|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.236.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2010/481/UE, Euratom |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom rigward ir-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju ta’ protezzjoni ċivili (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5090) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
|
7.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 788/2010
tas-6 ta’ Settembru 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Settembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
86,0 |
|
ZZ |
86,0 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
139,3 |
|
ZZ |
139,3 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
115,2 |
|
ZZ |
115,2 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
142,5 |
|
CL |
146,1 |
|
|
TR |
150,4 |
|
|
UY |
110,4 |
|
|
ZA |
112,2 |
|
|
ZZ |
132,3 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
160,9 |
|
IL |
123,0 |
|
|
TR |
111,1 |
|
|
US |
179,8 |
|
|
ZA |
147,0 |
|
|
ZZ |
144,4 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
109,7 |
|
BR |
68,3 |
|
|
CL |
105,2 |
|
|
CN |
65,6 |
|
|
NZ |
112,3 |
|
|
US |
87,2 |
|
|
ZA |
92,3 |
|
|
ZZ |
91,5 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
75,3 |
|
CL |
150,5 |
|
|
CN |
70,5 |
|
|
TR |
128,9 |
|
|
ZA |
93,4 |
|
|
ZZ |
103,7 |
|
|
0809 30 |
TR |
149,8 |
|
ZZ |
149,8 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
52,5 |
|
XS |
52,3 |
|
|
ZZ |
52,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
7.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 789/2010
tas-6 ta’ Settembru 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2010 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Settembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-7 ta’ Settembru 2010
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
49,36 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
49,36 |
0,10 |
|
1701 12 10 (1) |
49,36 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
49,36 |
0,00 |
|
1701 91 00 (2) |
46,32 |
3,57 |
|
1701 99 10 (2) |
46,32 |
0,44 |
|
1701 99 90 (2) |
46,32 |
0,44 |
|
1702 90 95 (3) |
0,46 |
0,24 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
|
7.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Lulju 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom rigward ir-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju ta’ protezzjoni ċivili
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5090)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/481/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom tat-8 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju ta’ Protezzjoni Ċivili (1), u partikolarment l-Artikolu 12 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom tad-29 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-kooperazzjoni msaħħa fl-interventi ta’ assistenza fil-protezzjoni ċivili (2) ġiet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/73/KE, Euratom (3) biex tinkorpora regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-protezzjoni ċivili Ewropea. Dawn ir-regoli jkopru l-karatteristiċi ewlenin tal-moduli tal-protezzjoni ċivili bħall-ħidmiet, il-kapaċitajiet u il-komponenti tagħhom, u l-ħin biex jiġu operattivi, u jiddefenixxu l-livell xieraq tal-awtosuffiċjenza u l-interoperabbiltà tagħhom. |
|
(2) |
Il-moduli tal-protezzjoni ċivili magħmula minn riżorsi nazzjonali minn Stat Membru wieħed jew aktar, fuq bażi volontarja, jikkostitwixxu kontribut għall-kapaċità ta’ rispons rapidu tal-protezzjoni ċivili mitlub mill-Kunsill Ewropew fil-Konklużjonijiet tal-laqgħa tiegħu tas-16 u 17 ta’ Ġunju 2005 u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2005 dwar id-diżastru tat-tsunami. Biex il-moduli tal-protezzjoni ċivili jkunu f’pożizzjoni jikkontribwixxu għar-rispons għal emerġenzi ewlenin, il-karatteristiċi ewlenin tagħhom għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti ġenerali. |
|
(3) |
Il-moduli tal-protezzjoni ċivili għandhom ikunu kapaċi jiffunzjonaw b’mod awtosuffiċjenti għal perjodu partikolari ta’ żmien. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti ġenerali għall-awtosuffiċjenza u, fejn xieraq, ir-rekwiżiti speċifiċi li jistgħu jvarjaw fil-funzjoni skont it-tip ta’ intervent jew it-tip ta’ modulu kkonċernat. Għandha tiġi kkunsidrata l-prassi komuni tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali bħal perjodi estiżi ta’ awtosuffiċjenza għal moduli ta’ tiftix u salvataġġ urban jew għall-qsim ta’ kompiti bejn il-pajjiż li qed joffri u dak li qed jitlob l-appoġġ fl-operazzjoni ta’ moduli li għandhom element tal-ajru. |
|
(4) |
Huma meħtieġa miżuri fil-livell tal-Unjoni u tal-istati parteċipanti sabiex tittejjeb l-interoperabbiltà tal-moduli tal-protezzjoni ċivili, notevolment fir-rigward tat-taħriġ u l-eżerċizzji. |
|
(5) |
Operazzjonijiet u eżerċizzji bi tnedija ta’ moduli riċenti tal-protezzjoni ċivili wrew il-bżonn li jinbidlu parzjalment il-kundizzjonijiet ġenerali taż-żewġ moduli elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/73/KE, Euratom, jiġifieri il-moduli “Tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta’ ajruplani” u “Sptar fuq il-post”. |
|
(6) |
L-operazzjonijiet riċenti tal-protezzjoni ċivili taw prova tal-bżonn li jiżdiedu u jiġu implimentati erba’ tipi ta’ moduli ġodda tal-protezzjoni ċivili biex tiġi rinfurzata l-kapaċità ta’ rispons rapidu tal-protezzjoni ċivili, jiġifieri l-moduli “Tifi tan-nar mill-art fil-foresti”, “Tifi tan-nar fil-foresti mill-art bl-użu tal-vetturi”, “Kontroll tal-għargħar” u “Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes”. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
L-emendi u ż-żieda ta’ dawk il-moduli provduti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat tal-Protezzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom hija mibdula bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Kristalina GEORGIEVA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.
ANNESS
“ANNESS II
Kundizzjonijiet ġenerali għall-moduli Ewropej tal-protezzjoni ċivili (1)
1. Ippumpjar b’kapaċità qawwija
|
Kompiti |
|
||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||||
|
Użu |
|
2. Purifikazzjoni tal-ilma
|
Kompiti |
|
||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||
|
Użu |
|
3. Tiftix u salvataġġ medji urbani
|
Kompiti |
|
||||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||||||
|
Użu |
|
4. Tiftix u salvataġġ urban intensiv
|
Kompiti |
|
||||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||||||
|
Użu |
|
5. Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta’ ħelikopters
|
Kompiti |
|
||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||
|
Użu |
|
6. Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani
|
Kompiti |
|
||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||
|
Użu |
|
7. Kariga medika avvanzata
|
Kompiti |
|
||||||||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||||||||||
|
Użu |
|
8. Kariga medika avvanzata bil-kirurġija
|
Kompiti |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Użu |
|
9. Sptar fil-post
|
Kompiti |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Użu |
|
10. Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastru
|
Kompiti |
|
||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||
|
Użu |
|
11. Kenn temporanju ta’ emerġenza
|
Kompiti |
|
||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||
|
Użu |
|
12. Detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN)
|
Kompiti |
|
||||||||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||||||||||
|
Użu |
|
13. Tiftix u salvataġġ f’kundizzjonijiet CBRN
|
Kompiti |
|
||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||
|
Użu |
|
14. Tifi tan-nar fil-foresti mill-art
|
Kompiti |
|
||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||
|
Użu |
|
15. Tifi tan-nar fil-foresti mill-art bl-użu tal-vetturi
|
Kompiti |
|
||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||
|
Użu |
|
16. Trażżin ta’ għargħar
|
Kompiti |
|
||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||||
|
Użu |
|
17. Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes
|
Kompiti |
|
||||||||||||||||||
|
Kapaċitajiet |
|
||||||||||||||||||
|
Elementi prinċipali |
|
||||||||||||||||||
|
Awtosuffiċjenza |
|
||||||||||||||||||
|
Użu |
|
(1) Il-lista ta’ moduli ta’ protezzjoni ċivili u r-rekwiżiti relatati stabbiliti f’din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu emendati biex jinkludu tipi oħra ta’ moduli ta’ protezzjoni ċivili li jikkunsidraw l-esperjenza miksuba mill-Mekkaniżmu.
(2) Vittmi ħajjin.
(3) Kapaċità bażika, kapaċitajiet aktar estensivi inklużu fil-modulu ‘tad-detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari’.
(4) Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.
(5) Vittmi ħajjin.
(6) Kapaċità bażika, kapaċitajiet aktar estensivi inklużu fil-modulu ‘tad-detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari’.
(7) Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.
(8) Suġġett għat-termini ta’ liċenzja medika u veterinarja.
(9) Dan il-proċess għandu, fejn possibli, iqis ir-rekwiżiti evidenzjarji tal-istat li jagħmel it-talba.