|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.218.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
19.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/1 |
Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigwa u Barbuda dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigwa u Barbuda dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, ladarba l-proċedura prevista fl-Artikolu 8 tal-Ftehim tlestiet fit-22 ta’ Marzu 2010.
REGOLAMENTI
|
19.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 744/2010
tat-18 ta’ Awwissu 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, fir-rigward tal-użi kritiċi tal-aloni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-alon 1301, l-alon 1211 u l-alon 2402 (minn hawn ‘il quddiem “l-aloni”) huma sustanzi li jnaqqsu l-ożonu elenkati bħala sustanzi kontrollati fil-Grupp III tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. Il-produzzjoni tagħhom fl-Istati Membri ilha ipprojbita mill-1994, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Protokol ta’ Montreal. Madankollu, l-użu tagħhom għadu permess għal ċerti użi kritiċi kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni rrevediet l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 4(4)(iv) ta’ dak ir-Regolament. Għal dan il-għan, ġew evalwati l-użi attwali tal-aloni u d-disponibbiltà u l-implimentazzjoni ta’ alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli jew teknoloġiji li huma aċċettabbli mill-perspettiva tal-ambjent u s-saħħa (minn hawn ‘il quddiem “l-alternattivi”). Sadanittant, ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 inbidel bir-Regolament (KE) Nru 1005/2009, b’tali mod li l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 sar l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, mingħajr l-ebda tibdil. |
|
(3) |
Ir-reviżjoni wriet xi diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni ta’ liema użi ta’ aloni jikkostitwixxu użi kritiċi kif deskritt fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. Kull applikazzjoni bl-alon għandha għalhekk tiġi deskritta f’aktar dettall, billi tiġi speċifikata l-kategorija tat-tagħmir jew il-faċilità, l-iskop tal-applikazzjoni, it-tip ta’ estintur bl-alon u t-tip ta’ alon. |
|
(4) |
Ir-reviżjoni wriet ukoll li, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, ma għadhomx meħtieġa aloni biex ikunu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni min-nar fid-diżinni ta’ tagħmir u faċilitajiet ġodda u li issal-installazzjoni ta’ alternattivi saret rutina. Madankollu, l-estinturi u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar bl-alon għadhom meħtieġa f’xi tagħmir li huwa, jew li ser ikun prodott għad-diżinni eżistenti. |
|
(5) |
Ir-reviżjoni wriet ukoll li l-aloni qed jiġu ssostitwiti jew jistgħu maż-żmien jiġu ssostitwiti b’alternattivi u bi spiża raġonevoli għall-maġġoranza tal-applikazzjonijiet tal-protezzjoni min-nar, kemm jekk inkorporati f’tagħmir u faċilitajiet eżistenti jew f’tagħmir li qed jiġi prodott għad-diżinni eżistenti. |
|
(6) |
Għalhekk, fid-dawl tad-disponibbiltà u l-implimentazzjoni akbar tal-alternattivi, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għal kull applikazzjoni li warajha l-użu tal-aloni għal tagħmir ġdid u faċilitajiet ġodda ma jibqax jitqies bħala użu kritiku u l-installazzjoni ta’ estintur jew sistema tal-protezzjoni min-nar bl-alon ma tibqax permessa. Fid-definizzjoni ta’ “tagħmir ġdid” u “faċilitajiet ġodda”, għandha titqies kif xieraq il-fażi fiċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir u l-faċilitajiet meta d-diżinn tal-ispazju li jkun jeħtieġ protezzjoni min-nar ikun effettivament stabbilit. |
|
(7) |
Huwa wkoll xieraq li tiġi stabbilita data ta’ limitu għal kull applikazzjoni li warajha l-użu tal-aloni fl-estinturi tan-nar jew fis-sistemi tal-protezzjoni min-nar fit-tagħmir u l-faċilitajiet kollha, kemm jekk f’tagħmir u faċilitajiet eżistenti jew f’tagħmir li huwa, jew li ser ikun prodott għal diżinni eżistenti, ma jibqax jitqies bħala użu kritiku. B’hekk l-użu tal-aloni ma jkunx permess u l-estinturi tan-nar u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar bl-alon ikollhom jinbidlu, jiġu kkonvertiti jew jitneħħew sa tmiem dik id-data, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. |
|
(8) |
Id-dati ta’ skadenza għandhom iqisu d-disponibbiltà tal-alternattivi għat-tagħmir jew il-faċilitajiet ġodda u l-ostakoli għall-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom ukoll jagħtu biżżejjed żmien għall-iżvilupp tal-alternattivi fejn ikun meħtieġ, filwaqt li jipprovdu inċentiv biex isir dan l-iżvilupp. Fir-rigward tal-inġenji tal-ajru, peress li l-avjazzjoni ċivili hija rregolata f’livell internazzjonali, għandhom jitqiesu kif xieraq l-inizjattivi meħuda mill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fir-rigward tal-installazzjoni u l-użu tal-aloni għall-estinturi tan-nar fl-inġenji tal-ajru. |
|
(9) |
Barra minn dan id-dati ta’ limitu għandhom iħallu biżżejjed żmien biex is-sostituzzjoni tal-aloni jew l-attivitajiet ta’ konverżjoni jsiru bħala parti mill-manutenzjoni ta’ rutina jew ippjanata tat-tagħmir jew tal-faċilità jew mill-programmi ta’ aġġornament, mingħajr ma jaffettwaw bla bżonn l-operat tat-tagħmir jew tal-faċilitajiet konċernati u mingħajr ma jwasslu għal spejjeż kbar. Għandhom iqisu wkoll iż-żmien meħtieġ għall-ksib ta’ kwalunkwe ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni jew approvazzjoni meħtieġa għall-installazzjoni tal-alternattivi fit-tagħmir jew il-faċilitajiet konċernati. |
|
(10) |
Għall-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet għal tagħmir jew faċilitajiet ġodda, fejn l-estinturi u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar bl-alon ma għadhomx meħtieġa jew ma għadhomx jiġi installati, huwa xieraq li l-2010 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ skadenza. Mandakollu, huwa xieraq li l-2011 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ skadenza għal xi applikazzjonijiet għal vetturi u inġenji tal-ajru militari li għalihom issa qed jitqies li huma disponibbli alternattivi iżda li ma kinux implimentati matul il-programmi ta’ żvilupp li issa wasslu biex jitlestew u li għalihom jista’ jkun li modifiki ma għadhomx teknikament u ekonomikament fattibbli. Huwa xieraq li l-2014 tiġi stabbilita bħala data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet fil-kisi tal-magni tal-inġenji tal-ajru u fl-estinturi portabbli fil-kabini, liema data tkun tikkorrispondi mal-qafas ta’ żmien għall-implimentazzjoni mistennija ta’ restrizzjoni ekwivalenti mill-ICAO. Huwa xieraq li l-2018 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ skadenza għall-kompartimenti tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru fejn alternattivi għadhom ma ġewx identifikati iżda li għalihom jista’ b’mod raġonevoli jkun mistenni li, wara aktar riċerka u żvilupp, ser ikun hemm alternattivi disponibbli sad-data tal-installazzjoni f’inġenji tal-ajru ġodda li jitressqu għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip. |
|
(11) |
Għal ħafna applikazzjonijiet, huwa xieraq li d-dati ta’ limitu jiġu stabbiliti bejn l-2013 u l-2025, skont il-livell ta’ diffikultà teknika u ekonomika li tirrappreżenta s-sostituzzjoni jew il-konverżjoni tal-alon. Dawn id-dati ta’ limitu għandhom jippermettu biżżejjed żmien għas-sostituzzjoni matul il-programmi ta’ manutenzjoni ta’ rutina għall-biċċa l-kbira tat-tagħmir u l-faċilitajiet fejn issa huma disponibbli alternattivi. Huwa xieraq li l-2030 jew l-2035 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ limitu għal ċerti applikazzjonijiet għal vetturi tal-art u bastimenti militari li għalihom is-sostituzzjoni tal-alon x’aktarx li hija teknikament u ekonomikament fattibbli biss bħala parti mill-programmi ppjanati ta’ manutenzjoni jew ta’ aġġornament tat-tagħmir, u li għal liema, f’xi Stati Membri tista’ tkun meħtieġa aktar riċerka u żvilupp biex tiġi vverifikata l-adegwatezza tal-alternattivi. |
|
(12) |
Għadhom ma ġewx identifikati alternattivi għal xi applikazzjonijiet f’vetturi militari eżistenti, fuq bastimenti militari tal-wiċċ eżistenti, fuq sottomarini militari eżistenti, f’inġenji tal-ajru militari eżistenti u għal dawk li huma jew li ser jiġu prodotti għad-diżinni eżistenti. Madankollu, wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li sal-2040 parti kbira mit-tagħmir ikkonċernat tkun waslet fi tmiem tal-ħajja utli tagħha jew li b’riżultat ta’ aktar riċerka u żvilupp sa dak inhar ikunu disponibbli alternattivi. Huwa għalhekk xieraq li l-2040 tkun stipulata bħala data ta’ limitu raġonevoli għal dawk l-applikazzjonijiet. |
|
(13) |
Għadhom ukoll ma ġewx identifikati alternattivi għas-sistemi tal-protezzjoni min-nar fil-kompartimenti tat-tagħbija, fil-kisi tal-magni u fl-apparat awżiljarju tal-enerġija, fl-inġenji tal-ajru ċivili eżistenti jew f’dawk li qed jiġu prodotti skont xi tip ta’ ċertifikazzjoni eżistenti. Barra minn dan, għadd sinifikanti ta’ inġenji tal-ajru ċivili ser ikomplu jiġu prodotti bi u jkun jiddipendu fuq l-aloni għal dawk l-applikazzjonijiet għall-ġejjieni prevedibbli. Filwaqt li huwa aċċettabbli li hemm diffikultajiet tekniċi, ekonomiċi u regolatorji sinifikanti li jaffettwa s-sostituzzjoni tal-aloni f’dawn l-applikazzjonijiet, huwa wkoll xieraq, fid-dawl tal-inċertezza marbuta mad-disponibbiltà fuq perjodu twil ta’ żmien tal-aloni riċiklati u l-bżonn għal riċerka addizzjonali biex jiġu identifikati u żviluppati alternattivi adegwati, li l-2040 tiġi stipulata bħala data ta’ limitu. |
|
(14) |
L-Anness VI, li jinkludi oqfsa ta’ żmien għat-tneħħija gradwali tal-użi kritiċi, ser jibqa’ jiġi rrevedut sabiex jitqiesu r-riċerka u l-iżvilupp kontinwi tal-alternattivi kif ukoll l-informazzjoni ġdida dwar id-disponibbiltà tagħhom. Barra minn dan, jistgħu jingħataw derogi mid-dati ta’ limitu u d-dati ta’ skadenza f’każijiet speċifiċi fejn jintwera li mhi disponibbli l-ebda alternattiva. |
|
(15) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan. |
|
(16) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandu jiġi ssostitwit mill-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS VI
UŻI KRITIĊI TAL-ALONI
Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
‘Data ta’ skadenza’ tfisser id-data minn meta l-aloni ma jistgħux jintużaw f’estinturi tan-nar jew f’sistemi tal-protezzjoni min-nar f’tagħmir u faċilitajiet ġodda għall-applikazzjoni konċernata. |
|
(2) |
‘Tagħmir ġdid’ tfisser tagħmir li għalih, sad-data ta’ skadenza, ma jkun seħħ xejn minn dan li ġej:
|
|
(3) |
‘Faċilitajiet ġodda’ tfisser faċilitajiet li għalihom, sad-data ta’ skadenza, ma jkun seħħ xejn minn dan li ġej:
|
|
(4) |
‘Id-data ta’ limitu’ tfisser id-data minn meta l-aloni ma għandhomx jintużaw fl-applikazzjoni konċernata u minn meta għandhom jitneħħew l-estinturi tan-nar u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar li fihom l-aloni. |
|
(5) |
‘Inertjar’ tfisser il-prevenzjoni tal-bidu ta’ kombustjoni ta’ atmosfera splussiva jew fjammabbli permezz taż-żieda ta’ sustanza ta’ inibizzjoni jew dilwizzjoni. |
|
(6) |
‘Vapuri tal-merkanzija’ tfisser vapur li mhuwiex vapur tal-passiġġieri, li għandu piż gross ta’ aktar minn 500 tunnellata u li jbaħħar fi vjaġġ internazzjonali skont id-definizzjoni ta’ dawn it-termini fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS). Il-Konvenzjoni SOLAS tiddefinixxi ‘vapur tal-passiġġieri’ bħala ‘vapur li jġorr aktar minn tnax-il passiġġier’ u ‘vjaġġ internazzjonali’ bħala ‘vjaġġ minn pajjiż fejn tapplika din l-Konvenzjoni għal port barra mit-tali pajjiż, jew bil-maqlub’. |
|
(7) |
Spazju ‘normalment okkupat’ tfisser spazju protett fejn jeħtieġ li persuni jkunu preżenti l-ħin kollu jew fil-biċċa l-kbira tal-ħin sabiex it-tagħmir jew il-faċilità tiffunzjona b’mod effikaċi. Għal applikazzjonijiet militari, l-istatus ta’ okkupanza tal-ispazju protett ikun dak applikabbli matul sitwazzjoni ta’ ġlied. |
|
(8) |
Spazju ‘normalment mhux okkupat’ tfisser spazju protett li jiġi okkupat għal perjodi limitati biss, b’mod partikolari għat-twettiq ta’ manutenzjoni, u meta l-preżenza kontinwa ta’ persuni ma tkunx meħtieġa għall-funzjonament effikaċi tat-tagħmir jew il-faċilità. |
|
UŻI KRITIĊI TAL-ALONI |
|||||||||
|
Applikazzjoni |
Data ta’ skadenza (il-31 ta’ Diċembru tas-sena dikjarata) |
Id-data ta’ limitu (il-31 ta’ Diċembru tas-sena dikjarata) |
|||||||
|
Kategorija ta’ tagħmir jew faċilità |
Fini |
Tip ta’ Estintur |
Tip ta’ alon |
||||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2010 |
2035 |
||||
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2011 |
2040 |
|||||
|
Estinturi portabbli |
1301 1211 |
2011 |
2020 |
|||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2040 |
||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2010 |
2035 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 |
2010 |
2030 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2030 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2030 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2010 |
2030 |
|||||
|
Estinturi portabbli |
1301 1211 |
2010 |
2016 |
|||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
|||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2018 |
2040 |
||||
|
Estinturi portabbli |
1211 2402 |
2014 |
2025 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2014 |
2040 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2011 |
2040 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2011 |
2020 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2011 |
2040 |
|||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2020 |
||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
1994 |
2016 |
||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2025 |
||||
|
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2013 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2020 |
|||||
|
|
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2016 |
||||
|
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2016 |
|||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2020 |
||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2016 |
||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2020 |
|||||
|
|
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2013 |
||||
|
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2013” |
|||||
|
19.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 745/2010
tat-18 ta’ Awwissu 2010
li jistabbilixxi limiti massimi baġitarji għall-2010 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(2), l-Artikolu 69(3), l-Artikolu 87(3), l-Artikolu 123(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(2), u l-Artikolu 131(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-Istati Membri li fl-2010 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku prevista fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2010 għal kull pagament imsemmi fl-Artikoli 52, 53 u 54 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Għall-Istati Membri li fl-2010 qed jużaw l-alternattiva prevista fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu ffissati l-limiti massimi baġitarji għall-2010 applikabbli għall-pagamenti diretti esklużi mill-iskema ta’ pagament uniku. |
|
(3) |
Għall-Istati Membri li fl-2010 qed jużaw l-alternattivi previsti fl-Artikoli 69(1) jew 131(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2010 għall-għajnuna speċifika msemmija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
|
(4) |
L-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jillimita r-risorżi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe miżura akkoppjata prevista fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) għal 3,5 % tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 tal-istess Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-limiti massimi li jirriżultaw mill-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri għall-miżuri konċernati. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammonti kkalkolati skont l-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-Regolament ġew stabbiliti fl-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti notifikati mill-Istati Membri u li bi ħsiebhom jużaw skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-limiti massimi baġitarji għall-iskema ta’ pagament uniku tal-2010, wara li jitnaqqsu l-limiti massimi stabbiliti għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 52, 53, 54, 68 u 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 mil-limiti stipulati fl-Anness VIII għall-istess Regolament. L-ammont li għandu jitnaqqas mill-imsemmi Anness VIII sabiex jiffinanzja l-għajnuna speċifika prevista fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont totali għall-għajnuna speċifika nnotifikata mill-Istat Membru u l-ammonti nnotifikati għall-finanzjament tal-għajnuna speċifika skont l-Artikolu 69(6)(a) tal-istess Regolament. Fejn Stat Membru li qed jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku jiddeċiedi li jagħti l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1), l-ammont innotifikat lill-Kummissjoni għandu jiġi inkluż fil-limitu massimu tal-iskema ta’ pagament uniku, peress li din l-għajnuna tieħu l-forma ta’ żieda fil-valur tal-unità u/jew l-għadd ta’ intitolamenti għal pagamenti tal-bidwi. |
|
(7) |
Għandhom jiġu stabbiliti pakketti finanzjarji annwali skont l-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-Istati Membri li fl-2010 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għotja ta’ pagamenti separati għaz-zokkor fl-2010 skont l-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom. |
|
(9) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għotja ta’ pagamenti separati għall-frott u l-ħxejjex fl-2010 skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom. |
|
(10) |
Għandhom jiġu ppubblikati, għall-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u abbażi tan-notifika tagħhom, il-limiti massimi baġitarji tal-2010 applikabbli għall-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħxejjex fl-2010 skont l-Artikolu 128(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-limiti massimi baġitarji għall-2010 msemmija fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
2. Il-limiti massimi baġitarji għall-2010 msemmija fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
3. Il-limiti massimi baġitarji għall-2010 msemmija fl-Artikolu 69(3) u 131(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
4. Il-limiti massimi baġitarji għall-2010 għall-għajnuna prevista fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.
5. L-ammonti li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ikopru l-għajnuna speċifika prevista fl-Artikolu 68(1) tal-istess Regolament huma stipulati fl-Anness V għal dan ir-Regolament.
6. Il-limiti massimi baġitarji għall-iskema ta’ pagament uniku tal-2010 msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.
7. Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2010 msemmija fl-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.
8. L-ammonti massimi ta’ fondi għad-dispożizzjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-għotja ta’ pagament separat għaz-zokkor fl-2010, kif imsemmi fl-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament.
9. L-ammonti massimi ta’ fondi għad-dispożizzjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Ungerija, tal-Polonja u tas-Slovakkja, għall-għotja ta’ pagament separat għall-frott u l-ħxejjex fl-2010, kif imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness IX għal dan ir-Regolament.
10. Il-limiti massimi baġitarji għall-2010 imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness X għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI JINGĦATAW SKONT L-ARTIKOLI 52, 53 U 54 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009
Sena kalendarja 2010
|
(elf EUR) |
|||||||||||
|
|
BE |
DK |
EL |
ES |
FR |
IT |
AT |
PT |
SI |
FI |
SE |
|
Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż |
|
855 |
|
|
|
|
|
21 892 |
|
600 |
|
|
Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż |
|
|
|
|
|
|
|
7 184 |
|
200 |
|
|
Premium tal-baqar li jreddgħu |
77 565 |
|
|
261 153 |
525 622 |
|
70 578 |
78 695 |
|
|
|
|
Primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu |
19 389 |
|
|
26 000 |
|
|
99 |
9 462 |
|
|
|
|
Primjum speċjali għaċ-ċanga |
|
33 085 |
|
|
|
|
|
|
8 817 |
|
37 446 |
|
Primjum għall-qtil, adulti |
|
|
|
47 175 |
|
|
|
8 657 |
|
|
|
|
Primjum għall-qtil, għoġġiela |
6 384 |
|
|
560 |
|
|
|
946 |
|
|
|
|
Tadam – l-Artikolu 54(1) |
|
|
10 720 |
28 117 |
4 017 |
91 984 |
|
16 667 |
|
|
|
|
Frott u ħxejjex minn barra t-tadam – l-Artikolu 54 (2) |
|
|
|
|
43 152 |
9 700 |
|
|
|
|
|
ANNESS II
LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKONT L-ARTIKOLU 87 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009
Sena kalendarja 2010
|
(elf EUR) |
||||||||
|
|
Spanja |
Franza |
L-Italja |
Il-Pajjiżi Baxxi |
Il-Portugall |
Il-Finlandja |
||
|
10 347 |
2 310 |
13 321 |
726 |
272 |
1 150 |
||
ANNESS III
LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-GĦAJNUNA SPEĊIFIKA PREVISTA FL-ARTIKOLU 68(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009
Sena kalendarja 2010
|
Stat Membru |
(elf EUR) |
||
|
Il-Belġju |
6 389 |
||
|
Il-Bulgarija |
11 761 |
||
|
Ir-Repubblika Ċeka |
31 826 |
||
|
Id-Danimarka |
15 800 |
||
|
Il-Ġermanja |
2 000 |
||
|
L-Estonja |
1 253 |
||
|
L-Irlanda |
25 000 |
||
|
Il-Greċja |
107 600 |
||
|
Spanja |
247 865 |
||
|
Franza |
472 600 |
||
|
L-Italja |
316 250 |
||
|
Il-Latvja |
5 130 |
||
|
L-Ungerija |
77 290 |
||
|
Il-Pajjiżi Baxxi |
22 020 |
||
|
L-Awstrija |
11 900 |
||
|
Il-Polonja |
40 800 |
||
|
Il-Portugall |
32 411 |
||
|
Ir-Rumanija |
25 545 |
||
|
Is-Slovenja |
10 237 |
||
|
Is-Slovakkja |
8 700 |
||
|
Il-Finlandja |
45 140 |
||
|
L-Isvezja |
3 434 |
||
|
Ir-Renju Unit |
29 800 |
||
Il-Greċja: 30 000 elf EUR Is-Slovenja: 4 200 elf EUR |
|||
ANNESS IV
IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-GĦAJNUNA PREVISTA FIL-PUNTI (i), (ii), (iii) U (iv) TAL-ARTIKOLU 68(1)(a) U L-ARTIKOLU 68(1)(b) U (e) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009
Sena kalendarja 2010
|
Stat Membru |
(elf EUR) |
|
Il-Belġju |
6 389 |
|
Il-Bulgarija |
11 761 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
31 826 |
|
Id-Danimarka |
4 300 |
|
Il-Ġermanja |
2 000 |
|
L-Estonja |
1 253 |
|
L-Irlanda |
25 000 |
|
Il-Greċja |
77 600 |
|
Spanja |
178 265 |
|
Franza |
232 600 |
|
L-Italja |
147 250 |
|
Il-Latvja |
5 130 |
|
L-Ungerija |
46 164 |
|
Il-Pajjiżi Baxxi |
15 000 |
|
L-Awstrija |
11 900 |
|
Il-Polonja |
40 800 |
|
Il-Portugall |
19 510 |
|
Ir-Rumanija |
25 545 |
|
Is-Slovenja |
6 037 |
|
Is-Slovakkja |
8 700 |
|
Il-Finlandja |
45 140 |
|
L-Isvezja |
3 434 |
|
Ir-Renju Unit |
29 800 |
ANNESS V
L-AMMONTI LI SER JINTUŻAW MILL-ISTATI MEMBRI SKONT L-ARTIKOLU 69(6)(a) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009 BIEX IKOPRU L-GĦAJNUNA SPEĊIFIKA PREVISTA FL-ARTIKOLU 68(1) TA’ DAK IR-REGOLAMENT
Sena kalendarja 2010
|
Stat Membru |
(elf EUR) |
|
Il-Belġju |
6 389 |
|
Id-Danimarka |
15 800 |
|
L-Irlanda |
23 900 |
|
Il-Greċja |
70 000 |
|
Spanja |
144 200 |
|
Franza |
90 000 |
|
L-Italja |
144 900 |
|
Il-Pajjiżi Baxxi |
22 020 |
|
L-Awstrija |
11 900 |
|
Il-Portugall |
21 700 |
|
Is-Slovenja |
4 200 |
|
Il-Finlandja |
4 762 |
ANNESS VI
LIMITI BAĠITARJI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU
Sena kalendarja 2010
|
Stat Membru |
(elf EUR) |
|
Il-Belġju |
508 479 |
|
Id-Danimarka |
997 381 |
|
Il-Ġermanja |
5 769 981 |
|
L-Irlanda |
1 339 421 |
|
Il-Greċja |
2 210 268 |
|
Spanja |
4 642 028 |
|
Franza |
7 465 495 |
|
L-Italja |
3 924 520 |
|
Il-Lussemburgu |
37 569 |
|
Malta |
4 231 |
|
Il-Pajjiżi Baxxi |
852 443 |
|
L-Awstrija |
676 667 |
|
Il-Portugall |
435 325 |
|
Is-Slovenja |
92 740 |
|
Il-Finlandja |
523 192 |
|
L-Isvezja |
724 349 |
|
Ir-Renju Unit |
3 946 625 |
ANNESS VII
PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA
Sena kalendarja 2010
|
Stat Membru |
(elf EUR) |
|
Il-Bulgarija |
326 671 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
581 177 |
|
L-Estonja |
70 531 |
|
Ċipru |
34 898 |
|
Il-Latvja |
95 653 |
|
Il-Litwanja |
262 311 |
|
L-Ungerija |
831 578 |
|
Il-Polonja |
1 994 196 |
|
Ir-Rumanija |
700 424 |
|
Is-Slovakkja |
268 304 |
ANNESS VIII
L-AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI DISPONIBBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTJA TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 126 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009
Sena kalendarja 2010
|
Stat Membru |
(elf EUR) |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
44 245 |
|
Il-Latvja |
4 962 |
|
Il-Litwanja |
10 260 |
|
L-Ungerija |
41 010 |
|
Il-Polonja |
159 392 |
|
Ir-Rumanija |
4 041 |
|
Is-Slovakkja |
8 856 |
ANNESS IX
L-AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI DISPONIBBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTJA TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦALL-FROTT U L-ĦXEJJEX IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 127 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009
Sena kalendarja 2010
|
Stat Membru |
(elf EUR) |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
414 |
|
L-Ungerija |
4 756 |
|
Il-Polonja |
6 715 |
|
Is-Slovakkja |
690 |
ANNESS X
Il-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI TRANŻIZZJONALI FIS-SETTUR TAL-FROTT U L-ĦXEJJEX IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 128 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009
Sena kalendarja 2010
|
(elf EUR) |
|||
|
Stat Membru |
Ċipru |
Ir-Rumanija |
Is-Slovakkja |
|
Tadam – l-Artikolu 128(1) |
|
869 |
335 |
|
Frott u ħxejjex minn barra t-tadam – l-Artikolu 128(2) |
4 478 |
|
|
|
19.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 746/2010
tat-18 ta’ Awwissu 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Awwissu 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
50,2 |
|
TR |
85,0 |
|
|
ZZ |
67,6 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
41,0 |
|
TR |
133,3 |
|
|
ZZ |
87,2 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
98,8 |
|
ZZ |
98,8 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
151,1 |
|
CL |
92,0 |
|
|
TR |
151,4 |
|
|
UY |
138,0 |
|
|
ZA |
119,8 |
|
|
ZZ |
130,5 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
153,0 |
|
IL |
202,2 |
|
|
TR |
121,8 |
|
|
ZZ |
159,0 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
87,2 |
|
BR |
74,9 |
|
|
CL |
91,0 |
|
|
CN |
65,6 |
|
|
NZ |
104,9 |
|
|
US |
87,8 |
|
|
UY |
100,6 |
|
|
ZA |
90,8 |
|
|
ZZ |
87,9 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
92,7 |
|
CL |
150,5 |
|
|
TR |
149,8 |
|
|
ZA |
92,4 |
|
|
ZZ |
121,4 |
|
|
0809 30 |
TR |
139,8 |
|
ZZ |
139,8 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
61,5 |
|
IL |
154,7 |
|
|
XS |
64,6 |
|
|
ZA |
172,8 |
|
|
ZZ |
113,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
19.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 747/2010
tat-18 ta’ Awwissu 2010
dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Awwissu 2010 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (3) jistipula regoli dettaljati għat-tressiq u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li, f'każijiet fejn il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għandhom ikunu ffissati għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal-liċenzja. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li tressqu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 bejn l-1 u s-7 ta’ Awwissu 2010 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, għandhom ikunu deċiżi l-estent li bih jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni koperti mill-kwota li ġġib in-numru tas-serje 09.4449 u li tressqu bejn l-1 u s-7 ta’ Awwissu 2010 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009, għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta’ 79,54388 %.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
DEĊIŻJONIJIET
|
19.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Awwissu 2010
li tagħti deroga mir-Regolament (KE) Nru 687/2008 fir-rigward tad-dati ta’ skadenza għall-kunsinna u t-teħid taċ-ċereali f’intervent fil-Finlandja għas-sena kummerċjali 2009/2010
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5659)
(It-testi bil-Finlandiż u l-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2010/456/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsil (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(a) b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 687/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji li jħallsu jew l-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali (2), jekk ikun hemm xi offerta ammissabbli, l-operaturi għandhom ikunu mgħarrfa dwar l-iskeda tal-kunsinna mill-iktar fis possibbli. Għalhekk, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tal-imsemmi Regolament jistipula li, għaċ-ċereali ħlief għal qamħirrum, l-aħħar kunsinna taċ-ċentru tal-intervent li għaliha tkun saret offerta għandha ssir sa mhux iktar tard mill-aħħar tar-raba’ xahar wara x-xahar li matulu tkun intlaqgħet l-offerta, madankollu din id-data ma tistax tkun wara l-31 ta’ Lulju fil-każ tal-Finlandja. |
|
(2) |
L-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 687/2008 jistipula li l-aħħar teħid, fil-każ taċ-ċereali ħlief għall-qamħirrum, għandu jsir mhux iktar tard mill-aħħar tat-tieni xahar minn meta tkun saret l-aħħar kunsinna msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4), u fi kwalunkwe każ mhux wara l-31 ta’ Awwissu fil-każ tal-Finlandja. |
|
(3) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 687/2008 jistipula li l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-kampjuni li jkunu ttieħdu għandhom jiġu analizzati fi żmien 20 jum ta’ ħidma minn meta jkun sar il-kampjun rappreżentattiv. |
|
(4) |
Il-ħsad taċ-ċereali fil-Finlandja għas-sena kummerċjali 2009/2010 laħaq rekord ta’ 4,3 miljun tunnellata, inkluż 2,2 miljun tunnellata ta’ xgħir. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq taċ-ċereali fil-Finlandja, ikkaratterizzata minn prezzijiet relattivament baxxi tal-produtturi, irħas mill-prezzijiet ta’ intervent, ġew offruti kwantitajiet sostanzjali għall-intervent fil-Finlandja matul is-sena kummerċjali 2009/2010: xi 823 000 tunnellata, minnhom kien hemm 796 000 tunnellata xgħir u 27 000 tunnellata qamħ komuni. Minn meta beda l-perjodu ta’ intervent, l-aħħar statistika disponibbli, stabbilita fl-1 ta’ Lulju 2010, turi li b’kollox kien hemm madwar 573 000 tunnellata ta’ ċereali li ttieħdu għall-intervent, minnhom kien hemm 566 000 tunnellata xgħir u 7 000 tunnellata qamħ komuni. Għalhekk għad hemm kwantità sostanzjali ta’ offerti għall-intervent li għadhom ma ġewx ikkunsinnati u analizzati fid-dawl tal-ammont li jittieħed fl-intervent. |
|
(5) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2010 il-Finlandja għarrfet lill-Kummissjoni li qed tieħu ħafna ħin biex issib kapaċità addizzjonali ta’ ħżin li tittratta l-offerti abbundanti ta’ ċereali għall-intervent tant li waqgħet lura fix-xogħol. L-awtoritajiet Finlandiżi għalhekk talbu, għas-sena kummerċjali 2009/2010, li d-data ta’ skadenza għall-kunsinna taċ-ċereali għandha tiġi estiża sat-30 ta’ Settembru 2010, id-data ta’ skadenza sabiex jittieħdu għandha tiġi estiża sal-31 ta’ Ottubru 2010 u d-data ta’ skadenza għall-analiżi tal-kwalità għandha tiġi estiża wkoll. |
|
(6) |
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi u sabiex iċ-ċereali offruti jkunu jistgħu jittieħdu kif xieraq għas-sena kummerċjali 2009/2010, it-talba tal-Finlandja għandha tintlaqa’ billi jsir qbil, permezz ta’ deroga mir-Regolament (KE) Nru 687/2008, dwar l-estensjoni tal-perjodu tal-kunsinna, tal-perjodu li fih għandha ssir analiżi kwalitattiva u tal-perjodu tat-teħid għall-prodotti offruti għall-intervent fid-dawl tas-sena kummerċjali inkwistjoni. |
|
(7) |
Għall-offerti li jintlaqgħu fil-Finlandja fir-rigward tas-sena kummerċjali 2009/2010, għandu jkun stabbilit li l-miżuri pprovduti għal dan il-għan f’din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni ta’ Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 687/2008, għas-sena kummerċjali 2009/2010, l-aħħar kunsinna taċ-ċereali offruti għall-intervent fil-Finlandja għandha ssir mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
B’deroga mill-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 687/2008, għas-sena kummerċjali 2009/2010, l-aħħar teħid taċ-ċereali offruti għall-intervent fil-Finlandja għandu jsir mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2010.
Artikolu 3
B’deroga mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 687/2008, fil-Finlandja, għas-sena kummerċjali 2009/2010, il-perjodu li fih jista’ jsir l-analiżi tal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-kampjuni għandu jkun ta’ 30 jum ta’ ħidma.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-offerti għall-intervent mibgħuta għas-sena kummerċjali 2009/2010.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
|
19.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Awwissu 2010
li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi l-ġodda l-Candida oleophila tip O, il-jodur tal-potassju u t-tijoċjanat tal-potassju
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5662)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/457/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Lulju 2006 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Bionext sprl għall-inklużjoni tas-sustanza attiva Candida oleophila tip O fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/380/KE (2) ikkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies li kien jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni tal-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Settembru 2004 l-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand Koppert Beheer BV għall-inklużjoni tas-sustanza attiva jodur tal-potassju fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/751/KE (3) ikkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies li kien jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni tal-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Settembru 2004, il-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand Koppert Beheer BV għall-inklużjoni tas-sustanza attiva tijoċjanat tal-potassju fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2005/751/KE kkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies li kien jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni tal-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Il-konferma tal-kompletezza tal-fajls kienet meħtieġa sabiex dawn setgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għal perjodi sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kundizzjoni relatata mal-valutazzjoni dettaljata tas-sustanzi attivi u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati minn dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Għal dawn is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikanti. L-Istat Membru relatur ressaq l-abbozzi tar-rapporti ta’ evalwazzjoni rispettivi lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Frar 2008 (Candida oleophila tip O) u fis-27 ta’ Lulju 2007 (jodur tal-potassju u tijoċjanat tal-potassju). |
|
(6) |
Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti ta’ evalwazzjoni mill-Istati Membri relaturi, instab li kien hemm il-ħtieġa li tintalab iktar informazzjoni mill-applikanti u li l-Istati Membri relaturi jeżaminaw dik l-informazzjoni u jressqu l-evalwazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-eżami tal-fajls għadha għaddejja u mhux se jkun possibbli li l-evalwazzjoni titlesta fiż-żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(7) |
Minħabba li sa issa l-evalwazzjoni għadha ma identifikat l-ebda raġuni għal tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta’ 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE, sabiex ikun jista’ jitkompla l-eżami tal-fajls. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta’ inklużjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva tal-Candida oleophila tip O, il-jodur tal-potassju u t-tijoċjanat tal-potassju, ikunu tlestew fi żmien 24 xahar. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi Candida oleophila tip O, il-jodur tal-potassju jew it-tijoċjanat tal-potassju għal perjodu li jiskadi, l-iktar tard, fil-31 ta’ Awwissu 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
|
19.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Awwissu 2010
li tawtorizza l-kontrolli fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 li għandhom jitwettqu fi stabbilimenti approvati tal-operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel f’Malta
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5684)
(Il-verżjoni Ingliża u dik bil-Malti biss huma awtentiċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/458/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistabbilixxi r-regoli rigward iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli fuq l-importazzjoni ta’ ċertu ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali, inklużi l-kontrolli fiżiċi li għandhom jitwettqu f’punti magħżulin tad-dħul fl-Unjoni Ewropea. Dan jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti minimi għal dawn il-punti tad-dħul u jistipula li l-Istati Membri għandhom ipoġġu għad-disponibbiltà tal-pubbliku lista ta’ dawn il-punti tad-dħul, fuq l-Internet. |
|
(2) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru, tista’ tawtorizza lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti punti magħżula tad-dħul, li joperaw taħt limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi, biex iwettqu l-kontrolli fiżiċi fl-istabbilimenti tal-operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra bid-data tat-18 ta’ Diċembru 2009, Malta rreferiet għas-sitwazzjoni ġeografika speċifika tal-punt tad-dħul magħżul fil-Port tal-Furjana, għall-ammont relattivament żgħir ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali, kif ukoll għaċ-ċokon u l-viċinanza tal-gżejjer li jiffurmaw it-territorju tagħha, u talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-punt tad-dħul li jwettqu l-kontrolli fiżiċi meħtieġa fil-postijiet ta’ ċerti operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra bid-data tat-28 ta’ Frar 2010 u f’korrispondenza sussegwenti, Malta assigurat lill-Kummissjoni li: se jkunu approvati biss, għat-twettiq tal-kontrolli fiżiċi, l-istabbilimenti tal-operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għall-punti magħżula tad-dħul stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 669/2009; il-livell ta’ riżorsi allokati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Port tal-Furjana jkun tali li l-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa f’dak il-punt magħżul tad-dħul ma jiġux imxekkla jew milquta ħażin mill-possibbiltà li l-kontrolli fiżiċi jitwettqu f’post ieħor; u l-kunsinni magħżula għall-kontrolli fiżiċi fl-istabbilimenti tal-operaturi tan-negozju tal-għalf jew tal-ikel se jibqgħu taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti tal-Port tal-Furjana sa mill-wasla tagħhom f’dan il-punt tad-dħul u b’tali mod li ma jkunu jistgħu jiġu mbagħbsa bl-ebda mod tul il-kontrolli kollha. |
|
(5) |
Għaldaqstant, meta jitqiesu l-limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi tal-punt magħżul tad-dħul tal-Port tal-Furjana u l-konferma mingħand Malta li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 ġew sodisfatti, huwa xieraq li jiġi awtorizzat li l-kontrolli fiżiċi jistgħu jitwettqu fl-istabbilimenti ta’ ċerti operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel approvati minn Malta għal dan it-tip ta’ kontrolli. |
|
(6) |
Biex tiġi żgurata biżżejjed pubbliċità għall-awtorizzazzjoni stipulata f’din id-Deċiżjoni, hu xieraq li fuq l-Internet issir disponibbli għall-pubbliku lista tal-istabbilimenti tal-operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel, approvati għal kontrolli fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009, permezz tal-link nazzjonali stabbilit fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-punt magħżul tad-dħul tal-Furjana f’Malta huma b’dan awtorizzati, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, li jwettqu l-kontrolli fiżiċi stipulati fl-Artikolu 8(1)(b) ta’ dan ir-Regolament dwar l-importazzjonijiet ta’ għalf u ikel mhux ta’ oriġini mill-annimali, elenkati fl-Anness I tiegħu, fl-istabbiliment ta’ operatur tan-negozju tal-għalf jew tal-ikel approvat minn Malta għal dawn il-kontrolli, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-lista tal-operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel li l-istabbilimenti tagħhom huma approvati minn Malta, kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, se ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet permezz tal-link nazzjonali stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Malta.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni