ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.234.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
4 ta' Settembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/478/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 783/2010 tat-3 ta’ Settembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Queso de Flor de Guía/Queso de Media Flor de Guía/Queso de Guía (DPO))

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 784/2010 tat-3 ta’ Settembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Hessischer Handkäse jew Hessischer Handkäs (IĠP)]

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 785/2010 tat-3 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2010 tat-3 ta’ Settembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) No 787/2010 tat-3 ta’ Settembru 2010 li jemenda għal 134 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/479/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2010 dwar pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li għandha tiġi adottata fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku fir-rigward tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku dwar it-tifsira tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

14

 

 

2010/480/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUMM Georgia/1/2010 tat-3 ta’ Settembru 2010 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

16

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

4.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Lulju 2010

li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali

(2010/478/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 166 (4) u 173 (3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew ,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità Ewropea, ftehim Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 (“il-Ftehim”), u Att Finali.

(2)

Il-Ftehim u l-Att Finali ġew iffirmati f’isem il-Komunità fil-11 ta’ Ottubru 2007, suġġett għall-konklużjoni tagħhom f’data aktar tard, u qed jiġu applikati proviżorjament mill-1 ta’ Settembru 2007, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/745/KE (1).

(3)

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(4)

Il-ftehim għandu jkun approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 (2) (“il-Ftehim”), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifiki previsti fl-Artikolu 13 tal-Ftehim (3) u jagħmel in-notifika li ġejja:

“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea issostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għall-‘Unjoni Ewropea’.”

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 8 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-Ftehim huwa marbut mas-seba’ ftehimiet mal-Isvizzera li kienu ffirmati fil-21 ta’ Ġunju 1999 u konklużi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE (4).

Il-Ftehim m’għandux jiġi mġedded jew innegozjat mill-ġdid skont l-Artikolu 12 tiegħu f’każ li l-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew mitmuma.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħhha.

Artikolu 6

Din id-Deiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 9.

(2)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 11.

(3)  ĠU L 217, 18.8.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.


REGOLAMENTI

4.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 783/2010

tat-3 ta’ Settembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Queso de Flor de Guía/Queso de Media Flor de Guía/Queso de Guía (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet Spanja biex id-denominazzjoni “Queso de Flor de Guía/Queso de Media Flor de Guía/Queso de Guía” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 315, 23.12.2009, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.3.   Il-ġobnijiet

SPANJA

Queso de Flor de Guía/Queso de Media Flor de Guía/Queso de Guía (DPO)


4.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 784/2010

tat-3 ta’ Settembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Hessischer Handkäse jew Hessischer Handkäs (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli (1) u l-oġġetti tal-ikel, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Hessischer Handkäse” jew “Hessischer Handkäs” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 320, 24.12.2009, p. 47.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

IL-ĠERMANJA

Hessischer Handkäse jew Hessischer Handkäs (IĠP)


4.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 785/2010

tat-3 ta’ Settembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

41,0

ZZ

41,0

0707 00 05

TR

137,2

ZZ

137,2

0709 90 70

TR

119,7

ZZ

119,7

0805 50 10

AR

110,0

CL

146,2

TR

153,5

UY

143,9

ZA

115,2

ZZ

133,8

0806 10 10

BA

91,2

EG

131,2

IL

123,0

TR

114,1

ZA

147,0

ZZ

121,3

0808 10 80

AR

61,4

BR

72,6

CL

98,5

CN

65,6

NZ

108,0

US

87,3

ZA

85,8

ZZ

82,7

0808 20 50

AR

80,1

CL

93,6

CN

70,5

TR

128,9

ZA

80,3

ZZ

90,7

0809 30

TR

160,0

ZZ

160,0

0809 40 05

BA

52,6

XS

52,3

ZZ

52,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


4.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 786/2010

tat-3 ta’ Settembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 782/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 233, 3.9.2010, p. 25.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-4 ta’ Settembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

48,01

0,00

1701 11 90  (1)

48,01

0,50

1701 12 10  (1)

48,01

0,00

1701 12 90  (1)

48,01

0,20

1701 91 00  (2)

46,32

3,57

1701 99 10  (2)

46,32

0,44

1701 99 90  (2)

46,32

0,44

1702 90 95  (3)

0,46

0,24


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


4.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) No 787/2010

tat-3 ta’ Settembru 2010

li jemenda għal 134 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) u 7a(5) (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqaw taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-6 ta' Awwissu 2010 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika u persuna ġuridika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji u li jemenda tliet annotazzjonijiet fuq l-elenku.

(3)

Fl-24 ta' Awwissu 2010 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(4)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b'hekk emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Karel KOVANDA

Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a ddaħħal bir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

(a)

“Harakat-ul Jihad Islami (alias (a) HUJI, (b) Movement of Islamic Holy War, (c) Harkat-ul-Jihad-al Islami, (d) Harkat-al-Jihad-ul Islami, (e) Harkat-ul-Jehad-al-Islami, (f) Harakat ul Jihad-e-Islami, (g) Harakat-ul-Ansar, (h) HUA). Informazzjoni oħra: (a) Mwaqqfa fl-Afganistan fl-1980; (b) Fl-1993 amalgamat ma' Harakat ul-Mujahidin sabiex tiġi ffurmata Harakat ul-Ansar; (c) Fl-1997 inħallet minn Harakat ul-Ansar u reġgħet bdiet tuża l-isem li kellha qabel; (d) Topera fl-Indja, il-Pakistan u l-Afganistan. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.8.2010.”

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Mohammad Ilyas Kashmiri (alias (a) Muhammad Ilyas Kashmiri, (b) Elias al-Kashmiri, (c) Ilyas Naib Amir). Titolu: (a) Mufti, (b) Maulana. Indirizz: Thathi Village, Samahni, Bhimber District, in-naħa tal-Kashmir li hija mmexxija mill-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 2.1.1964, (b) 10.2.1964. Data tat-twelid: Bhimber, Samahani Valley, in-naħa tal-Kashmir li hija mmexxija mill-Pakistan. Informazzjoni oħra: Kmandant ta' Harakat-ul Jihad Islami. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.8.2010.”

(b)

“Muhammad Abdallah Hasan Abu-Al-Khayr (alias (a) Mohammed Abdullah Hassan Abdul-Khair, (b) Muhammad Abdallah Hasan Abu-al-Khayr, (c) Muhammad Bin-‘Abdullah Bin-Hamd Abu-al-Khayr’, (d) Abdallah al-Halabi, (e) ‘Abdallah al-Halabi al-Madani’, (f) Abdallah al-Makki, (g) Abdallah el-Halabi, (h) Abdullah al-Halabi, (i) Abu ‘Abdallah al-Halabi’, (j) Abu Abdallah al-Madani, (k) Muhannad al-Jaddawi). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: (a) 19.6.1975, (b) 18.6.1975. Post tat-twelid: Madinah al-Munawwarah, l-Arabja Sawdija. Ċittadinanza: Arabja Sawdija. Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 1006010555. Nru tal-passaport: A741097 (Passaport Sawdi maħruġ fl-14 ta' Novembru 1995 u li skada fid-19 ta' Settembru 2000). Informazzjoni oħra: Jidher fuq elenku tal-2009 ta' 85 persuna mfittxija mill-Gvern tal-Arabja Sawdija. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.8.2010.”

(3)

L-annotazzjoni “Lionel Dumont (alias (a) Jacques Brougere, (b) Abu Hamza, (c) Di Karlo Antonio, (d) Merlin Oliver Christian Rene, (e) Arfauni Imad Ben Yousset Hamza, (f) Imam Ben Yussuf Arfaj, (g) Abou Hamza, (h) Arfauni Imad, (i) Bilal, (j) Hamza, (k) Koumkal, (l) Kumkal, (m) Merlin, (n) Tinet, (o) Brugere, (p) Dimon). Indirizz: L-aħħar indirizz reġistrat kien fil-Bosnja-Ħerzegovina 3 Kranjceviceva Street, Zenica, il-Bosnja-Ħerzegovina. Data tat-twelid: (a) 21.1.1971, (b) 29.1.1975, (c) 1971, (d) 21.1.1962, (e) 24.8.1972, (h) 29.1.1975. Post tat-twelid: (a) Roubaix, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Nru tal-passaport: (a) 674460 (Passaport Taljan bl-isem Di Karlo Antonio); (b) 96DH25457 (Passaport Franċiż bl-isem Merlin Oliver Christian Rene); (c) GE1638E (Passaport Tuneżin bl-isem Arfani Imad Ben Yousset). Informazzjoni oħra: (a) Kien detenut fi Franza minn Ottubru 2004; (b) Miżżewweġ lil ċittadina tal-Bosnja-Ħerzegovina. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Lionel Dumont (alias (a) Jacques Brougere, (b) Abu Hamza, (c) Di Karlo Antonio, (d) Merlin Oliver Christian Rene, (e) Arfauni Imad Ben Yousset Hamza, (f) Imam Ben Yussuf Arfaj, (g) Abou Hamza, (h) Arfauni Imad, (i) Bilal, (j) Hamza, (k) Koumkal, (l) Kumkal, (m) Merlin, (n) Tinet, (o) Brugere, (p) Dimon). Indirizz: Franza. Data tat-twelid: 21.1.1971. Post tat-twelid: Roubaix, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Informazzjoni oħra: Kien jinżam taħt kustodja fi Franza minn Mejju 2004. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”

(4)

L-annotazzjoni “Khalil Ben Ahmed Ben Mohamed Jarraya (alias (a) Khalil Yarraya, (b) Ben Narvan Abdel Aziz, (c) Abdel Aziz Ben Narvan, (d) Amro, (e) Omar, (f) Amrou, (g) Amr). Data tat-twelid: (a) 8.2.1969, (b) 15.8.1970. Indirizz: (a) Via Bellaria 10, Bolonja, l-Italja; (a) Via Lazio 3, Bolonja, l-Italja; (c) 1 Fetaha Becirbegovica Street. Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina; (d) 100 Blatusa Street, Zenica, il-Bosnja-Ħerzegovina. Post tat-twelid: (a) Sfax, it-Tuneżija; (b) Sereka, l-eks Jugoslavja. Ċittadinanza: Tuneżina. Nru tal-passaport: (a) K989895 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-26.7.1995 f'Ġenova, l-Italja, li skada fil-25.7.2000), (b) 0899199 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġ f'Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina, maħruġ fis-16.4.1999, li skada fis-16.4.2004), (c) 3816349 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina, maħruġ f'Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina fit-18.7.2001, li skada fit-18.7.2006), (d) 4949636 passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġ fis-27.12.2005 mill-Uffiċċju Konsulari tal-Bosnja-Ħerzegovina f'Milan, li se jiskadi fis-27.12.2010 (dan il-passaport ġie invalidat fl-10.12.2007). Informazzjoni oħra: (a) Data tat-twelid: 15.8.1970 u post tat-twelid: Sereka, l-eks Jugoslavja huma l-psewdonimi Ben Narvan Abdel Aziz u Abdel Aziz Ben Narvan; (b) ċittadinanza tal-Bosnja-Ħerzegovina irtirata; (c) Huwa m'għandux dokument ta' identifikazzjoni validu tal-Bosnja-Ħerzegovina. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Khalil Ben Ahmed Ben Mohamed Jarraya (alias (a) Khalil Yarraya, (b) Ben Narvan Abdel Aziz, (c) Abdel Aziz Ben Narvan, (d) Amro, (e) Omar, (f) Amrou, (g) Amr). Indirizz: Nuoro, l-Italja. Data tat-twelid: (a) 8.2.1969, (b) 15.8.1970. Post tat-twelid: (a) Sfax, it-Tuneżija; (b) Sereka, l-eks Jugoslavja. Ċittadinanza: Tuneżina. Nru tal-passaport: (a) K989895 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-26.7.1995 f'Ġenova, l-Italja, li skada fil-25.7.2000). Informazzjoni oħra: Data tat-twelid: 15.8.1970 u post tat-twelid: Sereka, l-eks Jugoslavja huma l-psewdonimi Ben Narvan Abdel Aziz u Abdel Aziz Ben Narvan. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”

(5)

L-annotazzjoni “Nedal Mahmoud Saleh (alias (a) Nedal Mahmoud N. Saleh, (b) Salah Nedal, (c) Hitem, (d) Hasim). Indirizz: (a) Via Milano 105, Casal di Principe (Caserta), l-Italja; (b) Via di Saliceto 51/9, Bolonja, l-Italja; (c) 8 Dzamijska Street (qabel kellha l-isem ta' Gorazdanska Street), Zenica, il-Bosnja-Ħerzegovina; (d) Kopcici Street, Bugojno, il-Bosnja-Ħerzegovina. Data tat-twelid: (a) 1.3.1970, (b) 26.3.1972. Post tat-twelid: Taiz, il-Jemen. Ċittadinanza: Jemenita. Nru tal-passaport: 3545686 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġ f'Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina fis-26.7.2001 li skada fis-26.7.2006). Informazzjoni oħra: Ċittadinanza tal-Bosnja-Ħerzegovina ġiet irtirata f'Lulju 2006 u huwa m'għandu l-ebda dokument ta' identifikazzjoni validu tal-Bosnja-Ħerzegovina. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Nedal Mahmoud Saleh (alias (a) Nedal Mahmoud N. Saleh, (b) Salah Nedal, (c) Tarek Naser, (d) Hitem, (e) Hasim). Indirizz: Manchester, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 26.3.1972. Post tat-twelid: It-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”


DEĊIŻJONIJIET

4.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2010

dwar pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li għandha tiġi adottata fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku fir-rigward tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku dwar it-tifsira tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ oriġini” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

(2010/479/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Dikjarazzjoni Konġunta V (1) għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku (2) stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika, Kordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-8 ta’ Diċembru 1997 (3) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “Deċiżjoni Nru 2/2000”) tipprevedi li l-Kumitat Konġunt UE-Messiku stabbilit b’dak il-ftehim għandu jirrivedi n-neċessità li l-applikazzjoni tar-regoli ta’ oriġini mniżżla fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 jiġu estiżi lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2003.

(2)

Fit-22 ta’ Marzu 2004 u fl-14 ta’ Ġunju 2007 l-Kumitat Konġunt adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2004 (4) u d-Deċiżjoni Nru 1/2007 (5) li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli ta’ oriġini stabbiliti f’dawk in-Noti sat-30 ta’ Ġunju 2006 u t-30 ta’ Ġunju 2009, rispettivament.

(3)

Skont l-analiżi li saret tal-kondizzjonijiet ekonomiċi rilevanti skont id-Dikjarazzjoni Konġunta V, hu kkunsidrat xieraq li għal darb’oħra tiġi estiża, fuq bażi temporanja, l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000, sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-applikazzjoni tal-vantaġġi reċiproċi kif ipprovduti skont dik id-Deċiżjoni.

(4)

Estensjoni tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 li ngħatat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt għalqet fit-30 ta’ Ġunju 2009, għalhekk sabiex ma jkunx hemm tfixkil fil-kondizzjonijiet ekonomiċi eżiżtenti huwa kkunsidrat xieraq li d-deċiżjoni proposta għal estensjoni ġdida tapplika b’mod retroattiv, mill-1 ta’ Lulju 2009,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku fir-rigward tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 hija dik imniżżla fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li jinsab fl-anness.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. LARUELLE


(1)  ĠU L 245, 29.9.2000, p. 1167.

(2)  ĠU L 157, 30.6.2000, p. 10 u ĠU L 245, 29.9.2000, p. 1 (Annessi).

(3)  ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.

(4)  ĠU L 113, 20.4.2004, p. 60.

(5)  ĠU L 279, 23.10.2007, p. 15.


ANNESS

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-MESSIKU

Nru. …/2009

ta’

fir-rigward tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta’ Marzu 2000 dwar it-tifsira tal-kunċett tal-prodotti ta’ oriġini u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta’ Marzu 2000 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Deċiżjoni Nru 2/2000”), u b’mod partikolari n-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III dwar it-tifsira tal-kunċett tal-prodotti ta’ oriġini u tal-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva u d-Dikjarazzjoni Konġunta V tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tal-Partijiet għall-Ftehim.

(2)

Skont id-Dikjarazzjoni Konġunta V, il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi n-neċessità li jestendi wara t-30 ta’ Ġunju 2003 l-applikazzjoni tar-regoli ta’ oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000, jekk il-kondizzjonijiet ekonomiċi li ffurmaw il-bażi biex ġew stabbiliti r-regoli stipulati f’dawk in-Noti jibqgħu kif kienu. Fit-22 ta’ Marzu 2004 u fl-14 ta’ Ġunju 2007 il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2004 u d-Deċiżjoni Nru 1/2007 li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini stabiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 sat-30 ta’ Ġunju 2006 u t-30 ta’ Ġunju 2009, rispettivament.

(3)

Skont l-analiżi li saret tal-kondizzjonijiet ekonomiċi rilevanti skont id-Dikjarazzjoni Konġunta V, hu kkunsidrat xieraq, sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-applikazzjoni tal-vantaġġi reċiproċi previsti skont id-Deċiżjoni Nru 2/2000, li tiġi estiża fuq bażi temporanja, l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-regoli tal-oriġini kif stipulati fin-Noti 2 u 3 skont l-Appendiċi II(a) tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000, ser ikunu mwettqa sat-30 ta’ Ġunju 2014 minflok ir-regoli tal-oriġini kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ meta l-Partijiet jiskambjaw in-notifiki miktuba li jiċċertifikaw it-tlestija tal-proċeduri legali rispettivi tagħhom.

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


4.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUMM Georgia/1/2010

tat-3 ta’ Settembru 2010

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

(2010/480/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja EUMM Georgia (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (minn hawn 'il quddiem il-“KPS”), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-finijiet ta' kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (minn hawn 'il quddiem “EUMM Georgia”), inkluża d-deċiżjoni biex jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-16 ta’ Settembru 2008, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, il-KPS ħatar, bid-Deċiżjoni EUMM Georgia/1/2008 (2), lis-Sur Hansjörg HABER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-15 ta' Settembru 2009.

(3)

Fil-31 ta' Lulju 2009, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUMM Georgia/1/2009 (3) li estendiet il-mandat tas-Sur Hansjörg HABER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-15 ta' Settembru 2010.

(4)

Fit-30 ta' Ġunju 2010, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona li l-KPS jestendi l-mandat tas-Sur Hansjörg HABER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia għal sena addizzjonali, jiġifieri sal-15 ta' Settembru 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Hansjörg HABER bħala Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia huwa b'dan estiż sal-15 ta' Settembru 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.

(2)  ĠU L 319, 29.11.2008, p. 79.

(3)  ĠU L 214, 19.8.2009, p. 40.