali tal-2009 baqgħet l-istess għall-2010 għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

(4)

Id-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE u 2008/751/KE japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2009 peress illi l-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra (Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE), ma daħalx fis-seħħ jew ma ġiex applikat b’mod proviżjonali qabel dik id-data.

(5)

B’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament u d-derogi għalihom għandhom jiġu sostitwiti bir-regoli tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-EU li d-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tiegħu hija prevista li sseħħ fl-2010.

(6)

Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-kontinwità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi AKP lejn l-Unjoni kif ukoll it-tranżizzjoni mingħajr skossi għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika. Għalhekk, il-perjodu ta’ żmien tad-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE għandu jiġi estiż b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

(7)

Il-Mawrizju, is-Seychelles, u l-Madagaskar lkoll se jibbenefikaw minn deroga awtomatika mir-regoli ta’ oriġini għal tonn li jaqa’ taħt l-intestatura HS 1604 skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll ta’ Oriġini mehmuż tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-EU ffirmat minnhom, meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ jew jibda japplika b’mod proviżorju. Ma jkunx xieraq li jingħataw derogi skont din id-Deċiżjoni b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 li jaqbżu l-kwota annwali mogħtija lir-reġjun ESA skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE. Il-firmatarji tal-ESA tal-Ftehim għalhekk iffirmaw dikjarazzjoni politika unilaterali fir-rigward tad-derogi għat-tonn li ngħataw fl-2010 li biha dawn il-pajjiżi rrinunzjaw għall-kwantità globali annwali tad-deroga awtomatika għall-2010 fil-każ li l-Ftehim jew se jkun applikat proviżorjament jew jidħol fis-seħħ matul din is-sena. Bħala konsegwenza l-ammonti tal-kwoti għas-sena 2010 għandhom jitfasslu fl-istess livell tal-2009.

(8)

Id-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE u 2008/751/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/603/KE tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mill-Mawrizju matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, u mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.”

2.

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2010.”

3.

L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/691/KE tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mis-Seychelles matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, u mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.”

2.

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2010.”

3.

L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2008/751/KE tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mill-Madagaskar matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, u mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.”

2.

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2010.”

3.

L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 23.7.2008, p. 9.

(3)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 46.

(4)  ĠU L 225, 23.8.2008, p. 17.

(5)  ĠU L 255, 23.9.2008, p. 31.


ANNESS I

“ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskizzjoni tal-merkanzija

Il-perjodi

Il-kwantitajiet

09.1668

1604 14 11 , 1604 14 18 , 1604 20 70

It-tonn ippriservat (1)

1.1.2008 sal-31.12.2008

3 000 tunnellata

1.1.2009 sal-31.12.2009

3 000 tunnellata

1.1.2010 sal-31.12.2010

3 000 tunnellata

09.1669

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

1.1.2008 sal-31.12.2008

600 tunnellata

1.1.2009 sa 31.12.2009

600 tunnellata

1.1.2010 sa 31.12.2010

600 tunnellata


(1)  Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 1604”


ANNESS II

“ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskizzjoni tal-merkanzija

Il-perjodi

Kwantità

09.1666

1604 14 11 ,

It-tonn ippriservat (1)

1.1.2008 sal-31.12.2008

3 000 tunnellata

1604 14 18 ,

1.1.2009 sal-31.12.2009

3 000 tunnellata

1604 20 70

1.1.2010 sal-31.12.2010

3 000 tunnellata


(1)  Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 1604”


ANNESS III

“ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskizzjoni tal-merkanzija

Il-perjodi

Il-kwantitajiet

09.1645

ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 , ex 1604 20 70

It-tonn ippriservat (1)

1.1.2008 sal-31.12.2008

2 000 tunnellata

1.1.2009 sa 31.12.2009

2 000 tunnellata

1.1.2010 sa 31.12.2010

2 000 tunnellata

09.1646

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

1.1.2008 sal-31.12.2008

500 tunnellata

1.1.2009 sa 31.12.2009

500 tunnellata

1.1.2010 sa 31.12.2010

500 tunnellata


(1)  Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 1604”