ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.208.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 208

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
7 ta' Awwissu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2010 tas-6 ta’ Awwissu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Podkarpacki miód spadziowy (DPO)]

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2010 tas-6 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/434/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Awwissu 2010 li temenda l-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tas-Slovenja fil-lista ta’ Stati Membri ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u l-inklużjoni tal-Polonja fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5358)  ( 1 )

5

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

7.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 710/2010

tas-6 ta’ Awwissu 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Podkarpacki miód spadziowy (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Polonja biex id-denominazzjoni “Podkarpacki miód spadziowy” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 299, 9.12.2009, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.4.   Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib għajr il-butir, eċċ.)

IL-POLONJA

Podkarpacki miód spadziowy (DPO)


7.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 711/2010

tas-6 ta’ Awwissu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

27,7

TR

41,0

ZZ

34,4

0707 00 05

TR

102,7

ZZ

102,7

0709 90 70

TR

99,0

ZZ

99,0

0805 50 10

AR

99,5

TR

132,4

UY

79,9

ZA

93,9

ZZ

101,4

0806 10 10

CL

149,3

EG

158,7

MA

132,2

TR

142,5

ZA

88,7

ZZ

134,3

0808 10 80

AR

85,8

BR

67,2

CL

95,0

CN

59,7

NZ

102,6

US

116,9

UY

103,6

ZA

96,7

ZZ

90,9

0808 20 50

AR

69,5

CL

98,4

CN

93,7

NZ

140,9

TR

163,4

ZA

92,6

ZZ

109,8

0809 20 95

CA

888,7

TR

210,8

US

835,3

ZZ

644,9

0809 30

TR

161,3

ZZ

161,3

0809 40 05

BA

62,1

IL

169,2

XS

70,3

ZA

90,0

ZZ

97,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

7.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Awwissu 2010

li temenda l-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tas-Slovenja fil-lista ta’ Stati Membri ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u l-inklużjoni tal-Polonja fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5358)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/434/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini, bl-eċċezzjoni ta’ ħnieżer selvaġġi. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jistipula l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali obbligatorji għal ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda ta’ Aujeszky. B’żieda ma’ dan, l-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva jipprevedi li fejn Stat Membru jikkunsidra li fit-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn tali mard, inkluża l-marda ta’ Aujeszky, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni xierqa li tipprova dan lill-Kummissjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula garanziji addizzjonali għall-movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istat tal-marda ta’ Aujeszky.

(3)

L-Anness I mad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn t-tilqim huwa pprojbit. L-Anness II ma’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi nazzjonali ta’ kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky.

(4)

Fil-Polonja u fi Spanja kienu ġew implimentati programmi ta’ kontroll nazzjonali għall-marda ta’ Aujeszky għal bosta snin. Għal diversi reġjuni Spanjoli l-programm ta’ kontroll nazzjonali għall-marda ta’ Aujeszky huwa diġa’ approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/603/KE (3).

(5)

Is-Slovenja ressqet id-dokumentazzjoni ta’ provi lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istat ħieles mill-marda ta’ Aujeszky fit-territorju tas-Slovenja li turi li qatt ma nstabet din il-marda f’dak l-Istat Membru.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni ppreżentata mis-Slovenja u sabitha konformi mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, dak l-Istat Membru għandu jiġi inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2008/185/KE. Dak l-Anness għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-Polonja pprovdiet id-dokumentazzjoni ta’ provi lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programm fis-seħħ fit-territorju kollu tal-Polonja u talbet l-approvazzjoni għal dan il-programm.

(8)

Spanja issa pprovdiet id-dokumentazzjoni ta’ provi lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programm fis-seħħ fil-Komunitajiet Awtonomi ta’ Andalusia, Aragon, il-Gżejjer Baleariċi, Castilla-La Mancha, Catalonia, Extremadura, Madrid, ir-Reġjun ta’ Murcia, il-Komunità ta’ Valencia, u l-provinċji ta’ Salamanca, Segovia u Soria fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León u l-provinċja ta’ Tenerife fil-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji u talbet l-approvazzjoni għal dan il-programm.

(9)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-programmi ta’ kontroll nazzjonali ppreżentati mill-Polonja u Spanja jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, il-Polonja u Spanja għandhom jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE. Dak l-Anness għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidlu bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.

(3)  ĠU L 236, 8.9.2007, p. 7.


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit

Kodici ISO

Stat Membru

Ir-reġjuni

AT

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

CY

Ċipru

Ir-reġjuni kollha

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas de Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Ir-reġjuni kollha

SI

Is-Slovenja

Ir-reġjuni kollha

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Isvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha tal-Ingilterra, l-Iskozja u l-Galles

ANNESS II

L-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn huma fis-seħħ programmi approvati ta’ kontroll nazzjonali għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky

Kodici ISO

Stat Membru

Ir-reġjuni

BE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

ES

Spanja

Ir-reġjuni kollha

HU

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha

IE

L-Irlanda

Ir-reġjuni kollha

IT

L-Italja

Il-provinċja ta’ Bolzano

PL

Il-Polonja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha fl-Irlanda ta’ Fuq