ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.215.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 215

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
14 ta' Awwissu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 25 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ trażżin għar-ras (headrests), kemm jekk ikunu inkorporati fis-sedili tal-vettura u kemm jekk le

1

 

*

Ir-Regolament Nru 26 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-partijiet sporġuti esterni tagħhom

27

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/1


It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 25 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ trażżin għar-ras (headrests), kemm jekk ikunu inkorporati fis-sedili tal-vettura u kemm jekk le

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

 

serje ta’ emendi 04 — Data tad-dħul fis-seħħ: Il-15 ta’ Jannar 1997

 

Il-Corrigendum 2 għar-Reviżjoni 1 tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: 12 ta’ Novembru 2008

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Marki

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

Testijiet

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Modifika u estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ trażżin għar-ras

11.

Istruzzjonijiet

12.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

13.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

14.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta’ tip ta’ trażżin għar-ras, sew jekk inkorporat f’sedil skont ir-Regolament Nru 25 kif ukoll jekk le

Anness 2 —

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 3 —

Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bil-qiegħda fil-vetturi bil-magna

Anness 4 —

Determinazzjoni tal-għoli u l-wisa’ tat-trażżin għar-ras

Anness 5 —

Dettalji tal-linji mpinġija u l-kejl meħud waqt it-testijiet

Anness 6 —

Il-proċedura tat-test biex tkun verifikata d-dissipazzjoni tal-enerġija

Anness 7 —

Id-determinazzjoni tad-dimensjoni “A” tal-ispazji tat-trażżin għar-ras

1.   AMBITU

1.1.

Dan ir-Regolament japplika għall-apparati tat-trażżin għar-ras li huma konformi ma’ wieħed mit-tipi definiti fil-paragrafu 2.2 ta’ hawn taħt (1).

1.1.1.

Ma japplikax għal apparati ta’ trażżin għar-ras li jistgħu jkunu ffittjati f’sedili li jingħalqu jew sedili li jħarsu lejn il-ġenb jew lura.

1.1.2.

Japplika wkoll għad-dahar tas-sedil innifsu, meta dan ikun maħsub biex iservi bħala trażżin għar-ras kif definit fil-paragrafu 2.2 ta’ hawn taħt.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament,

2.1.

“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi bil-mutur li ma jvarjawx fir-rigward ta’ elementi essenzjali bħalma huma:

2.1.1.

il-linji u l-qisien interni tal-karozzerija li jikkostitwixxu l-kumpartiment tal-passiġġier,

2.1.2.

it-tipi u l-qisien tas-sedili,

2.1.3.

it-tip u l-qisien tal-aċċessorji tat-trażżin għar-ras u tal-partijiet relevanti għall-istruttura tal-vettura fil-każ ta’ trażżin għar-ras imwaħħal direttament mal-istruttura tal-vettura;

2.2.

“Trażżin għar-ras” tfisser apparat li l-funzjoni tiegħu huwa li jillimita l-ispostament lura tar-ras ta’ okkupant adult f’relazzjoni mat-torso tiegħu biex inaqqas il-periklu ta’ korriment lill-vertibra ċervikali ta’ dak l-okkupant f’każ ta’ xi inċident;

2.2.1.

“Trażżin għar-ras integrat” tfisser trażżin għar-ras iffurmat mill-parti ta’ fuq tad-dahar tas-sedil. Apparati ta’ trażżin għar-ras li jikkorrispondu mad-definizzjonijiet tal-paragrafi 2.2.2 u 2.2.3 ta’ hawn taħt, iżda li jistgħu jinqalgħu biss mis-sedil jew mill-istruttura tal-vettura permezz ta’ għodda jew bit-tneħħija parzjali jew sħiħa ta’ xi partiiet oħra tas-sedil, jikkorrispondu għal din id-definizzjoni;

2.2.2.

“Trażżin għar-ras li jista’ jinqala” tfisser trażżin għar-ras magħmul minn komponent separabbli mis-sedil, maħsub biex jidħol u jinżamm fl-istruttura tad-dahar tas-sedil;

2.2.3.

“Trażżin għar-ras separat” tfisser trażżin għar-ras magħmul minn komponent separat mis-sedil, maħsub biex jidħol u/jew jinżamm fl-istruttura tal-vettura;

2.3.

“Tip tas-sedil” tfisser kategorija ta’ sedili li m’humiex differenti fil-qisien tagħhom, fil-qafas tagħhom jew fl-ikkuttunar tagħhom, għalkemm jistgħu jkunu differenti fl-irfinar u fil-kulur;

2.4.

“Tip ta’ trażżin għar-ras” tfisser kategorija ta’ apparati ta’ trażżin għar-ras li m’humiex differenti fil-qisien tagħhom, fil-qafas tagħhom jew fl-ikkuttunar tagħhom, għalkemm jistgħu jkunu differenti fl-irfinar u fil-kulur u fil-kisi;

2.5.

“Punt ta’ referenza” tas-sedil (“il-punt H”) (ara anness 3 ta’ dan ir-Regolament) tfisser it-traċċa, fi pjan vertikali li tkun f’relazzjoni lonġitudinali mas-sedil, tal-assi teoretiċi ta’ rotazzjoni bejn is-sieq u t-torso ta’ ġisem uman rappreżentat b’manikin;

2.6.

“Il-linja ta’ referenza” tfisser linja dritta li, jew fuq manikin tat-test li jkollu l-piż u l-qies ta’ ħamsin fil-mija ta’ raġel adult jew fuq manikin tat-test li jkollu karatteristiċi identiċi, tgħaddi mill-ġog tas-sieq mal-pelvi u l-ġog tal-għonq mat-toraċi. Fuq il-manikin preżenti f’anness 3 ta’ dan ir-Regolament, maħsub biex jiddetermina il-punt H tas-sedil, il-linja ta’ referenza hija dik murija fil-figura 1 fl-appendiċi ta’ dak l-anness;

2.7.

“Il-linja tar-ras” tfisser linja dritta li tgħaddi miċ-ċentru ta’ gravità tar-ras u mill-ġog tal-għonq mat-toraċi. Meta r-ras tkun mistrieħa il-linja tar-ras tkun pożizzjonata fl-estensjoni tal-linja ta’ referenza;

2.8.

“Sedil li jingħalaq” tfisser sedil awżiljarju maħsub għal użu okkażjonali u li normalment ikun magħluq;

2.9.

“Sistema ta’ aġġustament” tfisser apparat li bih is-sedil jew il-partijiet tiegħu jkunu jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni adatta għall-morfoloġija tal-okkupant li jkun hemm bilqiegħda.

Dan l-apparat jista’, b’mod partikolari, jippermetti:

2.9.1.

aġġustament lonġitudinali,

2.9.2.

aġġustament vertikali,

2.9.3.

aġġustament angolari;

2.10.

“Sistema ta’ spostamenti minn pożizzjoni għall-oħra” tfisser mezz li s-sedil jew waħda mill-partijiet tiegħu ikunu jistgħu jiċċaqalqu jew iduru, mingħajr l-ebda pożizzjoni intermedja fissa, biex jippermetti aċċess ħafif għall-ispazju ta’ wara s-sedil konċernat.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mid-detentur tal-isem tad-ditta jew il-marka tan-negozju tas-sedil jew tat-trażżin għar-ras jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.

Din għandha tkun akkumpanjata bi tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt:

3.2.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-trażżin għar-ras, li tispeċifika b’mod partikolari n-natura tal-materjal jew materjali tal-ikkuttunar u, fejn meħtieġ, il-pożizzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċineg u l-partijiet tal-ankoraġġi għat-tip jew tipi ta’ sedili li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni;

3.2.2.

Fil-każ ta’ trażżin għar-ras li “jista’ jinqala” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.2):

3.2.2.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip jew tipi ta’ sedili li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni tat-trażżin għar-ras,

3.2.2.2.

dettalji li jidentifikaw it-tip jew tipi ta’ vettura li fihom is-sedili msemmija fil-paragrafu 3.2.2.1 ikunu maħsuba li jiġu ffittjati;

3.2.3.

Fil-każ ta’ trażżin għar-ras “separat” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.3):

3.2.3.1.

deskrizzjoni dettaljata taż-żona strutturali li fiha jkun maħsub li jitwaħħal it-trażżin għar-ras,

3.2.3.2.

dettalji li jidentifikaw it-tip ta’ vettura li fiha jkunu maħsuba li jiġu ffittjat it-trażżin għar-ras,

3.2.3.3.

tpinġijiet bil-qisien tal-partijiet karatteristiċi tal-istruttura u tat-trażżin għar-ras, it-tpinġijiet għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni f’relazzjoni maċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni;

3.2.4.

tpinġijiet bil-qisien tal-partijiet karatteristiċi tas-sedil u tat-trażżin għar-ras. It-tpinġijiet għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni f’relazzjoni maċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni.

3.3.

Dan li ġej għandu jitressaq lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni:

3.3.1.

Jekk it-trażżin għar-ras ikun tat-tip “integrat” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.1), erba’ sedili sħaħ.

3.3.2.

Jekk it-trażżin għar-ras ikun tat-tip li “jinqala” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.2):

3.3.2.1.

żewġ sedili ta’ kull tip li magħhom ikun se jiġi ffittjat it-trażżin għar-ras;

3.3.2.2.

trażżin għar-ras 4 + 2N, fejn N hu n-numru ta’ tipi ta’ sedili li magħhom ikun se jiġi ffittjat it-trażżin għar-ras.

3.3.3.

Jekk it-trażżin għar-ras ikun tat-tip “separat” (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.3), tliet unitajiet ta’ trażżin għar-ras u l-parti relevanti tal-istruttura tal-vettura, jew vettura sħiħa.

3.4.

Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni jista’ jitlob:

3.4.1.

il-ġarr lejn dak is-servizz ta’ partijiet speċifiċi, jew ta’ kampjuni speċifiċi tal-materjali użati, u/jew

3.4.2.

it-twassil lejn dak is-servizz ta’ vetturi tat-tip jew tipi msemmija fil-paragrafu 3.2.2.2 ta’ hawn fuq.

4.   IMMARKAR

4.1.

L-apparat imressaq għall-approvazzjoni għandu:

4.1.1.

għandu jkun immarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew marka kummerċjali tal-applikant għall-approvazzjoni;

4.1.2.

jipprovdi, f’post muri fit-tpinġijiet imsemmija fil-paragrafi 3.2.3.3 jew 3.2.4 ta’ hawn fuq, spazju adegwat għall-marka tal-approvazzjoni.

4.2.

Fejn it-trażżin għar-ras ikun tat-tip “integrat” jew “li jinqala” (ara d-definizzjonijiet f’paragrafi 2.2.1 u 2.2.2), l-immarkar imsemmi f’paragrafi 4.1.1 u 4.1.2 ta’ hawn fuq għandu jkun preżentat mill-ġdid fuq tabelli li jkunu pożizzjonati f’post muri fit-tpinġijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.4. ta’ hawn fuq.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.

Jekk it-tip ta’ trażżin għar-ras imressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ trażżin għar-ras għandha tingħata.

5.2.

Għandu jingħata numru ta’ approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri (preżentement 03 li jikkorrispondu għas-serje 03 ta’ emendi li daħlu fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 1989) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-iktar reċenti magħmula lir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta’ trażżin għar-ras.

5.3.

L-avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ċaħda ta’ approvazzjoni ta’ xi tip ta’ trażżin għar-ras skont dan ir-Regolament għandu jkun komunikat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

5.4.

Ma’ kull trażżin għar-ras definit fil-paragrafi 2.2.1, 2.2.2 u 2.2.3 u approvat taħt dan ir-Regolament, kemm jekk inkorporat fis-sedil jew le, għandha titwaħħal marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti minn:

5.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

5.4.2.

in-numru ta’ approvazzjoni; u

5.4.3.

fil-każ ta’ trażżin għar-ras inkorporat fil-parti ta’ wara tas-sedil, quddiem in-numru ta’ approvazzjoni, in-numru ta’ dan ir-Regolament, l-ittra “R” u sing.

5.5.

Il-marka ta’ approvazzjoni għandha titwaħħal fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 4.1.2 ta’ hawn fuq.

5.6.

Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun ċara u magħmula b’tali mod li ma titħassarx.

5.7.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġament tal-marki tal-approvazzjoni.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.

Il-preżenza tat-trażżin għar-ras m’għandhiex tkun kawża addizzjonali ta’ periklu għall-passiġġiera tal-vettura. B’mod partikolari fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ użu m’għandha qatt tippreżenta xi superfiċje ħarxa u perikoluża jew xi tarf bil-ponta li jista’ jżid ir-riskju jew is-serjetà ta’ korriment tal-passiġġier. Il-partijiet tat-trażżin għar-ras li jkunu pożizzjonati fiż-żona ta’ impatt definita hawn taħt, għandhom ikunu kapaċi jassorbu l-enerġija bil-mod kif speċifikat f’anness 6 ta’ dan ir-Regolament.

6.1.1.

Iż-żona ta’ impatt hija mdawra lateralment b’żewġ pjani lonġitudinali vertikali, wieħed fuq kull naħa u b’kull wieħed minnhom 70 mm ‘il bogħod mill-pjan ta’ simmetrija tas-sedil konċernat.

6.1.2.

Iż-żona ta’ impatt hija limitata mill-għoli sal-parti tat-trażżin għar-ras pożizzjonata fuq il-pjan perpendikolari mal-linja ta’ referenza R u 635 mm ‘il bogħod mill-punt H.

6.1.3.

B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-assorbiment tal-enerġija m’għandhomx japplikaw għall-faċċata ta’ wara tat-trażżin għar-ras għal sedili li warajhom ma jkunx hemm sedili oħra.

6.2.

Partijiet mill-faċċati ta’ quddiem u ta’ wara tat-trażżin għar-ras, għajr il-partijiet tal-faċċata ta’ wara tat-trażżin għar-ras maħsuba biex ikunu installati f’sedili li warajhom ma jkunx hemm postijiet oħra fejn wieħed ipoġġi bilqiegħda, li jkunu pożizzjonati fuq in-naħa ta’ barra tal-pjani lonġitudinali vertikali msemmija hawn fuq għandhom ikunu kkuttunati b’tali mod li jevitaw kwalunkwe kuntatt dirett tar-ras mal-komponenti tal-istruttura, li għandu jkollha, f’dawk iż-żoni li jistgħu jkunu f’kuntatt bi sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm, radju ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 5 mm.

B’mod alternattiv, dawn il-komponenti jistgħu jitqiesu sodisfaċenti jekk jgħaddu mit-test tal-assorbiment tal-enerġija deskritt f’anness 6 ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-partijiet tat-trażżin għar-ras u s-sostenji tagħhom imsemmija hawn fuq ikunu miksija b’materjal li jkun iktar artab minn ebusija ta’ 50 Shore (A), ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mal-assorbiment tal-enerġija kif definiti f’anness 6 ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw biss għall-partijiet riġidi.

6.3.

It-trażżin għar-ras għandu jkun imwaħħal mas-sedil jew, fejn meħtieġ, mal-istruttura tal-vettura, b’tali mod li l-ebda parti riġida jew perikoluża ma toħroġ mill-ikkuttunar tat-trażżin għar-ras, mill-ankraġġ jew minn naħa ta’ wara tas-sedil b’riżultat ta’ pressjoni eżerċitata mir-ras waqt it-test.

6.4.

L-għoli tat-trażżin għar-ras, imkejjel skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2. ta’ hawn taħt, għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

6.4.1.

L-għoli tal-apparati ta’ trażżin għar-ras għandhom jitkejlu kif deskritt fil-paragrafu 7.2. ta’ hawn taħt.

6.4.2.

Għat-trażżin għar-ras li ma jkunux aġġustabbli għall-għoli, l-għoli m’għandux ikun inqas minn 800 mm fil-każ tas-sedili ta’ quddiem u 750 mm fil-każ ta’ sedili oħra.

6.4.3.

Għat-trażżin għar-ras li jkunu aġġustabbli għall-għoli:

6.4.3.1.

l-għoli għandu jkun mhux inqas minn 800 mm fil-każ tas-sedili ta’ quddiem u 750 mm fil-każ ta’ sedili oħra; dan il-valur għandu jinkiseb f’pożizzjoni bejn l-ogħla u l-inqas pożizzjonijiet li fihom l-aġġustament ikun possibbli;

6.4.3.2.

m’għandu jkun hemm l-ebda “pożizzjoni ta’ użu” li tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 750 mm;

6.4.3.3.

f’każ ta’ sedili li ma jkunux is-sedili ta’ quddiem, it-trażżin għar-ras jistgħu jkunu tali li dawn jistgħu jiċċaqalqu għal pożizzjoni li tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 750 mm, bil-kundizzjoni li l-okkupant ikun jaf li din il-pożizzjoni mhix maħsuba għall-użu tat-trażżin għar-ras;

6.4.3.4.

fil-każ ta’ trażżin għar-ras tas-sedili ta’ quddiem, dawn jistgħu jkunu magħmula b’tali mod li jkunu jistgħu jiċċaqalqu awtomatikament meta s-sedil ma jkunx okkupat, għal pożizzjoni li tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 750 mm, bil-kundizzjoni li dawn imorru lura awtomatikament għall-pożizzjoni tal-użu meta s-sedil ikun okkupat.

6.4.4.

Il-qisien imsemmija fil-paragrafi 6.4.2 u 6.4.3.1 hawn fuq jistgħu jkunu inqas minn 800 mm fil-każ ta’ sedili ta’ quddiem u 750 mm fil-każ ta’ sedili oħra sabiex iħallu vojt adegwat bejn it-trażżin għar-ras u l-wiċċ ta’ ġewwa tas-saqaf, it-twieqi jew kwalunkwe parti tal-istruttura tal-vettura; madankollu, dan il-vojt m’għandux ikun aktar minn 25 mm. Fil-każ ta’ sedili li jkollhom sistemi ta’ spostamenti tal-pożizzjoni u/jew ta’ aġġustament, dan għandu jkun japplika għall-pożizzjonijiet kollha tas-sedil.Barra minn hekk, b’deroga mill-paragrafu 6.4.3.2 ta’ hawn fuq, m’għandu jkun hemm l-ebda “pożizzjoni ta’ użu” li tkun tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 700 mm.

6.4.5.

B’deroga għar-rekwiżiti tal-għoli msemmija fil-paragrafi 6.4.2 u 6.4.3.1 ta’ hawn fuq, l-għoli ta’ kwalunkwe trażżin għar-ras iddisinjat biex ikun fiċ-ċentru tas-sedili ta’ wara jew f’pożizzjonijiet li fihom tpoġġi bilqiegħda fuq wara m’għandux ikun inqas minn 700 mm.

6.5.

L-għoli tal-apparat li fuqu tistrieħ ir-ras, imkejjel kif deskritt fil-paragrafu 7.2, fil-każ tat-trażżin għar-ras li tkun aġġustabbli għall-għoli għandu jkun ta’ mhux inqas minn 100 mm.

6.6.

M’għandu jkun hemm l-ebda vojt ta’ iktar minn 60 mm bejn id-dahar tas-sedil u t-trażżin għar-ras, fil-każ ta’ apparat li ma jkunx aġġustabbli għall-għoli.

6.6.1.

Jekk it-trażżin għar-ras ikun aġġustabbli għall-għoli dan m’għandux, fil-pożizzjoni l-iktar baxxa tiegħu, ikun aktar minn 25 mm minn fuq tad-dahar tas-sedil.

6.6.2.

Fil-każ ta’ apparat ta’ trażżin għar-ras integrat li ma jkunx aġġustabbli għall-għoli, iż-żona li għandha tkun meqjusa hija:

6.6.2.1.

fuq pjan perpendikulari għal-linja ta’ referenza f’540 mm mill-punt R u

6.6.2.2.

bejn żewġ pjani lonġitudinali vertikali li jgħaddu f’85 mm minn fuq kull naħa tal-linja ta’ referenza.

F’din iż-żona, fetħa jew aktar, li minkejja l-għamla tagħha tista’ turi distanza “a” ta’ aktar minn 60 mm meta mkejla kif deskritt fil-paragrafu 7.5, għandha tkun permessa bil-kundizzjoni li wara test addizzjonali taħt il-paragrafu 7.4.3.4, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.4.3.6 ikunu milħuqa xorta waħda.

6.6.3.

Fil-każ ta’ trażżin għar-ras li jkunu aġġustabbli għall-għoli, fetħa jew aktar, li minkejja l-għamla tagħha tista’ turi distanza “a” ta’ aktar minn 60 mm meta mkejla kif deskritt fil-paragrafu 7.5, għandha tkun permessa fuq il-parti tal-apparat li jservi bħala trażżin għar-ras bil-kundizzjoni li wara test addizzjonali taħt il-paragrafu 7.4.3.4, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.4.3.6 ikunu milħuqa xorta waħda.

6.7.

Il-wisa’ tat-trażżin għar-ras għandu jkun tali li jipprovdi trażżin xieraq għal ras ta’ persuna li tkun bilqiegħda b’mod normali. Fil-pjan ta’ kejl tal-wisa’ definit fil-paragrafu 7.3 ta’ hawn taħt, it-trażżin għar-ras għandu jkopri żona li testendi mhux inqas minn 85 mm fuq kull naħa tal-pjan ta’ simmetrija tas-sedil li għalih it-trażżin għar-ras ikun maħsub, b’dik id-distanza tkun imkejla kif stipulat fil-paragrafu 7.3.

6.8.

It-trażżin għar-ras u l-ankoraġġ tiegħu għandhom ikunu tali li l-ispostament lura massimu tar-ras awtorizzat mit-trażżin għar-ras u mkejjel f’konformità mal-proċedura statika stabbilita fil-paragrafu 7.4 ta’ hawn taħt ikun inqas minn 102 mm.

6.9.

It-trażżin għar-ras u l-ankoraġġ tiegħu għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed li jkunu jifilħu mingħajr ma jinkisru għat-toqol stipulat fil-paragrafu 7.4.3.7 ta’ hawn taħt.

6.10.

Jekk it-trażżin għar-ras ikun aġġustabbli, m’għandux ikun possibbli li dan jaqbeż l-għoli massimu stipulat għall-użu mingħajr ma jkun hemm azzjoni volontarja min-naħa tal-utent li tkun addizzjonali għall-operazzjoni ta’ aġġustament.

7.   TESTIJIET

7.1.   Determinazzjoni tal-punt ta’ referenza (il-punt H) tas-sedil li fih ikun inkorporat it-trażżin għar-ras

Dan il-punt għandu jkun determinat fi qbil mar-rekwiżiti tal-anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

7.2.   Determinazzjoni tal-għoli tat-trażżin għar-ras

7.2.1.   Il-linji kollha għadhom jitpinġew fil-pjan ta’ simmetrija tas-sedil konċernat, fejn l-intersezzjoni ta’ pjan bħal dan mas-sedil tiddetermina l-kontorn tat-trażżin tar-ras u tad-dahar tas-sedil (ara anness 4, figura 1, ta’ dan ir-Regolament).

7.2.2.   Il-manikin li jikkorrispondi għal ħamsin fil-mija ta’ raġel adult jew il-manikin muri f’anness 3 ta’ dan ir-Regolament għandu jitpoġġa f’pożizzjoni normali fuq is-sedil. Id-dahar tas-sedil, jekk ikun jintlewa, għandu jkun imwaqqaf f’pożizzjoni li tikkorrispondi għal inklinazzjoni lura tal-linja ta’ referenza tat-torso tal-manikin tal-iktar qrib possibbli għal 25o mill-vertikal.

7.2.3.   Il-projezzjoni tal-linja ta’ referenza tal-manikin muri f’anness 3 għandha fil-każ tas-sedil konċernat titpinġa fil-pjan speċifikat fil-paragrafu 7.2.1 It-tanġent S ma’ fuq tat-trażżin għar-ras għandha titpinġa b’mod perpendikolari mal-linja ta’ referenza.

7.2.4.   Id-distanza h mill-punt H sat-tanġent S hija l-għoli li għandu jiġi kkunsidrat fl-implimentazzjoni tar-rekwiżit tal-paragrafu 6.4.

7.3.   Determinazzjoni tal-wisa’ tat-trażżin għar-ras (ara anness 4, figura 2, ta’ dan ir-Regolament).

7.3.1.   Il-pjan S1 perpendikolari mal-linja tar-referenza u pożizzjonat 65 mm taħt it-tanġent S definit fil-paragrafu 7.2.3 jiddefinixxi sezzjoni fit-trażżin għar-ras li hi mdawra bil-kontorn C. Id-direzzjoni tal-linji dritti li jkunu tanġenzjali ma’ C li tirrapreżenta l-intersezzjoni tal-pjani vertikali (P u P’), b’mod parallel mal-pjan ta’ simmetrija tas-sedil konċernat, mal-pjan S1 għandha tkun ittraċċata fil-pjan S1.

7.3.2.   Il-wisa’ tat-trażżin għar-ras li għandha tiġi kkunsidrata fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.7 hija d-distanza L li tifred it-traċċ tal-pjani P u P’ fil-pjan S1.

7.3.3.   Il-wisa’ tat-trażżin għar-ras għandu, jekk ikun meħtieġ,jkun determinat ukoll 635 mm ‘il fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil, b’din id-distanza tiġi mkejla tul il-linja ta’ referenza.

7.4.   Determinazzjoni tal-effettività tal-apparat

7.4.1.   L-effettività tat-trażżin għar-ras għandha tkun verifikata permezz tat-test statiku deskritt hawn taħt.

7.4.2.   Preparazzjoni għat-test

7.4.2.1.

Jekk it-trażżin għar-ras ikun aġġustabbli, għandu jkun issettjat fl-ogħla pożizzjoni tiegħu.

7.4.2.2.

Fil-każ ta’ sedil f’forma ta’ bank, fejn parti jew il-qafas ta’ sostenn kollu (inkluż dak tat-trażżin għar-ras) ikun komuni għal aktar minn pożizzjoni waħda li fiha tpoġġi bilqiegħda, it-test għandu jsir b’mod simultanju għal dawk il-pożizzjonijiet kollha li fihom tpoġġi bilqiegħda.

7.4.2.3.

Jekk is-sedil jew id-dahar tas-sedil ikun aġġustabbli b’mod relattiv għat-trażżin għar-ras imwaħħla mal-istruttura tal-vettura, dan għandu jitpoġġa fl-inqas pożizzjoni favorevoli skont kif meqjus mis-servizz tekniku.

7.4.3.   Ittestjar

7.4.3.1.

Il-linji kollha għandhom ikunu fil-pjan vertikali ta’ simmetrija tas-sedil konċernat (ara anness 5 ta’ dan ir-Regolament).

7.4.3.2.

Għandha tinqata’ projezzjoni tal-linja ta’ referenza R fil-pjan imsemmi fil-paragrafu 7.4.3.1.

7.4.3.3.

Il-linja ta’ referenza tal-ispostament R1 għandha tkun determinata billi, għall-parti li tissimula d-dahar tal-manikin imsemmi f’anness 3 ta’ dan ir-Regolament, tkun applikata forza inizjali li tipproduċi mument lura ta’ 37,3 daNm madwar il-punt H.

7.4.3.4.

Permezz ta’ forma ta’ ras sferika b’dijametru ta’ 165 mm, forza inizjali li tipproduċi mument ta’ 37.3 daNm madwar il-punt H għandha tiġi applikata f’angoli perpendikolari għal-linja ta’ referenza ta’ spostament R1 f’distanza ta’ 65 mm taħt in-naħa ta’ fuq tat-trażżin għar-ras, waqt li l-linja ta’ referenza tinżamm fil-pożizzjoni ta’ spostament tagħha R1 kif stabbilit skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.4.3.3 ta’ hawn fuq.

7.4.3.4.1.

Jekk il-preżenza ta’ ftuħ twaqqaf l-applikazzjoni tal-forza stipulata hawn fuq f’65 mm min-naħa ta’ fuq tat-trażżin għar-ras, id-distanza tista’ titnaqqas sabiex l-assi tal-forza tkun tista’ tgħaddi minn ġol-linja taċ-ċentru tal-element tal-qafas li jkun l-iktar viċin tal-fetħa.

7.4.3.4.2.

Fil-każ deskritt fil-paragrafi 6.6.2 u 6.6.3 hawn fuq, it-test għandu jiġi ripetut billi għal kull fetħa tkun applikata, bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 165 mm, forza:

li tgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-gravità tal-iżgħar minn fost is-sezzjonijiet tal-fetħa, tul pjani trasversali li jkunu paralleli għal-linja ta’ referenza, u li tirriproduċi mument ta’ 37.3 daNm madwar il-punt ‘R’.

7.4.3.5.

It-tanġent Y għall-forma ta’ ras sferika, parallel għal-linja tar-referenza ta’ spostament R1, għandu jiġi stabbilit.

7.4.3.6.

Id-distanza X bejn it-tanġent Y u l-linja tar-referenza ta’ spostament R1, għandha titkejjel. Ir-rekwiżit tal-paragrafu 6.8 għandu jkun sodisfatt jekk id-distanza X tkun inqas minn 102 mm.

7.4.3.7.

F’każi fejn il-forza stipulata fil-paragrafu 7.4.3.4 tkun applikata f’distanza ta’ 65 mm jew inqas mill-quċċata tat-trażżin għar-ras, u f’dawn il-każi biss, din għandha tiżdied għal 89 daN sakemm ma jseħħx il-ksur tas-sedil jew tad-dahar tiegħu.

7.5.   Determinazzjoni tad-distanza ‘a’ tal-ftuħ tat-trażżin għar-ras (ara Anness 7 ta’ dan ir-Regolament)

7.5.1.   Id-distanza ‘a’ għandha tkun stabbilita għal kull fetħa u f’relazzjoni mal-faċċata ta’ quddiem tat-trażżin għar-ras, permezz ta’ sfera b’dijametru ta’ 165 mm;

7.5.2.   L-isfera għandha titpoġġa f’kuntatt mal-fetħa f’punt taż-żona tal-fetħa li tippermetti d-dħul massimu tal-isfera, waqt li jkun kunsidrat li ma jkun hemm l-ebda tagħbija applikata;

7.5.3.   Id-distanza bejn iż-żewġ punti ta’ kuntatt tal-isfera mal-fetħa tikkostitwixxi d-distanza ‘a’ li għandha tkun kunsidrata għall-evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet taħt il-Paragrafi 6.6.2 u 6.6.3.

8.   KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

8.1.

Kull trażżin għar-ras jew sedil li jkollu marka tal-approvazzjoni li tkun konformi ma’ anness 2 għandu jkun konformi mat-tip ta’ trażżin għar-ras approvat u għandu jaqbel mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 6 u 7 ta’ hawn fuq.

8.2.

Sabiex tkun verifikata l-konformità msemmija qabel, għandhom jitwettqu numru suffiċjenti ta’ verifiki għall-għarrieda fuq trażżin għar-ras prodotti f’serje.

8.3.

Trażżin għar-ras li jkunu mpoġġija jew li jkunu se jiġu mpoġġija għall-bejgħ għandhom jintużaw għat-testijiet.

8.4.

Ir-trażżin għar-ras magħżula għall-verifika ta’ konformità ma’ tip approvat għandhom jagħmlu t-test deskritt fil-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.

9.   MULTI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

9.1.   Trażżin għar-ras approvati

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ trażżin għar-ras skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk xi trażżin għar-ras li jkollhom id-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4 ta’ hawnfuq jonqsu milli jgħaddu mill-verifiki għall-għarrieda jew ma jkunux konformi mat-tip approvat.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li japplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, hija għandha minnufih tavża lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   MODIFIKA U ESTENSJONI TA’ APPROVAZZJONI TA’ XI TIP TA’ TRAŻŻIN GĦAR-RAS

10.1.

Kwalunkwe modifika tat-tip ta’ trażżin għar-ras għandha tkun notifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ trażżin għar-ras. Id-dipartiment jista’ imbagħad jew:

10.1.1.

Iqis li l-modifika magħmula diffiċilment se jkollha effett ħażin u li f’kull każ it-trażżin għar-ras xorta waħda tkun għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

10.1.2.

Jitlob rapport ta’ test ulterjuri mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

10.2.

Il-konferma jew iċ-ċaħda ta’ approvazzjoni, li tkun tispeċifika l-bidliet, għandha tkun komunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

10.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal tali estensjoni u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra fil-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell f’anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   ISTRUZZJONIJIET

Il-manifattur għandu jipprovdi, ma’ kull mudell li jkun konformi ma’ tip ta’ trażżin għar-ras approvat, dettalji tat-tipi u l-karatteristiċi tas-sedili li għalihom it-trażżin għar-ras ikun approvat. Meta t-trażżin għar-ras ikun aġġustabbli, l-operazzjonijiet ta’ aġġustament u/jew tneħħija għandhom ikunu dikjarati b’mod ċar fl-avviż.

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA B’MOD DEFINITTIV

Jekk il-possessur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura trażżin għar-ras approvat skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma l-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni relevanti dik l-awtorità għandha b’dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell f’anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

13.   DIŻPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

13.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 04 tal-emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tiċħad milli tagħti approvazzjonijiet ECE taħt dan ir-Regolament kif emendat bis-serje 04 tal-emendi.

13.2.

Mill-24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 04 tal-emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni ECE biss jekk it-tip ta’ vettura li tkun trid tiġi approvata tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-serje 04 tal-emendi.

13.3.

Mit-48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-seje 04 tal-emendi, l-approvazzjonijiet eżistenti f’dan ir-Regolament għandhom jieqfu milli jkunu validi, għajr fil-każ ta’ tip ta’ vetturi li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-serje 04 tal-emendi.

14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet fil-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq ta’ testijiet ta’ approvazzjoni u tad-dipartimenti amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni, l-estensjoni, iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  L-apparati ta’ trażżin għar-ras tal-vetturi ta’ kategorija M1 li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 17 m’humiex meħtieġa li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polo nja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 (vakanti), 25 (vakanti), 26 għas-Slovenja u 27 għas-Slovakkja. In-numri ta’ wara għandhom ikunu assenjati lill-pajjiżi l-oħra f’ordni kronoloġika skont meta jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim li jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Kondizzjonijiet Uniformi ta’ Approvazzjoni u Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjoni għal Tagħmir u Partijiet ta’ Vetturi bil-Mutur u n-numri assenjati għandhom ikunu komunikati mis-Segretarjat Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI  (*)

Marka ta’ approvazzjoni għal tip ta’ trażżin għar-ras ‘integrali’ jew ‘li jinqala” (ara d-definizzjonijiet fil-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 ta’ dan ir-Regolament).

Image

Marka ta’ approvazzjoni għal tip ta’ trażżin għar-ras ‘separat’ (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 2.2.3 ta’ dan ir-Regolament).

Image


(*)  In-numru ta’ approvazzjoni għandu jitpoġġa qrib iċ-ċirku u jew fuq jew taħt il-“E”, jew fuq ix-xellug jew il-lemin ta’ dik l-ittra.


ANNESS 3

Proċedura biex ikun determinat il-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda f’vetturi bil-mutur

1.   GĦAN

Il-proċedura deskritta f’dan l-anness hija wżata biex tkun stabbilita l-pożizzjoni tal-punt ‘H’ u l-angolu effettiv tat-torso għal pożizzjoni waħda jew aktar ta’ bilqiegħda f’vettura bil-mutur u biex tivverifika r-relazzjoni tad-data miksuba mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn provduti mill-manifattur tal-vettura (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ dan l-anness:

2.1.

‘Id-data ta’ referenza’ tfisser waħda jew iktar mill-karatteristiċi li ġejjin marbuta mal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda:

2.1.1.

il-punt ‘H’ u l-punt ‘R’ u r-relazzjoni tagħhom;

2.1.2.

l-angolu effettiv tat-torso u d-disinn tal-angolu tat-torso u r-relazzjoni tagħhom.

2.2.

“Magna tridimensjonali tal-punt ‘H’” (magna 3-D H) tfisser l-apparat użat għad-determinazzjoni tal-punti ‘H’ u l-angoli effettivi tat-torso. Dan l-apparat huwa deskritt f′appendiċi 1 ta’ dan l-anness.

2.3.

‘Il-punt ‘H’’ tfisser il-pern fiċ-ċentru tat-torso u l-koxxa tal-magna 3-D H installata fis-sedil tal-vettura skont il-paragrafu 4 ta’ hawn taħt. Il-punt ‘H’ huwa pożizzjonat fiċ-ċentru tal-linja ċentrali tal-apparat li tinsab bejn il-buttuni tal-vista tal-punt ‘H’ fuq kull naħa tal-magna 3-D H. Il-punt ‘H’ jikkorrispondi teoretikament għall-punt ‘R’ (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2. ta’ hawn taħt). Ladarba jkun determinat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 4, il-punt ‘H’ ikun meqjus fiss f’relazzjoni mal-istruttura tal-kuxxin tas-sedil u li jiċċaqlaq magħha meta s-sedil ikun aġġustat.

2.4.

“Il-punt “R”” jew ‘il-punt ta’ referenza ta bilqiegħda’ jfissru punt ta’ disinn definit minn manifattur tal-vetturi għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda u stabbilit fir-rigward tas-sistema tridimensjonali ta’ referenza.

2.5.

‘Il-linja tat-torso’ tfisser il-linja ċentrali tas-sonda tal-magna 3-D H bis-sonda tkun f’pożizzjoni lura b’mod sħiħ.

2.6.

‘Angolu effettiv tat-torso’ tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali minn ġol-punt ‘H’ u l-linja tat-torso bl-użu tal-angolu ta’ wara tal-kwadrant fil-magna 3-D H. L-angolu effettiv tat-torso jikkorrispondi teoretikament għad-disinn tal-angolu tat-torso (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 ta’ hawn taħt).

2.7.

‘Disinn tal-angolu tat-torso’ tfisser il-kejl ta’ angolu bejn linja vertikali minn ġol-punt ‘R’ u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi għall-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sedil stabbilita mill-manifattur tal-vettura.

2.8.

‘Il-pjan ċentrali tal-okkupant’ (C/LO) tfisser il-pjan medjan tal-magna 3-D H pożizzjonat f′kull waħda mill-pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda; hija rappreżentata bil-koordinati tal-punt ‘H’ fuq l-assi tal-‘Y’. Għal sedili individwali, il-pjan ċentrali tas-sedil jikkoinċidi mal-pjan ċentrali tal-okkupant. Għal sedili oħra, il-pjan ċentrali tal-okkupant jkun speċifikat mill-manifattur;

2.9.

‘Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza’ tfisser sistema skont kif deskritta fl-appendiċi 2 ta’ dan l-anness;

2.10.

‘Il-marki ta’ riferiment’ huma punti fiżiċi (toqob, superfiċji, marki jew marki li juru qtugħ) fil-karozzerija tal-vettura skont kif definit mill-manifattur;

2.11.

‘Il-pożizzjoni ta’ kejl tal-vettura’ tfisser il-pożizzjoni tal-vettura skont kif definita mill-koordinati tal-marki ta’ riferiment fis-sistema tridimensjonali ta’ referenza.

3.   REKWIŻITI

3.1.   Preżentazzjoni tad-data

Għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda fejn tkun meħtieġa data ta’ referenza sabiex tintwera konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti, għandha tkun ippreżentata parti minn jew id-data kollha li ġejja fil-forma indikata f’appendiċi 3 ta’ dan l-anness:

3.1.1.

il-koordinati tal-punt ‘R’ relattivament għas-sistema tridimensjonali ta’ referenza;

3.1.2.

id-disinn tal-angolu tat-torso;

3.1.3.

l-indikazzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun aġġustat is-sedil (jekk ikun aġġustabbli) għall-pożizzjoni ta’ kejl stabbilita fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn taħt.

3.2.   Ir-relazzjoni bejn id-data mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn

3.2.1.

Il-koordinati tal-punt ‘H’ u l-valur tal-angolu effettiv tat-torso miksub permezz tal-proċedura mniżżla fil-paragrafu 4 ta’ hawn taħt għandhom ikunu komparati, rispettivament, mal-koordinati tal-punt ‘R’ u mal-valur tad-disinn tal-angolu tat-torso indikat mill-manifattur tal-vettura.

3.2.2.

Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt ‘R’ u tal-punt ‘H’ u r-relazzjoni bejn id-disinn tal-angolu tat-torso u l-angolu effettiv tat-torso għandhom ikunu meqjusa bħala sodisfaċenti għall-pożizzjoni konċernata ta’ bilqiegħda jekk il-punt ‘H’, kif definit skont il-koordinati tiegħu, ikun fi ħdan kwadru b’ġenb ta’ 50 mm għoli bi ġnub orizzontali u vertikali li d-djagonali tiegħu jaqtgħu lil xulxin fil-punt ‘R’, u jekk l-angolu effettiv tat-torso jkun fi ħdan 5 gradi mid-disinn tal-angolu tat-torso.

3.2.3.

Jekk dawn il-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-punt ‘R’ u d-disinn tal-angolu tat-torso, għandhom ikunu wżati biex juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.2.4.

Jekk il-punt ‘H’ jew l-angolu effettiv tat-torso ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2 ta’ hawn fuq, il-punt ‘H’ u l-angolu effettiv tat-torso għandhom jiġu determinati darbtejn oħra (tliet darbiet b’kollox). Jekk ir-riżultati ta’ tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti, il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.3 ta’ hawn fuq għandhom japplikaw.

3.2.5.

Jekk ir-riżultat ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet operazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 3.2.4 ta’ hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2 ta’ hawn fuq, jew jekk il-verifika ma tkunx tista’ ssir minħabba li l-manifattur ikun naqas li jipprovdi l-informazzjoni relatata mal-pożizzjoni tal-punt ‘R’ jew dik relatata mad-disinn tal-angolu tat-torso, għandu jintuża ċ-ċentru tat-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angoli mkejla u dan għandu jitqies bħala applikabbli fil-każi kollha fejn il-punt ‘R’ jew id-disinn tal-angolu tat-torso jkun imsemmi f’dan ir-Regolament.

4.   PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT ‘H’ U TAL-ANGOLU EFFETTIV TAT-TORSO

4.1.   Il-vettura għandha tkun imħejjija minn qabel skont id-diskrezzjoni tal-manifattur, f’temperatura ta’ 20 ± 10 grad C sabiex tassigura li l-materjal tas-sedil jilħaq it-temperatura tal-kamra. Jekk is-sedil li jkun se jiġi ċċekkjat qatt ma jkun poġġa ħadd fuqu, persuna jew apparat ta’ bejn is-70 u t-80 kg għandu jpoġġi fuqu għal darbtejn u għal minuta sabiex jintlewa l-kuxxin u d-dahar. Fuq talba tal-manifattur, l-assemblaġġi kollha tas-sedil għandhom jibqgħu bla piż għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel l-installazzjoni tal-magna 3-D H.

4.2.   Il-vettura għandha tkun fil-pożizzjoni ta’ kejl definita fil-paragrafu 2.11 ta’ hawn fuq.

4.3.   Is-sedil, jekk ikun aġġustabbli, għandu l-ewwel ikun aġġustat għall-pożizzjoni l-iktar lura fil-pożizzjoni normali tas-sewqan, kif indikat mill-manifattur tal-vettura, waqt li tittieħed konsiderazzjoni biss tal-aġġustament lonġitudinali tas-sedil, u teskludi l-użi l-oħra tas-sedil meta dan jista’ jintuża għal għanijiet oħra li ma jkunux dawk tas-sewqan. Meta jkunu jeżistu modi oħra ta’ aġġustament tas-sedil (vertikali, angolari, tad-dahar tas-sedil, eċċ) dawn għandhom ikunu aġġustati għall-pożizzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Għal sedili bis-sospensjoni, il-pożizzjoni vertikali għandha tkun iffissata b’mod riġidu waqt li tikkorrispondi ma’ pożizzjoni normali ta’ sewqan skont kif speċifikat mill-manifattur.

4.4.   Iż-żona tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda li tkun f’kuntatt mal-magna 3-D H għandha tkun miksija bi drapp tal-qoton tal-musulina, ta’ qies suffiċjenti u b’tessut addattat, deskritt bħala drapp tat-tajjar sempliċi li jkollu 18,9 ħajt għal kull ċm2 u li jkun jiżen 0,228 kg/m2 jew li jkun meħjut jew inkella jkun tajjar mhux minsuġ li jkollu l-karatteristiċi ekwivalenti.

Jekk it-test isir fuq sedil barra mill-vettura, l-art li fuqha jitpoġġa s-sedil għandu jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali (2) bħall-art tal-vettura li fiha jkun maħsub li jintuża s-sedil.

4.5.   Poġġi s-sedil u l-assemblaġġ ta’ wara tal-magna 3-D H b’tali mod li l-pjan ċentrali tal-okkupant (C LO) jikkoinċidi mal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H. Fuq talba tal-manifattur, il-magna 3-D H tista’ titpoġġa ‘l ġewwa fir-rigward tas-C LO jekk il-magna 3-D H tkun pożizzjonata tant ‘il barra li t-tarf tas-sedil ma jkunx jippermetti l-livellar tal-magna 3-D H.

4.6.   Waħħal l-assemblaġġi tas-sieq u tan-naħa t’isfel tar-riġel mal-assemblaġġ tal-qiegħ tas-sedil, jew individwalment jew billi tuża it-T-bar u l-assemblaġġ tan-naħa t’isfel tar-riġel. Il-linja li tgħaddi mill-buttuni tal-vista tal-punt ‘H’ għandha tkun parallela mal-art u perpendikolari mal-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sedil.

4.7.   Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-sieq u tar-riġel tal-magna 3-D H kif ġej:

4.7.1.   Pożizzjoni bilqiegħda maħsuba: is-sewwieq u passiġġier fuq quddiem u fin-naħa ta’ barra

4.7.1.1.

L-assemblaġġi tas-sieq u tar-riġel għandhom ikunu mċaqalqa ‘l quddiem b’tali mod li s-saqajn jieħdu l-pożizzjoni naturali mal-art, bejn il-pedali ta’ tħaddim jekk dan ikun meħtieġ. Fejn ikun possibbli s-sieq tax-xellug għandha tkun pożizzjonata bejn wieħed u ieħor l-istess distanza fuq ix-xellug tal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H bl-istess mod li s-sieq tal-lemin tkun fuq il-lemin. L-invell li jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-magna 3-D H għandu jinġieb fil-pożizzjoni orizzontali permezz ta’ aġġustamenti fil-qiegħ tas-sedil jekk ikun meħtieġ, jew permezz ta’ aġġustamenti lura fl-assemblaġġi tas-sieq u tar-riġel. Il-linja li tgħaddi mill-buttuni tal-vista tal-punt ‘H’ għandhom jinżammu perpendikolari mal-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sedil.

4.7.1.2.

Jekk ir-riġel tax-xellug ma jkunx jista’ jinżamm parallel mar-riġel tal-lemin u s-sieq tax-xellug ma tkunx tista’ tiġi sostnuta mill-istruttura, ċaqlaq is-sieq tax-xellug sakemm tkun sostnuta. L-allinjament tal-buttuni tal-vista għandu jinżamm.

4.7.2.   Pożizzjoni bilqiegħda maħsuba: fuq wara u fin-naħa ta’ barra

Għal sedili ta’ wara jew sedili awżiljarji, is-saqajn għandhom ikunu pożizzjonati skont kif speċifikat mill-manifattur. Jekk is-saqajn imbagħad iserrħu fuq partijiet tal-art li jkunu f’livelli differenti, l-ewwel sieq li tiġi f’kuntatt mas-sedil ta’ quddiem għandha sservi bħala referenza u s-sieq l-oħra għandha tkun irranġata b’tali mod li l-invell li jipprovdi l-orjentazzjoni trasversali tas-sedil tal-apparat jindika l-orizzontali.

4.7.3.   Pożizzjonijiet oħra maħsuba ta’ bilqiegħda:

Il-proċedura ġenerali indikata fil-paragrafu 4.7.1 ta’ hawn fuq għandha tkun segwita għajr dik li s-saqajn għandhom jitpoġġew skont kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

4.8.   Applika l-piż tan-naħa t’isfel tar-riġel u tal-koxxa u llivella l-magna 3-D H.

4.9.   Mejjel il-qiegħ ta’ wara lejn il-quddiem mal-istop ta’ quddiem u iġbed il-magna 3-D H ‘il bogħod mid-dahar tas-sedil bl-użu tat-T-bar. Poġġi mill-ġdid il-magna 3-D H fuq is-sedil permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

4.9.1.

Jekk il-magna 3-D H jkollha t-tendenza li tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżżerżaq lura sakemm ma jkunx hemm aktar bżonn piż orizzontali ‘l quddiem imrażżan fuq it-T-bar, i.e. sakemm il-qiegħ tas-sedil jiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sedil. Jekk ikun neċessarju, pożizzjona mill-ġdid in-naħa t’isfel tar-riġel;

4.9.2.

Jekk il-magna 3-D H ma jkollhiex it-tendenza li tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Żerżaq il-magna 3-D H lura billi tapplika piż orizzontali lura fuq it-T-bar sakemm il-qiegħ tas-sedil jiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sedil. (ara figura 2 tal-appendiċi 1 ta’ dan l-anness).

4.10.   Applika piż ta’ 100 + 10 N fuq l-assemblaġġ tad-dahar u tal-qiegħ tal-magna 3-D H fejn jissallbu l-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn u l-kisi tat-T-bar. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-piż għandha tinżamm tul linja li tgħaddi qrib it-tislib ta’ hawn fuq għal punt li jkun preċiżament ‘il fuq mill-kisi tal-istanga fejn isserraħ il-koxxa (ara il-Figura 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness). Imbagħad b’attenzjoni poġġi mill-ġdid il-qiegħ ta’ wara fid-dahar tas-sedil. Għandu jkun hemm attenzjoni tul il-bqija tal-proċedura sabiex ikun evitat li l-magna 3-D H tiżżerżaq ‘il quddiem.

4.11.   Poġġi l-piżijiet tal-lemin u tax-xellug tal-warrani u mbagħad, b’mod alternattiv, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-livell tal-magna 3-D H.

4.12.   Mejjel il-qiegħ ta’ wara lejn il-quddiem biex tnaqqas it-tensjoni minn fuq id-dahar tas-sedil. Ċaqlaq il-magna 3-D H minn naħa għall-oħra fi ħdan l-ark ta’ 10° (5° fuq kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli sħaħ biex tnaqqas kwalunkwe frizzjoni li tkun inġemgħet bejn il-magna 3-D H u s-sedil.

Waqt l-azzjoni ta’ ċaqliq, it-T-bar tal-magna 3-D H jista’ jkollha t-tendenza li tiżvijja mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għandha għalhekk tkun imrażżna billi jiġi applikat piż laterali addattat waqt l-azzjoni ta’ ċaqliq. Għandu jkun hemm attenzjoni waqt li tinżamm it-T-bar u waqt li tkun qed tiċċaqlaq il-magna 3-D H sabiex ikun assigurat li l-ebda piż esterjuri ma jkun involontarjament applikat f’direzzjoni vertikali jew qabel u wara.

Is-saqajn tal-magna 3-D H m’għandhomx ikunu mrażżna jew miżmuma waqt dan il-pass. Jekk is-saqajn jibdlu l-pożizzjoni, għandhom temporanjament jitħallew f’dik il-pożizzjoni.

B’attenzjoni poġġi lura il-qiegħ ta’ wara fid-dahar tas-sedil u ċċekkja li ż-żewġ invelli ikunu fil-pożizzjoni żero. Jekk ikun sar xi ċaqliq tas-saqajn waqt l-operazzjoni ta’ ċaqliq tal-magna 3-D H, huma għandhom ikunu pożizzjonati mill-ġdid kif ġej:

 

B’mod alternattiv, għolli kull sieq mill-art bl-ammont minimu neċessarju sakemm ma jkunx hemm iktar moviment tas-saqajn. Waqt li tkun qed tgħolli, is-saqajn għandhom ikunu liberi li jduru; u m’għandhom jiġu applikati l-ebda piżijiet minn quddiem jew mill-ġenb. Meta kull sieq titpoġġa lura fil-pożizzjoni t’isfel, l-għarqub għandu jkun f’kuntatt mal-istruttura maħsuba għal dan;

 

Iċċekkja li l-invell laterali jkun fil-pożizzjoni żero; jekk neċessarju, applika piż laterali fil-quċċata tal-qiegħ ta’ wara li jkun suffiċjenti biex jillivella l-qiegħ tas-sedil tal-magna 3-D H fuq is-sedil.

4.13.   Waqt li żżomm it-T-bar biex tevita li l-magna 3-D H tiżżerżaq ‘il quddiem fuq il-kuxxin tas-sedil, ipproċedi kif ġej:

(a)

poġġi lura l-qiegħ ta’ wara mad-dahar tas-sedil;

(b)

b’mod alternattiv applika u erħi piż orizzontali lura, li ma jaqbiżx il-25 N, lejn il-bar tal-angolu ta’ wara f’għoli li bejn wieħed u ieħor ikun fiċ-ċentru tal-piżijiet tat-torso sakemm il-kwadrant tal-angolu tal-koxxa jindika li tkun intlaħqet pożizzjoni stabbli wara r-rilaxx tal-piż. Għandu jkun hemm attenzjoni sabiex ikun assigurat li l-ebda piż esterjuri ‘l isfel jew laterali ma jkun applikat lill-magna 3-D H. Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ aġġustament għal livell ieħor tal-magna 3-D H, dawwar il-qiegħ ta’ wara ‘l quddiem, illivella mill-ġdid, u rrepeti l-proċedura minn 4.12.

4.14.   Kejjel dawn li ġejjin:

4.14.1.

Il-koordinati tal-punt ‘H’ huma mkejla fir-rigward tas-sistema tridimensjonali ta’ referenza;

4.14.2.

L-angolu effettiv tat-torso jinkiseb fil-kwadrant tal-angolu ta’ wara tal-magna 3-D H bis-sonda tkun f’pożizzjoni lura b’mod sħiħ.

4.15.   Jekk tkun mixtieqa repetizzjoni tal-installazzjoni tal-magna 3-D H, l-assemblaġġ tas-sedil għandu jitħalla bla piż għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel ir-repetizzjoni. Il-magna 3-D H m’għandhiex titħalla bil-piż fuq l-assemblaġġ tas-sedil iktar mill-ħin meħtieġ biex jitwettaq it-test.

4.16.   Jekk is-sedili fl-istess ringiela jistgħu jitqiesu bħala simili (sedil f’forma ta’ bank, sedili identiċi, eċċ) għandu jkun determinat biss punt ‘H’ wieħed u ‘angolu effettiv tat-torso’ wieħed għal kull ringiela ta’ sedili, bil-magna 3-D H deskritta f’appendiċi 1 ta’ dan l-anness tkun bilqiegħda f’post meqjus bħala rappreżentattiv għar-ringiela. Dan il-post għandu jkun:

4.16.1.

fil-każ tar-ringiela ta’ quddiem, is-sedil tas-sewwieq;

4.16.2.

fil-każ tar-ringiela jew ringieli ta’ wara, sedil fuq in-naħa ta’ barra


(1)  Fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ bilqiegħda għajr dik tas-sedili ta’ quddiem fejn il-punt “H” ma jistax ikun determinat bl-użu tal-magna tridimensjonali tal-punt “H” jew tal-proċeduri, il-punt “R” indikat mill-manifattur jista jittieħed bħala referenza skont kif tiddeċiedi l-awtorità kompetenti.

(2)  Angolu mmejjel, differenza fl-għoli fl-immuntar tas-sedil, tessut tas-superfiċje, eċċ.

Appendiċi 1

Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H”  (*)

(il-magna 3-D H)

1.   Il-qigħan u l-partijiet tad-dahar tas-sedil

Il-qigħan u l-partijiet tad-dahar tas-sedil huma magħmulin minn plastik u metall rinforzat; huma jissimulaw it-torso u l-koxxa umana u huma mekkanikament impernjati fil-punt ‘H’. Kwadrant ikun magħfus mas-sonda impernjata fil-punt ‘H’ sabiex ikun imkejjel l-angolu effettiv tat-torso. Bar aġġustabbli tal-koxxa, marbuta mal-qiegħ tas-sedil, tistabbilixxi l-linja ċentrali tal-koxxa u sservi bħala linja bażi għall-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn.

2.   L-elementi tal-ġisem u tar-riġel

Is-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel huma marbuta mal-assemblaġġ tal-qiegħ tas-sedil fit-T-bar li tgħaqqad l-irkopptejn, li huwa estensjoni laterali tal-bar aġġustabbli tal-koxxa. Kwadranti huma inkorporati fis-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel sabiex jitkejlu l-angoli tal-irkopptejn. L-assemblaġġi taż-żarbun u tas-sieq huma kalibrati sabiex jitkejjel l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw l-apparat fl-ispazju disponibbli. Piżijiet tal-element tal-ġisem jitpoġġew fiċ-ċentri ta’ gravità korrispondenti sabiex jipprovdu penetrazzjoni ekwivalenti għal raġel ta’ 76 kg. Għandu jkun iċċekkjat li l-ġogi kollha tal-magna 3-D H ikunu liberi biżżejjed sabiex ikun evitat li jkun hemm xi frizzjoni.

Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-Istandard ISO 6549-1980.

Figura 1

Id-disinn tal-elementi tal-magna 3-D H

Image

Figura 2

Il-qisien tal-elementi u t-tqassim tal-piżijiet tal-magna 3-D H

Image


(*)  Għal dettalji dwar il-bini ta’ magna 3-D H irreferi għand is-Soċjetà tal-Inġiniera tal-Karozzi (SAE), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, L-Istati Uniti tal-Amerika.

Appendiċi 2

SISTEMA TRIDIMENSJONALI TA’ REFERENZA

1.

Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza hija magħmula permezz ta’ tliet pjani ortogonali stabbiliti mill-manifattur tal-vettura (ara l-figura) (*).

2.

Il-vettura li tkejjel il-pożizzjoni ssir billi tkun pożizzjonata l-vettura fuq is-superfiċje ta’ sostenn b’tali mod li l-koordinati tal-marki ta’ riferiment jikkorrispondu mal-valuri indikati mill-manifattur.

3.

Il-koordinati tal-punt “R” u tal-punt “H” jsiru f’relazzjoni mal-marki ta’ riferiment definiti mill-manifattur tal-vettura.

Figura

Sistema ta’ referenza tridimensjonali

Image


(*)  Is-sistema ta’ referenza tikkorrispondi għall-Istandard ISO 4130, 1978.

Appendiċi 3

DATA TA’ REFERENZA LI TIKKONĊERNA L-POŻIZZJONIJIET TA’ BILQIEGĦDA

1.   Ikkodifikar tad-data ta’ referenza

Id-data ta’ referenza hija elenkata b’mod konsekuttiv għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda. Il-pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda huma identifikati b’kodiċi ta’ żewġ figuri. L-ewwel figura hija numru Għarbi u tindika r-ringiela tas-sedili, li tingħadd minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni figura hija ittra kapitali li tindika l-post tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda fir-ringiela, kif tidher fid-direzzjoni ta’ moviment ‘il quddiem tal-vettura; għandhom jintużaw l-ittri li ġejjin:

L

=

xellug

C

=

ċentru

R

=

lemin

2.   Deskrizzjoni tal-pożizzjoni ta’ kejl tal-vettura

2.1.   Koordinati tal-marki ta’ riferiment

 

X …

 

Y …

 

Z …

3.   Lista tad-data ta’ referenza

3.1.   Pożizzjoni ta’ bilqiegħda: …

3.1.1.   Koordinati tal-punt ‘R’

 

X …

 

Y …

 

Z …

3.1.2.   Id-disinn tal-angolu tat-torso …

3.1.3.   Speċifikazzjonijiet għall-aġġustament tas-sedil (*)

 

orizzontali: …

 

vertikali: …

 

angolari: …

 

l-angolu tat-torso: …

Nota: Elenka d-data ta’ referenza għal pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda ulterjuri taħt 3.2, 3.3, eċċ.


(*)  Ħassar fejn ma japplikax.


ANNESS 4

Determinazzjoni tal-għoli u l-wisa’ tat-trażżin għar-ras

Figura 1

Għoli

Image

Figura 2

Image


ANNESS 5

Dettalji tal-linja mpinġija u tal-kejl meħud waqt it-testijiet

Image


ANNESS 6

PROĊEDURA TA’ TEST GĦALL-IĊĊEKKJAR TAL-ASSORBIMENT TAL-ENERĠIJA

1.   Installazzjoni, l-apparat tat-test, l-istrumenti użati għar-reġistrar u l-proċedura

1.1.   Installazzjoni

It-trażżin għar-ras miksi b’materjal li jassorbi l-enerġija għandu jitwaħħal u jkun ittestjat fuq is-sedil jew fuq il-parti strutturali tal-vettura li fiha jkun installat. Il-komponent strutturali għandu jkun imwaħħal sew mal-bank tat-test sabiex jibqa’ stazzjonarju meta jkun applikat l-impatt, u l-bażi li fuqu jkun qed iserraħ għandha, fin-nuqqas ta’ speċifikazzjoni partikolari li jingħataw raġunijiet għaliha, tkun bejn wieħed u ieħor orizzontali. Id-dahar tas-sedil, jekk jista’ jkun aġġustat, għandu jkun imbarrat fil-pożizzjoni deskritta fil-paragrafu 7.2.2 ta’ dan ir-Regolament.

It-trażżin għar-ras għandu jkun immuntat fuq id-dahar tas-sedil, kif ikun ippreżentata fil-vettura. Fil-każ ta’ trażżin għar-ras separat, dan għandu jkun imwaħħal mal-parti tal-istruttura tal-vettura li normalment jitwaħħal magħha.

Jekk it-trażżin għar-ras ikun aġġustabbli dan għandu jitpoġġa fl-inqas pożizzjoni favorevoli li l-aġġustament ikun jippermetti.

1.2.   L-apparat tat-test

1.2.1.

Dan l-apparat jikkonsisti minn pendlu li l-pivot tiegħu jkun sostnut minn ball-bearings u li l-massa mnaqqsa (*) tiegħu fiċ-ċentru tal-perkussjoni tkun ta’ 6,8 kg. L-estremità t’isfel tal-pendlu tikkonsisti minn forma ta’ ras riġida b’dijametru ta’ 165 mm li ċ-ċentru tagħha huwa identiku għaċ-ċentru ta’ perkussjoni tal-pendlu.

1.2.2.

Il-forma ta’ ras għandha jkollha mwaħħal magħha żewġ aċċelerometri u apparat li jkejjel il-veloċità, li dawn għandhom ikejlu valuri fid-direzzjoni tal-impatt.

1.3.   L-istrumenti tar-reġistrar

L-istrumenti tar-reġistrar użati għandhom ikunu tali li jieħdu kejl bil-gradi ta’ preċiżjoni li ġejjin:

1.3.1.

Aċċelerazzjoni:

 

preċiżjoni = ± 5 % tal-valur effettiv

 

klassi ta’ frekwenza tal-kanal tal-kejl: CFC 600 li tikkorrispondi għall-karatteristiċi tal-Istandard tal-ISO 6487 (1987)

Sensitività trasversali ≤ 5 % tal-iktar punt baxx tal-iskala.

1.3.2.

Veloċità:

 

preċiżjoni = ± 2,5 % tal-valur reali;

 

sensedilività = 0,5 km/h

1.3.3.

Reġistrar tal-ħin

l-istrumenti għandhom iwasslu biex l-azzjoni tkun reġistrata tul il-perjodu kollu tagħha u biex jittieħed ir-riżultat fi ħdan elf parti ta’ sekonda:

il-bidu tal-impatt fil-mument tal-ewwel kuntatt bejn il-forma ta’ ras u l-punt li qed ikun ttestjat għandu jiġi identifikat fuq ir-reġistrazzjonjiet użati għall-analiżi tat-test.

1.4.   Il-proċedura tat-test

1.4.1.

Bit-trażżin għar-ras imwaħħal u aġġustat kif indikat fil-paragrafu 1.1 ta’ dan l-anness, l-impatt għandu jsir f’punti magħżula mil-laboratorju fiż-żona ta’ impatt definita fil-paragrafu 6.1 ta’ dan ir-Regolament u possibilment ‘il barra miż-żona ta’ impatt definita fil-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament fuq superfiċji b’radju ta’ kurvatura ta’ inqas minn 5 mm.

1.4.1.1.

Fuq is-superfiċje ta’ wara, id-direzzjoni tal-impatt minn naħa ta’ wara lejn in-naħa ta’ quddiem għandha tkun fi pjan lonġitudinali f’angolu ta’ 45° mal-vertikali.

1.4.1.2.

Fuq is-superfiċje ta’ quddiem, id-direzzjoni tal-impatt minn naħa ta’ quddiem lejn in-naħa ta’ wara, fi pjan lonġitudinali, għandha tkun orizzontali.

1.4.1.3.

Iż-żoni ta’ quddiem u ta’ wara huma mdawra bil-pjan orizzontali li hu tanġenzjali għall-quċċata tat-trażżin għar-ras kif imsemmi fil-paragrafu 7.2 ta’ dan ir-Regolament.

1.4.2.

Il-forma ta’ ras għandha tolqot il-punt tat-test b’veloċità ta’ 24,1 km/h; din il-veloċità għandha jew tinkiseb sempliċiment permezz tal-enerġija ta’ propulsjoni jew inkella billi jintuża apparat addizzjonali ta’ propulsjoni.’

2.   Ir-riżultati

Fit-testijiet imwettqa permezz tal-proċedura ta’ hawn fuq, id-deċelerazzjoni tal-forma ta’ ras m’għandhiex taqbeż it-80 g b’mod kontinwu għal iktar minn 3 millisekondi. Ir-rata ta’ deċelerazzjoni għandha tittieħed bħala l-medja tar-riżultat fuq iż-żewġ deċelometri.

3.   Proċeduri ekwivalenti

3.1.

Proċeduri ekwivalenti ta’ test għandhom ikunu permessi bil-kondizzjoni li r-riżultati meħtieġa mill-paragrafu 2 ta’ hawn fuq jkunu jistgħu jinkisbu, b’mod partikolari, l-oġġetti tal-apparat tat-test jistgħu jkunu orjentati b’mod differenti kemm-il darba l-angolu relattiv bejn it-trażżin għar-ras u d-direzzjoni tal-impatt ikun rispettat.

3.2.

Ir-responsabbiltà li juri l-ekwivalenza ta’ metodu ieħor għajr dak deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun f’idejn il-persuna li tuża dak il-metodu l-ieħor.


(*)  Ir-rapport tal-massa ridotta “mr” tal-pendlu mal-massa totali “m” tal-pendlu b’distanza “a” bejn iċ-ċentru ta’ perkussjoni u l-assi ta’ rotazzjoni u b’distanza “l” bejn iċ-ċentru ta’ gravità u l-assi ta’ rotazzjoni tinstab permezz tal-formula: mr = m (l/a)


ANNESS 7

Determinazzjoni tal-qies “A” tal-fetħiet tat-trażżin għar-ras

(ara l-paragrafi 6.6.2 u 6.6.3 ta’ dan ir-Regolament)

Figura 1

Eżempju ta’ fetħiet orizzontali

Image

Figura 2

Eżempju ta’ fetħiet vertikali

Image


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/27


It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont il-liġi internazzjonali pubblika. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 26 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-partijiet sporġuti esterni tagħhom

Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 1 għas-serje ta’ emendi 03 — Data tad-dħul fis-seħħ: 11 ta’ Ġunju 2007

WERREJ

REGOLAMENT

1.

L-ambitu u l-għan

2.

Id-definizzjonijiet

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

L-approvazzjoni

5.

L-ipeċifikazzjonijiet ġenerali

8.

L-ispeċifikazzjonijiet partikolari

7.

Il-modifika tat-tip tal-vettura u l-estensjoni għall-approvazzjoni

6.

Il-konformità tal-produzzjoni

9.

Is-sanzjonijiet għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Il-produzzjoni definittivament imwaqqfa

11.

l-Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi li jwettqu t-testijiet ta’ approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi

12.

Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

ANNESS 1 —

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura rigward il-partijiet esterni sporġuti tagħha

ANNESS 2 —

L-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni

ANNESS 3 —

Metodi għad-determinazzjoni tad-dimensjonijiet tal-isporġenzi u l-ispazji

ANNESS 4 —

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ unità teknika separata ta’ xkafef għall-bagalji, xkafef għall-apparat tal-iskijjar jew erjil li jirċievi jew jittrasmetti r-radju

1.   L-AMBITU U L-GĦAN

1.1.

Dan ir-Regolament japplika għall-partijiet sporġuti esterni tal-kategorija ta’ vetturi M1 (1). Ma japplikax għall-mirja ta’ barra li juru x’hemm wara l-karozza jew għall-boċċa tal-apparat għall-irmunkar.

1.2.

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jitnaqqas ir-riskju jew is-serjetà ta’ ħsara lill-ġisem ta’ persuna milquta mill-bodi ta’ karozza jew li tħokk magħha f’każ ta’ ħabta. Dan huwa validu kemm meta l-vettura tkun wieqfa kif ukoll meta tkun qed timxi.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’dan ir-Regolament:

2.1.

‘Approvazzjoni ta’ vettura’ tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-partijiet sporġuti esterni tagħha.

2.2.

‘Tip ta’ vettura’ tfisser kategorija ta’ vetturi bil-magna li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħall-forma jew il-materjal tal-wiċċ estern.

2.3.

‘Il-wiċċ estern’ tfisser il-parti ta’ barra tal-vettura inkluż il-bònit, l-għatu tal-kumpartiment tal-bagalji, il-bibien, il-ġnub, is-saqaf, l-apparat tad-dawl u tas-senjalar tad-dawl u l-komponenti viżibbli li jsaħħu.

2.4.

‘Il-linja tal-art’ tfisser il-linja ddeterminata kif ġej:

Darba wara l-oħra poġġi kon b’assi vertikali li l-għoli tiegħu ma jkunx definit, u b’nofs angolu ta’ 30°, madwar vettura mgħobbija, b’tali mod li jmiss, kontinwament u kemm jista’ jkun fil-baxx, mal-wiċċ estern tal-vettura. Il-linja tal-art hija t-traċċa ġeometrika ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt. Fid-determinazzjoni tal-linja tal-art, il-punti tal-ġakk, il-pajpijiet tal-egżost u r-roti m’għandhomx jitqiesu. L-ispazji tal-arkati li fihom iduru r-roti għandhom jitqiesu daqslikieku kienu mimlijin b’wiċċ immaġinarju li joħloq kontinwazzjoni lixxa tal-wiċċ estern ta’ madwarhom. Fiż-żewġ naħat tal-vettura il-bamper għandu jitqies meta tkun qed tiġi stabbilita l-linja tal-art. Skont il-vettura partikulari, it-traċċa tal-linja tal-art tista’ tinstab fl-estremità tas-settur tal-bamper jew fil-panil tal-bodi ‘l isfel mill-bamper. Fejn ikun hemm żewġ punti ta’ kuntatt jew iktar li jseħħu fl-istess ħin, għandu jintuża l-punt ta’ kuntatt l-aktar baxx biex tiġi ddeterminata l-linja tal-art.

2.5.

‘Ir-raġġ ta’ kurvatura’ tfisser ir-raġġ tal-ark ta’ ċirku li tkun l-iktar viċin għall-forma tonda tal-komponent li jkun qed jiġi kkunsidrat.

2.6.

‘Vettura mgħobbija’ tfisser vettura mgħobbija sal-massimu tal-massa teknika permessa. Vetturi mgħammra b’sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew bi strument għal-livellar awtomatiku skont it-tagħbija, għandhom ikunu ttestjati bil-vettura fl-agħar kondizzjonijiet għall-ħidma normali speċifikata mill-fabbrikant.

2.7.

‘It-tarf estrem ta’ barra’ tal-vettura tfisser, fir-rigward tal-ġnub tal-vettura, il-pjan parallel mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura li jikkoinċidi mat-tarf laterali ta’ barra, u, fir-rigward tat-truf ta’ quddiem u ta’ wara, il-pjan trasversali perpendikulari tal-vettura li jikkoinċidi mat-truf ta’ barra tagħha ta’ quddiem u ta’ wara, mingħajr ma titqies il-parti sporġuta:

2.7.1.

tat-tajers viċin il-punt tal-kuntatt tagħhom mal-art, u l-konnessjonijiet għall-istrumenti tal-kejl tal-pressjoni tat-tajers;

2.7.2.

ta’ kwalunkwe tip ta’ strument kontra ż-żliq li jista’ jiġi mmontat fuq ir-roti;

2.7.3.

tal-mirja li juru x’hemm wara l-karrozza;

2.7.4.

tad-dwal tal-ġenb li jindikaw id-direzzjoni, dwal li jimmarkaw ix-xifer ta’ barra, dwal ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb) li juru l-pożizzjoni u dwal li jitħallew mixgħulin meta l-karrozza tkun ipparkjata;

2.7.5.

fir-rigward tat-truf ta’ quddiem u ta’ wara, ta’ partijiet immontati fuq il-bampers, tal-istrumenti għall-irmunkar u tal-pajpijiet tal-egżost.

2.8.

‘Id-dimensjoni tal-parti sporġuta’ ta’ komponent immontat fuq panil tfisser id-dimensjoni stabbilita skont il-metodu deskritt fil-paragrafu 2 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

2.9.

‘Il-linja nominali ta’ panil’ tfisser il-linja li tgħaddi miż-żewġ punti rrappreżentati mill-pożizzjoni taċ-ċentru ta’sfera meta l-wiċċ tagħha tagħmel l-ewwel u l-aħħar kuntatt ma’ komponent waqt il-proċedura tal-kejl deskritta fil-paragrafu 2.2. tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

2.10.

‘Erjil’ tfisser kwalunkwe tagħmir użat biex jittrasmetti u/jew jirċievi sinjali elettromanjetiċi.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-partijiet sporġuti esterni tagħha.

3.1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-partijiet sporġuti esterni tagħha għandha titressaq mill-fabbrikant tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat kif meħtieġ.

3.1.2.

Għandha tkun ippreżentata flimkien ma’ tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin:

3.1.2.1.

ritratti tal-partijiet ta’ quddiem, ta’ wara u tal-ġenb tal-vettura meħudin minn angolu ta’ bejn 30° u 45° mal-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura;

3.1.2.2.

disinni bil-qisien tal-bampers u, fejn ikun xieraq;

3.1.2.3.

disinni ta’ ċerti partijiet sporġuti esterni u jekk ikun applikabbli disinni ta’ ċerti sezzjonijiet tal-wiċċ estern imsemmija f’ 6.9.1.

3.1.3.

Vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandha tkun approvata għandha tkun ippreżentata lis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet għall-approvazzjoni. Fuq talba tal-imsemmi servizz tekniku, għandhom ikunu ppreżentati ukoll ċerti komponenti u ċerti kampjuni tal-materjal użat.

3.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-ixkafef għall-bagalji, l-ixkafef għall-apparat tal-iskijjar jew erjils li jirċievu jew jittrasmettu r-radju li huma meqjusa bħala unitajiet tekniċi separati.

3.2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-ixkafef għall-bagalji, l-ixkafef għall-apparat tal-iskijjar jew erjils li jirċievu jew jittrasmettu r-radju li huma meqjusa bħala unitajiet tekniċi separati għandha titressaq mill-fabbrikant tal-vettura jew mill-fabbrikant tal-imsemmija unitajiet tekniċi separati, jew mir-rappreżentant tagħhom li jkun akkreditat kif meħtieġ.

3.2.2.

Għal kull tip ta’ kwalunkwe wieħed mill-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3.2.1. hawn fuq, l-applikazzjoni għandha tkun ippreżentata flimkien ma’ dawn li ġejjin:

3.2.2.1.

tliet kopji ta’ dokumenti li jispeċifikaw il-karatteristiċi tekniċi tal-unità teknika separata u l-istruzzjonijiet għall-armar li għandhom jingħataw ma’ kull unità teknika separata li tinbiegħ;

3.2.2.2.

kampjun tat-tip ta’ unità teknika separata. Jekk l-awtorità responsabbli tqis li jkun meħtieġ, hija tista’ titlob kampjun ieħor.

4.   L-APPROVAZZJONI

4.1.

L-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-partijiet sporġuti esterni tagħha.

4.1.1.

Jekk it-tip ta’ vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5. u 6. ta’ hawn isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dik it-tip ta’ vettura.

4.1.2.

Għandu jiġi assenjat numru ta’ approvazzjoni għal kull tip ta’ vettura approvata. L-ewwel figuri tiegħu (bħalissa 02 li jikkorrispondi mas-serje 02 ta’ emendi li daħlu fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 1996) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkludu l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti li jkunu saru għar-Regolament fiż-żmien meta tingħata l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil xi tip ta’ vettura oħra.

4.1.3.

Notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew ta’ ċaħda jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew il-waqfien definittiv fil-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tas-sena 1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni skont il-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.1.4.

Ma’ kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament għandu jkun hemm imwaħħla, b’mod evidenti u f’post faċilment aċċessibbli li jkun speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti f’:

4.1.4.1.

ċirku madwar l-ittra ‘E’ segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni;

4.1.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra ‘R’, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku stipulat fil-paragrafu 4.1.4.1.

4.1.5.

Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvata, skont Regolament jew numru ta’ Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament is-simbolu stipulat fil-paragrafu 4.1.4.1. m’għandux għalfejn ikun ripetut; f’dak il-każ in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu stipulat fil-paragrafu 4.1.4.l.

4.1.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandha tkun magħmula b’tali mod li ma titħassarx.

4.1.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin ta’ jew fuq il-pjanċa bid-data tal-vettura mwaħħla mill-fabbrikant.

4.1.8.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni.

4.1.9.

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

4.2.

L-approvazzjoni fir-rigward tal-ixkafef għall-bagalji, l-ixkafef għall-apparat tal-iskijjar jew erjils li jirċievu jew jittrasmettu bir-radju li huma meqjusa bħala unitajiet tekniċi separati.

4.2.1.

Jekk it-tip ta’ unità teknika separata mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.16, 6.17 u 6.18 ta’ hawn isfel, l-approvazzjoni għal dik it-tip ta’ unità teknika separata għandha tingħata.

4.2.2.

Għandu jiġi assenjat numru ta’ approvazzjoni għal kull tip ta’ unità teknika separata approvata. L-ewwel figuri tiegħu (bħalissa 02 li jikkorrispondi mas-serje ta’ emendi 02 li daħlu fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 1996) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkludu l-emendi tekniċi prinċipali l-iktar reċenti li jkunu saru għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil xi tip ieħor ta’ unità teknika separata.

4.2.3.

Notifika tal-approvazzjoni, jew tal-estensjoni jew ta’ ċaħda jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew il-waqfien definittiv fil-produzzjoni ta’ tip ta’ unità teknika separata, skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tas-sena 1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni skont il-mudell fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

4.2.4.

Fuq kull unità teknika separata li tkun konformi ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun hemm imwaħħla, b’mod evidenti u f’post faċilment aċċessibbli li jkun speċifikat fil-formola ta’ approvazzjoni, marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti f’:

4.2.4.1.

ċirku madwar l-ittra ‘E’ segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

4.2.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra ‘R’, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku stipulat fil-paragrafu 4.2.4.1.

4.2.5.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandha tkun magħmula b’tali mod li ma titħassarx.

4.2.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin ta’ jew fuq il-pjanċa bid-data tal-unità teknika separata mwaħħla mill-fabbrikant.

4.2.7.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni.

4.2.8.

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza tal-arranġamenti sodisfaċenti biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx japplikaw għal dawk il-partijiet tal-wiċċ estern li, bil-vettura mgħobbija, bil-bibien, twieqi u għotjien tal-aċċess kollha eċċ., fil-pożizzjoni magħluqa, huma jew:

5.1.1.

f’għoli ta’ iktar minn 2 metri, jew

5.1.2.

taħt il-linja tal-art, jew

5.1.3.

pożizzjonati b’mod li, kemm meta jkunu statiċi kif ukoll meta jkunu qegħdin jaħdmu, ma jkunux jistgħu jintmessu bi sfera ta’ dijametru ta’ 100 mm.

5.2.

Il-wiċċ estern tal-vetturi m’għandux ikollu, fid-direzzjoni li tħares ‘l barra, xi parti bil-ponta jew b’xifer jew xi partijiet sporġuti b’forma, qisien jew ebusija tali li x’aktarx iżżid ir-riskju jew is-serjetà ta’ ħsara lill-ġisem ta’ persuna li tintlaqat mill-wiċċ estern jew tħokk miegħu fil-każ ta’ ħabta.

5.3.

Il-wiċċ estern tal-vetturi m’għandux ikollu, ‘il barra minnu, xi parti li x’aktarx tolqot lin-nies għaddejjin bil-mixi, liċ-ċiklisti jew lill-motoċiklisti.

5.4.

L-ebda parti sporġuta tal-wiċċ estern m’għandu jkollha raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm. Din il-ħtieġa m’għandhiex tapplika għal partijiet tal-wiċċ estern li jisporġu inqas minn 5 mm, iżda l-angoli li jħarsu ‘l barra ta’ dawn il-partijiet għandhom ikunu bla xifer, għajr fejn dawn il-partijiet jisporġu inqas minn 1,5 mm.

5.5.

Il-partijiet sporġuti tal-wiċċ estern, magħmulin minn materjal ta’ ebusija ta’ mhux iktar minn 60 shore A, jista’ jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm.

Il-kejl tal-ebusija għandu jittieħed bil-komponent kif inhu installat fil-vettura. Fejn ma jkunx possibbli li jitwettaq kejl tal-ebusija permezz tal-proċedura ta’ Shore A, għall-evalwazzjoni għandu jkun użat kejl komparabbli.

5.6.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.1 sa 5.5 hawn fuq għandhom japplikaw flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet partikulari tal-paragrafu 6 li ġej, ħlief fejn dawn l-ispeċifikazzjonijiet partikulari b’mod espliċitu jipprovdu xi mod ieħor.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKULARI

6.1.   Ornamenti.

6.1.1.

Ornamenti miżjuda li jisporġu iktar minn 10 mm mis-sostenn tagħhom għandhom jinġibdu lura, jinqalgħu jew jitgħawġu taħt forza ta’ 10 daN eżerċitata fil-punt prinċipali tagħhom fi kwalunkwe direzzjoni fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel mal-wiċċ li fuqu jkunu immontati. Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għall-ornamenti ta’ fuq ix-xibka li tipproteġi r-radjatur, li għalihom japplikaw biss il-ħtiġijiet ġenerali tal-paragrafu 5. Biex tkun applikata l-forza ta’ 10 daN għandha tintuża ballata (ram) b’tarf ċatt b’dijametru ta’ mhux iktar minn 50 mm. Fejn dan ma jkunx possibbli, għandu jintuża metodu ekwivalenti. Wara li l-ornamenti jinġibdu ‘l ġewwa, jinqalgħu jew jitgħawġu, il-partijiet sporġuti li jkun fadal m’għandhomx jisporġu iktar minn 10 mm. Dawn il-partijiet sporġuti għandhom f’kull każ jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.2. Jekk l-ornament ikun immontat fuq xi bażi, din il-bażi titqies bħala parti mill-ornament u mhux parti mill-wiċċ ta’ sostenn.

6.1.2.

Strixxi protettivi jew protezzjoni fuq il-wiċċ estern m’għandhomx ikunu suġġetti għall-ħtiġijiet tal-paragrafu 6.1.1. ta’ hawn fuq; madankollu, għandhom ikunu mwaħħlin mal-vettura b’mod sod.

6.2.   Fanali ta’ quddiem.

6.2.1.

Viżieri u xfar li jisporġu għandhom ikunu permessi fuq il-fanali ta’ quddiem, bil-kondizzjoni li l-parti sporġuta, kif imkejla skont il-wiċċ trasparenti estern tal-bozza ta’ quddiem, ma tkunx ta’ iktar minn 30 mm u li r-raġġ ta’ kurvatura tagħhom ikun għall-inqas 2,5 mm kullimkien. Fil-każ ta’ bozza ta’ quddiem li tkun immontata wara wiċċ trasparenti addizzjonali, il-parti sporġuta għandha titkejjel mill-wiċċ trasparenti li qiegħed l-iktar ‘il barra. Il-partijiet sporġuti għandhom ikunu ddeterminati skont il-metodu deskritt fil-paragrafu 3 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

6.2.2.

Fanali ta’ quddiem li jinġibdu ‘l ġewwa għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1 ta’ hawn fuq, kemm fil-pożizzjoni operattiva kif ukoll meta jkunu miġbuda ‘l ġewwa.

6.2.3.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1 ta’ hawn fuq ma japplikawx għall-fanali ta’ quddiem li jkunu mgħaddsa fil-bodi tal-vettura jew li jkollhom il-bodi ‘sporġut fuqhom’, jekk il-bodi jkun konformi mal-ħtiġijiet tal-paragrafu 6.9.1.

6.3.   Xbieki u spazji.

6.3.1.

Il-ħtiġijiet tal-paragrafu 5.4 m’għandhomx japplikaw għal spazji bejn elementi mwaħħlin u elementi li jistgħu jiċċaqalqu, inklużi dawk li huma parti minn xbieki għad-dħul jew il-ħruġ tal-arja u minn xbieki li jipproteġu r-radjatur, bil-kondizzjoni li d-distanza bejn elementi konsekuttivi ma tkunx ta’ iktar minn 40 mm u li x-xbieki u l-ispazji ikollhom għan funzjonali. Għal spazji ta’ bejn 40 mm u 25 mm ir-raġġi ta’ kurvatura għandhom ikunu ta’ 1 mm jew iktar. Madankollu, jekk id-distanza bejn żewġ elementi konsekuttivi tkun ta’ 25 mm jew inqas, ir-raġġi ta’ kurvatura tal-uċuħ esterni tal-elementi m’għandhomx ikunu ta’ inqas minn 0,5 mm. Id-distanza bejn żewġ elementi konsekuttivi ta’ xbieki u spazji għandha tkun determinata skont il-metodu deskritt fil-paragrafu 4 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

6.3.2.

Il-post fejn il-parti ta’ quddiem tingħaqad mal-uċuħ tal-ġnub ta’ kull element li jifforma xibka jew spazju għandu jkun bla xifer.

6.4.   Wajpers tal-ħġieġa ta’ quddiem tal-vettura

6.4.1.

It-tagħmir tal-wajpers tal-ħġieġa ta’ quddiem tal-vettura għandhom ikunu magħmula b’tali mod li x-xâft tal-wajper ikun mgħammar b’kisi protettiv li jkollu raġġ ta’ kurvatura li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-paragrafu 5.4 ta’ hawn fuq u jkollu erja tal-wiċċ fit-tarf li ma tkunx inqas minn 150 mm2. Fil-każ ta’ kisi fit-tond, dawn għandu jkollhom erja sporġuta minima ta’ 150 mm2 meta jiġu mkejla minn mhux iktar minn 6,5 mm mill-ponta li tisporġi l-aktar. Dawn il-ħtiġijiet għandhom jitħarsu wkoll mill-wajpers tal-ħġieġa ta’ wara u mill-wajpers tal-fanali ta’ quddiem.

6.4.2.

Il-paragrafu 5.4 m’għandux japplika għax-xfar tal-wajpers jew għall-partijiet ta’ sostenn. Madankollu, dawn l-unitajiet għandhom ikunu magħmula b’mod li ma jkollhomx angoli f’daqqa jew partijiet bil-ponta jew li jaqtgħu.

6.5.   Bampers.

6.5.1.

It-truf tal-bampers għandhom ikunu mdawrin ‘il-ġewwa lejn il-wiċċ estern sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ ħsara. Din il-ħtieġa titqies bħala mħarsa jekk il-bamper ikun mdaħħal il ġewwa jew integrat fi ħdan il-bodi jew jekk it-tarf tal-bamper ikun imdawwar ‘il ġewwa b’mod li ma jistax jintmiss minn sfera ta’ 100 mm u li l-ispazju bejn it-tarf tal-bamper u l-bodi ta’ madwaru ma jkunx ta’ iktar minn 20 mm.

6.5.2.

Jekk il-linja tal-bamper li tikkorrispondi mal-linja tal-kontorn ta’ barra tal-parti tal-karrozza sporġuta b’mod vertikali tkun fuq wiċċ iebes, dak il-wiċċ għandu jkollu raġġ minimu ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 5 mm fil-punti kollha tiegħu li jinsabu fuq il-linja tal-kontorn sa 20 mm ‘il ġewwa, u raġġ ta’ kurvatura minimu ta’ 2,5 mm f’kull każ ieħor. Din id-dispożizzjoni tapplika għal dik il-parti taż-żona li tinsab mil-linja tal-kontorn sa 20 mm ‘il ġewwa li tkun pożizzjonata bejn u quddiem (jew wara fil-każ tal-bamper ta’ wara) punti tanġenzjali mal-linja tal-kontorn ta’ żewġ pjanijiet vertikali li kull wieħed minnhom jifforma angolu ta’ 15o mal-pjan ta’ simetrija lonġitudinali tal-vettura (ara l-figura 1).

6.5.3.

Ir-rekwiżit tal-paragrafu 6.5.2 m’għandux japplika għall-partijiet ta’ fuq il-bamper jew tal-bamper jew għall-partijiet imdaħħlin fil-bamper li għandhom parti sporġuta ta’ inqas minn 5 mm, b’referenza speċjali għall-kisi tal-ġonot u għall-ġetts maħsuba biex jaħslu l-fanali ta’ quddiem; iżda l-angoli li jħarsu ‘l barra ta’ partijiet tali għandhom ikunu bla ponta, ħlief fejn dawn il-partijiet jisporġu inqas minn 1,5 mm.

6.6.   Mankijiet, ċappetti u buttuni awtomatiċi ta’ bibien, kumpartimenti għall-bagalji u bònits; tappijiet u għotjien tal-parti minn fejn jimtela t-tank tal-karburant

6.6.1.

Il-parti sporġuta m’għandhiex tkun ta’ iktar minn 40 mm fil-każ ta’ mankijiet tal-bibien jew tal-kumpartiment tal-bagalji u mhux aktar minn 30 mm f’kull każ ieħor.

Figura 1

Image

6.6.2.

Jekk il-mankijiet tal-bibien ta’ wara jduru biex jaħdmu, għandhom iħarsu waħda jew l-oħra mill-ħtiġijiet li ġejjin:

6.6.2.1.

Fil-każ ta’ mankijiet li jduru b’mod parallel mal-pjan tal-bieba, it-tarf miftuħ tal-manku għandu jħares lejn il-parti ta’ wara. It-tarf ta’ dawn il-mankijiet għandu jkun mdawwar lura lejn il-pjan tal-bieba u għandu jkun imdaħħal f’parti protettiva jew imdaħħal ‘il ġewwa.

6.6.2.2.

Mankijiet li jduru ‘l barra f’kull direzzjoni li ma tkunx parallela mal-pjan tal-bieba għandhom, meta jkunu magħluqin, ikunu magħluqin b’parti protettiva mdawra magħhom jew għandhom ikunu mdaħħlin ‘l ġewwa. It-tarf il-miftuħ għandu jħares jew lura jew ‘l isfel.

Madankollu, mankijiet li ma jħarsux din l-aħħar kondizzjoni jistgħu ikunu aċċettati jekk:

(a)

ikollhom mekkaniżmu indipendenti biex jerġgħu lura,

(b)

f’każ li l-mekkaniżmu biex jerġgħu lura ma jaħdimx, ma jkunux jistgħu jisporġu iktar minn 15 mm,

(c)

jissodisfaw, meta jkunu fil-pożizzjoni miftuħa, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.4,

u

(d)

l-erja tal-wiċċ tat-tarf tagħhom, meta mkejla mhux iktar minn 6,5 mm mill-punt li jisporġi l-iktar, tkun ta’ mhux inqas minn 150 mm2.

6.7.   Roti, skorfini tar-roti, hub caps u discs tar-roti.

6.7.1.

Il-ħtiġijiet tal-paragrafu 5.4 ma japplikawx.

6.7.2.

Ir-roti, l-iskorfini tar-roti, il-hub caps u d-discs tar-roti m’għandux ikollhom partijiet sporġuti bil-ponta jew li jaqtgħu u li jmorru lilhinn mill-pjan estern taċ-ċirku li jissikka r-rota. L-iskorfini farfett m’għandhomx ikunu permessi.

6.7.3.

Meta l-vettura tkun miexja f’linja dritta, l-ebda parti mir-roti ħlief it-tajers, li tkun tinsab ‘il fuq mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-assi tar-rotazzjoni tagħhom m’għandha tisporġi lilhinn mill-parti sporġuta vertikali, fi pjan orizzontali tal-wiċċ jew tal-istruttura esterna. Madankollu, jekk il-ħtiġijiet funzjonali jiġġustifikaw dan, id-discs tar-roti li jgħattu l-iskorfini tar-rota u tal-‘hubs’ jistgħu jisporġu iktar mill-parti sporġuta vertikali tal-wiċċ jew tal-istruttura esterna, bil-kondizzjoni li r-raġġ ta’ kurvatura tal-wiċċ tal-parti sporġuta ma jkunx inqas minn 30 mm u li l-parti sporġuta lilhinn mill-parti sporġuta vertikali tal-wiċċ jew tal-istruttura esterna fl-ebda każ ma tkun iktar minn 30 mm.

6.8.   It-truf tal-pjanċi.

6.8.1.

Truf tal-pjanċi, bħat-truf tal-kanali tal-ilma u l-binarji tal-bibien li jimxu fuq ir-roti, m’għandhomx ikunu permessi jekk ma jkunux mitwija lura jew ma jkunux imwaħħla bi protezzjoni magħhom li tissodisfa l-ħtiġijiet li japplikaw għaliha f’dan ir-Regolament.

Xifer mhux protett għandu jitqies bħala mitwi lura jew jekk ikun jintewa lura b’madwar 180o, jew jekk ikun jintlewa lejn il-bodi b’tali mod li ma jkunx jista’ jintmiss minn sfera b’dijametru ta’ 100 mm.

Il-ħtiġijiet tal-paragrafu 5.4 m’għandux japplika għat-truf tal-pjanċi tal-metal li ġejjin: it-tarf ta’ wara tal-bonit u t-tarf ta’ quddiem il-but ta’ wara tal-bagalji.

6.9.   Il-Panils tal-bodi.

6.9.1.

Tinjiet fil-panils tal-bodi jista’ jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm bil-kondizzjoni li dan ma jkunx inqas minn wieħed f’kull għaxra tal-għoli ‘H’ tal-parti sporġuta, mkejjel skont il-metodu deskritt fil-paragrafu 1 tal-Anness 3.

6.10.   L-apparat fil-ġenb li jibdel id-direzzjoni tal-arja jew tax-xita.

6.10.1.

L-apparat fil-ġenb li jibdel id-direzzjoni tal-arja jew tax-xita għandu jkollu raġġ ta’ kurvatura ta’ mill-inqas 1 mm fuq it-truf li jistgħu jduru ‘l barra.

6.11.   Il-brekits għall-iġġakkjar u pajpijiet tal-egżost.

6.11.1.

Il-brekits għall-iġġakkjar u l-pajpijiet tal-egżost m’għandhomx jisporġu iktar minn 10 mm lilhinn mill-parti sporġuta vertikali tal-linja tal-art li tinsab vertikalment fuqhom. Eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit hija li l-pajp tal-egżost jista’ jisporġi iktar minn 10 mm lilhinn mill-parti sporġuta vertikali tal-linja tal-art, sakemm dan jispiċċa b’truf fit-tond, b’raġġ ta’ kurvatura minimu ta’ 2,5 mm.

6.12.   Il-ventilaturi għad-dħul u l-ħruġ tal-arja.

6.12.1.

Ventilaturi għad-dħul u l-ħruġ tal-arja għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2, 5.3 u 5.4 fil-pożizzjonijiet kollha tal-użu.

6.13.   Is-saqaf.

6.13.1.

Soqfa li jinfetħu għandhom jitqiesu biss fil-pożizzjoni magħluqa.

6.13.2.

Vetturi bis-saqaf li jista’ jitneħħa jew jintena għandhom ikunu eżaminati bis-saqaf kemm fil-pożizzjoni mtella’ kif ukoll dik imniżżla.

6.13.2.1.

Bis-saqaf imniżżel, m’għandu jsir l-ebda eżami tal-vettura f’superfiċje immaġinarja fformata mis-saqaf meta dan ikun fil-pożizzjoni mtella’.

6.13.2.2.

Meta l-għatu għall-irbit tas-saqaf miftuħ jiġi pprovdut bħala apparat standard, l-eżami għandu jitwettaq bl-għatu f’postu.

6.14.   It-twieqi.

6.14.1.

Twieqi li jiċċaqalqu ‘l barra mill-wiċċ estern tal-vettura għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin fil-pożizzjonijiet kollha tal-użu:

6.14.1.1.

l-ebda xifer espost m’għandu jkun iħares ‘il quddiem;

6.14.1.2.

l-ebda parti mit-tieqa m’għandha tisporġi lilhinn mix-xifer ta’ barra nett tal-vettura.

6.15.   Il-brakits għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

6.15.1.

Il-brekits ta’ sostenn provduti mill-fabbrikant tal-vettura għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.4. ta’ dan ir-Regolament jekk jintmissu minn sfera b’dijametru ta’ 100 mm meta pjanċa tar-reġistrazzjoni tkun imwaħħla skont ir-rakkomandazzjoni tal-fabbrikant.

6.16.   L-ixkafef għall-bagalji u l-ixkafef għall-apparat tal-iskijjar.

6.16.1.

L-ixkafef għall-bagalji u l-ixkafef għall-apparat tal-iskijjar għandhom ikunu mwaħħlin mal-vettura b’tali mod li jkun jeżisti qfil pożittiv f’mill-inqas direzzjoni waħda u li jistgħu ikunu trasmessi forzi orizzontali, lonġitudinali u trasversali li huma mill-inqas daqs it-tagħbija vertikali li kapaċi tiflaħ l-ixkaffa kif speċifikat mill-fabbrikant tagħha. Għat-test tal-ixkaffa tal-bagalji jew tal-ixkaffa għall-apparat tal-iskijjar mwaħħla mal-vettura skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, it-tagħbijiet tat-test m’għandhomx ikunu applikati f’post wieħed biss.

6.16.2.

Uċuħ li, wara l-installazzjoni tal-ixkaffa, ikunu jistgħu jintmissu minn sfera b’dijametru ta’ 165 mm m’għandhomx ikollhom partijiet b’raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm, sakemm ma jkunux jistgħu jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.3.

6.16.3.

L-elementi maħsuba għall-issikkar bħal viti li jistgħu jkunu ssikkati jew maħlula mingħajr għodda m’għandhomx jisporġu iktar minn 40 mm lilhinn mill-uċuħ imsemmija fil-paragrafu 6.16.2, bil-parti sporġuta li tkun iddeterminata skont il-metodu stipulat fil-paragrafu 2 tal-Anness 3, iżda bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 165 mm f’dawk il-każijiet fejn jintuża l-metodu stipulat fil-paragrafu 2.2 ta’ dak l-Anness.

6.17.   Erjils.

6.17.1.

Erjils li jirċievu u jittrasmettu r-radju għandhom ikunu mwaħħla mal-vettura b’mod li, jekk it-tarf mhux imwaħħal tagħhom ikun inqas minn 2 m mill-wiċċ tat-triq fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ użu speċifikata mill-fabbrikant tal-erjil, dan għandu jkun ġewwa ż-żona magħluqa mdawra mill-pjanijiet vertikali li jkunu 10 ċm ‘l ġewwa mix-xifer ta’ barra nett tal-vettura kif imfisser fil-paragrafu 2.7.

6.17.2.

Barra minn hekk, l-erjils għandhom ikunu hekk imwaħħla mal-vettura, u jekk meħtieġ it-truf mhux imwaħħlin tagħhom għandhom ikunu hekk ristretti, b’mod li l-ebda parti tal-erjil ma tisporġi lilhinn mix-xifer ta’ barra nett tal-vettura kif imfisser fil-paragrafu 2.7.

6.17.3.

Ix-xâfts tal-erjils jista’ jkollhom raġġi ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2.5 mm. Madankollu, it-truf mhux imwaħħlin għandhom ikunu mgħammra b’tappijiet imwaħħlin, li r-raġġi ta’ kurvatura tagħhom ma jkunux inqas minn 2.5 mm.

6.17.4.

Il-bażijiet tal-erjils m’għandhomx jisporġu iktar minn 30 mm meta ddeterminati skont il-proċedura tal-Anness 3, paragrafu 2.

6.17.4.1.

Fil-każijiet fejn bl-assenza ta’ xaft jew parti flessibbli mhux possibbli li tkun identifikata l-bażi tal-erjal, dan ir-rekwiżit jitqies li kien sodisfatt jekk, tkun applikata forza orizzontali ta’ mhux aktar minn 50 daN f’direzzjoni ‘l quddiem jew lura b’biċċa ram b’tarf irqiq b’dijametru ta’ mhux aktar minn 50 mm fl-ogħla parti importanti tal-erjal;

(a)

l-erjal jitgħawweġ lejn l-appoġġ u ma jipprojettax aktar minn 40 mm, jew

(b)

l-erjal jinkiser u l-parti tal-erjal li tibqa’ ma turix xi parti taqta’ jew perikoluża li tista’ tiġi f’kuntatt fi sfera ta’ 100 mm u ma tipprojettax aktar minn 40 mm.

6.17.4.2.

Il-paragrafi 6.17.4 u 6.17.4.1 m’għandhomx japplikaw għal erjals imqegħdin wara faċċta trasversali vertikali li tgħaddi mill-punt ‘R’ tas-sewwieq, kemm-il darba l-projezzjoni tal-erjal inkluża l-kaxxa tiegħu ma tqabiżx is-70 mm meta mkejla skont il-proċedura tal-anness 3, paragrafu 2.

Jekk l-erjal hu lokalizzat wara faċċata vertikali iżda jipprojetta aktar minn 70 mm, għandu japplika l-paragrafu 6.17.4.1 billi jintuża l-limitu ta’ projezzjoni ta’ 70 mm minflok 40 mm.

6.18.   L-istruzzjonijiet għall-armar.

6.18.1.

Xkafef għall-bagalji, xkafef għall-apparat tal-iskijjar u erjils li jirċievu jew jittrasmettu r-radju li jkunu ġew approvati bħala unitajiet tekniċi separati ma jistgħux jitpoġġew għall-bejgħ, jinbiegħu jew jiġu mixtrija jekk ma jkunux akkompanjati minn struzzjonijiet għall-armar. L-istruzzjonijiet għall-armar għandu jkollhom biżżejjed informazzjoni sabiex il-komponenti approvati ikunu jistgħu jiġu immontati fuq il-vettura b’mod li jħares id-dispożizzjonijiet relevanti tal-paragrafi 5 u 6. B’mod partikulari, il-pożizzjonijiet tal-użu għandhom ikunu indikati għal erjils teleskopiċi.

7.   MODIFIKA TA’ TIP TA’ VETTURA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

7.1.

Id-dipartiment amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura għandu jkun innotifikat dwar kwalunkwe modifika tat-tip ta’ vettura. Dak id-dipartiment jista’ imbagħad;

7.1.1.

jew iqis li t-tibdiliet li jkun saru x’aktarx mhux se jkollhom effett ħażin sinifikanti;

7.1.2.

jew jitlob rapport ieħor mis-servizz tekniku li jkun qed iwettaq it-testijiet.

7.2.

Konferma tal-approvazzjoni, b’deskrizzjoni tat-tibdiliet, jew iċ-ċaħda ta’ approvazzjoni, għandha tkun ikkomunikata, permezz tal-proċedura stipulata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq, lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal tali estensjoni u tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħrajn għall-Ftehim tas-sena 1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni skont il-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.

Kull vettura (unità teknika separata) approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun iffabbrikata b’mod li taderixxi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 5 u 6 ta’ hawn fuq.

8.2.

Sabiex ikun ivverifikat li l-ħtiġijiet tal-paragrafu 8.1 huma mħarsa, għandhom jitwettqu kontrolli xierqa tal-produzzjoni.

8.3.

Id-detentur tal-approvazzjoni għandu b’mod partikulari:

8.3.1.

jiżgura li jkunu jeżistu proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti;

8.3.2.

ikollu aċċess għall-apparat ta’ kontroll meħtieġ biex tkun ikkontrollata l-konformità ta’ kull tip approvat;

8.3.3.

jiżgura li d-data tar-riżultati tat-testijiet tkun reġistrata u li d-dokumenti relatati jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jkun determinat skont is-servizz amministrattiv;

8.3.4.

janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test sabiex jivverifika u jiżgura l-istabbilità tal-karatteristiċi tal-prodott filwaqt li jippermetti varjazzjoni fil-produzzjoni industrijali;

8.3.5.

jiżgura li għal kull tip ta’ prodott ikunu mwettqa għall-inqas it-testijiet stipulati fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament;

8.3.6.

jiżgura li kwalunkwe teħid ta’ kampjuni jew ta’ partijiet għat-test li jixhdu nuqqas ta’ konformità mat-tip ta’ test ikkunsidrat għandhom jagħtu lok għal teħid ta’ kampjuni oħra u għal test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tkun stabbilita mill-ġdid il-konformità mal-produzzjoni li tikkorrispondi magħha.

8.4.

L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ f’kull ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità li japplikaw għal kull unità ta’ produzzjoni.

8.4.1.

F’kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-reġistri tal-istħarriġ dwar il-produzzjoni għandhom ikunu ppreżentati lill-ispettur li jkun żar il-post.

8.4.2.

L-ispettur jista’ jieħu kampjuni kif ġie ġie biex ikunu ttestjati fil-laboratorju tal-fabbrikant. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jkun iddeterminat skont ir-riżultati tal-verifika tal-fabbrikant stess.

8.4.3.

Meta l-livell tal-kwalità jkun jidher li m’huwiex sodisfaċenti jew meta jkun jidher li tkun meħtieġa verifika tal-validità tat-testijiet imwettqa fl-applikazzjoni tal-paragrafu 8.4.2 ta’ hawn fuq, l-ispettur għandu jagħżel kampjuni biex jintbagħtu għand is-servizz tekniku li jkun wettaq it-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip.

8.4.4.

L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe test stipulat f’dan ir-Regolament.

8.4.5.

Il-frekwenza normali ta’ spezzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti għandha tkun ta’ darba f’kull sentejn. Fil-każ fejn jiġu rreġistrati riżultati negattivi waqt waħda minn dawn iż-żjarat, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tkun stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun.

9.   PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk il-ħtieġa stipulata fil-paragrafu 8.1 ta’ hawn fuq ma tkunx imħarsa.

9.2.

Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira xi approvazzjoni li kienet tat, għandha tinnotifika immedjatament lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun taqbel mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA B’MOD DEFINITTIV

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament mill-produzzjoni tat-tip approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tas-sena 1958 li japplikaw dan ir-Regolament dwar dik il-komunikazzjoini permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun taqbel mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jkunu qed iwettqu t-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi, li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

12.   DISPOIZZJONIJIET TRANITORJI

12.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tal-ECE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

12.2.

Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi.

12.3.

Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jieqfu jkunu validi, ħlief fil-każ ta’ tipi ta’ vettura li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-sejre 02 ta’ emendi.

12.4.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 03 ta’ emendi.

12.5.

Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 03 ta’ emendi.

12.6.

Sa 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03 għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta approvazzjoni nazzjonali dwar it-tip għal tip ta’ vettura approvata fis-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

12.7.

Minn 48 xahar mid-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jiċħdu l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 03 għal dan ir-Regolament.


(1)  Kif imfissra fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni ta’ Vetturi (R.E.3) (dokument TRANS/SC1/WP29/78/Amend.3).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għall-Lussemburgu u 14 għall-Isvizzera. 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għall-Belorussja, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall- Bosnija u Herzegovina, 32 għall-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35-36 (vojta), 37 għat-Turkija, 38-39 (vojta), 40 għall-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja u 46 għall-Ukrajna. Għandhom ikunu assenjati numri sussegwenti lil pajjiżi oħra skont l-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jaderixxu mal-Ftehim Dwar l-Adozzjoni ta’ Rekwiżiti Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Apparat jew Partijiet li jistgħu ikunu Mwaħħlin u/jew jistgħu Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kondizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Rekwiżiti, u n-numri hekk assenjati għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA’ APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafi 4.1.4 u 4.2.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.1.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image


(1)  It-tieni numru tar-Regolament huwa mogħti biss bħala eżempju; il-koeffiċjent ta’ assorbenza kkoreġut huwa 1.30 m-1.


ANNESS 3

Metodi għad-determinazzjoni tad-dimensjonijiet tal-partijiet sporġuti u tal-ispazji

1.   METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-GĦOLI TAL-PARTI SPORĠUTA TA’ TINJIET FIL-PANILS TAL-BODI

1.1.

L-għoli H ta’ parti sporġuta huwa ddeterminat b’mod grafiku permezz ta’ referenza għaċ-ċirkonferenza ta’ ċirku b’dijametru ta’ 165 mm, internament tanġenzjali mal-kontorn estern tal-wiċċ estern fis-sezzjoni li trid tiġi verifikata.

1.2.

H huwa l-valur massimu tad-distanza, mkejla skont linja dritta li tgħaddi miċ-ċentru taċ-ċirku b’dijametru ta’ 165 mm bejn iċ-ċirkonferenza tal-imsemmi ċirku u l-kontorn estern tal-parti sporġuta (ara l-Figura 1).

1.3.

F’każijiet fejn m’huwiex possibli għal ċirku b’dijametru ta’ 100 mm li jmiss minn barra parti mill-kontorn estern tal-wiċċ estern fis-sezzjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata, il-kontorn tal-wiċċ f’din l-erja jiġi meqjus bħala dak iffurmat miċ-ċirkonferenza taċ-ċirku b’dijametru ta’ 100 mm bejn il-punti tanġenzjali tiegħu mal-kontorn estern (ara l-Figura 2).

1.4.

Disinni tas-sezzjonijiet meħtieġa minn ġewwa l-wiċċ estern għandhom ikunu pprovduti mill-fabbrikant sabiex jippermettu li l-għoli tal-partijiet sporġuti msemmija hawn fuq ikun jista’ jitkejjel.

Figura 1.

Figura 2.

Image

Image

2.   METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONI TAL-PARTI SPORĠUTA TA’ KOMPONENT IMMONTAT FUQ IL-WIĊĊ ESTERN

2.1.

Id-dimensjoni tal-parti sporġuta ta’ komponent li jkun immontat fuq wiċċ konvess jista’ jiġi ddeterminat jew b’mod dirett jew b’referenza għal disinn ta’ sezzjoni xierqa ta’ dan il-komponent meta jkun installat.

2.2.

Jekk id-dimensjoni tal-parti sporġuta ta’ komponent li jkun immontat fuq wiċċ li mhux konvess ma tkunx tista’ tkun determinata permezz ta’ kejl sempliċi, għandha tkun iddeterminata permezz tal-varjazzjoni massima tad-distanza taċ-ċentru ta’ sfera b’dijametru ta’ 100 mm mil-linja nominali tal-panil meta l-isfera tiġi mċaqalqa u tibqa’ tmiss b’mod kostanti ma’ dak il-komponent. Il-figura 3 turi eżempju tal-użu ta’ din il-proċedura.

3.   METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PARTI SPORĠUTA TAL-VIŻIERI U X-XFAR TAL-FANALI TA’ QUDDIEM

3.1.

Il-parti sporġuta mill-wiċċ estern tal-bozza ta’ quddiem għandha titkejjel b’mod orizzontali mill-punt ta’ kuntatt ta’ sfera b’dijametru ta’ 100 mm kif muri fil-Figura 4.

4.   METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONI TA’ XAQQ JEW SPAZJU BEJN L-ELEMENTI TAX-XIBKA

4.1.

Id-dimensjoni ta’ xaqq jew spazju bejn l-elementi tax-xibka għandhom ikunu determinati permezz tad-distanza bejn żewġ pjanijiet li jgħaddu mill-punti ta’ kuntatt tal-isfera u li huma perpendikulari mal-linja li tgħaqqad dawn il-punti ta’ kuntatt. Il-Figuri 5 u 6 juru eżempji tal-użu ta’ din il-proċedura.

Figura 3.

Figura 4.

Image

Image

Figura 5.

Figura 6.

Image

Image

Tifsira

Dia.= Dija.

measured projection= il-parti sporġuta mkejla

visor= viżiera

Headlamp glass= il-ħġieġa tal-bozza ta’ quddiem

measured gap= l-ispazju mkejjel


ANNESS 4

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni