|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.243.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2010/489/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/490/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 810/2010 tal-15 ta’ Settembru 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom |
|
|
|
|
2010/491/KE |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Lulju 2010
dwar l-iffirmar ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili
(2010/489/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni Ewropea, Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili mal-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati. |
|
(2) |
Il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu fi stadju aktar tard. |
|
(3) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ftehimiet bilaterali tagħhom mal-Brażil dwar l-istess suġġett jintemmu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w) (i)l-Ftehim f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LARUELLE
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Lulju 2010
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea
(2010/490/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u l-Artikolu 74 flimkien mal- Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 21(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazjzoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1) tipprovdi għall-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen biex jipparteċipaw fl-Aġenzija. Il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom għandhom ikunu speċifikati f’arraġamenti ulterjuri li se jiġi konklużi bejn l-Unjoni u dawn il-pajjiżi. |
|
(2) |
Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Marzu 2008, in-negozjati mal-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein għal Arranġament dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazjzoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ġew konklużi. |
|
(3) |
B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea issostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
|
(4) |
Skont Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Peress li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hijiex sejra timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha jew le. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fih ir-Renju Unit m’hux qed jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). L-Irlanda għaldaqstant mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(7) |
L-Arranġament għandu jkun konkluż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4) (“l-Arranġament”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiddepożita f’isem l-Unjoni Ewropea l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 9(4) tal-Arranġament, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Komunità għar-rabta tagħha u tagħmel in-notifika li ġejja:
“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Dicembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data hija teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Arranġament għandhom jinqraw, fejn japplika, bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ARRANĠAMENT
Bejn il-Komunita’ Ewropea, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalita’ ta’ Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Membri tal-Unjoni Ewropea
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
minn naħa waħda, u
L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,
minn hawn il-quddiem imsejħa “l-Isvizzera”, u
IL-PRINĊIPALITÀ TA’ LIECHTENSTEIN,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Liechtenstein”,
min-naħa l-oħra,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim iffirmat fis-26 ta’ Ottubru 2004 bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll iffirmat fit-28 ta’ Frar 2008 bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”,
WARA LI KKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Membri tal-Unjoni Ewropea mehmuża mal-Protokoll,
WARA LI KKUNSIDRAW l-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazjzoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1),
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 (2), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament”, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”. |
|
(2) |
Ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim u tal-Protokoll. |
|
(3) |
Ir-Regolament jikkonferma li pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jieħdu sehem bis-sħiħ fl-attivitajiet tal-Aġenzija, anke jekk bi drittijiet tal-vot limitati. |
|
(4) |
Il-Liechtenstein m’għandhiex fruntieri esterni li għalihom japplika l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. |
|
(5) |
Il-Ftehm u l-Protokoll ma jindirizzawx il-modalitajiet tal-assoċjazzjoni tal-Isvizzera u l-Liechtenstein mal-attivitajiet tal-korpi l-ġodda mwaqqfin mill-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-iżvilupp ulterjuri tal-acquis ta’ Schengen, u ċerti aspetti ta’ dik l-assoċjazzjoni mal-Aġenzija għandhom ikunu sodisfatti f’arranġament addizzjonali bejn il-Partijiet tal-Ftehim u tal-Protokoll. |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Bord tat-Tmexxija
1. L-Isvizzera u l-Liechtenstein għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija, kif stabbilit fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament.
2. L-Isvizzera għandu jkollha drittijiet tal-vot:
|
(a) |
fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi li jridu jitwettqu fil-fruntieri esterni tagħha. Proposti għal deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jeżiġu vot favur l-adozzjoni tagħhom mir-rappreżentant tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija; |
|
(b) |
fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi taħt l-Artikolu 3 (operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota fuq il-fruntieri esterni), l-Artikolu 7 (ġestjoni ta’ apparat tekniku), l-Artikolu 8 (appoġġ lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu assistenza teknika u operattiva akbar fuq il-fruntieri esterni) u l-Artikolu 9(1), l-ewwel sentenza (operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn) li jridu jitwettqu b’riżorsi umani u/jew tagħmir impoġġi għad-disponibbiltà mill-Isvizzera; |
|
(c) |
fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-analiżi tar-riskju (l-iżvilupp tal-analiżi tar-riskju integrata komuni, analiżi tar-riskju ġenerali u speċifika), li taffettwa direttament lill-Isvizzera taħt l-Artikolu 4; |
|
(d) |
fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet ta’ taħriġ taħt l-Artikolu 5, bl-eċċezzjoni tat-twaqqif ta’ bażi ta’ kurrikulu ċentrali komuni. |
3. Il-Liechtenstein għandu jkollu drittijiet tal-vot:
|
(a) |
fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi taħt l-Artikolu 3 (operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota fuq il-fruntieri esterni), l-Artikolu 7 (ġestjoni ta’ apparat tekniku), l-Artikolu 8 (appoġġ lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu assistenza teknika u operattiva akbar fuq il-fruntieri esterni) u l-Artikolu 9(1), l-ewwel sentenza (operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn) li jridu jitwettqu b’riżorsi umani u/jew tagħmir impoġġi għad-disponibbiltà mil-Liechtenstein; |
|
(b) |
fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-analiżi tar-riskju (l-iżvilupp tal-anailiżi tar-riskju integrata komuni, analiżi tar-riskju ġenerali u speċifika), li taffettwa direttament lil-Liechtenstein, taħt l-Artikolu 4; |
|
(c) |
fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet ta’ taħriġ taħnt l-Artikolu 5, bl-eċċezzjoni tat-twaqqif ta’ bażi ta’ kurrikulu ċentrali komuni. |
Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja
L-Isvizzera għandha tikkontribwixxi għall-baġit tal-Aġenzija skont il-persentaġġ stabbilit fl-Artikolu 11(3) tal-Ftehim.
Il-Liechtenstein għandu jikkontribwixxi għall-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll li jirreferi għall-metodu ta’ kontribuzzjoni stabbilit fl-Artikolu 11(3) tal-Ftehim.
Artikolu 3
Protezzjoni u kunfidenzjalità tad-data
1. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3) għandha tapplika meta d-data personali tgħaddi mill-Aġenzija lill-awtoritajiet tal-Isvizzera u l-Liechtenstein.
2. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4) għandu japplika għad-data personali li tgħaddi mill-awtoritajiet tal-Isvizzera u l-Liechtenstein għall-Aġenzija.
3. L-Isvizzera u l-Liechtenstein għandhom jirrispettaw ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti miżmumin mill-Aġenzija, kif stabbiliti fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.
Artikolu 4
Status ġuridiku
L-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika taħt il-liġi tal-Isvizzera u l-liġi tal-Liechtenstein u għandha tgawdi fl-Isvizzera u l-Liechtenstein il-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġi tal-Isvizzera u l-liġi tal-Liechtenstein. Tista’, b’mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista’ tkun parti fi proċedimenti legali.
Artikolu 5
Responsabbiltà
Ir-responsabbiltà tal-Aġenzija għandha tkun regolata kif previst fl-Artikolu 19(1), (3) u (5) tar-Regolament.
Artikolu 6
Qorti tal-Ġustizzja
1. L-Isvizzera u l-Liechtenstein għandhom jirrikonoxxu l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fuq l-Aġenzija, kif previst fl-Artikolu 19(2) u (4) tar-Regolament.
2. It-tilwim dwar ir-responsabbiltà ċivili għanhom jiġu riżolti skont l-Artikolu 10b(4) tar-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu u li jirregola l-kompiti u l-poteri ta’ uffiċjali mistiedna (5).
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet
1. L-Isvizzera u l-Liechtenstein għandhom japplikaw lill-Aġenzija u lill-persunal tagħha l-Protokoll tal-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej li huma mniżżla fl-Anness ta’ dan l-Arranġament.
2. L-Anness ta’ dan l-arranġament, inkluż fir-rigward tal-Isvizzera l-Appendiċi dwar il-proċedura għall-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, għandu jifforma parti integrali minn dan l-Arranġament.
Artikolu 8
Persunal
1. L-Isvizzera u l-Liechtenstein għandhom japplikaw ir-regoli relatati mal-kwistjonijiet tal-persunal tal-Aġenzija skont il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej.
2. B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjiegi tal-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ċittadini tal-Isvizzera u l-Liechtenstein li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom ta’ ċittadini jistgħu jkunu impjegati b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.
3. I-ċittadini tal-Isvizzera u l-Liechtenstein ma jistgħux, madankollu, jinħatru fil-pożizzjonijiet ta’ Direttur Eżekuttiv jew Viċi-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.
4. Iċ-ċittadini tal-Isvizzera u l-Liechtenstein ma jistgħux jkunu eletti bħala President jew Viċi-President tal-Bord tat-Tmexxija.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
1. Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jaġixxi ta’ depożitarju ta’ dan l-Arranġament.
2. Il-Komunità Ewropea, l-Isvizzera u l-Liechtenstein għandhom japprovaw dan l-Arranġament skont il-proċeduri tagħhom stess.
3. Id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Arranġament jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Komunità Ewropea u ta’ mill-anqas Parti oħra għal dan l-Arranġament.
4. Dan l-Arranġament għandu jidħol fis-seħħ għal kwalunkwe Parti f’dan l-Arranġament fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-depożitu tal-istrument ta’ approvazzjoni tiegħu mad-depożitarju.
5. Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan l-Arranġament għandu japplika mid-data li fiha jkunu daħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tal-Protokoll skont l-Artikolu 10 tal-Protokoll.
Artikolu 10
Validità u terminazzjoni
1. Dan l-Arranġament għandu jkun konkluż għal perijodu illimitat.
2. Dan l-Arranġament għandu jieqaf milli jkun fis-seħħ sitt xhur wara li l-Ftehim ikun ġie ddenunzjat mill-Isvizzera jew b’deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jew ikun itterminat b’mod ieħor skont il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 7(4), 10 jew 17 tal-Ftehim.
3. Dan l-Arranġament għandu jieqaf milli jkun fis-seħħ sitt xhur wara li l-Protokoll ikun ġie ddenunzjat mil-Liechtenstein jew b’deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew ikun ġie tterminat b’mod ieħor skont il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 3, 5(4), 11(1) jew 11(3) tal-Protokoll.
Dan l-Arranġament, kif ukoll id-Dikjarrazzjonijiet mehmuża miegħu, għandhom jiġu mfassla f’test oriġinali uniku bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Svediża, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на тридесети септември две хиляди и девета година.
Hecho en Bruselas el treinta de septiembre de dos mil nueve.
V Bruselu dne třicátého září dva tisíce devět.
Udfærdiget i Bruxelles den tredivte september to tusind og ni.
Geschehen zu Brüssel am dreißigsten September zweitausendneun.
Kahe tuhande üheksanda aasta septembrikuu kolmekümnendal päeval Brüsselis.
’Εγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Σεπτεμβρίου δύο χιλιάδες εννιά.
Done at Brussels on the thirtieth day of September in the year two thousand and nine.
Fait à Bruxelles, le trente septembre deux mille neuf.
Fatto a Bruxelles, addì trenta settembre duemilanove.
Briselē, divi tūkstoši devītā gada trīsdesmitajā septembrī
Priimta du tūkstančiai devintų metų rugsėjo trisdešimtą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-kilencedik év szeptember harmincadik napján.
Magħmul fi Brussell, it-tletin jum ta’ Settembru tas-sena elfejn u disgħa.
Gedaan te Brussel, de dertigste september tweeduizend negen.
Sporządzono w Brukseli dnia trzydziestego września dwa tysiące dziewiątego roku.
Feito em Bruxelas, em trinta de Setembro de dois mil e nove.
Încheiat la Bruxelles, la treizeci septembrie două mii nouă.
V Bruseli dňa tridsiateho septembra dvetisícdeväť.
V Bruslju, dne tridesetega septembra leta dva tisoč devet.
Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä syyskuuta vuonna kaksituhattayhdeksän.
Som skedde i Bryssel den trettionde september tjugohundranio.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
За Конфедерация Швейцария
Por la Confederación Suiza
Za Švýcarskou konfederaci
For Det Schweiziske Forbund
Für die Schweizerische Eidgenossenschaft
Šveitsi Konföderatsiooni nimel
Για την Ελβετική Συνομοσπονδία
For the Swiss Confederation
Pour la Confédération suisse
Per la Confederazione svizzera
Šveices Konfederācijas vārdā
Šveicarijos Konfederacijos vardu
A Svájci Államszövetség részéről
Għall-Konfederazzjoni Svizzera
Voor de Zwitserse Bondsstaat
W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej
Pela Confederação Suíça
Pentru Confederația Elvețiană
Za Švajčiarsku konfederáciu
Za Švicarsko konfederacijo
Sveitsin valaliiton puolesta
För Schweiziska edsförbundet
За Княжество Лихтенщайн
Por el Principado de Liechtenstein
Za Lichtenštejnské knížectví
For Fyrstendømmet Liechtenstein
Für das Fürstentum Liechtenstein
Liechtensteini Vürstiriigi nimel
Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν
For the Principality of Liechtenstein
Pour la Principauté de Liechtenstein
Per il Principato del Liechtenstein
Lihtenšteinas Firstistes vārdā
Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu
A Liechtensteini Hercegség részéről
Għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein
Voor het Vorstendom Liechtenstein
W imieniu Księstwa Liechtensteinu
Pelo Principado do Liechtenstein
Pentru Principatul Liechtenstein
Za Lichtenštajnské kniežatstvo
Za Kneževino Lihtenštajn
Liechtensleinin ruhtinaskunnan puolesta
För Furstendömet Liechtenstein
(1) ĠU L 188, 20.7.2007, p. 19.
(2) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
ANNESS
Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
FILWAQT LI KKUNSIDRAW li, skont l-Artikolu 28 tat-Trattat li jistabilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, dawn il-Komunitajiet u l-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom,
QABLU dwar id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi ma’ dan it-Trattat:
KAPITOLU I
PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U ĦIDMIET TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ
Artikolu 1
Il-postijiet u l-bini tal-Komunitajiet għandhom ikunu invjolabbli. Ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Komunitajiet m’għandhomx ikunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 2
L-arkivji tal-Komunitajiet għandhom ikunu invjolabbli.
Artikolu 3
Il-Komunitajiet, l-assi, id-dħul finanzjarju u proprjetà oħra tagħhom għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa diretta. Il-Gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull meta possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jirrinunzjaw għal jew iħallsu lura l-ammont ta’ taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ inklużi fil-prezz ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Komunitajiet jagħmlu, għall-użu uffiċjali tagħhom, xirjiet sostanzjali li l-prezz tagħhom ikun jinkludi taxxi ta’ din ix-xorta. Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw, madankollu, b’mod li jkollhom l-effett li jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan il-Komunitajiet.
L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għar-rigward ta’ taxxi u ammonti dovuti li jkunu biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika.
Artikolu 4
Il-Komunitajiet għandhom ikunu eżenti mid-dazji kollha tad-dwana, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti intiżi għall-użu uffiċjali tagħhom; ħadd m’għandu jiddisponi minn oġġetti hekk importati, sew bi ħlas kif ukoll bla ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief taħt kondizzjonijiet approvati mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż.
Il-Komunitajiet għandhom ikunu wkoll eżenti minn kull dazju tad-dwana u minn kull projbizzjoni u restrizzjoni fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet għar-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħhom.
Artikolu 5
Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar jista’ jkollha valuta ta’ kull xorta u tħaddem kontijiet f’kull valuta.
KAPITOLU II
KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ- PASSER
Artikolu 6
Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u t-trasmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għandhom igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru it-trattament mogħti minn dak l-Istat lil missjonijiet diplomatiċi.
Korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet m’għandhomx ikunu suġġetti għal ċensura.
Artikolu 7
1. Laissez-passer fil-forma li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jistgħu jinħarġu lill-membri u l-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet mill-Presidenti ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Dawn il-laissez-passer għandhom jinħarġu lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħra taħt kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehim sabiex dawn il-laissez-passer ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti tal-ivvjaġġar validi ġewwa t-territorju ta’ pajjiżi terzi.
2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u Azzar, madankollu, għandhom jibqgħu applikabbli għall-membri u għall-impjegati tal-istituzzjonijiet li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat ikollhom fil-pussess tagħhom laissez-passer previst f’dak l-Artikolu, sakemm jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
KAPITOLU III
MEMBRI TAL- PARLAMENT EWROPEW
Artikolu 8
M’għandha tiġi imposta ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta’ xort’oħra fuq il-moviment liberu ta’ Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward ta’ dwana u kontroll fuq il-kambju, jingħataw:
|
(a) |
mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji; |
|
(b) |
mill-gvern ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta’ gvernijiet barranin waqt missjonijiet uffiċjali temporanji. |
Artikolu 9
Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Artikolu 10
Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu, għandhom igawdu:
|
(a) |
fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-Parlament tagħhom; |
|
(b) |
fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali. |
L-immunità bl-istess mod tkun tgħodd għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.
L-immunità ma tistax tintalab meta membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu.
KAPITOLU IV
RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI JIPPARTEĊIPAW FIX-XOGĦOL TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Artikolu 11
Rappreżentanti ta’ Stati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi tad-doveri tagħhom u waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post tal-laqgħa jgawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet konswetudinarji.
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal membri ta’ korpi ta’ konsulenza tal-Komunitajiet.
KAPITOLU V
UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ
Artikolu 12
Fit-terrritorju ta’ kull Stat Membru u tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet:
|
(a) |
mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x’jaqsmu, min-naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ uffiċjali u impjegati oħra lejn il-Komunitajiet u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti fi kwistjonijiet bejn il-Komunitajiet u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħhom, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti magħmulin minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inklużi kliem li jkunu qalu jew kitbu. Huma għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu temmew il-kariga tagħhom; |
|
(b) |
flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma jkunux suġġetti għal restrizzjonijiet tal-immigrazzjoni jew għal formalitajiet fir-reġistrazzjoni ta’ frustieri; |
|
(c) |
fir-rigward ta’ regolamenti dwar il-valuta jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma s-soltu jingħataw lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
(d) |
igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f’dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu d-doveri tagħhom f’dak il-pajjiż, mingħajr preġudizzju, f’kull każ, għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat; |
|
(e) |
ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karrozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma jkollhom ċittadinanza skont il-pattijiet viġenti fis-suq lokali ta’ dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, mingħajr preġudizzju f’kull każ għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż. |
Artikolu 13
Uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet għandhom ikunu suġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Komunitajiet, skont il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbiliti mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.
Għandhom ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Komunitajiet.
Artikolu 14
Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni u fl-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja magħmulin bejn Stati Membri tal-Komunitajiet, uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet li, unikament minħabba fil-qadi tad-doveri tagħhom fis-servizz tal-Komunitajiet, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal finijiet ta’ taxxa, meta jidħlu fis-servizz tal-Komunitajiet, jiġu kunsidrati, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom sew fil-pajjiż tad-domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, bħala li jkunu żammew id-domiċilju tagħhom f’dan l-aħħar pajjiż basta li dan ikun membru tal-Komunitajiet. Dawn id-dispożizzjonijiet jgħoddu wkoll għall-konjuġi, safejn il-konjuġi ma jkollux jew ma jkollhiex separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u taħt ir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f’dan l-Artikolu.
Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqogħdu, tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f’dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-kalkolu ta’ dik it-taxxa, titqies bħala waħda li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta’ provvedimenti ta’ konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.
Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra m’għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 15
Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni jistipula l-iskema ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għall-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet.
Artikolu 16
Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti, jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet li għalihom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13, u l-Artikolu 14 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew f’parti minnhom.
L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta’ uffiċjali u impjegati oħra mdaħħla f’dawk il-kategoriji għandhom jiġu komunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
KAPITOLU VI
PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA‘ PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Artikolu 17
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-Komunitajiet ikollhom is-sede tagħhom għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi konswetudinarji lil missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Komunitajiet.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 18
Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet unikament fl-interessi tal-Komunitajiet.
Kull istituzzjoni tal-Komunitajiet tkun meħtieġa li tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni jidhrilha li r-rinunzja għal dik l-immunità ma tkunx kontra l-interessi tal-Komunitajiet.
Artikolu 19
L-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għandhom, bl-għan li jiġi applikat dan il-Protokoll, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri involuti.
Artikolu 20
L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw għall-membri tal-Kummissjoni.
Artikolu 21
L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u l-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Membri u Reġistratur tal-Qorti tal-Prim’Istanza, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.
Artikolu 22
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu barra minn dan jiġi eżentat minn kull forma ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni ta’ xorta simili, f’każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkollhom x’jaqsmu ma’ dan fl-Istat fejn il-bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew l-istralċ tiegħu m’għandu jagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħarnett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu imwettqa skont l-Istatut tiegħu m’għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq it-turnover.
Artikolu 23
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, barra minn dan, ikun eżenti minn kull forma ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni simili fil-każ ta’ xi żieda fil-kapital u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkollhom x’jaqsmu miegħu fl-Istat fejn il-bank ikollu s-sede tiegħhu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew m’għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq it-turnover.
Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom japplikaw għall-Istitut Monetarju Ewropew. Ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu m’ghandhom iqajmu l-ebda impożizzjoni.
Appendiċi mal-Anness
Proċedura għall-applikazzjoni fl-Isvizzera tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet
1. Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Isvizzera
Ir-referenzi fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) għall-“Istati Membri” għandha tinftiehem li tapplika bl-istess mod għall-Isvizzera, għajr għal meta jkun previst mod ieħor mid-dispożizzjonijiet li ġejjin.
2. Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)
Il-merkanzija u s-servizzi esportati mill-Isvizzera m’għandhomx ikunu suġġetti għat-taxxa fuq il-valur mizjud Svizzera (VAT). Fil-kaz ta’ merkanzija u servizzi pprovduti lill-Aġenzija fl-Isvizzera għall-uzu uffiċjali tagħha, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-eżenzjoni mill-VAT għandha ssir permezz ta’ rifużjoni. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-merkanzija u tas-servizzi indikat fil-fattura jew fid-dokument ekwivalenti jammonta għal total ta’ tal-anqas 100 Frank Svizzeru (taxxa inkluża).
Ir-rifużjoni tal-VAT għandha tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Svizzeri apposta lit-Taqsima Ewlenija tal-VAT tal-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa. Bħala regola, l-applikazzjonijiet għal rifużjoni jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur minn meta tkun ġiet ippreżentata t-talba għall-ħlas lura akkumpanjata mid-dokumenti sekondarji meħtieġa.
3. Proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-Aġenzija
F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Isvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tal-liġi nazzjonali tagħha, lill-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Aġenzija fit-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1969 (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Komunità u soġġetti għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha.
L-Isvizzera m’għandhiex titqies bħala Stat Membru skont it-tifsira tal-punt 1 ta’ hawn fuq għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Protokoll.
L-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom li huma membri fis-sistema tal-assigurazzjoni soċjali applikabbli għall-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunità m’għandhom ikunu soġġetti għall-ebda obbligu li jkunu membri fis-sistema Svizzera tal-assigurazzjoni soċjali.
Il-Qorti tal-Gustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha kompetenza esklussiva għall-kwistjonijiet kollha dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni u l-persunal tagħhom għal dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni tar-Regolament (Euratom, KE, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt Komunitarju li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tax-xogħol.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-GVERN TAL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA U L-GVERN TAL-PRINĊIPALITÀ TAL-LIECHTENSTEIN DWAR L-ARRANĠAMENT DWAR IL-MODALITAJIET TAL-PARTEĊIPAZZJONI MILL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA U L-PRINĊIPALITÀ TAL-LIECHTENSTEIN FL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-ĠESTJONI TAL-KOOPERAZZJONI OPERATTIVA FIL-FRUNTIERI ESTERNI TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Komunità Ewropea,
il-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera
u
il-Gvern tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein,
Wara li kkunkludew ftehim dwar l-arranġamenti dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Ko-operazjzoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 21 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004,
B’dan jiddikjaraw flimkien li:
Id-drittijiet tal-vot previst fl-Arranġament huma ġustifikati mir-relazzjonijiet speċjali mal-Isvizzera u l-Liechtenstein li joħorġu mill-assoċjazzjoni ta’ dawn l-Istati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.
Dawk id-drittijiet tal-vot huma ta’ natura eċċezzjonali attribwibwibbli għan-natura speċifika tal-kooperazzjoni ta’ Schengen u l-pożizzzjoni speċjali tal-Isvizzera u l-Liechtenstein.
Għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala preċedent legali jew politiku għal kwalunkwe qasam ieħor ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet għall-Arranġament jew għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi oħrajn f’aġenziji oħrajn tal-Unjoni.
Fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu dawn id-drittijiet tal-vot ikunu eżerċitati fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ natura regolatorja jew leġislattiva.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-APPLIKAZZJONI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IR-RESPONSABBILTÀ ĊIVILI
F’każ fejn tim ta’ intervent rapidu fil-fruntieri ikun skjerat fi ħdan il-qafas tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Funtieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu u li jirregola l-kompiti u l-poteri tal-uffiċjali mistiedna għandu japplika fir-rigward tar-responsabbiltà ċivili.
REGOLAMENTI
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 810/2010
tal-15 ta’ Settembru 2010
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8 tal-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 9(4)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (3), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1), il-punt (e) tal-Artikolu 7, l-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10 u l-Artikolu 13(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew laħam frisk. Jistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, li minnhom jistgħu jiġu introdotti dawk il-kunsinni fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jipprovdi li kunsinni ta’ laħam frisk maħsubin għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin mill-pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati f’Parti 1 tal-Anness II għal dak ir-Regolament li għalih hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrespondi għall-kunsinna kkonċernata elenkata f’dik il-Parti. Barra minn hekk, dawn il-kunsinni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat veterinarju x-xieraq li għandu jitfassal skont il-mudelli stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness. |
|
(3) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jipprovdi li l-kunsinni ta’ ċerti speċi ta’ naħal għandhom jiġu introdotti biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew minn territorji elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II għal dak ir-Regolament fejn il-preżenza tas-small hive beetle (Aethina tumida) hija soġġetta għal notifikazzjoni obbligatorja madwar it-territorju kollu tal-pajjiż terz jew territorju kkonċernat. Madankollu, kunsinni ta’ naħal jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni minn parti ta’ pajjiż jew territorju terz elenkat f’dik il-Parti 1 li hija parti iżolata ġeografikament u epidemijoloġikament tal-pajjiż jew territorju terz u elenkat fit-tielet kolonna tat-tabella fit-Taqsima 1 tal-Parti 1 tal-Anness IV. Fil-preżent, l-Istat tal-Ħawaii huwa elenkat f’dik il-kolonna. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 pprovda għal perjodu ta’ transizzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2010, matul liema żmien, il-kunsinni ta’ annimali ħajjin u ta’ laħam frisk maħsubin għall-konsum mill-bniedem u akkompanjati minn ċertifikati veterinarji maħruġin skont ir-regoli fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament, ikunu jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni. |
|
(5) |
Minħabba xi żbalji fit-traspożizzjoni fil-verżjoni ppubblikata tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 b’mod partikolari fiċ-ċertifikati mudell stabbiliti fl-Annessi għal dak ir-Regolament, dan ir-Regolament ġie ppubblikat mill-ġdid fil-Ġurnal Uffiċjali (5). Għaldaqstant, il-perjodu ta’ transizzjoni li għalih hemm ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi estiż sabiex iqis il-perjodu bejn il-pubblikazzjoni inizjali ta’ dak ir-regolament u l-pubblikazzjoni mill-ġdid tal-verżjoni kkoreġuta. |
|
(6) |
L-Arġentina talbet l-awtorizzazzjoni sabiex tibda tesporta lejn l-Unjoni laħam taċ-ċriev selvaġġ dissossat u maturat minn żona approvata mill-UE, ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer b’vaċċinazzjoni (AR-1). Dak il-pajjiż terz ipprovda garanziji suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali f’appoġġ għat-talba tiegħu. Iċ-ċertifikat veterinarju mudell RUW għandu għaldaqstant ikun indikat fil-kolonna 4 tat-Tabella fil-Parti 1 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għall-parti tat-territorju tal-Arġentina indikata bħala AR-1 fit-tieni kolonna ta’ dik il-Parti. |
|
(7) |
Meta wieħed iqis li diment li jiġu rispettati r-regoli tas-saħħa tal-annimali tal-UE u b’mod partikolari li jista’ jiġi ggarantit, permezz ta’ sistema ta’ identifikazzjoni u traċċabbiltà tal-annimali adegwata, li l-annimali bovini, kaprini u ovini miġburin fiċ-ċentri ta’ assemblaġġ inklużi swieq huma tal-istess status tas-saħħa, dawk l-annimali destinati għall-qatla għall-produzzjoni ta’ laħam frisk sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni jistgħu joriġinaw minn ċentru ta’ assemblaġġ u mbagħad jistgħu jintbagħtu direttament lejn biċċerija approvata. Is-sistema ta’ identifikazzjoni u traċċabbiltà tal-annimali fin-Namibja ntweriet li tiżgura li l-annimali f’tali ċentri ta’ ġbir għandhom l-istess status tas-saħħa fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ esportazzjoni lejn l-UE u jistgħu jissodisfaw il-garanziji (J) kif hemm referenza għalihom fil-kolonna x-xierqa fil-Parti 1 tal-Anness II għal dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Fil-5 ta’ Mejju 2010, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni b’tifqigħat tal-ismall hive beetle f’partijiet tal-Istat tal-Ħawaii. L-introduzzjoni tal-kunsinni tan-naħal minn dak l-Istat tista’ toħloq theddida serja għall-popolazzjonijiet tan-naħal fl-Unjoni. Għaldaqstant, l-elenkar tal-Istat tal-Ħawaii fit-tielet kolonna tat-tabella fit-Taqsima 1 tal-Parti 1 tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi sospiż minn dik id-data. |
|
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat bix-xieraq. |
|
(10) |
Jeħtieġ li jiġi pprovdut għal perjodu ta’ transizzjoni sabiex l-Istati Membri u l-industrija jingħataw żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 206/2010, kif emendat b’dan ir-Regolament mingħajr ma jiġi mfixkel il-kummerċ. |
|
(11) |
Jeħtieġ li dan ir-Regolament ikollu effett retroattiv sabiex ikun evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ minħabba l-pubblikazzjoni reċenti ħafna tal-korriġendum li jaffettwa b’mod partikolari ċ-ċertifikati veterinarji. |
|
(12) |
Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 19 jinbidel bil-kliem li ġej: “Għal perjodu ta’ transizzjoni, dawk il-kunsinni ta’ annimali ħajjin, bl-eċċezzjoni ta’ naħal li jkun ġej mill-Istat tal-Ħawaii, u laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem iċċertifikat qabel it-30 ta’ Novembru 2010 skont id-Deċiżjonijiet 79/542/KEE u 2003/881/KE jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni sal-31 ta’ Mejju 2011.” |
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Fl-Anness IV, Parti 1, it-tabella fit-Taqsima 1 tinbidel b’li ġejja:
|
Artikolu 2
Għal perjodu ta’ transizzjoni, kunsinni ta’ laħam frisk maħsubin għall-konsum mill-bniedem li fir-rigward tagħhom, iċ-ċertifikati veterinarji relevanti ġew iċċertifikati qabel it-30 ta’ Novembru 2010, skont il-mudelli BOV u OVI, kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 206/2010 qabel ġew introdotti l-emendi bl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jiġu introdotti fl-Unjoni sal-31 ta’ Mejju 2011.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.
(6) Sospiż mill-5 ta’ Mejju 2010.”
ANNESS
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Parti 1 tinbidel b’dan li ġej: “PARTI 1 Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom (1)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
(1) Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni li għalihom hemm ipprovdut fil-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
(2) Laħam minn annimali maqtula nhar jew qabel id-data stabbilita fil-kolonna 7 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni għal 90 jum minn dik id-data. Madankollu, kunsinni li jinġarru fuq bastimenti fl-ibħra fondi jistgħu jiġu importati fl-Unjoni jekk iċċertifikati qabel id-data stabbilita fil-kolonna 7 għal 40 jum minn dik id-data.(Fejn ma jkun hemm ebda data stabbilita fil-kolonna 7, ma għandha tapplika ebda restrizzjoni).
(3) Laħam minn annimali maqtulin biss dakinhar jew wara d-data stabbilita fil-kolonna 8 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni. Fejn ma jkun hemm ebda data stabbilita fil-kolonna 8, ma għandha tapplika ebda restrizzjoni ta’ żmien.
(4) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jsir qbil fuqu wara l-konklużjoni ta’ negozjati li qegħdin iseħħu fil-preżent fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.
(5) Li ma jinkludix il-Kosovo, li fil-preżent huwa taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 811/2010
tal-15 ta’ Settembru 2010
li jissoġġetta l-importazzjoni ta’ modems tat-tip WWAN (wireless wide area networking) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għar-reġistrazzjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 16(4) u 24(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni rċeviet talba, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku, biex tagħmel l-importazzjoni ta’ modems tat-tip wireless wide area networking (WWAN) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina suġġetta għal reġistrazzjoni. |
A. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT
|
(2) |
Il-prodott ikkonċernat b’din ir-reġistrazzjoni huwa modem tat-tip wireless wide area networking (WWAN) b’antenna tar-radju u li jipprovdi konnettività tad-dejta tal-Protokoll tal-Internet (PI) għat-tagħmir tal-computing u li jinkludi r-routers Wi-Fi li fihom modem WWAN (WWAN/Wi-Fi routers), li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘il-prodott ikkonċernat’), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM ex 8471 80 00 u ex 8517 62 00 . |
B. IT-TALBA
|
(3) |
Wara li rċeviet ilment mingħand Option NV (minn hawn ’il quddiem ‘l-applikant’), il-Kummissjoni ddeterminat li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment u għalhekk, b’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku, ħabbret permezz ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (l-“Avviż ta’ Bidu”) il-bidu ta’ proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjoni ta’ modems tat-tip wireless wide area networking (WWAN) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |
|
(4) |
Rigward il-kwalità għat-tressiq tal-ilment, l-applikant huwa l-produttur uniku tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni Ewropea, li jirrappreżenta 100 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ sussidji kumpensatorji, il-kwerelant ipprovda lill-Kummissjoni Ewropea x-xhieda ta’ programmi speċifiċi ta’ sussidju fir-rigward ta’ self preferenzjali, rati preferenzjali tat-taxxa fuq id-dħul, benefiċċji mill-istabbiliment ta’ żoni ta’ kummerċ ħieles, programmi ta’ tariffi fuq l-importazzjoni u ta’ taxxa indiretta, programmi ta’ għotjiet, rati preferenzjali ta’ forniment governattiv ta’ oġġetti u servizzi u politiki preferenzjali fil-livell ta’ gvern lokali. |
|
(6) |
L-applikant jitlob ukoll li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru suġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku ħalli l-miżuri jkunu jistgħu jiġu sussegwentement applikati fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni. |
C. IR-RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI
|
(7) |
Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, ma jistgħux jiġu imposti miżuri provviżorji qabel 60 jum mill-bidu. Madankollu, skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku, dazju definittiv kumpensatorju jista’ jiġi ntaxxat fuq prodotti li jkunu ddaħħlu għall-konsum mhux iktar minn 90 jum qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu jiġu sodisfatti, u l-importazzjonijiet ikunu ġew irreġistrati b’konformità mal-Artikolu 24(5). Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, titlob lill-awtoritajiet tad-dwana jieħdu l-passi meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, ħalli l-miżuri jkunu jistgħu jiġu sussegwentement applikati fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. |
|
(8) |
It-talba fiha biżżejjed evidenza biex ir-reġistrazzjoni tkun iġġustifikata. |
|
(9) |
Is-sussidji allegati jikkonsistu, inter alia, minn programmi tat-taxxa fuq id-dħul (eż. eżenzjonijiet tat-taxxa tad-dħul jew tnaqqis skont il-programm tnejn b’xejn/tlieta bin-nofs, tnaqqis fit-taxxa fuq id-dħul fuq industrijiet tat-teknoloġija avvanzata jew ġdida, krediti tat-taxxa fuq id-dħul għal kumpaniji b’sidien domestiċi li jixtru tagħmir prodott domestikament), programmi ta’ taxxa indiretta u ta’ tariffi fuq l-importazzjoni (eż. eżenzjonijiet fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u t-tariffi applikabbli għal tagħmir importat), skemi ta’ self preferenzjali (eż. self skont politika li jinkludi l-finanzjament tal-esportazzjoni minn banek kummerċjali proprjetà tal-Istat u banek politiċi tal-gvern), programmi ta’ għotjiet (eż. il-Fond tal-Iżvilupp għall-Industrija tal-Elettronika u l-Informatika (Fond tal-IT), il-fond għall-proġetti ta’ rinnovazzjoni teknoloġika ewlenija statali, il-premjijiet għad-ditti famużi), il-forniment governattiv ta’ oġġetti u servizzi għal numerazzjoni anqas minn adegwata (eż. provediment ta’ jeddijiet għall-użu tal-art) kif ukoll politiki preferenzjali fil-livell ta’ gvern lokali, inklużi benefiċċji f’żoni speċjali u parks industrijali (eż. politiki preferenzjali f’Shenzhen, Shanghai, Beijing u Xian). |
|
(10) |
Huwa allegat li dawn l-iskemi ta’ hawn fuq huma sussidji billi dawn jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew minn Gvernijiet reġjonali oħra u (inklużi l-entitajiet pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lid-destinatarji, jiġifieri lill-produtturi esportaturi tal-prodott li qed jiġi investigat. Huwa allegat li dawn huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u/jew fuq l-użu ta’ prodotti domestiċi fuq dawk importati u/jew limitati għal ċerti intrapriżi jew gruppi ta’ intrapriżi u/jew prodotti u/jew reġjuni, u għalhekk huma speċifiċi u kumpensatorji. |
|
(11) |
It-talba tipprovdi biżżejjed xhieda ta’ ċirkostanzi kritiċi fejn għall-prodott issussidjat inkwistjoni qed jiġi kkawżat dannu li diffiċli li jiġi msewwi minħabba importazzjoni massiċċa ta’ prodotti li jibbenefikaw minn sussidji kumpensatorji f’medda ta’ żmien relattivament qasira. Xhieda ta’ dawn iċ-ċirkolstanzi tinkludi n-natura rapida tat-tagħwir tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, il-fatt li jeżisti produttur waħdieni fl-Unjoni u l-ammont sinifikanti ta’ spejjeż fir-Riċerka u l-Iżvilupp li jridu jiġġarrbu sabiex jiġi ġġenerat il-prodott inkwistjoni. F’dan il-kuntest, il-kwerelant ipprovda xhieda li l-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedet konsiderevolment b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq. Fir-rigward tad-dannu kkawżat minn din l-importazzjoni massiċċa, ix-xhieda pprovduta mill-kwerelant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, il-livell tal-prezzijiet mitluba u s-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat ta’ effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, il-qagħda finanzjarja u l-qagħda tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed xhieda li, biex tipprekludi milli jfeġġ mill-ġdid dannu bħal dan, tista’ tagħmilha neċessarja li jiġu vvalutati d-dazji kumpensatorji b’mod retroattiv. |
|
(12) |
Minħabba f’hekk, il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni f’dan il-każ ġew issodisfati. |
D. IL-PROĊEDURA
|
(13) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-talba tal-applikant fiha biżżejjed evidenza biex l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru suġġetti għar-reġistrazzjoni, b’konformità mal-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(14) |
Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, sakemm ikunu għamlu talba bil-miktub u wrew li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. |
E. IR-REĠISTRAZZJONI
|
(15) |
Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat (2) għandha ssir suġġetta għal reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f’sejbiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji, dawk id-dazji jkunu jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jiġu ssodisfati, jiġu ntaxxati retroattivament skont id-dispożizzjonijiet legali applikabbli. |
|
(16) |
Kull responsabilità għall-ġejjieni tiġi mis-sejbiet tal-investigazzjoni antisussidji. Mhux possibbli li jingħata ammont ta’ stima tal-lijabilità futura possibbli billi din tkun tiddependi mill-ammont ta’ sussidji kumpensatorji li jinstabu li jeżistu u l-mod kif dawn ikunu jridu jiġu allokati għall-prodott li qed jiġi investigat. |
F. L-IPPROĊESSAR TA’ DEJTA PERSONALI
|
(17) |
Kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-awtoritajiet Doganali qed jiġu b’dan mitluba, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) 597/2009, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjoni lejn l-Unjoni ta’ modems tat-tip WWAN (wireless wide area networking) b’antenna tar-radju u li jipprovdu konnettività tad-dejta tal-Protokoll tal-Internet (PI) għat-tagħmir tal-computing u li jinkludu r-routers Wi-Fi li fihom modem WWAN (WWAN/Wi-Fi routers), li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 8471 80 00 u ex 8517 62 00 (kodiċi TARIC 8471 80 00 10, 8517 62 00 11 u 8517 62 00 91). Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, u li jipprovdu evidenza ta’ sostenn jew li jitolbu li jinstemgħu fi żmien 20 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(2) Għal finijiet ta’ informazzjoni, nitolbuk tinnota li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 570/2010, ĠU L 163, 30.6.2010, p. 34, diġà ddirezzjona lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjoni tal-prodott inkwistjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Din l-azzjoni ttieħdet fir-rigward tat-talba għal reġistrazzjoni li saret fil-kuntest tal-ilment għal proċedura antidumping (għal aktar dettalji, nistednuk tagħti ħarsa lill-Avviż ta’ bidu ta’ proċedura antidumping li jikkonċerna l-importazzjoni ta’ modems tat-tip WWAN (wireless wide area networking) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, (ĠU C 171 tat-30.6.2010, p. 9)
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/40 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 812/2010
tal-15 ta’ Settembru 2010
li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-PROĊEDURA
1. Ftuħ
|
(1) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni ħabbret, b’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), il-ftuħ ta’ proċedura anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). |
|
(2) |
Il-proċedura nfetħet bħala riżultat ta’ lment imressaq fit-3 ta’ Novembru 2009 mill-APFE, li hija l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (“l-ilmentatur”), f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir – f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 % – tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi kif ukoll ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu, u din l-evidenza tqieset suffiċjenti biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċediment. |
2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
|
(3) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bil-ftuħ tal-proċediment lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi u lir-rappreżentanti tar-RPĊ, lill-importaturi, il-fornituri u l-utenti magħrufa bħala kkonċernati kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż tal-ftuħ ta’ proċedura anti-dumping. |
|
(4) |
Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu ngћataw seduta ta’ smigħ. |
|
(5) |
Fid-dawl tan-numru apparentement kbir ta’ produtturi esportaturi, ta’ importaturi, u ta’ produtturi tal-Unjoni, fl-avviż tal-ftuħ ta’ proċedura anti-dumping ġie kkunsidrat it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad-dumping u tad-dannu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi, l-importaturi, u l-produtturi tal-Unjoni kollha ntalbu biex jagħmlu lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat, kif speċifikat fl-avviż tal-ftuħ ta’ proċedura anti-dumping, matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009). |
|
(6) |
Tmien produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi u seba’ produtturi jew gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Wara eżami tal-informazzjoni mressqa u minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi u ta’ produtturi tal-Unjoni li indikaw li huma lesti jikkoperaw, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni kien meħtieġ fir-rigward ta’ dawn il-produtturi (ara l-premessi (12) u (13) hawn taħt). |
|
(7) |
Fir-rigward ta’ importaturi mhux relatati, fl-istadju tat-teħid ta’ kampjuni fi ħdan l-investigazzjoni, tliet importaturi biss ipprovdew l-informazzjoni mitluba fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti fin-notifika tal-inizjazzjoni. Għaldaqstant, ġie deċiż biex ma jitteħdux kampjuni u li jintbagħtu kwestjonarji lill-importaturi kollha li jkunu ppreżentaw ruħhom. |
|
(8) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ffurmaw parti mill-kampjun jingħataw opportunità jitolbu trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew trattament individwali (“TI”), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ applikazzjoni lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-(gruppi ta’) kumpaniji kollha li ffurmaw parti mill-kampjun talbu TES f’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew TI fil-każ li mill-investigazzjoni jirriżulta li huma ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għat-TES. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet relatati mat-TES lill-produtturi esportaturi kkonċernati fir-RPĊ, lill-awtoritajiet tar-RPĊ u lill-ilmentatur. Huma ngħataw ukoll l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ jekk kien hemm raġunijiet partikolari għal xiex jinstemgħu. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni li kienu jiffurmaw parti minnu, lill-importaturi, u lill-utenti u assoċjazzjonijiet ta’ utenti magħrufa kollha. Risposti sħaħ għall-kwestjonarji waslu mingħand il-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ffurmaw parti mill-kampjun, mingħand il-produtturi tal-Unjoni kollha inklużi fih, u mingħand żewġ importaturi u 13-il utent. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni talbet u vverifikat l-informazzjoni kollha li tqieset meħtieġa biex ikun hemm determinazzjoni preliminari tad-dumping, id-dannu jew it-theddida ta’ dannu kkawżati minnu, u l-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
3. It-teħid ta’ kampjuni
|
(12) |
Mit-tmien produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw ruħhom, il-Kummissjoni għażlet kampjun, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ oġġetti esportati li seta’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul jikkonsisti fi tliet (gruppi ta’) kumpaniji (relatati) li jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-volum tal-esportazzjoni magħmula mill-partijiet koperanti mir-RPĊ lejn l-UE. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni. |
|
(13) |
Fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, seba’ produtturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-produtturi koperanti tal-Unjoni, il-Kummissjoni għażlet kampjun mill-akbar tliet (gruppi ta’) produtturi tal-Unjoni fir-rigward tal-bejgħ u tal-produzzjoni, produtturi li jirrappreżentaw 64 % tal-bejgħ magħmul mill-produtturi koperanti kollha tal-Unjoni. |
4. Il-perjodu tal-investigazzjoni
|
(14) |
L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009 (“perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-2006 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
|
(15) |
Il-prodott ikkonċernat kif deskritt fin-Notifika ta' inizjazzjoni huwa swiegel tal-fibra tal-ħġieġ imqattgħa, ta’ tul ta’ mhux aktar minn 50 mm; fibri mibruma tal-ħġieġ; filaturi u ħjut ta’ filamenti tal-ħġieġ; u twapet magħmula minn filamenti ta’ fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf tal-ħġieġ li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00 , 7019 12 00 , 7019 19 10 u ex 7019 31 00 (“il-prodott ikkonċernat”).. |
|
(16) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-materjal mhux maħdum li l-aktar jintuża għat-tisħiħ ta’ reżini termoplastiċi u termoriġidi (thermoplastic and thermoset) fl-industrija tal-materjali komposti. Il-materjali komposti li jirriżultaw minn dan il-proċess (plastik irrinfurzat bil-fibri tal-ħġieġ) jintużaw f’għadd kbir ta’ industriji: l-industrija tal-karozzi, l-industrija elettrika u elettronika, tal-paletti tal-imtieħen tar-riħ, tal-bini u l-kostruzzjoni, tat-tankijiet u l-pajpjiet, tal-prodotti għall-konsumaturi, tal-industrija aerospazjali u militari, eċċ. |
|
(17) |
Hemm erba’ tipi bażiċi ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu li huma koperti minn dan il-proċediment, jiġifieri s-swiegel imqattgħa, il-fibri mibruma, it-twapet (għajr dawk tas-suf tal-ħġieġ), u l-ħjut. L-investigazzjoni wriet li, minkejja xi differenzi li hemm fid-dehra u li jista’ jkun hemm fl-applikazzjonijiet finali tad-diversi tipi, kważi t-tipi kollha differenti tal-prodott ikkonċernat għandhom inkomuni l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, u essenzjalment jintużaw għall-istess għanijiet. Madankollu instab li l-filaturi m'għandhomx l-istess karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u tekniċi bażiċi minħabba li mhumiex fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu, iżda ħjut mhux kontinwi ta' tulijiet differenti. L-investigazzjoni wriet ukoll li xi tipi speċifiċi ħafna ta' ftietel u ċerti tipi speċifiċi ħafna ta' ħjut mibruma li attwalment huma koperti bil-kodiċi NM 7019 12 00 u 7019 19 10 rispettivament għandhom jiġu esklużi minħabb li dawn it-tipi huma ttrattati b'mod speċjali billi jiġu miksija u mdakkra u għandhom telf tat-tkebbis (loss on ignition) ta' iktar minn 3%, u b'hekk jingħataw karatteristiċi fiżiċi u kimiċi. |
|
(18) |
Għadd ta’ utenti tal-ħjut eqreb lejn il-prodott finali talbu l-esklużjoni kompleta ta’ dawn tal-aħħar mill-ambitu tal-prodott għall-finijiet tal-proċediment peress li fl-Unjoni kważi ma teżistix bażi ta’ produzzjoni kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn il-ħjut u t-tipi l-oħra tal-prodott. |
|
(19) |
Madankollu, l-investigazzjoni wriet li mill-inqas teżisti sostitwibbiltà unidirezzjonali mill-aspett tad-domanda (jiġifieri l-ħjut jistgħu jintużaw flok tipi oħra f’għadd ta’ applikazzjonijiet anki jekk, minħabba l-prezz relattivament ogħla tal-ħjut, din ma tkunx dejjem għażla ekonomikament vijabbli), u l-bażi ta’ produzzjoni limitata ta’ ċertu tip ta’ prodott fiha nnifisha ma tistax tikkostitwixxi raġuni għall-esklużjoni ta’ tali tip mill-ambitu tal-prodott sakemm ikollu l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi bħal tipi oħra. Peress li l-ħjut ta’ filamenti tal-ħġieġ għandhom l-istess karatteristiċi essenzjali bħal prodotti oħra tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu u sa ċertu punt huma interkambjabbli magħhom, wieħed ikkonkluda provviżorjament li ma kienx hemm raġunijiet li jiġġustifikaw l-esklużjoni tal-ħjut mid-definizzjoni tal-prodott. Huwa madankollu nnutat li se tingħata attenzjoni speċjali għall-valutazzjoni ulterjuri ta’ din it-talba. |
2. Prodott simili
|
(20) |
Instab li l-prodott ikkonċernat u l-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu mmanifatturati u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ u fis-suq domestiku tat-Turkija, li b’mod provviżorju serviet bħala pajjiż analogu, kif ukoll il-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu mmanifatturati u mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi. Għaldaqstant, dawn il-prodotti huma provviżorjament meqjusa bħala simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. ID-DUMPING
1. Trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”)
|
(21) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet anti-dumping dwar l-importazzjoni mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi fil-każijiet ta’ dawk il-produtturi li nstabu li kienu jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(22) |
Fil-qosor, u gћall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma elenkati hawn f’forma mqassra:
|
|
(23) |
Fl-investigazzjoni attwali, it-tliet produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kollha kemm huma talbu TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu l-formola ta’ talba tat-TES fil-limitu ta’ żmien stabbilit:
|
|
(24) |
Fir-rigward tal-produtturi esportaturi jew gruppi ta’ esportaturi kollha inklużi fil-kampjun li ssemmew hawn fuq, il-Kummissjoni talbet l-informazzjoni kollha li tqieset meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni mressqa fil-formoli ta’ talba tat-TES u kull informazzjoni oħra meqjusa meħtieġa fl-istabbilimenti tal-kumpaniji inkwistjoni. |
|
(25) |
Mill-investigazzjoni rriżulta li żewġ produtturi esportaturi wieħed/gruppi fir-RPĊ inklużi fil-kampjun ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) għall-għoti ta’ TES. |
|
(26) |
B’mod partikolari, produttur esportatur/grupp wieħed ma rnexxilux juri li d-deċiżjonijiet kummerċjali tiegħu kienu ħielsa biżżejjed mill-indħil tal-Istat. Il-maġġoranza tad-diretturi li jiffurmaw il-Bord tad-Diretturi tiegħu nħatru minn kumpanija li l-parti l-kbira tagħha tinsab f’idejn l-Istat. B’riżultat ta’ dan, l-Istat kellu l-possibbiltà li jwaqqaf kwalunkwe deċiżjoni milli tittieħed. Għaldaqstant, huwa ċar li l-Istat għandu rwol ewlieni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan il-kumpanija. B’żieda ma’ dan, il-kumpanija ma rnexxilhiex turi li għandha sett ċar ta’ kotba ta’ kontabbiltà awditjati indipendentement skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà, minħabba l-fatt li l-introjtu taxxabbli tal-kumpanija ma kienx żvelat b'mod korrett fir-rapporti finanzjarji. |
|
(27) |
Il-produttur esportatur/grupp l-ieħor inkluż fil-kampjun/lanqas ma rnexxilu juri li d-deċiżjonijiet kummerċjali tiegħu kienu ħielsa biżżejjed mill-indħil tal-Istat. Żewġ negozjanti mill-grupp huma intrapriżi Statali. L-Istat jista’ wkoll jindaħal b’mod sinifikanti fit-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan wieħed mill-produtturi esportaturi tal-grupp minħabba s-setgħa tal-veto impliċita li jeżerċita permezz tad-direttur li jirrappreżenta lill-kumpanija omm propjetà tal-Istat. Min-naħa tiegħu, dan il-produttur huwa l-kumpanija omm u l-akbar azzjonista ta’ żewġ produtturi esportaturi oħra fi ħdan il-grupp, u għaldaqstant l-Istat jista’ wkoll jindaħal b’mod sinifikanti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, tliet produtturi esportaturi mill-grupp ma rnexxilhomx juru li huma jissodisfaw il-kriterju 2 peress li fil-każijiet ta’ tnejn minnhom it-trattament fiskali preferenzjali ma ssemmiex fir-rendikonti finanzjarji filwaqt li fil-każ tat-tielet wieħed, deher li l-awditjar ma kienx indipendenti. Barra minn dan, ħames kumpaniji tal-grupp naqsu li jissodisfaw il-kriterju 3 (primarjament minħabba prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art li ma jirriflettux is-suq). |
|
(28) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi li jiffurmaw parti mill-kampjun, li jikkonsisti fi grupp ta’ żewġ kumpaniji relatati ma’ xulxin, wera li kien jissodisfa l-kriterji kollha tal-Artikolu 2(7)(c) u seta’ jingħata t-TES. |
|
(29) |
Wara l-iżvelar tas-sejbiet tat-TES, waslu kummenti mill-industrija tal-Unjoni u żewġ produtturi esportaturi/gruppi kkampjunati, li ġew proposti biex ma jingħatawx t-TES. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn il-kummenti ma kien ta' natura li tibdel is-sejbiet f'dan ir-rigward. |
2. Trattament individwali (“TI”)
|
(30) |
F’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju applikabbli għall-pajjiż kollu, jekk ikun hemm, jiġi stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu f’pożizzjoni juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u gћall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma elenkati hawn taћt:
|
|
(31) |
Iż-żewġ (gruppi ta’) kumpaniji inklużi fil-kampjun li ssemmew hawn fuq u li ma ġewx aċċettati għat-TES talbu wkoll TI fil-każ li ma jingħatawx TES. |
|
(32) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli nstab li tnejn minn dawn il-(gruppi ta’) kumpaniji kkonċernati naqsu li juru li huma jissodisfaw, b’mod kumulattiv, ir-rekwiżiti kollha għat-TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, ġie ppruvat li l-kumpaniji naqsu li jissodisfaw il-kriterju stipulat fl-Artikolu 9(5)(c) tar-Regolament bażiku li jitlob li l-maġġoranza tal-ishma jappartenu lil persuni privati jew li l-kumpaniji jkunu indipendenti biżżejjed mill-Istat ladarba, kif imfisser fil-premessi (26) u (27), instab li l-kumpaniji kollha, bażikament, fil-parti l-kbira minnhom huma proprjetà tal-Istat jew ikkontrollati minnu. Barra minn hekk, kif issemma hawn fuq, instab li dawn iż-żewġ (gruppi ta’) kumpaniji naqsu li juru li huma jissodisfaw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 9(5)(e), jiġifieri li t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom huwa ħieles minn indħil sinifikanti tal-Istat li jippermetti evażjoni tal-miżuri fil-każ ta’ allokazzjoni ta’ rati ta’ dazju differenti lill-kumpaniji. B’konsegwenza ta’ dan, it-talbiet tagħhom għal TI kellhom jiġu rrifjutati. |
|
(33) |
Għalhekk, ġie konkluż li t-TI ma kellu jingħata lill-ebda waħda mill-produtturi esportaturi/gruppi inklużi fil-kampjun li nċaħdilhom it-TES. |
3. Il-valur normali
3.1. Id-determinazzjoni tal-valur normali għall-produttur esportatur/grupp li ngħata t-TES
|
(34) |
F’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, fir-rigward ta’ dak il-produttur esportatur, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk it-total tal-bejgħ domestiku tiegħu ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dak il-bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat magħmul minnu għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni. Mill-investigazzjoni rriżulta li l-bejgħ domestiku tal-prodott simili kien rappreżentattiv. |
|
(35) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti li kienu qed jinbiegħu fis-suq domestiku mill-kumpaniji li kellhom bejgħ domestiku ġeneralment rappreżentattiv u li kienu identiċi għat-tipi mibjugħa għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni jew simili ħafna għalihom. |
|
(36) |
Għal kull tip mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu u misjub komparabbli mat-tip ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu mibjugħ għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ prodott tqies rappreżentattiv biżżejjed fil-każijiet fejn il-volum ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-PI kien jirrappreżenta madwar 5 % tal-volum totali tat-tip ta’ prodott komparabbli mibjugħ għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni. Mill-investigazzjoni rriżulta li kien hemm bejgħ domestiku rappreżentattiv fil-każijiet tat-tipi kollha tal-prodotti ħlief erbgħa. |
|
(37) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk kull tip ta’ prodott ikkonċernat li kien jinbiegħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi setax jitqies li kien jinbiegħ fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ kif iddefinita fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għal kull tip ta’ prodott, ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ bi qligħ lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
|
(38) |
Fil-każijiet fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott bi prezz nett tal-bejgħ ugwali għall-ispejjeż ikkalkulati tal-produzzjoni jew ogħla minnhom kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip u fejn il-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ kienet daqs l-ispiża għal kull unità jew akbar minnha, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip inkwistjoni. |
|
(39) |
Fil-każijiet fejn il-volum tal-bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott jew inqas jew fejn il-medja ppeżata tal-prezzijiet ta’ dak it-tip kienet iżgħar mill-ispiża għal kull unità, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku bi qligħ biss tat-tip inkwistjoni. |
|
(40) |
Fejn it-tipi kollha tal-prodotti kienu jinbiegħu b’telf, kien ikkunsidrat li dawn ma kinux jinbiegħu fl-operazzjonijiet ordinarji tal-kummerċ. |
|
(41) |
Mill-investigazzjoni rriżulta li l-bejgħ bi qligħ tat-tipi ta’ prodotti komparabbli kollha għajr wieħed kien jammonta għal aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku totali, u għaldaqstant, il-bejgħ domestiku kollu ntuża fil-kalkolu tal-prezz medju għall-valur normali. Għal tip wieħed ta’ prodott intuża l-bejgħ bi qligħ biss. Fejn jidħol il-bejgħ tal-erba’ tipi ta’ prodotti li ma kinux jinbiegħu fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, il-Kummissjoni użat għall-valur normali prezzijiet domestiċi rappreżentattivi ta’ tipi simili ħafna, bl-aġġustamenti xierqa. |
3.2. Id-determinazzjoni tal-valur normali produtturi esportaturi/gruppi li ma ngħatawx TES
(a) Il-pajjiż analogu
|
(42) |
F’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali tal-kumpaniji li ma setgħux jingħataw TES ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet jew tal-valur maħdum f’pajjiż analogu. |
|
(43) |
Fl-avviż tal-ftuħ ta’ proċedura anti-dumping, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża lit-Turkija bħala pajjiż analogu adegwat biex tistabbilixxi valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw fuq dan. |
|
(44) |
Ippreżentaw ruħhom żewġ partijiet interessati li stqarrew li t-Turkija ma kinitx pajjiż analogu adegwat, iżda mingħajr ma ssostanzjaw it-talba tagħhom. Parti interessata oħra kkummentat fuq l-għażla tal-pajjiż analogu u ssuġġeriet li tintuża l-Indja minflok peress, kif qalet, l-Indja kienet tinsab f’livell ta’ żvilupp komparabbli ma’ dak tar-RPĊ, is-swieq kienu komparabbli ladarba fiż-żewġt iswieq l-applikazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ kienu importanti ħafna, u kienu qed jiġu mmanifatturati tipi komparabbli, b’mod simili. Barra minn hekk, is-suq Indjan ġie deskritt bħala suq miftuħ b’ammont sinifikanti ta’ importazzjoni. U fl-aħħar nett, issemma li fiż-żewġ pajjiżi kien komparabbli l-aċċess għall-materja prima. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni talbet il-koperazzjoni tal-produtturi tal-prodott simili fit-Turkija, fil-Kanada, fl-Istati Uniti, ir-Repubblika tal-Korea, u fl-Indja. Madankollu, kien biss l-uniku produttur Tork li esprima r-rieda tiegħu li jikkopera u li wieġeb il-kwestjonarju. |
|
(46) |
Huwa rrikonoxxut li t-Turkija hija pajjiż analogu rappreżentattiv fir-rigward tal-volum tal-bejgħ domestiku. Madankollu, il-valur normali ta’ tip wieħed tal-prodott simili, li mhux qed jiġi mmanifatturat fit-Turkija, jkollu bżonn jinħadem. Wieħed jinnota wkoll li l-investigazzjoni anti-dumping li għaddejja kontra t-Turkija fir-rigward tal-importazzjoni ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament kontinwu tindika l-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-prezzijiet fis-suq domestiku Tork. Madankollu, billi t-Turkija kienet l-uniku pajjiż li qabel li jikkopera f’din l-investigazzjoni, ġie konkluż b’mod provviżorju li t-Turkija kellha tintuża bħala pajjiż analogu. |
(b) Id-determinazzjoni tal-valur normali
|
(47) |
F’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-prezz normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni vverifikata li waslet mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu, skont il-metodoloġija ġenerali li ġiet deskritta hawn fuq fir-rigward tal-grupp ta’ kumpaniji li ngħata TES. Fil-każijiet fejn fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu xi tip ta’ prodott kien jinbiegħ kollu b’telf jew ma kinux jinbiegħu tipi simili, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku. |
4. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(48) |
Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-prodott ikkonċernat ġie esportat lejn klijenti indipendenti fl-Unjoni, u għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni ġie kkalkulat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni attwalment imħallsa jew li kellhom jitħallsu. |
|
(49) |
Fejn ma kienx isir ħlief ftit bejgħ għal skopijiet ta’ esportazzjoni minn produttur esportatur wieħed lill-kumpaniji relatati miegħu fl-Unjoni, instab li dak kien maħsub għal użu vinkolanti, u konsegwentement ma ntużax għall-kalkolu provviżorju tad-dumping. |
5. Paragun
|
(50) |
Il-paragun tal-valur normali u tal-prezzijiet tal-esportazzjoni sar abbażi tal-prezz tal-prodotti kif ħerġin mill-fabbrika. Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ġew ikkunsidrati kif xieraq, f’forma ta’ aġġustamenti, id-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, preċiżi u mirfuda minn xhieda vverifikata. Sar aġġustament fil-każ tat-taxxi indiretti, tat-trasport ta’ merkanzija bil-baħar u l-spejjeż relatati tal-assigurazzjoni, tat-trasport ta’ merkanzija fil-pajjiż esportatur, tal-livell tal-kummerċ (fil-każijiet ta’ differenzi fil-kanal ta’ distribuzzjoni), tal-ispejjeż ta’ garanzija, tal-ispejjeż ta’ kreditu, u tal-ispejjeż bankarji. |
6. Il-marġnijiet ta’ dumping
|
(51) |
Il-marġnijiet provviżorji ta’ dumping ġew espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
|
(52) |
Għall-grupp ta’ produtturi esportaturi li kien jikkopera u li ngħata TES, ġie stabbilit marġni ta’ dumping individwali abbażi ta’ paragun tal-valur normali medju ppeżat u l-prezz medju ppeżat tal-esportazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(53) |
Il-marġni ta’ dumping għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun li ma ngħatawx TES jew TI u għall-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li kkoperaw ġie kkalkulat bħala l-medja tat-tliet kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji tal-kampjun. |
|
(54) |
Minħabba l-livell għoli ta’ koperazzjoni fl-investigazzjoni, billi l-kumpaniji li kienu qed jikkoperaw kienu jirrappreżentaw madwar 100 % tal-importazzjoni kollha mir-RPĊ tul il-PI, għal kwalunkwe kumpanija li ma kinitx qiegħda tikkopera ġie stabbilit il-marġni għall-pajjiż kollu bl-użu tal-ogħla wieħed mill-marġnijiet li nstabu fil-każijiet tal-(gruppi ta’) kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
|
(55) |
Abbażi ta’ dan, il-livelli provviżorji ta’ dumping huma dawn li ġejjin:
|
D. ID-DANNU
1. Il-produzzjoni u l-industrija tal-Unjoni
|
(56) |
Matul il-PI, fl-Unjoni, il-prodott simili kien qed jiġi mmanifatturat minn 11-il produttur. Minn dan il-11-il produttur, sebgħa kkoperaw fl-investigazzjoni. Dawn is-seba’ produtturi, kollha kemm huma, kienu membri tal-ilmentatur u nstab li jirrappreżentaw proporzjon importanti tat-total tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni – f’dan il-każ aktar minn 90 %. Mill-erba’ produtturi tal-Unjoni li fadal, wieħed kien ukoll ilmentatur, tnejn appoġġjaw l-ilment b’mod attiv filwaqt li r-raba’ wieħed la appoġġjah u lanqas opponieh. Għaldaqstant, il-11-il produttur jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għalihom bħala l-“industrija tal-Unjoni”. |
|
(57) |
Kif indikat taħt il-premessa (13) ta’ hawn fuq, ingħażel kampjun ta’ tliet produtturi li kienu jirrappreżentaw madwar 64 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni. Peress li tnejn minn dawn il-produtturi kienu gruppi ta’ kumpaniji relatati ma’ xulxin, b’diversi entitajiet ta’ produzzjoni fl-Unjoni, il-kampjun kien magħmul minn total ta’ disa’ kumpaniji individwali. |
|
(58) |
Xi partijiet interessati allegaw li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma kellhomx jitqiesu bħala industriji tal-Unjoni ladarba t-tlieta li huma kellhom produtturi Ċiniżi relatati magħhom li kienu qed jimmanifatturaw il-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni kkonfermat li fil-fatt, tnejn mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kellhom kumpaniji ta’ produzzjoni relatati magħhom fiċ-Ċina. Madankollu nstab li, minkejja r-rabta li kien hemm, dawn iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma wrew l-ebda mġiba li kienet taffettwa l-affidabbiltà tar-riżultati tal-investigazzjoni. Il-volum tal-prodotti li dawn il-produtturi tal-Unjoni impurtaw mill-kumpaniji relatati magħhom fir-RPĊ huwa limitat (inqas minn 4 % tal-importazzjoni mir-RPĊ). B’żieda ma’ dan, din l-importazzjoni tista’ titqies bħala negliġibbli meta mqabbla mat-total tal-produzzjoni tal-produtturi kkonċernati tal-Unjoni, li bl-ebda mod m’għandhom jiġu kkunsidrati bħala importaturi peress li jidher ċar li huma produtturi ġenwini tal-fibri tal-ħġieġ. U fl-aħħar, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-produtturi kkonċernati tal-Unjoni ma kinux affettwati minn din l-importazzjoni limitata. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li ma kien hemm l-ebda raġuni biex teskludi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(59) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie kkalkulat abbażi tal-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u d-dejta dwar il-volum ta’ importazzjoni mogħtija mill-Ewrostat għas-suq tal-Unjoni. |
|
(60) |
Bejn l-2006 u l-PI, il-konsum tal-Unjoni tnaqqas bil-kbir, jiġifieri b’24 %. Madankollu, kien hemm żieda żgħira fil-konsum fl-2007 u fl-ewwel nofs tal-2008. Tabella 1
|
||||||||||||||||||||
3. L-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat
3.1. Il-volum tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping
|
(61) |
Il-volum tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni kien qed jiżdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Ġeneralment, matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’aktar minn 50 %. B’mod partikolari, bejn l-2006 u l-2008, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu aktar mid-doppju. Matul il-PI naqsu meta mqabbla mal-2008, iżda r-rata tat-tnaqqis (25 %) kienet aktar baxxa minn dik tat-tnaqqis fil-konsum (28 %). Tabella 2
|
||||||||||||||||||||
3.2. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping
|
(62) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping żdied b’mod kontinwu matul il-perjodu kkunsidrat. Waqt il-PI, l-importazzjonijiet miċ-Ċina kellhom sehem mis-suq ta’ 15,6 %, jiġifieri kien jammonta kważi għad-doppju tas-sehem li kellhom mis-suq fl-2006. Tabella 3
|
||||||||||||||||||||
3.3. Prezzijiet
(a) Evoluzzjoni tal-prezzijiet
|
(63) |
It-Tabella ta’ hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping, fil-fruntiera Ewropea u bid-dazju mhux imħallas, kif irrappurtat mill-Ewrostat. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ baqa’ sostanzjalment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Dan wieħed seta’ josservah minkejja żieda sinifikanti madwar id-dinja kollha għall-manifattura tal-fibri tal-ħġieġ ta' filament kontinwu matul il-perjodu kkunsidrat (kif muri wkoll fit-Tabella 18). Tabella 4
|
||||||||||||||||||||
(b) Bejgħ bi prezz baxx
|
(64) |
Sar tqabbil li fih tqabbel tip ma’ tip bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Għal dan l-iskop, il-prezzijiet li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun japplikaw fil-bejgħ lil klijenti mhux relatati magħhom tqabblu mal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi tal-pajjiż ikkonċernat li ffurmaw parti mill-kampjun. Sabiex jittieħdu inkonsiderazzjoni d-differenzi fil-livell tal-kummerċ u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni, ġew applikati aġġustamenti fejn meħtieġ. |
|
(65) |
It-tqabbil wera li matul il-PI, il-prodotti kkonċernati impurtati mir-RPĊ inbiegħu fl-Unjoni bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni b’rata li tvarja minn 23 % sa 39 %, meta wieħed jesprimihom bħala perċentwali ta’ dawn tal-aħħar. |
4. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.1. Rimarki preliminari
|
(66) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u indikaturi ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom effett fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni. Id-dejta ppreżentata hawn taħt tirreferi għall-industrija tal-Unjoni fl-intier tagħha fejn jidħlu l-bejgħ u s-sehem mis-suq u għall-produtturi tal-kampjun fir-rigward tal-bqija tal-indikaturi. |
4.2. Il-produzzjoni
|
(67) |
Il-volumi tal-produzzjoni tal-Unjoni baqgħu relattivament stabbli mill-2006 sal-2008, iżda naqsu f’daqqa matul il-PI: Tabella 5
|
||||||||||||||||||||
4.3. Il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-utilizzazzjoni tagħha
|
(68) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żviluppat kif ġej: Tabella 6
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(69) |
Matul il-PI, il-kapaċità ta’ produzzjoni naqset. Fil-fatt, fid-dawl tal-erożjoni tal-prezzijiet u t-telf fir-rigward tas-sehem mis-suq minħabba l-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping, diversi linji ta’ produzzjoni żżarmaw, ingħalqu temporanjament, jew iċċekknu. Minkejja dan it-tnaqqis fil-kapaċità ta’ produzzjoni, ir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità niżlet minn 86 % għal 61 %, jiġifieri niżlet b’ 29%. |
4.4. Ħażniet
|
(70) |
It-Tabella ta’ hawn taħt turi li l-ħażniet l-ewwel naqsu fl-2007, meta l-konsum kien fl-aqwa tiegħu, imma mbagħad, fl-2008, irreġistraw żieda qawwija fid-dawl tal-waqgħa għal għarrieda fid-domanda li seħħet fir-raba’ kwart ta’ dik is-sena. Matul il-PI, il-ħażniet reġgħu lura għal livelli aktar normali. Tabella 7
|
||||||||||||||||||||
4.5. Il-volum ta’ bejgħ (total tal-industrija tal-Unjoni)
|
(71) |
Il-volum tal-bejgħ tal-produtturi kollha tal-Unjoni fis-suq tal-UE, inkluż dak maħsub għal użu vinkolanti, żviluppa kif ġej: Tabella 8
|
||||||||||||||||||||
|
(72) |
Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-intier tagħha naqset bi 30 %. Fl-2007, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b’6 % (kif muri fit-Tabella 1 ta’ hawn fuq), il-volum tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat magħmul mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b’1 % biss. Dan ifisser li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mill-konsum miżjud ta’ dak il-perjodu. Sussegwentement, fl-2008 u fil-PI, il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bil-kbir. |
4.6. Is-sehem mis-suq (total tal-industrija tal-Unjoni)
|
(73) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni tnaqqas bil-kbir fl-2007 u l-2008, u mbagħad irkupra ftit fil-PI. Madankollu, b’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni tilfet 5,6 punti perċentwali mis-sehem tagħha mis-suq filwaqt li, kif jidher fit-Tabella 3 ta’ hawn fuq, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping kważi rdoppja matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 9
|
||||||||||||||||||||
4.7. Il-prezzijiet tal-bejgħ
|
(74) |
Fejn jidħlu l-prezzijiet medji tal-bejgħ, it-Tabella ta’ hawn taħt turi li matul il-perjodu eżaminat, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati. Għall-kuntrarju, il-prezzijiet medji tal-bejgħ naqsu bi 2 %, u dan il-fatt jidher saħansitra aktar eċċezzjonali fil-kuntest ta’ żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. Fil-fatt, l-industrija tal-Unjoni ma kellhiex il-possibbiltà li fil-prezzijiet tal-bejgħ tirrifletti ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima, minħabba l-pressjoni ’l isfel fuq il-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni li saret mill-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping. Tabella 10
|
||||||||||||||||||||
4.8. L-impjiegi
|
(75) |
Il-livelli tal-impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni juru li matul il-perjodu kkunsidrat kollu, l-industrija tal-Unjoni rrazzjonalizzat il-produzzjoni, bil-għan li tnaqqas l-ispejjeż tal-manifattura u li tikkontrabilanċja ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima. Fil-fatt, in-numru tal-impjegati tnaqqas b’20 punt perċentwali għall-perjodu kollu, bi tnaqqis bi 15-il punt perċentwali jikkonċentra ruħu fil-perjodu ta’ bejn l-2007 u l-PI. Tabella 11
|
||||||||||||||||||||
4.9. Il-produttività
|
(76) |
B’riżultat tal-isforzi tal-industrija tal-Unjoni li ġew deskritti fil-premessa ta’ qabel, il-produttività tal-ħaddiema fil-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b’mod sinifikanti fl-2007 u l-2008. Dan l-iżvilupp pożittiv inbidel ta’ taħt fuq matul il-PI u rriżulta f’telf ġenerali ta’ produttività ta’21 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din il-bidla fil-produttività kienet dovuta, f’parti minnha, għall-kollass tad-domanda, u f’parti oħra għall-prodotti impurtati mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping u li kienu jinbiegħu bi prezzijiet ħafna inqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, u wassal għal tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni, u b’hekk anki għal żieda fl-impjiegi għal kull unità tal-fibra tal-ħġieġ immanifatturata. Tabella 12
|
||||||||||||||||||||
4.10. Il-paga
|
(77) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tikkontrolla l-bidla fl-ispejjeż tax-xogħol. Fil-fatt, it-Tabella ta’ hawn fuq turi li fl-2007 u l-2008, kien hemm żieda żgħira fil-paga medja annwali, iżda tnaqqis fil-PI. Tul il-perjodu kollu, l-ispejjeż tax-xogħol għal kull unità tnaqqsu bi 3 %. Madankollu, dan it-tnaqqis kien ikun aktar espliċitu kieku l-ammonti ta’ kumpens għat-terminazzjoni tal-impjieg kienu esklużi mit-tendenza msemmija. Tabella 13
|
||||||||||||||||||||
4.11. Profittabbiltà u redditu fuq l-investimenti (ROI)
|
(78) |
Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ġiet ikkalkulata billi l-qligħ nett ta’ qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili ġie espress bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Waqt il-kalkolu tal-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni, iċ-ċifri vverifikati ġew ikkoreġuti bil-għan li ma jkunx possibbli li din l-analiżi tkun influwenzata minn kwistjonijiet straordinarji speċifiċi għal kumpaniji partikolari li ħallew impatt sproporzjonat fuq iċ-ċifri tal-qligħ ta’ dawk il-kumpaniji f’perjodu partikolari. Skont dawn il-korrezzjonijiet, il-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun u r-redditu fuq l-investimenti mwettqa minnhom b’rabta mal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 14
|
||||||||||||||||||||
|
(79) |
Bħalma turi t-Tabella ta’ hawn fuq, matul il-parti l-kbira tal-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tilħaq livelli limitati ta’ qligħ – b’xi eċċezzjoni fis-sena 2007, meta r-rata medja ta’ profittabbiltà laħqet l-4,7 %. Matul il-PI, il-qligħ inqaleb f’telf enormi, bir-rata medja tat-telf tal-industrija tal-Unjoni titbaxxa sa 15 %. |
|
(80) |
Fejn jidħol ir-redditu fuq l-investimenti (ROI), espress bħala l-qligħ f’perċentwali tal-valur nett fuq il-kotba tal-investimenti, jidher li dan l-indikatur segwa x-xejra tal-profittabbiltà. Ġeneralment, ir-redditu fuq l-investimenti baqa’ pjuttost limitat matul il-perjodu kkunsidrat kollu, bl-eċċezzjoni tal-2007. U fl-aħħar, fil-PI, l-ROI tal-industrija tal-Unjoni niżel għal – 16,8 %. |
|
(81) |
Is-sitwazzjoni finanzjarja delikata msemmija seħħet minkejja l-konsum miżjud matul il-perjodu ta’ bejn l-2006 u l-2008, kif ġie deskritt fil-premessa (60) ta’ hawn fuq, u l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni għar-razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif deskritti fil-premessi (75) u (76) ta’ hawn fuq. Matul il-perjodu kkunsidrat, it-tkabbir qawwi fil-volumi ta’ prodotti impurtati mir-RPĊ bi prezzijiet baxxi li kienu l-oġġett ta’ dumping affettwa l-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u rriżulta wkoll f’erożjoni serja tal-prezzijiet. Dawn il-fatturi ħallew impatt fuq il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Dan jista’ jintwera aħjar bit-telf drammatiku ta’ 15 % matul il-PI. |
4.12. Il-likwidità u l-ħila ta’ tkabbir tal-kapital
|
(82) |
Il-likwidità netta minn attivitajiet operattivi żviluppat kif ġej: Tabella 15
|
||||||||||||||||||||
|
(83) |
It-Tabella ta’ hawn fuq tikkonferma l-qagħda finanzjarja delikata tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu 2006-2008 u d-deterjorament drammatiku li rriżulta minnha fil-PI. |
4.13. L-investimenti
|
(84) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti tal-produtturi tal-kampjun żviluppaw kif ġej: Tabella 16
|
||||||||||||||||||||
|
(85) |
Fl-2006 u l-2008, li kienu l-aqwa snin, il-livell tal-investimenti kien relattivament għoli minħabba l-bini mill-ġdid ta’ kalkari. F’din l-industrija li titlob investimenti kapitali kbar, il-kalkari għandhom jinbnew mill-ġdid kull 7 sa 10 snin, u l-ispejjeż marbuta mal-bini mill-ġdid ta’ kalkara jistgħu jammontaw għal bejn € 8 miljuni u € 13-il miljun (jingħata marġni għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità). Il-parti l-kbira tal-ispejjeż għoljin l-oħra tal-investiment, li huma aktar strutturali, hija marbuta mal-konsum tal-ligi użati għall-mekkaniżmi bil-bushings u r-rikostruzzjoni konsegwenti tagħhom. |
4.14. Id-dimensjoni tal-marġni reali ta’ dumping
|
(86) |
Il-marġnijiet ta’ dumping li jikkaratterizzaw l-importazzjoni mir-RPĊ, kif speċifikati hawn fuq fil-premessa (55), huma għoljin ħafna. Minħabba l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-prodotti impurtati li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġnijiet ta’ dumping ma jistax jitqies negliġibbli. |
5. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(87) |
Minkejja sforzi serji mill-industrija tal-Unjoni għaż-żieda tal-kompetittività tagħha, il-parti l-kbira tal-indikaturi tad-dannu li jikkaratterizzaw l-industrija tal-Unjoni żviluppaw b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. Dan wieħed ma jistax ma jinnutahx, partikolarment meta janalizza l-indikaturi relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri r-redditu fuq l-investimenti, il-likwidità, u l-profittabbiltà, li kollha kemm huma żviluppaw b’mod drammatiku. B’żieda ma’ dan, l-indikaturi li jirrigwardaw il-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volumi ta’ bejgħ, u s-sehem mis-suq ikkonfermaw ukoll xejra ċara għall-agħar. |
|
(88) |
Fl-istess ħin, il-fibri tal-ħġieġ impurtati mir-RPĊ kienu qed jinbiegħu bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni anke b’differenza ta’ 39 % matul il-PI, u l-industrija tal-Unjoni tilfet 5 punti perċentwali fir-rigward tas-sehem mis-suq fi żmien inqas minn erba’ snin. |
|
(89) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
E. KAWŻALITÀ
1. Daħla
|
(90) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping ikkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa grad li jippermetti li jkun ikklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa oħra, barra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li possibbilment matul l-istess perjodu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll biex ikun żgurat li d-dannu possibbilment ikkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
2. L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
|
(91) |
Bejn l-2006 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li kienu l-oġġett ta’ dumping żdied b’51 %, u dan wassal għal żieda fis-sehem mis-suq tal-Unjoni bi 98 %, minn 7,9 % għal 15,6 %. |
|
(92) |
Iż-żieda matul il-perjodu kkunsidrat fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping ikkoinċidiet ma’ xejra ta’ tnaqqis fir-rigward tal-parti l-kbira tal-indikaturi tad-dannu li jikkaratterizzaw l-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni tilfet 5,6 punti perċentwali mis-sehem tagħha mis-suq, u l-prezzijiet tagħha tal-bejgħ naqsu bi 2 % minħabba l-pressjoni li eżerċitaw fuq is-suq tal-Unjoni importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li kienu l-oġġett ta’ dumping. It-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ma ppermettiex lill-industrija tal-Unjoni titrasferixxi, sa grad aċċettabbli, iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni, u dan il-fatt irriżulta f’livelli ta’ profittabbiltà baxxi u, matul il-PI, saħansitra negattivi. |
|
(93) |
Ta’ min jinnota wkoll li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping baqa’ jiżdied anki matul il-PI. Fi kliem ieħor, kif issemma wkoll fil-premessa (62) ta’ hawn fuq, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping tnaqqas aktar bil-mod mill-konsum tal-Unjoni. |
|
(94) |
Ċerti partijiet interessati sostnew li ma kienx hemm rabta bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Wieħed mill-argumenti mqajma f’dan ir-rigward kien li d-differenza li hemm bejn il-prezzijiet tal-bejgħ Ċiniżi u dawk tal-Unjoni baqgħet pjuttost kostanti matul il-perjodu kkunsidrat kollu filwaqt li kien hemm fluttwazzjoni fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-istess perjodu. F’dan ir-rigward, wieħed għandu jżomm f’moħħu li mhuwiex biss il-livell tal-prezzijiet, iżda wkoll il-volum tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, bil-prezz tagħhom diġà baxx, , li eżerċita pressjoni qawwija fuq il-bejgħ magħmul mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, anki jekk possibbilment fatturi oħra kellhom ċertu rwol fl-aggravament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri affettwaw ukoll sa ċertu punt il-profittabbiltà tagħha, dan il-fatt bl-ebda mod ma jista’ jtaffi l-impatt tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping u li b’mod kostanti kienu qed jitwettqu bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba l-fatt li dan kien qed iseħħ b’rata relattivament stabbli minkejja t-tibdiliet fis-suq, bħal pereżempju żieda jew tnaqqis fil-konsum jew fit-tibdil fil-prezzijiet tal-materja prima. |
|
(95) |
Argument simili ġie ppreżentat fir-rigward tan-nuqqas allegat ta’ rabta bejn iċ-ċifri tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni u l-iżvilupp tas-sehem tagħha mis-suq. Fil-fatt, pereżempju, il-livelli ta’ profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ttejbu temporanjament mill-2006 għall-2007 minkejja t-tnaqqis li kien hemm fis-sehem tagħha mis-suq. Dan kien, sa ċertu punt, dovut għall-kundizzjonijiet imtejba fis-suq tal-Unjoni fis-sena 2007 (ara ż-żieda ta’ 6 % fil-konsum tal-Unjoni msemmija fil-premessa (60) ta’ hawn fuq). Aktar importanti, però, huwa l-fatt li fis-snin 2006 u 2007, l-industrija tal-Unjoni ffukat fuq ir-razzjonalizzazzjoni tal-produzzjoni tagħha bis-saħħa ta’ tnaqqis fl-ispejjeż tal-manifattura, u dan l-isforz ħalla wkoll impatt fuq il-livelli tagħha ta’ profittabbiltà. Bħala eżempju ieħor wieħed jista’ jsemmi l-fatt li bejn l-2008 u l-PI, kien hemm żieda żgħira fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni filwaqt li l-profittabbiltà tagħha waqgħet u rreġistrat telf gravi ta’ 15 %. Madankollu, tul l-istess perjodu, l-importazzjonijiet mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping irnexxielhom iżidu s-sehem tagħhom mis-suq filwaqt li fil-parti l-kbira tagħhom baqgħu jsiru bi prezzijiet tal-bejgħ inqas milli kien hawn fl-Unjoni. Dan wassal għat-telf kbir li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, iż-żewġ każijiet juru li indikatur separat wieħed jew tnejn ma jistgħux jiġu kkunsidrati weħidhom meta wieħed ikejjel l-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(96) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping, li daħlu fis-suq tal-Unjoni b’volumi kbar, li qed jiżdiedu b’mod kostanti u li matul il-perjodu kkunsidrat kollu kienu qed jitwettqu bi prezzijiet sinifikantement inqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, ħallew impatt konsiderevolment negattiv fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
3. L-effett ta’ fatturi oħra
3.1. L-importazzjoni minn pajjiżi terzi
|
(97) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra kienet limitata. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi oħra għajr ir-RPĊ tnaqqas b’2 punti perċentwali, minn 17 % għal 15 %. It-tieni l-akbar sors ta’ importazzjoni, in-Norveġja, kellu sehem mis-suq ta’ 3,3 % matul il-PI. It-Turkija kellha sehem mis-suq ta’ 2,5 % matul il-PI, u r-raba’ l-akbar sors ta’ importazzjoni, l-Istati Uniti, kellu sehem mis-suq ta’ inqas minn 2 % matul il-PI. Tabella 17
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(98) |
Kif diġà ġie spjegat fil-qosor fil-premessa (63), it-Tabella ta’ hawn fuq, li hija bbażata fuq dejta tal-Ewrostat, turi wkoll li l-livelli medji tal-prezzijiet fil-fruntiera tal-Unjoni ta’ importazzjonijiet oħra huma ħafna ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ. Mill-paragun bejn dawn il-prezzijiet tal-Ewrostat u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, kif irrappurtati fil-premessa (74) ta’ hawn fuq, deher li matul il-PI, l-importazzjonijiet mit-Turkija kienu qed jitwettqu bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, fil-PI, l-importazzjonijiet mit-Turkija rrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 2,5 % biss, jiġifieri inqas mis-sehem tagħhom mis-suq fl-2006. Barra minn hekk, il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet, b’mod kostanti, kienu fil-parti l-kbira minnhom ogħla mil-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, jiġifieri kienu jaqbżu lil dawn tal-aħħar b’ammont li jvarja minn 14 % sa 23 %. Jidher li anki l-importazzjonijiet mill-Malasja, it-Tajwan, u r-Repubblika tal-Korea ma jilħqux il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, iżda s-sehem tagħhom mis-suq huwa limitat u saħansitra qed jonqos. Għaldaqstant, ma tqiesx li importazzjonijiet mit-Turkija, il-Malasja, it-Tajwan u r-Repubblika tal-Korea, jew minn kwalunkwe pajjiż terz ieħor, kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, hija raġonevoli l-konklużjoni provviżorja li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra ma kkanċellawx ir-rabta kawżali bejn is-sejba ta’ dumping u d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
3.2. L-impatt tal-kriżi ekonomika
|
(99) |
Diversi partijiet sostnew li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-kriżi ekonomika li kienet irriżultat f’waqgħa f’daqqa tad-domanda. |
|
(100) |
Fil-fatt, kif imsemmi fil-premessa (60) ta’ hawn fuq, wieħed seta’ josserva waqgħa qawwija fil-konsum tal-Unjoni bejn l-2008 u l-PI. Dan it-tnaqqis ammonta għal 28 %, u huwa rrikonoxxut li huwa kkawżat mill-kriżi ekonomika li laqtet lill-Unjoni matul dak il-perjodu. Il-parti l-kbira tas-setturi li jużaw prodotti li fihom il-prodott taħt l-investigazzjoni (l-industrija tal-karozzi, l-enerġija mir-riħ, il-kostruzzjoni, eċċ.) kienu affettwati serjament mill-kriżi, u fil-bidu tal-katina, dan wassal għal tnaqqis fid-domanda għal fibri tal-ħġieġ. |
|
(101) |
Madankollu, l-effett negattiv tat-tnaqqis ekonomiku u tat-tiċkin tad-domanda tqawwa miż-żieda fil-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping u li kienu qed isiru bi prezzijiet sinifikantement inqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, anki jekk it-tnaqqis ekonomiku jista’ jitqies li qed jikkontribwixxi lejn id-dannu mġarrab matul il-PI, dan il-fatt bl-ebda mod ma jista’ jnaqqas l-effetti dannużi tal-ħsara kkawżata matul il-perjodu kkunsidrat kollu mill-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping. Saħansitra f’sitwazzjoni ta’ tnaqqis fil-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni setgħet tkun kapaċi żżomm livell aċċettabbli ta’ volumi u prezzijiet u b’hekk tillimita l-effetti negattivi ta’ tnaqqis fil-konsum. Madankollu, dan kien ikun possibbli biss fl-assenza tal-kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi fis-suq li huma l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, l-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PI li kienu l-oġġett ta’ dumping u li fil-parti l-kbira tagħhom kienu qed jitwettqu bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni jista’ jitqies saħansitra aktar dannuż waqt perjodu ta’ kriżi ekonomika. |
|
(102) |
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq, it-tnaqqis ekonomiku ma jistax jitqies bħala kawża possibbli li tista’ tikkanċella r-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
3.3. L-evoluzzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni
|
(103) |
Ċerti partijiet interessati sostnew li ma kien hemm l-ebda rabta bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni ladarba din tal-aħħar laħqet l-ogħla rati tagħha ta’ profittabbiltà fis-snin meta l-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat kienu fl-aqwa tagħhom u wriet l-agħar prestazzjoni tagħha meta l-importazzjonijiet mir-RPĊ niżlu għall-aktar livell baxx tagħhom tul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(104) |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi nnutat li minħabba l-karattru globali tal-kriżi, l-iżvilupp tal-konsum, u b’mod partikolari t-tnaqqis ekonomiku matul il-PI, bla dubju ta’ xejn kellu effett kemm fuq il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u kemm fuq il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(105) |
Madankollu, kif diġà ntqal hawn fuq, fil-PI, jiġifieri matul it-tnaqqis ekonomiku, l-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping fil-parti l-kbira tagħhom kienu qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan ġie aggravat mill-fatt li l-produtturi esportaturi mir-RPĊ, saħansitra f’perjodu ta’ tnaqqis ekonomiku rnexxielhom iżidu ftit aktar is-sehem tagħhom mis-suq filwaqt li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf gravi peress li ma kinitx f’pożizzjoni tbigħ bi prezzijiet li kienu aktar ta’ ġid għaliha. |
|
(106) |
Fil-fatt, jista’ jitqies li l-bejgħ imsemmi bi prezzijiet aktar baxxi, flimkien maż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping, ikkawża dannu saħansitra akbar lill-industrija tal-Unjoni milli dak li kien ikun ikkawżat f’perjodu mingħajr il-volatilità fil-konsum li tnaqqis ekonomiku jaf joħloq. |
|
(107) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, bl-ebda mod ma jista’ jiġi konkluż li l-paragun bejn ix-xejriet sempliċi tal-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping u l-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni jista’ jiġi interpretat bħala fattur li jikkanċella r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
3.4. Tnaqqis fil-bejgħ li sar mill-industrija tal-Unjoni għal skopijiet ta’ esportazzjoni u/jew għal użu vinkolanti
|
(108) |
Minn ċerti partijiet interessati ġie allegat li d-deterjorament tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ġie kkawżat aktar mit-tnaqqis tal-bejgħ għal skopijiet ta’ esportazzjoni jew mit-tnaqqis tal-produzzjoni għal użu vinkolanti milli mit-tnaqqis tal-bejgħ tagħha fi ħdan l-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-ewwel nett wieħed għandu jiftakar li, bl-eċċezzjoni tal-volumi tal-bejgħ, l-indikaturi kollha tad-dannu, inkluża l-profittabbiltà, ġew ivvalutati abbażi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati. Fi kliem ieħor, kemm il-bejgħ għal skopijiet ta’ esportazzjoni u kemm il-bejgħ għal użu vinkolanti ġew esklużi minn dak il-kalkolu. It-tieni, huwa minnu li l-volumi tal-bejgħ għal skopijiet ta’ esportazzjoni tnaqqsu b’pass naqra aktar mgħaġġel mill-bejgħ fi ħdan l-Unjoni, iżda dan ma japplikax fil-każ tal-produzzjoni maħsuba għal użu vinkolanti, li matul il-perjodu kkunsidrat kollu, irrappreżentat bejn 22,4 % u 24,4 % tal-bejgħ totali fi ħdan l-Unjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tal-importanza limitata tal-bejgħ għal skopijiet ta’ esportazzjoni meta mqabbel mal-bejgħ li sar mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE (kien qed ivarja bejn 10 % u 14 % tul il-perjodu kkunsidrat kollu), dan il-bejgħ ma jistax jitqies bħala sinifikanti fis-sens li jkun jista’ jqiegħed f’dubju r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dan l-argument qed jiġi eliminat. |
3.5. Iż-żieda fil-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni u fl-ispejjeż tal-produzzjoni
|
(109) |
Waħda mill-partijiet interessati qajmet l-argument li d-deterjorament tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni Ewropea kien dovut għal deċiżjoni żbaljata favur żieda fil-kapaċitajiet. F’dan ir-rigward, għandu jissemma l-ewwel li għal ċertu ammont ta’ snin, is-suq tal-fibri tal-ħġieġ kien suq li kien qed jikber u li f’sitwazzjoni ta’ żieda fil-konsum, id-deċiżjoni favur tkabbir tal-kapaċità ta’ ċerti impjanti ma tistax titqies bħala ppjanar tan-negozju mhux raġonevoli. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li fl-intier tagħha, fir-realtà, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (68) ta’ hawn fuq). |
|
(110) |
F’kull każ, ta’ min wieħed jinnota li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tnaqqas l-ispiża tal-materja prima ewlenija għal kull unità minkejja ż-żieda li kien hemm fil-prezzijiet tax-xiri tal-materja prima matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 18
|
||||||||||||||||||||
|
(111) |
L-iżvilupp muri hawn fuq tal-ispejjeż tal-materja prima għal kull unità mmanifatturata tal-fibri tal-ħtieġ kien dovut għal investimenti mmirati għal żieda fl-effiċjenza u l-kompetittività. Fil-fatt, matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni implimentat diversi miżuri għat-tisħiħ u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċessi u l-ispejjeż tal-produzzjoni. |
|
(112) |
Fejn jidħlu l-ispejjeż tax-xogħol, kif diġà ntqal fil-premessi minn (75) sa (77) ta’ hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni naqqset in-numru tal-impjegati tagħha b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-paga medja hija mnaqqsa saħansitra jekk wieħed ma jeskludix l-impatt ta’ kumpensi mdaqqsa għat-terminazzjoni tal-impjieg. |
|
(113) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-argument li jsostni li d-deterjorament fil-qagħda tal-industrija tal-Unjoni fir-realtà kien ikkawżat mill-ispejjeż miżjuda tal-produzzjoni, possibbilment dovuti għal nuqqas ta’ effiċjenza jew spejjeż għoljin tax-xogħol, qed jiġi eliminat. |
3.6. Il-kompetittività tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu kkawżat lilhom infushom minn produtturi Ċiniżi relatati magħhom
|
(114) |
Ġie sostnut li d-dannu aktar ġie kkawżat mill-iskala ta’ produzzjoni u t-teknoloġija moderna applikata mill-esportaturi Ċiniżi milli mid-dumping tal-prodott taħt l-investigazzjoni. Fir-realtà, kollox ma’ kollox, jista’ jintwera li anki l-produtturi tal-Unjoni għandhom produzzjoni fuq skala kbira kif ukoll proċessi avvanzati ta’ produzzjoni. |
|
(115) |
Parti interessata stqarret li jista’ jkun li l-industrija tal-Unjoni kkawżat dannu lilha nnifisha permezz tal-importazzjoni mill-produtturi Ċiniżi relatati magħha. F’dan il-kuntest għandu jiġi nnutat li, kif intqal fil-premessa (58) ta’ hawn fuq, il-volum ta’ tali importazzjonijiet kien limitat ħafna f’relazzjoni kemm mal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u kemm mal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. |
|
(116) |
Għaldaqstant, la n-nuqqas ta’ kompetittività u lanqas l-importazzjoni minn produtturi Ċiniżi relatati ma jistgħu jitqiesu bħala fattur li jikkanċella r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu stabbilit. |
4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(117) |
Bħala konklużjoni, l-analiżi ta’ hawn fuq uriet li tul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjoni ta’ fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ żdiedet sostanzjalment fir-rigward tal-kwantitajiet u kkawżat erożjoni gradwali tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-kwantitajiet miżjuda li daħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, kienu kkaratterizzati minn differenza serja mill-prezzijiet ogħla minnhom tal-industrija tal-Unjoni u b’hekk ma ħallewhiex tgħaddi lill-konsumaturi ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima. Minkejja li għal ċertu perjodu ta’ żmien, l-industrija tal-Unjoni kienet f’pożizzjoni tikkumpensa l-effetti negattivi ta’ din il-pressjoni bi qligħ mill-operat milħuq bis-saħħa tal-effiċjenza, dan ma kienx possibbli iżjed meta l-kriżi ekonomika naqqset sostanzjalment il-livell tad-domanda. |
|
(118) |
Ġew analizzati wkoll fatturi oħra li setgħu jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, instab li l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, l-impatt tal-kriżi ekonomika, l-żvilupp tal-bejgħ l-ieħor magħmul mill-industrija tal-Unjoni, u fatturi oħra, inklużi dawk imsemmija fil-premessi minn (97) sa (116) ta’ hawn fuq, ma jidhrux ta’ tali natura li jħassru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(119) |
Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet kif xieraq bejn il-fatturi kollha magħrufa li jħallu effett fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni u sseparat l-impatt tagħhom mill-effett dannuż tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
F. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(120) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, id-dannu u l-kawżalità, kinux jeżistu raġunijiet kostrinġenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan l-iskop u f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset l-impatt mistenni tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti kif ukoll il-konsegwenzi mistennija fil-każ li ma jittiħdux miżuri. |
|
(121) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil importaturi indipendenti u utenti. Bħala total, intbagħtu 60 kwestjonarju. Eventwalment, żewġ importaturi u 13-il utent ppreżentaw kwestjonarju mwieġeb fil-limiti ta’ żmien stabbiliti. B’żieda ma’ dan, matul il-proċediment, diversi importaturi u utenti esprimew fehmithom permezz ta’ ittri billi oġġezzjonaw għal kwalunkwe miżuri possibbli f’dan il-każ. |
1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(122) |
Kif indikat fil-premessa (56), il-prodott simili kien qed jiġi mmanifatturat minn 11-il produttur fl-Unjoni. It-tmien ilmentaturi kienu jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-produzzjoni tal-Unjoni; tnejn oħra appoġġjaw l-ilment filwaqt li l-11-il kumpanija la appoġġjatu u lanqas opponietu. |
|
(123) |
It-tliet kumpaniji tal-kampjun, li kienu jikkorrispondu għal madwar 60 % tal-produzzjoni tal-Unjoni, kienu jimpjegaw 3 300 persuna direttament involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ u fl-amministrazzjoni tal-prodott simili. Ta’ min wieħed ifakkar li l-indikaturi tad-dannu wrew xejra ġeneralment negattiva u li, b’mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mas-sehem mis-suq u l-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħalma huma l-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment u l-likwidità, kienu affettwati serjament. Partikolarment matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni mill-livell diġà baxx ħafna ta’ 0,3 % niżlet għal – 15,0 % filwaqt li s-sehem tagħha mis-suq naqas b’5,6 punti perċentwali. |
|
(124) |
Jekk ikunu imposti miżuri, huwa mistenni li t-tnaqqis tal-prezzijiet u t-telf tas-sehem mis-suq se jaslu fi tmiemhom u li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni se jibdew jirkupraw u se jaslu biex itejbu b’mod sinifikanti l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(125) |
Min-naħa l-oħra, huwa probabbli li l-qagħda tas-suq u dik finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni se tkompli tiħżien fil-każ li ma jiġux imposti miżuri anti-dumping. F’xenarju bħal dan, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni se titlef aktar mis-sehem mis-suq u mhux se tkun f’pożizzjoni iżjed li timxi mal-prezzijiet tas-suq stabbiliti mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. L-effett ta’ dan x’aktarx ikun aktar tnaqqis fil-produzzjoni u fl-investimenti u l-għeluq ta’ aktar faċilitajiet ta’ produzzjoni fl-Unjoni, u dan jirriżulta fit-telf ta’ammont kbir ta’ impjiegi. |
|
(126) |
Għal din ir-raġuni qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tkun ċarament fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
2. L-interess tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni
|
(127) |
Bħalma ġie indikat hawn fuq, ma ttiħidx kampjun fil-każ tal-importaturi mhux relatati, u żewġ importaturi mhux relatati kkoperaw bis-sħiħ f’din l-investigazzjoni billi ppreżentaw kwestjonarju mwieġeb. Parti żgħira biss mill-fatturat ta’ dawn iż-żewġ importaturi (7 % u 25 % rispettivament) kienet iġġenerata permezz tal-attivitajiet tagħhom b’rabta mal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. It-tnejn opponew l-impożizzjoni eventwali ta’ miżuri anti-dumping billi qiesu li din setgħet twassal għal waqfien tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. |
|
(128) |
Iżda l-importazzjonijiet iddikjarati minn dawn iż-żewġ importaturi rrappreżentaw proporzjon żgħir ħafna mit-total tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-PI (inqas minn 1 %). L-ebda importaturi oħra ma kkoperaw billi ppreżentaw kwestjonarju mwieġeb jew kummenti ssostanzjati. Abbażi ta’ dan, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji mhux se tħalli effetti negattivi fi grad sinifikanti fuq l-interess tal-importaturi tal-UE. |
3. L-interess tal-utenti
|
(129) |
Il-fibri tal-ħġieġ tal-filament li huma suġġetti għal dan il-proċediment qed jintużaw għal għadd kbir ta’ applikazzjonijiet. Intlaħqet koperazzjoni mil-lat tal-gruppi li ġejjin ta’ utenti: nissieġa (kemm ta’ tessuti avvanzati għall-ispeċjalisti u kemm ta’ tessuti aktar standard, pereżempju għat-turbini tar-riħ, it-trasport bil-baħar, l-ajruspazju, u applikazzjonijiet infrastrutturali); produtturi ta’ inforor; manifatturi ta’ materjali komposti użati, fost oħrajn, mill-industrija tal-karozzi; produtturi ta’ prodotti nofshom lesti jew prodotti finali magħmula minn materjali komposti. |
|
(130) |
Il-volumi tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ li jinxtraw mill-utenti li kienu f’koperazzjoni jirrappreżentaw madwar 20 % tal-importazzjonijiet ta’ fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ matul il-PI. Barra minn hekk, l-informazzjoni ppreżentata permezz tal-kwestjonarju turi li l-industrija tal-utenti tal-Unjoni timpjega numru sinifikanti ta’ persuni. Għalkemm f’dan ir-rigward, f’dan l-istadju, ma tressqitx dejta komprensiva u ssostanzjata, wieħed jista’ jikkalkula, b’mod provviżorju, li n-numru ta’ persuni li jaħdmu mal-industrija downstream tal-UE jammonta għal 50 000 – 75 000, abbażi tal-informazzjoni inkluża fir-risposti għall-kwestjonarju. Fuq l-istess bażi, wieħed jista’ jikkalkula li l-impjiegi tat-taqsimiet ta’ dawk il-kumpaniji li jużaw fibri tal-ħġieġ u li matul il-PI użaw fibri tal-ħġieġ miċ-Ċina jammontaw għal madwar 27 000. |
|
(131) |
Il-parti l-kbira tal-utenti li kienu f’koperazzjoni rrappurtaw li jixtru fibri tal-ħġieġ kemm minn sorsi Ċiniżi u kemm minn sorsi oħra, inklużi produtturi Ewropej. Ftit biss minnhom kienu jixtru l-fibri tagħhom tal-ħġieġ esklussivament mir-RPĊ. Dan is-settur fih mhux biss firxa wiesgħa ta’ attivitajiet tal-industrija downstream, iżda d-daqs ta’ dawn il-kumpaniji jista’ wkoll ivarja b’mod sinifikanti – u xi wħud minnhom jiffurmaw parti minn gruppi akbar ta’ kumpaniji li joperaw internazzjonalment filwaqt li oħrajn huma għalkollox indipendenti. |
3.1. L-impatti possibbli tal-miżuri fuq il-profittabbiltà tal-utenti
|
(132) |
Mir-risposti għall-kwestjonarju jidher li l-industrija tal-utenti tal-fibri tal-ħġieġ tinsab fi stat relattivament b’saħħtu. Fil-fatt, il-parti l-kbira tal-utenti koperanti rrappurtaw qligħ mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti tagħhom li fihom il-prodott taħt l-investigazzjoni għall-perjodu kkunsidrat kollu, inkluża l-PI. Madankollu, għadd żgħir ta’ utenti rrappurtaw telf minn din l-attività tul il-PI għalkemm il-qligħ ta’ diversi kumpaniji oħrajn kien tal-livell ta’ bejn 5 % u 10 %. |
|
(133) |
Ġeneralment, l-ispejjeż tax-xiri tal-fibri tal-ħġieġ jirrappreżentaw parti sinifikanti mill-ispejjeż tal-manifattura tal-prodotti tal-industrija tal-utenti. Skont id-dejta rrappurtata, dan il-porzjon jista’ jvarja bejn 10 % u aktar minn 50 %, skont il-prodott immanifatturat minnhom. Għaldaqstant, għal ċerti utenti, żieda fl-ispejjeż tax-xiri tal-fibri tal-ħġieġ miċ-Ċina jista’ jkollha impatt konsiderevoli fuq l-ispejjeż. |
|
(134) |
Skont l-informazzjoni inkluża fir-risposti tal-utenti koperanti għall-kwestjonarju, bħala medja, l-impatt possibbli, fuq il-qligħ, tal-miżuri anti-dumping jista’ jiġi stmat madwar 1 % tal-fatturat ta’ dawk it-taqsimiet tal-kumpaniji utenti li jużaw fibri tal-ħġieġ, iżda inqas minn 0,5 % tal-fatturat tal-kumpaniji b’taqsimiet li jużaw fibri tal-ħġieġ fl-intier tagħhom. Fi kliem ieħor, il-profittabbiltà ta’ taqsima li tuża fibri tal-ħġieġ, u ta’ kumpanija sħiħa, kienet tkun affettwata, bħala medja, b’madwar punt perċentwali u inqas minn nofs punt perċentwali rispettivament. |
|
(135) |
Ta’ min wieħed jinnota però li fil-każijiet ta’ ċerti kumpaniji utenti, l-impatt imsemmi hawn fuq jista’ jkun akbar, sa madwar 5 % tal-fatturat tal-kumpanija. Fid-dawl tal-livelli ta’ qligħ ta’ ċerti utenti u s-sehem tal-fibri tal-ħġieġ mill-ispejjeż tagħhom tal-produzzjoni, ma jistax jiġi eskluż li l-profittabbiltà tagħhom tista’ tkun affettwata minn żieda qawwija fil-prezz tal-fibri tal-ħġieġ sakemm tali żieda ma tkunx tista’ tiġi trasferita lill-klijenti jew kollha kemm hi jew mill-inqas parti kbira minnha. |
|
(136) |
Kollox ma’ kollox, jista’ jiġi konkluż b’mod provviżorju li, filwaqt li jista’ jkun li xi kumpaniji utenti jkunu affettwati aktar mill-impatt possibbli tal-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, l-impatt fuq utenti oħra x’aktarx se jkun wieħed moderat. |
3.2. Nuqqas ta’ interkambjabbiltà
|
(137) |
Ġie sostnut minn diversi utenti li ħafna mill-fibri tal-ħtieġ neċessarji għall-industriji tal-utenti ma jistgħux jinxtraw bil-lest. Minflok, jeħtieġ li l-fornituri jgħaddu minn proċess ta’ kwalifikazzjoni fit-tul u kkumplikat, li jista’ jdum bejn sitt xhur u 12-il xahar, mingħajr garanzija ta’ suċċess. Għaldaqstant, li wieħed ibiddel fornitur bil-għan li jevita l-ħlas ta’ dazji anti-dumping kien ikun kostuż, impossibbli fuq medda qasira ta’ żmien, u riskjuż mill-aspett teknoloġiku. |
|
(138) |
F’dan ir-rigward, huwa rrikonoxxut li f’applikazzjonijiet partikolari, il-karatteristiċi tal-prodott taħt l-investigazzjoni jista’ jkun li jwasslu għal proċess ta’ kwalifikazzjoni fit-tul li jinkludi t-testjar. Madankollu, fid-dawl anki tal-kummenti li waslu mingħand diversi utenti, jidher li fil-parti l-kbira tal-każijiet huma disponibbli sorsi multipli. Ta’ min wieħed jiftakar li l-miżuri anti-dumping mhumiex intiżi biex iċaħħdu ċerti fornituri mill-aċċess għas-suq tal-Unjoni ladarba kwalunkwe miżura hija maħsuba biss sabiex treġġa’ lura l-kummerċ ġust u biex tikkorieġi sitwazzjoni ta’ tagħwiġ li hemm fis-suq. |
|
(139) |
Għaldaqstant, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq il-fibri tal-ħġieġ miċ-Ċina x’aktarx mhux se tirriżulta ħlief f’waqfien temporanju tal-provvista ta’ materjal mhux maħdum lill-industrija tal-utenti. |
3.3. Nuqqas ta’ possibbiltà li wieħed jgħaddi lill-konsumatur iż-żidiet fil-prezzijiet u żieda fil-kompetizzjoni minn prodotti downstream minn pajjiżi mhux membri tal-UE
|
(140) |
Diversi utenti ressqu l-kumment li ma kinux ikunu f’pożizzjoni jgħaddu lill-konsumaturi tal-prodotti tagħhom iż-żidiet fil-prezzijiet tal-fibri tal-ħġieġ. Dawn l-utenti semmew li kien hemm kompetizzjoni ħarxa fis-swieq tal-prodotti tagħhom u li l-klijenti tagħhom kienu jibdlu l-fornitur faċilment kieku huma jżidu l-prezzijiet. |
|
(141) |
Minħabba d-diversità tal-kumpaniji tal-utenti huwa diffiċli biex wieħed jivvaluta b’mod ġenerali l-possibbiltà tal-utenti li jgħaddu lill-klijenti tagħhom żidiet potenzjali fil-prezzijiet tax-xiri. Madankollu, abbażi tad-dejta inkluża fir-risposti tal-utenti għall-kwestjonarju, wieħed jista’ jassumi li anki fil-każ li ċertu utent individwali ma jkunx jista’ jgħaddi lill-klijenti porzjon kbir miż-żieda fil-prezzijiet tax-xiri li jkun ġarrab hu, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dan se jaffettwa l-fatturat u l-profittabbiltà tiegħu b’mod limitat biss. |
|
(142) |
Fejn tidħol il-kompetizzjoni, diversi utenti esprimew ukoll it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping kienet se twassal għal żieda fil-kompetizzjoni fis-suq downstream mingħand il-fornituri mill-pajjiżi mhux membri tal-UE peress li l-prodotti downstream ma jkunu suġġetti għall-ebda miżuri protettivi, u l-bidla fl-importazzjonijiet mir-RPĊ mill-fibri tal-ħġieġ għal prodotti downstream bħalma huma l-materjali komposti, it-tessuti u l-paletti komposti għat-turbini tar-riħ. Fil-fatt, fejn tidħol ir-RPĊ, tressaq il-kumment li kien hemm diġà kompetizzjoni mir-RPĊ f’ħafna minn dawn is-swieq u li kien loġikament mistenni li l-kompetizzjoni se tiżdied bis-saħħa tal-impożizzjoni ta’ miżuri kontra l-fibri tal-ħġieġ. B’hekk, skont l-argument imqajjem, l-industrija tal-utenti mhux biss ikollha tħallas prezzijiet ogħla għall-fibri tagħha tal-ħġieġ, iżda jkollha tiffaċċja wkoll żieda fil-kompetizzjoni. Skont l-istess argument, f’ambjent kummerċjali bħal dan, ma kienx ikun possibbli li wieħed jgħaddi lill-konsumaturi parti sinifikanti minn kwalunkwe żieda fil-prezzijiet. |
|
(143) |
F’dan ir-rigward, ta’ min wieħed jinnota li l-fatt li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tista’ twassal għal aktar kompetizzjoni ma jistax jitqies bħala raġuni kontra l-impożizzjoni ta’ tali miżuri, jekk ikunu ġustifikati. L-industrija Ewropea tal-utenti tal-fibri tal-ħġieġ tgawdi mill-istess drittijiet bħall-industrija tal-manifattura tal-fibri tal-ħġieġ u għandha kull dritt tirrikorri għal-liġi tal-kummerċ tal-UE u titlob investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-prodotti tagħha jekk ikollha interess ġuridiku u tkun f’pożizzjoni tippreżenta evidenza prima facie dwar dumping dannuż. |
|
(144) |
Għaldaqstant, l-argument ta’ hawn fuq dwar żieda potenzjali fil-kompetizzjoni minn prodotti downstream minn pajjiżi mhux membri tal-UE ma jistax jiġġustifika nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping. |
3.4. Nuqqas ta’ provvisti
|
(145) |
Diversi utenti ppreżentaw l-argument li wara l-PI, kien hemm diġà nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni u li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping kieku taggrava s-sitwazzjoni peress li kienet twassal għal tnaqqis fl-importazzjonijiet mir-RPĊ filwaqt li dawn l-importazzjonijiet huma meħtieġa fid-dawl dad-domanda qawwija u dejjem tikber. |
|
(146) |
L-ilmentaturi għarfu li kien hemm ċerta diffikultà biex wieħed isib provvisti ta’ ċerti gruppi ta’ prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni, iżda huma qisuha temporanja u dovuta għal nuqqas ta’ ħażniet b’riżultat tal-irkupru tas-suq wara l-kriżi ekonomika. Ippreżentaw ukoll l-argument li, kieku jerġgħu jmorru lura għal-livelli b’saħħithom ta’ profittabbiltà, kieku l-industrija tal-Unjoni tkun f’pożizzjoni tiffaċċja ż-żieda mbassra fid-domanda mil-lat tal-industriji downstream tal-UE, b’mod partikolari bl-użu tal-kapaċitajiet mhux utilizzati tagħha, li jistgħu jerġgħu jibdew jiġu utilizzati faċilment, ta’ aktar titjib fit-teknoloġija u ta’ bini mill-ġdid ta’ kalkari. |
|
(147) |
F’dan ir-rigward, ta’ min wieħed l-ewwel jinnota li l-għan tal-miżuri anti-dumping huwa li jinstab rimedju għall-prattiki inġusti tal-kummerċ li jħallu effett dannuż fuq l-industrija tal-Unjoni kif ukoll li tiġi stabbilita mill-ġdid sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-UE, biex ma tkunx imfixkla l-importazzjoni. Għaldaqstant, minkejja li huwa probabbli ħafna li l-livelli tal-prezzijiet fl-UE tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ se jiżdiedu wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, il-miżuri kif proposti mhumiex tali li se jagħlqu s-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ, u b’hekk se jippermettu l-preżenza kontinwa tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ għas-suq tal-Unjoni. |
|
(148) |
Fejn tidħol il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tissupplimenta kwalunkwe nuqqas potenzjali ta’ provvisti ta’ fibri tal-ħġieġ Ċiniżi, ta’ min wieħed jinnota li l-livell attwali tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni jidher li jiżgura li tista’ tintlaħaq bis-sħiħ id-domanda kollha li hawn fis-suq. Fil-fatt, teoretikament, saħansitra l-ammont totali tal-116 413-il tunnellata ta’ importazzjonijiet ta’ fibri tal-ħġieġ miċ-Ċina li ġew rrekordjati matul il-PI jista’ jiġi ssupplimentat mill-kapaċitajiet mhux utilizzati tal-industrija tal-Unjoni, li ġew stmati li kważi kienu jammontaw għal 200 000 matul il-PI. |
|
(149) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jista’ jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-kwistjoni ta’ nuqqas potenzjali ta’ provvisti tista’ tkun indirizzata permezz ta’ utilizzazzjoni estiża tal-kapaċitajiet tal-industrija tal-Unjoni, permezz ta’ importazzjonijiet oħra kif ukoll permezz ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ li mhumiex l-oġġett ta’ dumping. |
4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(150) |
Bħala konklużjoni, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat li huma l-oġġett ta’ dumping tipprovdi opportunità lill-industrija tal-Unjoni li ttejjeb il-qagħda tagħha permezz ta’ żieda fil-volumi tal-bejgħ, fil-prezzijiet tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq. Filwaqt li jistgħu jseħħu ċerti effetti negattivi f’għamla ta’ żieda fl-ispejjeż ta’ ċerti utenti, dawn x’aktarx ikunu ssuperati mill-benefiċċji mistennija għall-produtturi u għall-fornituri tagħhom. |
|
(151) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li kollox ma’ kollox, ma jeżistux raġunijiet kostrinġenti biex ma jiġux imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. Madankollu, din il-valutazzjoni preliminari jista’ jkun li titlob analiżi ulterjuri bir-reqqa wara li jitressqu kummenti mill-partijiet interessati. |
G. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI
|
(152) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, u tal-interess tal-Unjoni, ikun xieraq li jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, bil-għan li jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
1. Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu
|
(153) |
Il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti biex jeliminaw id-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni minn dawn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabeż il-marġni tad-dumping misjub. Fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont ta’ dazju meħtieġ għat-tneħħija tal-effetti tad-dumping dannuż, jitqies li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tagħha ta’ produzzjoni u, b’mod ġenerali, tikseb tali qligħ ta’ qabel it-taxxa li jista’ jintlaħaq raġonevolment f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(154) |
L-industrija tal-Unjoni sostniet li biex ikun iddeterminat il-livell suffiċjenti għal-eliminazzjoni tad-dannu, għandha tintuża mira ta’ qligħ minn 12 % sa 15 %. Madankollu, l-evidenza pprovduta sa issa ma turix b'konvinzjoni li dan il-livell ta’ qligħ huwa l-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata attività kummerċjali vijabbli tal-industrija tal-Unjoni f’dan is-settur ta’ negozju. Fin-nuqqas ta' evidenza soda li ssostni livell ogħla ta' mira ta' qligħ, ġie provviżorjament meqjus li mira ta’ qligħ ta’ 5 % tidher xierqa għad-determinazzjoni tal-livell li jippermetti l-eliminazzjoni tad-dannu. |
|
(155) |
Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-prezz mhux dannuż ġie stabbilit billi tnaqqas il-marġni ta’ qligħ attwali mill-prezz ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika u mal-prezz li ġie kkalkolat biex ma jsirx telf żdiedet il-mira ta’ marġni ta’ qligħ imsemmija hawn fuq. |
|
(156) |
Bħala riżultat, ġew stabbiliti, b’mod provviżorju, il-livelli ta’ eliminazzjoni tad-dannu li ġejjin:
|
2. Miżuri provviżorji
|
(157) |
Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ’il fuq u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, jitqies li gћandu jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ fil-livell tal-marġni ta’ dumping jew tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu misjub, skont liema wieħed minn dawn tal-aħħar ikun l-aktar baxx, jiġifieri skont ir-regola tal-inqas dazju, u dan fil-każijiet kollha jikkorrispondi għall-marġni ta’ dumping. |
|
(158) |
Minħabba r-rata għolja ħafna ta’ koperazzjoni fost il-produtturi esportaturi Ċiniżi, ir-rata provviżorja ta’ dazju għall-produtturi esportaturi li kkoperaw u ma ngħatawx trattament jew eżami individwali u għal kwalunkwe produtturi esportaturi li ma kkoperawx hija l-istess. Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati ta’ dazju proposti huma: |
|
Kumpanija |
Dazju provviżorju |
|
New Changhai Group |
8,5 % |
|
Kumpaniji oħra li kkoperaw |
43,6 % |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
43,6 % |
|
(159) |
Ir-rati ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji individwali li huma speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għaldaqstant, jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Għal din ir-raġuni, dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiż kollu applikabbli għall-“bqija tal-kumpaniji”) huma applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u huma mmanifatturati minn dawn il-kumpaniji, u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Prodotti impurtati li ġew immanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament, fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“bqija tal-kumpaniji”. |
|
(160) |
Kull talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping intiżi għall-kumpaniji individwali (pereżempju wara tibdil f’isem l-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew ta’ bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (3), bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u mal-bejgħ domestiku u dak maħsub għall-esportazzjoni li jkunu marbuta, pereżempju, ma’ bidla fl-isem jew fl-entitajiet ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali. |
|
(161) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju anti-dumping, il-livell ta’ dazju għall-bqija tal-kumpaniji m’għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kinux iwettqu esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI. |
H. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(162) |
Fl-interess tal-amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż tal-ftuħ jistgħu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub jew jitolbu seduta ta’ smigħ. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ dazji gћall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun hemm bżonn li jitqiesu mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe miżura definittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ swiegel tal-fibra tal-ħġieġ imqattgħa, ta’ tul ta’ mhux aktar minn 50 mm; fibri mibruma tal-ħġieġ minbarra fibri mibruma tal-ħġieġ li huma miksija u mdakkra u għandhom telf tat-tkebbis ta' aktar minn 3 % (kif determinat mill-ISO Standard 1887); ħjut ta’ fibra tal-ħġieġ tal-filament, minbarra ħjut li huma miksija u mdakkra u għandhom telf tat-tkebbis ta' aktar minn 3 % (kif determinat mill-ISO Standard 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ, minbarra twapet tas-suf tal-ħġieġ li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00 , 7019 12 00 , 7019 19 10 u ex 7019 31 00 (kodiċijiet TARIC 7019 31 00 29, 7019 12 00 21, 7019 12 00 22, 7019 12 00 23, 7019 12 00 24, 7019 12 00 39, 7019 19 10 61, 7019 19 10 62, 7019 19 10 63, 7019 19 10 64, 7019 19 10 65, 7019 19 10 66, 7019 19 10 79 u 7019 31 00 99) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata ta’ dazju anti-dumping provviżorja applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd. u Jiangsu Changzhaiz Composite Materials Holding Co., Ltd., Tangqiao, Yaoguan Town, Changzhou City, Jiangsu |
8,5 |
A983 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
43,6 |
A999 |
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, fl-Unjoni, tal-prodott li saret referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għall-provvediment ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tad-dettalji li hemm wara l-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni, sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51
(2) ĠU C 307, 17.12.2009, p. 39.
(*1) indiċjati
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ |
|
Id-Direttorat H |
|
Uffiċċju Nerv - 105 |
|
B-1049 Brussell |
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/59 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 813/2010
tal-15 ta’ Settembru 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Settembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
65,0 |
|
XS |
64,0 |
|
|
ZZ |
64,5 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
57,0 |
|
TR |
145,1 |
|
|
ZZ |
101,1 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
124,1 |
|
ZZ |
124,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
142,9 |
|
CL |
133,5 |
|
|
IL |
141,4 |
|
|
TR |
142,5 |
|
|
UY |
99,8 |
|
|
ZA |
107,5 |
|
|
ZZ |
127,9 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
148,1 |
|
IL |
122,3 |
|
|
TR |
117,5 |
|
|
ZA |
92,1 |
|
|
ZZ |
120,0 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
67,5 |
|
BR |
71,9 |
|
|
CL |
125,7 |
|
|
CN |
64,8 |
|
|
NZ |
94,1 |
|
|
US |
87,4 |
|
|
ZA |
90,6 |
|
|
ZZ |
86,0 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
157,6 |
|
CL |
150,5 |
|
|
CN |
86,4 |
|
|
ZA |
78,8 |
|
|
ZZ |
118,3 |
|
|
0809 30 |
TR |
148,1 |
|
ZZ |
148,1 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
56,9 |
|
IL |
165,3 |
|
|
ZZ |
111,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/61 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 814/2010
tal-15 ta’ Settembru 2010
li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Settembru 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Settembru 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mis-16 ta’ Settembru 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Settembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS I
Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Settembru 2010
|
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju tal-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 00 00 |
SEGALA |
7,00 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
0,00 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
0,00 |
|
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
7,00 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
|
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed, |
|
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
31.8.2010-14.9.2010
|
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/64 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 815/2010
tal-15 ta’ Settembru 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2010 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Settembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-16 ta’ Settembru 2010
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
56,73 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
56,73 |
0,00 |
|
1701 12 10 (1) |
56,73 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
56,73 |
0,00 |
|
1701 91 00 (2) |
49,77 |
2,54 |
|
1701 99 10 (2) |
49,77 |
0,00 |
|
1701 99 90 (2) |
49,77 |
0,00 |
|
1702 90 95 (3) |
0,50 |
0,22 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/66 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Lulju 2009
dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità, tal-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea
(2010/491/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 62(2)(a) u l-Artikolu 66 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 21(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1) jipprevedi li pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen jipparteċipaw f’dik l-Aġenzija. Il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom għandhom ikunu speċifikati f’arraġamenti ulterjuri li ser jiġi konklużi bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi. |
|
(2) |
Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Marzu 2008, ġew konklużi n-negozjati mal-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein għal Arranġament dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, l-Arranġament inizjalat fid-19 ta’ Jannar 2009 għandu jiġi ffirmat u jiġu approvati d-Dikjarazzjonijiet Konġunti mehmuża. |
|
(4) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Billi din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen skont id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 5 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jekk hijiex sejra timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). L-Irlanda għaldaqstant mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti mehmuża huma b’dan approvati f’isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tal-Arranġament.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw l-Arranġament f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT
(1) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
Rettifika
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/68 |
Rettifika għad-Direttiva 2010/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sigurezza ta’ organi umani maħsuba għal trapjanti
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 207 tas-6 ta’ Awwissu 2010 )
Fil-qoxra, fit-titolu:
minflok:
“Direttiva 2010/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 …”;
aqra:
“Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 …”.
F’paġna 14, fit-titolu tad-Direttiva:
minflok:
“DIRETTIVA 2010/45/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2010 …”;
aqra:
“DIRETTIVA 2010/53/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2010 …”.