|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.219.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/462/UE |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
|
20.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 748/2010
tad-19 ta’ Awwissu 2010
li jiftaħ investigazzjoni rigward il-possibbiltà li ġew evitati miżuri ta’ anti-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 dwar l-importazzjoni ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’importazzjoni ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik permezz ta’ kumpanija Ċiniża suġġetta għal rata ta’ dazju aktar baxx, u jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku) (1), u b’ mod partikolari l-Artikoli 13(3), 14(3) u 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, li tinvestiga fuq inizjattiva tagħha l-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri tal-antidumping imposti fuq importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |
A. IL-PRODOTT
|
(2) |
Il-prodott ikkonċernat fl-evażjoni possibbli huwa xkejjer u basktijiet tal-plastik li fihom tal-anqas 20 %, skont il-piż, ta’ polijetilina u b’kisi ta’ ħxuna li ma taqbiżx il-100 mikrometru (μm), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jaqgħu fil-kodiċi NM ex 3923 21 00 , ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90 (il-kodiċi ta’ TARIC 3923 21 00 20, 3923 29 10 20, u 3923 29 90 20) (il-prodott ikkonċernat). |
|
(3) |
Il-prodott li qed jiġi investigat hu xkejjer u basktijiet tal-plastik li fihom tal-anqas 20 %, skont il-piż, ta’ polijetilina u b’kisi ta’ ħxuna li taqbiżx il-100 mikrometru li bħalissa jinsabu fl-istess kodiċi bħall-prodott ikkonċernat iddikjarat li huwa mmanifatturat minn jew għall-kumpanija XIAMEN XINGXIA POLYMERS CO., LTD. |
B. MIŻURI EŻISTENTI
|
(4) |
Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa u li possibbilment dwarhom qed ikun hemm evażjoni, huma l-miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 (2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2009 (3). |
C. RAĠUNIJIET
|
(5) |
Il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha evidenza prima facie suffiċjenti li l-miżuri ta’ antidumping fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn ċerti produtturi huma bħalissa suġġetti għal rata ta’ dazju residwa ta’ 28,8 % (il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC A999) qed ikunu evażi permezz ta’ riorganizzazzjoni ta’ mudelli u kanali ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Dawn il-produtturi u esportaturi sabiex eventwalment ikunu jistgħu jesportaw il-prodotti tagħhom lejn l-Unjoni permezz ta’ produttur esportatur li jibbenefika minn rata ta’ dazju għall-esportaturi li jikkooperaw mhux magħżulin biex jagħmlu parti minn kampjun ta’ 8,4 % (XIAMEN XINGXIA POLYMERS CO., LTD), elenkata flimkien ma’ kumpaniji oħra mhux inklużi fil-kampjun fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li hi aktar baxxa mir-rata ta’ dazjy residwa ta’ 28,8 %. L-evidenza prima facie għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni hija kif ġej: |
|
(6) |
Sar tibdil sinifikanti fil-mudell tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara l-impożizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, mingħajr raġuni jew ġustifikazzjoni biżżejjed għal tibdil bħal dan għajr l-impożizzjoni tat-taxxa. |
|
(7) |
Din il-bidla fil-mudelli ta’ kummerċ jidher li ġejja minn esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat prodott minn produtturi Ċiniżi suġġetti għal rata ta’ dazju residwa, permezz ta’ produttur esportatur li jibbenefika minn rata ta’ dazju għall-esportaturi li jikkooperaw mhux magħżulin biex jagħmlu parti mir-rata tal-kampjun (XIAMEN XINGXIA POLYMERS CO., LTD li hi aktar baxxa mir-rata ta’ dazju residwa). |
|
(8) |
Barra minn dan, l-evidenza tindika l-fatt illi l-effetti rimedjali tal-miżuri antidumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qegħdin jiġu mxekkla f’termini ta’ prezz. Barra minn hekk, kien hemm biżżejjed evidenza prima facie illi ż-żieda fl-importazzjoni qiegħda ssir bi prezzijiet ferm inqas mill-prezz bla danni stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti. |
|
(9) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha f’idejha biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodott li qed jiġi investigat huma oġġett ta’ dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit preċedentement għall-prodott ikkonċernat. |
|
(10) |
Jekk il-prassi ta’ evażjoni li hija koperta bl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr dik imsemmija hawn fuq, tiġi identifikata fl-andament tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri din il-prassi wkoll. |
D. PROĊEDURA
|
(11) |
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat soġġetta għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għandha tkun limitata għall-prodotti dikjarati bħala manifatturati minn jew għal XIAMEN XINGXIA POLYMERS CO., LTD li għalhekk għandha tkun iddikjarata skont kodiċi addizzjonali speċifiku tat-TARIC A981 mingħajr ma jaffettwa l-livell ta’ dazju impost bir-Regolament (KE) Nru 1425/2006. |
(a) Kwestjonarji
|
(12) |
Sabiex tinkiseb l-informazzjoni li hemm bżonn għall-investigazzoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lil XIAMEN XINGXIA POLYMERS CO., LTD kif ukoll lil kumpaniji oħra li allegatament jesportaw lejn l-Unjoni permezz tax-XIAMEN XINGXIA POLYMERS CO., LTD. |
|
(13) |
Ikun xi jkun il-każ, il-partijiet kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux aktar tard mil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament biex isiru jafu jekk humiex magħrufa, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, peress li l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha. |
|
(14) |
L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina se jiġu nnotifikati bil-ftuħ tal-investigazzjoni. |
(b) Ġbir ta’ informazzjoni u seduti ta’ smigħ
|
(15) |
Il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, sakemm ikunu għamlu talba bil-miktub u wrew li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. |
E. REĠISTRAZZJONI
|
(16) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat, jiġifieri xkejjer u basktiiet tal-plastik iddikjarati skont il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC A981 għandhom ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni biex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f’sejbiet ta’ evażjoni, ikunu jistgħu jiġu imposti dazji tal-antidumping ta’ ammont xieraq b’mod retroattiv mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet. |
F. LIMITI TA’ ŻMIEN
|
(17) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien li fihom:
|
|
(18) |
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien imsemmijin fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. |
G. IN-NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI
|
(19) |
F’każ li xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti ta’ żmien stipulati, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(20) |
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dak it-tagħrif għandu jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat. |
H. L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
|
(21) |
L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
I. IPPROĊESSAR TA’ DEJTA PERSONALI
|
(22) |
Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-dejta (4). |
J. L-UFFIĊJAL GĦAS-SMIGĦ
|
(23) |
Qed tinġibed l-attenzjoni wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li joffri, fejn ikun meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni taż-żmien preskritt u t-trattament tas-sottomissjoni tal-opinjonijiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar informazzjoni u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-Internet tal-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’hekk infetħet investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 sabiex ikun iddeterminat jekk l-importazzjonijiet għall-Unjoni ta’ xkejjer u basktijiet tal-plastik, li fihom tal-anqas 20 %, skont il-piż, ta’ polietilina u b’kisi ta’ ħxuna li ma taqbiżx il-100 mikrometru (μm), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM ex 3923 21 00 , ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90 (il-kodiċi tat-TARIC 3923 21 00 20, 3923 29 10 20, u 3923 29 90 20) humiex jevadu l-miżuri imposti bir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 1425/2006.
2. Għall-iskop tar-reġistrazzjoni matul l-investigazzjoni, l-importazzjoni tal-ixkejjer u l-basktijiet tal-plastik imsemmija fil-paragrafu 1 dikjarati li huma manifatturati minn jew għal XIAMEN XINGXIA POLYMERS CO., LTD għandha tkun iddikjarata skont il-kodiċi adizzjonali tat-TARIC A981. Ir-rata ta’ dazju tal-8,4 % imposta bir-Regolament (KE) Nru 1425/2006 għal din il-kumpanija għandha tibqa’ kif inhi.
Artikolu 2
L-awtoritajiet Doganali huma permezz ta’ dan mitluba, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, li jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. Il-kwestjonarji għandhom jiġu mitluba mingħand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-partijiet interessati, jekk iridu li r-rappreżentazzjonijiet tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għajr jekk speċifikat mod ieħor.
3. Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.
4. Kull tagħrif, kull talba għal seduta jew għal kwestjonarju kif ukoll kull talba għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri iridu jsiru bil-miktub (mhux f’format elettroniku, sakemm mhux speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull preżentazzjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Limitata” (5) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: N-105 4/92 |
|
B-1049 Brussels |
|
BELGIUM |
|
Fax (32 2) 295 65 05 |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 270, 29.9.2006, p. 4.
(5) Dan ifisser li d-dokument ikun għall-użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Antidumping).
|
20.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 749/2010
tad-19 ta’ Awwissu 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Awwissu 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
TR |
68,6 |
|
ZZ |
68,6 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
41,0 |
|
TR |
81,1 |
|
|
ZZ |
61,1 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
87,7 |
|
ZZ |
87,7 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
98,6 |
|
CL |
116,1 |
|
|
TR |
146,0 |
|
|
UY |
141,4 |
|
|
ZA |
123,1 |
|
|
ZZ |
125,0 |
|
|
0806 10 10 |
BA |
91,2 |
|
EG |
152,7 |
|
|
IL |
202,2 |
|
|
TR |
117,0 |
|
|
ZZ |
140,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
93,0 |
|
BR |
74,2 |
|
|
CL |
91,4 |
|
|
CN |
65,6 |
|
|
NZ |
103,1 |
|
|
US |
87,8 |
|
|
UY |
95,9 |
|
|
ZA |
92,6 |
|
|
ZZ |
88,0 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
115,4 |
|
CL |
150,5 |
|
|
CN |
80,6 |
|
|
TR |
145,3 |
|
|
ZA |
106,5 |
|
|
ZZ |
119,7 |
|
|
0809 30 |
TR |
141,0 |
|
ZZ |
141,0 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
57,7 |
|
IL |
154,3 |
|
|
XS |
64,6 |
|
|
ZA |
191,2 |
|
|
ZZ |
117,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
20.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/461/PESK
tas-26 ta’ Lulju 2010
dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali tal-Provi Nukleari (CTBTO) sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u verifika tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-EU kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (l-Istrateġija), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri li jridu jittieħdu kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll f’pajjiżi terzi biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni. |
|
(2) |
L-Unjoni qed timplimenta b’mod attiv l-Istrateġija u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b’mod partikolari billi jiġu rilaxxati riżorsi finanzjarji b’appoġġ għal proġetti speċifiċi mmexxija minn istituzzjonijiet multilaterali, bħas-Segretarjat Tekniku Proviżorju tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali tal-Provi Nukleari (CTBTO). |
|
(3) |
Fis-17 ta’ Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK fuq l-universalizzazzjoni u t-tisħiħ tal-ftehimiet multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezz tat-trasport tagħhom (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni tappella, inter alia, għall-promozzjoni tal-iffirmar u r-ratifika tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali tal-Provi Nukleari (CTBT). |
|
(4) |
L-Istati Firmatarji tas-CTBT iddeċidew li jistabbilixxu Kummissjoni Preparatorja, li jkollha kapaċità ġuridika u li jkollha pożizzjoni bħala organizzazzjoni internazzjonali, bil-għan li twettaq l-implimentazzjoni effettiva tas-CTBT, sakemm tiġi stabbilita s-CTBTO. |
|
(5) |
Id-dħul fis-seħħ bikri u l-universalizzazzjoni tas-CTBT u t-tisħiħ tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ verifika tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO huma objettivi importanti tal-Istrateġija. B’konnessjoni ma’ dan, it-testijiet nukleari mwettqin mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea f’Ottubru 2006 u f’Mejju 2009 ssottolinjaw aktar l-importanza tad-dħul fis-seħħ bikri tas-CTBT u l-ħtieġa li s-sistema ta’ monitoraġġ u verifika tas-CTBTO tinbena u tissaħħaħ b’rata aktar mgħaġġla. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO hija impenjata fl-identifikazzjoni tal-aħjar mod kif tista’ tissaħħaħ is-sistema tagħha ta’ verifika, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ monitoraġġ ta’ gass nobbli u sforzi mmirati biex jinvolvu bis-sħiħ l-Istati Firmatarji fl-implimentazzjoni tar-reġim ta’ verifika. |
|
(7) |
Fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija, il-Kunsill adotta tliet Azzjonijiet Konġunti dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO: l-Azzjoni Konġunta 2006/243/PESK tal-20 ta’ Marzu 2006 (2) fil-qasam tat-taħriġ u tal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet għall-verifika u l-Azzjonijiet Konġunti 2007/468/PESK tat-28 ta’ Ġunju 2007 (3) u 2008/588/PESK tal-15 ta’ Lulju 2008 (4) sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u verifika tal-Kummissjoni Preparatorja. |
|
(8) |
Dan l-appoġġ tal-UE għandu jitkompla. |
|
(9) |
L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi fdata lill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-finijiet li tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwa u prattika ta’ ċerti elementi tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (l-Istrateġija), l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali tal-Provi Nukleari (CTBTO) sabiex isir aktar progress lejn l-objettivi li ġejjin:
|
— |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-sistema ta’ monitoraġġ u verifika tas-CTBT, inkluż fil-qasam tal-kxif radju-nuklidu, |
|
— |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Firmatarji tas-CTBT biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta’ verifika tagħhom skont is-CTBT u biex jitħallew jibbenefikaw bis-sħiħ mill-parteċipazzjoni fir-reġim tas-CTBT. |
2. Il-proġetti li ser jiġu appoġġati mill-Unjoni għandu jkollhom l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
|
(a) |
it-titjib fl-operat u s-sostenibbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ u verifika tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO; |
|
(b) |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ verifika tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO fl-oqsma tal-ispezzjonijiet fuq il-post u l-monitoraġġ u l-verifika ta’ gass nobbli għall-kxif u l-identifikazzjoni ta’ splużjonijiet nukleari possibbli; |
|
(c) |
l-għoti ta’ assistenza teknika lil pajjiżi fl-Afrika, l-Amerika Latina u l-Karibew bl-għan tal-integrazzjoni sħiħa tal-Istati Firmatarji fis-sistema ta’ monitoraġġ u verifika tas-CTBT. |
Dawn il-proġetti għandhom jitwettqu għall-benefiċċju tal-Istati Firmatarji kollha tas-CTBT.
Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti hija mniżżla fl-Anness.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tkun fdata lill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.
3. Il-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO għandha twettaq il-kompiti tagħha taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan l-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.
Artikolu 3
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 5 280 000.
2. L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tajba tal-kontribut tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li l-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, skont id-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.
Artikolu 4
Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari li għandhom jiġu mħejjija mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 3(3).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tiskadi 18-il xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk l-ebda ftehim ta’ finanzjament ma jkun ġie konkluż f’dak il-perijodu.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) ĠU L 302, 20.11 2003, p. 34.
(2) ĠU L 88, 25.3.2006, p. 68.
ANNESS
L-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u verifika tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva
I. INTRODUZZJONI
Il-bini ta’ sistema ta’ monitoraġġ u verifika li taħdem sew tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO hija element kruċjali għat-tħejjija tal-implimentazzjoni tas-CTBT malli tkun daħlet fis-seħħ. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO fil-qasam tal-monitoraġġ tal-gass nobbli hija għodda importanti biex jiġi vvalutat jekk splużjoni osservata hix test nukleari jew le. Barra minn hekk, l-operabbiltà u l-prestazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u verifika tas-CTBT tiddependi fuq il-kontribut tal-Istati Firmatarji tas-CTBT. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Firmatarji jitħallew jipparteċipaw fi u jikkontribwixxu bis-sħiħ għas-sistema ta’ monitoraġġ u verifika tas-CTBT.
L-Unjoni ser tappoġġa erba’ proġetti, li l-objettivi tagħhom huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
it-titjib tal-operat u s-sostenibbiltà tan-Netwerk tal-Istazzjonijiet Sismiċi Awżiljarji (ASS) tas-Sistema ta’ Monitoraġġ Internazzjonali (IMS) tas-CTBT; |
|
(b) |
it-titjib tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa mal-komunità xjentifika; |
|
(c) |
l-għoti ta’ assistenza Teknika lill-Istati Firmatarji fl-Afrika u fir-Reġjun tal-Amerika Latina u l-Karibew biex ikunu jistgħu jipparteċipaw u jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT; |
|
(d) |
l-iżvilupp ta’ sistema kapaċi ta’ kxif ta’ gass nobbli tal-ispezzjoni fuq il-post. |
Il-prospetti għad-dħul fis-seħħ tas-CTBT ittejbu minħabba ambjent politiku aktar favorevoli. Minħabba din id-dinamika ġdida, fis-snin li ġejjin jeħtieġ li jiżdied l-iffokar urġenti kemm fuq it-tlestija tal-bini tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT kif ukoll fuq l-iżgurar tal-prontezza u l-kapaċità operattiva tagħha. It-testijiet nukleari mħabbrin mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK) f’Ottubru 2006 u f’Mejju 2009 mhux biss urew l-importanza ta’ projbizzjoni universali ta’ testijiet nukleari, iżda enfasizzaw ukoll il-ħtieġa għal sistema ta’ verifika effettiva għall-monitoraġġ tal-konformità ta’ tali projbizzjoni. Sistema ta’ verifika tas-CTBT kompletament operattiva u kredibbli tipprovdi lill-komunità internazzjonali b’mezzi indipendenti u affidabbli biex ikun żgurat li din in-norma tiġi rispettata.
Fl-Azzjonijiet Konġunti 2006/243/PESK, 2007/468/PESK u 2008/588/PESK, l-Unjoni ffokat fuq it-tisħiħ tal-elementi ewlenin tal-kapaċitajiet ta’ verifika tas-CTBT fl-oqsma tal-kxif ta’ gass nobbli, tal-ispezzjonijiet fuq il-post kif ukoll tat-taħriġ u l-assistenza teknika. Filwaqt li l-proposta attwali tibni fuq il-proġetti preċedenti tal-Azzjoni Konġunta, sar iffukar partikolari fuq elementi li jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ verifika tas-CTBT b’mod sostenibbli. Dan huwa ta’ importanza partikolari minħabba l-prospetti tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat, f’liema żmien is-sistema ta’ verifika trid tkun kompletament operattiva.
Iż-żamma tal-ogħla livell possibbli ta’ disponibbiltà tad-data tal-verifika tal-IMS ser tkun punt ta’ rifereiment importanti fil-valutazzjoni tal-prontezza operattiva tas-sistema ta’ verifika mad-dħul fis-seħħ. Il-Proġett I għalhekk jindirizza l-operat u s-sostenibbiltà tan-netwerk tal-ASS tal-IMS b’mod sistemiku.
Il-Proġett II jindirizza l-kwistjoni ewlenija taż-żamma tal-kredibbiltà xjentifika u teknoloġika tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT fuq medda twila. Dan għandu l-għan li jiżgura li l-progress xjentifiku u teknoloġiku f’xi oqsma speċifiċi relatati mal-verifika tas-CTBT jiġi integrat u applikat għar-rekwiżiti ta’ verifika tas-CTBT. Il-Proġett III huwa segwitu dirett għall-proġetti ta’ taħriġ u assistenza teknika tal-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK fl-Afrika u ser jiġi estiż għal xi stati tar-reġjun Latin u Karibew (LAC). Il-Proġett IV jiffoka fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-ispezzjoni fuq il-post (OSI) tas-CTBT permezz tal-iżvilupp ulterjuri ta’ sistema ta’ kxif ta’ gass nobbli (radioxenon) li tista’ ssir bl-OSI.
L-erba’ proġetti b’appoġġ tal-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO msemmija hawn fuq, ser jiġu implimentati u ġestiti mis-Segretarjat Tekniku Proviżorju (PTS) tiegħu.
II. DESKRIZZJONI TAL-PROĠETTI
Proġett I: It-titjib tal-operat u s-sostenibbiltà tan-Netwerk tal-ASS tal-IMS tas-CTBT.
Sfond:
|
1. |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi lejn il-prontezza tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT fiż-żmien tad-dDħul fis-seħħ tas-CTBT, huwa ta’ importanza kbira li jkunu żgurati l-ogħla livelli possibbli ta’ operat u sostenibbiltà tan-netwerk tal-ASS. Għalhekk l-għan ta’ din il-proposta tal-proġett huwa li jinġabru l-fatti meħtieġa u l-kondizzjonijiet tas-sostenibbiltà għal kull waħda minn dawn il-faċilitajiet tan-netwerk tal-ASS sabiex jittejjeb il-livell ta’ sostenibbiltà tagħhom għal-livell mandatorju tar-rekwiżiti tekniċi u operattivi. |
|
2. |
Il-paragrafu 8 tal-Protokoll għas-CTBT jipprevedi li: “Biex jissupplimenta n-netwerk primarju, netwerk awżiljarju ta’ 120 stazzjon għandu jipprovdi informazzjoni, direttament jew permezz ta’ ċentru tad-data nazzjonali, liċ-Ċentru tad-Data Internazzjonali fuq talba. (…) L-istazzjonijiet awżiljarji għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi u operattivi speċifikati fil-Manwal Operattiv tal-Monitoraġġ Sismoloġiku u l-Iskambju Internazzjonali ta’ Data Sismoloġika. Id-data mill-istazzjonijiet awżiljarji tista’ tintalab fi kwalunkwe ħin miċ-Ċentru tad-Data Internazzjonali u għandha tkun immedjatament disponibbli permezz ta’ konnessjonijiet on-line bil-kompjuter”. L-ASS għandhom jissodisfaw essenzjalment l-istess rekwiżiti tekniċi u operattivi bħall-istazzjonijiet sismiċi primarji. |
|
3. |
Spejjeż regolari assoċjati mal-operat u ż-żamma tal-ASS, inkluża s-sigurtà fiżika tal-faċilità għandhom jitħallsu mill-Istat responsabbli għal tali faċilitajiet. Dan ma jikkawżax problema għall-ASS ospitati u/jew operati minn pajjiżi żviluppati. Madankollu, dan jikkostitwixxi sfida sinifikanti fir-rigward tas-36 ASS ċertifikat tal-IMS li jinsabu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ħafna minn dawn l-istazzjonijiet ilhom joperaw għal ħafna snin u issa t-tagħmir installat qed jilħaq l-istadju tat-tmiem taċ-ċiklu tal-użu. |
Ambitu tal-Proġett
|
4. |
L-ambitu prinċipali ta’ dan il-proġett huwa li jiġu assistiti l-awtoritajiet lokali biex jittejbu l-operat u s-sostenibbiltà tan-Netwerk tal-ASS tal-IMS. Dan jinkludi:
|
L-ispejjeż operattivi għall-istazzjonijiet mhux ser ikunu koperti minn dan il-proġett.
|
5. |
Fl-għażla tal-iASS għal dan il-proġett ser tingħata prijorità lil:
|
|
6. |
Fażi I ta’ dan il-proġett ser tikkonsisti minn żjajjar fl-istazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-istatus attwali u l-ħtieġa kontinwa tal-ASS u għat-twettiq ta’ azzjonijiet pendenti ta’ manutenzjoni tat-tagħmir u l-infrastruttura. Lista finali ta’ stazzjonijiet li jeħtieġu ħidma futura ser tkun disponibbli biss wara li jkunu saru tali żjajjar. Barra minn hekk, is-sostituzzjoni tat-tagħmir, is-sistemi ta’ provvista ta’ enerġija ta’ riżerva, is-sigurtà u l-infrastruttura ser issir fil-fażi I fejn possibbli biex ikun żgurat li l-ASS antiki jkunu lesti mad-dħul fis-seħħ tas-CTBT. |
|
7. |
Fil-Fażi II, wara ż-żjara inizjali lill-ASS li jeħtieġu attenzjoni immedjata, ser tiġi identifikata lista dettaljata ta’ stazzjonijiet li jeħtieġu ħidma futura. Din il-lista ser tkun ipprovduta bħala riżultat tal-fażi I u ser tinkludi d-dettalji relatati mas-sostituzzjoni meħtieġa ta’ tagħmir, sistemi ta’ provvista ta’ enerġija ta’ riżerva, sigurtà u infrastruttura li huma meħtieġa biex ikun żgurat li ASS antiki jkunu lesti mad-dħul fis-seħħ tas-CTBT. F’din il-fażi, ser isiru serje ta’ żjajjar immirati lill-awtoritajiet lokali tal-pajjiżi ospitanti tal-ASS biex iqajmu r-rikonoxximent tar-responsabbiltajiet tat-trattat tagħhom fir-rigward tal-operat u ż-żamma tal-ASS u biex jiġi inkoraġġit l-istabbiliment tal-istruttura u r-riżorsi ta’ appoġġ nazzjonali meħtieġa. |
|
8. |
Ser jiġu organizzati żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ/workshops dedikati għall-operaturi tal-ASS. Huwa previst li wieħed minnhom jiġi organizzat fl-Amerika t’Isfel u l-ieħor fl-Afrika jew fl-Asja. |
|
9. |
Ir-riżultat u l-benefiċċju mistenni ta’ dan il-proġett ser ikunu kapaċità mtejba, affidabbiltà u sostenibbiltà fit-tul tan-netwerk tal-IMS. |
Benefiċċji u Eżitu
|
10. |
Il-benefiċċji mistennija ser jinkludu stazzjonijiet b’tagħmir modern li jiffunzjona tajjeb, li huma miżmumin fl-ogħla livell possibbli ta’ data disponibbli, biex b’hekk tiġi garantita l-kredibbiltà xjentifika u teknoloġika tas-sistema ta’ verifika fuq medda twila. L-assistenza f’termini ta’ tagħmir u taħriġ ser tiżgura li l-operaturi tal-istazzjonijiet ikunu kapaċi jżommu u joperaw l-istazzjon tagħhom fl-istandards tal-IMS mistennija, b’kont meħud tas-sostenibbiltà fit-tul u l-kwalità tad-data. |
|
11. |
Ser jiġi pprovdut rapport finali lir-RGħ li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
Proġett II: Titjib tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa mal-komunità xjentifika
Sfond
|
12. |
Minħabba l-pass rapidu tal-progress xjentifiku u teknoloġiku, hija sfida ewlenija għall-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO biex tibqa’ armonizzata mal-aħħar żviluppi fix-xjenzi li hu bbażat fuqhom is-CTBT u biex tivvalutahom regolarment fir-rigward tal-mandat tagħha ta’ verifika. Li tibqa’ fuq quddiem tal-isforzi ta’ verifika mad-dħul fis-seħħ tas-CTBT(u wara) huwa essenzjali li tinżamm il-kredibbiltà tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT. |
|
13. |
Is-CTBT jserraħ fuq ix-xjenza u t-teknoloġija l-aktar avvanzati aktar minn kwalunkwe trattat internazzjonali ieħor dwar il-kontroll tal-armi. Il-komponenti kollha tas-sistema ta’ verifika unika tas-CTBT—l-IMS b’netwerk globali ta’ 337 faċilità ta’ monitoraġġ, iċ-Ċentru tad-Data Internazzjonali (IDC) għall-analiżi ta’ ammont kbir ta’ data u reġim OSI li jinkludi serje ta’ teknoloġiji kumplessi—jiddependu mill-iżvilupp kontinwu tax-xjenza u t-teknoloġija u minn relazzjoni mill-qrib mal-komunità xjentifika u l-interazzjoni magħha. |
|
14. |
Is-CTBT u l-Protokoll tiegħu jipprovdu lill-Organizzazzjoni mandat ċar biex is-CTBTO ttejjeb it-teknoloġiji ta’ verifika tagħha, waqt li jappellaw lil kull Stat Parti biex “... jikkoopera mal-Organizzazzjoni u ma’ Stati Partijiet oħra fit-titjib tas-sistema ta’ verifika…” (l-Artikolu IV(11) tas-CTBT) u lill-IDC biex “...isaħħaħ progressivament il-kapaċitajiet tekniċi tiegħu…” (il-punt (B) tal-paragrafu 18 tal-Parti I tal-Protokoll tas-CTBT). |
|
15. |
Kmieni fir-rebbiegħa tal-2008 l-PTS beda l-proġett dwar Studji Xjentifiċi Internazzjonali (ISS) bl-għan li jiġu vvalutati l-kapaċità u l-prontezza tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT u biex jiġu identifikati l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi li jistgħu jsaħħu l-kapaċitajiet kif ukoll itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-proċessi tal-PTS. L-involviment wiesa’ tal-komunità teknika u xjentifika permezz tal-Konferenza dwar l-Istudji Xjentifiċi Internazzjonali (ISS09) ipprovda ħafna suġġerimenti biex jittejbu l-kapaċitajiet ta’ verifika bl-użu ta’ teknoloġiji u metodi l-aktar avvenzati. |
|
16. |
Bħala segwitu għall-ISS09, il-PTS qed jaħdem biex jutilizza dawn l-ideat u s-suġġerimenti biex itejjeb b’mod konkret il-proċessi tiegħu u jesplora l-potenzjal ta’ verifika ta’ metodi ġodda. Taħt il-ġestjoni tal-PTS, qed isiru workshops iffokati li jinvolvu lill-komunità xjentifika ġenerali biex tavvanza ftit mill-ideat promettenti mill-ISS09. Qed jingħataw kuntratti għall-iżvilupp ta’ proċessi innovattivi ġodda identifikati fil-workshops u qed jiġi stabbilit Ċentru ta’ Sfruttament tad-Data Virtwali (vDEC) biex jipprovdi pjattaforma għall-iżvilupp u l-ittestjar ta’ dawn il-proċessi. Titjib u innovazzjonijiet potenzjali relatati mal-verifika li ġejjin mill-ħidma kkuntrattata ser jiġu sottomessi lill-Organi tat-Tfassil tal-Politika (PMOs) tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO għall-kunsiderazzjoni. |
Objettivi
|
17. |
L-objettivi ta’ dan il-proġett huma li tittejjeb is-sistema ta’ verifika tas-CTBT bl-appoġġ tal-involviment tal-komunità xjentifika u teknika esterna ġenerali:
|
Ambitu
|
18. |
L-ambitu ta’ dan il-proġett jinvolvi it-tliet kompiti li ġejjin:
|
|
19. |
Dawn il-kompiti ser jinkisbu permezz ta’ workshops iffokati biex jiġu diskussi u identifikati l-oqsma bl-akbar potenzjal għall-verifika tas-CTBT u, it-tieni, permezz tal-finanzjament tal-iżvilupp u l-ittestjar ta’ dawn il-metodi għall-użu possibbli fis-sistema ta’ verifika. Il-vDEC ser isaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-komunità xjentifika u teknika u ser jipprovdi aċċess għar-riżorsi tad-data u l-kompjuter b’appoġġ għall-proġetti. |
|
20. |
L-ISS09 irrevediet il-kapaċitajiet tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT. Attwalment, u bħala bażi għal dan il-proġett, ir-riżultati tal-informazzjoni u r-riċerka li ġew ippreżentati lill-ISS09 qed jinġabru u jiġu vvalutati fil-PTS. Sussegwentement, u abbażi ta’ dawn is-sejbiet,
|
|
21. |
Barra mill-attivitajiet fil-fażijiet I u II, il-komunità xjentifika ġenerali ser tiġi involuta f’eżami ta’ xjenzi u teknoloġiji emerġenti ta’ rilevanza għas-sistema ta’ verifika tas-CTBT permezz ta’ previżjoni teknoloġika. Din l-attività parallela ser tkun ibbażata wkoll fuq il-ġbir u l-analiżi tas-sejbiet tal-ISS09 u ser titwettaq permezz ta’ workshops u analiżi biblijometrika matul l-2010 u l-2011. Din il-Previżjoni Teknoloġika għandha l-għan li tipprovdi l-informazzjoni u l-analiżi meħtieġa biex jibqgħu fuq quddiem tax-xjenza tal-verifika fil-futur prevedibbli. |
Ġestjoni
|
22. |
L-aspetti kollha ta’ dan il-proġett ser jiġu ġestiti mill-PTS b’parteċipazzjoni barranija potenzjali. Il-PMOs ser ikun informat fuq bażi regolari dwar l-attivitajiet u l-benefiċċji potenzjali tagħhom. Dan ser jinkludi informazzjoni fil-qosor dwar il-proġetti li jkunu għaddejjin kif ukoll preżentazzjonijiet iffokati fuq proġetti speċifiċi kif adatt. |
|
23. |
Biex jikkapitalizzaw fuq il-momentum tal-ISS09, il-koordinaturi u l-integraturi tal-oqsma tas-suġġetti differenti relatati mal-verifika li kienu involuti fil-proċess ISS09 ser ikunu kandidati potenzjali għall-kontribut lill-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-workshops iffokati. Dawn ix-xjenzati prominenti ser jaħdmu mal-ġestjoni tal-PTS biex jiżguraw il-parteċipazzjoni wiesgħa mill-komunità xjentifika u biex jgħinu fl-organizzazzjoni u l-kopresidenza tas-sessjonijiet ta’ dawn il-laqgħat u l-workshops. |
|
24. |
L-ideat u l-proġetti potenzjali ġenerati u rakkomandati mill-workshops iffokati ser jiġu riveduti mill-PTS. Il-ġestjoni tal-PTS ser tiżgura li l-attivitajiet tal-proġett huma ffokati fuq l-objettiv aħħari tat-titjib tal-kapaċitajiet tas-sistema ta’ verifika. |
vDEC
|
25. |
L-implimentazzjoni tal-vDEC qed timxi ‘l quddiem peress li hija għodda ewlenija fl-isforzi tal-PTS biex il-kapaċitajiet tiegħu jissaħħu progressivament. L-impetu inizjali għall-vDEC oriġina mill-isforzi tat-Tagħlim bil-Magni/Estrazzjoni tad-Data (tekniki ta’ proċessar innovattivi) mwettqin taħt il-proġett ISS09 u kien immotivat fil-biċċa l-kbira mill-ħtieġa perċepita għal pjattaformi ta’ skambju u komunikazzjoni, li jippermettu l-aċċess għad-data u s-software tal-PTS. |
|
26. |
Abbażi ta’ dawn il-ħtiġijiet, u biex ikun ipprovdut l-aċċess għad-data u l-għodda ta’ proċessar, il-pjattaforma ta’ żvilupp tal-vDEC (hardware u software) ser:
|
Monitoraġġ u Teknoloġiji tal-OSI
|
27. |
Il-monitoraġġ u t-teknoloġiji tal-OSI huma l-pedamenti tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT. L-ISS09 pprovdiet reviżjoni xjentifika esterna ta’ dawk it-teknoloġiji kif ukoll ħarsa lejn ħafna avvanzi moderni f’dawn l-oqsma. Huwa importanti kemm li tinqabad l-essenza tal-informazzjoni ppreżentata u li jkunu segwiti dawk l-oqsma fejn jista’ jsir titjib konkret fil-kapaċitajiet ta’ verifika. |
|
28. |
Qed jinġabru r-riżultati tal-informazzjoni u r-riċerka mill-kartelluni u l-preżentazzjonijiet xjentifiċi fl-ISS09 u dawn ser isiru disponibbli għall-utenti reġistrati u x-xjenzati. Dan ser jifforma l-bażi għal workshops u laqgħat immirati (fażi I) f’oqsma ta’ suġġetti speċifiċi biex jiġi kkonsolidat aktar il-kontribut tal-ISS09 u biex jiġu esplorati u identifikati ideat promettenti oħra li ta’ min iwettaqhom għall-benefiċċju tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT. Ser jiġu ffinanzjati proġetti magħżulin immirati lejn l-iżvilupp u l-ittestjar tal-aktar ideat promettenti (fażi II). Ir-rżultati ta’ dawn il-proġetti ser jiġu sottomessi għal konsiderazzjoni aħħarija mill-PMOs meta jkun hemm prova ta’ titjib. Il-benefiċċji ta’ dan l-element tal-proġett huma l-effiċjenza u l-effettività mtejbin tal-proċessi ta’ sistema ta’ verifika tas-CTBT. |
|
29. |
Fost is-suġġetti speċifiċi li jistgħu jiġu segwiti taħt fażi II tal-proġett hemm:
Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema f’dawn l-oqsma speċifiċi ser ikunu attività ta’ prijorità biex jiġu kkwantifikati r-riżultati tal-proċessi żviluppati reċentament. |
|
30. |
Il-fużjoni tad-data fil-forma ta’ mewġa kienet suġġett ta’ laqgħa teknika reċenti dwar l-estrazzjoni tad-data (teknika ta’ proċessar innovattiva), u l-ideat ippreżentati ser ikunu lesti għall-iffinanzjar sal-aħħar tal-2010. Żewġ proġetti sekondarji tal-fużjoni tad-data huma antiċipati għall-iffinanzjar permezz ta’ kuntratturi: pereżempju, fużjoni ta’ data fil-forma ta’ mewġa (sismika, idroakustika, u infrasound); u l-fużjoni ta’ prodotti/data fil-forma ta’ mewġa u radjunuklidi biex jipproduċu Bullettin ta’ Avvenimenti Marbutin Flimkien (Fused Event Bulletin). |
|
31. |
L-identifikazzjoni tal-fażi hija qasam identifikat mill-PTS fejn il-komunità xjentifika tista’ tagħti kontribut sinifikanti. Il-workshops dwar l-estrazzjoni tad-data indirizzaw din il-kwistjoni u ser ikomplu jagħmlu dan, u l-Workshop dwar l-Infrasound tard fl-2010 ser jinkludi l-identifikazzjoni tal-fażi bħala wieħed mis-suġġetti tiegħu. Fl-2011 ser jiġi solleċitat kuntratt biex jiġu żviluppati tekniki promettenti u biex jiġu ttestjati fl-infrastruttura tal-proċessar tal-vDEC. |
|
32. |
Is-CTBT jawtorizza l-użu ta’ sett ta’ tekniki differenti matul OSI f’konformità mad-dispożizzjonijiet u r-restrizzjonijiet dwar il-ġbir, it-trattament u l-analiżi ta’ kampjuni u kejl. Huwa permess total ta’ disa’ gruppi ta’ tekniki, li ħafna minnhom ġew adattati għall-applikazzjoni f’ambjent tal-OSI. Tlieta minn dawn it-tekniki, jiġifieri l-immaġni multispettrali, is-sismika attiva u t-tħaffir huma fl-istadju inizjali fil-qafas speċifiku tal-OSI minkejja li huma żviluppati sew fl-ambjent tal-ipprospettar ġeofiżiku, kummerċjali u dak tar-riċerka. Għalhekk jeħtieġ li ssir diskussjoni mal-esperti dwar kif dawn it-tekniki jistgħu jiġu adattati għall-pekuljaretajiet u r-restrizzjonijiet li fihom ser titwettaq OSI: restrizzjonijiet ta’ ħin u riżorsi, partkolaritajiet loġistiċi, limitazzjonijiet potenzjali imposti mill-istat parti tal-ispezzjoni, eċċ. |
|
33. |
Ser isiru tliet laqgħat tal-esperti b’attendenza minn rappreżentanti ta’ kumpanniji tal-esplorazzjoni u istituzzjonijiet xjentifiċi, riċerkaturi, u esperti dwar testijiet nukleari bejn it-tieni nofs tal-2010 u l-ewwel nofs tal-2011 dwar is-suġġetti li ġejjin:
|
|
34. |
Peress li dawn it-teknoloġiji huma standard fl-industrija, il-workshops (tal-fażi I mhux ser jiġu segwiti mill-iżvilupp tal-fażi II; ir-rakkomandazzjonijiet minn dawn il-laqgħat tal-esperti ser jiddaħħlu f’rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji għall-OSI li ser jiġi ppreżentat lill-PMOs għal kunsiderazzjoni. |
|
35. |
B’enfasi fuq l-inkorporazzjoni tat-teknoloġija tal-gass nobbli fis-sistema ta’ verifika, jeħtieġ titjib fil-proċessar tad-data u kategorizzazzjoni tal-avvenimenti għall-analiżi radjunuklida. Fit-tieni nofs tal-2010 l-komunità xjentifika ser tiġi inkoraġġita biex tipparteċipa fil-workshop dwar l-Esperiment Internazzjonali tal-Gass Nobbli fejn ser jinġabru u jiġu diskussi l-ideat tal-komunità xjentifika dwar is-suġġett. Imbagħad fl-2011 ser jiġi solleċitat kuntratt biex jiġu żviluppati tekniki promettenti u biex jiġu ttestjati fl-infrastruttura tal-proċessar tal-vDEC. |
|
36. |
Fl-2011 ser tiġi kkuntrattata l-ħidma biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tas-sistema permezz tar-riżorsi tal-vDEC. Il-parteċipazzjoni esterna fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema hija essenzjali biex tinżamm il-kredibbiltà xjentifika lejn il-komunità globali u ser ittejjeb il-fiduċja tal-Istati Partijiet meta jikkunsidraw li jivvalidaw is-sistema ta’ verifika u li jikkummissjonaw id-diversi elementi tagħha. Il-miżuri ta’ prestazzjoni żviluppati permezz ta’ dan il-finanzjament huma mistennija li jipproduċu miżuri ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema ġodda u mtejbin li jistgħu jiġu ppreżentati lill-PMO bħala titjib propost. |
Previżjoni Teknoloġika
|
37. |
Filwaqt li qed titħejja s-sistema ta’ verifika tas-CTBT emerġenti għall-użu operattiv, għandha tingħata wkoll attenzjoni għat-triq ‘il quddiem biex tinżamm il-kredibbiltà xjentifika u teknoloġika tal-kapaċitajiet ta’ verifika tagħha fit-tul. Il-previżjoni teknoloġika, filwaqt li teżamina l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi li jikkontribwixxu għal dawn il-kapaċitajiet fit-tul, ser tgħin lill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO biex tkun fuq quddiem fil-qasam tagħha. L-ammont kbir ta’ kontributi xjentifiċi u ta’ riċerka tal-ISS09 pprovda kontribut siewi u linja ta’ bażi għal approċċ komprensiv tal-previżjoni teknoloġika. Bl-għarfien tat-teknoloġiji emerġenti, jista’ jiġi żviluppat pjan direzzjonali biex dawk it-teknoloġiji jiġu inkorporati fis-sistema ta’ verifika, u biex jinħarġu rakkomadazzjonijiet lill-PMOs għal pjanijiet ta’ implimentazzjoni għal dawk it-teknoloġiji li jtejbu l-proċessi ta’ monitoraġġ. |
|
38. |
Fl-2009 l-PTS investa fis-servizzi konsultattivi tal-previżjoni teknoloġika, b’mod partikolari biex tiġi żviluppata analiżi biblijometrika u tkun applikata għal żewġ suġġetti dwar il-previżjoni teknoloġika. Abbażi ta’ dawn l-esperjenzi, dan il-proġett jipprevedi li jestendi din it-teknika pprovata għal erba’ suġġetti addizzjonali kritiċi għall-iżvilupp tat-teknoloġija għas-sistemi tas-CTBTO li ser jibdew fit-tieni nofs tal-2010, jiġifieri:
|
|
39. |
Minbarra l-analiżijiet, fl-2011 ser issir serje ta’ erba’ workshops immirati u ffokati li jiġbdu parteċipanti mill-komunitajiet tax-xjenza u t-teknoloġija biex dawn is-suġġetti jiġu esplorati u żviluppati aktar u, konsegwentement, biex ikun żgurat l-għarfien tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi u l-livell l-aktar avvanzat tas-sistemi tas-CTBT. |
|
40. |
Il-finanzjament ser jintuża għal-liċenzjar għal 18-il xahar tal-għodod tas-software tal-previżjoni teknoloġika u għall-ikkuntrattar ta’ servizzi ta’ esperti biex jissaħħu u jittejbu l-aċċessibbiltà u l-effettività tas-Sistema ta’ Komunikazzjoni tal-Previżjoni Teknoloġika (TFCS) eżistenti bil-ħsieb li din issir għodda aktar effettiva u forum tassew kollaborattiv mal-komunità xjentifika. |
|
41. |
L-avvanzi futuri fis-sorsi ġodda tal-enerġija, is-sensuri ġeofiżiċi, l-awtomazzjoni u l-wiri jibbenefikaw lill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO billi potenzjalment ibaxxu l-ispejjeż operattivi tal-istazzjonijiet, iżidu l-affidabbiltà tal-istazzjonijiet u l-proċessar awtomatiku, u jżidu l-effiċjenza u l-effettività tal-analiżi, biex insemmu ftit. |
Konklużjoni
|
42. |
L-involviment wiesa’ tal-komunità teknika u xjentifika permezz tal-ISS09 pprovda ħafna suġġerimenti biex jittejbu l-kapaċitajiet ta’ verifika tas-CTBT bl-użu ta’ teknoloġiji u metodi l-aktar avvenzati. Il-PTS qed jaħdem biex jaqbad l-aktar ideat u suġġerimenti promettenti biex itejjeb b’mod konkret il-proċessi tiegħu u jesplora l-potenzjal ta’ verifika ta’ metodi ġodda. |
|
43. |
L-attivitajiet proposti ta’ dan il-proġett ser jinvolvu lill-komunità xjentifika u teknika fl-eżami ta’ kwistjonijiet tekniċi speċifiċi u fl-iżvilupp ta’ proċessi innovattivi li jtejbu l-prestazzjoni eżistenti tas-CTBT u l-valutazzjoni tagħha, l-ewwel permezz ta’ sett ta’ workshops immirati għall-esplorazzjoni ta’ ideat ġodda, u t-tieni bl-ittestjar tat-tekniki promettenti u l-iżvilupp tagħhom fi proċessi li jistgħu jitħaddmu. Dawn ser jiġu ppreżentati lill-PMOs li ser jikkunsidra l-inkorporazzjoni tagħhom fl-ambjent operattiv proviżorju tas-CTBT. |
|
44. |
Barra minn hekk, il-komunità xjentifika ġenerali ser tkun involuta biex teżamina xjenzi u teknoloġiji emerġenti ta’ rilevanza għall-verifika tas-CTBT. Din l-attività ser tkun ibbażata wkoll fuq il-ġbir u l-analiżi tas-sejbiet tal-ISS09 u ser titwettaq permezz ta’ workshops u analiżi biblijometrika matul l-2010 u l-2011. Il-previżjoni teknoloġika għandha l-għan li tipprovdi l-informazzjoni u l-analiżi meħtieġa biex tibqa’ fuq quddiem tax-xjenza tal-verifika fil-futur prevedibbli. |
|
45. |
Il-finanzjament inizjali ser ikopri l-ispejjeż relatati mal-iżvilupp u l-appoġġ tal-aħjar ideat tal-ISS09 u mal-previżjoni teknoloġika. Matul il-proġett, il-PTS ser jistabbilixxi u jirfina l-proċessi u l-għodod għall-involviment tal-komunità xjentifika u ser juri l-valur ta’ din is-sħubija bħala mekkaniżmu għall-iżvilupp, l-ittestjar u t-titjib implimentattiv tas-sistema ta’ verifika. Huwa maħsub (lil hinn minn dan il-proġett) li jiġu estiżi r-rabtiet mal-komunità xjentifika globali, u b’hekk jiżdied l-istatus tal-isforzi kollaborattivi u jiżdied in-numru tal-kontributuri potenzjali għalihom, sabiex ikun jista’ jittieħed l-ikbar benefiċċju għas-sistema ta’ verifika mir-riċerka l-aktar avvanzata. |
Proġett III: Assistenza Teknika għall-Istati Firmatarji fl-Afrika u fir-Reġjun tal-Amerika Latina u l-Karibew biex ikunu jistgħu jipparteċipaw u jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT
Sfond
|
46. |
Waħda mill-karatteristiċi uniċi tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT fost is-sistemi ta’ kontroll tal-armi hija l-għoti fi żmien reali ta’ informazzjoni rilevanti għall-konformità direttament lill-Istati Firmatarji. Minbarra l-għan primarju tal-verifika tas-sistema ta’ monitoraġġ tas-CTBT, it-teknoloġiji u d-data tal-IMS huma ta’ użu konsiderevoli għal aġenziji ċivili u tal-gvernijiet fl-analiżi tagħhom ta’ (pereżempju) terremoti, żbroffi ta’ vulkani, splużjonijiet taħt l-ilma, tibdil fil-klima u tsunamis. |
|
47. |
Filwaqt li l-interess fost il-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-istabbiliment ta’ Ċentri Nazzjonali tad-Data (NDC) kiber b’mod sinifikanti fis-snin li għaddew - żieda ta’ madwar 20 % fl-abbonatigħall-IDC - bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw għad m’għandhomx aċċess sħiħ għas-sistema tas-CTBT.
Għalhekk, qed isiru sforzi addizzjonali mill-PTS biex jiżdied in-numru ta’ NDCs stabbiliti, in-numru ta’ Kontijiet Firmatarji Siguri u n-numru ta’ utenti awtorizzati. B’mod partikolari, is-70 Stati Firmatarji li baqa’ li għad m’għandhomx aċċess għad-Data tal-IMC u l-prodotti tal-IDC huma mmirati (29 fl-Afrika, 8 fl-Amerika Latina, 10 fil-Lvant Nofsani u l-Asja tan-Nofsinhar, 12 fl-Asja tax-Xlokk, il-Paċifiku u l-Lvant Imbiegħed, 3 fl-Ewropa tal-Lvant u 8 fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Ewropa tal-Punent). Dawn l-isforzi huma diretti lejn dawk li jeħtieġu l-appoġġ tekniku tal-PTS sabiex jiżdied l-użu tagħhom ta’ din id-data u dawn il-prodotti. |
|
48. |
Skont l-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK inbeda proġett ta’ assistenza teknika bl-għan li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni mtejba tal-istati Afrikani fis-sistema ta’ verifika tas-CTBT u l-benefiċċji ċivili u xjentifiċi tagħha. Total li jasal sa 19-il stat Afrikan ġew magħżula bħala benefiċjarji għal dak il-proġett. Madankollu, huma meħtieġa riżorsi addizzjonali biex jiġu indirizzati l-ħtiġiet identifikati fir-reġjun tal-Afrika kif ukoll f’reġjuni oħra. |
|
49. |
Il-proġett ġdid ta’ assistenza teknika propost huwa segwitu tal-proġett li nbeda taħt l-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK. Dan ser jestendi l-appoġġ tekniku lill-istati Afrikani li ma setgħux jiġu inklużi fl-ewwel proġett kif ukoll lill-istati magħżulin fir-Reġjun tal-Amerika Latina u l-Karibew (ir-Reġjun LAC). Fl-għażla tal-pajjiżi benefiċjarji proposti, ser jingħata prijorità lil:
|
|
50. |
Biex jiġu sostnuti l-attivitajiet tal-NDCs, ir-riżorsi meħtieġa għall-operat tal-faċilità għandhom jiġu pprovduti mill-pajjiżi riċeventi. L-impenn tal-pajjiż riċeventi huwa meqjus bħala prerekwiżit għas-suċċess tal-proġett. |
|
51. |
Bħal fil-każ tal-proġett li nbeda taħt l-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK, dan il-proġett ser jinvolvi l-għoti ta’ taħriġ fi gruppi fir-reġjun dwar il-proċessar tad-data tal-IMS u l-analiżi tal-prodotti taċ-Ċentru tad-Data Internazzjonali (IDC), kif ukoll il-forniment ta’ tagħmir bażiku meta jkun meħtieġ. Jekk ikun fattibbli, attivitajiet ta’ taħriġ immirat u assistenza teknika oħra ser jiġu ppjanati għall-istati benefiċjarji li fihom ġew identifikati u vvalutati ħtiġijiet partikolari rigward l-istabbiliment ta’ NDCs u SSAs kif ukoll rigward il-benefiċċji ċivili u xjentifiċi tas-sistema. L-attivitajiet kollha fl-Istati benefiċjarji ser jitwettqu f’koordinazzjoni mill-qrib mal-PTS u b’appoġġ minnu biex tiġi żgurata l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-isforzi ta’ taħriġ u assistenza mwettqa f’dan il-proġett, kif ukoll biex tiġi żgurata armonizzazzjoni adegwata mal-attivitajiet imwettqa taħt l-Azzjoni Konġunta 2006/243/PESK. |
|
52. |
Abbażi tal-kriterji tal-għażla msemmija fil-paragrafu 47, il-PTS jipprevedi attivitajiet f’kemm jista’ jkun mill-pajjiżi li ġejjin, soġġett għal valutazzjoni minn qabel mill-PTS tal-fattibbiltà meta jitqiesu l-kondizzjonijiet lokali li jipprevalu f’dak iż-żmien:
|
Benefiċċji
|
53. |
Il-proġett għandu l-għan li jiġġenera numru ta’ benefiċċji importanti għas-CTBTO u l-istati benefiċjarji, jiġifieri li jippermetti lill-NDCs fl-istati benefiċjarji li jkollhom kapaċitajiet tekniċi kwalifikati aħjar għal:
|
|
54. |
Huwa ser jippermetti lil dawk l-Istati li jistabbilixxu NDCs biex jirċievu u janalizzaw id-data mhux proċessata pprovduta f’ħin reali mill-IDC. L-istati li jistabbilixxu NDCs ser jirċievu appoġġ teknoloġiku u uman mill-PTS, u dan l-appoġġ ser jgħin lill-Istati riċevituri biex jibnu u jżommu l-kapaċitajiet tekniċi meħtieġa biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-sistema ta’ verifika tas-CTBT. Barra minn hekk, ser jinkiseb apprezzament akbar fost l-istati benefiċjarji ta’ kif il-ħolqien ta’ NDC jista’ jgħin biex il-bażi xjentifika tagħhom issir aktar rikka u kif id-data tal-IMS tista’ tintuża biex jiġu analizzati l-avvenimenti fir-reġjun. |
Deskrizzjoni
|
55. |
Il-PTS ser jidentifika u jipprovdi żewġ esperti tekniċi bħala konsulenti li ser ikunu bbażati jew direttament fiż-żewġ reġjuni jew fi Vjenna għal dan il-proġett u li ser jikkoordinaw l-attivitajiet kollha tagħhom f’konsultazzjoni mal-ġestjoni tal-PTS u bl-approvazzjoni tiegħu. |
Fażi 1: Żjajjar ta’ evalwazzjoni teknika
|
56. |
Ser issir żjara lil Stati benefiċjarji potenzjali kif deskritt hawn fuq biex jiġi vvalutat l-għarfien u l-użu tad-data tal-IMS u l-prodotti tal-IDC. L-esperti ser jaħdmu flimkien mal-Awtoritajiet Nazzjonali (maħtura jew stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu III tas-CTBT) biex jifhmu l-ħtiġijiet u l-perċezzjonijiet attwali, u biex ikabbru l-għarfien dwar id-data tal-IMS u l-prodotti tal-IDC, inkluż l-użu potenzjali tagħhom għal skopijiet ċivili u xjentifiċi. Barra minn hekk, ser jiġi stabbilit kuntatt ma’ istituzzjonjiiet rilevanti oħrajn f’kull pajjiż li jista’ jibbenefika mill-użu tad-data tal-IMS u l-prodotti tal-IDC. Ser jiġi ffaċilitat netwerking bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali u l-istituzzjonijiet rilevanti, kif adatt. F’każijiet fejn ikun jeżisti NDC, ser jiġi vvalutat l-istatus ta’ kull NDC f’termini ta’ persunal u infrastruttura (inkluża l-infrastruttura tal-kompjuters u tal-Internet), sabiex jitfasslu attivitajiet prijoritarji. |
Fażi 2: Taħriġ
|
57. |
Ser isiru sessjonijiet ta’ taħriġ reġjonali, li ser iġibu flimkien parteċipanti mill-istituzzjonijiet identifikati fil-fażi 1. Dan it-taħriġ ser jipprovdi istruzzjoni teknika dwar id-data tal-IMS u l-prodotti tal-IDC. Matul dan it-taħriġ, il-parteċipanti ser jaħdmu b’software tal-PTS żviluppat għall-NDCs, li jista’ jintuża għall-aċċess u l-analiżi tad-data tal-IMS u l-prodotti tal-IDC. Dan it-taħriġ ser jipprovdi wkoll opportunità biex titrawwem kooperazzjoni bejn il-persunal tekniku f’istituzzjonijiet fir-reġjun. |
|
58. |
Sussegwentement, ser tingħata assistenza teknika estiża biex jintgħażlu NDCs biex jgħinu fl-applikazzjoni ta’ lezzjonijiet meħudin mit-taħriġ reġjonali għas-sitwazzjoni speċifika tagħhom. Dan it-taħriġ ser jitfassal skont il-ħtiġijiet ta’ kull NDC, is-sett ta’ ħiliet ta’ kull wieħed mill-persunal tal-NDC u b’kont meħud tal-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi benefiċjarji. Il-parteċipanti ser jinstallaw u jikkonfiguraw software tal-NDC bl-assistenza tal-espert tekniku u ser jistabbilixxu sistemi ta’ ksib, proċessar, analiżi u rappurtar tad-data fuq bażi ta’ rutina skont il-ħtiġijiet ta’ kull Awtorità Nazzjonali. Barra minn hekk, xi pajjiżi ser jingħataw tagħmir bażiku tal-NDC, inkluż hardware tal-kompjuters u periferali, skont il-ħtiġijiet ivvalutati tagħhom. Jekk jiġi pprovdut it-tagħmir, jiġu wkoll ipprovdut mill-espert tekniku t-taħriġ fuq l-installazzjoni, iż-żamma, u t-tħaddim ta’ dak it-tagħmir. |
Fażi 3: Segwitu
|
59. |
Biex jikkonsolidaw il-ħiliet miksuba u/jew jagħlqu l-vojt li jifdal wara l-fażi 1, ser issir żjara ta’ ritorn lill-pajjiżi benefiċjarji biex issir valutazzjoni dwar kif il-parteċipanti qed jużaw dak li tgħallmu fis-sessjonijiet tat-taħriġ fil-fażi 1. |
|
60. |
L-objettiv ta’ dawn iż-żjajjar qosra ta’ segwitu hu li jiġi żgurat li l-persunal tekniku lokali jkun jista’ juża d-data tal-IMS u l-prodotti tal-IDC fuq bażi ta’ rutina. Dawn l-isforzi ser ikunu mfassla skont il-ħtiġijiet u l-ħiliet lokali, bil-ħsieb tas-sostenibbiltà, sabiex l-attivitajiet ikomplu anki wara li jintemm dan il-proġett. Rapport komprensiv konklużiv għal kull pajjiż benefiċjarju ser jifforma l-bażi biex l-attivitajiet ikomplu jiġu segwiti fil-pajjiżi rispettivi. |
Tul tal-proġett
|
61. |
Skont il-ħtiġijiet ivvalutati fl-istat benefiċjarju, huwa antiċipat li l-esperti tekniċi ser jibqgħu bejn 3 sa 6 ġimgħat f’kull pajjiż benefiċjarju. Il-preżenza totali fil-pajjiżi benefiċjarji hija prevista li ser tkun minn 12 sa 15-il xahar. It-tul ta’ żmien totali stmat għall-implimentazzjoni tal-proġetti hu ta’ 18-il xahar. |
Proġett IV: It-tisħiħ tal-kapaċitajiet OSI tas-CTBT: permezz tal-iżvilupp ta’ sistema ta’ kxif ta’ gass nobbli (RadioXenon) fuq il-post Ibbażata fuq OSI (OSI XeFDS)
Sfond
|
62. |
L-importanza tal-kxif ta’ gass nobbli saret evidenti fis-snin reċenti, mhux l-inqas fil-kuntest taż-żewġ testijiet nukleari mħabbrin mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK) fl-2006 u fl-2009. Għalhekk il-bini ta’ din il-kapaċità b’mod partikolari għall-finijiet speċifiċi tal-OSI huwa element ewlieni biex tkun żgurata l-verifika futura tal-konformità mas-CTBT. L-eżerċizzji reċenti tal-OSI, bħall-Eżerċizzju Integrat fil-Post fl-2008 (IFE08) fil-Kazakistan, it-test sempliċi inizjali tat-tagħmir RadioXenon fl-2006, kif ukoll l-eżerċizzju tal-Esperiment tal-Gass Nobbli (NG09) fis-Slovakkja fil-ħarifa tal-2009 pprovdew esperjenzi operattivi siewja fir-rigward tar-rekwiżiti għal OSI XeFDS. Abbażi tal-analiżi li ġejja minn dawk l-eżerċizzji sar evidenti li s-sistemi ta’ gass nobbli eżistenti mhux ser jissodisfaw il-kondizzjonijiet tipiċi fuq il-post u dawk operattivi li jiġu ffaċċjati matul OSI reali (1). Għal dan ġew identifikati tliet raġunijiet tekniċi prinċipali:
|
Objettiv
|
63. |
L-objettiv ta’ dan il-proġett huwa t-tfassil mill-ġdid u l-provvista ta’ prototip modulari OSI XeFDS li tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-OSI b’mod partikolari f’termini tal-ammont ta’ kampjuni ta’ gass nobbli u t-trasportabbiltà. L-għan huwa li s-sistema tiġi pprovduta fil-ħin għat-tħejjija għall-Eżerċizzju Integrat fil-Post li jmiss fl-2013 (IFE13). |
Ambitu
|
64. |
Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-OSI msemmijin hawn fuq għal sistema ta’ kxif ta’ gass nobbli, ser jiġu mistiedna fornituri potenzjali biex jippreżentaw proposti biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tekniċi li ġejjin:
|
|
65. |
Wara l-provvista tal-prototip ta’ sistema modulari, hija prevista fażi ta’ validazzjoni, ittestjar u taħriġ bil-ħsieb li s-sistema tkun tista’ titħaddem għall-IFE13. |
|
66. |
Minbarra r-rekwiżiti tekniċi ġeneriċi msemmijin hawn fuq, aktar tard aktar speċifikazzjonijiet ta’ żvilupp u rekwiżiti partikolari tas-sistema teknika ser jiġu bbażati fuq is-sejbiet dettaljati mill-NG09 u fuq diskussjonijiet tekniċi previsti li għandhom jitwettqu matul Laqgħa tal-Esperti tal-Gass Nobbli ppjanata fit-tieni kwart tal-2010. Madankollu, is-sejbiet u l-konklużjonijiet prinċipali minn diskussjonijiet tal-esperti matul l-NG09 intużaw fit-tħejjija għal din il-proposta u mhuma mistennija la li jinbidlu fir-rapport u lanqas fir-rekwiżiti tal-proġett. |
Benefiċċji
|
67. |
It-tisħiħ tal-kapaċita ta’ kxif ta’ gass nobbli huwa rekwiżit ewlieni għall-prontezza operattiva tal-OSI u, b’hekk, għall-effettività u l-kredibbiltà tas-sistema ta’ verifika tas-CTBT. Bħala riżultat ta’ dan il-proġett, unità bażi waħda operattiva kompletament u faċilment trasportabbli b’żewġ pari ta’ sensuri plug-on modulari hija mistennija li tiġi pprovduta qabel l-IFE13 previst. Dan ser jippermetti avvanzi operattivi sinifikanti fil-kapaċità ta’ kxif ta’ gass nobbli matul OSI mingħajr ma tintilef il-kapaċità ta’ kxif fl-ordni ta’ 1 mBq/m3. |
|
68. |
Is-sistema modulari prevista ser tippermetti wkoll it-titjib faċli tal-hardware eżistenti qabel it-tnedija tal-missjoni speċifika tal-OSI sempliċiment billi jiġu integrati moduli addizzjonali ta’ sensuri bħala plug-ins robusti għal sistema bażika waħda. Barra minn hekk, iż-żamma u l-iffittjar ta’ partijiet tar-rikambju taħt il-kondizzjonijiet ta’ fuq il-post matul OSI ser jiġu ffaċilitati bil-kbir. |
Tul tal-proġett
|
69. |
Abbażi ta’ proġetti simili ta’ disinn tekniku mill-ġdid, hu mistenni li ekwipaġġ ta’ żewġ inġiniera ser ikollhom jaħdmu għal-sentejn b’mod kontinwu; it-tul massimu tal-proġett sħiħ huwa ffissat għal sentejn. |
|
70. |
Il-proġett huwa previst li jibda fit-tielet kwart tal-2010 u li jdum sal-2012. Il-fażijiet u l-iskedi huma ppreżentati hawn taħt:
|
|
71. |
L-iskedi ta’ hawn fuq jippermettu l-flessibbiltà interna. Madankollu, it-taħriġ ta’ spetturi supplenti dwar is-sistema ta’ kxif ta’ gass nobbli tal-OSI huwa rekwiżit obbligatorju għat-tħaddim tas-sistema matul l-IFE13 ippjanat. Id-data tal-provvista tal-OSI XeFDS ittestjata, li ser tikkonsisti minn unità bażi waħda u żewġ pari modulari ta’ kmamar analitiċi, hija għalhekk iffissata għall-31 ta’ Diċembru 2012. Minħabba r-restrizzjonijiet konsiderevoli ta’ żmien, ser isiru sforzi biex tinbeda u titmexxa l-fażi ta’ applikazzjoni (fażi żero) ta’ dan il-proġett simultanjament mal-kunċettwalizzazzjoni u l-fażi ta’ blueprint inizjali (fażi 1). |
III. TUL TA’ ŻMIEN
It-tul ta’ żmien totali għall-implimentazzjoni tal-proġetti huwa stmat għal 18-il xahar.
IV. BENEFIĊJARJI
Il-benefiċjarji tal-proġetti li għandhom jiġu appoġġati skont din id-Deċiżjoni huma l-Istati Firmatarji kollha tas-CTBT, kif ukoll il-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.
L-għażla finali tal-pajjiżi benefiċjarji għall-komponent tal-proġett “Assistenza Teknika” ser issir f’konsultazzjoni bejn l-entità implimentattiva u r-RGħ fil-qafas tal-Grupp ta’ Ħidma kompetenti tal-Kunsill. Id-deċiżjoni finali ser tkun ibbażata fuq proposti mill-entità implimentattiva skont l-Artikolu 2(2) ta’ din id-Deċiżjoni.
V. ENTITÀ IMPLIMENTATTIVA
Il-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO ser tiġi fdata bl-implementazzjoni teknika tal-proġetti. Il-proġetti ser jiġu implementati direttament mill-persunal tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO, mill-esperti mill-Istati Firmatarji tas-CTBT u mill-kuntratturi. Fil-każ tal-kuntratturi, l-akkwist ta’ kwalunkwe merkanzija, xogħol jew servizz mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni ser jitwettaq kif dettaljat fil-ftehim ta’ finanzjament li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.
L-entità implimentattiva ser tħejji:
|
— |
rapport ta’ nofs it-terminu wara l-ewwel sitt xhur tal-implimentazzjoni tal-proġetti, |
|
— |
rapport finali mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem tal-implimentazzjoni tal-proġetti. |
Ir-rapporti ser jintbagħtu lir-RGħ.
VI. PARTEĊIPANTI TERZI
Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati fl-intier tagħhom b’din id-Deċiżjoni. L-esperti mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO u mill-Istati Firmatarji tas-CTBT jistgħu jitqiesu bħala parteċipanti terzi. Huma ser jaħdmu skont ir-regoli ta’ ħidma standard għall-esperti tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.
(1) Is-sistemi ta’ gass nobbli, li ġew akkwistati skont l-Azzjoni Konġunta 2008/588/PESK, huma tagħmir trasportabbli li jissodisfa r-rekwiżiti biex jintuża bħala “stazzjon bażi mobbli” għall-kejl tal-isfond globali u kontinwu tar-RadioXenon, iżda mhumiex maħsubin għall-finijiet ta’ fuq il-post tal-OSI. Dawn is-sistemi ser jinżammu fil-kustodja tal-PTS u ser iservu bħala unitajiet ta’ taħriġ għall-OSI u bħala sistemi mobbli ta’ riżerva għall-IMS.
|
20.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Awwissu 2010
dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni ta’ finanzjament fuq proġett pilota għall-promozzjoni tal-għoti ta’ setgħa lill-konsumatur, l-effiċjenza u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji Ewropej permezz tat-taħriġ tal-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet simili
(2010/462/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikulari l-Artikolu 75 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn ’il quddiem imsejħa r-“Regoli Implimentattivi”), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B’mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli Implimentattivi, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu Deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi l-infiq u għandha tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ġew delegati mill-istituzzjoni. |
|
(2) |
B’mod konformi mal-punt (a) tal-Artikolu 49(6) tar-Regolament Finanzjarju l-proġett pilota attwali huwa skema pilota li għandha natura esperimentali mfassla biex tittestja l-fattibbiltà ta’ azzjoni u l-utilità tagħha. |
|
(3) |
Fil-baġit tal-Unjoni għall-2010 l-Awtorità Baġitarja allokat EUR 1 miljun għal proġett pilota li jikkonċerna l-għoti ta’ setgħa lill-konsumatur, l-effiċjenza u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji Ewropej permezz tat-taħriġ. |
|
(4) |
Huma previsti tliet azzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett pilota, u l-finanzjament ta’ dawn l-azzjonijiet għandu jkun soġġett għal Deċiżjoni waħda. |
|
(5) |
Minħabba li s-servizzi finanzjarji qegħdin isiru aktar kumplessi, il-konsumaturi għandhom aktar bżonn ta’ parir finanzjarju. Servizz ta’ parir finanzjarju ġenerali jista’ jagħti setgħa lill-konsumaturi, u jipprovdi l-informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jixtri s-servizzi finanzjarji b’mod intelliġenti. It-taħriġ ta’ entitajiet li m’għandhomx skop ta’ qligħ, bħal pereżempju l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet mhux governattivi oħra kif ukoll organizzazzjonijiet governattivi, ser jippermettilhom jipprovdu parir aħjar lill-konsumaturi fuq firxa akbar ta’ kwistjonijiet importanti fis-servizzi finanzjarji. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni ta’ finanzjament tista’ tkopri wkoll il-ħlas tal-imgħax dovut għall-ħlas tardiv abbażi tal-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 106(5) tar-Regoli Implimentattivi. |
|
(7) |
Huwa xieraq li jiġu definiti t-termini “bidla sostanzjali” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regoli Implimentattivi għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Waħdieni
L-azzjonijiet imsemmijin fl-Anness huma hawnhekk approvati. Dawn għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-linja baġitarja 17 02 04 tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2010 sal-limitu massimu ta’ EUR 1 000 000. Dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jkopru wkoll l-imgħax dovut għall-ħlas tardiv.
L-ammonti indikati fid-deskrizzjonijiet li ġejjin huma indikattivi. Fl-ambitu tal-baġit indikattiv massimu għall-azzjonijiet speċifiċi kollha, il-bidliet akkumulati li ma jaqbżux l-20 % mhumiex meqjusa bħala sostanzjali sakemm ma jaffettwawx b’mod sinifikanti n-natura u l-għanijiet tal-proġett pilota.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jadotta dawn il-bidliet skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda u tal-proporzjonalità.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Ambitu: Il-Politika tal-Konsumatur
Proġett pilota li jaqa’ taħt il-linja baġitarja 17 02 04
Bażi ġuridika: Il-punt (a) tal-Artikolu 49(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002
Approprjazzjoni ta’ EUR 1 miljun hija allokata għat-tnedija ta’ proġett pilota biex jippromwovi l-għoti ta’ setgħa lill-konsumaturi, l-effiċjenza u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji Ewropej, b’mod partikolari bl-għoti ta’ setgħa lill-konsumaturi fis-servizzi finanzjarji permezz ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ u l-provvista ta’ pariri lill-konsumaturi.
L-għadd ta’ azzjonijiet ippjanati: Id-DĠ SANCO jippjana li jwettaq tliet azzjonijiet differenti fl-ambitu tal-għoti ta’ setgħa lill-konsumaturi fis-servizzi finanzjarji permezz tat-taħriġ.
|
— |
Korsijiet ta’ taħriġ fis-servizzi finanzjarji għall-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet interessati oħra mingħajr skop ta’ qligħ li jipprovdu l-informazzjoni u l-pariri lill-utenti finali tas-servizzi finanzjarji skont kuntratt ta’ qafas eżistenti. Din l-azzjoni sejra tiġi kkuntrattata skont kuntratt ta’ qafas eżistenti f’Settembru 2010 għal ammont ta’ EUR 200 000. |
|
— |
Studju biex jiġu lokalizzati f’kull Stat Membru l-entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ li jipprovdu parir ġenerali dwar is-servizzi finanzjarji lill-konsumaturi. Barra minn hekk, l-istudju ser jivvaluta l-aħjar prattiki għas-servizz ta’ parir finanzjarju ġenerali. Ser jidentifika wkoll kull ħtieġa ta’ taħriġ relatat mal-parir finanzjarju li għandhom dawk l-entitajiet. Ammont ta’ EUR 150 000 ser jiġi allokat għal dan l-istudju li għalih sejra titnieda sejħa miftuħa għall-offerti (kuntratt ta’ servizz) f’Awwissu 2010. |
Aktar korsijiet ta’ taħriġ fis-servizzi finanzjarji għall-entitajiet interessati mingħajr skop ta’ qligħ, li jipprovdu pariri ġenerali lill-konsumaturi dwar servizzi finanzjarji, serjin jiġu organizzati bħala segwitu għar-riżultati tal-istudju ta’ identifikazzjoni msemmi hawn fuq. Ammont ta’ EUR 650 000 ser jiġi allokat għal din l-azzjoni ta’ taħriġ li għaliha sejra titnieda sejħa miftuħa għall-offerti (kuntratt ta’ servizz) f’Mejju 2011.