ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.202.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
2010/431/PESK |
|
|
* |
||
|
|
2010/432/UE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament 1507x59122 (DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5131) ( 1 ) |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
4.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 695/2010
tat-3 ta’ Awwissu 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Awwissu 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
27,7 |
TR |
41,0 |
|
ZZ |
34,4 |
|
0707 00 05 |
TR |
72,9 |
ZZ |
72,9 |
|
0709 90 70 |
TR |
96,4 |
ZZ |
96,4 |
|
0805 50 10 |
AR |
103,9 |
UY |
71,5 |
|
ZA |
96,7 |
|
ZZ |
90,7 |
|
0806 10 10 |
CL |
129,8 |
EG |
141,2 |
|
IL |
126,4 |
|
MA |
158,1 |
|
TR |
144,5 |
|
ZA |
98,7 |
|
ZZ |
133,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
84,5 |
BR |
68,2 |
|
CL |
96,3 |
|
CN |
72,4 |
|
NZ |
94,1 |
|
US |
87,0 |
|
UY |
112,9 |
|
ZA |
90,7 |
|
ZZ |
88,3 |
|
0808 20 50 |
AR |
68,6 |
CL |
183,9 |
|
CN |
93,7 |
|
ZA |
97,5 |
|
ZZ |
110,9 |
|
0809 20 95 |
TR |
240,1 |
ZZ |
240,1 |
|
0809 30 |
TR |
170,8 |
ZZ |
170,8 |
|
0809 40 05 |
BA |
62,1 |
IL |
168,2 |
|
XS |
70,3 |
|
ZZ |
100,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
4.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 696/2010
tat-3 ta’ Awwissu 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 694/2010 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Awwissu 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.
(4) ĠU L 201, 3.8.2010, p. 28.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-4 ta’ Awwissu 2010
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
44,37 |
0,00 |
1701 11 90 (1) |
44,37 |
1,59 |
1701 12 10 (1) |
44,37 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
44,37 |
1,30 |
1701 91 00 (2) |
43,75 |
4,34 |
1701 99 10 (2) |
43,75 |
1,21 |
1701 99 90 (2) |
43,75 |
1,21 |
1702 90 95 (3) |
0,44 |
0,25 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
4.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/430/PESK
tas-26 ta’ Lulju 2010
li tistabbilixxi netwerk Ewropew ta’ gruppi ta’ riflessjoni indipendenti għan-nonproliferazzjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (minn issa “l-Istrateġija tal-UE dwar l-AQM”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri li jridu jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni. |
(2) |
L-Unjoni qed timplimenta l-Istrateġija tal-UE dwar l-AQM b’mod attiv u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, bħall-iżvilupp tal-istrutturi meħtieġa fl-Unjoni. |
(3) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet tiegħu u dokument “Linji ta’ azzjoni ġodda mill-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva u s-sistemi ta’ kunsinna tagħhom” (minn issa “Linji ta’ Azzjoni Ġodda”) li jiddikjara li l-proliferazzjoni tal-AQM tkompli tikkostitwixxi waħda mill-akbar sfidi għas-sigurtà u li l-politika tan-nonproliferazzjoni tikkostitwixxi parti essenzjali mill-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni. |
(4) |
Fil- Linji ta’ Azzjoni Ġodda, il-Kunsill jappella lill-formazzjonijiet u lill-korpi kompetenti tal-Kunsill, lill-Kummissjoni, lil istituzzjonijiet oħra u lill-Istati Membri, biex jagħtu segwitu konkret lil dak id-dokument bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tiegħu sa tmiem l-2010. |
(5) |
Fil-Linji ta’ Azzjoni Ġodda, il-Kunsill jenfasizza li l-azzjoni tal-Unjoni biex tiġi evitata l-proliferazzjoni tista’ tibbenefika mill-appoġġ ipprovdut minn netwerk għan-nonproliferazzjoni mhux governattiv, li jlaqqa’ flimkien lill-istituzzjonijiet ta’ politika estera u ċ-ċentri ta’ riċerka li jispeċjalizzaw fl-oqsma strateġiċi tal-Unjoni waqt li jibni fuq netwerks utli li diġà jeżistu. Tali netwerk jista’ jiġi estiż għal istituzzjonijiet f’pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni qed twettaq djalogi speċifiċi b’rabta man-nonproliferazzjoni. |
(6) |
Fil-15-16 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill Ewropew adotta Strateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni illeċita u t-traffikar ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom (minn issa “l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW”) li tistabbilixxi linji gwida għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW). L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tqis li l-akkumulazzjoni u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom jippreżentaw theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. |
(7) |
L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tidentifika fost l-objettivi tagħha l-ħtieġa li jitrawwem multilateraliżmu effettiv biex jissawru mekkaniżmi, sew jekk internazzjonali, reġjonali jew fl-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fil-ġlieda kontra l-provvista u t-tixrid destabbilizzanti tas-SALW u l-munizzjon tagħhom. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-finijiet ta’ kontribut għall-implimentazzjoni mtejba tal-Istrateġija tal-UE dwar l-AQM, li hija bbażata fuq il-prinċipji ta’ multilateriżmu effettiv, prevenzjoni u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, netwerk Ewropew ta’ “gruppi ta’ riflessjoni” indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni huwa b’dan stabbilit sabiex jiġu segwiti l-objettivi li ġejjin:
(a) |
l-inkoraġġiment ta’ djalogu politiku u dak relatat mas-sigurtà u d-diskussjoni fuq perijodu fit-tul dwar miżuri li jiġġieldu l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta’ kunsinna tagħhom fis-soċjetajiet ċivili, u b’mod aktar partikolari fost l-esperti, ir-riċerkaturi u l-akkademiċi; |
(b) |
il-provvediment għal dawk li jipparteċipaw fil-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill bl-opportunità li jikkonsultaw in-netwerk dwar kwistjonijiet relatati man-nonproliferazzjoni u biex jippermettu lir-rappreżentanti tal-Istati Membri jipparteċipaw fil-laqgħat tan-netwerk ippresedut mir-rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ); |
(c) |
il-kostituzzjoni ta’ pass ’il quddiem siewi fl-azzjoni ta’ nonproliferazzjoni mill-Unjoni u l-komunità internazzjonali, b’mod partikolari bil-provvediment ta’ rapport/u/jew rakkomandazzjonijiet lir-rappreżentant tar-RGħ. |
(d) |
il-kontribut għal aktar sensibilizzazzjoni ta’ pajjiżi terzi dwar l-isfidi tal-proliferazzjoni u tal-ħtieġa li jaħdmu f’kooperazzjoni mal-Unjoni u fil-kuntest ta’ fora multilaterali, b’mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, sabiex jiġu evitati, skoraġġuti, imwaqqfa u fejn possibbli eliminati programmi ta’ proliferazzjoni li jikkonċernaw id-dinja kollha. |
2. Fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tan-netwerk Ewropew propost ta’ gruppi ta’ riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni m’għandux ikun limitat għall-indirizzar ta’ kwistjonijiet relatati mat-theddid ippreżentat mill-proliferazzjoni tal-AQM, iżda għandu jkopri wkoll kwistjonijiet relatati ma’ armi konvenzjonali inklużi s-SALW. L-inklużjoni ta’ kwistjonijiet dwar armi konvenzjonali fil-qasam tal-attività tan-netwerk ser joffri għodda eċċezzjonali għad-djalogu u rakkomandazzjoni għal azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW u l-politika tal-Unjoni dwar l-armi konvenzjonali.
3. F’dan il-kuntest, il-proġetti li jridu jiġu appoġġati mill-Unjoni għandhom ikopru l-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:
(a) |
provvediment ta’ mezzi għall-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ tnedija u konferenza annwali bil-ħsieb tal-preżentazzjoni ta’ rapport/u/jew rakkomdandazzjoni lir-rappreżentant tar-RGħ; |
(b) |
provvediment ta’ mezzi finanzjarji u tekniċi għall-ħolqien ta’ pjattaforma fuq l-Internet biex jiġu ffaċilitati l-kuntatti u jitrawwem djalogu ta’ riċerka fost in-netwerk tal-gruppi ta’ riflessjoni waqt li jiġu analizzati kwistjonijiet dwar l-AQM u dawk relatati mal-armi konvenzjonali, inklużi s-SALW. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti hija mniżżla fl-Anness.
Artikolu 2
1. Ir- RGħ għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq mill- Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni ibbażat fuq la Fondation pour la Recherche Stratégique (FRS), the Peace Research Institute Frankfurt (HSFK/PRIF), the International Institute for Strategic Studies (IISS) u the Stockholm International Peace Research Institute (SIPRI). Il-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni għandu jwettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal din il-fini, ir-RGħ għandu jidħol għall-arranġamenti meħtieġa mal-konsorzju.
Artikolu 3
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(3) għandu jkun ta’ 2 182 000 EUR.
2. In-nefqa ffinanzjata mill-ammont imniżżel fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal din il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni. Il-ftehim għandu jistipula li l-konsorzju għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-UE, adatta skont id-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim.
Artikolu 4
1. Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fuq il-bażi ta’ rapporti regolari mħejjijin mill-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni. Dawk ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(3).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3).
Madankollu, hija għandha tiskadi 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta’ finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dakinhar.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
ANNESS
IN-NETWERK EWROPEW TA’ GRUPPI TA’ RIFLESSJONI INDIPENDENTI GĦAN-NONPROLIFERAZZJONI B’APPOĠĠ GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTRATEĠIJA TAL-UE KONTRA L-PROLIFERAZZJONI TAL-ARMI TA’ QERDA MASSIVA (STRATEĠIJA TAL-UE DWAR L-AQM)
1. Objettivi
L-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni ta’ politika, stabbilita mill-Kunsill fit-8 ta’ Diċembru 2008 fid-dokument “Linji ta’ azzjoni ġodda mill-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva u s-sistemi ta’ kunsinna tagħhom”. Skont dan id-dokument, l-azzjoni tal-Unjoni biex tiġġieled il-proliferazzjoni tista’ tibbenefika mill-appoġġ ipprovdut min-netwerk għan-nonproliferazzjoni li mhux governattiv, li jlaqqa’ flimkien lill-istituzzjonijiet ta’ politika estera u ċ-ċentri ta’ riċerka li jispeċjalizzaw fl-oqsma strateġiċi tal-Unjoni waqt li jibni fuq netwerks utli li diġà jeżistu. Tali netwerk jista’ jiġi estiż għal istituzzjonijiet f’pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni qed twettaq djalogi speċifiċi b’rabta man-nonproliferazzjoni.
Dan in-netwerk ta’ gruppi ta’ riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni jkun jimmira li jinkoraġixxi d-djalogu politiku u d-djalogu relatat mas-sigurtà u d-diskussjoni fuq perijodu fit-tul dwar miżuri li jistgħu jittieħdu fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva (AQM) u s-sistemi tal-kunsinna tagħhom fis-soċjetajiet ċivili, u b’mod aktar partikolari fost l-esperti, ir-riċerkaturi u l-akkademiċi. Huwa ser jikkostitwixxi pass ’il quddiem siewi fl-azzjoni għan-nonproliferazzjoni mill-Unjoni u mill-komunità internazzjonali.
Il-ħidma tan-netwerk għandha tiġi estiża għal kwistjonijiet relatati mal-armi konvenzjonali, inklużi armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW), inklużi miżuri li jiżguraw l-implimentazzjoni kontinwa tal-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni illeċita u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom (l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW). In-netwerk ser jgħin biex jiġu żviluppati aspetti ġodda tal-azzjoni tal-Unjoni li jkopru kemm id-dimensjonijiet preventivi kif ukoll dawk reattivi tal-kwistjonijiet ta’ sigurtà relatati ma’ armi konvenzjonali, inkluż il-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom, kif previst mill-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW. Il-prevenzjoni tal-kummerċ illegali u mhux regolat ta’ armi konvenzjonali, inklużi s-SALW, ġiet ukoll rikonoxxuta bħala prijorità tal-Unjoni fil-qafas tal-proċess tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.
In-netwerk jista’ jikkontribwixxi għal aktar sensibilizzazzjoni ta’ pajjiżi terzi dwar l-isfidi tal-proliferazzjoni u l-armi konvenzjonali, inkluż il-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom, u dwar il-ħtieġa li jaħdmu f’kooperazzjoni mal-Unjoni u fil-kuntest ta’ fora multilaterali, b’mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, sabiex jiġu evitati, skoraġġuti, imwaqqfa u fejn possibbli eliminati programmi ta’ proliferazzjoni li jikkonċernaw id-dinja kollha u l-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tal-SALW u l-munizzjon tagħhom.
L-Unjoni tixtieq tappoġġa dan in-netwerk kif ġej:
— |
permezz tal-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ tnedija u konferenza annwali bil-ħsieb tal-preżentazzjoni ta’ rapport u/jew rakkomandazzjonijiet lir-rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. |
— |
permezz tal-ħolqien ta’ pjattaforma fuq l-Internet li tiffaċilita l-kuntatti u trawwem djalogu ta’ riċerka fost in-netwerk tal-gruppi ta’ riflessjoni dwar in-nonproliferazzjoni. |
2. Organizzazzjoni tan-netwerk
In-netwerk ser ikun miftuħ għall-istituti ta’ riċerka u l-gruppi ta’ riflessjoni rilevanti kollha mill-Unjoni u jkun jirrispetta b’mod sħiħ id-diversità tal-opinjoni fl-Unjoni.
In-netwerk ser jiffaċilita l-kuntatti bejn esperti nongovernattivi, rappreżentanti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. In-netwerk ser ikun lest li jimpenja ruħu ma’ atturi nongovernattivi minn pajjiżi terzi f’konformità mal-Istrateġiji tal-UE dwar l-AQM u s-SALW, li huma bbażati fuq il-kunċetti ta’ multilateriżmu u kooperazzjoni internazzjonali. Il-mandat tan-netwerk ser ikopri n-nonproliferazzjoni tal-AQM, is-sistemi tal-kunsinna tagħhom, u kwistjonijiet relatati ma’ armi konvenzjonali, inklużi s-SALW.
In-netwerk ser ikun ippresedut mir-rappreżentant tar-RGħ, f’konformità mal-linji gwida definiti fil-qafas taċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tal-AQM fir-rigward tal-miżuri ta’ nonproliferazzjoni. Il-parteċipanti fil-korpi preparatorji relevanti tal-Kunsill (CODUN/CONOP/COARM eċċ) ser ikunu jistgħu jikkonsultaw in-netwerk dwar kwistjonijiet relatati man-nonproliferazzjoni u l-armi konvenzjonali, inklużi s-SALW, u r-rappreżentanti tagħhom ser ikunu jistgħu jattendu l-laqgħat tan-netwerk. Dawn il-laqgħat jistgħu jkunu organizzati waħda wara l-oħra mal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma, jekk dan ikun fattibbli.
Il-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni ibbażat fuq FRS, HSFK/PRIF, IISS u SIPRI ser jiġi fdat bil-ġestjoni tal-proġett, f’kooperazzjoni mill-qrib mar-rappreżentant tar-RGħ.
Il-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni, f’konsultazzjoni mar-rappreżentant tar-RGħ u l-Istati Membri, ser jistieden parteċipanti, speċjalizzati fi kwistjonijiet tan-nonproliferazzjoni u l-armi konvenzjonali, għal-laqgħa ta’ tnedija u konferenza annwali. Il-parteċipanti iridu juru l-għarfien tekniku tagħhom permezz ta’ serje ta’ pubblikazzjonijiet jew attivitajiet ta’ riċerka oħra fil-qasam tal-kwistjonijiet tan-nonproliferazzjoni tal-AQM u l-armi konvenzjonali.
3. Deskrizzjoni tal-proġetti
3.1. Proġett 1: Organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ tnedija u konferenza annwali b’rapport u/jew rakkomandazzjonijiet
3.1.1.
L-għan tal-laqgħa ta’ tnedija huwa li tistabbilixxi netwerk Ewropew ta’ gruppi ta’ riflessjoni indipendenti għan-nonproliferazzjoni li huma bbażati fl-Unjoni. Il-laqgħa ta’ tnedija, ppreseduta mir-rappreżentant tar-RGħ, ser torganizza l-attivitajiet tan-netwerk u tħejji konferenza annwali bil-ħsieb tal-preżentazzjoni ta’ rapport u/jew rakkomandazzjonijiet lir-rappreżentant tar-RGħ.
Il-konferenza annwali dwar in-nonproliferazzjoni tat-tip Carnegie, bil-parteċipazzjoni ta’ esperti governattivi u gruppi ta’ riflessjoni indipendenti mill-Unjoni u pajjiżi terzi, jiddiskutu u jidentifikaw miżuri ulterjuri fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta’ kunsinna tagħhom u l-indirizzar tal-isfidi marbuta mal-armi konvenzjonali, inkluża l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom. Il-konferenza annwali tista’ tkun imqassma fi blokki tematiċi u sessjoni plenarja ta’ konklużjoni, ppreseduta mir-rappreżentant tar-RGħ.
Abbażi tal-konferenza annwali, ser jiġi prodott rapport orjentat lejn il-politika flimkien ma’ sett ta’ rakkomandazzjonijiet orjentati lejn l-azzjoni għar-rappreżentant tar-RGħ. Ir-rapport ikun disseminat fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni rilevanti u l-Istati Membri u jkun disponibbli online.
3.1.2.
— |
stabbiliment ta’ modus operandi għan-netwerk Ewropew ta’ gruppi ta’ riflessjoni indipendenti għan-nonproliferazzjoni; |
— |
stabbiliment ta’ konferenza prinċipali Ewropea dwar in-nonproliferazzjoni li ssir il-post ewlieni għall-promozzjoni ta’ diskussjoni strateġika dwar miżuri fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u s-sistemi ta’ kunsinna tagħhom u biex tindirizza l-isfidi relatati mal-armi konvenzjonali, inkluża l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom; |
— |
preżentazzjoni ta’ rapport orjentat lejn il-politika u/jew rakkomandazzjonijiet orjentati lejn l-azzjoni li jtejbu l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji tal-UE dwar l-AQM u s-SALW u jiffurmaw pass ’il quddiem utli għan-nonproliferazzjoni u l-azzjoni relatata mal-armi konvenzjonali mill-Unjoni u l-komunità internazzjonali; |
— |
żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-Istati Membri, is-soċjetà ċivili u l-pajjiżi terzi dwar it-theddid relatat mal-AQM u l-mezzi tal-kunsinna tagħhom, li jippermettulhom jantiċipaw aħjar. |
3.1.3.
Il-proġett jipprevedi l-organizzazzjoni ta’ żewġ laqgħat ta’ tnedija, żewġ laqgħat annwali u t-tħejjija ta’ żewġ rapporti u/jew rakkomandazzjonijiet:
— |
laqgħa ta’ tnedija bil-parteċipazzjoni ta’ mhux aktar minn 50 grupp ta’ riflessjoni indipendenti mill-Unjoni, speċjalizzati fin-nonproliferazzjoni u l-kwistjonijiet tal-armi konvenzjonali, inklużi s-SALW; |
— |
konferenza annwali bil-parteċipazzjoni ta’ esperi governattivi u mhux aktar minn 200 grupp ta’ riflessjoni indipendenti mill-Unjoni u pajjiżi terzi, speċjalizzati fin-nonproliferazzjoni u l-kwistjonijiet tal-armi konvenzjonali, inklużi s-SALW; |
— |
rapport orjentat lejn il-politika u/jew rakkomandazzjonijiet orjentati lejn l-azzjoni li jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji tal-UE dwar l-AQM u s-SALW. |
3.2. Proġett 2: Ħolqien ta’ pjattaforma fuq l-Internet
3.2.1.
L-istabbiliment ta’ sit elettroniku fuq l-Internet jiffaċilita l-kuntatti intersessjonali bejn il-laqgħat tan-netwerk u jrawwem djalogu ta’ riċerka fost il-gruppi ta’ riflessjoni dwar in-nonproliferazzjoni. L-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw ukoll minn sit elettroniku ddedikat fejn il-parteċipanti tan-netwerk ikunu liberi jiskambjaw l-informazzjoni, jikkondividu l-ideat tagħhom u jippubblikaw l-istudji tagħhom dwar in-nonproliferazzjoni tal-AQM u l-mezzi tal-provvista tagħhom u l-kwistjonijiet dwar l-armi konvenzjonali, inklużi s-SALW. Is-sit elettroniku jista’ jkun akkumpanjat minn ittra elettronika.
Il-proġett ser jipprovdi segwitu online għall-avvenimenti u tieqa għar-riċerka Ewropea. Huwa ser jikkontribwixxi għal disseminazzjoni effiċjenti tar-riżultati tar-riċerka fost il-komunità ta’ gruppi ta’ riflessjoni u ċ-ċrieki governattivi. Dan ser iwassal għal antiċipazzjoni aħjar u għarfien tat-theddid marbut mal-proliferazzjoni tal-AQM u l-mezzi tal-kunsinna tagħhom, u l-armi konvenzjonali, inkluż il-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom.
3.2.2.
— |
stabbiliment ta’ pjattaforma fejn il-gruppi ta’ riflessjoni dwar in-nonproliferazzjoni jistgħu jikkondividu l-fehmiet u l-analiżi dwar il-proliferazzjoni tal-AQM u l-kwistjonijiet tal-armi konvenzjonali, inklużi s-SALW; |
— |
promozzjoni ta’ ftehim aħjar tal-Istrateġiji tal-UE dwar l-AQM u s-SALW fis-soċjetà ċivili u jservi bħala interfaċċja bejn l-Unjoni u n-netwerk tal-gruppi ta’ riflessjoni; |
— |
permess sabiex jitniżżlu mill-Internet bla ħlas dokumenti mil-laqgħat tan-netwerk u mill-gruppi ta’ riflessjoni indipendenti li jkunu jixtiequ jikkondividu r-riżultati tar-riċerka tagħhom mingħajr kumpens finanzjarju; |
— |
żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri, is-soċjetà ċivili u l-pajjiżi terzi dwar it-theddid relatat mal-armi konvenzjonali, l-AQM u l-mezzi tal-kunsinna tagħhom, li jippermettulhom jantiċipaw aħjar. |
3.2.3.
L-użu tat-teknoloġija tat-tip ta’ servizz ta’ netwerk soċjali, meta fattibbli u adatta, jista’ tiġi esplorat sabiex jiġu ffrankati l-ispejjeż u jkunu possibbli l-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzoni online bejn il-parteċipanti tan-netwerk f’ambjent familjari. Il-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni, iddelegat bil-proġett ikun responsabbli għall-web-hosting, web-design u l-manutenzjoni teknika tas-sit elettroniku. Il-konsorzju jista’ jipprovdi taħriġ bażiku lir-rappreżentant tar-RGħ u l-gruppi ta’ ħidma rilevanti tal-Kunsill dwar is-sit elettroniku.
4. Tul ta’ żmien
It-tul ta’ żmien totali stmat għall-implimentazzjoni tal-proġetti hu ta’ 36 xahar.
5. Benefiċjarji
5.1. Benefiċjarji diretti
Il-proliferazzjoni tal-AQM kemm mill-istati kif ukoll mit-terroristi ġiet identifikata fl-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà u fl-Istrateġija tal-UE dwar l-AQM potenzjalment bħala l-akbar theddida għas-sigurtà tal-Unjoni. B’mod simili l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW irrikonoxxiet li l-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-munizzjon tagħhom jippreżentaw theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Il-proġetti suġġeriti jissodisfaw l-għanijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi strateġiċi stabbiliti fl-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà.
5.2. Benefiċjarji indiretti
Il-benefiċjarji indiretti tal-proġetti huma:
(a) |
gruppi ta’ riflessjoni indipendenti speċjalizzati fil-kwistjonijiet tan-nonproliferazzjoni u l-armi konvenzjonali, inklużi s-SALW, mill-Unjoni u pajjiżi terzi; |
(b) |
istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
(ċ) |
stati Membri tal-Unjoni; |
(d) |
pajjiżi terzi. |
6. Parteċipanti minn partijiet terzi
Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati fl-intier tagħhom b’din id-Deċiżjoni. L-esperti min-netwerk jistgħu jiġu kkunsidrati bħala parteċipanti minn partijiet terzi. Huma ser jaħdmu f’konformità mar-regoli standard tagħhom.
7. Aspetti ta’ proċedura, koordinazzjoni u l-Kumitat ta’ Tmexxija
Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser ikun kompost minn rappreżentant tar-RGħ u tal-entità implimentattiva msemmija fil-paragrafu 8. Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser jirrevedi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill regolarment, tal-anqas darba kull sitt xhur, inkluż permezz tal-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.
8. Entità implimentattiva
L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill ser tiġi fdata lill-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni, li ser iwettaq il-kompitu taħt il-kontroll tar-RGħ. Fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-konsorzju ser jikkoopera mar-RGħ, u mal-Istati Membri u Stati Parti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, kif adatt.
4.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EULEX/1/2010
tas-27 ta’ Lulju 2010
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO
(2010/431/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta’ Frar 2008 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK li stabbilixxiet il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (minn hawn ‘il quddiem “EULEX KOSOVO”). |
(2) |
Fit-8 ta’ Ġunju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (2) li testendi t-tul tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2012. |
(3) |
Taħt l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà hu awtorizzat, b’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EULEX KOSOVO, inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ottubru 2010.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EULEX/1/2008 tas-7 ta’ Frar 2008 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX Kosovo (3) hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika sal-14 ta’ Ottubru 2011.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.
(2) ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.
(3) ĠU L 42, 16.2.2008, p. 99.
4.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Lulju 2010
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament 1507x59122 (DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5131)
(It-testi bl-Olandiż, l-Ingliż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/432/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ Mejju 2005 Dow AgroSciences Europe f’isem Dow AgroSciences Europe u Pioneer Overseas Corporation ippreżentat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum 1507x59122 (“l-applikazzjoni”). |
(2) |
L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum 1507x59122 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u t-tagħrif mitluba mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE. |
(3) |
Fis-6 ta’ Mejju 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Din ikkunsidrat li l-qamħirrum 1507x59122 huwa sikur daqs il-kontroparti tiegħu mhux ġenetikament modifikata fir-rigward ta’ effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent. Għaldaqstant, din ikkonkludiet li aktarx it-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrum 1507x59122 kif deskritt fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) ma jkollu ebda effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent fil-kuntest tal-użu maħsub tagħhom (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib li tqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa konformi mal-użu maħsub għall-prodotti. |
(5) |
Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni lill-prodotti. |
(6) |
Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OMĠ kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (4). |
(7) |
Fuq il-bażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti tat-tikkettjar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ma jidhru meħtieġa għal ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum 507x59122. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limiti tal-awtorizzazzjoni stipulata minn din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn OMĠ u prodotti oħrajn li mhumiex ikel jew għalf li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OMĠ li ntalbet l-awtorizzazzjoni għalihom, għandhom jindikaw b’mod ċar li l-prodotti kkonċernati m’għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni. |
(8) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard għar-rappreżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(9) |
L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-immaniġġjar, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel u l-għalf, jew kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(10) |
It-tagħrif rilevanti kollu dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandu jiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(11) |
L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u l-għalf prodotti minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (6), jistipula l-ħtiġijiet tal-ittikkettjar għal prodotti li jikkonsistu minn, jew li fihom l-OMĠ. |
(12) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata permezz taċ-Ċentru ta’ Skambju għall-Bijosigurtà, lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (7). |
(13) |
L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni. |
(14) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. |
(15) |
Fil-laqgħa tiegħu tat-29 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill ma setax jasal għal deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta. Il-Kunsill indika li l-proċedimenti dwar dan il-fajl kienu konklużi. Għaldaqstant, hija l-Kummissjoni li trid tadotta l-miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-organiżmu modifikat ġenetikament u l-identifikatur uniku
Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) 1507x59122, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.
Artikolu 2
L-Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:
(a) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7; |
(b) |
għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew prodott minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7; |
(c) |
prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Artikolu 3
L-ittikkettjar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.
2. Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c).
Artikolu 4
Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 5
Ir-reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 6
Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni
1. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu:
(a) |
Dow AgroSciences Europe, tar-Renju Unit, li jirrappreżentaw lill-Mycogen Seeds, tal-Istati Uniti u |
(b) |
Pioneer Overseas Corporation, tal-Belġju, li jirrappreżentaw lill-Pioneer Hi-Bred International, tal-Istati Uniti. |
2. Iż-żewġ detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 7
Il-validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 8
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
(a) |
Dow AgroSciences Europe Ltd., European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, ir-Renju Unit u |
(b) |
Pioneer Overseas Corporation, Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju. |
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(3) http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2005-123
(5) ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9.
(6) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
(7) ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.
ANNESS
(a) L-Applikanti u d-Detenturi tal-awtorizzazzjoni:
Isem |
: |
Dow AgroSciences Europe |
Indirizz |
: |
European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, ir-Renju Unit |
F’isem Mycogen Seeds c/o Dow AgroSciences LLC, 9330 Zionsville Road, Indianapolis, IN 46268-1054, l-Istati Uniti;
u wkoll
Isem |
: |
Pioneer Overseas Corporation |
Indirizz |
: |
Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju |
F’isem Pioneer Hi-Bred International, Inc., 7100 NW 62nd Avenue, P. O. Box 1014, Johnston, IA 50131-1014, l-Istati Uniti tal-Amerika.
(b) Id-desinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:
1. |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7; |
2. |
għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew prodott minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7; |
3. |
prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Il-qamħirrum modifikat ġenetikament DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa prodott minn taħlit bejn il-qamħirrum li fih DAS-Ø15Ø7 u okkorrenzi ta’ DAS-59122-7 u jesprimi l-proteina Cry1F li tipproteġi kontra ċerti parassiti lepidopteran, il-proteini Cry34Ab1 u Cry35Ab1 li jipproteġu kontra ċerti parassiti coleopteran u l-proteina PAT, li tintuża bħala indikatur li jista’ jintgħażel, li jagħti tolleranza lill-erbiċida ammonju tal-glufosinat.
(c) Tikkettjar:
1. |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”. |
2. |
Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni. |
(d) Metodu għad-ditezzjoni:
— |
Metodi kwantitattivi fil-ħin reali relatati mal-avveniment li jissejsu fuq il-metodi PCR għall-qamħirrum modifikat ġenetikament DAS-Ø15Ø7 u l-qamħirrum DAS-59122-7 validat fuq il-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7; |
— |
Ivvalidat mil-laboratorju referenzjarju Komunitarju stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat f’ http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm |
— |
Il-Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF418 (għal DAS-Ø15Ø7) u ERM®-BF424 (għal DAS-59122-7) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut għall-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) f’https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue |
(e) L-identifikatur uniku:
DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7.
(f) Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:
Clearing House tal-Bijosigurtà, Rekord ID: ara [għandha timetla meta jiġi avżat]
(g) Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti:
Mhux meħtieġa.
(h) Il-pjan ta’ monitoraġġ
Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
[Link: plan published on the Internet]
(i) Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġa.
Nota : il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.
Rettifika
4.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/16 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/412/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 195, tas-27 ta’ Lulju 2010 )
F′paġna 3, nota ta' qiegħ il-paġna 1:
minflok:
“Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali”.
aqra:
“Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali”.