ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.197.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 197

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
29 ta' Lulju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 675/2010 tat-28 ta’ Lulju 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Traditionally Farmed Gloucestershire Old Spots Pork (STG)]

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 676/2010 tat-28 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2010 tat-28 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 748/2008 għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 678/2010 tat-28 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 626/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Lulju 2010

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/418/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2010 li tistabbilixxi l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni lejn l-infiq li sar fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda tal-bluetongue fi Spanja fl-2004 u fl-2005 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3804)

9

 

 

2010/419/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2010 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum li huwa ġenetikament modifikat Bt11 (SYN-BTØ11-1), li tawtorizza ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 (SYN-BTØ11-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/657/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5129)  ( 1 )

11

 

 

2010/420/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034xNK603 (MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5133)  ( 1 )

15

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK ( ĠU L 195, 27.7.2010 )

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

29.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 675/2010

tat-28 ta’ Lulju 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Traditionally Farmed Gloucestershire Old Spots Pork (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u l-Artikolu 19(3), tal-istess Regolament, l-applikazzjoni tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Traditionally Farmed Gloucestershire Old Spots Pork” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata.

(3)

Fit-talba ntalab ukoll li tiġi applikata l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. Din il-protezzjoni għandha tingħata lid-denominazzjoni “Traditionally Farmed Gloucestershire Old Spots Pork” fis-sens li, ladarba ma kienx hemm oġġezzjoni, ma setax jintwera li l-isem kien użat b’mod legali, magħruf u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew għal oġġetti tal-ikel simili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Għandha tapplika l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 238, 3.10.2009, p. 8.


ANNESS

Prodotti tal-Anness I għat-Trattat maħsuba għall-ikel mill-bniedem:

Klassi 1.1.   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

IR-RENJU UNIT

Traditionally Farmed Gloucestershire Old Spots Pork (STG)

L-użu tad-denominazzjoni huwa riżervat.


29.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 676/2010

tat-28 ta’ Lulju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

31,8

TR

105,8

ZZ

68,8

0707 00 05

TR

105,8

ZZ

105,8

0709 90 70

TR

106,3

ZZ

106,3

0805 50 10

AR

92,4

UY

83,6

ZA

102,8

ZZ

92,9

0806 10 10

AR

137,6

CL

75,2

EG

142,7

IL

126,4

MA

161,7

TR

151,2

ZA

90,0

ZZ

126,4

0808 10 80

AR

160,0

BR

80,4

CA

98,9

CL

100,8

CN

81,7

MA

54,2

NZ

111,8

US

108,8

UY

111,6

ZA

93,6

ZZ

100,2

0808 20 50

AR

70,4

CL

157,1

NZ

130,0

ZA

103,2

ZZ

115,2

0809 10 00

TR

186,4

ZZ

186,4

0809 20 95

TR

220,4

US

520,8

ZZ

370,6

0809 30

TR

176,9

ZZ

176,9

0809 40 05

BA

62,2

IL

162,2

TR

126,3

XS

74,4

ZZ

106,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 677/2010

tat-28 ta’ Lulju 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 748/2008 għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 sat-30 ta' Lulju 2008 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini koperta bil-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini.

(2)

L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat safejn għandhom jinħarġu liċenzji ta' l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni koperti bil-kwota tariffarja li ġġib in-numru tas-serje 09.4020 u li tressqu għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 skond ir-Regolament (KE) Nru 748/2008 għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 53,747872 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Lulju 2010

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28.


29.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 678/2010

tat-28 ta’ Lulju 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 626/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Lulju 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2010 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2010 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji tal-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji tal-importazzjoni ffissati bir-Regolament (UE) Nru 626/2010.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 626/2010 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 626/2010 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fid-29 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.

(3)  ĠU L 182, 16.7.2010, p. 9.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mid-29 ta’ Lulju 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

31,78

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

8,66

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

8,66

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

31,78


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.7.2010-27.7.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

176,76

115,21

Prezz FOB USA

139,42

129,42

109,42

72,45

Tariffa fuq il-Golf

12,67

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

22,79

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

20,50  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

50,14  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


DEĊIŻJONIJIET

29.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ġunju 2010

li tistabbilixxi l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni lejn l-infiq li sar fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda tal-bluetongue fi Spanja fl-2004 u fl-2005

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3804)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2010/418/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1) u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(4) tagħha,

Billi:

(1)

It-tifqigħ tal-bluetongue seħħ fi Spanja fl-2004 u fl-2005. It-tifqigħa ta’ din il-marda ppreżentat riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Unjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/650/KE tat-13 ta’ Settembru 2005 dwar għajnuna finanzjarja tal-Komunità fil-qafas ta’ miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-bluetongue fi Spanja fl-2004 u fl-2005 (2) tat kontribut finanzjarju mill-Komunità lil Spanja għall-infiq li sar fil-miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda tal-bluetongue fl-2004 u 2005.

(3)

Dik id-Deċiżjoni stipulat l-ewwel ħlas ta’ EUR 2 500 000 suġġett għar-riżultati tal-ispezzjonijiet in situ tal-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) ta’ dik id-deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni jrid jitħallas abbażi tal-applikazzjoni mressqa f’limitu ta’ 60 ġurnata wara d-Deċiżjoni. Spanja ressqet l-applikazzjoni fil-11 ta’ Novembru 2005.

(5)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2005/650/KE, il-bilanċ tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni issa għandu jiġi ffissat permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li għandha tiġi adottata skont il-proċedura tal-Artikolu 40 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

(6)

Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2005/650/KE u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontributi finanzjarji tal-Unjoni wrew li l-ammont kollu tal-infiq mibgħut ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli.

(7)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lil Spanja f’ittra bid-data tal-1 ta’ Lulju 2009.

(8)

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni lejn in-nefqa eliġibbli li saret għall-qerda u s-sorveljanza tal-marda tal-bluetongue fi Spanja fl-2004 u l-2005 issa għandu jiġi ffissat.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni lil Spanja

Il-kontribut finanzjarju totali tal-Komunità lejn in-nefqa li hija assoċjata mal-eradikazzjoni tal-marda tal-bluetongue fi Spanja fl-2004 u fl-2005 skont id-Deċiżjoni 2005/650/KE huwa ffissat għal EUR 2 850 183,00.

Artikolu 2

Arranġamenti għall-ħlas

Il-bilanċ tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni huwa ffissat għal EUR 350 183,00.

Artikolu 3

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 238, 15.9.2005, p. 19.


29.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Lulju 2010

li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum li huwa ġenetikament modifikat Bt11 (SYN-BTØ11-1), li tawtorizza ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 (SYN-BTØ11-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/657/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5129)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/419/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikamen (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3), 11(3), 19(3) u 23(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Apri 2007, Syngenta Seeds S.A.S. f’isem Syngenta Crop Protection AG, ressqet lill-Kummissjoni applikazzjoni, b’konformità mal-Artikoli 5, 11, 17 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel eżistenti prodotti minn qamħirrum Bt11 (inklużi addittivi tal-ikel), u t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta’ għalf eżistenti li fih, jikkonsisti fi jew huwa prodotti minn qamħirrum Bt11 (inklużi addittivi tal-għalf u materjali tal-għalf) u prodotti li mhumiex ikel u għalf li fihom u jikkonsistu f’qamħirrum Bt11 ħlief għall-kultivazzjoni (“l-applikazzjoni”) li ġew notifikati qabel skont l-Artikolu 8(1)(a)(b) u l-Artikolu 20(1)(a)(b) ta’ dak ir-Regolament. L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel li huma awtorizzati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/657/KE tad-19 ta’ Mejju 2004 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ xgħir ħelu mill-linja tal-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11 bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Fl-applikazzjoni tagħha, Syngenta Seeds SA.S. talbet ukoll l-awtorizzazzjoni ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 li ma kienu qatt awtorizzati fl-Unjoni.

(2)

Fis-17 ta’ Frar 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli (3) b’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li l-informazzjoni l-ġdida li ġiet provduta fl-applikazzjoni u r-reviżjoni tad-dokumentazzjoni li ġiet ippubblikata mill-opinjoni xjentifika preċedenti dwar il-qamħirrum Bt11 (4) mill-EFSA ma teħtieġx tibdil u kkonfermat il-konklużjoni preċedenti li l-qamħirrum Bt11 huwa sikur daqs il-kontroparti tiegħu li mhuwiex ġenetikament modifikat u li aktarx m’għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew l-ambjent fil-kuntest tal-użu maħsub tiegħu li japplika wkoll għall-prodotti li huma soġġett tal-applikazzjoni

(3)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib li tqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali imressaq mill-applikant, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, huwa konformi mal-użu maħsub tal-prodotti.

(5)

Meta wieħed iqis dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-fatt li l-kumpanija Syngenta Crop Protection AG Switzerland li assorbiet Syngenta Seeds AG, li hija d-desinatarju tad-Deċiżjoni 2004/657/KE hija l-istess entità legali li f’isimha l-applikant talab tiġdid tal-awtorizzazzjoni, li hi kkonfermat li l-ambitu tal-applikazzjoni tagħha tkopri wkoll it-talba għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 u li hi kienet beħsiebha titlob għal tiġdid tal-prodotti koperti minn Deċiżjoni 2004/657/KE qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni msemmija f’dik id-Deċiżjoni sabiex forsi tiġi adottata Deċiżjoni waħda li tkopri dawn il-prodotti tkun tista’ tiġi adottata, liema Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-istess data, it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti eżistenti, it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu fi jew huma prodotti minn qamħirrum ħelu Bt11 (qamħirrum ħelu kemm dak frisk kif ukoll dak tal-bott) u għandha tingħata l-awtorizzazzjoni għal ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11. Konsegwentement, id-Deċiżjoni 2004/657/KE għandha titħassar.

(6)

Għandu jinħatar identifikatur uniku għal kull OMĠ kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (5).

(7)

Abbażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għal ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti mill-qamħirrum Bt11. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limiti tal-awtorizzazzjoni stipulata minn din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti f’OMĠ u prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu f’OMĠ li għalihom intalbet l-awtorizzazzjoni, għandu jkun ikkumplimentat b’indikazzjoni ċara li l-prodotti kkonċernati ma għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni.

(8)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, bl-għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(9)

L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel jew l-għalf, jew kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(10)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni jew it-tiġdid tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(11)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (7), jistipula l-ħtiġijiet tal-ittikkettjar għal prodotti li jikkonsistu fi, jew fihom l-OMĠ.

(12)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mgħarrfa permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà għall-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c), tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (8).

(13)

L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

(14)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.

(15)

Fil-laqgħa tiegħu tat-29 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill ma setax jasal għal deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta. Il-Kunsill indika li l-proċedimenti dwar dan il-fajl kienu konklużi. Għaldaqstant, hija l-Kummissjoni li trid tadotta l-miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu modifikat ġenetikament u l-identifikatur uniku

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11 (Zea mays L.), kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum SYN-BTØ11-1;

(b)

għalf li fih, jikkonsisti fi, huwa prodott minn qamħirrum SYN-BTØ11-1;

(ċ)

prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu f’qamħirrum SYN-BTØ11-1 għall-istess uż bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

Artikolu 3

L-Ittikkettjar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.   Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu f’qamħirrum SYN-BTØ11-1 kif imsemmi fl-Artikolu 2(b) u (c).

Artikolu 4

Il-monitoraġġ għall-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Ir-Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stipulata fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni se jkun Syngenta Seeds S.A.S., Franza, li jirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, l-Isvizzera.

Artikolu 7

Il-validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ għaxar (10) snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Revoka

Id-Deċiżjoni 2004/657/KE tħassret.

Artikolu 9

Id-destinatarju

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza li tirrappreżenta lill-Syngenta Crop Protection AG, l-Isvizzera.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 300, 25.9.2004, p. 48.

(3)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2007-146

(4)  L-opinjoni tal-EFSA ppubblikata fid-19 ta’ Mejju 2005, għat-tqegħid fis-suq tal-Bt11 għall-kultivazzjoni, għalf u proċessar industrijali – http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2004-012

(5)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(6)  ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9.

(7)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(8)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


ANNESS

(a)   L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

Syngenta Seeds S.A.S.

Indirizz

:

Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza

F’isem Syngenta Crop Protection AG - Schwarzwaldallee 215 - CH 4058 Basle – l-Isvizzera

(b)   Id-deżinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum SYN-BTØ11-1;

(2)

għalf li fih, jikkonsisti fi, huwa prodott minn qamħirrum SYN-BTØ11-1;

(3)

prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu f’qamħirrum SYN-BTØ11-1 għall-istess uż bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum li huwa ġenetikament immodifikat SYN-BTØ11-1, kif deskritt fl-applikazzjoni għandu l-proteina Cry1Ab modifikata li tipprovdi ħarsien minn ċerti parassiti lepidopterani u l-proteina PAT li tipprovdi tolleranza għall-erbiċida ammonju tal-glufosinat.

(c)   Tikkettjar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

(2)

Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu f’qamħirrum SYN-BTØ11-1 kif imsemmi fl-Artikolu 2(b) u (c).

(d)   Metodu ta’ detezzjoni:

Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-qamħirrum SYN-BTØ11-1,

Ivvalidat mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm

Il-Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF412 aċċessibli miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Kejl u l-Materjali ta’ Referenza (IRMM) fuq https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue

(e)   L-identifikatur uniku:

SYN-BTØ11-1

(f)   L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing House tal-Bijosigurtà, numru tar-reġistru: ara [għandu jimtela meta jiġi nnotifikat]

(g)   Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għal effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII mad-Direttiva 2001/18/KE

[Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

(i)   Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


29.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Lulju 2010

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034xNK603 (MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5133)

(It-testi bil-Franċiż u l-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/420/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2007, Monsanto Europe S.A. ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum MON89034xNK603 (“l-applikazzjoni”).

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON89034xNK603 għall-istess użu bħal kull qamħirrum ieħor għajr għall-kultivazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u t-tagħrif meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

(3)

Fid-29 ta’ Settembru 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Din ikkunsidrat li l-qamħirrum MON89034xNK603 huwa sikur daqs il-kontroparti tiegħu mhux ġenetikament modifikata fir-rigward ta’ effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew l-ambjent. Għaldaqstant, din ikkonkludiet li aktarx it-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti minn qamħirrum MON89034xNK603 kif deskritt fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) ma jkollu ebda effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent fil-kuntest tal-użu maħsub tagħhom (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib li tqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa konformi mal-użu maħsub għall-prodotti.

(5)

Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni lill-prodotti.

(6)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OMĠ kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (4).

(7)

Fuq il-bażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għal ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum MON89034xNK603. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limiti tal-awtorizzazzjoni stipulata minn din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn OMĠ u prodotti oħrajn li mhumiex ikel jew għalf li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OMĠ li ntalbet l-awtorizzazzjoni għalihom, għandhom jindikaw b’mod ċar li l-prodotti kkonċernati m’għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni.

(8)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat- 13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard għar-rappreżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(9)

L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel u l-għalf, jew kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(10)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(11)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (6), jistipula l-ħtiġijiet tal-ittikkettjar għal prodotti li jikkonsistu minn, jew li fihom l-OMĠ.

(12)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mgħarrfa permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà għall-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c), tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (7).

(13)

L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

(14)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.

(15)

Fil-laqgħa tiegħu tat-29 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill ma setax jasal għal deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta. Il-Kunsill indika li l-proċedimenti dwar dan il-fajl kienu konklużi. Għaldaqstant, hija l-Kummissjoni li trid tadotta l-miżuri,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-organiżmu modifikat ġenetikament u l-identifikatur uniku

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) MON89034xNK603, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti minn MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6 maize;

(b)

għalf li fih, jikkonsisti minn, jew ikun prodott mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6;

(ċ)

prodotti għajr l-ikel u l-għalf li fihom jew jikkonsistu mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor għajr għall-kultivazzjoni.

Artikolu 3

L-Ittikkettjar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.   Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6 imsemmi fl-Artikolu 2(b) u (c).

Artikolu 4

Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Ir-reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Europe S.A., il-Belġju, li tirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerika.

Artikolu 7

Il-validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Id-destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Monsanto Europe S.A., Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell – il-BELĠJU.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(3)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2009-00759

(4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(5)  ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9.

(6)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(7)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


ANNESS

(a)   L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

Monsanto Europe S.A.

Indirizz

:

Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell, il-Belġju

F’isem Monsanto Company - 800 N. Lindbergh Boulevard – St. Louis, Missouri 63167 - l-Istati Uniti tal-Amerika.

(b)   Id-desinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

1.

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu minn, jew prodotti minn MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6 maize;

2.

għalf li fih, jikkonsisti minn, jew ikun prodott mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6;

3.

prodotti għajr l-ikel u l-għalf li fihom jew jikkonsistu mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor għajr għall-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6, kif deskritt fl-applikazzjoni, jiġi prodott minn taħlita bejn qamħirrum li fih okkorrenzi ta’ MON-89Ø34-3 u MON-ØØ6Ø3-6 u jesprimi l-proteini Cry1 A.105 u Cry2Ab2 li jipproteġu kontra ċerti pesti lepidopteri u l-proteina CP4 EPSPS li tagħti tolleranza għall-erbiċidi glyphosate.

(ċ)   L-ittikkettjar:

1.

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

2.

Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6 li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni.

(d)   Metodu għad-ditezzjoni:

Metodi bbażati fuq PCR kwantitattivi ta’ żmien reali għal avveniment speċifiku għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-89Ø34-3 u l-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 validat fuq il-qamħirrum MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6.

Ivvalidat fuq żrieragħ mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm

Il-Materjal ta’ Referenza: AOCS 0906-E u AOCS 0406-A (għal MON-89Ø34-3) aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/tech/crm/u ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) aċċessibbli fuq https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue

(e)   L-identifikatur uniku:

MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6

(f)   L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing House tal-Bijosigurtà, Numru tar-Reġistru: ara [għandu jimtela meta notifikat].

(g)   Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

(i)   Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


Rettifika

29.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/19


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 195 tas-27 ta’ Lulju 2010 )

Fit-titolu tad-Deċiżjoni fil-werrej fil-qoxra:

minflok:

“2010/413/PESK

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK”,

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK”;

u f'paġna 39

minflok:

“DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK”,

aqra:

“DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK”;