|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.198.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
|
30.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 679/2010
tas-26 ta’ Lulju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità tad-data tal-istatistika fil-kuntest ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 126(14) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kredibbiltà tas-sorveljanza baġitarja tiddependi b’mod kruċjali fuq statistiċi baġitarji affidabbli. Huwa ta’ importanza kbira li d-data rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv annessa għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (2) tkun ta’ kwalità u ta’ affidabbiltà għolja. |
|
(2) |
Il-qafas ta’ governanza tal-Unjoni Ewropea għall-istatistika fiskali ġie żviluppat aktar u l-istruttura istituzzjonali ġiet aġġornata matul l-aħħar snin, notevolment bil-ħsieb li jitjieb il-monitoraġġ tal-kontijiet tal-gvern mill-Kummissjoni (Eurostat). |
|
(3) |
Il-qafas ta’ governanza rivedut għall-istatistika fiskali ġeneralment iffunzjona sew u, b’mod ġenerali, kellu riżultat sodisfaċenti f’termini ta’ rappurtar ta’ data fiskali rilevanti dwar id-dejn u l-iżbilanċ tal-gvern. B’mod partikolari, l-Istati Membri wrew b’mod predominanti rekord b’saħħtu ta’ kooperazzjoni in buona fede u kapaċità operattiva biex jirrappurtaw data fiskali ta’ kwalità għolja. |
|
(4) |
Madankollu, żviluppi riċenti wrew ukoll b’mod ċar li l-qafas ta’ governanza attwali għall-istatistika fiskali xorta ma jnaqqasx, sal-punt meħtieġ, ir-riskju ta’ data mhux korretta jew ineżatta li tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
B’konnessjoni ma’ dan, u f’ċerti każijiet eċċezzjonali (żjarat metodoloġiċi), il-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollha drittijiet addizzjonali ta’ aċċess għal ambitu mwessa’ ta’ informazzjoni għall-ħtiġijiet ta’ valutazzjoni tal-kwalità tad-data f’konformità sħiħa mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (3) fir-rigward tal-indipendenza professjonali. |
|
(6) |
Għalhekk, meta twettaq żjarat metodoloġiċi fi Stat Membru li l-informazzjoni dwar l-istatistika tiegħu tkun taħt skrutinju, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun intitolata li jkollha aċċess għall-kontijiet tal-entitajiet tal-gvern f’livelli ċentrali, tal-istat, lokali u tas-sigurtà soċjali, inkluż l-għoti tal-informazzjoni sottostanti ta’ kontabbiltà dettaljata, stħarriġ statistiku rilevanti u kwestjonarji u informazzjoni ulterjuri relatata, li tirrispetta l-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ data kif ukoll kunfidenzjalità statistika. |
|
(7) |
Il-kontijiet pubbliċi ta’ unitajiet individwali tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll unitajiet pubbliċi ikklassifikati barra s-settur tal-amministrazzjoni pubblika, għandhom ikunu l-oġġett ewlieni tal-kontrolli, u l-kontijiet pubbliċi għandhom ikunu vvalutati f’termini tal-użu statistiku tagħhom. |
|
(8) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-uffiċjali responsabbli għar-rappurtar tad-data attwali lill-Kummissjoni (Eurostat), u tal-kontijiet sottostanti tal-gvern, jirrespettaw b’mod sħiħ l-obbligi relatati mal-prinċipji tal-istatistika. |
|
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 479/2009 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 479/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 479/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a ‘Aċċess’ ifisser li d-dokumenti rilevanti u informazzjoni oħra għandhom jiġu pprovduti meta jintalbu, jew immedjatament jew fil-pront kemm jista’ jkun kif inhu konsistenti maż-żmien meħtieġ biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.” |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), fil-pront kemm jista’ jkun, l-informazzjoni dwar l-istatistika rilevanti mitluba għall-ħtiġijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tad-data, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (*1) fir-rigward tal-kunfidenzjalità statistika. L-informazzjoni dwar l-istatistika imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun limitata għall-informazzjoni strettament meħtieġa biex tiġi kontrollata l-konformità mar-regoli tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (ESA). B’mod partikolari, ‘informazzjoni dwar l-istatistika’ tfisser:
Il-format tal-kwestjonarji għandu jiġi ddefinit mill-Kummissjoni (Eurostat) wara konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-CMFB). |
|
(3) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’li ġej: “Artikolu 11 1. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiżgura djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-istatistika tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha twettaq fl-Istati Membri kollha żjarat regolari ta’ djalogu, kif ukoll żjarat metodoloġiċi possibbli. 2. Meta torganizza żjarat ta’ djalogu u dawk metodoloġiċi, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrasmetti l-konklużjonijiet proviżorji tagħha lill-Istati Membri konċernati għall-kummenti tagħhom.” |
|
(4) |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 11a Iż-żjarat ta’ djalogu huma intiżi biex jirrevedu d-data attwali rappurtata konformement mal-Artikolu 8, biex jiġu eżaminati kwistjonijiet metodoloġiċi, biex jiġu diskussi proċessi ta’ statistika u sorsi deskritti fl-inventarji, u biex tiġi valutata l-konformità mar-regoli tal-kontabbiltà. Iż-żjarat ta’ djalogu għandhom jintużaw sabiex jiġu identifikati riskji jew problemi potenzjali fir-rigward tal-kwalità tad-data rappurtata. Artikolu 11b 1. Iż-żjarat metodoloġiċi huma maħsuba sabiex jiġu sorveljati l-proċessi u vverifikati l-kontijiet li jiġġustifikaw id-data rrappurtata u sabiex jitfasslu konklużjonijiet dettaljati dwar il-kwalità tad-data rrappurtata, kif deskritt fl-Artikolu 8(1). 2. Iż-żjarat metodoloġiċi għandhom isiru biss f’każijiet eċċezzjonali fejn riskji jew problemi sinifikanti fir-rigward tal-kwalità tad-data ikunu ġew identifikati b’mod ċar. 3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jista’ jitqies li hemm riskji sinifikanti jew problemi bil-kwalità tad-data notifikata minn Stat Membru f’każijiet bħal:
4. Waqt li tieħu kont prinċipalment tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni (Eurostat), wara li tinforma lis-CMFB, għandha tiddeċiedi twettaq żjara metodoloġika. 5. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju bl-informazzjoni sħiħa dwar ir-raġunijiet li wasslu għaż-żjarat metodoloġiċi.” |
|
(5) |
L-Artikolu 12(1) u (2) huma sostitwiti b’li ġej: “1. L-Istati Membri huma mistennija jipprovdu, fuq it-talba tal-Kummissjoni (Eurostat), u fuq bażi volontarja, l-assistenza ta’ esperti fil-kontabbiltà nazzjonali, inkluż għat-tħejjija u t-twettiq taż-żjarat metodoloġiċi. Fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom, dawn l-esperti għandhom jipprovdu għarfien espert indipendenti. Għandha tkun kostitwita lista ta’ dawn l-esperti tal-kontabbiltà nazzjonali abbażi ta’ proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-rappurtar tal-iżbilanċ eċċessiv. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-għażla tal-esperti, b’kont meħud ta’ distribuzzjoni adegwata ta’ esperti fl-Istati Membri kollha u rotazzjoni adegwata ta’ esperti bejn l-Istati Membri, l-arranġamenti ta’ ħidma tagħhom u d-dettalji finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi mal-Istati Membri l-ispiża sħiħa li saret mill-Istati Membri għall-assistenza tal-esperti nazzjonali tagħhom. 2. Fil-qafas taż-żjarat metodoloġiċi, il-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess għall-kontijiet tal-entitajiet kollha tal-gvern f’livelli ċentrali, tal-istat, lokali u tas-sigurtà soċjali, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni sottostanti dettaljata eżistenti ta’ kontabbiltà u dik baġitarja. F’dan il-kuntest, informazzjoni ta’ kontabbiltà u dik baġitarja tinkludi:
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw iż-żjarat metodoloġiċi. Dawn iż-żjarat jistgħu jitwettqu fl-awtoritajiet nazzjonali involuti fir-rappurtar ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, kif ukoll fis-servizzi kollha involuti direttament jew indirettament fil-produzzjoni tal-kontijiet u d-dejn tal-gvern. Fiż-żewġ każijiet, l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika bħala koordinaturi nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni (Eurostat) fl-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni taż-żjarat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-servizzi u l-awtoritajiet nazzjonali, u fejn meħtieġ, l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li jkollhom responsabbiltà funzjonali għall-kontroll tal-kontijiet pubbliċi, jipprovdu lil uffiċjali tal-Kummissjoni jew lil esperti oħra msemmija fil-paragrafu 1 bl-assistenza meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom, inkluż billi jagħmlu disponibbli d-dokumenti sabiex tiġi ġustifikata d-data attwali rrappurtata dwar l-iżbilanċ u d-dejn u l-kontijiet tal-gvern sottostanti. Ir-rekords kunfidenzjali tas-sistema statistika nazzjonali kif ukoll data kunfidenzjali oħra għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) għall-fini ta’ valutazzjoni tal-kwalità tagħhom biss. L-esperti tal-kontabbiltà nazzjonali li jassistu lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-qafas taż-żjarat metodoloġiċi għandhom jiffirmaw impenn biex jirrispettaw il-kunfidenzjalità qabel ma jsir aċċess għal dawk ir-rekords jew data kunfidenzjali.”. |
|
(6) |
L-Artikolu 16 huwa sostitwit b’li ġej: “Artikolu 16 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data attwali rappurtata lill-Kummissjoni (Eurostat) tkun ipprovduta f’konformità mal-prinċipji stabbiliti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. F’dan ir-rigward, ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali tkun li jiżguraw il-konformità tad-data rappurtata mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament u mar-regoli sottostanti ta’ kontabbiltà tal-ESA 95. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali jkunu pprovduti b’aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ dawn il-kompiti. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti sabiex jiżguraw li l-Istituzzjonijiet u l-uffiċjali responsabbli għar-rappurtar tad-data attwali lill-Kummissjoni (Eurostat) u għar-rappurtar tal-kontijiet sottostanti tal-gvern, ikunu affidabbli u jaġixxu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) ĠU C 103, 22.4.2010, p. 1.
|
30.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 680/2010
tad-29 ta’ Lulju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-limiti li fihom jiġu attivati d-dazji addizzjonali għat-tuffieħ
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (3). |
|
(2) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli għall-2007, l-2008 u l-2009, jeħtieġ li jiġu adattati l-limiti li fihom jiġu attivati d-dazji addizzjonali għat- tuffieħ. |
|
(3) |
B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
“ANNESS XVII
DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2
Bla ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies indikattiva biss. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-ambitu tad-dazji addizzjonali huwa determinat minn dak tal-kodiċijiet tan-NM kif kienu fi żmien l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
Numru tas-serje |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-applikazzjoni |
Limiti tal-attivazzjoni (f’tunnellati) |
|
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju |
1 215 526 |
|
78.0020 |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
966 429 |
||
|
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru |
11 879 |
|
78.0075 |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April |
18 611 |
||
|
78.0085 |
0709 90 80 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju |
8 866 |
|
78.0100 |
0709 90 70 |
Zukkini |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru |
55 369 |
|
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju |
355 386 |
|
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementini |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
529 006 |
|
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inkluż it-tanġerini u s-satsumi); il-wilkings u ibridi simili taċ-ċitru |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
96 377 |
|
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru |
329 903 |
|
78.0160 |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju |
92 638 |
||
|
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru |
146 510 |
|
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu |
1 262 435 |
|
78.0180 |
Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru |
95 357 |
||
|
78.0220 |
0808 20 50 |
Lanġas |
Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April |
280 764 |
|
78.0235 |
Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru |
83 435 |
||
|
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju |
49 314 |
|
78.0265 |
0809 20 95 |
Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa |
Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu |
90 511 |
|
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
6 867 |
|
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
57 764 ” |
|
30.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 681/2010
tad-29 ta’ Lulju 2010
li jemenda għall-132 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fid-19 ta' Lulju 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid erba' persuni fiżiċi mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Għall-President
Karel KOVANDA
Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(2) L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
(1) |
“Amir Abdullah (alias Amir Abdullah Sahib). Indirizz: Karachi, il-Pakistan Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1972. Post tat-twelid: il-Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 20.7.2010.” |
|
(2) |
“Anwar Nasser Abdulla Al-Aulaqi (alias (a) Anwar al-Aulaqi, (b) Anwar al-Awlaki, (c) Anwar al-Awlaqi, (d) Anwar Nasser Aulaqi, (e) Anwar Nasser Abdullah Aulaqi, (f) Anwar Nasser Abdulla Aulaqi). Data tat-twelid: (a) 21.4.1971, (b) 22.4.1971. Post tat-twelid: Las Cruces, New Mexico, l-Istati Uniti tal-Amerika. Nazzjonalità: (a) Amerikan mill-Istati Uniti, (b) Jemenita. Tagħrif ieħor: Ilu jistaħba fil-Jemen minn Diċembru 2007. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 20.7.2010.” |
|
(3) |
“Nasiruddin Haqqani (alias (a) Naseer Haqqani, (b) Dr. Naseer Haqqani, (c) Nassir Haqqani, (d) Nashir Haqqani, (e) Naseruddin, (f) Dr. Alim Ghair). Indirizz: Il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1970-1973. Post tat-twelid: L-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: Assoċjat mal-Haqqani Network, li jopera 'l barra mill-Waziristan tat-Tramuntana fiż-Żoni Tribali tal-Pakistan Amministrati b'mod Federali. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 20.7.2010.” |
|
(4) |
“Gul Agha Ishakzai (alias (a) Mullah Gul Agha, (b) Mullah Gul Agha Akhund, (c) Hidayatullah, (d) Haji Hidayatullah, (e) Hayadatullah). Indirizz: Il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Band-e-Timor, Kandahar, l-Afghanistan. Tagħrif ieħor: Huwa parti mill kunsill tat-Taliban li nħalaq dan l-aħħar li jikkoordina l-ġabra taz-zakat (taxxa Musulmana) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 20.7.2010.” |
|
30.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 682/2010
tad-29 ta’ Lulju 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
36,4 |
|
TR |
105,8 |
|
|
ZZ |
71,1 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
105,8 |
|
ZZ |
105,8 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
117,1 |
|
ZZ |
117,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
97,9 |
|
UY |
81,1 |
|
|
ZA |
110,2 |
|
|
ZZ |
96,4 |
|
|
0806 10 10 |
AR |
137,6 |
|
CL |
96,0 |
|
|
EG |
142,7 |
|
|
IL |
126,4 |
|
|
MA |
162,9 |
|
|
TR |
137,7 |
|
|
ZA |
90,0 |
|
|
ZZ |
127,6 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
82,5 |
|
BR |
79,6 |
|
|
CA |
98,9 |
|
|
CL |
96,5 |
|
|
CN |
81,6 |
|
|
MA |
54,2 |
|
|
NZ |
111,5 |
|
|
US |
105,5 |
|
|
UY |
111,6 |
|
|
ZA |
103,8 |
|
|
ZZ |
92,6 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
72,9 |
|
CL |
129,6 |
|
|
ZA |
107,0 |
|
|
ZZ |
103,2 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
187,6 |
|
ZZ |
187,6 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
250,6 |
|
ZZ |
250,6 |
|
|
0809 30 |
TR |
171,9 |
|
ZZ |
171,9 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
64,1 |
|
IL |
161,4 |
|
|
TR |
126,3 |
|
|
XS |
74,4 |
|
|
ZZ |
106,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
30.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 683/2010
tad-29 ta’ Lulju 2010
li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 462/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 462/2010 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008. |
|
(3) |
Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. |
|
(4) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-offerti kkomunikati mis-16 ta’ Lulju sad-29 ta’ Lulju 2010, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 462/2010, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 5,50 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 49 000 tunnellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
|
30.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 684/2010
tad-29 ta’ Lulju 2010
li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 463/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 463/2010 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fil-Portugall tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008. |
|
(3) |
Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. |
|
(4) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-offerti kkomunikati mis-16 ta’ Lulju sad-29 ta’ Lulju 2010, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 463/2010, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 6,25 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 63 000 tunnellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.