ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.238.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 238

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
9 ta' Settembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/482/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha

1

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 793/2010 tat-8 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 794/2010 tat-8 ta’ Settembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/62/UE tat-8 ta’ Settembru 2010 li temenda, għall-għan tal-adattament tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom, id-Direttivi tal-Kunsill 80/720/KEE u 86/297/KEE u d-Direttivi 2003/37/KE, 2009/60/KE u 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija ( 1 )

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/483/UE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/5 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti (BĊE/2010/8)

14

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Lulju 2010

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha

(2010/482/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (d) tal-Artikolu 82(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 87(2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218 (6),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill awtorizza lill-Presidenza, assistita mill-Kummissjoni, biex tiftaħ negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod parikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha (minn issa “il-Ftehim”).

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1023/ĠAI tal-21 ta’ Settembru 2009 (1) l-Ftehim kien iffirmat fit-30 ta’ Novembru 2009, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 8 tal-Ftehim, xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu jiġu applikati fuq bażi proviżorja, mid-data tal-firma.

(4)

Il-Ftehim għadu ma ġiex konkluż. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-Unjoni sabiex jiġi konkluż il-Ftehim huma rregolati bl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(6)

[F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju tal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri innotifikaw ix-xewqa tagħhom illi jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.]

(7)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjin fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha (2) (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar lill-persuna(i) li jkollha s-setgħa li tiddepożita, f’isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim sabiex torbot lill-Unjoni (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjail tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)   ĠU L 353, 31.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 353, 31.12.2009, p. 3.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tkun pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

9.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 793/2010

tat-8 ta’ Settembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

48,2

XS

50,2

ZZ

49,2

0707 00 05

MK

41,0

TR

154,7

ZZ

97,9

0709 90 70

TR

114,7

ZZ

114,7

0805 50 10

AR

143,3

BR

122,7

CL

134,8

IL

141,4

TR

150,9

UY

77,2

ZA

120,6

ZZ

127,3

0806 10 10

EG

160,9

TR

107,8

US

179,8

ZA

152,0

ZZ

150,1

0808 10 80

AR

109,7

BR

67,1

CL

98,7

CN

57,6

NZ

104,5

US

86,6

ZA

85,0

ZZ

87,0

0808 20 50

AR

80,1

CL

150,5

TR

128,9

ZA

80,0

ZZ

109,9

0809 30

AR

55,2

TR

162,3

ZZ

108,8

0809 40 05

BA

52,6

IL

164,0

XS

52,3

ZZ

89,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


9.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 794/2010

tat-8 ta’ Settembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 789/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)   ĠU L 236, 7.9.2010, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-9 ta’ Settembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

49,36

0,00

1701 11 90  (1)

49,36

0,10

1701 12 10  (1)

49,36

0,00

1701 12 90  (1)

49,36

0,00

1701 91 00  (2)

47,61

3,19

1701 99 10  (2)

47,61

0,05

1701 99 90  (2)

47,61

0,05

1702 90 95  (3)

0,48

0,23


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

9.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/7


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/62/UE

tat-8 ta’ Settembru 2010

li temenda, għall-għan tal-adattament tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom, id-Direttivi tal-Kunsill 80/720/KEE u 86/297/KEE u d-Direttivi 2003/37/KE, 2009/60/KE u 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, it-trejlers tagħhom u makkinarju interskambjabbli tal-irmonk, flimkien mas-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet separati tekniċi u li tħassar id-Direttiva 74/150/KEE (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 19(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-progress tekniku jippermetti t il-kompletament tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha għat-tratturi tal-kategorija T4.3 (tratturi baxxi), kif iddefinit fid-Direttiva 2003/37/KE. Għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE tal-24 ta' Ġunju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mal-ispazju operattiv, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewwieq u l-bibien u t-twieqi tat-tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija bir-roti (2), id-Direttiva 2003/37/KE, id-Direttiva 2009/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (3) u d-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (4) għandhom jiġu emendati biex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tat-tratturi baxxi.

(2)

Sabiex isir progress fit-kompletament tas-suq intern u sabiex jinkisbu livelli ogħla ta' sikurezza fuq ix-xogħol, ir-rekwiżiti għall-power take-offs ta' quddiem għall-kategoriji kollha tat-tratturi koperti mid-Direttiva 2003/37/KE għandhom jiġu inklużi fid-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mal-power take-offs tat-tratturi agrikoli u forestali bir-roti u l-protezzjoni tagħhom (5).

(3)

Iż-żoni ta' spazji ħielsa rikjesti u d-dimensjonijiet tal-irpar protettiv tal-power take-off stabbiliti fid-Direttiva 86/297/KEE għandhom jiġu emendati biex tinkiseb armonizzazzjoni mal-pajjiżi kollha tad-dinja li tiffaċilita l-kompetittività globali tal-produtturi tal-Unjoni.

(4)

ISO 500-1:2004 flimkien mal-Corrigendum Tekniku 1:2005, ISO 500-2:2004, u ISO 8759-1:1998 fihom rekwiżiti rikonoxxuti globalment għall-power take-offs tat-tratturi kollha koperti bid-Direttiva 2003/37/KE. Huwa għalhekk xieraq li ssir referenza għal dawn l-istandards ISO fid-Direttiva 86/297/KEE.

(5)

Id-Direttiva 2003/37/KE għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-applikazzjoni tad-Direttiva 86/297/KEE għall-kategorija tat-tratturi T5. Bl-istess mod, id-Direttiva 2003/37/KE għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/60/KE u d-Direttiva 80/720/KEE għat-tratturi tal-kategorija T4.3.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/37/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 80/720/KEE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, ‘trattur’ tfisser trattur kif iddefinit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-kategoriji ta' tratturi li japplikaw huma dawk iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kategoriji ta' tratturi T1, T2, T3 u T4 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal tratturi tal-kategorija T4.3 fejn il-punt tal-indiċi tas-sit tas-sewwieq, kif misjub fl-Anness II tad-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) huwa aktar minn 100 mm mill-wiċċ lonġitudinali medjan tat-trattur.

(*1)   ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1."

(*2)   ĠU L 27, 30.1.2010, p 33.” "

2.

L-Annessi I u II huma sostitwiti bit-test fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/297/KEE hija emendata kif ġej:

1.

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-power take-offs tat-tratturi u l-protezzjoni tagħhom”

2.

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, ‘trattur’ tfisser trattur kif iddefinit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3)

2.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-kategoriji tat-tratturi huma dawk iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

(*3)   ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.” "

3.

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE huwa emendat skont l-Anness III ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Id-Direttiva 2009/60/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan l-ġej:

“Artikolu 1

1.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, ‘trattur’ tfisser trattur kif iddefinit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE.

2.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-kategoriji tat-trattur huma dawk iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

3.   Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi mgħammra b'tajers tal-arja u li għandhom veloċità massima skont id-disinn ta' mhux aktar minn 40 km/h.”

2.

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness IV ta' din id-Direttiva.

Artikolu 5

Id-Direttiva 2009/144/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, ‘trattur’ tfisser trattur kif iddefinit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE.

2.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-kategoriji ta' tratturi huma dawk iddefiniti fl-Anness II, tad-Direttiva 2003/37/KE.

3.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal tratturi tal-kategoriji T1, T2, T3 u T4.”

2.

L-Anness II huwa emendata skont l-Anness V ta' din id-Direttiva.

Artikolu 6

1.   Għall-kategoriji T1, T2 u T3 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) ta' din id-Direttiva għal tipi ġodda ta' vetturi mid-29 ta’ Settembru 2011 u għal vetturi ġodda mid-29 ta’ Settembru 2012.

2.   Għall-kategorija T4.3 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) ta' din id-Direttiva għal tipi ġodda ta' vetturi mid-29 ta’ Settembru 2013 u għall-vetturi ġodda mid-29 ta’ Settembru 2016.

3.   Għall-kategoriji T4.1, T4.2, T5, C, R u S kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) ta' din id-Direttiva għal tipi ġodda ta' vetturi u għal vetturi ġodda mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 7

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mid-29 ta’ Settembru 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom ir-referenza msemmija waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

(2)   ĠU L 194, 28.7.1980, p. 1.

(3)   ĠU L 198, 30.7.2009, p. 15.

(4)   ĠU L 27, 30.1.2010, p 33.

(5)   ĠU L 186, 8.7.1986, p. 19.


ANNESS I

Il-punt I.2 tal-Anness I tad-Direttiva 80/720/KEE jinbidel b'dan li ġej:

“I.2.

Għat-tratturi kollha għajr għal tratturi dojoq li għandhom ċinġa wiesgħa ≤ 1 150 mm u tratturi li huma fil-kategorija T4.3, il-wisa' tal-ispazju operattiv għandha tkun tal-anqas 900 mm, minn 400 sa 900 mm 'il fuq mill-punt ta' referenza u fuq tul ta' 450 mm il quddiem minn dan il-punt (ara l-Figuri 1 u 3).

Għal tratturi tal-kategorija T4.3, l-ispazju operattiv irid ikollu, fuq iż-żona li testendi għal 450 mm quddiem il-punt ta' referenza, għoli ta' 400 mm 'il fuq mill-punt ta' referenza, wisa' totali ta' mill-inqas 700 mm, u fuq għoli ta' 900 mm 'il fuq mill-punt ta' referenza, wisa' totali ta' mill-inqas 600 mm.”


ANNESS II

“ANNESS I

Dispożizzjonijiet ġenerali u rekwiżiti għall-power take-offs

1.   Definizzjoni u ambitu

1.1.    ‘Power take-off’ (PTO) tfisser xaft barrani tat-trattur li jipprovdi forza rotattiva lill-implimenti.

1.2.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw biss għal power take-offs kif ddefiniti f'1.1. u li jinsabu fuq in-naħa ta' wara jew ta' quddiem tat-trattur.

2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE

2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' tip ta' trattur f'dak li għandu x'jaqsam mal-power take-off' u l-protezzjoni tiegħu trid tiġi ppreżentata mill-fabbrikant tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, bl-użu tad-dokument ta' informazzjoni, li mudell tiegħu jidher fl-Anness II parti 1.

2.2.   Għandha tkun flimkien mad-disinni, fi tliet kopji, fi skala adatatta u ddettaljata b'mod xieraq, ta' dawk il-partijiet tat-trattur li huma suġġetti għall-kundizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2.3.   Trattur rappreżentattiv tat-tip ippreżentat għall-approvazzjoni jew dik/dawk il-parti/ijiet tat-trattur li huma kkunsidrati bħala essenzjali għat-twettiq tal-verifiki mitluba minn din id-Direttiva jridu jiġu pprovduti lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip.

3.   Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE

Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Annes II Parti 2 irid jimtela għal kull approvazzjoni mogħtija jew miċħuda.

4.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Meta tratturi jkunu mgħammra bil-power take-offs, dawn iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.

Għall-fini ta' din id-Direttiva, l-istandards imsemmija fit-taqsimiet 4.1 u 4.2 japplikaw.

4.1.   Dispożizzjonijiet għal power take-offs ta' wara

L-ispeċifikazzjonijiet tal-ISO 500-1:2004 flimkien mal-Corrigendum Tekniku 1:2005 u l-ISO 500-2:2004 japplikaw għal tratturi li għandhom power take-offs ta' wara skont it-Tabella 1.

Tabella 1

Applikazzjoni ta' standards għal power take-offs tal-kategoriji differenti ta' tratturi

Standard applikabbli

T1

C1

T2

C2

T3

C3

T4.1

C4.1

T4.2

C4.2

T4.3

C4.3

T5

C5

ISO 500-1:2004 (*1)  (*3)

X

--

X1)

X1)

X1)

X

X1)

ISO 500-2:2004 (*2)

--

X

X2)

X2)

X2)

--

X2)

X

L-istandard applikabbli

--

Standard mhux applikabbli

X1)

Standard applikabbli għal tratturi li għandhom ċinga wiesgħa aktar minn 1 150 mm.

X2)

Standard applikabbli għal tratturi li għandhom ċinga wiesgħa 1 150 mm jew inqas

4.2.   Dispożizzjonijiet għal power take-offs ta' quddiem

L-ispeċifikazzjonijiet tal-ISO 8759-1:1998 japplikaw għal tratturi b'power take-offs fuq quddiem skont it-Tabella 2.

Tabella 2

Applikazzjoni ta' standards għal power take-offs ta' quddiem tal-kategoriji differenti ta' tratturi

Standard applikabbli

T1

C1

T2

C2

T3

C3

T4.1

C4.1

T4.2

C4.2

T4.3

C4.3

T5

C5

ISO 8759-1:1998

X

X

X3)

X4)

X

X4)

X

X

Standard applikabbli

X3)

Standard applikabbli meta t-trattur ikun mgħammar b'power take-offs kif speċifikat f'dan l-istandard

X4)

Standard applikabbli, għajr għall-klawżola 4.2.

“ANNESS II

Parti 1

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI Nru […]

skont l-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip KE tat-tratturi għal dak li huwa marbut mal-power take-offs tat-tratturi

It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi werrej.

Kull disinn għandu jiġi pprovdut fl-iskala xierqa u f'dettall biżżejjed f'format A4. Jekk ikun hemm xi ritratti għandu jkun fihom dettalji suffiċjenti.

0.   ĠENERALI

0.1.

Għamla(iet) (trade-mark irreġistrata mill-manifattur):

0.2.

Tip (speċifika xi varjanti u verżjonijiet):

0.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura:

0.3.1.

Il-pjanċa tal-manifattur (fejn tinsab u metodu ta' twaħħil):

0.4.

Kategorija ta' vettura (1):

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:

0.8.

Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ mmuntar:

4.12.

Power take-offs (dawriet kull minuta u l-proporzjon ta' din iċ-ċifra ma' dik tal-magna) (numru, tip u pożizzjoni):

4.12.1.

power take-off(s) ewlenin:

4.12.2.

oħrajn:

4.12.3.

Power take-off guard(s) (deskrizzjoni, daqsijiet, disinji, ritratti):

Parti 2

DOKUMENTAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

MUDELL

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

Timbru tal-amministrazzjoni

Komunikazzjoni dwar:

l-approvazzjoni tat-tip (2)

l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip (2)

iċ-ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip (2)

l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip (2)

ta’ tip ta’ trattur fir-rigward tad-Direttiva 86/297/KEE,

Numru tal-approvazzjoni tat-tip: …

Raġuni għall-estensjoni: …

Taqsima I

0.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.

It-tip ta' trattur:

0.3.

Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip tat-trattur jekk ikun immarkati fuq it-trattur (3):

0.3.1.

Fejn jinsab dan l-immarkar:

0.4.

Il-Kategorija ta' vettura (4):

0.5.

L-Isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8.

Isem(Ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) ta' mmuntar:

Taqsima II

1.

Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Addendum.

2.

Servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3.

Data tar-rapport tat-test:

4.

Numru tar-rapport tat-test:

5.

Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum.

6.

Post:

7.

Data:

8.

Firma:

9.

Qed jiġi mehmuż l-indiċi tal-pakkett ta' informazzjoni ddepożitat mal-awtorità ta' approvazzjoni, li tista' tintalab kopja tiegħu.

(*1)  Fl-istandard ISO 500-1:2004, l-aħħar sentenza fit-taqsima 6.2 mhix applikabbli.

(*2)  Għall-fini ta' din id-Direttiva, dan l-istandard japplika wkoll għal tratturi li għandhom power take-off li għandu forza li taqbeż 20 kW, imkejla skont l-ISO 789-1:1990.

(*3)  Għall-power take-offs tat-tielet tip (3) u meta hu possibbli li jitnaqqas id-daqs tal-fetħa tal-irpar protettiv biex tiġi adattata għall-elementi ta' ingranaġġ li jkunu se jintużaw, il-ktejjeb tal-utent irid ikun fih l-elementi li ġejjin:

twissija tal-konsegwenzi u r-riskji kkawżati mid-daqs imnaqqas tal-irpar protettiv;

istruzzjonijiet u twissijiet speċifiċi għall-ingranar u r-rilaxx tal-power take-offs;

istruzzjonijiet u twissijiet speċifiċi għall-użu ta' għodda jew magni ingranati mal-power take-off ta' wara.

(1)  Kif iddefinit fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.

(2)  Ħassar fejn ma japplikax.

(3)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi ta' trattur koperti minn dan iċ-ċertikifat ta' approvazzjoni tat-tip dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu ‘?’ (jiġifieri ABC?123?).

(4)  Kif iddefinit fl-Anness II tad-Direttiva 2003/37/KE.


ANNESS III

L-Anness II għad-Direttiva 2003/37/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fil- Kapitolu B, Parti I, fil-Lista tad-direttivi separati, fil-linja 18.1, kolonna T5, il-figura “(X)” tinbidel bil-figura “X”;

2.

Fil- Kapitolu B, Appendiċi 1, il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)

fil-linja 2.2., fil-kolonna T4.3, il-figura “(X)” tinbidel bil-figura “X”;

(b)

fil-linja 17.1., fil-kolonna T4.3, il-figura “(X)” tinbidel bil-figura “X”.


ANNESS IV

Fid-Direttiva 2009/60/KE, fl-Anness I, fil-punt 2.2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ ta' tratturi tal-kategorija T4.3, it-tul tal-pjattaforma ma għandhiex taqbeż darbtejn u nofs il-wisa' massima ta' quddiem jew ta' wara tat-trattur, skont liema minnhom hija l-usa'.”


ANNESS V

L-Anness II tad-Direttiva 2009/144/KE huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Punt 2.3.2.11. jinbidel b'dan li ġej:

“2.3.2.11.

Tratturi biċ-ċinga dejqa u tratturi tal-kategorija T4.3.”;

2.

Il-Punt 2.3.2.11.1. jinbidel b'dan li ġej:

“2.3.2.11.1.

Fil-każ ta' tratturi biċ-ċingi dojoq kif iddefinit fit-tieni inċiż tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE (*1) u t-tratturi tal-kategorija T4.3 kif iddefinit fl-Anness II, Kapitolu B, Appendiċi 1, Parti I, tad-Direttiva 2003/37/KE r-rekwiżiti tal-punt 2.3.2.9 ma għandhomx japplikaw għaż-żona li tinsab taħt wiċċ inklinat fuq angolu ta' 45° lejn in-naħa ta' wara u trasversali mad-direzzjoni ta' moviment, u li jgħaddi minn punt li jinsab 230 mm wara l-punt tal-indiċi tas-sit (ara Figura 7). Jekk ikun hemm xi punti ta' periklu f’din iż-żona, jridu jitwaħħlu twissijiet korrispondenti mat-trattur.

(*1)   ĠU L 220, 8.8.1987, p. 1.” "


(*1)   ĠU L 220, 8.8.1987, p. 1.” ”


DEĊIŻJONIJIET

9.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/14


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta’ Lulju 2010

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/5 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti

(BĊE/2010/8)

(2010/483/UE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 11.6 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u partikolarment l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Il-limiti għall-proċeduri ta’ sejħiet pubbliċi għall-offerti stabbiliti fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2) inbidlu bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 117/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjoni tagħhom għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti (3). Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għalkemm mhux suġġett għal Direttiva 2004/18/KE, għandu l-ħsieb li japplika l-istess limiti għall-proċeduri tiegħu għal sejħiet pubbliċi għall-offerti.

(2)

Il-kuntratti għal riċerka u żvilupp fil-qasam tas-sigurtà tal-karti tal-flus jeħtieġu miżuri speċjali dwar sigurtà u għalhekk ma jistgħux jinħarġu għall-offerti. Għandu jkun iċċarat illi kuntratti bħal dawn jaqgħu taħt l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1)(c) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5 (4).

(3)

Wara sentenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (5), huwa neċessarju illi jiġi ċċarat illi l-eżenzjonijiet għall-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u l-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-istituzzjonijiet u l-organi tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali jew aġenziji tal-gvern ma jkoprux biss il-kooperazzjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet pubbliċi, iżda ukoll is-servizzi awżiljarji għat-twettiq tal-funzjonijiet pubbliċi.

(4)

Wara sentenzi riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (6), it-terminu ta’ żmien sabiex jitqajmu oġġezzjonijiet għar-rekwiżiti tal-BĊE jrid jiġi rfinut aktar.

(5)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza u mingħajr preġudizzju għal Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (7), kandidati u offerenti li ma jkollhomx suċċess għandhom ikunu intitolati biex jirċievu kopji tad-dokumenti interni kollha marbutin mal-valutazzjoni tal-applikazzjoni jew offerta tagħhom u, taħt ċerti kundizzjonijiet, kopji ta’ dokumenti marbutin mal-valutazzjoni tal-offerta li jkollha suċċess.

(6)

Huwa neċessarju li jiġi ċċarat li f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati, l-estensjonijiet ta’ kuntratt jistgħu jeċċedu t-terminu inizjali ta' kuntratt.

(7)

Id-Deċiżjoni BĊE/2007/5 għandha għalhekk tiġi emendata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċizjoni BĊE/2007/5 hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

“(q)

‘kuntratti għal riċerka u żvilupp fil-qasam tas-sigurtà tal-karti tal-flus’ tfisser kuntratti marbutin ma’ xogħol teoretiku jew sperimentazzjoni prattika, analiżi u riċerka li jsiru taħt kundizzjonijiet ikkontrollati jew:

għall-akkwist ta’ tagħrif ġdid u l-invenzjoni jew it-titjib ta’ materjal eżistenti, proċessi ta’ manifattura jew inġenji għall-ħolqien, produzzjoni, trasport, ħruġ, awtentikazzjoni jew destruzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro (inklużi l-materjali li joħolqu dawn tal-aħħar);

għat-tnedija tal-manifattura ta’ materjal ġdid jew it-titjib ta’ materjal eżistenti, prodotti jew inġenji għall-ħolqien, produzzjoni, trasport, ħruġ, awtentikazzjoni jew destruzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro (inklużi l-materjali li joħolqu dawn tal-aħħar).

Kuntratti għal riċerka u żvilupp fil-qasam tas-sigurtà tal-karti tal-flus ma jinkludux kuntratti għall istampar bi prova ta’ karti tal-flus tal-euro.”

2.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif gej:

(a)

Il-Paragrafu 3(a) huwa mibdul b’li ġej:

“(a)

ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-BĊE u BĊNi għat-twettiq tal-funzjonijiet pubbliċi tal-Eurosistema/SEBĊ;”

(b)

Il-Paragrafu 3(c) huwa mibdul b’li ġej:

“(c)

ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-BĊE u istituzzjonijiet u organi oħrajn tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali jew aġenziji tal-gvern, li jwettqu funzjonijiet pubbliċi;”

3.

L-Artikolu 4(3) huwa mibdul b’li ġej:

“3.   Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

EUR 193 000 għal kuntratti għal provvisti u għal servizzi;

(b)

EUR 4 845 000 għal kuntratti ta’ xogħlijiet.”

4.

L-Artikolu 6 huwa emendat kif gej:

(a)

Il-Paragrafu 1(c) huwa mibdul b’li ġej:

“(c)

meta l-BĊE ikun ikklassifika l-kuntratt bħala sigriet jew meta t-twettiq tal-kuntratt irid ikun akkumpanjat minn miżuri speċjali tas-sigurtà, skont ir-regoli tal-BĊE dwar is-sigurtà jew meta l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-BĊE tkun teħtieġ hekk. Kuntratti għal riċerka u żvilupp fil-qasam tas-sigurtà tal-karti tal-flus jeħtieġu miżuri speċjali tas-sigurtà u huma għalhekk eżenti mir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.”

(b)

Il-paragrafu li ġej 2(g) huwa miżjud:

“(g)

servizzi tas-saħħa u soċjali.”

5.

L-Artikolu 7(2) huwa mibdul b’li ġej:

“2.   Jekk kuntratt jiġi konkluż għal żmien determinat, it-terminu tiegħu jista' jiġi estiż għal aktar minn dak it-terminu inizjali taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-avviż tal-kuntratt jew, f’każ ta' proċedura taħt il-Kapitlu III, it-talba għal proposta, ikunu pprovdew għall-possibbiltà ta’ estensjonijiet;

(b)

l-estensjonijiet possibbli huma debitament iġġustifikati;

(c)

l-estensjonijiet possibbli ttieħdu in kunsiderazzjoni meta kienet qed tiġi ddeterminata l-proċedura applikabbli skont l-Artikolu 4.

It-totalità tal-estensjonijiet kollha m’għandhiex bħala regola teċċedi t-terminu tal-kuntratt inizjali, ħlief f’każijiet debitament iġġustifikati.”

6.

L-Artikolu 21(2) huwa mibdul b’li ġej:

“2.   Jekk kandidati jew offerenti jikkunsidraw illi r-rekwiżiti tal-BĊE stabbiliti fl-avviż tal-kuntratt, is-sejħa għall-offerti jew id-dokumenti relatati m’humiex kompleti, huma inkonsistenti jew illegali jew li l-BĊE jew kandidat/offerent ieħor ikunu kisru r-regoli applikabbli dwar l-akkwisti, huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bl-oġġezzjonijiet tagħhom fi żmien 15-il ġurnata. Jekk l-irregolaritajiet jeffettwaw is-sejħa għall-offerti jew dokumenti oħra mibgħutin mill-BĊE, it-terminu għandu jibda jiskorri mid-data tal-irċevuta tat-dokumentazzjoni. F’każijiet oħra, it-terminu għandu jibda jiskorri mill-mument illi l-kandidati jew offerenti jsiru jafu bl-irregolarità jew setgħu raġjonevolment isiru jafu dwarha. Il-BĊE jistgħa mbagħad jew jikkoreġi jew jissupplimenta r-rekwiżiti jew jirrimedja l-irregolarità kif mitlub, jew jiċħad it-talba u jindika r-raġunijiet għal dan. Oġġezzjonijiet li ma jiġux ikkomunikati lill-BĊE fi żmien 15-il ġurnata ma jistgħux jitqajmu aktar tard.”

7.

L-Artikolu 28(3) huwa mibdul b’li ġej:

“3.   Kandidati u offerenti jistgħu, fi żmien 15-il ġurnata minn meta jirċievu n-notifika, jitolbu lill-BĊE jagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni jew tal-offerta tagħhom u biex jipprovdi kopji tad-dokumenti kollha marbutin mal-valutazzjoni tal-applikazzjoni jew offerta tagħhom. Offerenti li ma jkollhomx suċċess uli l-offerta tagħhom kienet ammissibbli jistgħu jitoblu ukoll għall-isem tal-offerent rebbieħ kif ukoll għall-karatteristiċi ewlenin u l-vantaġġ relattiv tal-offerta tiegħu. Huma jistgħu ukoll jitolbu kopji tad-dokumenti kollha marbutin mal-valutazzjoni tal-offerta rebbieħa, skont il-paragrafu 4.”

8.

L-Artikolu 30(2) huwa mibdul b’li ġej:

“2.   Offerenti jistgħu, fi żmien 15-il ġurnata mill-irċevuta tan-notifika, jitolbu lill-BĊE jagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tagħhom u biex jipprovdi kopji tad-dokumenti kollha marbutin mal-valutazzjoni tal-offerta tagħhom.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2010.

2.   Proċeduri ta’ sejħa għall-offerti mibdijin qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jintemmu skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5 fis-seħħ fid-data meta bdiet il-proċedura ta' sejħa għall-offerti. Għall–finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, proċedura ta’ sejħa għall-offerti hija meqjusa li tibda fid-data li fiha l-avviż tal-kuntratt intbagħat lil Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew, f'każijiet fejn ebda avviż ma huwa meħtieġ, fid-data li fiha l-BĊE stieden lil fornitur wieħed jew bosta sabiex jissottomettu offerta.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Lulju 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)   ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.

(2)   ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(3)   ĠU L 314, 1.12.2009, p. 64.

(4)   ĠU L 184, 14.7.2007, p. 34.

(5)  Każ Ċ-480/06 Kummissjoni v. Il-Ġermanja [2009] ECR I-4747.

(6)  Każ C-406/08 Uniplex (RU) v. NHS Business Services Authority [2010] ECR I-0000 u C-456/08 Commission v. Ireland [2010] ECR I-0000.

(7)   ĠU L 80, 18.3.2004, p. 42.