|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.200.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/1 |
It-testi oriġinali biss tal-UN/ECE għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tal-UN/ECE TRANS/WP.29/343, li jinsab fi:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 69 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara għal vetturi li jimxu bil-mod (minħabba l-kostruzzjoni tagħhom) u t-trejlers tagħhom
Li jinkorpora t-test kollu validu sa:
Suppliment 5 tas-serje 01 ta’ emendi - Id-data tad-dħul fis-seħħ: l-24 ta’ Ottubru 2009
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
L-ambitu |
|
2. |
Id-definizzjonijiet |
|
3. |
L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni |
|
4. |
L-immarkar |
|
5. |
L-approvazzjoni |
|
6. |
L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali |
|
7. |
L-ispeċifikazzjoni speċjali (it-testijiet) |
|
8. |
Il-modifiki u l-estensjoni tal-approvazzjoni għal pjanċa tal-immarkar fuq wara għall-vetturi li jimxu bil-mod (minħabba l-kostruzzjoni tagħhom) u għat-trejlers tagħhom |
|
9. |
Il-konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
11. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
12. |
Dispożizzjonijiet provviżorji |
|
13. |
L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi |
ANNESSI
|
Anness 1 – |
Is-sistema tal-koordinati CIE |
|
Anness 2 – |
Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs, skont ir-Regolament Nru 69 |
|
Anness 3 – |
L-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni |
|
Anness 4 – |
Il-proċedura tat-test |
|
Anness 5 – |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-forma u tad-dimensjonijiet il-forma u d-dimensjonijiet tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs retro-riflettivi/fluworexxenti (klassi 1) jew retro-riflettivi biss (klassi 2) |
|
Anness 6 – |
L-ispeċifikazzjonijiet kolorimetriċi |
|
Anness 7 – |
L-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi |
|
Anness 8 – |
Ir-reżistenza għall-aġenti esterni |
|
Anness 9 – |
Ir-reżistenza għas-sħana |
|
Anness 10 – |
Ir-riġidità tal-pjanċi |
|
Anness 11 – |
L-istabbiltà maż-żmien tal-proprjetajiet ottiċi tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara |
|
Anness 12 – |
Il-pjanċi tal-immarkar fuq wara għall-vetturi li jimxu bil-mod u għat-trejlers tagħhom |
|
Anness 13 – |
Ir-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri ta’ kontroll tal-produzzjoni |
|
Anness 14 – |
Ir-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur |
|
Anness 15 – |
Il-linji gwida għall-installazzjoni tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara fuq vetturi li jimxu bil-mod (minħabba l-kostruzzjoni tagħhom) u fuq it-trejlers tagħhom |
1. L-AMBITU
Dan ir-Regolament japplika għall-pjanċi tal-immarkar fuq wara għal vetturi tal-kategorija M, N, O u T u għall-makkinarju,, li minħabba l-kostruzzjoni tagħhom, ma jistgħux jiċċaqilqu b’veloċità akbar minn 40 km/siegħa. (1)
2. ID-DEFINIZZJONIJIET (2)
2.1. Għall-finijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2.1.1. |
“Il-pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs”, pjanċa trijangolari bi rkejjen bla ponta b’disinn karatteristiku bil-wiċċ miksi b’materjal jew b’apparati retro-riflettivi u fluworexxenti (il-klassi 1); jew b’materjali jew b’apparati retro-riflettivi biss (il-klassi 2). |
|
2.1.2. |
“L-unità ta’ kampjun”, pjanċa tal-SMV kompluta u rfinuta lesta biex tiġi mmuntata fuq vettura u rappreżentattiva tal-produzzjoni korrenti. |
2.2. Retro-rifless
Rifless fejn ir-radjazzjoni tiġi rritornata f’direzzjonijiet qrib id-direzzjonijiet minfejn ġiet, b’din il-proprjetà tinżamm anki tul varjazzjonijiet wesgħin tad-direzzjoni tar-radjazzjoni inċidenti:
|
2.2.1. |
“Il-materjal retro-riflettiv”, superfiċje jew apparat minfejn, meta tkun irradjata b’mod direzzjonat, parti relattivament kbira tar-radjazzjoni inċidenti tiġi retroriflessa. |
|
2.2.2. |
“L-apparat retro-riflettiv”, montatura lesta biex tintuża u li tinkludi unità ottika retro-riflettiva waħda jew aktar. |
2.3. Id-definizzjonijiet ġeometriċi (ara l-Figura 1 fl-Anness 1).
2.3.1. “Iċ-ċentru ta’ referenza”, punt fuq jew qrib erja retro-riflettiva li huwa maħsub biex ikun iċ-ċentru tal-apparat sabiex jiġi speċifikat ir-rendiment tiegħu.
2.3.2. “L-assi ta’ illuminazzjoni”, segment minn linja miċ-ċentru ta’ referenza għas-sors tad-dawl.
2.3.3. “L-assi ta’ osservazzjoni”, segment minn linja miċ-ċentru ta’ referenza għar-ras fotometrika.
2.3.4. “L-angolu ta’ osservazzjoni (simbolu α)” l-angolu bejn l-assi ta’ illuminazzjoni u l-assi ta’ osservazzjoni. L-angolu ta’ osservazzjoni huwa dejjem pożittiv u, fil-każ tar-retro-rilfess, huwa ristrett għal angoli żgħar. Il-firxa massima: 0° ≤ α ≤ 180°.
2.3.5. “In-nofs pjan ta’ osservazzjoni”, in-nofs pjan li joriġina fuq l-assi ta’ illuminazzjoni u li fih l-assi ta’ osservazzjoni.
2.3.6. “L-assi ta’ referenza”, segment minn linja speċifikata li joriġina fuq iċ-ċentru ta’ referenza li jintuża biex tkun deskritta l-pożizzjoni angolari tal-apparat retro-riflettiv.
2.3.7. “L-angolu ta’ dħul (simbolu β)”, l-angolu mill-assi ta’ illuminazzjoni għall-assi ta’ referenza. L-angolu ta’ dħul ġeneralment ma jkunx ikbar minn 90° imma, għal finijiet ta’ kompletezza, il-firxa sħiħa tiegħu hija ddefinita bħala 0° ≤ β ≤ 180°. Biex l-orjentazzjoni tkun speċifikata b’mod sħiħ, dan l-angolu huwa karatterizzat minn żewġ komponenti, β1 u β2.
2.3.8. “L-ewwel assi”, assi miċ-ċentru ta’ referenza u perpendikulari għan-nofs pjan ta’ osservazzjoni.
2.3.9. “L-ewwel komponent tal-angolu ta’ dħul (simbolu β1)”, l-angolu mill-assi ta’ illuminazzjoni għall-pjan li fih l-assi ta’ referenza u l-ewwel assi. Il-firxa: – 180° < β1 ≤ 180°.
2.3.10. “It-tieni komponent tal-angolu ta’ dħul (simbolu β2)”, l-angolu mill-pjan li fih in-nofs pjan ta’ osservazzjoni għall-assi ta’ referenza. Il-firxa: – 90° ≤ β2 ≤ 90°.
2.3.11. “It-tieni assi”, assi miċ-ċentru ta’ referenza u perpendikulari kemm għall-ewwel assi kif ukoll għall-assi ta’ referenza. Id-direzzjoni pożittiva tat-tieni assi tinsab fin-nofs pjan ta’ osservazzjoni meta – 90° < β1 < 90° kif jintwera fil-Figura 1 fl-Anness 1.
2.3.12. L-angolu ta’ rotazzjoni ε
L-angolu li minnu jiddawwar il-kampjun madwar l-assi vertikali tiegħu minn kwalunkwe pożizzjoni stabbilita b’mod arbitrarju kontra d-direzzjoni tal-arloġġ (+ ε) jew fid-direzzjoni tal-arloġġ (– ε) meta wieħed jarah mid-direzzjoni tal-illuminazzjoni. Jekk il-materjali jew l-apparati retro-riflettivi għandhom immarkar (eż. FUQNETT), dan l-immarkar jirregola l-pożizzjoni tal-bidu. L-angolu ta’ rotazzjoni ε jinsab fil-firxa – 180° < ε ≤ 180°.
2.4. Id-definizzjoni tat-termini fotometriċi
2.4.1. Il-koeffiċjent tar-retro-rifless R’
Il-koeffiċjent (R’) li jinkiseb mill-intensità mudwala (I) tal-erja retro-riflettiva fid-direzzjoni tal-osservazzjoni u l-leqqa (E┴) fuq il-pjan retro-riflettiv f’angolu ta’ 90° għad-direzzjoni tad-dawl inċidenti u tal-pjan imdawwal tas-superfiċje tal-kampjun A.
Il-koeffiċjent tar-retro-rifless R’ jiġi espress f’candela għal kull metru kwadru għal kull lux (cd. m-2. lx-1).
2.4.2. “Id-dijametru angolari tal-kampjun retro-riflettiv (simbolu ή)”, l-angolu kopert mill-akbar dimesjoni tal-kampjun retro-riflettiv, jew fiċ-ċentru tas-sors tal-illuminazzjoni jew fiċ-ċentru tar-riċevitur.
2.4.3. “Il-fattur tal-leqqa”, il-proporzjon tal-leqqa tal-oġġett meqjus mal-leqqa ta’ apparat li jxerred b’mod ideali f’kundizzjonijiet identiċi ta’ illuminazzjoni u ta’ osservazzjoni.
2.4.4. “Lewn tad-dawl rifless tal-apparat.” Id-definizzjonijiet tal-lewn tad-dawl rifless jingħataw fil-paragrafi 2.30 u 2.31 tar-Regolament Nru 48.
2.5. Il-fluworexxenza
2.5.1. Meta ċerti sustanzi jinġiebu qrib sors ta’ radjazzjonjiet ultravjola jew blù, jitfgħu radjazzjonijiet li huma kważi dejjem ta’ wavelength itwal minn dawk li jipproduċu l-effett. Dan il-fenomenu jissejjaħ fluworexxenza. Matul il-jum u mal-għabex, il-kuluri fluworexxenti jgħajtu aktar mill-kuluri normali għaliex jirriflettu parti mid-dawl li jaqa’ fuqhom u minbarra dan jitfgħu d-dawl. Mal-lejl, ma jgħajtux aktar mill-kuluri ordinarji.
2.5.2. “Lewn tad-dawl fluworexxenti tal-apparat.” Id-definizzjonijiet tal-lewn tad-dawl fluworexxenti jingħataw fil-paragrafi 2.32 tar-Regolament Nru 48.
2.6. Id-deskrizzjoni tal-gonjometru
Gonjometru li jista’ jintuża biex wieħed jieħu qisien retro-riflessivi fil-ġeometrija CIE jintwera fil-Figura 2 fl-Anness 1. F’dan id-disinn, ir-ras fotometrika tintwera b’mod arbitrarju bħala li hija vertikalment ‘il fuq mis-sors. L-ewwel assi jintwera bħala li huwa fiss u orizzontali u jinsab perpendikulari għan-nofs pjan ta’ osservazzjoni. Jista’ jintuża kwalunkwe arranġament tal-komponenti li huwa ekwivalenti għal dak muri.
2.7. Id-definizzjoni ta’ “tip”
Il-pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs ta’ tipi differenti tfisser il-pjanċi tal-immarkar tal-SMVs li jvarjaw f’tali aspetti essenzjali bħal:
|
2.7.1. |
It-trejdmark jew il-marka. |
|
2.7.2. |
Il-karatteristiċi tal-materjal jew tal-apparati retro-riflettivi. |
|
2.7.3. |
Il-karatteristiċi tal-materjal fluworexxenti. |
|
2.7.4. |
Il-partijiet li jaffettwaw il-proprjetajiet tal-materjal jew tal-apparati retro-riflettivi. |
3. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs għandha titressaq mid-detentur tat-trejdmark jew tal-marka, jew jekk ikun meħtieġ, mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu u għandha tkun akkumpanjata minn:
|
3.1.1. |
Disinji, fi tliet kopji, b’dettalji suffiċjenti li jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip. Id-disinji għandhom juru b’mod ġeometriku l-pożizzjoni li fiha l-pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs għandha titwaħħal fuq il-parti ta’ wara tal-vetturi. Għandhom juru wkoll il-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u għas-simbolu ta’ identifikazzjoni f’relazzjoni għaċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni. |
|
3.1.2. |
Deskrizzjoni qasira li tagħti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-materjali li minnhom huma magħmula l-erjas retro-riflettivi. |
|
3.1.3. |
Deskrizzjoni qasira li tagħti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-materjali li minnhom hija magħmula l-erja fluworexxenti. |
|
3.1.4. |
Il-kampjuni tal-erjas retro-riflettivi u fluworexxenti (il-klassi 1) jew tal-erja retro-riflettiva biss (il-klassi 2). |
3.2. L-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
4. L-IMMARKAR
4.1. Kull pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs imressqa għall-approvazzjoni għandu jkollha fuqha:
|
4.1.1. |
It-trejdmark jew il-marka tal-applikant. |
|
4.1.2. |
Fuq il-pjanċi li s-sistema retro-riflettiva tagħhom mhix għall-angoli ta’ rotazzjoni kollha ε, il-kelma “FUQNETT” miktuba b’mod orizzontali fuq il-parti tal-pjanċi li hija maħsuba li tkun l-ogħla parti tal-pjanċa meta tkun immontata fuq il-vettura. |
4.2. L-immarkar għandu jkun applikat jew fuq l-erja retro-riflettiva jew fuq dik fluworexxenti tal-pjanċa, jew fit-tarf, u għandu jkun viżibbli minn barra meta l-pjanċa tal-immarkar titwaħħal fuq il-vettura.
4.3. L-immarkar għandu jinqara b’mod ċar u ma għandux ikun jista’ jitħassar.
5. L-APPROVAZZJONI
5.1. Jekk il-pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs imressqa għall-approvazzjoni skont il-paragrafu 4 ta’ aktar ‘il fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dan it-tip ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs.
5.2. Għandu jkun assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 01) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenija reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. Is-simbolu ‘l fuq miċ-ċirku jindika l-klassi tal-pjanċa tal-immarkar ta’ fuq wara tal-SMVs, “RF” fil-każ tal-klassi 1 (materjali retro-riflettivi u fluworexxenti) u “RR” fil-klassi tal-klassi 2 (materjali retro-riflettivi biss). L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs.
5.3. L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs skont dan ir-Regolament għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament u ta’ disinn anness magħha provdut mill-applikant għall-approvazzjoni, f’format li ma jaqbiżx l-A4 (210 × 297 mm) jew mitwi għal dak il-format u jekk ikun possibbli fuq skala ta’ 1:1.
5.4. Kull pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollha fuqha, minbarra l-immarkar provdut fil-paragrafu 4.1.
5.4.1. Marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:
|
5.4.1.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni. (3) |
|
5.4.1.2. |
Numru tal-approvazzjoni. |
5.5. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tinqara b’mod ċar u ma għandhiex tkun tista’ titħassar.
5.6. L-Anness 3 għal dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni.
6. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
6.1. Il-pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs għandhom ikunu mibnija b’tali mod li jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti u se jkomplu jagħmlu dan waqt użu normali. Minbarra dan, ma għandu jkollhom l-ebda difett fid-disinn jew fil-manifattura li jkun ta’ detriment għat-tħaddim effiċjenti tagħhom jew sabiex jinżammu f’kundizzjoni tajba.
6.2. Il-komponenti ta’ pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs retro-riflettivi/fluworexxenti (il-klassi 1) jew il-pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs retro-riflettivi biss (il-klassi 2) ma għandhomx ikunu jistgħu jiżżarmaw b’mod faċli.
6.3. Il-mezzi biex titwaħħal il-pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs għandhom ikunu tali li jippermettu konnessjoni stabbli u li ddum bejn il-pjanċa u l-parti ta’ wara tal-vetturi, pereżempju permezz ta’ viti jew imsiemer irbattuti.
6.4. Is-superfiċje ta’ barra tal-pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs retro-riflettiva/fluworexxenti (il-klassi 1) jew il-pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs retro-riflettiva biss (il-klassi 2) għandha titnaddaf faċilment. Is-superfiċje għalhekk ma għandhiex tkun ħarxa u kwalunkwe sporġenza li tista’ turi ma għandhiex tipprevjeni t-tindif faċli.
7. L-ISPEĊIFIKAZZJONI SPEĊJALI (IT-TESTIJIET)
7.1. Il-pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs għandhom jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet fejn għandhom x’jaqsmu d-dimensjonijiet, il-forma, id-disinn u r-rekwiżiti kolorimetriċi, fotometriċi, fiżiċi u mekkaniċi stabbiliti fl-Anness 5 sal-Anness 12 għal dan ir-Regolament.
8. IL-MODIFIKI U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ PJANĊI TAL-IMMARKAR FUQ WARA GĦALL-VETTURI LI JIMXU BIL-MOD (MINĦABBA L-KOSTRUZZJONI TAGĦHOM) U GĦAT-TREJLERS TAGĦHOM
8.1. Kull modifika tat-tip ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara għandha tkun innotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li ta l-approvazzjoni tat-tip. Id-dipartiment imbagħad jista’ jew:
|
8.1.1. |
Iqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li jkollhom effetti avversi apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ it-tip ta’ apparat xorta jikkonforma mar-rekwiżiti; jew |
|
8.1.2. |
Jeħtieġ rapport ta’ test ieħor mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
8.2. Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tkun innotifikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta’ aktar ‘il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
8.3. L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament.
9. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-konformità tal-proċeduri ta’ produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
|
9.1. |
Il-pjanċi tal-immarkar fuq wara approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mmanifatturi b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7. |
|
9.2. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 13 għal dan ir-Regolament. |
|
9.3. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur stabbiliti fl-Anness 14 għal dan ir-Regolament. |
|
9.4. |
L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip fi kwalunwke żmien tista’ tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn. |
10. IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
10.1. Fejn għandu x’jaqsam tip ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs skont dan ir-Regolament, l-approvazzjoni mogħtija tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti aktar ‘il fuq ma jiġux sodisfatti jew jekk pjanċa tal-immarkar li jkollha fuqha l-marka tal-approvazzjoni ma tikkonformax mat-tip approvat.
10.2. Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika r-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament.
11. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara tal-SMVs approvata skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament.
12. ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
12.1. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi.
12.2. Minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ pjanċi tal-immarkar fuq wara li għandhom jiġu approvati jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi.
12.3. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għal verżjoni ta’ qabel ta’ dan ir-Regolament, sas-Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi.
12.4. L-approvazzjonijiet mogħtija skont dan ir-Regolament qabel l-24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi u l-estensjonijiet tal-approvazzjonijiet kollha, inklużi dawk għas-serje ta’ qabel ta’ emendi mogħtija sussegwentement, għandhom jibqgħu validi b’mod indefinit. Meta t-tip ta’ pjanċi tal-immarkar fuq wara approvati skont verżjoni ta’ qabel tar-Regolament sas-Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi, il-Parti Kontraenti li tat l-approvazzjoni għandha tinnotifika lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament b’dan.
12.5. L-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta tip ta’ pjanċi tal-immarkar fuq wara approvat skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi.
12.6. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tipprojbixxi t-twaħħil fuq vettura ta’ pjanċi tal-immarkar fuq wara approvati skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi.
12.7. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil fuq vettura ta’ pjanċi tal-immarkar fuq wara approvati skont il-verżjoni ta’ qabel tar-Regolament sas-Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi matul il-perjodu ta’ 48 xahar li jsegwi d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi.
12.8. Mal-iskadenza ta’ perjodu ta’ 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta’ pjanċi tal-immarkar fuq wara li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi fuq vettura ġdida li l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip jew individwali ngħatat aktar minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje 01 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.
13. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U D-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
(1) Kif definit fl-Anness 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni ta’ Vetturi (R.E.3) (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif l-aħħar emendat bl-Amend.4).
(2) Id-definizzjonijiet tat-termini tekniċi huma dawk adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni (CIE) – ara r-Rapport Tekniku dwar ir-retro-riflessjoni, CIE Publication Nru 54.
(3) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Romanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bosnja u Herzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajna, 47 għall-Afrika ta’ Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 and 55 (vojta), 56 għal Montenegro, 57 (vojta) u 58 għat-Tuniżija. In-numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li fih jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim Dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Parts li jistgħu jiġu Ffittjati u/jew Użati fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju-Ġenerali tal-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim.
ANNESS 1
IS-SISTEMA TAL-KOORDINATI CIE
Figura 1
Figura 2
ANNESS 3
L-ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI
Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali jridu jitqiegħed qrib iċ-ċirku u jew ‘il fuq jew ‘l isfel mill-ittra “E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ dik l-ittra. In-numri tan-numru tal-approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u jridu jiffaċċjaw l-istess direzzjoni. In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali jridu jitqiegħdu dijametrikament faċċata ta’ xulxin. L-użu tan-numri Rumani bħala numri tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex tkun ipprevenuta kwalunkwe konfużjoni ma’simboli oħra.
ANNESS 4
IL-PROĊEDURA TAT-TEST
IL-KAMPJUNI TAT-TEST
|
1. |
Għandhom ikunu provduti ħames pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs lil-laboratorju tal-ittestjar għat-testijiet differenti li għandhom jitwettqu. |
|
2. |
Il-kampjuni tat-test għandhom ikunu rappreżentattivi tal-produzzjoni korrenti, ikunu fabbrikati skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur(i) tal-materjali jew tal-apparati retro-riflettivi u fluworexxenti (il-klassi 1) jew retro-riflettivi biss (il-klassi 2). |
|
3. |
Wara verifika tal-ispeċifikazzjonijiet ġenerali (il-paragrafu 6 tar-Regolament) u tal-ispeċifikazzjonijiet tal-forma u tad-dimensjonijiet (l-Anness 5), erba’ kampjuni għandhom ikunu soġġetti għat-test tar-reżistenza għas-sħana deskritt fl-Anness 9 għal dan ir-Regolament, qabel it-testijiet deskritti fl-Annessi 6, 7 u 8. Il-ħames kampjun għandu jinżamm għal finijiet ta’ referenza matul il-proċeduri tat-testijiet. |
|
4. |
Il-qisien fotometriċi u kolorimetriċi jistgħu jsiru fuq l-istess kampjun. |
|
5. |
Għat-testijiet l-oħra, għandhom jintużaw il-kampjuni li ma għaddew mill-ebda ttestjar. |
ANNESS 5
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-FORMA U TAD-DIMENSJONIJIET
IL-FORMA U D-DIMENSJONIJIET TAL-PJANĊI TAL-IMMARKAR FUQ WARA TAL-SMVs RETRO-RIFLETTIVI/FLUWOREXXENTI (IL-KLASSI 1) JEW RETRO-RIFLETTIVI BISS (IL-KLASSI 2)
1. Il-forma
Il-pjanċi għandhom ikunu fil-forma ta’ trijangolu ekwilaterali b’irkejjen bla ponta, għall-immontar b’quċċata ‘l fuq fuq wara tal-vetturi li jimxu bil-mod.
2. Id-disinn
Il-pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs għandu jkollhom ċentru fluworexxenti aħmar u borduri retro-riflettivi ħomor magħmula jew minn folji retro-riflettivi jew minn kisi retro-riflettiv jew minn rifletturi tal-plastik bl-irkejjen f’forma ta’ kubu (il-klassi 1). Il-pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs tal-klassi 2 għandu jkollhom ċentru retro-riflettiv.
3. Id-dimensjonijiet
It-tul tal-bażi tat-trijangolu magħluq fluworexxenti (il-klassi 1) jew tat-trijangolu magħluq retro-riflettiv (il-klassi 2) għandu jkun: minimu ta’ 350 mm u massimu ta’ 365 mm. Il-wisa’ minima tas-superfiċje li titfa’ d-dawl tal-bordura ħamra retro-riflettiva għandha tkun ta’ 45 mm, b’wisa’ massima ta’ 48 mm. Dawn il-karatteristiċi jintwerew fl-eżempju tal-Anness 12.
ANNESS 6
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET KOLORIMETRIĊI
1. Il-pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-SMVs għall-vetturi li jimxu bil-mod u għat-trejlers tagħhom għandhom ikunu magħmula jew minn materjali jew apparati retro-riflettivi ħomor u fluworexxenti ħomor (il-klassi 1) jew minn materjali jew apparati retro-riflettivi ħomor biss (il-klassi 2).
2. Il-materjali jew l-apparati retro-riflettivi ħomor
2.1. Meta mkejjel bi spettrofotometru skont id-dispożizzjonijiet tad-dokument CIE Nru 15 (1971) u mdawwal b’Mezz ta’ illuminazzjoni Standard CIE D65 b’angolu ta’ 45° għall-perpendikulari u li wieħed jarah tul il-perpendikulari (ġeometrija 45/0), il-kulur tal-materjal ġdid għandu jkun jinsab fi ħdan il-limiti skont il-paragrafu 2.3.1 tar-Regolament Nru 48.
Tabella 1
|
Lewn |
1 |
2 |
3 |
4 |
Fattur ta’ leqqa |
|
Aħmar x |
0,690 |
0,595 |
0,560 |
0,650 |
≥ 0,03 |
|
y |
0,310 |
0,315 |
0,350 |
0,350 |
|
2.1.1. |
Il-fattur ta’ leqqa għal-lewn aħmar għandu jkun ≥ 0,03. |
2.2. Meta mdawwal mill-Mezz ta’ Illuminazzjoni Standard CIE A f’angolu ta’ dħul ta’ β1 = β2 = 0° jew, jekk dan jipproduċi rifless ta’ fuq superfiċje bla kulur, angolu ta’ β1 = ± 5°, β2 = 0°, u mkejjel f’angolu ta’ osservazzjoni ta’ 20’, il-kulur tal-materjal ġdid għandu jkun jinsab fi ħdan il-limiti skont il-paragrafu 2.30 tar-Regolament Nru 48.
Tabella 2
|
Lewn |
1 |
2 |
3 |
4 |
|
Aħmar x |
0,720 |
0,735 |
0,665 |
0,643 |
|
y |
0,258 |
0,265 |
0,335 |
0,335 |
Nota: Il-kwistjoni tal-kuluri bil-lejl tal-materjali retro-riflettivi bħalissa qed tiġi studjata mis-CIE TC 1.6; il-limiti ta’ aktar ‘il fuq għalhekk huma biss provviżorji u se jiġu riveduti aktar tard wara li s-CIE TC 1.6 jkun lesta xogħlu.
3. Il-materjal fluworexxenti aħmar
3.1. Meta mkejjel bi spettrofotometru skont id-dispożizzjonijiet tad-dokument CIE Nru 15 (1971) u mdawwal polikromatikament bil-Mezz ta’ Illuminazzjoni Standard CIE D65 b’angolu ta’ 45° għall-perpendikulari u meta wieħed jarah tul il-perpendikulari (ġeometrija 45/0), il-kulur tal-materjal ġdid għandu jkun jinsab fi ħdan il-limiti skont il-paragrafu 2.32 tar-Regolament Nru 48.
Tabella 3
|
Lewn |
1 |
2 |
3 |
4 |
Fattur ta’ Leqqa |
|
Aħmar x |
0,690 |
0,595 |
0,569 |
0,655 |
≥ 0,30 |
|
y |
0,310 |
0,315 |
0,341 |
0,345 |
|
3.1.1. |
Il-fattur tal-leqqa għandu jkun ≥ 0,30. |
4. Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet kolorimetriċi għandha tiġi vverifikata b’test ta’ paragun viżiv.
Jekk jibqa’ kwalunkwe dubju wara dan it-test, il-koformità mal-ispeċifikazzjoni kolorimetrika għandha tiġi vverifikata billi jiġu ddeterminati l-koordinati trikromatiċi tal-kampjun l-aktar dubjuż.
ANNESS 7
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET FOTMETRIĊI
IL-PROPRJETAJIET FOTOMETRIĊI
|
1. |
Meta mdawwal b’Mezz ta’ Illuminazzjoni Standard CIE A u mkejjel kif irrakkomandat mis-CIE TC 2.3 (il-Pubblikazzjoni CIE Nru 54, 1982), il-koeffiċjent tar-retro-rifless R’ f’candelas għal kull metru kwadru għal kull lux (cd.m-2.lx-1) tal-erja retro-riflettiva ħamra ġdida kollha għandha tkun mill-inqas kif inhu indikat fit-Tabella 1.
Tabella 1 Il-koeffiċejent tar-retro-rifless R’ [cd.m-2.lx-1]
|
||||||||||||
|
2. |
L-angolu li jiġi faċċata fil-kampjun ma għandux ikun ikbar minn 80’. |
ANNESS 8
IR-REŻISTENZA GĦALL-AĠENTI ESTERNI
1. IR-REŻISTENZA GĦALL-AZZJONI TAT-TEMP
1.1. Il-proċedura – Għal kull test, jittieħdu żewġ kampjuni ta’ unità ta’ kampjun (ara l-paragrafu 2.1.2 ta’ dan ir-Regolament). Kampjun wieħed għandu jinżamm f’kontenitur skur u xott biex jintuża aktar tard bħala “kampjun mhux espost ta’ referenza”.
It-tieni kampjun għandu kun soġġett għal sors ta’ illuminazzjoni skont it-Taqsima 4.3.1 tal-Istandard ISO 105-B02-1978; il-materjal retro-riflettiv għandu jkun espost sakemm l-istandard blù Nru 7 jkun intefa għal Nru 4 fuq l-iskala griża u l-materjal fluworexxenti għandu jkun espost sakemm l-istandard blù Nru 5 jkun intefa’ għal Nru 4 fuq l-iskala griża.
Wara t-test, il-kampjun għandu jinħasel f’soluzzjoni deterġenti dilwita u newtrali, jitnixxef u jiġi eżaminat għal konformità mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafi 1.2 sa 1.4.
1.2. Id-dehra viżiva – L-ebda erja tal-kampjun espost ma għandha turi kwalunkwe evidenza ta’ xquq, issiġillar, ħofor, bżieżaq, delamination, tgħawwiġ, ġibs, tbajja’ jew korrużjoni.
Ma għandu jkun hemm l-ebda taqsir bix-xrib ta’ aktar minn 0,5 fil-mija fi kwalunkwe direzzjoni lineari u l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ adeżjoni bħat-tlugħ tat-truf mis-sottostrat.
1.3. Kemm jintefa’ l-kulur – Il-kuluri tal-kampjun espost għandhom xorta jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Anness 6.
1.4. L-effett tal-koeffiċjent tal-intensità mudwala tal-materjal retro-riflettiv.
|
1.4.1. |
Għal dan il-kontroll, għandu jittieħed qies biss f’angolu ta’ osservazzjoni ta’ 20′ u f’angolu ta’ dħul ta’ 5° permezz tal-metodu mogħti fl-Anness 7. |
|
1.4.2. |
Il-koeffiċjent tal-intensità mudwala tal-kampjun espost meta jkun niexef ma għandux ikun ta’ inqas minn 80 fil-mija tal-valur tat-Tabella 1 fl-Anness 7. |
|
1.4.3. |
Il-kampjun imbagħad għandu jkun soġġett għal xita simulata u l-koeffiċjent tiegħu ta’ intensità mudwala f’din il-kundizzjoni ma għandux ikun ta’ inqas minn 90 fil-mija tal-valur miksub meta mkejjel f’kundizzjoni niexfa, kif ġie spjegat fil-paragrafu 1.4.2 ta’ aktar ‘il fuq. |
2. IR-REŻISTENZA GĦALL-KORRUŻJONI (l-Istandard ISO 3768)
2.1. Kampjun tal-unità ta’ kampjun għandu jkun soġġett għall-azzjoni ta’ raxx likwidu mielaħ irqiq għal 48 siegħa li tinkludi żewġ perjodi ta’ espożizzjoni ta’ 24 siegħa kull wieħed, isseparati b’intervall ta’ sagħtejn li matulu l-kampjun jitħalla jinxef.
Ir-raxx likwidu mielaħ irqiq għandu jiġi prodott permezz ta’ atomizzazzjoni f’temperatura ta’ 35 + 2 °C minn soluzzjoni mielħa miksuba billi jinħallu ħames partijiet skont il-piż ta’ klorur tas-sodju f’95 parti ta’ ilma distillat li fih mhux aktar minn 0,02 fil-mija ta’ impuritajiet.
2.2. Immedjatament wara li jiġi kkompletat it-test, il-kampjun ma għandu juri l-ebda sinjal ta’ korrużjoni li tista’ tfixkel l-effiċjenza tal-apparat.
|
2.2.1. |
Il-koeffiċjent tal-intensità mudwala R tal-erja retro-riflettiva, meta mkejjel wara perjodu ta’ rkupru ta’ 48 siegħa kif ġie speċifikat fil-paragrafu 1 fl-Anness 7, b’angolu ta’ dħul ta’ 5° u b’angolu ta’ osservazzjoni ta’ 20′, ma għandux ikun inqas mill-valur fit-Tabella 1 fl-Anness 7. Qabel il-kejl, is-superfiċje għandha titnaddaf biex jitneħħew id-depożiti tal-melħ mir-raxx likwidu mielaħ irqiq. |
3. IR-REŻISTENZA GĦALL-FJUWILS
Taqsima minn unità ta’ kampjun b’tul ta’ mhux inqas minn 300 mm għandha tiġi mgħaddsa f’taħlita ta’ n-heptane u ta’ toluol, ta’ 70 fil-mija u 30 fil-mija skont il-volum, għal minuta.
Wara t-tneħħija, is-superfiċje għandha tiġi xxutata b’biċċa ratba u ma għandha turi l-ebda bidla viżibbli li għandha tnaqqas ir-rendiment effettiv tagħha.
4. IS-SAĦĦA TAL-IRBIT (fil-każ tal-materjali adeżivi)
4.1. L-aderenza tal-materjali retro-riflettivi għandha tiġi ddeterminata wara 24 siegħa ta’ stennija bl-użu ta’ tqaxxira ta’ 90 grad fuq magna li tittestja s-saħħa ta’ tiġbid.
4.2. Għandha tiġi ddeterminata l-adeżjoni tal-materjali retro-riflettivi u fluworexxenti laminati jew miksija.
4.3. Il-materjali miksija, ta’ liema tip huma, ma għandhomx ikunu jistgħu jitneħħew mingħajr għodod jew mingħajr ma ssir ħsara lill-materjal.
4.4. Il-materjali laminati (plastik adeżiv) għandhom jeħtieġu forza ta’ mill-inqas 10 N għal kull wisa’ ta’ 25 mm b’veloċità ta’ 300 mm fil-minuta, biex jitneħħew mis-sottostrat.
5. IR-REŻISTENZA GĦALL-ILMA
Taqsima ta’ unità ta’ kampjun twila mhux inqas minn 300 mm għandha tkun mgħaddsa fl-ilma distillat f’temperatura ta’ 23 + 5 °C għal perjodu ta’ 18-il siegħa; imbagħad għandha titħalla tinxef għal 24 siegħa f’kundizzjonijiet normali tal-laboratorju.
It-taqsima għandha tiġi eżaminata, wara li t-test ikun tlesta. L-ebda parti fi ħdan 10 mm mit-tarf maqtugħ ma għandha turi evidenza tad-deterjorament li għandu jnaqqas l-effikaċja tal-pjanċa.
6. IR-REŻISTENZA GĦALL-IMPATT (ħlief għar-rifletturi tal-plastik b’irkejjen f’forma ta’ kubu)
Meta ballun solidu tal-azzar b’dijametru ta’ 25 mm jitwaqqa’ minn għoli ta’ 2 m għal fuq is-superfiċji retro-riflettivi u għal fuq is-superfiċji fluworexxenti ta’ pjanċa appoġġjata, f’temperatura tal-ambjent ta’ 23 ± 2 °C, il-materjali ma għandhom juru l-ebda xaqq jew separazzjoni mis-sottostrat f’distanza ta’ aktar minn 5 mm mill-erja tal-impatt.
7. REŻISTENZA GĦAT-TINDIF
7.1. Tindif bl-idejn
|
7.1.1. |
Kampjun tat-test imċappas b’taħlita ta’ żejt deterġenti talubrikazzjoni u grafit għandu jitnaddaf faċilment mingħajr ħsara għas-superfiċji retro-riflettiva jew fluworexxenti meta jintmesaħ b’solvent alifatiku mhux qawwi bħan-n-heptane, segwit minn ħasil b’deterġent newtru. |
7.2. Ħasil bil-pressa
|
7.2.1. |
Meta kampjun jiġi soġġett għal azzjoni ta’ pressa kontinwa ta’ 60 sekonda fuq il- komponent tat-test fil-kundizzjonijiet normali ta’ mmuntar, ma għandux ikollu ebda sinjali ta’ ħsara fuq il-wiċċ retro-riflessiv jew tqaxxir mill-wiċċ ta’ taħt jew qtugħ mill-wiċċ ta’ mmuntar tal-kampjun skont il-parametri strutturali li ġejjin:
|
ANNESS 9
IR-REŻISTENZA GĦAS-SĦANA
|
1. |
L-erba’ kampjuni għandhom jinżammu għal 48 siegħa f’atmosfera xotta f’temperatura ta’ 65 ± 2 °C, u wara dan il-kampjuni għandhom jitħallew jiksħu għal siegħa f’temperatura ta’ 23 ± 2 °C. Imbagħad għandhom jinżammu għal 12-il siegħa f’temperatura ta’ – 20 ± 2 °C. |
|
1.1. |
Il-kampjun għandu jiġi eżaminat wara ħin ta’ rkupru ta’ erba’ sigħat f’kundizzjonijiet normali tal-laboratorju. |
|
2. |
Wara dan it-test, ma għandu jkun evidenti l-ebda xaqq jew tgħawwiġ apprezzabbli tas-superfiċji, partikolarment tal-unitajiet ottiċi. |
ANNESS 10
IR-RIĠIDITÀ TAL-PJANĊI
Il-pjanċa trijangolari għandha tinżamm sew fuq wieħed mill-ġnub twal tagħha, bil-klamps tal-apparat li jżomm li ma jidħolx fi spazju ta’ aktar minn 20 mm. Għandha tiġi applikata forza ta’ 10 N perpendikulari għall-pjanċa lill-quċċata opposta.
Il-quċċata mbagħad ma għandhiex tiċċaqlaq fid-direzzjoni tal-forza b’aktar minn 40 mm.
Wara li titneħħa l-forza, il-pjanċa għandha tirritorna b’mod viżibbli għall-pożizzjoni inizjali tagħha. Il-liwja residwali ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 5 mm.
ANNESS 11
L-istabbiltà maż-żmien tal-proprjetajiet ottiċi (1) tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara
|
1. |
L-awtorità li tat l-approvazzjoni għandu jkollha d-dritt li tikkontrolla l-istabbiltà maż-żmien tal-proprjetajiet ottiċi ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara li qed tintuża. |
|
2. |
L-Awtoritajiet Kompetenti ta’ pajjiżi għajr għall-pajjiż fejn ingħatat l-approvazzjoni jistgħu jwettqu kontrolli simili fit-territorju tagħhom. Jekk tip ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara li qed tintuża turi difett sistematiku, l-awtoritajiet imsemmija għandhom jittrażmettu lill-awtorità li tat l-approvazzjoni, b’talba għall-opinjoni tagħha, kwalunkwe komponent li tneħħa biex jiġi eżaminat. |
|
3. |
Fin-nuqqas ta’ kriterji oħra, il-kunċett ta’ “difett sistematiku” ta’ tip ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara li qed jintuża għandu jiġi interpretat skont il-ħsieb tal-paragrafu 6.1 ta’ dan ir-Regolament. |
(1) Minkejja l-importanza tat-testijiet biex tkun ikkontrollata l-istabbiltà maż-żmien tal-proprjetajiet ottiċi tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara, fl-istat attwali tas-sitwazzjoni għadu mhux possibbli li tiġi vvalutata din l-istabbilità permezz ta’ testijiet tal-laboratorju ta’ tul ta’ żmien limitat.
ANNESS 12
Il-pjanċi tal-immarkar fuq wara għall-vetturi li jimxu bil-mod u għat-trejlers tagħhom
Eżempju
Id-dimensjonijiet kollha huma f’mm
ANNESS 13
Ir-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni
1. ĠENERALI
1.1. Għandu jitqies li r-rekwiżiti ta’ konformità ġew sodisfatti minn lat mekkaniku u ġeometriku, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura fi ħdan ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
1.2. Rigward ir-rendimenti fotometriċi, il-konformità tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta jiġu ttestjati r-rendimenti fotometriċi ta’ kwalunkwe pjanċa tal-immarkar fuq wara magħżula bl-addoċċ, l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod sfavorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri provduti f’dan ir-Regolament.
1.3. Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità.
2. IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL- MANIFATTUR
Għal kull tip ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara, id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq għall-inqas it-testijiet li ġejjin, f’intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Jekk kwalunkwe teħid ta’ kampjuni juri nuqqas ta’ konformità rigward it-tip ta’ test ikkonċernat, għandhom jittieħdu u għandhom jiġu ttestjati aktar kampjuni. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura ruħu mill-konformità tal-produzzjoni konċernata.
2.1. In-natura tat-testijiet
It-testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u kolorimetriċi u t-test għar-reżistenza tat-temp ta’ dawn il-karatteristiċi.
2.2. Il-metodi li jintużaw fit-testijiet
|
2.2.1. |
Ġeneralment, it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
2.2.2. |
Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-awtorità kompetenti responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli biex jipprova li l-metodi applikati huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
2.2.3. |
L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrazzjoni regolari tal-apparat tat-test u l-korelazzjoni tiegħu mal-qisien li ttieħdu mill-awtorità kompetenti. |
|
2.2.4. |
Fil-każi kollha, il-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, partikolarment għall-finijiet ta’ verifika amministrattiva u ta’ teħid ta’ kampjuni. |
2.3. In-natura tat-teħid ta’ kampjuni
Il-kampjuni tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara għandhom jintgħażlu bl-addoċċ mill-produzzjoni ta’ grupp uniformi. Grupp uniformi tfisser sett ta’ pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-istess tip, iddefinit skont il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.
B’mod ġenerali, il-valutazzjoni għandha tkopri produzzjoni f’serje minn fabbriki ndividwali. Madanakollu, manifattur jista’ jiggruppa flimkien reġistri li jikkonċernaw l-istess tip minn diversi fabbriki, sakemm dawn jaħdmu skont l-istess sistema ta’ kwalità u skont l-istess ġestjoni ta’ kwalità.
2.4. Il-karatteristiċi fotometriċi mkejla u rreġistrati
Il-pjanċa tal-immarkar fuq wara għandha tkun soġġetta għal qisien fotometriċi għal valuri minimi fil-punti u fil-koordinati tal-kromatiċità provduti f’dan ir-Regolament.
2.5. Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità
Il-manifattur huwa responsabbli mit-twettiq ta’ studju statistiku fuq ir-riżultati tat- testijiet u biex ikunu ddefiniti, fi ftehim mal-Awtorità Kompetenti, il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 9.1 ta’ dan ir-Regolament.
Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima li jgħaddu minn kontroll fil-post skont l-Anness 14 (l-ewwel teħid ta’ kampjuni) għandha tkun ta’ 0,95.
ANNESS 14
IR-REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR
1. ĠENERALI
1.1. Għandu jitqies li r-rekwiżiti ta’ konformità ġew sodisfatti minn lat mekkaniku u ġeometriku, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk hemm, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura
1.2. Rigward ir-rendiment fotometriku, il-konformità tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta jiġu ttestjati r-rendimenti fotometriċi ta’ kwalunkwe pjanċa tal-immarkar fuq wara magħżula bl-addoċċ:
|
1.2.1. |
l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod sfavorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill- valuri provduti f’dan ir-Regolament. |
|
1.2.2. |
Ma jitqisux il-pjanċi tal-immarkar fuq wara b’difetti apparenti. |
1.3. Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità.
2. L-EWWEL TEĦID TA’ KAMPJUNI
Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni, l-erba’ pjanċi tal-immarkar fuq wara jintgħażlu bl-addoċċ. L-ewwel kampjun ta’ tnejn huwa mmarkat A, it-tieni kampjun ta’ tnejn huwa mmarkat B.
2.1. Il-konformità mhix ikkontestata
|
2.1.1. |
Wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni murija fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara fid-direzzjonijiet sfavorevoli huma:
|
2.2. Il-konformità hija kkontestata
|
2.2.1. |
Wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni murija fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il- konformità tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara prodotti bil-massa għandha tkun ikkontestata u l-manifattur mitlub li jagħmel lill-produzzjoni tiegħu tissodisfa r- rekwiżiti (l-allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-pjanċi tal- immarkar fuq wara huma:
|
2.3. Approvazzjoni revokata
Il-konformità tiġi kkontestata u l-paragrafu 10 jiġi applikat jekk, wara li tiġi applikata l-proċedura ta’ kkampjunar tal-Figura 1 ta’ dan l-anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara huma:
|
2.3.1. |
il-kampjun A
|
|
2.3.2. |
il-kampjun B
|
3. TEĦID TA’ KAMPJUNI RIPETUT
Fil-każijiet ta’ A3, B2, B3 huwa meħtieġ teħid ta’ kampjuni ripetut, it-tielet kampjun C ta’ żewġ pjanċi tal-immarkar fuq wara u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ pjanċi tal-immarkar fuq wara, magħżula minn stokk immanifatturat wara li jsir l-allinjament, fi żmien xahrejn wara n-notifika.
3.1. Il-konformità mhix ikkontestata
|
3.1.1. |
Wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni kif jidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness il- konformità tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara li huma prodotti bil-massa ma tiġix ikkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara huma:
|
3.2. Il-konformità hija kkuntestata
|
3.2.1. |
Wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-anness il-konformità tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara li huma prodotti bil-massa tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu konformi mar-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara huma:
|
3.3. Approvazzjoni revokata
Il-konformità tiġi kkontestata u l-paragrafu 10 jiġi applikat jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni skont il-Figura 1 ta’ dan l-anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-pjanċi ta’ immarkar fuq wara huma:
|
3.3.1. |
il-kampjun C
|
|
3.3.2. |
il-kampjun D
|
4. IT-TESTIJIET TA’ REŻISTENZA
Il-kampjuni ta’ waħda mill-pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-kampjun A, wara l- proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, għandhom jiġu ttestjati skont il-proċeduri deskritti fl-Annessi 8 u 9 għal dan ir-Regolament.
Il-pjanċa tal-immarkar fuq wara għandha titqies aċċettabbli jekk għaddiet it-testijiet. Madankollu, jekk it-testijiet fuq il-kampjuni tal-kampjun A ma għaddewx mit-testijiet, iż-żewġ pjanċi tal-immarkar fuq wara tal-kampjun B għandhom jiġu soġġetti għall-istess proċedura u t-tnejn għandhom jgħaddu mit-test.
Figura 1
ANNESS 15
Il-linji gwida għall-installazzjoni tal-pjanċi tal-immarkar fuq wara fuq vetturi li jimxu bil-mod (minħabba l-kostruzzjoni tagħhom) u fuq it-trejlers tagħhom
1. Huwa rakkomandat li fuq il-vetturi li jimxu bil-mod li, minħabba l-kostruzzjoni tagħhom, ma jistgħux jivvjaġġaw b’veloċità akbar minn 30 km/siegħa, il-Gvernijiet jeħtieġu “Pjanċi tal-immarkar fuq wara għal vetturi li jimxu bil-mod u għat-trejlers tagħhom” li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti speċifiċi li jirrelataw mal-ambitu tiegħu skont il-linji gwida mogħtija f’dan l-anness.
2. L-ambitu
Il-fini ewlieni ta’ dawn il-linji gwida huwa li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall- installazzjoni, għall-arranġament, għall-pożizzjoni u għall-viżibilità ġeometrika ta’ pjanċi tal-immarkar fuq wara fuq vetturi li jimxu bil-mod u fuq it-trejlers tagħhom li, minħabba l-kostruzzjoni tagħhom, ma jistgħux jivvjaġġaw b’veloċità akbar minn 30 km/siegħa. Iżid il-viżibilità u jippermetti identifikazzjoni faċli ta’ dawn il-vetturi.
3. In-numru
Għall-inqas waħda.
4. L-arranġament
Il-pjanċa(i) tal-immarkar fuq wara għandha(hom) tkun(ikunu) approvata(i) għat-tip u tissodisfa(jissodisfaw) ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Il-quċċata ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara għandha tkun diretta ‘l fuq.
Kull parti ta’ pjanċa tal-immarkar fuq wara għandha tkun fi ħdan 5° minn pjan vertikali trasversali f’angolu ta’ 90° għall-assi lonġitudinali tal-vettura u għandha tiffaċċja lura.
5. Il-pożizzjoni
|
Fil-wisa’ |
: |
Jekk hemm pjanċa tal-immarkar fuq wara waħda biss, trid tkun fuq in-naħa opposta tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura għad-direzzjoni tat-traffiku provduta fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni. |
|
Fl-għoli |
: |
‘Il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm (it-tarf ta’ taħt), mhux aktar minn 1 500 mm (it-tarf ta’ fuq). |
|
Fit-tul |
: |
Fuq il-parti ta’ wara tal-vettura. |
6. Il-viżibilità ġeometrika
|
L-angolu orizzontali |
: |
huwa permess 30° ‘il ġewwa u ‘l barra, li tkun koperta permezz ta’ partijiet indispensabbli tal-kostruzzjoni tal-vettura sa 10 fil-mija tas-superfiċje tal-pjanċa tal-immarkar; |
|
L-angolu vertikali |
: |
15° ‘il fuq u ‘l isfel mil-linja orizzontali; |
|
Orjentazzjoni |
: |
lura. |
|
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/28 |
Huma biss it-testi UN/ECE li għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu kkontrollati fl-aktar verżjoni reċenti tad-dokument tal-istatus tal-UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 71 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tratturi agrikoli fir-rigward tal-firxa viżiva tas-sewwieq
Data tad-dħul fis-seħħ: l-1 ta’ Awwissu 1987
WERREJ
IR-REGOLAMENT
|
1. |
Ambitu |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjoni |
|
6. |
Modifiki tat-tip ta’ trattur u l-estensjoni għall-approvazzjoni |
|
7. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
8. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Produzzjoni mwaqqfa għal kollox |
|
10. |
Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni, u ta’ dipartimenti amministrattivi |
ANNESSI
|
Anness 1 |
Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, jew il-produzzjoni mwaqqfa għal kollox, ta’ tip ta’ trattur fir-rigward tal-firxa viżiva tas-sewwieq skont ir-Regolament Nru 71 |
|
Anness 2 |
Arranġament tal-marki tal-approvazzjoni. |
1. AMBITU
|
1.1. |
Dan ir-Regolament japplika għall-firxa viżiva ta’ 180° fuq quddiem tas-sewwieqa tat-tratturi agrikoli. |
2. DEFINIZZJONIJIET
|
2.1. |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament “trattur agrikolu” tirreferi għal kull vettura mħaddma bil-mutur, sew jekk bir-roti u sew jekk bit-tracklaying, li għandha tal-anqas żewġ fwies, li t-tħaddim tagħha jiddependi b’mod essenzjali fuq it-tħaddim trattiv tagħha, u li hi ddisinjata apposta biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti għodda, magni jew trejlers intiżi għall-użu fl-agrikoltura jew fil-forestrija. Trattur bħal dan jista’ jiġi pożizzjonat biex iġorr tagħbija u lil min joqgħod magħha; |
|
2.2. |
“L-approvazzjoni ta’ trattur” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ trattur fir-rigward tal-firxa viżiva ddefinita fil-paragrafu 2.4; |
|
2.3. |
“It-tip ta’ trattur” tirreferi għall-kategorija ta’ tratturi li mhumiex differenti fir-rigward ta’ aspetti essenzjali bħalma huma:
|
|
2.4. |
“Il-firxa viżiva” tirreferi għat-total ta’ direzzjonijiet lejn in-naħa ta’ quddiem u fil-ġnub li jista’ jara minnhom is-sewwieq tat-trattur; |
|
2.5. |
“Il-punt ta’ referenza” jirreferi għall-punt li qiegħed fil-wita parallela sal-wita medjana lonġitudinali tat-trattur u jgħaddi miċ-ċentru tas-sedil, f’pożizzjoni ta’ 700 mm tul il-linja vertikali ‘il fuq mil-linja tal-intersezzjoni ta’ dik il-wita ma’ wiċċ is-sedil u 270 mm - fid-direzzjoni tal-parti li twieżen il-pelvi - mill-wita vertikali li tgħaddi mix-xifer ta’ quddiem tal-wiċċ tas-sedil u perpendikulari għall-wita medjana lonġitudinali tat-trattur (ara l-Figura 1); il-punt ta’ referenza hekk kif stabbilit japplika għal sedil vojt aġġustat fil-pożizzjoni medja kif preskritt mill-fabbrikant tat-trattur; |
|
2.6. |
“In-nofs-ċirku viżiv” jirreferi għan-nofs-ċirku deskritt minn raġġ ta’ 12-il metru madwar il-punt li jinsab fil-wita orizzontali tat-triq fil-linja vertikali “l isfel mill-punt ta” referenza b’tali mod li l-ark - kif jidher mid-direzzjoni li fiha tivvjaġġa l-vettura - ikun quddiem it-trattur, filwaqt li d-dijametru li jimmarka tarf in-nofs-ċirku jkun f’angolu ta’ 90 grad mal-assi lonġitudinali tat-trattur (ara l-Figura 2); |
|
2.7. |
“L-effett ta’ masking” jirreferi għall-kordi tas-setturi tan-nofs-ċirku viżiv li ma jistgħux jidhru minħabba l-komponenti strutturali - bħal, pereżempju, ir-roof-pillars, gradi tad-dħul tal-arja, exhaust stacks, oqfsa tal-windscreen, qafas protettiv; |
|
2.8. |
“Il-medda viżiva” tirreferi għal dik il-parti tal-firxa viżiva li hi mdawra:
|
|
2.9. |
“Il-medda fejn joperaw il-wipers tal-windscreen” tfisser il-medda fuq il-wiċċ ta’ barra tal-windscreen mimsuħa mill-wipers tal-windscreen. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ trattur fir-rigward tal-firxa viżiva tas-sewwieq għandha tittressaq mill-fabbrikant tat-trattur jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif xieraq. |
|
3.2. |
Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, kif ukoll id-dettalji li ġejjin:
|
|
3.3. |
Rappreżentant tat-trattur għat-tip ta’ trattur li għandu jiġi approvat għandu jitressaq għas-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija ta’ testijiet tal-approvazzjoni. |
4. APPROVAZZJONI
|
4.1. |
Jekk it-tip ta’ trattur imressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa l-obbligi tal-paragrafu 5 aktar ‘l isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ trattur. |
|
4.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri reċenti li saru lir-Regolament meta ħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta’ trattur ieħor kif iddefinit fil-paragrafu 2.3 aktar ‘il fuq. |
|
4.3. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ trattur skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li qed japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ma’ dan ir-Regolament. |
|
4.4. |
Ma’ kull trattur konformi ma’ tip approvat taħt dan ir-Regolament għandha titwaħħal, b’mod evidenti u f’post faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola ta’ approvazzjoni, marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti f’:
|
|
4.5. |
Jekk it-trattur jikkonforma mat-tip approvat ta’ trattur, taħt wieħed jew aktar minn wieħed mir-Regolamenti l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament, is-simbolu deskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dak il-każ in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom tkun ħarġet l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jitpoġġew fil-kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
|
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tat-trattur imwaħħla mill-fabbrikant. |
|
4.8. |
L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni. |
5. SPEĊIFIKAZZJONI
5.1. Ġenerali
|
5.1.1. |
It-trattur għandu jkun mibni u mgħammar b’tali mod li fit-traffiku tat-triq, u meta użat fl-agrikoltura jew il-forestrija, is-sewwieq ikollu firxa viżiva adegwata fil-kundizzjonijiet normali kollha tat-traffiku tat-triq u fix-xogħol fl-għelieqi u l-foresti. Il-firxa viżiva hija kkunsidrata adegwata meta s-sewwieq, meta possibbli, ikun jista’ jara parti minn kull rota ta’ quddiem u meta jkunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin: |
5.2. Verifika tal-firxa viżiva
5.2.1. Il-proċedura sabiex ikunu stabbiliti l-effetti tal-masking.
|
5.2.1.1. |
It-trattur għandu jitqiegħed fuq wiċċ orizzontali kif muri fil-Figura 2. Fuq livell ta’ appoġġ orizzontali mal-punt ta’ referenza, għandhom jiġu mmuntati żewġ punti ta’ sors ta’ dawl, eż. 2 x 150 W, 12 V, 65 mm bogħod minn xulxin u allokati simmetrikament rigward il-punt ta’ referenza. L-appoġġ irid ikun idur fuq il-punt taċ-ċentru tiegħu madwar fus vertikali mill-punt tar-referenza. Għall-fini tal-kejl tal-effetti tal-masking, l-appoġġ għandu jkun allineat b’mod li l-linja li tgħaqqad iż-żewġ punti ta’ sors ta’ dawl tkun perpendikolari mal-linja li tgħaqqad il-komponent tal-masking u l-punt tar-referenza. Għandu jiġi mmuntat l-aktar arranġament perikoluż ta’ tagħmir tat-tajers. Id-dellijiet (l-iktar dellijiet profondi) ipproġettati fuq in-nofs-ċirku viżiv mill-komponent tal-masking meta s-sorsi tad-dawl jinxtegħlu simultanjament jew alternattivament għandhom jiġu mkejla skont il-paragrafu 2.7 (il-figura 3). |
|
5.2.1.2. |
Kull effett ta’ masking ma għandux jaqbeż is-700 mm. |
|
5.2.1.3. |
L-effetti tal-masking dovuti għall-komponenti strutturali li jmissu magħhom fuq 80 mm wisa’ għandhom ikunu konfigurati hekk illi jkun hemm intervall ta’ mill-inqas 2 200 mm - imkejla bħala korda tan-nofs-ċirku viżiv - bejn iċ-ċentri ta’ żewġ effetti tal-masking. |
|
5.2.1.4. |
B’kollox, ma għandux ikun hemm aktar minn sitt effetti tal-masking fin-nofs-ċirku viżiv, u lanqas ma għandu jkun hemm aktar minn tnejn fil-medda viżiva msemmija fil-paragrafu 2.8. |
|
5.2.1.5. |
Madankollu, l-effetti tal-masking li jaqbżu s-700 mm imma li ma jaqbżux l-1 500 mm huma permissibbli jekk il-komponenti li jikkawżawhom ma jistgħux ikunu ddisinjati mill-ġdid jew rilokati. ‘Il barra mis-settur viżiv, fuq kull naħa jista’ jkun hemm total ta’ jew
|
|
5.2.1.6. |
Kull ostaklu għall-vista kkawżat mill-mirja li juru n-naħa ta’ wara ta’ mudell awtorizzat ma għandhom jitqiesu kemm-il darba dawn il-mirja ma jkunux jistgħu jiġu pożizzjonati b’mod differenti. |
5.2.2. Mod matematiku li jistabbilixxi l-effetti tal-masking tal-viżjoni binokulari.
|
5.2.2.1. |
Il-permissibbiltà ta’ effetti tal-masking differenti tista’ tkun verifikata matematikament aktar milli permezz tal-proċedura ta’ verifika li tissemma fil-paragrafu 5.2.1. Il-limitu tal-effetti tal-masking, u d-distribuzzjoni u n-numru tagħhom, għandu jkun irregolat mill-paragrafi 5.2.1.3 sal-5.2.1.6. |
|
5.2.2.2. |
Fuq il-bażi tal-vista binokulari u ta’ distanza bejn l-għajnejn ta’ 65 mm, l-effett tal-masking artikolat f’mm jista’ jiġi kkalkulat bil-formula
fejn a= id-distanza f’mm bejn il-komponent li qed jostakola l-vista u l-punt ta’ referenza, imkejla tul il-linja viżiva li jiltaqa’ mal-punt ta’ referenza, iċ-ċentru tal-komponent u d-dawra tan-nofs-ċirku viżiv; b= il-wisa’ f’mm tal-komponent li qed joskura l-vista, imkejla orizzontalment u perpendikolarment mal-linja viżiva. |
5.3. Il-proċeduri tal-verifika li jissemmew fil-paragrafu 5.2 jistgħu jiġu sostitwiti bi proċeduri oħrajn, u dan kemm-il darba wieħed ikun jista’ juri li dawn tal-aħħar huma validi bl-istess mod.
5.4. L-effett tal-masking tal-qafas tal-windscreen
Biex jiġu stabbiliti l-effetti tal-masking fis-settur tal-vista, l-effett tal-masking ikkawżat mill-qafas tal-windscreen u l-effett tal-masking ikkawżat minn ostaklu ieħor jistgħu, għall-finijiet tal-paragrafu 5.2.1.4 jitqiesu bħala effett tal-masking wieħed, kemm-il darba d-distanza bejn l-iktar punti mbiegħda ta’ dawn l-effetti tal-masking ma taqbiżx is-700 mm.
5.5. Wiper tal-windscreen
|
5.5.1. |
Jekk it-trattur huwa mgħammar b’windscreen, għandu jkun mgħammar ukoll b’wiper tal-windscreen, waħda jew iktar, li jaħdmu bil-mutur. Il-medda li joperaw fiha għandha tkun waħda li tiżgura vista ċara tan-naħa ta’ quddiem b’mod li tikkorrispondi għal korda waħda tan-nofs-ċirku u li ma tkunx inqas minn 8 mm fil-medda viżiva. |
|
5.5.2. |
Il-wipers tal-windscreen għandhom joperaw b’mhux inqas minn 20 ċiklu ta’ wiping kull minuta. |
6. MODIFIKI TAT-TIP TA’ TRATTUR U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
|
6.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ trattur għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva t-tip ta’ trattur. Id-dipartiment jista’, imbagħad, jew:
|
|
6.2. |
Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-modifiki, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq. |
|
6.3. |
L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din. |
7. KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI
|
7.1. |
Kull trattur li jkollu fuqu marka ta’ approvazzjoni kif preskritta minn dan ir-Regolament għandu jikkonforma mat-tip ta’ trattur u jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 hawn fuq. |
|
7.2. |
Sabiex tiġi vverifikata l-konformità kif preskritta fil-paragrafu 7.1 hawn fuq, għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ verifiki addoċċ fuq tratturi manifatturati f’serje li jġorru l-marka ta’ approvazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament. |
8. PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
8.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ trattur skont dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 7.1 ma jkunux imħarsa jew jekk it-trattur jonqos milli jgħaddi mill-verifiki preskritti fil-paragrafu 7 ta’ hawn fuq. |
|
8.2. |
Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha tavża b’dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI RTIRATA”. |
9. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-manifattura ta’ tip ta’ trattur approvat skont dan ir-Regolament, hu għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità li tkun ħarġet l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b’ittri kbar, l-annotament iffirmat u datat “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX”.
10. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U D-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli biex jagħmlu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li ħarġu l-approvazzjoni u li dwarhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
Figura 1
Figura 2
Figura 3
(1) 1 għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għaċ-Ċekoslovakkja, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 għar-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja, 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall u 22 għall-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi. In-numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jidħlu għall-Ftehim li jikkonċerna l-Adozzjoni tal-Kundizzjonijiet Uniformi tal-Approvazzjoni u r-Rikonoxximent Reċiproku tal-Approvazzjoni għal Tagħmir u Partijiet ta’ Vetturi bil-Mutur, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)
MUDELL B
(ara l-paragrafu 4.5. ta’ dan ir-Regolament)
(1) In-numru tal-aħħar qed jingħata biss bħala eżempju.
|
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/38 |
It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument TRANS/WP.29/343 tal-istatus UN/ECE, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 125 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi bil-magna fir-rigward tal-firxa viżiva fuq quddiem tas-sewwieq
Tinkorpora t-test validu kollu sa:
|
|
Is-suppliment 1 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-3 ta' Frar 2008 |
|
|
Is-suppliment 2 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ: id-19 ta’ Awwissu 2010 |
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Il-kamp ta' applikazzjoni u l-għan |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet |
|
6. |
Proċedura tat-test |
|
7. |
Il-modifiki tat-tip ta' vettura u l-estenzjoni għall-approvazzjoni |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Sanzjonijiet għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għal kollox |
|
11. |
L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi |
ANNESSI
|
Anness 1: |
Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, jew il-produzzjoni mwaqqfa għal kollox, ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-firxa viżiva tas-sewwieq skont ir-Regolament Nru 125 |
|
Anness 2: |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
|
Anness 3: |
Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bil-qiegħda fil-vetturi bil-magna |
|
Anness 4: |
Metodu biex jiġu ddeterminati r-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-marki ta' referenza ewlenin tal-vettura u l-gradilja ta' referenza tridimensjonali |
1 IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI U L-GĦAN
|
1.1. |
Dan ir-Regolament japplika għall-firxa viżiva ta' 180° fuq quddiem tas-sewwieqa tal-vetturi tal-kategorija M1 (1). |
|
1.2. |
L-għan tiegħu huwa li jiżgura firxa viżiva xierqa meta l-windskrin u uċuħ oħra tal-ħġieġ ikunu ndaf u xotti. |
|
1.3. |
Il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva huma miktuba b'tali mod illi japplikaw għall-vetturi li jaqgħu taħt il-kategorija M1 illi fihom is-sewwieq ikun fuq ix-xellug. Għall-vetturi ta' kategorija M1 illi fihom is-sewwieq ikun fuq il-lemin, dawn il-ħtiġiet għandhom jiġu applikati billi jinqalbu l-kriterji fejn jixraq. |
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
|
2.1. |
“Approvazzjoni ta' tip ta' vettura” tfisser il-proċedura kollha li biha Parti Kontraenti għall-Ftehim tiċċertifika li tip ta' vettura tissodisfa l-ħtiġijiet tekniċi ta' dan ir-Regolament; |
|
2.2. |
“Tip ta' vettura fir-rigward tal-firxa viżiva” tfisser vetturi li ma jkunux ivarjaw f'aspetti ewlenin bħal:
|
|
2.3. |
“Gradilja ta' referenza tridimensjonali” tfisser sistema ta' referenza li tikkonsisti fi pjan wieqaf lonġitudinali X-Z, fuq pjan mindud X-Y u pjan wieqaf trasversali Y-Z (ara l-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 6); il-gradilja tintuża biex tiddetermina r-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-pożizzjonijiet tal-punti tad-disinn fuq d-disinji u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura attwali. Il-proċedura biex tiġi lokalizzata l-vettura fir-rispett tal-gradilja hija speċifikata fl-Anness 4; il-koordinati kollha li jirreferu għal ground żero għandhom jiġu bbażati fuq vettura f'kondizzjoni ta' sewqan (2) b' passiġġier wieħed fis-sit ta' quddiem, bil-massa tal-passiġġier li tkun ta' 75 kg ± 1 fil-mija.
|
|
2.4. |
“Marki ta' referenza primarji” jfissru toqob, uċuħ, marki u sinjali ta' identifikazzjoni fuq il-body tal-vettura. It-tip ta' marka ta' referenza użata u l-pożizzjoni ta' kull marka relattiva għall-koordinati X, Y u Z tal-gradilja tridimensjonali ta' referenza u għall-pjan terran tad-disinn għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur tal-vettura. Dawn il-marki jistgħu ikunu l-punti tal-kontroll użati għar-raġunijiet ta' immontar tal-bodi. |
|
2.5. |
“L-angolu tad-dahar tas-sit” tfisser l-angolu definit fl-Anness 3, paragrafu 2.6 jew 2.7. |
|
2.6. |
“L-angolu attwali tad-dahar tas-sit” tfisser l-angolu definit fl-Anness 3, paragrafu 2.6. |
|
2.7. |
“L-angolu indikat tad-dahar tas-sit” tfisser l-angolu definit fl-Anness 3, paragrafu 2.7. |
|
2.8. |
“Punti V” tfisser punti illi l-pożizzjoni tagħhom fil-kompartiment tal-passiġġier hija ddeterminata mill-pjani wieqfa lonġitudinali li jgħaddu miċ-ċentri tal-posizzjonijiet indikati ta' bilqiegħda ta' barra nett, fuq is-sit ta' quddiem u f'relazzjoni mal-punt “R” u l-angolu indikat tad-dahar tas-sit, liema punti jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità mal-ħtiġiet tal-kamp viżiv |
|
2.9. |
“Il-punt R jew il-punt ta' referenza għal bilqiegħda” |
|
2.10. |
“Il-punt H” tfisser il-punt iddefinit fl-Anness 3, paragrafu 2.3. |
|
2.11. |
“Il-punti datum tal-windskrin” tfisser il-punti lokalizzati fl-intersezzjoni mal-windskrin ta' linji li jirradjaw ’il quddiem mill-punti V għas-superfiċi esterjuri tal-windskrin. |
|
2.12. |
“Vetturi blindati” tfisser vetturi maħsuba għall-protezzjoni ta' passiġġieri u/jew ta' merkanzija trasportati u li jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' kontra l-bullits b'kisi ta' blindatura. |
|
2.13. |
“Żona trasparenti” tfisser dik iż-żona tal-windskrin ta' vettura jew superfiċi oħra tal-ħġieġ illi t-trażmissjoni tad-dawl minnha, imkejla f'angolu skwerra mas-superfiċi, ma tkunx inqas minn 70 %. Fil-każ ta' vetturi blindati l-fattur ta' trażmissjoni tad-dawl ma jkunx inqas minn 60 %. |
|
2.14. |
“Punti P” tfisser il-punti li madwarhom iddur ras is-sewwieq meta jkun qed iħares lejn oġġetti fuq pjan mindud fuq l-istess livell tal-għajnejn. |
|
2.15. |
“Punti E” tfisser punti li jirrappreżentaw iċ-ċentru ta' għajnejn is-sewwieq u dawk użati biex jistmaw kemm jagħttu mill-firxa viżiva l-pilastri A. |
|
2.16. |
“Pilastru A” tfisser kull appoġġ tas-saqaf li qiegħed ’il quddiem mill-pjan trasversali wieqaf li qiegħed 68 mm quddiem il-punti V u tinkludi oġġetti li mhumiex trasparenti, bħall-gwarniċ tal-windskrin u tal-bibien, li huma mwaħħlin jew imissu ma' dan l-appoġġ. |
|
2.17. |
“Medda tal-aġġustament minduda tas-sit” tfisser il-medda ta' pożizzjonijiet normali tas-sewqan indikati mill-manifattur tal-vettura għall-aġġustament tas-sit tas-sewwieq fid-direzzjoni tal-assi X (ara l-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq). |
|
2.18. |
“Medda tal-aġġustament tas-sit estiża” tfisser il-medda indikata mill-manifattur tal-vettura għall-aġġustament tas-sit fid-direzzjoni tal-assi X (ara l-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq) lil hinn mill-medda tal-pożizzjonijiet normali tas-sewqan speċifikati fil-paragrafu 2.16 u wżati biex jikkonvertu s-sits f'sodod jew biex jiffaċilitaw id-dħul fil-vettura. |
3. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tal-firxa viżiva tas-sewwieq għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. |
|
3.2. |
Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji kif ukoll id-dettalji li ġejjin:
|
|
3.3. |
Vettura li tirrappreżenta t-tip ta' vettura li għandha tiġi approvata għandha titressaq quddiem is-Servizz Tekniku li jkun qed iwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni. |
4. L-APPROVAZZJONI
|
4.1. |
Jekk it-tip tal-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dik it-tip ta' vettura. |
|
4.2. |
Numru ta’ approvazzjoni għandu jiġi assenjat għal kull tip approvat; l-ewwel żewġ figuri (00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar reċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru għall-istess tip ta' vettura li tkun mgħammra b'tip ieħor ta' firxa viżiva, jew għal tip ieħor ta' vettura. |
|
4.3. |
Għandha tintbagħat notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ ċaħda ta’ approvazzjoni skont dan ir-Regolament lill-Partijiet ikkonċernati għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 u ritratti u/jew disinji mogħtija mill-applikant f’format mhux ikbar mid-daqs A4 (210 × 297 mm) jew mitwi għal dak il-format u fuq skala xierqa. |
|
4.4. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod li jidher u f’post li huwa faċilment aċċessibbli li jiġi speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tikkonforma mal-mudell li hemm spjegata fl-Anness 2 u li tikkonsisti minn:
|
|
4.5. |
Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta’ vettura approvata, taħt wieħed jew aktar Regolamenti oħra annessi ma’ dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jittenna; f'dan il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu f'kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu li hemm preskritt fil-paragrafu 4.4.1 hawn fuq. |
|
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista' tinqara b'mod ċar u li ma tistax titħassar. |
|
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib it-tabella tad-dejta tal-vettura jew fuqha. |
5. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET
5.1. Il-firxa viżiva tas-sewwieq.
|
5.1.1. |
Il-parti trasparenti tal-windskrin għandha tinkludi għallinqas il-punti datum tal-windskrin (ara l-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 1):
|
|
5.1.2. |
L-angolu ta' ostakolu għal kull pilastru “A”, kif deskritt fil-punt 5.1.2.1, m'għandux jaqbeż 6° (ara l-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 3). Fil-każ ta' vetturi blindati dan l-angolu ma għandux ikun ikbar minn 10°.
L-angolu ta' ostakolu tal-pilastru “A” fuq in-naħa tal-passiġġier, kif deskritt fil-punt 5.1.2.1.2, m'hemmx bżonn ikun determinat jekk iż-żewġ pilastri huma ppustjati simmetrikament b'relazzjoni mal-pjan medjan wieqaf lonġitudinali tal-vettura. |
|
5.1.2.1. |
L-angolu ta' ostakolu ta' kull pilastru “A” għandu jitkejjel billi jiġu superimposti fuq pjan iż-żewġ sezzjonijiet mindudin li ġejjin:
|
|
5.1.2.1.1. |
L-angolu ta' ostakolu tal-pilastru “A” fuq in-naħa tas-sewwieq huwa l-angolu ffurmat fuq il-vista tal-pjan minn parallel, li jibda mill-E2, għat-tanġent li jgħaqqad l-E1 mat-tarf ta' barra tas-Sezzjoni S2 u t-tanġent li jgħaqqad l-E2 mat-tarf ta' ġewwa tas-Sezzjoni S1 ara l-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 3). |
|
5.1.2.1.2. |
L-angolu ta' ostakolu tal-pilastru “A” fuq in-naħa tal-passiġġier huwa l-angolu ffurmat fuq il-vista tal-pjan mit-tanġent li jgħaqqad l-E3 mat-tarf ta' ġewwa tas-Sezzjoni S1 u parallel, li jibda mill-E3, għat-tanġent li jgħaqqad l-E4 mat-tarf ta' barra tas-Sezzjoni S2 (ara l-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 3). |
|
5.1.2.2. |
Ebda vettura ma għandu jkollha iżjed minn żewġ pilastri A. |
|
5.1.3. |
Minbarra l-ostakoli maħluqa mill-pilastri “A”, il-vireg ta' diviżjoni tal-ventilatur jew tat-tieqa tal-ġenb, fissi jew mobbli, l-erjals ta' barra tar-radju, il-mirja li minnhom tara wara u l-wajpers tal-windskrin, ma għandu jkun hemm ebda ostakolu għall-firxa viżiva diretta tas-sewwieq 180° ’il quddiem taħt il-pjan mindud li jgħaddi minn ġol-V1, u fuq tliet pjanijiet minn ġol-V2, wieħed perpendikolari għall-pjan X-Z u li jinklina 'l quddiem b'4° taħt l-orizzontal, u t-tnejn l-oħra perpendikolari għall-pjan Y-Z u li jinklinaw 4° taħt l-orizzontal (ara l-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 4).
Dawn li ġejjin mhumiex ikkunsidrati bħala ostakoli għall-firxa viżiva:
|
|
5.1.3.1 |
Ostakolu magħmul mix-xifer tar-rota tal-istering u l-panew tal-istrumenti ġor-rota tal-istering ikun aċċettat jekk pjan minn ġol-V2, perpendikulari għall-pjan x – z u tanġenzjali għall-ogħla punt tax-xifer tar-rota tal-istering, ikun jintlewa 'l isfel b'mill-inqas 1° taħt l-orizzontal.
Jekk ir-rota tal-istering tkun waħda li taġġusta ruħha, għandha tkun imqiegħda fil-pożizzjoni normali indikata mill-manifattur, jew jekk dan ma jistax isir, fin-nofs tal-limiti tal-aġġustamenti. |
5.2. Il-pożizzjonijiet tal-punti V
|
5.2.1. |
Il-pożizzjonijiet tal-punti V b'relazzjoni mal-punt “R”, kif indikat mill-koordinati XYZ minn fuq il-gradilja ta' referenza tridimensjonali, huma kif murija fit-Tabelli I u IV. |
|
5.2.2. |
It-Tabella I tindika l-koordinati ewlenin għal angolu ippjanat ta' 25° tad-dahar tas-sit. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati hija indikata fil-figura 1 fl-appendiċi tal-Anness 4.
Tabella I
|
5.3. Il-pożizzjonijiet tal-punti P
|
5.3.1. |
Il-pożizzjonijiet tal-punti P b'relazzjoni mal-punt “R”, kif indikat mill-koordinati XYZ minn fuq il-gradilja tar-referenza tridimensjonali, huma kif murija fit-Tabelli II, III u IV. |
|
5.3.1.1. |
It-Tabella II tqiegħed il-koordinati bażi għal angolu ippjanat ta' 25° tad-dahar tas-sit. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati hi mniżżla fl-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 1.
Il-punt Pm huwa l-punt ta' intersezzjoni bejn il-linja dritta li tagħqad il-P1, u l-P2 u l-pjan wieqaf lonġitudinali li jgħaddi mill-punt “R”. Tabella II
|
|
5.3.1.2. |
It-Tabella III turi l-korrezzjonijiet addizzjonali li għandhom isiru għall-koordinati tal-P1 u l-P2 meta l-medda tal-aġġustament orizzontali tas-sit kif iddefinit fil-paragrafu 2.16 jaqbeż il-108 mm. Id-direzzjoni pożittiva għall-koordinati hija indikata fl-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 1.
Tabella III
|
5.4. Il-korrezzjoni għall-angoli ppjanati tad-dahar tas-sits minbarra dawk ta' 25°
It-Tabella IV turi l-korrezzjonijiet ulterjuri li għandhom isiru fuq il-koordinati X u Z ta' kull punt P u kull punt V meta l-angolu ppjanat tad-dahar tas-sit ma jkunx ta' 25°. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati hija indikata fil-figura 1 fl-appendiċi tal-Anness 4.
Tabella IV
|
L-angolu tad-dahar tas-sit (fi °) |
koordinati orizzontali Δx |
Koordinati weqfin Δz |
|
5 |
– 186 mm |
28 mm |
|
6 |
– 177 mm |
27 mm |
|
7 |
– 167 mm |
27 mm |
|
8 |
– 157 mm |
27 mm |
|
9 |
– 147 mm |
26 mm |
|
10 |
– 137 mm |
25 mm |
|
11 |
– 128 mm |
24 mm |
|
12 |
– 118 mm |
23 mm |
|
13 |
– 109 mm |
22 mm |
|
14 |
–99 mm |
21 mm |
|
15 |
–90 mm |
20 mm |
|
16 |
–81 mm |
18 mm |
|
17 |
–72 mm |
17 mm |
|
18 |
–62 mm |
15 mm |
|
19 |
–53 mm |
13 mm |
|
20 |
–44 mm |
11 mm |
|
21 |
–35 mm |
9 mm |
|
22 |
–26 mm |
7 mm |
|
23 |
–18 mm |
5 mm |
|
24 |
–9 mm |
3 mm |
|
25 |
0 mm |
0 mm |
|
26 |
9 mm |
–3 mm |
|
27 |
17 mm |
–5 mm |
|
28 |
26 mm |
–8 mm |
|
29 |
34 mm |
–11 mm |
|
30 |
43 mm |
–14 mm |
|
31 |
51 mm |
–18 mm |
|
32 |
59 mm |
–21 mm |
|
33 |
67 mm |
–24 mm |
|
34 |
76 mm |
–28 mm |
|
35 |
84 mm |
–32 mm |
|
36 |
92 mm |
–35 mm |
|
37 |
100 mm |
–39 mm |
|
38 |
108 mm |
–43 mm |
|
39 |
115 mm |
–48 mm |
|
40 |
123 mm |
–52 mm |
5.5. Il-pożizzjonijiet tal-punti E
|
5.5.1. |
Il-punti E1 u E2 qegħdin imbegħdin b' 104 mm kull wieħed mill-P1.
L-E2 qiegħed 65 mm ’il bogħod mill-E1 (ara l-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 4) |
|
5.5.2. |
Il-linja dritta li tgħaqqad l-E1 u l-E2 hi mdawwra madwar il-P1 sakemm it-tanġent li jgħaqqad l-E1 mat-tarf ta' barra tas-Sezzjoni 2 tal-pilastru “A” fuq in-naħa tas-sewwieq ikun normali mal-linja dritta E1-E2 (ara l-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 3) |
|
5.5.3. |
Il-punti E3 u E4 qegħdin imbegħdin b' 104 mm kull wieħed mill-P1. L-E3 huwa 65 mm ’il bogħod mill-E4. (ara l-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 4) |
|
5.5.4. |
Il-linja dritta E3-E4 hi mdawwra madwar il-P2 sakemm it-tanġent li jgħaqqad l-E4 mat-tarf ta' barra tas-Sezzjoni 2 tal-pilastru A fuq in-naħa tal-passiġġier ikun normali mal-linja dritta E3-E4 (ara l-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 3) |
6. IL-PROĊEDURA TAT-TEST
6.1. Il-firxa viżiva tas-sewwieq
|
6.1.1 |
Ir-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-marki ta' referenza ewlenin tal-vettura u l-gradilja ta' referenza tridimensjonali għandhom ikunu ddeterminati permezz tal-proċess preskritt fl-Anness 4. |
|
6.1.2. |
Il-pożizzjonijiet tal-punti V1 u V2 hija ddeterminata b'relazzjoni mal-punt “R” kif indikat mill-koordinati XYZ tal-gradilja ta' referenza tridimensjonali u huma indikati fit-Tabella 1 fit-taqsima 5.2.2 u fit-Tabella IV fit-taqsima 5.4. Il-punti datum tal-windskrin imbagħad għandhom jinstabu permezz tal-punti V ikkoreġuti kif preskritt fil-paragrafu 5.1.1. |
|
6.1.3. |
Ir-relazzjonijiet bejn il-punti P u l-punt “R” u l-linja ċentrali tal-pożizzjoni bilqiegħda tas-sewwieq, kif indikata mill-koordinati XYZ tal-gradilja ta' referenza tridimensjonali, għandhom jiġu ddeterminati mit-Tabelli II u III fil-paragrafu 5.3. Il-korrezzjoni għall-angoli ppjanati tad-dahar tas-sit li mhumiex ta' 25°grad tidher fit-Tabella IV fit-taqsima 5.4. |
|
6.1.4. |
L-angolu ta' ostakolu (ara l-paragrafu 5.1.2) għandu jitkejjel fil-pjanijiet inklinati kif indikat fl-Anness 4, l-appendiċi, il-Figura 2. Ir-relazzjoni bejn il-P1 u l-P2, li huma konnessi mal-E1 u l-E2, u l-E3 u l-E4, rispettivament, hi murija fl-Anness 4, l-appendiċi, il-figura 5. |
|
6.1.4.1. |
Il-linja dritta E1-E2 għandha titqiegħed kif deskritt fil-paragrafu 5.5.2. L-angolu tal-ostakolu tal-pilastru A fuq in-naħa tas-sewwieq jitkejjel kif speċifikat fil-paragrafu 5.1.2.1.1. |
|
6.1.4.2. |
Il-linja dritta E3-E4 għandha titniżżel kif deskritt fil-paragrafu 5.5.4. L-angolu ta' ostakolu tal-pilastru A fuq in-naħa tal-passiġġier għandu imbagħad jitkejjel kif speċifikat fil-paragrafu 5.1.2.1.2. |
|
6.1.5 |
Il-manifattur jista' jkejjel l-angolu ta' ostakolu jew fuq il-vettura jew fid-disinji. F'każ ta' dubju is-Servizzi Tekniċi jistgħu jeħtieġu li jitwettqu t-testijiet fuq il-vettura.’ |
7. IL-MODIFIKAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
|
7.1. |
Kull modifika tat-tip ta' vettura kif iddefinit fil-paragrafu 2.2 hawn fuq, għandha tkun innotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li approva t-tip ta' vettura. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:
|
|
7.2. |
Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tkun ikkomunikata lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura indikata fil-paragrafu 4.3 hawn fuq. |
|
7.3. |
L-Awtorità Kompetenti għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti oħrajn bl-estenzjoni permezz tal-formola ta' komunikazzjoni li tidher fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament. Għandha tassenja numru serjali lil kull estenzjoni li jkun magħruf bħala n-numru tal-estenzjoni. |
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
8.1. |
Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali ddefiniti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), u jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
8.2. |
Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b'mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5 ta' hawn fuq. |
|
8.3. |
L-Awtorità Kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-konformità tal-mezzi ta’ kontroll li huma applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn. |
9. SANZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
9.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip tal-vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8 ta' hawn fuq ma jkunux rispettati. |
|
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament. |
10. IL-PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur ta' approvazzjoni jieqaf b'mod permanenti mill-manifattura ta' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.
11. L-ISMIJIET U L-INIDRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, li japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi risponsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni.
(1) Kif iddefinit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar mill-Amend.4).
(2) Il-massa ta' vettura f'kondizzjoni ta' sewqan tinkludi l-massa tal-vettura bil-bodi, bil-likwidi tat-tkessiħ, bil-lubrikanti, bil-karburant, 100 fil-mija talikwidi oħra, l-għodda, l-istepni u s-sewwieq. Il-massa tas-sewwieq hija stmata għal 75 kg (imqassmin kif ġej: 68 kg għall-massa tal-persuna u 7 kg għall-massa ta' dak li qed jinġarr, skont l-Istandard ISO 2416:1992. It-tank fih 90 fil-mija u l-kontenituri l-oħra tal-likwidi (minbarral dawk li huma maħsubin għall-ilma li jkun skart) fihom 100 fil-mija tal-kapaċità ddikjarata mill-manifattur.
(3) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw il-marka tal-approvazzjoni ECE rispettiva tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta) u 56 għall-Montenegro. In-numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lill-pajjiżi l-oħra fl-ordni kronoloġiku li fiha jirratifikaw il-Ftehim Li Jikkonċerna L-Adozzjoni Ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi Għall-Vetturi bir-Roti, Għal-apparat U Għall-Partijiet Li Jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw Fuq Vetturi Bir-Roti U L-Kondizzjonijiet Għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija Abbażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet jew l-ordni kronoloġika li bihom jaċċettaw dan il-Ftehim, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
(4) Kif inhu ddefinit fl-Anness 18, il-paragrafu 2.2 tar-Regolament Nru 43 dwar l-approvazzjoni tal-ħġieġ u l-materjal tal-ħġieġ tas-sikurezza.
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
(ara l-paragrafi 4.4. sa 4.4.2 ta' dan ir-Regolament)
ANNESS 3
Il-proċedura biex jiġi ddeterminat il-punt “H” u l-angolu reali tat-torso f'pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi bil-mutur
1. L-GĦAN
1.1. Il-proċedura deskritta f'dan l-anness tintuża biex ikun stabbilit fejn jinsab il-punt “H” u l-angolu reali tat-torso għal pożżizjoni waħda, jew aktar pożizzjonijiet, ta' bilqiegħda f'vettura bil-mutur u biex tkun ivverifikata r-relazzjoni tad-dejta mkejla għall-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn mogħtija mill-manifattur tal-vettura (1).
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-għanijiet ta’ dan l-anness.
2.1. “Id-dejta ta’ referenza” tfisser karatteristika waħda jew diversi karatteristiċi minn dawn li ġejjin ta’ pożizzjoni bil-qiegħda:
|
2.1.1. |
il-punt “H” u l-punt “R” u r-relazzjoni tagħhom; |
|
2.1.2. |
l-angolu reali tat-torso u l-angolu tad-disinn tat-torso u r-relazzjoni tagħhom. |
2.2. “Il-magna tridimensjonali tal-punt ‘H’ ” (magna 3-D “H”) tfisser l-apparat użat għad-determinazzjoni tal-punti “H” u tal-angoli reali tat-torso. Dan l-apparat huwa deskritt fl-Appendiċi 1 għal dan l-anness.
2.3. Il-punt “H” tfisser iċ-ċentru tal-pern tat-torso u tal-koxxa tal-magna 3-D H installata fis-sit tal-vettura skont il-paragrafu 4 ta’ hawn taħt. Il-punt “H” jinstab fiċ-ċentru tal-linja ċentrali tal-apparat li hi bejn il-buttuni tal-viżjoni tal-punt “H” fuq kull naħa tal-magna 3-D H. Il-punt “H” jikkorrispondi teoretikament għall-punt “R” (għat-tolleranzi, ara l-paragrafu 3.2.2 isfel). Ladarba jkun iddeterminat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 4, il-punt “H” jitqies bħala fiss f’relazzjoni mal-istruttura tal-kuxxin tas-sit u li jiċċaqlaq magħha meta s-sit ikun aġġustat;
2.4. “Il-punt “R” ” jew “il-punt ta’ referenza ta’ bil-qiegħda” ifissru punt ta’ disinn iddefinit minn manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bilqiegħda u stabbilit fir-rigward tas-sistema tridimensjonali ta’ referenza;
2.5. “Il-linja tat-torso” tfisser il-linja ċentrali tas-sonda tal-magna 3-D H meta s-sonda tkun fil-pożizzjoni għalkollox lura;
2.6. “L-angolu reali tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali mil-punt “H” u l-linja tat-torso bl-użu tal-angolu ta’ wara tal-kwadrant fil-magna 3-D H. L-angolu reali tat-torso jikkorrispondi teoretikament mal-angolu tat-torso ddisinjat (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2. hawn taħt).
2.7. “L-angolu tat-torso skont id-disinn” tfisser il-qisien tal-angolu bejn linja vertikali li tgħaddi mill-punt “R” u l-linja tat-torso f'pożizzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni skont id-disinn tad-dahar tas-sit stabbilit mill-manifattur tal-vettura.
2.8. “Il-pjan ċentrali tal-okkupant” (CPO) tfisser il-pjan medjan tal-magna 3-D H imqiegħed f'kull pożizzjoni ta' bilqiegħda indikata; huwa rrappreżentat mill-koordinat tal-punt“H” fuq l-assi Y. Għas-sits individwali, il-pjan ċentrali tas-sit jikkoinċida mal-pjan ċentrali tal-okkupant. Għas-sits l-oħra, il-pjan ċentrali tal-okkupant ikun speċifikat mill-manifattur.
2.9. “Sistema ta' referenza tridimenzjonali” tfisser sistema kif inhi deskritta fl-Appendiċi 2 ta' dan l-anness.
2.10. “Marki ta' riferiment” huma punti fiżiċi (toqob, uċuh, marki jew marki forma ta' sinniet) fuq il-bodi tal-vettura ddefiniti mill-manifattur.
2.11. “Attitudni ta' qisien tal-vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura ddefinita mill-koordinati tal-marki ta' riferiment fis-sistema ta' referenza tridimensjonali.
3. ĦTIĠIET
3.1. It-tressiq tad-dejta
Għal kull pożizzjoni bilqiegħda fejn hija meħtieġa d-dejta ta' referenza biex turi konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, id-dejta kollha li ġejja, jew selezzjoni xierqa minnha għandha titressaq fil-formola indikata fl-Appendiċi 3 ta' dan l-anness:
|
3.1.1. |
il-koordinati tal-punt “R” b'relazzjoni mas-sistema ta' referenza tridimensjonali; |
|
3.1.2. |
l-angolu ddiżinjat għat-torso; |
|
3.1.3. |
l-indikazzjonijiet kollha meħtieġi biex jiġi aġġustat is-sit (jekk dan jista' jiġi aġġustat) għall-pożizzjoni għall-qisien stipulat fil-paragrafu 4.3 hawn taħt. |
3.2. Ir-relazzjoni bejn id-dejta mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn
3.2.1. Il-koordinati tal-punt “H” u l-valur tal-angolu reali tat-torso miksub permezz tal-proċedura stipulata fil-paragrafu 4 hawn taħt għandhom jiġu mqabbla, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u l-valur tal-angolu tat-torso fid-disinn indikat mill-manifattur tal-vettura.
3.2.2. Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt “R” u l-punt “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tat-torso ddiżenjat u l-angolu reali tat-torso jkunu meqjusa aċċettabbli għall-pożizzjoni bilqiegħda kkonċernata jekk il-punt “H”, kif definit mill-koordinati tiegħu, ikun fi kwadru li l-ġnub tiegħu jkunu twal 50 mm u d-djagunali tagħhom jissallbu fil-punt “R”, u jekk id-differenza bejn l-angolu reali tat-torso u l-angolu ddiżinjat tat-torso hija ta' bejn 5o u inqas.
3.2.3. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-punt “R” u l-angolu ddiżinjat tat-torso għandhom jintużaw biex juru l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
3.2.4. Jekk il-punt “H” jew l-angolu reali tat-torso ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-punt 3.2.2 ta' hawn fuq, il-punt “H” u l-angolu reali tat-torso għandhom jitkejlu darbtejn oħra (tliet darbiet b'kollox). Jekk ir-riżultati ta' tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw il-ħtiġijiet, japplikaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3.2.3 ta' hawn fuq;
3.2.5. Jekk ir-riżultati ta' mill-inqas tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 3.2.4 ta' hawn fuq ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-paragrafu 3.2.2, jew jekk ma tistax issir verifika minħabba li l-manifattur tal-vettura ma tax informazzjoni dwar il-punt “R” jew dwar l-angolu ddiżenjat tat-torso, għandhom jintużaw l-punt tat-tislib tat-tliet punti mkejlin jew il-medja tat-tliet angoli mkejlin u jkunu meqjusa li huma applikabbli fil-każijiet kollha fejn jissemma l-punt “R” jew l-angolu ddiżenjat tat-torso f'dan ir-Regolament.
4. IL-PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT “H” U L-ANGOLU REALI TAT-TORSO
4.1. Il-vettura għandha tiġi prekondizzjonata, għad-diskrezzjoni tal-manifattur, f'temperatura ta' 20o C + 10o C biex ikun żgurat li l-materjal tas-sit jasal għat-temperatura ambjentali. Jekk ħadd qatt ma poġġa fis-sit li se jiġi kkontrollat, għandha tpoġġi persuna, jew jitpoġġa oġġett li jiżen bejn 70 u 80 kg, darbtejn għal minuta kull darba, biex jilwi l-kuxin u d-dahar. Fuq talba tal-manifattur, il-muntaturi kollha tas-sits għandhom jibqgħu vojta għal perjodu minimu ta' 30 minuta qabel l-installazzjoni tal-magna 3-D H.
4.2. Il-vettura għandha tkun fil-pożizzjoni ta’ kejl iddefinita fil-paragrafu 2.11 ta’ hawn fuq.
4.3. Is-sit, jekk ikun jista’ jiġi aġġustat, għandu l-ewwel ikun aġġustat għall-pożizzjoni l-iktar lura ta’ sewqan jew ta’ ġarr, kif indikat mill-manifattur tal-vettura, filwaqt li jitqies biss l-aġġustament lonġitudinali tas-sit, u jkun eskluż il-moviment tas-sit li jintuża għal finijiet oħra li ma jkunux dawk ta’ sewqan jew ta’ ġarr normali. Meta jkunu jeżistu modi oħra ta’ aġġustament tas-sit (vertikali, angolari, tad-dahar tas-sit, eċċ) dawn imbagħad se jkunu aġġustati għall-pożizzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Għas-sits bis-sospensjoni, il-pożizzjoni vertikali għandha tkun iffissata b’mod riġidu b’mod li tikkorrispondi għal pożizzjoni normali ta’ sewqan skont kif ikun speċifikat mill-manifattur.
4.4. Iż-żona tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda li tkun ħadet il-magna 3-D H għandha tkun miksija bi drapp tal-qoton tal-musulina, ta’ daqs biżżejjed u ta’ tessut adattat, deskritt bħala drapp tal-qoton sempliċi li jkollu 18.9 ħajt għal kull ċm2 u li jiżen 0,228 kg/m2 jew li jkun drapp innitjat jew li ma jkunx minsuġ li jkollu karatteristiċi ekwivalenti.
Jekk it-test isir fuq sit barra mill-vettura, l-art li fuqha jitpoġġa s-sit għandu jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali (2) bħall-art tal-vettura li fiha jkun hemm il-ħsieb li jintuża s-sit.
4.5. Qiegħed is-sit u l-immontar tad-dahar tal-magna 3-D H b’mod u manjiera li l-pjan ċentrali tal-okkupant (CPO) jikkoinċidi mal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H. Fuq talba tal-manifattur, il-magna 3-D H tista’ tiġi mċaqilqa ’l ġewwa fejn għandu x’jaqsam s-CPO jekk il-magna 3-D H titqiegħed tant ’il barra li t-tarf tas-sit mhux se jħalli l-livellar tal-magna 3-D H..
4.6. Waħħal l-immontar tas-sieq u tan-naħa t’isfel tar-riġel mal-immontar tal-qiegħ tas-sit, jew b’mod individwali jew billi tuża t-T-bar u l-immontar tan-naħa t’isfel tar-riġel. Il-linja li tgħaddi mill-buttuni tal-vista tal-punt “H” għandha tkun parallela mal-art u perpendikulari mal-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.
4.7. Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-sieq u tar-riġel tal-magna 3-D H kif ġej:
4.7.1. Il-pożizzjoni ta’ bilqiegħda ppjanata: is-sewwieq u passiġġier fuq quddiem u fin-naħa ta’ barra
|
4.7.1.1. |
L-immontar kemm tas-sieq kif ukoll tar-riġel għandhom ikunu mċaqalqa ’l quddiem b’mod u manjiera li s-saqajn jieħdu pożizzjonijiet naturali mal-art, bejn il-pedali tat-tħaddim jekk dan ikun meħtieġ. Fejn ikun possibbli, is-sieq xellugija għandha titqiegħed bejn wieħed u ieħor l-istess distanza fuq ix-xellug tal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H bl-istess mod kif is-sieq leminija għandha titqiegħed fuq il-lemin. L-invell li jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-magna 3-D H jinġieb għall-pożizzjoni orizzontali permezz ta’ aġġustament mill-ġdid tal-qiegħ tas-sit jekk ikun meħtieġ, jew billi jiġi aġġustat l-immontar tas-sieq u tar-riġel lejn wara. Il-linja li tgħaddi mill-buttuni tal-vista tal-punt “H” għandhom jinżammu perpendikulari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit. |
|
4.7.1.2. |
Jekk ir-riġel xellugi ma jistax jinżamm parallel għar-riġel lemini u s-sieq xellugija ma tistax tiġi sostnuta mill-istruttura, ċaqlaq is-sieq xellugija sakemm tkun sostnuta. L-allinjament tal-buttuni tal-vista għandu jinżamm. |
4.7.2. Designated seating position: outboard rear seat
Għas-sits ta’ wara jew dawk awżiljarji, is-saqajn jitqiegħdu kif inhu speċifikat mill-manifattur. Jekk is-saqajn imbagħad iserrħu fuq partijiet mill-art li jkunu fuq livelli differenti, l-ewwel sieq li tiġi f’kuntatt mas-sit ta’ quddiem għandha sservi bħala referenza u s-sieq l-oħra għandha tkun irranġata b’mod u manjiera li l-invell li jagħti l-orjentazzjoni trasversali tas-sit tal-apparat jindika l-orizzontali.
4.7.3. Pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda ppjanati oħrajn:
Il-proċedura ġenerali indikata fil-paragrafu 4.7.1 ta’ hawn fuq għandha tkun segwita minbarra dik li s-saqajn għandhom jitqiegħdu skont kif inhu speċifikat mill-manifattur tal-vettura.
4.8. Applika l-piżijiet tan-naħa t’isfel tar-riġel u tal-koxxa u llivella l-magna 3-D H.
4.9. Inklina l-qiegħ ta’ wara ’l quddiem mal-waqfa ta’ quddiem u iġbed il-magna 3-D H ’il bogħod mid-dahar tas-sit permezz tat-T-bar. Ippożizzjona mill-ġdid il-magna 3-D H fuq is-sit permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
4.9.1. |
Jekk il-magna 3-D H għandha t-tendenza li tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżżerżaq lura sakemm ma jkunx hemm aktar bżonn piż orizzontali ’l quddiem li jrażżan fuq it-T-bar, jiġifieri sakemm il-qiegħ tas-sit jiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit. Jekk ikun hemm bżonn, ippożizzjona mill-ġdid in-naħa t’isfel tar-riġel. |
|
4.9.2. |
Jekk il-magna 3-D H m’għandiex it-tendenza li tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Żerżaq il-magna 3-D H lura billi tapplika piż orizzontali lura fuq it-T-bar sakemm il-qiegħ tas-sit jiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit. (ara l-figura 2 tal-Appendiċi 1 għal dan l-anness). |
4.10. Applika piż ta’ 100 + 10 N fuq l-immontar tad-dahar u tal-qiegħ tal-magna 3-D H fl-intersezzjoni tal-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn u tal-kisi tat-T-bar. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-piż għandha tinżamm tul linja li tgħaddi mill-intersezzjoni li ssemmiet aktar ’il fuq għal punt li jkun eżatt ’il fuq mill-kisi tal-iżbarra tal-koxxa (ara l-figura 2 tal-Appendiċi 1 għal dan l-anness). Imbagħad bil-mod il-mod reġġa’ l-qiegħ ta’ wara għad-dahar tas-sit. Il-bqija tal-proċedura trid issir b’attenzjoni sabiex ikun evitat li l-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem..
4.11. Installa l-piżijiet leminija u xellugin tal-warrani u mbagħad, b’mod alternat, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-livell tal-magna 3-D H.
4.12. Inklina l-qiegħ ta’ wara ’l quddiem biex teħles it-tensjoni minn fuq id-dahar tas-sit. Ċaqlaq il-magna 3-D H minn naħa għall-oħra f’ark ta’ 10o (5o fuq kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli sħaħ biex teħles kwalunkwe frizzjoni li tkun inġemgħet bejn il-magna 3-D H u s-sit.
Waqt l-azzjoni ta’ ċaqliq, it-T-bar tal-magna 3-D H jista’ jkollha t-tendenza li tiżvijja mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. Għalhekk it-T-bar trid titrażżan billi jiġi applikat piż laterali adattat waqt iċ-ċaqliq. It-T-bar trid tinżamm b’attenzjoni u l-istess attenzjoni trid tingħata waqt li tkun qed tiċċaqlaq il-magna 3-D H biex ikun żgurat li l-ebda piż esterjuri ma jkun applikat b’mod involontarju f’direzzjoni vertikali jew fuq quddiem u fuq wara.
Is-saqajn tal-magna 3-D H m’għandhomx jitrażżnu jew jinżammu waqt dan il-pass. Jekk is-saqajn ibiddlu l-pożizzjoni, għandhom jitħallew f’dik il-pożizzjoni għal dak il-waqt.
B’attenzjoni reġġa’ l-qiegħ ta’ wara lejn id-dahar tas-sit u kkontrolla li ż-żewġ invelli jkunu fil-pożizzjoni żero. Jekk ikun sar xi ċaqliq tas-saqajn waqt l-operazzjoni taċ-ċaqliq tal-magna 3-D H, iridu jkunu ppożizzjonati mill-ġdid kif ġej:
B’mod alternat, għolli kull sieq mill-art bl-ammont minimu neċessarju sakemm ma jkunx hemm l-ebda moviment addizzjonali tas-saqajn. Waqt li tkun qed tgħolli, is-saqajn għandhom ikunu ħielsa li jduru; m’għandu jiġi applikat l-ebda piż minn quddiem jew mill-ġenb. Meta kull sieq titpoġġa lura fil-pożizzjoni t’isfel, l-għarqub irid ikun f’kuntatt mal-istruttura maħsuba għal dan.
Ikkontrolla li l-invell laterali jkun fil-pożizzjoni żero; jekk ikun meħtieġ, applika piż laterali fil-quċċata tal-qiegħ ta’ wara li jkun biżżejjed biex jillivella l-qiegħ tas-sit tal-magna 3-D H fuq is-sit.
4.13. Waqt li żżomm it-T-bar biex tevita li l-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem fuq il-kuxxin tas-sit, ipproċedi kif ġej:
|
(a) |
reġġa’ l-qiegħ ta’ wara lejn id-dahar tas-sit, |
|
(b) |
b’mod alternat applika u erħi piż orizzontali li qiegħed fuq lura, li ma jeċċedix il-25 N, lejn l-iżbarra tal-angolu ta’ wara f’għoli li bejn wieħed u ieħor ikun fiċ-ċentru tal-piżijiet tat-torso sakemm il-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn jindika li tkun intlaħqet pożizzjoni stabbli wara li nħeles il-piż. Għandu jkun hemm attenzjoni sabiex ikun żgurat li l-ebda piż esterjuri ’l isfel jew lejn il-ġenb ma jkun applikat lill-magna 3-D H. Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ aġġustament ieħor fil-livelli tal-magna 3-D H, dawwar il-qiegħ ta’ wara ’quddiem, illivella mill-ġdid, u rrepeti l-proċedura mill-paragrafu 4.12. |
4.14. Ħu l-qisien kollha:
|
4.14.1. |
Il-koordinati tal-punt “H” jitkejlu fejn għandha x’taqsam is-sistema tridimensjonali ta’ referenza. |
|
4.14.2. |
L-angolu effettiv tat-torso jinqara fil-kwadrant tal-angolu ta’ wara tal-magna 3-D H bis-sonda tkun f’pożizzjoni għalkollox lura. |
4.15. Jekk tkun mixtieqa ripetizzjoni tal-installazzjoni tal-magna 3-D H, l-immontar tas-sit għandu jitħalla bla piż għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel ir-repetizzjoni. Il-magna 3-D H m’għandhiex titħalla bil-piż fuq l-immontar tas-sit għal iktar mill-ħin meħtieġ biex jitwettaq it-test..
4.16. Jekk is-sits fl-istess ringiela jistgħu jitqiesu bħala simili (sit f’forma ta’ bank, sits identiċi, eċċ) għandu jkun iddeterminat punt “H” wieħed biss u “angolu effettiv tat-torso” wieħed biss għal kull ringiela ta’ sits, bil-magna 3-D H, deskritta fl-Appendiċi 1 għal dan l-anness titqiegħed bilqiegħda f’post li jitqies bħala rappreżentattiv għar-ringiela.
Dan il-post għandu jkun:
|
4.16.1. |
fil-każ tar-ringiela ta’ quddiem, is-sit tas-sewwieq. |
|
4.16.2. |
fil-każ tar-ringiela jew tar-ringieli ta’ wara, sit fuq in-naħa ta’ barra. |
(1) Fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda ħlief dik tas-sits ta’ quddiem fejn il-punt “H” ma jistax ikun iddeterminat billi tintuża l-“magna tridimensjonali tal-punt H” jew proċeduri oħra, il-punt “R” indikat mill-manifattur jista’ jitqies bħala referenza skont id-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti.
(2) L-angolu tal-inklinazzjoni, id-differenza fl-għoli bil-muntatura tas-sit, bit-tessuti tas-superfiċje, eċċ.
Appendiċi 1
Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H” (il-magna 3-D H) (1)
1. IL-QIGĦAN TAD-DAHAR U TAS-SIT
Il-qigħan tad-dahar u tas-sit huma magħmulin minn plastik u metall rinforzat; huma jissimulaw it-torso u l-koxxa umana u huma mpernjati b’mod mekkaniku fil-punt “H”. Jitqabbad kwadrant mas-sonda mpernjata fil-punt “H” sabiex jitkejjel l-angolu effettiv tat-torso. Żbarra tal-koxxa li tista’ tiġi aġġustata, imqabbda mal-qiegħ tas-sit, tistabbilixxi l-linja ċentrali tal-koxxa u sservi bħala linja bażi għall-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn.
2. L-ELEMENTI TAL-ĠISEM U TAR-RIĠEL
Is-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel huma marbuta mal-immontar tal-qiegħ tas-sit fit-T-bar li tgħaqqad l-irkopptejn, li huwa estensjoni laterali tal-iżbarra tal-koxxa li tista’ tiġi aġġustata. Il-kwadranti huma inkorporati fis-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel biex ikejlu l-angoli tal-irkopptejn. L-immontar taż-żarbun u tas-sieq huma kkalibrati biex jitkejjel l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw l-apparat fl-ispazju. Il-piżijiet tal-element tal-ġisem jitqiegħdu fiċ-ċentri ta’ gravità korrispondenti biex jipprovdu penetrazzjoni ekwivalenti għal raġel ta’ 76 kg. Għandu jkun ikkontrollat li l-ġogi kollha tal-magna 3-D H għall-ħelsien tal-movimenti mingħajr ma jkun hemm frizzjoni partikolari.
Figura 1
It-tfassil tal-elementi tal-magna 3-D H
Figura 2
Id-dimensjonijiet tal-elementi tal-magna 3-D H u d-distribuzzjoni tal-piż
(1) Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-Istandard ISO 6549-1980. Għal dettalji dwar il-kostruzzjoni tal-magna 3-D H irreferi għas-Soċjetà tal-Inġiniera tal-Karozzi [Society of Automotive Engineers] (SAE), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, United States of America.
Appendiċi 2
IS-SISTEMA TRIDIMENSJONALI TA’ REFERENZA
|
1. |
Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza hija ddefinita minn tliet pjani ortogonali li jiġu stabbiliti mill-manifattur tal-vettura (ara l-figura) (1). |
|
2. |
Il-pożizzjoni tal-kejl tal-vettura tiġi ddeterminata billi l-vettura tkun ippożizzjonata fuq superfiċje ta’ appoġġ b’tali mod li l-koordinati tal-marki ta’ riferiment jikkorrispondu għall-valuri li ġew indikati mill-manifattur. |
|
3. |
Il-koordinati tal-punt “R” u tal-punt “H” jiġu stabbiliti f’relazzjoni mal-marki ta’ riferiment li ġew iddefiniti mill-manifattur tal-vettura. |
(1) Is-sistema ta’ referenza tikkorrispondi għall-Istandard ISO 4130:1978.
Appendiċi 3
ID-DEJTA TA’ REFERENZA LI TIKKONĊERNA L-POŻIZZJONIJIET TA’ BILQIEGĦDA
1. L-IKKODIFIKAR TAD-DEJTA TA’ REFERENZA
Id-dejta ta’ referenza hija elenkata b’mod konsekuttiv għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda. Il-pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda huma identifikati b’kodiċi ta’ żewġ numri. L-ewwel karattru huwa numru Għarbi u jindika r-ringiela tas-sits, jekk jingħadd minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni numru huwa ittra kapitali li tindika l-post tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda fir-ringiela, kif tidher fid-direzzjoni ta’ moviment ’il quddiem tal-vettura; għandhom jintużaw l-ittri li ġejjin:
L= xellug,
C= ċentru,
R= lemin.
2. ID-DESKRIZZJONI TAL-POŻIZZJONI TAL-KEJL TAL-VETTURA
2.1. Il-koordinati tal-marki ta’ riferiment
|
|
X … |
|
|
Y … |
|
|
Z … |
3. IL-LISTA TAD-DEJTA TA’ REFERENZA
3.1. Il-pożizzjoni ta’ bilqiegħda: …
3.1.1. Il-koordinati tal-punt “R”:
|
|
X … |
|
|
Y … |
|
|
Z … |
3.1.2. L-angolu ddisinjat tat-torso: …
3.1.3. L-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tas-sit (1)
|
|
orizzontali: … |
|
|
vertikali: … |
|
|
angolari: … |
|
|
angolu tat-torso: … |
Nota: Elenka d-dejta ta’ referenza għal aktar pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda taħt il-paragrafi 3.2, 3.3, eċċ.
(1) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
L-ANNESS 4
Il-metodu biex ikunu ddeterminati r-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-marki primarji ta’ referenza tal-vettura u l-gradilja ta’ referenza tridimensjonali
1. IR-RELAZZJONI BEJN IL-GRADILJA TA’ REFERENZA U L-MARKI PRIMARJI TA’ REFERENZA TAL-VETTURA
Sabiex jiġu vverifikati d-dimensjonijiet speċifiċi fuq jew fi ħdan vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, ir-relazzjoni bejn il-koordinati tal-gradilja ta’ referenza tridimensjonali, iddefinita fil-paragrafu 2.3, li kienet stabbilita fl-istadju inizjali tad-disinn tal-vettura, u l-pożizzjonijiet tal-marki primarji ta’ referenza, iddefiniti fil-paragrafu 2.4, iridu jiġu stabbiliti bl-eżatt sabiex il-punti speċifiċi fuq id-disinni tal-manifattur tal-vettura ikunu jistgħu jiġu identifikati fuq vettura reali prodotta minn dawk id-disinni.
2. IL-METODU BIEX TKUN STABBILITA R-RELAZZJONI TAL-GRADILJA TA’ REFERENZA MAL-MARKI TA’ REFERENZA
Għal dan il-għan, għandu jinbena pjan mal-art ta’ referenza li jkun immarkat bil-kejl X-X u bil-kejl Y-Y. Il-metodu biex jinkiseb dan huwa stabbilit fil-figura 6 tal-appendiċi għal dan l-Anness, bil-pjan ta’ referenza ikun superfiċje iebsa, ċatta u livell li fuqha tinsab il-vettura, li għandu żewġ skali ta’ kejl li huma mqabbda sew mas-superfiċje tiegħu; dawn għandhom ikunu ggradwati f’millimetri, bl-iskala X-X tkun twila mhux inqas minn tmien metri u l-iskala Y-Y tkun twila mhux inqas minn erba’ metri. Iż-żewġ skali ta’ kejl jridu jitqiegħed f’angolu ta’ 900 għal xulxin kif jintwera fil-figura 6 tal-appendiċi għal dan l-Anness. L-intersezzjoni ta’ dawn l-skali ta’ kejl hija l-punt tat-tluq.
3. L-EŻAMI TAL-PJAN TA’ REFERENZA
Sabiex ikunu provduti varjazzjonijiet minuri fil-livell tal-pjan ta’ referenza jew fl-erja tat-test, se jkun hemm il-ħtieġa li jitkejlu d-devjazzjonijiet mill-punt tat-tluq tul kemm l-iskala X kif ukoll l-iskala Y f’intervalli ta’ 250 mm u li jiġu rreġistrati l-valuri miksuba sabiex ikunu jistgħu jsiru l-korrezzjonijiet meta l-vettura tkun ikkontrollata.
4. IL-POŻIZZJONI EFFETTIVA TAT-TEST
Sabiex ikun hemm provvediment għal bidliet minuri fl-għoli tas-sospensjoni, eċċ. se jkun hemm il-ħtieġa li jkun hemm disponibbli mezz sabiex il-marki ta’ referenza jinġiebu għall-pożizzjonijiet korretti tal-koordinati b’mod relattiv għall-pożizzjoni tad-disinn qabel ma jittieħdu aktar qjisien. Barra minn hekk, irid ikun possibbli li jsiru aġġustamenti minuri laterali u/jew lonġitudinali tal-pożizzjoni tal-vettura sabiex titqiegħed b’mod preċiż f’relazzjoni mal-gradilja ta’ referenza.
5. IR-RIŻULTATI
Wara li l-vettura tkun tqiegħdet b’mod korrett relattivament għall-gradilja ta’ referenza u fil-pożizzjoni tad-disinn tagħha, jista’ jiġi ddeterminat aktar malajr fejn jinsabu l-punti li huma meħtieġa sabiex ikunu studjati r-rekwiżiti ta’ viżibilità ’l quddiem.
Il-metodi tat-test sabiex ikunu ddeteriminati dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu l-użu ta’ teodoliti, sorsi tad-dawl u tagħmir għad-dellijiet, jew kwalunkwe metodu ieħor, li jista’ jintwera li jagħti riżultati ekwivalenti.
Appendiċi
Figura 1
Id-determinazzjoni tal-punti V
Figura 2
Il-punti ta’ osservazzjoni tal-kolonni A
Figura 3
L-angoli ta’ ostaklu
Figura 4
L-evalwazzjoni tal-ostakli fil-kamp viżiv dirett min-naħa ta’ quddiem tul 180° tas-sewwieq
Figura 5
Id-dijagramma dimensjonali li turi l-pożizzjonijiet relattivi tal-punti E u tal-punti P
Figura 6
Post tax-xogħol ta' livell wieħed