ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.195.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 195

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
27 ta' Lulju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/411/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu

1

 

 

2010/412/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu

3

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu

5

 

*

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu

15

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 667/2010 tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar ċerti miżuri restrittivi rigward l-Eritrea

16

 

*

Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 tas-26 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 669/2010 tas-26 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

37

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/413/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/414/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea

74

 

 

2010/415/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar l-allokazzjoni ta' jiem addizzjonali fuq il-baħar fit-Taqsimiet VIIIc u IXa tal-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta' Cadiz, lill-Portugall (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5011)

76

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

27.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Ġunju 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu

(2010/411/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 87(2)(a) u 88(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B’deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati f’isem l-Unjoni Ewropea bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti biex titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti d-data dwar messaġġi finanzjarji għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess billi ġie inizjalat il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (“il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu fi stadju aktar tard.

(3)

Il-Ftehim jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment id-dritt għal ħajja privata u tal-familja, rikonoxxut fl-Artikolu 7 tal-Karta, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, rikonoxxut fl-Artikolu 8 tal-Karta, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta. Il-Ftehim għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u prinċipji.

(4)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, mingħajr ħsara għad-drittijiet tagħha taħt il-Protokoll fir-rigward tad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim.

(6)

B’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (1) (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jinnomina l-persuna(i) awtorizzata(i) sabiex tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


27.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2010

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu

(2010/412/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 87(2)(a) u 88 (2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Bid-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati f’isem l-Unjoni Ewropea bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti biex titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti d-data dwar messaġġi finanzjarji għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(2)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/411/UE tat-28 ta’ Ġunju 2010 (1) l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-28 ta’ Ġunju 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi konkluż.

(4)

Il-Ftehim jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment id-dritt għal ħajja privata u tal-familja, rikonoxxut fl-Artikolu 7 tal-Karta, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, rikonoxxut fl-Artikolu 8 tal-Karta, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta. Il-Ftehim għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u prinċipji.

(5)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

B’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni hija mistiedna tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mhux aktar tard minn sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, qafas legali u tekniku għall-estrazzjoni tad-data fit-territorju tal-UE.

Fi żmien tlett snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija mistiedna sabiex tippreżenta rapport tal-progress dwar l-iżvilupp ta’ sistema ekwivalenti tal-UE fir-rigward tal-Artikolu 11 tal-Ftehim.

Jekk, ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, is-sistema ekwivalenti tal-UE ma tkunx ġiet stabbilita, l-Unjoni għandha tikkunsidra jekk iġġeddidx il-Ftehim skont l-Artikolu 21(2) tiegħu.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna(i) li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni, għall-iskambju tal-istrumenti ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REYNDERS


(1)  Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu

L-UNJONI EWROPEA

min-naħa waħda, u

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA,

min-naħa l-oħra,

Minn hawn ‘il quddiem imsejjħa “il-Partijiet”,

XEWQANA li jipprevjenu u jiġġieldu kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu, b’mod partikolari bil-kondiviżjoni reċiproka ta’ informazzjoni, bħala mezz ta’ protezzjoni għas-soċjetatjiet demokratiċi rispettivi tagħhom u l-valuri, drittijiet, u libertajiet komuni tagħhom;

FILWAQT LI JFITTXU li jtejbu u jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fl-ispirtu ta’ sħubija transatlantika;

FILWAQT LI JFAKKRU l-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1373 (2001) u d-direttivi tagħha li l-Istati kollha għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jipprevjenu t-twettieq ta’ atti terroristiċi, inkluż l-għoti ta’ twissijiet fil-ħin lil Stati oħra pemezz ta’ skambju ta’ informazzjoni; li l-Istati għandhom jagħtu lil xulxin l-akbar livell ta’ assistenza b’rabta mal-investigazzjonijiet kriminali jew proċeduri kriminali relatati mal-finanzjament jew sostenn għal atti terroristiċi; li l-Istati għandhom isibu mezzi biex jintensifikaw u jaċċeleraw l-iskambju ta’ informazzjoni operattiva; li l-Istati għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni b’konformità mal-liġi internazzjonali u nazzjonali; u li l-Istati għandhom jikkooperaw, b’mod partikolari permezz ta’ arranġamenti bilaterali u multilaterali, biex jipprevjenu u jrażżnu attakki terroristiċi u biex jittieħdu passi kontra dawk li jikkommettu attakki bħal dawn;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (“TFTP”) tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti kien strumentali fl-identifikazzjoni u l-qbid ta’ terroristi u l-finanzjaturi tagħhom u ġġenera bosta indizji li tqassmu lill-awtoritajiet kompetenti madwar id-dinja għall-finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, b’valur partikolari għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (“Stati Membri”);

FILWAQT LI JINNUTAW l-importanza tat-TFTP fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu fl-Unjoni Ewropea u bnadi oħra, u r-rwol importanti tal-Unjoni Ewropea fl-iżgurar li l-fornituri maħtura għas-servizzi ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji internazzjonali jqiegħdu għad-dispożizzjoni data ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji maħżuna fit-territorju tal-Unjoni Ewropea li huma meħtieġa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu, soġġett għal konformità stretta ma’ salvagwardji dwar il-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, id-dritt tal-privatezza rigward l-ipproċessar tad- data personali kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipji tal-proporzjonalità u l-ħtieġa rigward id-dritt għar-rispett għal ħajja privata u tal-familja, ir-rispett għall-privatezza, u l-protezzjoni tad- data personali taħt l-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali, u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM il-firxa tal-protezzjonijiet ta’ privatezza fl-Istati Uniti tal-Amerika (“Stati Uniti”), kif jidher fil-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti, u fil-leġiżlazzjoni kriminali u ċivili, fir-regolamenti u fil-politiki għal perjodu twil tagħha, li huma infurzati u miżmuma b’kontrolli u bilanċi applikati mit-tliet fergħat tal-gvern;

FILWAQT LI JISĦQU dwar il-valuri komuni li jirregolaw il-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Uniti tal-Amerika, inkluża l-importanza li ż-żewġ Partijiet jagħtu lill-proċess ġust u d-dritt għal tfittxija ta’ rimedji effettivi għal azzjoni governattiva mhux adatta;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM l-interess reċiproku fil-konklużjoni malajr ta’ ftehim vinkolanti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti abbażi ta’ prinċipji komuni li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-data personali meta tiġi trasferita għall-finijiet ġenerali tal-infurzar tal-liġi, filwaqt li jiftakru l-importanza li jitqies bir-reqqa l-effett tiegħu fuq ftehimiet preċedenti u l-prinċipju tar-rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv fuq bażi mhux diskriminatorja;

FILWAQT LI JINNUTAW il-kontrolli u s-salvagwardji stretti ħafna li jintużaw mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għall-ġestjoni, l-użu u d-disseminazzjoni ta’ data ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji f’konformità mat-TFTP, kif deskritt fir-rappreżentazzjonijiet tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal- 20 ta’ Lulju 2007 u r-Reġistru Federali tal-Istati Uniti fit- 23 ta’ Ottubru 2007, li jirriflettu l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra t-terroriżmu globali;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU ż-żewġ reviżjonijiet u rapporti komprensivi tal-persuna indipendenti maħtura mill-Kummissjoni Ewropea biex tikkonferma l-konformità mas-salvagwardji tat-TFTP dwar il-protezzjoni tad-data, li jikkonkludu li l-Istati Uniti kienet konformi mal-prattiki deskritti fir-Rappreżentanzzjonijiet tagħha u kif ukoll li t-TFTP ikun iġġenera benefiċċji ta’ sigurtà sinifikanti għall-Unjoni Ewropea u li kienet indispensabbli mhux biss fl-investigar ta’ attakki terroristiċi, iżda wkoll biex ikun hemm prevenzjoni ta’ numru ta’ attakki terroristiċi fl-Ewropa u bnadi oħra;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar ir-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti biex titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti d-data dwar messaġġi finanzjarji għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu;

FILWAQT LI JFAKKRU li, biex jiġi ggarantit l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tagħha, kwalunkwe persuna irrispettivament min-nazzjonalità tista’ tressaq ilment quddiem awtorità indipendenti għall-protezzjoni tad-data, awtorità oħra simili, qorti jew tribunal indipendenti u imparzjali, biex tfittex rimedji effettivi;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM li r-rimedju amministrattiv u ġudizzjaru mhux diskriminatorju hu disponibbli taħt il-liġi tal-Istati Uniti għall-użu ħażin ta’ data personali, inkluż taħt l-Att dwar il-Proċedura Amministrattiva tal-1946, l-Att dwar l-Ispettur Ġenerali tal-1978, ir-Rakkomandazzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Att tal-Kummissjoni 9/11 tal-2007, l-Att dwar Frodi u Abbuż bil-Kompjuter, u l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni;

FILWAQT LI JFAKKRU li bil-liġi fl-Unjoni Ewropea klijenti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji huma infurmati li data personali li tinsab fir-rekords ta’ transazzjonijiet finanzjarji tista’ tiġi ttrasferita lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jew pajjiżi terzi għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi u li din in-notifika tista’ tinkludi informazzjoni rigward it-TFTP;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-prinċipju ta’ proporzjonalità li qed jiggwida dan il-Ftehim u li hu implimentat mill-Unjoni Ewropea u kif ukoll mill-Istati Uniti; fl-Unjoni Ewropea kif meħud mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-ġurisprudenza applikabbli tagħha, u l-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Istat Membru; u fl-Istati Uniti permezz tal-ħtiġijiet tar-raġonevolezza meħuda mill-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti u mil-liġijiet federali u tal-istat, u l-ġurisprudenza interpretattiva tagħhom, kif ukoll permezz ta’ projbizzjonijiet fuq l-eċċessività (overbreadth) ta’ digrieti li jagħtu aċċess lill-investigaturi finanzjarji għal informazzjoni finanzjarja (production orders) u dwar azzjoni arbitrarja mill-uffiċjali tal-gvern;

FILWAQT LI JAFFERMAW li dan il-Ftehim ma jikkostitwix preċedent għal xi arranġamenti futuri bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea, jew bejn kwalunkwe waħda mill-Partijiet u kwalunkwe Stat, fir-rigward tal-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji jew xi forma oħra ta’ data, jew fir-rigward tal-protezzjoni tad-data;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Fornituri Maħtura huma marbuta bir-regoli tal-UE jew nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data li huma ġeneralment applikabbli, dawn ir-regoli huma maħsuba biex jipproteġu l-individwi rigward l-ipproċessar tad-data personali tagħhom, taħt is-superviżjoni ta’ Awtoritajiet ta’ Protezzjoni tad-Data b’mezz konsistenti mad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan il-Ftheim; u

FILWAQT LI JKOMPLU JAFFERMAW li dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal infurzar ieħor tal-liġi jew ftehimiet biex ikun hemm kondiviżjoni ta’ informazzjoni jew ta’ arranġamenti bejn il-Partijiet jew bejn l-Istati Uniti u l-Istati Membri,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fini tal-Ftehim

1.   Il-fini ta’ dan il-Ftehim huwa li jiġi żgurat, b’rispett sħiħ għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, u kondizzjonijiet oħra stabbiliti f’dan il-Ftehim, li:

(a)

messaġġi dwar pagamenti finanzjarji li jirreferu għal trasferimenti finanzjarji u data relatata maħżuna fit-territorju tal-Unjoni Ewropea minn fornituri ta’ servizzi internazzjonali ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji, li huma maħtura b’mod konġunt skont dan il-Ftehim, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għall-fini esklussiv tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu; u

(b)

informazzjoni rilevanti miksuba permezz tat-TFTP titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà pubblika jew ta’ kontra t-terroriżmu tal-Istati Membri, jew għad-dispożizzjoni tal-Europol jew tal-Eurojust, għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu.

2.   L-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea, u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa fl-awtorità tagħhom biex iwettqu d-dispożizzjonijiet u jiksbu l-fini ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Ftehim japplika biex jinkisbu u jiġu użati l-messaġġi dwar pagamenti finanzjarji u data relatata bil-ħsieb tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni ta’:

(a)

Atti ta’ persuna jew entità li jinvolvu vjolenza, jew li huma b’xi mod perikolużi għall- ħajja tal-bniedem jew joħolqu riskju ta’ ħsara għall-proprjetà jew l-infrastruttura, u li, minħabba n-natura u l-kuntest tagħhom, huwa raġonevolment maħsub li jitwettqu bil-għan li:

(i)

jintimidaw jew jikkostrinġu popolazzjoni;

(ii)

jintimidaw, jisfurzaw, jew jikkostrinġu gvern jew organizzazzjoni internazzjonali biex taġixxi jew tastjeni milli taġixxi; jew

(iii)

joħolqu nuqqas ta’ stabbiltà serju jew ikissru l-istrutturi fundamentali politiċi, kostituzzjonali, ekonomiċi jew soċjali ta’ pajjiz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali,

(b)

Persuna jew entità li tassisti, tisponsorja, jew tipprovdi sostenn finanzjarju, materjali jew teknoloġiku għal, jew servizzi finanzjarji jew servizzi oħrajn għal, jew b’appoġġ għal, l-atti deskritti fis-subparagrafu (a);

(ċ)

Persuna jew entità li tipprovdi jew tiġbor fondi, bi kwlunkwe mezz, dirett jew indirett, bil-ħsieb li għandhom jintużaw jew bl-għarfien li dawn se jintużaw, kollha kemm huma jew parti minnhom, sabiex jitwettaq kwalunkwe wieħed mill-atti deskritti fis- subparagrafi (a) jew (b); jew

(d)

Persuna jew entità li tgħin, tassisti jew tipprova twettaq atti deskritti fis-subparagrafi (a), (b) jew (c).

Artikolu 3

Żgurar tal-Forniment tad-Data mill-Fornituri Maħtura

Il-Partijiet, b’mod konġunt jew individwali, għandhom jiżguraw, f’konformità ma’ dan il-Ftehim u b’mod partikolari mal-Artikolu 4, li l-entitajiet maħtura b’mod konġunt mill-Partijiet taħt dan il-Ftehim bħala fornituri ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji internazzjonali (“Fornituri Maħtura”) iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti messaġġi dwar pagamenti finanzjarji mitluba u data relatata li huma meħtieġa għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu (“Data Provduta”). Il-Fornituri Maħtura għandhom jiġu identifikati fl-Anness għal dan il-Ftehim u jistgħu jiġu aġġornati, kif meħtieġ, bi skambju ta’ noti diplomatiċi. Kwalunkwe emendi għal dan l-Anness għandhom jiġu ppubblikati kif xieraq f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Talbiet mill-Istati Uniti għall-Ksib ta’ Data mill-Fornituri Maħtura

1.   Għall-fini ta’ dan il-Ftehim, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jordna u jinnotifika production orders (“Talbiet”), taħt l-awtorità tal-liġi tal-Istati Uniti, lill-Fornitur Maħtur preżenti fit-territorju tal-Istati Uniti sabiex jikseb id-data meħtieġa għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu li tkun maħżuna fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

2.   It-Talba (flimkien ma’ kwalunkwe dokumenti supplimentari) għandha:

(a)

tidentifika b’mod ċar kemm jista’ jkun id-data, inklużi l-kategoriji speċifiċi tad-data mitluba, li huma meħtieġa għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu;

(b)

tissostanzja b’mod ċar il-ħtieġa tad-data;

(ċ)

titfassal b’attenzjoni kbira biex jiġi minimizzat l-ammont tad-data mitluba, filwaqt li titqies l-analiżi, passata u kurrenti ta’ riskju ta’ terroriżmu, iffukata fuq tipi ta’ messaġġi u ġeografija kif ukoll dak li hu perċepit bħala theddid terroristiku u l-vulnerabbilitajiet u tal-analiżi ġeografika, tat-theddid u tal-vulnerabbiltà; u

(d)

ma tfittixx data relatata maż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA).

3.   Wara li tiġi nnotifikata t-Talba lill-Fornitur Maħtur, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu fl-istess ħin jagħti lill-Europol kopja tat-Talba flimkien ma’ kwalunkwe dokumenti supplimentari.

4.   Wara li l-Europol tirċievi din il-kopja, għandha tivverifika, bħala kwistjoni ta’ urġenza, jekk din it-Talba hijiex konformi mal-ħtiġijiet tal-paragrafu 2. L-Europol għandha tinnotifika lill-Fornitur Maħtur li kkonfermat li t-Talba hija konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.

5.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ladarba l-Europol tkun ikkonfermat li t-Talba hija konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2, it-Talba għandu jkollha effett legali vinkolanti kif previst taħt il-liġi tal-Istati Uniti, fl-Unjoni Ewropea u kif ukoll fl-Istati Uniti. Għalhekk il-Fornitur Maħtur ikun awtorizzat u meħtieġ li jipprovdi d-data lid- Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti.

6.   Il-Fornitur Maħtur għandu, minnufih wara, jipprovdi d-data (jiġifieri, fuq “bażi lineari” (push basis)) direttament lid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti. Il-Fornitur Maħtur għandu jżomm reġistru dettaljat tad-data kollha trasmessa lid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għall-fini ta’ dan il-Ftehim.

7.   Ladarba d-data tkun ġiet ipprovduta skont dawn il-proċeduri, il-Fornitur Maħtur għandu jitqies li kien konformi ma’ dan il-Ftehim u mar-rekwiżiti legali l-oħra kollha applikabbli fl-Unjoni Ewropea relatati mat-trasferiment ta’ din id-data mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti.

8.   Il-Fornituri Maħtura għandu jkollhom ir-rimedji kollha amministrattivi u ġudizzjarji disponibbli taħt il-liġi tal-Istati Uniti għal dawk li jirċievu t-Talbiet tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti.

9.   Il-Partijiet għandhom jikkordinaw b’mod konġunt rigward il-modalitajiet tekniċi meħtieġa għas-sostenn tal-proċess ta’ konferma tal-Europol.

Artikolu 5

Salvagwardji Applikabbli għall-Ipproċessar tad-Data Pprovduta

1.   Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jiżgura li d-Data Pprovduta tiġi pproċessata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jiżgura l-protezzjoni ta’ data personali permezz tas-salvagwardji li ġejjin, li għandhom japplikaw mingħajr diskriminazzjoni, b’mod partikolari abbażi ta’ nazzjonalità jew pajjiż ta’ residenza.

2.   Id-Data Pprovduta għandha tiġi pproċessata b’mod esklussiv għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu.

3.   It-TFTP ma jinvolvix u m’għandux jinvolvi data mining jew kwalunkwe tip ieħor ta’ ġbir ta’ informazzjoni algoritmiku jew awtomatizzat jew iffiltrar kompjuterizzat.

4.   Biex jiġi impedit l-aċċess mhux awtorizzat, jew il-kxif jew it-telf tad-data jew kwalunkwe forma mhux awtorizzata ta’ pproċessar:

(a)

Id-Data Pprovduta għandha tinżamm f’ambjent fiżiku sigur, maħżuna b’mod separat minn kwalunkwe data oħra, u miżmuma b’sistemi ta’ livell għoli u kontrolli ta’ intrużjoni fiżika;

(b)

Id-Data Pprovduta m’għandha tkun interkonnessa mal-ebda bażi tad-data oħra;

(ċ)

L-aċċess għad-Data Pprovduta għandu jiġi limitat għall-analisti li jinvestigaw it-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu u għall-persuni involuti fl-appoġġ tekniku, fil-ġestjoni, u fis-sorveljanza tat-TFTP;

(d)

Id-Data Pprovduta m’għandha tkun soġġetta għal ebda manipulazzjoni, alterazzjoni jew żieda; u

(e)

M’għandha ssir ebda kopja tad-Data Pprovduta, ħlief għall-finijiet ta’ back-up ta’ rkupru minn diżastru;

5.   It-tiftix kollu tad-Data Pprovduta għandu jiġi bbażat fuq informazzjoni jew evidenza li tkun diġà teżisti li turi raġuni biex wieħed jemmen li hemm rabta bejn is-suġġett tat-tiftixa u t-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu;

6.   Kull tiftixa individwali tat-TFTP tad-Data Pprovduta għandha tiġi mfassla b’attenzjoni kbira, għandha turi raġuni biex wieħed jemmen li hemm rabta bejn is-suġġett tat-tiftixa u t-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu, u għandha tiġi rreġistrata, inkluża tali raġuni ta’ rabta mat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu meħtieġa biex tinbeda t-tiftixa.

7.   Id-Data Pprovduta tista’ tinkludi informazzjoni li tidentifika l-oriġinatur u/jew ir-riċevitur tat-transazzjoni, inkluż l-isem, in-numru tal-kont, l-indirizz, u n-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali. Il-Partijiet jirrikonoxxu s-sensittività speċjali ta’ data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, jew twemmin reliġjuż jew twemmin ieħor, sħubija ma’ trade union, jew saħħa u ħajja sesswali (“data sensittiva”). Fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali fejn id-data estratta tkun tinkludi data sensittiva, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jipproteġi din id-data skont il-miżuri ta’ salvagwardji u ta’ sigurtà stabbiliti f’dan il-Ftehim u b’rispett sħiħ u kunsiderazzjoni għas-sensittività speċjali tagħhom.

Artikolu 6

Iż-Żamma u t-Tħassir ta’ Data

1.   Matul il-perjodu ta’ dan il-Ftehim, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jidħol f’evalwazzjoni kontinwa u għallinqas darba fis-sena, biex jidentifika data mhux estratta li mhijiex aktar meħtieġa għall-ġlieda kontra it-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu. Fil-każ li tinstab din id-data, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jħassarha b’mod permanenti hekk kif ikun teknoloġikament possibbli.

2.   Jekk jirriżulta li ġiet trasferita data ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji li ma ġietx mitluba, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jħassar minnufih u b’mod permanenti din id-data u għandu jinforma l-Fornitur Maħtur rilevanti.

3.   Soġġetta għal kwalunkwe tħassir passat ta’ data li jirriżulta mill-paragrafi 1, 2, jew 5, id-data kollha li ma ġietx estratta li waslet qabel l-20 ta’ Lulju 2007 għandha titħassar mhux aktar tard mill-20 ta’ Lulju 2012.

4.   Soġġetta għal kwalunkwe tħassir passat ta’ data li jirriżulta mill-paragrafi 1, 2, jew 5, id-data li ma ġietx estratta li waslet fl-20 ta’ Lulju 2007 jew wara din id-data għandha titħassar mhux aktar tard minn ħames (5) snin mid-data ta’ meta waslet.

5.   Matul il-perjodu ta’ dan il-Ftehim, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jidħol f’evalwazzjoni kontinwa u għallinqas darba fis-sena biex jivvaluta l-perjodi għaż-żamma tad-data speċifikati fil-paragrafi 3 u 4 biex jiżgura li dawn il-perjodi ma jkunux itwal minn dak meħtieġ għall-ġlieda kontra it-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu. Fil-każ li kwlaunkwe perjodi għaż-żamma tad-data bħal dawn jiġu ddeterminati li jkunu itwal milli meħtieġ għall-ġlieda kontra it-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jnaqqas dawn il-perjodi għaż-żamma tad-data, kif jixraq.

6.   Mhux aktar tard minn tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea u d-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandhom iħejju rapport konġunt rigward il-valur tad-Data Pprovduta tat-TFTP, b’enfażi partikolari fuq il-valur tad-data miżmuma għal snin multipli u informazzjoni rilevanti miksuba minn reviżjoni konġunta li saret skont l-Artikolu 13. Il-Partijiet għandhom jiddeterminaw b’mod konġunt il-modalitajiet ta’ dan ir-rapport.

7.   L-informazzjoni estratta mid-Data Pprovduta, inkluża informazzjoni kondiviża taħt l-Artikolu 7, għandha tinżamm biss għal dak il-perjodu meħtieġ biex jintużaw għal investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet speċifiċi.

Artikolu 7

Trasferiment ‘il Quddiem

It-trasferiment ‘il quddiem ta’ informazzjoni estratta mid-Data Pprovduta għandu jiġi llimitat skont is-salvagwardji li ġejjin:

(a)

Għandha tiġi kondiviża dik l-informazzjoni biss li ġiet estratta bħala riżultat ta’ tiftixa individwalizzata kif deskritt f’dan il-Ftehim, b’mod partikolari fl-Artikolu 5;

(b)

Informazzjoni bħal din għandha tiġi kondiviża biss ma’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà pubblika, jew ta’ kontra t-terroriżmu fl-Istati Uniti, l-Istati Membri, jew pajjiżi terzi, jew mal-Europol jew l-Eurojust, jew korpi internazzjonali xierqa oħra, fil-limiti tar-responsabbiltajiet tal-mandati rispettivi tagħhom;

(ċ)

Informazzjoni bħal din għandha tiġi kondiviża għal raġunijiet ta’ indizji biss u għall-fini esklussiv tal-investigazzjoni, tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu;

(d)

Fil-każ fejn id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkun konxju li informazzjoni bħal din tinvolvi ċittadini jew residenti ta’ Stat Membru, kwalunkwe kondiviżjoni ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiż terz għandha tkun soġġetta għall-kunsens minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jew skont il-protokolli eżistenti dwar il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bħal din bejn id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti u dak l-Istat Membru, barra fil-każijiet fejn il-kondiviżjoni tad-data tkun essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata jew gravi għas-sigurtà pubblika tal-Parti ma’ dan il-Ftehim, Stat Membru, jew pajjiż terz. Fil-każ ta’ dan tal-aħħar l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu informati dwar din il-kwistjoni mill-aktar fis possibbli;

(e)

Fil-kondiviżjoni ta’ din l-informazzjoni, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jitlob li l-informazzjoni għandha titħassar mill-awtorità li tirċievi l-informazzjoni hekk kif ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini li għalih kienet ġiet kondiviża; u

(f)

Kull trasferiment ‘il quddiem għandu jiġi rreġistrat kif xieraq.

Artikolu 8

Adegwatezza

Soġġett għall-konformità kontinwa mal-impenji dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali stabbiliti f’dan il-Ftehim, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti hu meqjus li jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji u data relatata ttrasferita mill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Forniment Spontanju ta’ Informazzjoni

1.   Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jiżgura li jqiegħed għad-dispożizzjoni, mill-aktar fis possibbli u bl-aktar mod espedjenti, tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà pubblika, jew ta’ kontra t-terroriżmu tal-Istati Membri kkonċernati, u, kif xieraq, għad-dispożizzjoni tal-Europol u tal-Eurojust, fl-ambitu tal-mandati rispettivi tagħhom, informazzjoni miksuba permezz tat-TFTP li tista’ tikkontribwixxi għall-investigazzjoni, il-prevenzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni mill-Unjoni Ewropea dwar it-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu. Kwalunkwe informazzjoni sussegwenti li tista’ tikkontribwixxi għall-investigazzjoni, il-prevenzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni mill-Istati Uniti dwar it-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu għandha tingħadda lura lill-Istati Uniti fuq bażi reċiproka jew mod reċiproku.

2.   Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni, l-Europol jista’ jaħtar uffiċjal ta’ kollegament għad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti. Il-modalitajiet tal-istatus u tal-kompiti tal-uffiċjal ta’ kollegament għandhom jiġu deċiżi b’mod konġunt mill-Partijiet.

Artikolu 10

Talbiet mill-UE għal Tiftix tat-TFTP

Meta awtorità tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà pubblika, jew ta’ kontra t-terroriżmu ta’ Stat Membru, jew tal-Europol jew tal-Eurojust tiddetermina li hemm raġuni biex wieħed jemmen li persuna jew entità għandha rabta mat-terroriżmu jew mal-finanzjament tiegħu kif definit fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/919/ĠAI u d-Direttiva 2005/60/KE, tali awtorità tista’ titlob tiftixa għal informazzjoni rilevanti miksuba permezz tat-TFTP. Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu mill-ewwel iwettaq tiftixa f’konformità mal-Artikolu 5 u jipprovdi informazzjoni rilevanti b’reazzjoni għal tali talbiet.

Artikolu 11

Kooperazzjoni ma’ Sistema Ekwivalenti tal-UE fil-Futur

1.   Matul l-perjodu ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea se twettaq studju dwar l-introduzzjoni possibbli ta’ sistema tal-EU ekwivalenti li tippermetti għal trasferiment aktar iffokat ta’ data.

2.   Jekk, wara dan l-istudju, l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li tistabbilixxi sistema tal-EU, l-Istati Uniti għandha tikkoopera u tipprovdi assistenza u konsulenza biex tikkontribwixxi għall-istabbiliment effettiv ta’ din is-sistema.

3.   Peress li l-istabbiliment ta’ sistema tal-EU jista’ jbiddel b’mod sostanzjali l-kuntest ta’ dan il-Ftehim, jekk l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li tistabbilixxi tali sistema, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw biex jiddeterminaw jekk dan il-Ftehim hux ser ikollu bżonn jiġi aġġustat kif xieraq. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti u tal-UE għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-komplementarjetà u l-effikaċja tas-sistemi tal-Istati Uniti u tal-UE b’mod li jsaħħaħ ulterjorment is-sigurtà taċ-ċittadini tal-Istati Uniti, tal-Unjoni Ewropea, u bnadi oħra. Fl-ispirtu ta’ din il-kooperazzjoni, il-Partijiet għandhom isegwu b’mod attiv, abbażi tar-reċiproċità u salvagwardji xierqa, il-kooperazzjoni ta’ kwalunkwe fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji internazzjonali li huma bbażati fit-territorji rispettivi tagħhom għall-finijiet li tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa u effettiva tas-sistemi tal-Istati Uniti tal-UE.

Artikolu 12

Monitoraġġ tas-Salvagwardji u tal-Kontrolli

1.   Il-konformità mal-limitazzjoni stretta għall-fini ta’ kontra t-terroriżmu u s-salvagwardji l-oħra stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ u sorvreljanza minn osservaturi indipendenti, inkluż minn persuna maħtura mill-Kummissjoni Ewropea, bi ftehim ma’ u soġġett għall-approvazzjoni tas-sigurtà xierqa tal-Istati Uniti. Tali sorveljanza għandha tinkludi l-awtorità li tirrevedi f’ħin reali u b’mod retrospettiv it-tfittix kollu li sar fuq id-Data Pprovduta, l-awtorità li tistaqsi dwar dan it-tfittix u, kif xieraq, l-awtorità li titlob ġustifikazzjoni addizzjonali dwar ir-rabta mat-terroriżmu. B’mod partikolari, superviżuri indipendenti għandu jkollhom l-awtorità li jimblukkaw kwalunkwe tiftixa, jew it-tiftix kollu li jkun jidher li jkun bi ksur tal-Artikolu 5.

2.   Is-sorveljanza deskritta fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ regolari, inkluż tal-indipendenza tas-sorveljanza deskritta fil-paragrafu 1, fil-qafas tar-reviżjoni prevista fl-Artikolu 13. L-Ispettur Ġenerali tad-Dipartiment tat-Teżor Amerikan ser jassigura illi s-sorveljanza indipendenti deskritta fil-paragrafu 1 tiġi mwettqa skont standards applikabbli għall-verifika.

Artikolu 13

Reviżjoni Konġunta

1.   Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet u li fi kwalunkwe każ wara perjodu ta’ sitt (6) xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jirrevedu b’mod konġunt is-salvagwardji, kontrolli u dispożizzjonijiet ta’ reċiproċità stabbiliti f’dan il-Ftehim. Minn dak in-nhar ‘il quddiem ir-reviżjoni għandha titwettaq fuq bażi regolari, u b’reviżjonijiet addizzjonali kif meħtieġ.

2.   Ir-reviżjoni għandha tqis b’mod partikolari (a) in-numru ta’ messaġi dwar pagamenti finanzjarji li ġew aċċessi, (b) in-numru ta’ okkażjonijiet li ġew kondiviżi indizji ma’ Stati Membri, pajjiżi terzi, u l-Europol u l-Eurojust, (c) l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Ftehim, inkluża s-sostenibbiltà tal-mekkaniżmu għat-trasferiment ta’ informazzjoni, (d) każi fejn l-informazzjoni intużat għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu u tal-finanzjament tiegħu, u (e) il-konformità mal-obbligi tal-protezzjoni tad-data speċifikati f’dan il-Ftehim. Ir-reviżjoni għandha tinkludi kampjun rappreżentattiv u kawżali ta’ tiftixa sabiex issir verifikazzjoni tal-konformità mas-salvagwardji u mal-kontrolli stabbiliti f’dan il-Ftehim, kif ukoll valutazzjoni ta’ proporzjonalità tad-Data Pprovduta, abbażi tal-valur ta’ din id-data għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu u tal-finanzjament tiegħu. Wara r-reviżjoni, il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-oqsma msemmija f’dan il-paragrafu.

3.   Għall-finijiet tar-reviżjoni, l-Unjoni Ewropea għandha tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u l-Istati Uniti għandhom jiġi rrapreżentati mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti. Kull Parti, fid-delegazzjoni tagħha għar-reviżjoni, tista’ tinkludi esperti fis-sigurtà u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll persuna b’esperjenza ġudizzjarja. Id-delegazzjoni għar-reviżjoni mill-Unjoni Ewropea għandha tinkludi rappreżentanti ta’ żewġ awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, li mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun minn Stat Membru fejn ikun ibbażat Fornitur Maħtur.

4.   Għall-finijiet ta’ din ir-reviżjoni, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jiżgura l-aċċess għad-dokumentazzjoni, sistemi u persunal rilevanti. Il-Partijiet għandhom jiddeterminaw b’mod konġunt il-modalitajiet tar-reviżjoni.

Artikolu 14

Trasparenza – L-Għoti ta’ Informazzjoni lis-Suġġetti tad-Data

Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jpoġġi, fuq il-websajt pubblika tiegħu, informazzjoni dettaljata dwar it-TFTP u l-finijiet tiegħu, inkluża l-informazzjoni dwar kuntatti għal persuni li jkollhom xi mistoqsijiet. Barra minn hekk, għandu jpoġġi informazzjoni dwar il-proċeduri disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet deskritti fl-Artikoli 15 u 16, inkluża d-disponibbiltà tar-rimedju amministrattiv u ġudizzjarju kif xieraq fl-Istati Uniti rigward l-ipproċessar tad-data personali rċevuta skont dan il-Ftehim.

Artikolu 15

Dritt ta’ Aċċess

1.   Kwalunkwe persuna għandha d-dritt li tikseb, wara talbiet li jkunu saru f’intervalli raġonevoli, mingħajr restrizzjoni u mingħajr dewmien eċċessiv, mill-inqas konferma trażmessa permezz tal-awtorità tal-protezzjoni tad-data tagħha fl-Unjoni Ewropea dwar jekk id-drittijiet għall-protezzjoni tad-data ta’ dik il-persuna ġewx rispettati f’konformità ma’ dan il-Ftehim, wara li jkunu twettqu l-verifiki meħtieġa kollha, u, b’mod partikolari, dwar jekk kwalunkwe pproċċessar tad-data personali ta’ dik il-persuna kienx twettaq bi ksur ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-kxif lil persuna tad-data personali tagħha pproċessata taħt dan il-Ftehim jista’ jkun soġġett għal limitazzjonijiet legali raġonevoli applikabbli taħt liġi nazzjonali għas-salvagwardjar tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, u biex tiġi protetta s-sigurtà pubblika jew nazzjonali, b’mod partikolari għall-interess leġittimu tal-persuna kkonċernata.

3.   Skont il-paragrafu 1, persuna għandha tibgħat talba lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali Ewropea tagħha, u l-awtorità għandha tittrażmetti t-talba lill-Uffiċjal għall-Privatezza tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti, li għandu jagħmel il-verifikazzjonijiet meħtieġa skont it-talba. L-Uffiċjal għall-Privatezza tad- Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali Ewropea jekk data personali tistax tinkixef lis-suġġett tad-data u jekk id-drittijiet tas-suġġett tad-data ġewx irrispettati kif xieraq. Fil-każ li l-aċċess għad-data personali jiġi rrifjutat jew ristrett skont il-limitazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, dan ir-rifjut u restrizzjoni għandhom jiġu spjegati bil-miktub u għandha tingħata informazzjoni dwar il-mezzi disponibbli biex iwieħed ifittex rimedju amministrattiv u ġudizzjarju fl-Istati Uniti.

Artikolu 16

Dritt għal Rettifika, Tħassir jew Konġelament

1.   Kwalunkwe persuna għandha d-dritt li tfittex ir-rettifika, it-tħassir jew il-konġelament tad-data personali tagħha li ġiet ipproċessata mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti skont dan il-Ftehim fil-każ fejn id-data ma tkunx preċiża jew l-ipproċessar imur kontra dan il-Ftehim.

2.   Kwalunkwe persuna li teżerċita d-dritt espress fil-paragrafu 1 għandha tibgħat talba lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali Ewropea rilevanti tagħha, u l-awtorità għandha tittrażmetti t-talba lill-Uffiċjal għall-Privatezza tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti. Kwalunkwe talba biex tinkiseb rettifika, tħassir jew konġelament għandha tiġi sostanzjata kif xieraq. L-Uffiċjal għall-Privatezza tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jagħmel il-verifikazzjonijiet meħtieġa kollha skont it-talba u għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali Ewropea rilevanti jekk id-data personali tkunx ġiet irretifikata, imħassra jew ikkonġelata, u jekk id-drittijiet tas-suġġett tad-data ġewx irrispettati kif xieraq. Din in-notifika għandha tiġi spjegata bil-miktub u għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-mezzi disponibbli biex wieħed ifittex rimedju amministrattiv u ġudizzjarju fl-Istati Uniti.

Artikolu 17

Żamma tal-Preċiżjoni tal-Informazzjoni

1.   Fil-każ fejn Parti ssir konxja li d-data rċevuta jew trażmessa skont dan il-Ftehim mhix preċiża, din għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tipprevjeni u twaqqaf id-dipendenza żbaljata fuq din id-data, li tista’ tinkludi tisħiħ, tħassir, jew korrezzjoni ta’ din id-data.

2.   Kull Parti għandha, fejn hu possibbli, tinnotifika lill-oħra fil-każ li ssir konxja li xi informazzjoni materjali li hi tkun ittrażmettiet lil jew irċeviet mingħand il-Parti l-oħra taħt dan il-Ftheim ma hijiex preċiża jew ta’ min joqgħod fuqha.

Artikolu 18

Rimedju

1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li d-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti u kwalunkwe Stat Membru rilevanti jinformaw lil xulxin minnufih, u jikkonsultaw ma’ xulxin u mal-Partijiet, jekk meħtieġ, fejn huma jqisu li data personali ġiet ipproċessata bi ksur ta’ dan il-Ftehim.

2.   Kwalunkwe persuna li tqis li d-data personali tagħha ġiet ipproċessata bi ksur għal dan il-Ftehim hija intitolata li tfittex rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha, u l-Istati Uniti, rispettivament. Għal dan il-fini u rigward id-data trasferita lejn l-Istati Uniti skont dan il-Ftehim, id- Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jittratta bl-istess mod il-persuni kollha fl-applikazzjoni tal-proċess ta’ amministrazzjoni tiegħu, mingħajr diskriminazzjoni dwar iċ-ċittadinanza jew pajjiż ta’ residenza. Il-persuni kollha, mingħajr diskriminazzjoni dwar iċ-ċittadinanza jew il-pajjiż ta’ residenza, għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom taħt il-liġi tal-Istati Uniti proċess għat-tfitixa ta’ rimedju ġudizzjarju minn azzjoni amministrattiva avversa.

Artikolu 19

Konsultazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom, kif xieraq, jikkunsultaw lil xulxin sabiex jippermettu li jsir l-iktar użu effettiv ta’ dan il-Ftehim, inkluż li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni ta’ kwlaunkwe kontroversja li tirrigwarda l-intepretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri biex jevitaw l-impożizzjoni ta’ piżijiet straordinarji ta’ wieħed fuq l-ieħor permezz tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Fejn, madankollu, jirriżultaw piżijiet straordinarji, il-Partijiet għandhom immedjatament jikkonsultaw bil-ħsieb tal-iffaċilitar tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inkluż it-teħid ta’ tali miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għat-tnaqqis ta’ piżijiet eżistenti u futuri.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw minnufih lil xulxin fil-każ li kwalunkwe parti terza, inkluża awtorità ta’ pajjiż ieħor, tisfida jew tasserixxi pretensjoni legali fir-rigward ta’ kwalunkwe aspett tal-effett jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 20

Implimentazzjoni u Nuqqas ta’ Deroga

1.   Dan il-Ftehim ma għandu joħloq jew jagħti ebda dritt jew benefiċċju lill-ebda persuna jew entità, privata jew pubblika. Kull Parti għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet jiġu implimentati kif xieraq.

2.   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jidderoga mill-obbligi eżistenti tal-Istati Uniti u tal-Istati Membri taħt il-Ftehim dwar Assistenza Legali Reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika tal-25 ta’ Ġunju 2003 u l-istrumenti relatati ta’ assistenza legali reċiproka bilaterali bejn l-Istati Uniti u l-Istati Membri.

Artikolu 21

Sospensjoni u Terminazzjoni

1.   Kull parti tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim b’effett immedjat, fil-każ ta’ ksur tal-obbligi tal-Parti l-oħra taħt dan il-Ftehim, permezz ta’ notifika b’mezzi diplomatiċi.

2.   Kull Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin permezz ta’ notifika b’mezzi diplomatiċi. It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt (6) xhur mid-data tal-wasla ta’ din in-notifika.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw qabel kwalunkwe sospensjoni jew terminazzjoni possibbli b’mezz li jippermetti ħin biżżejjed biex tintlaħaq riżoluzzjoni mifthiema b’mod reċiproku.

4.   Minkejja kwalukwe sospensjoni jew terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, id-data kollha miksuba mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti taħt it-termini ta’ dan il-Ftehim għandha tibqa’ tiġi pproċessta skont is-salvagwardji ta’ dan il-Ftehim, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar it-tħassir tad-data.

Artikolu 22

Applikazzjoni Territorjali

1.   Soġġett għall-paragrafi 2 sa 4, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma applikabbli u għat-Territorju tal-Istati Uniti.

2.   Dan il-Ftehim se japplika biss għad-Danimarka, ir-Renju Unit, jew l-Irlanda jekk il-Kummissjoni Ewropea tinnotifika bil-miktub lill-Istati Uniti li d-Danimarka, ir-Renju Unit, jew l-Irlanda għażlet li tintrabat b’dan il-Ftehim.

3.   Jekk il-Kummissjoni Ewropea tinnotifika lill-Istati Uniti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim li dan se japplika għad-Danimarka, għar-Renju Unit, jew għall-Irlanda, il-Ftehim għandu japplika għat-territorju ta’ tali Stat fl-istess jum li l-Istati Membri l-oħra tal-UE jintrabtu b’dan il-Ftehim.

4.   Jekk il-Kummissjoni Ewropea tinnotifika lill-Istati Uniti wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li dan japplika għad-Danimarka, għar-Renju Unit, jew għall-Irlanda, il-Ftehim għandu japplika għat-territorju ta’ tali Stat fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara li tkun waslet n-notifika mill-Istati Uniti.

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet Finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data ta’ meta l-Partijiet ikunu skambjaw notifiki li jindikaw li huma lestew il-proċeduri interni tagħhom għal dan il-fini.

2.   Soġġett għall-Artikolu 21 paragrafu 2, dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ ħames (5) snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u għandu jestendi awtomatikament għal perjodi sussegwenti ta’ sena (1) waħda, dment li waħda mill-Partijiet ma tinnotifikax bil-miktub lill-oħra b’mezzi diplomatiċi, mill-inqas sitt (6) xhur bil-quddiem, bil-ħsieb tagħha li ma testendix dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, fit-28 ta’ Ġunju 2010, f’żewġ oriġinali, bl-ilsien Ingliż. Dan il-Ftehim għandu jitfassal ukoll bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, u Ungeriża. Ladarba jiġu approvati miż-żewġ Partijiet, dawn il-verżjonijiet lingwistiċi għandhom jitqiesu ugwalment awtentiċi.

 

ANNESS

Soċjetà għat-Telekomunikazzjoni Finanzjarja Interbankarja Dinjija (SWIFT).


27.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/15


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu, iffirmat fi Brussell fit-28 ta’ Ġunju 2010, jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2010, f’konformità mal-Artikolu 23(1) tal-Ftehim.


REGOLAMENTI

27.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/16


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 667/2010

tas-26 ta’ Lulju 2010

dwar ċerti miżuri restrittivi rigward l-Eritrea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) u (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK tal-1 ta' Marzu 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (1), adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/127/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea u li timplimenta r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR). Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/414/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2010/127/PESK sabiex tintroduċi proċedura għall-emendar u r-reviżjoni tal-lista ta' persuni u entitajiet indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (‘il-Kunsill tas-Sigurtà) jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”).

(2)

Il-miżuri restrittivi kontra l-Eritrea jinkludu projbizzjoni tal-għoti ta' assistenza teknika, taħriġ, assistenza finanzjarja u assistenza oħra rigward attivitajiet militari, kif ukoll projbizzjoni tal-akkwist jew il-kisba ta' assistenza teknika, taħriġ, assistenza finanzjarja u assistenza oħra bħal dawn mill-Eritrea.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/127/PESK tipprovdi wkoll għall-ispezzjoni ta' ċerti tagħbijiet lejn u mill-Eritrea u, fil-każ ta' inġenji tal-ajru u bastimenti, għall-forniment ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq rigward oġġetti li ddaħħlu fi jew inħarġu mill-Unjoni. Din l-informazzjoni trid tingħata skont id-dispożizzjonijiet dwar d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(4)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2010/127/PESK tipprovdi għal miżuri finanzjarji restrittivi kontra persuni u entitajiet indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet kompetenti, kif ukoll bħala projbizzjoni tal-forniment, bejgħ jew trasferiment, ta' armi u tagħmir militari lil dawk il-persuni u entitajiet indikati u tal-għoti ta' assistenza u servizzi relatati. Dawn il-miżuri restrittivi għandhom jiġu imposti kontra individwi u entitajiet, inkluż iżda mhux biss it-tmexxija politika u militari tal-Eritrea, entitajiet governattivi u parastatali, u entitajiet ta' proprjetà privata ta' ċittadini tal-Eritrea li jgħixu ġewwa jew barra t-territorju tal-Eritrea, li ġew indikati min-NU bħala li qed imorru kontra l-embargo fuq l-armi stabbilit fil-UNSCR 1907 (2009), bħala li qed jipprovdu appoġġ mill-Eritrea lil gruppi armati tal-oppożizzjoni li jimmiraw biex jiddestabilizzaw ir-reġjun, bħala li jostakolaw l-implimentazzjoni tal-UNSCR 1862 (2009) rigward il-Ġibuti, bħala li jaħbu, jiffinanzjaw, jiffaċilitaw, jappoġġaw, jorganizzaw, iħarrġu u jxewwxu lil individwi jew gruppi biex iwettqu atti ta' vjolenza jew atti terroristiċi kontra Stati oħra minbarra l-Eritrea, jew iċ-ċittadini tagħhom fir-reġjun, jew bħala li jostakolaw l-investigazzjonijiet jew il-ħidma tal-Grupp ta' Monitoraġġ li ġie stabbilit mill-Kunsill tas-Sigurtà.

(5)

Dawn il-miżuri jaqgħu taħt l-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa leġiżlazzjoni fuq il-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom f'dak li jirrigwarda l-Unjoni.

(6)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u prinċipji.

(7)

Dan ir-Regolament jirrispetta wkoll bis-sħiħ l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

(8)

Is-setgħa biex tiġi emendata l-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun ikkawżata mis-sitwazzjoni fl-Eritrea u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emendar u r-reviżjoni tal-Anness għad-Deċiżjoni 2010/127/PESK.

(9)

Il-proċedura għall-emendar tal-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tinkludi rekwiżit li jiġu komunikati lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi indikati ir-raġunijiet għall-elenkar tagħhom kif ipprovduti mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, sabiex tingħatalhom opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jiġu mressqa osservazzjonijiet jew jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, entità jew korp ikkonċernat skont il-każ.

(10)

Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq l-akbar ċertezza legali fi ħdan l-Unjoni, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku l-ismijiet u data oħra rilevanti rigward persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom iridu jiġu ffriżati skont ir-Regolament. Kwalunkwe ipproċessar ta' data personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (3) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4).

(11)

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-pieni previsti għandhom ikunu proporzjonati, effettivi u dissważivi.

(12)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

„assistenza teknika“ tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, assemblaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħalma huma t-tagħlim, il-konsulenza, it-taħriġ, it-trażmissjoni tal-għarfien jew ħiliet professjonali jew servizzi ta' konsulenza, inklużi forom verbali ta' assistenza;

(b)

“fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta' kull tip, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flejjes, drafts, money orders u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii)

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f'kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta' dejn;

(iii)

titoli negozjabbli, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu debitu, inklużi l-istocks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, kambjali, noti, mandati, obbligi u kuntratti tad-derivattivi;

(iv)

imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq assi, jew valur li joħroġ minnhom jew li hu ġenerat minnhom;

(v)

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji fuq xogħol b'kuntratt jew impenji finanzjarji oħra;

(vi)

ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta' bejgħ;

(vii)

dokumenti li jixhdu xi mgħax f'fondi jew riżorsi finanzjarji;

(c)

„iffriżar ta' fondi“ tfisser il-projbizzjoni ta' kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, bidla, użu, aċċess jew traffikar ta' fondi li jistgħu b'xi mod iwasslu għal bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lokalizzazzjoni, fis-sjieda, fil-pussess, fin-natura, fid-destinazzjoni jew f'bidla oħra li tagħmel possibbli l-użu tal-fondi, inkluż il-ġestjoni tal-portafolli;

(d)

„riżorsi ekonomiċi“ tfisser assi ta' kull xorta, kemm tanġibbli u kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi;

(e)

„iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi“ tfisser il-projbizzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi fi kwalunkwe mod, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, bejgħ, kiri jew ipoteki tagħhom;

(f)

„Kumitat tas-Sanzjonijiet“ tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar is-Somalja u l-Eritrea;

(g)

„territorju tal-Unjoni“ tfisser it-territorji li għalihom huwa applikabbli t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

Artikolu 2

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

li tingħata assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (5) („Lista Militari Komuni tal-UE“), direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Eritrea, jew għall-użu fl-Eritrea;

(b)

li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat ta' kull tip inkluż fil-Lista Militari Komuni tal-UE, jew għall-għoti ta' assistenza teknika u servizzi ta' senserija relatati, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Eritrea, jew għall-użu fl-Eritrea;

(c)

li tinkiseb, direttament jew indirettament, assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż fil-Lista Militari Komuni tal-UE, minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Eritrea;

(d)

li jinkisbu, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inkluż fil-Lista Militari Komuni tal-UE, jew għall-għoti ta' assistenza teknika u servizzi ta' senserija relatati, minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Eritrea;

(e)

li jkun hemm parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d).

2.   Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b) u (d) m’għandhom iwasslu għal responsabbiltà ta’ l-ebda xorta fuq in-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru dawn il-projbizzjonijiet.

Artikolu 3

1.   Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni stretta tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2010/127/PESK, l-oġġetti kollha li jiddaħħlu jew li joħorġu mit-territorju tad-dwana tal-Unjoni fuq inġenji tal-ajru għall-ġar ta' merkanzija u bastimenti għall-ġar ta' merkanzija lejn u mill-Eritrea għandhom ikunu soġġetti għal informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq li għandha titressaq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

2.   Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu li tingħata informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq, b'mod partikolari l-limiti ta' żmien li għandhom jiġu rispettati u d-data meħtieġa, għandha tiġi deċiża fid-dispożizzjonijiet rilevanti rigward dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll dikjarazzjonijiet tad-dwana stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92, u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (6).

3.   Barra minn hekk, il-persuna li ddaħħal l-oġġetti, jew li tieħu r-responsabbiltà għall-ġarr tal-oġġetti fuq inġenji tal-ajru għall-ġar ta' merkanzija u bastimenti għall-ġar ta' merkanzija lejn u mill-Eritrea, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mill-Lista Militari Komuni tal-UE.

4.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jitressqu bil-miktub bl-użu ta' dokumentazzjoni kummerċjali, portwali jew ta' trasport, sakemm dawn ikun fihom id-dettalji neċessarji.

5.   Mill-1 ta’ Jannar 2011, l-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jitressqu jew bil-miktub jew bl-użu tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ, skont il-każ.

Artikolu 4

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, qegħdin fil-pussess ta' jew huma kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom ikunu għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I.

3.   Il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, li jiġu evitati l-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu pprojbiti.

4.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq in-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru dik il-projbizzjoni.

5.   L-Anness I għandu jinkludi l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b’konformità mal-paragrafi 15 u 18(b) tal-UNSCR 1907 (2009).

6.   L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati kif previst mill-Kunsill tas-Siugurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

7.   L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li hija meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' inklużjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 5

1.   B'deroga mill-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif imniżżla fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jiġi determinat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw il-bżonnijiet bażiċi ta' persuni elenkati fl-Anness I, u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklusivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li huma konnessi mal-għoti ta' servizzi legali; jew

(c)

maħsuba esklusivament għall-ħlas ta' onorarji jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma jew għall-ġestjoni ta' rutina ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar dik il-konstatazzjoni u dwar il-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u fin-nuqqas ta' deċiżjonji negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien tlett ijiem tax-xogħol għal din in-notifika.

2.   B'deroga mill-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif imniżżla fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jiġi determinat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm din il-konstatazzjoni tkun ġiet notifikata mill-Istat Membru lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u dik il-konstatazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat.

3.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tkun ingħatat taħt il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 6

B'deroga mill-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li kienet stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 4 kien indikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew aribitrali li ngħatat qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw b'mod esklussiv sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b'tali garanzija jew rikkonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

il-garanzija jew is-sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(d)

ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u

(e)

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ġie nnotifikat mill-Istat Membru bil-garanzija jew bis-sentenza.

Artikolu 7

1.   L-Artikolu 4(2) m'għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet, dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 4 ġew indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà;

sakemm kwalunkwe mgħax, dħul ieħor u ħlasijiet bħal dawn jibqgħu jkunu soġġetti għall-Artikolu 4(1).

2.   L-Artikolu 4(2) m'għandux iwaqqaf lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, sakemm kwalunkwe żieda għal dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tgħarraf bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b’tali transazzjonijiet.

Artikolu 8

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

li tingħata assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż fil-Lista Militari Komuni tal-UE, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I;

(b)

li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat ta' kull tip inkluż fil-Lista Militari Komuni tal-UE, jew għall-għoti ta' assistenza teknika u servizzi ta' senserija relatati, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika , entità jew korp elenkat fl-Anness I;

2.   Il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, biex tiġi evitata l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi projbita.

3.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(b) m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq in-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru dawn il-projbizzjonijiet.

Artikolu 9

L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li wieħed jagħmel fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, magħmula in bona fide fuq il-bażi li tali azzjoni hi konformi ma' dan ir-Regolament, m'għandhomx joħolqu responsabbiltà ta' kwalunkwe tip għall-persuna fiżika jew ġuridika jew għall-entità li tkun qed timplimentaha, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati bħala riżultat ta' negliġenza.

Artikolu 10

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

jipprovdu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tista' tiffaċilità l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal pereżempju kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 4, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif elenkat fl-Anness II, fejn huma residenti jew fejn jinsabu, u għandhom jgħaddu informazzjoni bħal din, direttament jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b)

jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti, kif indikati fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, fi kwalunkwe verifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

2.   Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew tiġi rċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew irċevuta.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti konnessa ma' dan ir-Regolament li hija għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' ksur u ta' infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 12

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenkaw persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness I. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, b'hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

2.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp skont il-każ.

3.   Fil-każ li n-Nazzjonjiet Uniti tiddeċiedi li tneħħi persuna fiżika jew ġuridika, entità, jew korp, mil-lista jew li temenda d-data ta' indentifikazzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness I bl-istess mod.

Artikolu 13

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta lilha mill-Istati Membri.

Artikolu 14

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 15

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fl-indirizzi tas-siti elettroniċi tagħhom elenkati fl-Anness II qabel tali tibdil jidħol fis-seħħ.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

3.   Fil-każ fejn dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligu biex il-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata, jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(c)

għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta' Stat Membru;

(d)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, fl-Unjoni.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 51, 2.3.2010, p.19. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/414/PESK (Ara paġna 74 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(5)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS I

Persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8 u 12


ANNESS II

Siti elettroniċi li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 5(2), 6, 7 u 10, u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

 

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

 

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

 

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

 

ID-DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

 

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

 

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

 

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

 

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

 

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/SancionesInternacionales/Paginas

 

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

 

L-ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

 

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

 

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

 

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

 

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

 

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/felelos_illetekes_hatosagok.htm

 

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

 

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/nl/Onderwerpen/Internationale_rechtsorde/Internationale_Sancties/Bevoegde_instanties_algemeen

 

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

 

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

 

IL-PORTUGALL

http://www.mne.gov.pt/mne/pt/AutMedidasRestritivas.htm

 

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=12391&idlnk=1&cat=3

 

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

 

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

 

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

 

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

 

IR-RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/en/about-us/what-we-do/services-we-deliver/business-services/export-controls-sanctions/

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

DG External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP

Unit A.2. Crisis Management and Conflict Prevention

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel. (32 2) 295 55 85

Fax (32 2) 299 08 73


27.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 668/2010

tas-26 ta’ Lulju 2010

li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,

Waqt li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 423/2007. L-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi, jirrevedi u jemenda l-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kunsill iddetermina li ċerti persuni, entitajiet u korpi addizzjonali jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 u li huma għandhom għalhekk ikunu elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament għar-raġunijiet individwali u speċifiċi mogħtija.

(3)

L-obbligu għall-iffriżar tar-riżorsi tal-entitajiet indikati tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) ma jitlobx is-sekwestru jew id-detenzjoni ta’ vapuri ta’ tali entitajiet jew il-merkanzija li jġorru, sakemm tali merkanzija tkun tappartjeni lil partijiet terzi, u lanqas ma jitlob id-detenzjoni tal-ekwipaġġ ikkuntrattat minnhom.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 423/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1.


ANNESS

Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1

“I.

Persuni, entitajiet u korpi involuti f'attivitajiet ta’ missili nukleari jew ballistiċi

A.   Persuni fiżiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Ali DAVANDARI

 

Kap tal-Bank Mellat (ara l-Parti B, nru 2)

2.

Fereydoun

MAHMOUDIAN

twieled fis-7.11.1943 fl-Iran Nru tal-Passaport 05HK31387 maħruġ fl-1.1.2002 fl-Iran, validu sas-7.8.2010

Naturalizzat Franċiż fis-7.5.2008

Direttur ta’ Fulmen (ara l-Parti B, nru 11)

3.

Mohammad MOKHBER

 

President tal-fondazzjoni Setad Ejraie, fond ta’ investiment marbut ma’ Ali Khameneï, il-gwida suprema. Membru tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Bank Sina.

4.

Mohammad Reza MOVASAGHNIA

 

Kap ta’ Samen Al A'Emmeh Industries Group (SAIG) magħruf ukoll bħala Cruise Missile Industry Group. Din l-organizzazzjoni ġiet innominata taħt UNSCR 1747 u elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007.


B.   Persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Azarab Industries

Ferdowsi Ave, PO Box 11365-171, Tehran, Iran

Ditta tas-settur tal-enerġija li tipprovdi appoġġ ta’ manifattura lill-programm nuklear, inklużi attivitajiet imfasslin b'mod li jkunu sensittivi għall-proliferazzjoni. Involviment fil-kostruzzjoni tar-reattur tal-ilma tqil f'Arak.

2.

Bank Mellat (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Head Office Building, 327 Takeghani (Taleghani) Avenue, Tehran 15817, Iran;

P.O. Box 11365-5964, Tehran 15817, Iran;

Bank Mellat huwa bank Iranjan tal-istat. Bank Mellat jimpenja ruħu f'tip ta’ kondotta li tappoġġa u tiffaċilita l-programmi ta’ missili nukleari u ballistiċi. Huwa pprovda servizzi bankarji lil entitajiet fil-listi tan-NU u tal-UE jew lil entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew lil entitajiet ipposseduti jew ikkontrollati minnhom. Huwa l-bank possedenti ta’ First East Export Bank li huwa nnominat taħt UNSCR 1929.

 

(a)

Mellat Bank SB CJSC

P.O. Box 24, Yerevan 0010, Repubblika tal-Armenja

Ippossedut 100 % minn Bank Mellat

 

(b)

Persia International Bank Plc

Number 6 Lothbury, Post Code: EC2R 7HH, Renju Unit

Sussidjarja ta’ Bank Melli. Bank Melli huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 423/2007, talli pprovda jew ipprova jipprovdi appoġġ finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew jipprokuraw oġġetti għall-programmi nukleari u ta’ missili tal-Iran.

3.

Bank Melli (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Ferdowsi Avenue, P.O. Box 11365-171, Tehran, Iran; l-uffiċċji fid-dinja kollha

Diġà elenkat fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK

 

(a)

Arian Bank (magħruf ukoll bħala Aryan Bank)

House 2, Street Number 13, Wazir Akbar Khan, Kabul, Afganistan

Arian Bank huwa impriża konġunta bejn Bank Melli u Bank Saderat.

 

(b)

Assa Corporation

ASSA CORP, 650 (jew 500) Fifth Avenue, New York, USA;

Nru tal-Identità tat-taxxa 1368932 (Stati Uniti)

Assa Corporation hija kumpannija fittizja maħluqa u kkontrollata minn Bank Melli. Hija ġiet stabbilita minn Bank Melli biex tgħaddi flus mill-Istati Uniti għall-Iran.

 

(c)

Assa Corporation Ltd

6 Britannia Place, Bath Street, St Helier JE2 4SU, Gżejjer Jersey Channel

Assa Corporation Ltd hija l-organizzazzjoni possedenti ta’ Assa Corporation. Ipposseduta jew ikkontrollata minn Bank Melli

 

(d)

Bank Kargoshaee (magħruf ukoll bħala Kargosai Bank, magħruf ukoll bħala Kargosa'i Bank)

587 Mohammadiye Square, Mowlavi St., Tehran 11986, Iran

Bank Kargoshaee huwa ppossedut minn Bank Melli.

 

(e)

Bank Melli Iran Investment Company (BMIIC)

No.2, Nader Alley, Vali-Asr Str., Tehran, Iran, P.O. Box 3898-15875;

Indirizz Alternattiv: Bldg 2, Nader Alley wara Beheshi Forked Road, P.O. Box 15875-3898, Tehran, Iran 15116;

Indirizz Alternattiv: Rafiee Alley, Nader Alley, 2 Wara Serahi Shahid Beheshti, Vali E Asr Avenue, Tehran, Iran; Numru ta’ Reġistrazzjoni tan-Negozju: 89584.

Affiljat ma’ entitajiet li ilhom sanzjonati mill-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea jew in-Nazzjonijiet Uniti mill-2000. Innominat mill-Istati Uniti bħala li huwa ppossedut jew ikkontrollat minn Bank Melli.

 

(f)

Bank Melli Printing And Publishing Company (BMPPC)

18th Km Karaj Special Road, Tehran, Iran, P.O. Box 37515-183;

Indirizz Alternattiv: Km 16 Karaj Special Road, Tehran, Iran;

Numru ta’ Reġistrazzjoni tan-Negozju 382231

Innominat mill-Istati Uniti bħala li huwa ppossedut jew ikkontrollat minn Bank Melli.

 

(g)

Cement Investment and Development Company (CIDCO) (magħruf ukoll bħala: Cement Industry Investment and Development Company, CIDCO, CIDCO Cement Holding)

No. 241, Mirdamad Street, Tehran, Iran

Ipposseduta kompletament minn Bank Melli Investment Co. Holding Company biex tamministra l-kumpanniji tas-siment kollha tal-BMIIC

 

(h)

First Persian Equity Fund

Walker House, 87 Mary Street, George Town, Grand Cayman, KY1-9002, Gżejjer Kajman;

Indirizz Alternattiv: Clifton House, 7z5 Fort Street, P.O. Box 190, Gżejjer Kajman, KY1-1104; Gżejjer Kajman;

Indirizz Alternattiv: Rafi Alley, Vali Asr Avenue, Nader Alley, Tehran, 15116, Iran, P.O.Box 15875-3898

Fond ibbażat f'Cayman illiċenzjat mill-Gvern Iranjan għall-investiment barrani fil-Borża ta’ Teħeran

 

(i)

Future Bank BSC

Block 304, City Centre Building, Building 199, Government Avenue, Road 383, Manama, Baħrejn;

P.O. Box 785, City Centre Building, Government Avenue, Manama, Baħrejn,

u l-fergħat tad-dinja kollha; Numru ta’ Reġistrazzjoni tan-Negozju: 54514-1 (Baħrejn) jiskadi fid-9 ta’ Ġunju 2009; Nru tal-Liċenzja tan-Negozju: 13388 (Baħrejn)

Impriża konġunta bbażata fil-Baħrejn li fil-parti l-kbira tagħha hija pposseduta u kkontrollata minn Bank Melli u Bank Saderat. Il-president ta’ Bank Melli kien ukoll il-president ta’ Future Bank

 

(j)

Mazandaran Cement Company

Africa Street, Sattari Street No. 40, P.O. Box 121, Tehran, Iran 19688;

Indirizz Alternattiv: 40 Satari Ave. Afrigha Highway, P.O. Box 19688, Tehran, Iran

Kumpannija tas-siment ibbażata f'Teħeran li fil-parti l-kbira tagħha hi pposseduta minn CIDCO. Involuta fi proġetti ta’ kostruzzjoni fuq skala kbira

 

(k)

Mazandaran Textile Company

Kendovan Alley 5, Vila Street, Enghelab Ave, P.O. Box 11365-9513, Tehran, Iran 11318;

Indirizz Alternattiv: 28 Candovan Cooy Enghelab Ave., P.O. Box 11318, Tehran, Iran;

Indirizz Alternattiv: Sari Ave., Ghaemshahr, Iran

Kumpannija tat-tessuti bbażata f'Tehran li fil-parti l-kbira tagħha hi pposseduta minn BMIIC u Bank Melli Investment Management Co.

 

(l)

Mehr Cayman Ltd.

Gżejjer Cayman; Numru ta’ Reġistrazzjoni Kummerċjali 188926 (Gżejjer Kajman)

Ipposseduta jew ikkontrollata minn Bank Melli

 

(m)

Melli Agrochemical Company PJS (magħrufa wkoll bħala Melli Shimi Keshavarz)

Mola Sadra Street, 215 Khordad, Sadr Alley No. 13, Vanak Sq., P.O. Box 15875-1734, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn Bank Melli

 

(n)

Melli Investment Holding International

514 Business Avenue Building, Deira, P.O. Box 181878, Dubai, Emirati Għarab Magħquda;

Numru taċ-Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni (Dubaj) 0107 maħruġ fit-30 ta’ Novembru 2005.

Ipposseduta jew ikkontrollata minn Bank Melli

 

(o)

Shomal Cement Company (magħrufa wkoll bħala Siman Shomal)

Dr Beheshti Ave No. 289, Tehran, Iran 151446;

Indirizz Alternattiv: 289 Shahid Baheshti Ave., P.O. Box 15146, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem DIO

4.

Bank Refah

40, North Shiraz Street, Mollasadra Ave., Vanak Sq., Tehran, Iran

Bank Refah wettaq xi operazzjonijiet għal Bank Melli b'segwitu tas-sanzjonijiet imposti fuq dan tal-aħħar mill-Unjoni Ewropea

5.

Bank Saderat Iran (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Bank Saderat Tower, 43 Somayeh Ave, Tehran, Iran

Bank Saderat huwa bank Iranjan tal-istat (Ippossedut 94 % mill-gvern IRN). Bank Saderat ipprovda servizzi finanzjarji lil entitajiet ta’ akkwist f'isem il-programmi tal-missili nukleari u ballistiċi tal-Iran, inklużi entitajiet innominati taħt UNSCR 1737. Bank Saderat ittratta pagamenti u ittri ta’ kreditu ta’ DIO (sanzjonat f'UNSCR 1737) u ta’ Iran Electronics Industries sad-data riċenti ta’ Marzu 2009. Fl-2003 Bank Saderat ittratta ittra ta’ kreditu f'isem Mesbah Energy Company ta’ IRN relatata man-nuklear (sussegwentement ġiet sanzjonata f'UNSR 1737).

 

(a)

Bank Saderat PLC (London)

5 Lothbury, London, EC2R 7 HD, UK

Sussidjarja pprosseduta 100 % minn Bank Saderat

6.

Bank Sina

187, Avenue Motahari, Teheran, Iran

Dan il-bank huwa marbut ħafna mal-interessi ta’ ‘Daftar’ (uffiċċju ta’ Gwida: amministrazzjoni magħmula minn madwar 500 kollaboratur). B'hekk huwa jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim.

7.

ESNICO (Equipment Supplier for Nuclear Industries Corporation - Fornitur ta’ Tagħmir għall-Korporazzjoni ta’ Industriji Nukleari)

No1, 37th Avenue, Asadabadi Street, Tehran, Iran

Jipprokura oġġetti industrijali, speċifikament għall-attivitajiet ta’ programmi nukleari mwettqa minn AEOI, Novin Energy u Kalaye Electric Company (kollha nnominati taħt UNSCR 1737). Id-Direttur ta’ ESNICO huwa Haleh Bakhtiar (innominat f'UNSCR 1803).

8.

Etemad Amin Invest Co Mobin

Pasadaran Av. Tehran, Iran

Qrib Naftar u Bonyad-e Mostazafan, Etemad Amin Invest Co Mobin jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim u tal-Istat parallel Iranjan.

9.

Export Development Bank of Iran (EDBI) (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Export Development Building, Ħdejn 15th Alley, Bokharest Street, Argentina Square, Tehran, Iran;

Tose'e Tower, Kantuniera ta’ 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran;

No. 129, 21 's Khaled Eslamboli, No. 1 Building, Tehran, Iran;

Nru ta’ Reġistrazzjoni Kummerċjali: 86936

(Iran)

L-Export Development Bank of Iran (EDBI) kien involut fil-forniment ta’ servizzi finanzjarji lil kumpanniji konnessi mal-programmi tal-Iran dwar il-proliferazzjoni u għen lil entitajiet innominati min-NU biex jaħarbu u jiksru s-sanzjonijiet. Huwa jipprovdi servizzi finanzjarji lil entitajiet subordinati ta’ MODAFL u lil kumpanniji fittizji tagħhom li jappoġġaw il-programmi ta’ missili nukleari u ballistiċi tal-Iran. Huwa kompla jittratta pagamenti għall-Bank Sepah, wara n-nomina min-NU, inklużi pagamenti relatati ma’ programmi ta’ missili nukleari u ballistiċi tal-Iran. EDBI ttratta transazzjonijiet marbutin ma’ entitajiet ta’ difiża u ta’ missili tal-Iran, li ħafna minnhom ġew sanzjonati mill-UNSC. EDBI serva bħala intermedjarju ewlieni fit-trattament ta’ pagamenti ta’ finanzjament ta’ Bank Sepah (sanzjonat mill-UNSC sa mill-2007), inklużi dawk relatati ma’ WMD. EDBI jforni servizzi finanazjarji lil diversi entitajiet ta’ MODAFL u ffaċilita attivitajiet ta’ prokurament li għaddejjin ta’ kumpanniji fittizji assoċjati ma’ entitajiet ta’ MODAFL.

 

(a)

EDBI Exchange Company

Tose'e Tower, Kantuniera ta’ 15th St., Ahmad Qasir Ave.; Argentine Square, Tehran, Iran

EDBI Exchange Company ibbażata f'Tehran tappartjeni 70 % lil Export Development Bank of Iran (EDBI). Hija ġiet innominata mill-Istati Uniti f'Ottubru 2008 bħala li hija pposseduta jew ikkontrollata minn EDBI.

 

(b)

EDBI Stock Brokerage Company

Tose'e Tower, Kantuniera ta’ 15th St., Ahmad Qasir Ave.; Argentine Square, Tehran, Iran

EDBI Stock Brokerage Company ibbażata f'Tehran hija sussidjarja pposseduta kompletament minn Export Development Bank of Iran (EDBI). Hija ġiet innominata mill-Istati Uniti f'Ottubru 2008 bħala li hija pposseduta jew ikkontrollata minn EDBI.

 

(c)

Banco Internacional De Desarrollo CA

Urb. El Rosal, Avenida Francesco de Miranda, Edificio Dozsa, Piso 8, Caracas C.P. 1060, Venezwela

Banco Internacional De Desarrollo CA huwa ppossedut mill-Export Development Bank of Iran.

10.

Fajr Aviation Composite Industries

Mehrabad Airport, PO Box 13445-885, Tehran, Iran

Sussidjarja tal-IAIO fi ħdan MODAFL (elenkat fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK), li primarjament tipproduċi materjal kompost għall-industrija tal-inġenji tal-ajru, iżda marbuta ukoll mal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ fibri tal-karbonju għal applikazzjonijiet nukleari u ta’ missili. Marbuta mal-Uffiċċju ta’ Kooperazzjoni tat-Teknoloġija. Riċentement l-Iran ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jipproduċi bil-massa ċentrifuġi ta’ ġenerazzjoni ġdida li ser jeħtieġu kapaċitajiet tal-produzzjoni ta’ fibri tal-karbonju ta’ FACI.

11.

Fulmen

167 Darya boulevard - Shahrak Ghods, 14669 - 8356 Tehran.

Fulmen kien involut fl-istallazzjoni ta’ tagħmir elettriku fuq is-sit ta’ Qom/Fordoo fi żmien meta l-eżistenza ta’ dan is-sit kienet għadha mhux magħrufa.

 

(a)

Arya Niroo Nik

Suite 5 - 11th floor - Nahid Bldg, Shahnazari Street – Mohseni Square Tehran

Arya Niroo Nik hija kumpannija fittizja li tintuża minn Fulmen għal uħud mill-operazzjonijiet tiegħu.

12.

Future Bank BSC

Block 304. City Centre Building. Building 199, Government Avenue, Road 383, Manama, Baħrejn. PO Box 785;

Dokument 2k tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju: 54514-1 (Baħrejn) jiskadi fid-9 ta’ Ġunju 2009; Nru tal-Liċenzja tan-Negozju 13388 (Baħrejn)

Żewġ terzi minn Future Bank ibbażat f'Baħrejn jappartjeni għal banek tal-istat Iranjani. Bank Melli u Bank Sederat, li huma nnominati mill-UE, jippossedu kull wieħed terz tal-ishma, u t-terz li jifdal jappartjeni lil Ahli United Bank (AUB) tal-Baħrejn. Għalkemm l-AUB għad għandu l-ishma tiegħu ta’ Future Bank, skont ir-rapport annwali tiegħu tal-2007, AUB m'għadux jeżerċita influwenza sinifikanti fuq il-bank li huwa effettivament ikkontrollat mill-banek prinċipali Iranjani li t-tnejn li huma, huma identifikati mill-UNSCR 1803 bħala banek Iranjani li jeħtieġu ‘viġilanza’ partikolari. Ir-rabtiet stretti bejn Future Bank u l-Iran jidhru aktar mill-fatt li l-President ta’ Bank Melli fl-istess ħin kellu l-pożizzjoni ta’ President ta’ Future Bank.

13.

Industrial Development &

Renovation Organization (IDRO)

 

Korp governattiv responsabbli għall-aċċelerazzjoni tal-industrijalizzazzjoni tal-Iran. Jikkontrolla diversi kumpanniji involuti f'ħidma għall-programmi nukleari u ta’ missili u involut fit-teknoloġija ta’ manifattura avvanzata ta’ prokurament barrani sabiex jappoġġahom.

14.

Iran Aircraft Industries (IACI)

 

Sussidjarja tal-IAIO fi ħdan MODAFL (elenkat fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK). Timmanifattura, issewwi u twettaq spezzjonijiet ta’ ajruplani u magni ta’ inġeni tal-ajru u tipprokura partijiet relatati mal-avjazzjoni spiss ta’ oriġini tal-Istati Uniti permezz ta’ intermedjarji barranin. IACI u s-sussidjarji tagħha nqabdu wkoll jużaw netwerk ta’ sensara mifruxa mad-dinja kollha biex tikseb oġġetti relatati mal-avjazzjoni.

15.

Iran Aircraft Manufacturing Company (magħrufa wkoll bħala: HESA, HESA Trade Center, HTC, IAMCO, IAMI, Iran Aircraft Manufacturing Company, Iran Aircraft Manufacturing Industries, Karkhanejate Sanaye Havapaymaie Iran, Hava Peyma Sazi-e Iran, Havapeyma Sazhran, Havapeyma Sazi Iran, Hevapeimasazi)

P.O. Box 83145-311, 28 km Esfahan – Tehran Freeway, Shahin Shahr, Esfahan, Iran;

P.O. Box 14155-5568, No. 27 Ahahamat Aave., Vallie Asr Square, Tehran 15946, Iran;

P.O. Box 81465-935, Esfahan, Iran;

Shahih Shar Industrial Zone, Isfahan, Iran; P.O. Box 8140, No. 107 Sepahbod Gharany Ave., Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi għal MODAFL (elenkat fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK)

16.

Iran Centrifuge Technology Company (magħrufa wkoll bħala TSA jew TESA)

 

TESA ħadet l-attivitajiet ta’ Farayand Technique (innominata taħt UNSCR 1737). Hija timmanifattura partijiet ta’ ċentrifuġju ta’ arrikkament tal-uranju, u qed tappoġġa direttament attività sensittiva għall-proliferazzjoni li l-Iran intalab mill-UNSCR biex iwaqqaf. Twettaq ħidma għal Kalaye Electric Company (innominata taħt UNSCR 1737).

17.

Iran Communications Industries (ICI)

PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran;

Indirizz alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran;

Indirizz alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran

Iran Communications Industries, sussidjarja ta’ Iran Electronics Industries (elenkata fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK), tipproduċi diversi oġġetti inklużi sistemi ta’ komunikazzjoni, apparat tal-avjonika, tal-ottika u tal-elettro-ottika, mikroelettronika, teknoloġija tal-informatika, testijiet u kejl, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, gwerra tal-elettronika, manifattura u rinovazzjoni tat-tubu tar-radar u lanċjaturi tal-missili. Dawn l-oġġetti jistgħu jintużaw fi programmi li huma taħt sanzjoni skont UNSCR 1737.

18.

Iran Insurance Company (magħrufa wkoll bħala Bimeh Iran)

P.O. Box 14155-6363, 107 Fatemi Ave., Tehran, Iran

Iran Insurance Company inxurjat ix-xiri ta’ diversi oġġetti li jistgħu jintużaw fi programmi li huma sanzjonati minn UNSCR 1737. Oġġetti mixtrijin inxurjati jinkludu spare parts ta’ helicopters, u kompjuters b'applikazzjonijiet f'navigazzjoni ta’ inġeni tal-ajru u tal-missili.

19.

Iranian Aviation Industries Organization (IAIO)

107 Sepahbod Gharani Avenue, Tehran, Iran

Organizzazzjoni ta’ MODAFL (elenkata fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK) responsabbli għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-industrija tal-avjazzjoni militari tal-Iran.

20.

Isfahan Optics

P.O. Box 81465-117, Isfahan, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem Iran Electronics Industries (elenkata fil-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2007/140/PESK)

21.

Javedan Mehr Toos

 

Ditta tal-enġinerija li tipprokura għall-Atomic Energy Organisation tal-Iran li ġiet innominata taħt UNSCR 1737

22.

Kala Naft

Kala Naft Tehran Co, P.O. Box 15815/1775, Gharani Avenue, Tehran, Iran;

No 242 Shahid Kalantri Street - Near Karim Khan Bridge - Sepahbod Gharani Avenue, Teheran;

Kish Free Zone, Trade Center, Kish Island, Iran;

Kala Ltd., NIOC House, 4 Victoria Street, London Sw1H1

Jinnegozja tagħmir għas-settur taż-żejt u tal-gass li jista' jintuża għall-programm nukleari tal-Iran. Ipprova jakkwista materjal (xatbi tal-liga li jifilħu ħafna) li m'għandhom l-ebda użu barra l-industrija nukleari. Għandu rabtiet ma’ kumpanniji involuti fil-programm nukleari tal-Iran.

23.

Machine Sazi Arak

4th km Tehran Road, PO Box 148, Arak, Iran

Ditta tas-settur tal-enerġija affiljata ma’ IDRO li tipprovdi appoġġ ta’ manifattura lill-programm nuklear, inklużi attivitajiet imfasslin b'mod li jkunu sensittivi għall-proliferazzjoni. Involviment fil-kostruzzjoni tar-reattur tal-ilma tqil f'Arak. Ir-Renju Unit qassam notifika għal rifjut ta’ esportazzjoni f'Lulju 2009 kontra Machine Sazi Arak għal ‘alumina graphite stopper rod’. F'Mejju 2009 l-Isvezja ċaħdet l-esportazzjoni lil Machine Sazi Arak ta’ ‘kisi tat-truf ta’ dixx għal reċipjenti ta’ pressjoni’.

24.

MASNA (Moierat Saakht Niroogahye Atomi Iran) Kumpannija ta’ Ġestjoni għall-Kostruzzjoni ta’ Impjanti Nukleari

 

Subordinata għal AEOI u Novin Energy (it-tnejn innominati taħt UNSCR 1737). Involuta fl-iżvilupp ta’ reatturi nukleari.

25.

Parto Sanat Co

No. 1281 Valiasr Ave., Next to 14th St., Tehran, Iran.

Manifattur ta’ apparat li jibdel il-frekwenza u huwa kapaċi jiżviluppa/jimmodifika apparat li jibdel il-frekwenza importat minn barra l-pajjiż b'mod li jagħmlu utilizzabbli fl-arrikiment ta’ ċentrifuġju tal-gass. Huwa meqjus bħala li huwa involut f'attivitajiet tal-proliferazzjoni nukleari.

26.

Passive Defense Organization

 

Responsabbli għall-għażla u l-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet strateġiċi, inkluż - skont dikjarazzjonijiet Iranjani - is-sit tal-arrikiment tal-uranju f'Fordow (Qom) li nbena mingħajr ma ġie ddikjarat lill-IAEA, kontra l-obbligi tal-Iran (affermat f'riżoluzzjoni mill-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA). Il-Brigadier Ġenerali Gholam-Reza Jalali, ex IRGC huwa l-President tal-PDO.

27.

Post Bank

237, Motahari Ave., Tehran, Iran 1587618118

Post Bank evolva minn bank domestiku Iranjan għal bank li jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali tal-Iran. Jaġixxi f'isem Bank Sepah (innominat taħt UNSCR 1747), filwaqt li jwettaq transazzjonijiet ta’ Bank Sepah u jaħbi l-konnessjoni ta’ Bank Sepah bi transazzjonijiet sabiex jaħrab sanzjonijiet. Fl-2009 Post Bank iffaċilita negozju f'isem Bank Sepah bejn l-industriji tad-difiża tal-Iran u benefiċjarji barra l-pajjiż. Huwa ffaċilita negozju ma’ kumpannija fittizja għal Tranchon Commercial Bank ta’ DPRK, magħruf biex jiffaċilita negozju relatat mal-proliferazzjoni bejn l-Iran u d-DPRK.

28.

Raka

 

Dipartiment ta’ Kalaye Electric Company (innominata taħt UNSCR 1737). Stabbilit tard fl-2006, huwa kien responsabbli għall-kostruzzjoni tal-Impjant tal-arrikiment tal-uranju f'Fordow (Qom).

29.

Research Institute of Nuclear Science & Technology (magħruf ukoll bħala Nuclear Science & Technology Research Institute)

 

Subordinat għall-AEOI u qed ikompli l-ħidma tad-Diviżjoni tar-Riċerka preċedenti tiegħu. Id-direttur amministrattiv tiegħu huwa l-Viċi President tal-AEOI Mohammad Ghannadi (innominat f'UNSCR 1737).

30.

Schiller Novin

Gheytariyeh Avenue - no153 - 3rd Floor - PO BOX 17665/153 6 19389 Teheran

Jaġixxi f'isem Defence Industries Organisation (DIO).

31.

Shahid Ahmad Kazemi Industrial Group

 

SAKIG jiżviluppa u jipproduċi sistemi ta’ missili mill-art għas-sema għall-militar tal-Iran. Huwa għandu proġetti tal-militar, tal-missili u tad-difiża tal-ajru u jipprokura oġġetti mir-Russja, il-Bjelorussja u l-Korea ta’ Fuq.

32.

Shakhese Behbud Sanat

 

Involut fil-produzzjoni ta’ tagħmir u partijiet għaċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari.

33.

Technology Cooperation Office (TCO) tal-Uffiċċju tal-President Iranjan

Tehran, Iran

Responsabbli għall-avvanz teknoloġiku tal-Iran permezz ta’ rabtiet ta’ prokurament u taħriġ barrani rilevanti. Iforni l-programmi nukleari u ta’ missili.

34.

Yasa Part, (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

 

Kumpannija li tittratta attivitajiet ta’ prokurament relatati max-xiri ta’ materjal u teknoloġiji meħtieġa għal programmi nukleari u ballistiċi.

 

(a)

Arfa Paint Company

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(b)

Arfeh Company

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(c)

Farasepehr Engineering Company

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(d)

Hosseini Nejad Trading Co.

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(e)

Iran Saffron Company or Iransaffron Co.

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(f)

Shetab G.

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(g)

Shetab Gaman

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(h)

Shetab Trading

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

 

(i)

Y.A.S. Co. Ltd

 

Taġixxi f'isem Yasa Part.

II.

Il-Korp tal-Gwardja Revoluzzjonarja Islamika (IRGC)

A.   Persuni fiżiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Viċi Ammiral Ali FADAVI

 

Kmandant tal-Flotta tal-IRGC

2.

Parviz FATAH

Twieled fl-1961

In-numru tnejn ta’ Khatam al Anbiya

3.

BrigGen Mohammad Reza NAQDI

Twieled fl-1953, f'Nadjaf (Iraq)

Kmandant ta’ Basij Resistance Force

4.

BrigGen Mohammad PAKPUR

 

Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC

5.

Rostam QASEMI (magħruf ukoll bħala Rostam GHASEMI)

Twieled fl-1961

Kmandant ta’ Khatam al-Anbiya

6.

BrigGen Hossein SALAMI

 

Viċi Kmandant tal-IRGC


B.   Persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Korp tal-Gwardja Revoluzzjonarja Islamika (IRGC)

Tehran, Iran

Responsabbli għall-programm nukleari tal-Iran. Għandu kontroll operattiv għall-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Impenja ruħu f'attentati ta’ prokurament biex jappoġġa l-programmi tal-missili ballistiċi u nukleari tal-Iran.

2.

Kmandant tal-Missili ta’ Al-Ghadir għall-Forza tal-Ajru tal-IRGC

 

Il-Kmand tal-Missili ta’ Al-Ghadir tal-Forza tal-Ajru tal-IRGC huwa element speċifiku fil-Forza tal-Ajru tal-IRGC li kien qed jaħdem ma’ SBIG (innominat taħt UNSCR 1737) bil-missili ballistiċi ta’ distanza qasira FATEH 110 kif ukoll il-missili ballistiċi ta’ distanza medja ‘Ashura’. Dan il-kmand jidher li huwa entità li fil-fatt għandu l-kontroll operattiv tal-missili.

3.

Naserin Vahid

 

Naserin Vahid jipproduċi partijiet ta’ armi f'isem IRGC. Kumpannija fittizja tal-IRGC.

4.

IRGC Qods Force

Tehran, Iran

Il-Korp tal-Gwardja Revoluzzjonarja Islamika tal-Iran (IRGC), Qods Force huwa responsabbli għal operazzjonijiet barra l-Iran u huwa l-għodda prinċipali tal-politika barranija ta’ Tehran għal operazzjonijiet speċjali u appoġġ għal terroristi u militanti Islamiċi barra l-pajjiż. Hizballah uża rokits, anti-ship cruise missiles (ASCMs), sistemi tad-difiża tal-ajru li jinġarru min-nies (MANPADS) u vetturi tal-ajru mingħajr persuni (UAVs), fornuti minn Qods Force fil-konflitt tal-2006 mal-Israel u bbenefika mit-taħriġ ta’ Qods Force dwar dawn is-sistemi, skont rappurtar tal-istampa. Skont varjetà ta’ rappurtar, Qods Force qed tkompli tforni mill-ġdid u tħarreġ lil Hizballah dwar armi avvanzati, missili kontra inġenji tal-ajru u rokits ta’ distanza twila. Qods Force qed tkompli tforni appoġġ letali limitat, taħriġ u finanzjament lil ġellieda tat-Taliban fin-nofsinhar u l-punent tal-Afganistan inklużi armi żgħar, munizzjon, mortars u rokits tal-kamp ta’ battalja ta’ distanza qasira. Il-Kmandant ġie sanzjonat taħt il-UNSCR.

5.

Sepanir Oil and Gas Energy Engineering Company (magħruf ukoll bħala Sepah Nir)

 

Sussidjarja tal-Kwartieri ta’ Kostruzzjoni ta’ Khatam al-Anbya li ġew innominati taħt il-UNSCR 1929. Sepanir Oil and Gas Engineering Company qed tipparteċipa fil-proġett tal-Iran ta’ żvilupp tal-qasam tal-gass tal-Fażi 15-16 offshore ta’ South Pars.

III.

Membri u entitajiet ta’ Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

No. 37, Aseman Tower, Sayyade Shirazee Square, Pasdaran Ave., PO Box 19395-1311. Tehran. Iran;

No. 37,. Kantuniera ta’ 7th Narenjestan, Sayad Shirazi Square, Wara Noboyand Square, Pasdaran Ave., Tehran, Iran

IRISL kien involut fil-vjeġġ ta’ merkanzija relatata mal-militar, inkluża merkanzija proskritta mill-Iran. Fi tliet inċidenti bħal dawn kien involut ksur ċar li kien irrapportat lill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet tal-Iran tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Il-konnessjoni ta’ IRISL mal-proliferazzjoni kienet tali li l-KSNU appella lill-istati biex iwettqu spezzjonijiet ta’ bastimenti tal-IRISL, dment li jkun hemm raġunijiet xierqa li wieħed jemmen li l-bastiment ikun qed jittrasporta oġġetti proskritti, fil-UNSCR 1803 u 1929.

 

(a)

Bushehr Shipping Company Limited (Tehran)

143/1 Tower Road Sliema, Slm 1604, Malta;

c/o Hafiz Darya Shipping Company, Ehteshamiyeh Square 60, Neyestani 7, Pasdaran, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn IRISL

 

(b)

CISCO Shipping Company Ltd (magħrufa wkoll bħala IRISL Korea Ltd)

Għandha uffiċċji f'Seoul u f'Busan, il-Korea t'Isfel.

Taġixxi f'isem IRISL fil-Korea t'Isfel

 

(c)

Hafize Darya Shipping Lines (HDSL) (magħrufa wkoll bħala HDS Lines)

No. 60 Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran;

Indirizz alternattiv: Third Floor of IRISL's Aseman Tower

Taġixxi f'isem IRISL waqt li twettaq operazzjonijiet b'kontejners bl-użu ta’ bastimenti pposseduti minn IRISL.

 

(d)

Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH

Schottweg 7, 22087 Hamburg, Ġermanja;

Opp 7th Alley, Zarafshan St, Eivanak St, Qods Township; HTTS GmbH,

Taġixxi f'isem HDSL fl-Ewropa.

 

(e)

Irano Misr Shipping Company

No 41, 3rd Floor, Corner of 6th Alley, Sunaei Street, Karim Khan Zand Ave, Tehran;

265, Ħdejn Mehrshad, Sedaghat St., Faċċata ta’ Mellat Park, Vali Asr Ave., Tehran 1A001, Iran;

18 Mehrshad Street, Sadaghat St., Faċċata ta’ Mellat Park, Vali Asr Ave., Tehran 1A001, Iran

Taġixxi f'isem IRISL, matul il-Kanal ta’ Suez u f'Alessandrija u f'Port Said. 51 % ippossedut minn IRISL.

 

(f)

Irinvestship Ltd

Global House, 61 Petty France, London SW1H 9EU, Renju Unit;

Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # 4110179 (Renju Unit)

Ipposseduta minn IRISL. Tipprovdi servizzi finanzjarji, legali u tal-assigurazzjoni għal IRISL kif ukoll ġestjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni, ta’ chartering u ta’ ekwipaġġ.

 

(g)

IRISL (Malta) Ltd

Flat 1, 181 Tower Road, Sliema SLM 1605, Malta

Taġixxi f'isem IRISL f'Malta. Impriża konġunta b'pussess ta’ ishma Ġermaniż u Malti. IRISL ilha tuża r-rotta ta’ Malta mill-2004 u tuża l-Freeport bħala ċentru ta’ transvjeġġ bejn il-Golf Persjan u l-Ewropa.

 

(h)

IRISL (UK) Ltd (Barking, Felixstowe)

Dokument tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju # 4765305

2 Abbey Rd., Baring, Essex IG11 7 AX, Renju Unit;

IRISL (UK) Ltd., Walton Ave., Felixstowe, Suffolk, IP11 3HG, Renju Unit

50 % ipposseduta minn Irinvestship Ltd u 50 % minn British Company Johnson Stevens Agencies Ltd. Tipprovdi kopertura ta’ servizz ta’ merkanzija u b'kontejners bejn l-Ewropa u l-Lvant Nofsani u wkoll żewġ servizzi separati bejn il-Lvant Imbiegħed u l-Lvant Nofsani

 

(i)

IRISL Club

No 60 Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran

Ipposseduta minn IRISL.

 

(j)

IRISL Europe GmbH (Hamburg)

Schottweg 5, 22087 Hamburg, Ġermanja

Numru tal-V.A.T. DE217283818 (Ġermanja)

Aġent ta’ IRISL fil-Ġermanja.

 

(k)

IRISL Marine Services and Engineering Company

Sarbandar Gas Station PO Box 199, Bandar Imam Khomeini, Iran;

Karim Khan Zand Ave, Iran Shahr Shomai, No 221, Tehran, Iran;

No 221, Northern Iranshahr Street, Karim Khan Ave, Tehran, Iran

Ipposseduta minn IRISL. Tipprovdi karburant, bunkers, ilma, żebgħa, żejt ta’ lubrikazzjoni u kimiċi meħtieġa mill-bastimenti ta’ IRISL. Il-kumpannija tipprovdi wkoll sorveljanza ta’ manutenzjoni ta’ vapuri kif ukoll faċilitajiet u servizzi għall-membri tal-ekwipaġġ. Is-sussidjarji ta’ IRISL użaw kontijiet ta’ bank iddenominati fid-dollaru tal-Istati Uniti, irreġistrati taħt ismijiet ta’ kopertura fl-Ewropa u fil-Lvant Nofsani biex jiffaċilitaw trasferimenti ta’ finanzjament ta’ rutina. IRISL iffaċilita ksur ripetut tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1747.

 

(l)

IRISL Multimodal Transport Company

No 25, Shahid Arabi Line, Sanaei St, Karim Khan Zand Zand St Tehran. Iran

Ipposseduta minn IRISL. Responsabbli għat-trasport ta’ merkanzija bil-ferrovija. Hija sussidjarja kkontrollata kompletament minn IRISL.

 

(m)

IRITAL Shipping SRL

Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali: GE 426505 (Italja); Kodiċi Fiskali Taljan: 03329300101 (Italja); Numru tal-V.A.T.: 12869140157 (Italja)

Ponte Francesco Morosini 59, 16126 Genova (GE), Italja;

Punt ta’ kuntatt għas-servizzi ta’ ECL u PCL. Użata mill-Marine Industries Group (MIG; issa magħrufa bħala Marine Industries Organisation, MIO) sussidjarja ta’ DIO li hija responsabbli għat-tfassil u l-kostruzzjoni ta’ diversi strutturi tal-baħar u bastimenti kemm militari kif ukoll mhux militari. DIO kienet innominata taħt il-UNSCR 1737.

 

(n)

ISI Maritime Limited (Malta)

147/1 St. Lucia Street, Valetta, Vlt 1185, Malta;

c/o IranoHind Shipping Co. Ltd., Mehrshad Street, PO Box 15875, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn IRISL

 

(o)

Khazer Shipping Lines (Bandar Anzali)

No. 1; End of Shahid Mostafa Khomeini St., Tohid Square, O.O. Box 43145, Bandar Anzali 1711-324, Iran;

M. Khomeini St., Ghazian, Bandar Anzali, Gilan, Iran

Sussidjarja pposseduta 100 % minn IRISL. Flotta totali ta’ sitt bastimenti. Topera fil-Baħar Kaspju. Iffaċilitat vjeġġi li jinvolvu entitajiet innominati min-NU u mill-Istati Uniti, bħal Bank Melli, waqt li għamlet vjeġġi ta’ merkanzija b'interessi ta’ proliferazzjoni minn pajjiżi bħar-Russja u l-Kazakistan lejn l-Iran.

 

(p)

Leadmarine (magħrufa wkoll bħala Asia Marine Network Pte Ltd magħrufa wkoll bħala IRISL Asia Pte Ltd)

200 Middle Road #14-01 Prime Centre Singapore 188980 (alt. 199090)

Leadmarine, taġixxi f'isem HDSL f'Singapor. Preċedentement magħrufa bħala Asia Marine Network Pte Ltd u IRISL Asia Pte Ltd, u aġixxiet f'isem IRISL f'Singapor.

 

(q)

Marble Shipping Limited (Malta)

143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta

Ipposseduta jew ikkontrollata minn IRISL.

 

(r)

Oasis Freight Agencies (magħrufa wkoll bħala Pacific Shipping Company

Al Meena Street, Faċċata ta’ Dubai Ports & Customs, 2nd Floor, Sharaf Building, Dubaj, Emirati Għarab Magħquda;

Sharaf Building, 1st Floor, Al Mankhool St., Bur Dubai, P.O. Box 5562, Dubaj, Emirati Għarab Magħquda;

Sharaf Building, No. 4, 2nd Floor, Al Meena Road, Faċċata ta’ Customs, Dubaj, Emirati Għarab Magħquda,

Kayed Ahli Building, Jamal Abdul Nasser Road (Parallell ma’ Al Wahda St.), P.O. Box 4840, Sharjah, Emirati Għarab Magħquda

Kumpannija ta’ impriża konġunta bejn IRISL u d-ditta Sharif Shipping Company ibbażata fl-Emirati Għarab Magħquda. Taġixxi f'isem IRISL fl-Emirati Għarab Magħquda waqt li tipprovdi karburant u mħażen, tagħmir, spare parts u tiswija ta’ vapuri. Issa magħrufa bħala Pacific Shipping Company li taġixxi f'isem HDSL.

 

(s)

Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID)

33 Eigth Narenjestan, Artesh Street, PO Box 19635-1116, Tehran, Iran;

Indirizz alternattiv: Third Floor of IRISL's Aseman Tower

Taġixxi f'isem IRISL waqt li twettaq servizzi bl-ingrossa

 

(t)

Santexlines (magħrufa wkoll bħala IRISL China Shipping Company Ltd, magħrufa wkoll bħala Yi Hang Shipping Company)

Suite 1501, Shanghai Zhongrong Plaza, 1088, Pudong(S) road, Shanghai 200122, Shanghai, Ċina

Indirizz alternattiv: F23A-D, Times Plaza No. 1, Taizi Road, Shekou, Shenzhen 518067, Ċina

Santexlines taġixxi f'isem HDSL. Preċedentement magħrufa bħala IRISL China shipping Company, hija aġixxiet f'isem IRISL fiċ-Ċina.

 

(u)

Shipping Computer Services Company (SCSCOL)

No37 Asseman Shahid Sayyad Shirazee sq., Pasdaran ave., P.O. Box 1587553 1351, Tehran, Iran;

No13, 1st Floor, Abgan Alley, Aban ave., Karimkhan Zand Blvd, Tehran 15976, Iran.

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem IRISL

 

(v)

Soroush Saramin Asatir (SSA)

No 14 (alt. 5) Shabnam Alley, Fajr Street, Shahid Motahhari Avenue, PO Box 196365-1114, Tehran Iran

Taġixxi f'isem IRISL. Kumpannija tal-ġestjoni ta’ vapuri bbażata f'Teħeran li taġixxi bħala ġestjonarju tekniku għal ħafna mill-bastimenti ta’ SAPID

 

(w)

South Way Shipping Agency Co Ltd

No. 101, Shabnam Alley, Ghaem Magham Street, Tehran, Iran

Ikkontrollata minn IRISL u taġixxi għal IRISL f'portijiet Iranjani waqt li tieħu ħsieb kompiti bħat-tagħbija u l-ħatt.

 

(x)

Valfajr 8th Shipping Line Co. (magħrufa wkoll bħala Valfajr)

Abyar Alley, Corner of Shahid Azodi St. & Karim Khan Zand Ave. Tehran, Iran;

Shahid Azodi St. Karim Khan Zand Zand Ave.,

Abiar Alley. PO Box 4155, Tehran, Iran

Sussidjarja pposseduta 100 % minn IRISL. Hija twettaq trasferimenti bejn l-Iran u l-Istati tal-Golf bħall-Kuwajt, il-Qatar, il-Baħrejn, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Arabja Sawdija Valfajr hija sussidjarja ta’ Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) ibbażata f'Dubaj, li tipprovdi servizzi ta’ laneċ u ta’ kabotaġġ, u kultant twettaq kurrieri ta’ merkanzija u passiġġieri min-naħa għall-oħra tal-Golf Persjan. Valfajr f'Dubaj ipprenotat ekwipaġġi ta’ vapuri, ipprenotat servizzi ta’ bastimenti ta’ provvista, ħejjiet vapuri għall-wasla u t-tluq u għat-tagħbija u l-ħatt f'port. Valfajr tieqaf f'portijiet fil-Golf Persjan u fl-Indja. Minn nofs Ġunju tal-2009, Valfajr ikkondividiet l-istess bini ma’ IRISL f'Port Rasid f'Dubaj, l-Emirati Għarab Magħquda (UAE), u kkondividiet ukoll l-istess bini ma IRISL f'Teħeran, l-Iran.”


27.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 669/2010

tas-26 ta’ Lulju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

42,6

TR

105,8

ZZ

74,2

0707 00 05

TR

105,8

ZZ

105,8

0709 90 70

TR

88,1

ZZ

88,1

0805 50 10

AR

106,8

UY

62,5

ZA

103,3

ZZ

90,9

0806 10 10

AR

137,6

CL

79,4

EG

150,4

IL

126,4

MA

161,4

TR

151,0

ZA

130,8

ZZ

133,9

0808 10 80

AR

153,8

BR

79,1

CA

98,9

CL

94,9

CN

82,0

MA

54,2

NZ

117,8

US

162,9

UY

111,6

ZA

101,0

ZZ

105,6

0808 20 50

AR

68,3

CL

136,4

NZ

130,0

ZA

107,3

ZZ

110,5

0809 10 00

TR

189,3

ZZ

189,3

0809 20 95

TR

224,4

US

520,8

ZZ

372,6

0809 30

AR

75,9

TR

156,7

ZZ

116,3

0809 40 05

BA

87,0

TR

126,3

XS

91,2

ZZ

101,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

27.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Lulju 2010

dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Frar 2007, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1) li implimentat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR) 1737(2006).

(2)

Fit-23 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/246/PESK (2) li implimentat ir-Riżoluzzjoni UNSCR 1747 (2007).

(3)

Fis-7 ta’ Awwissu 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK (3) li implimentat l-UNSCR 1803 (2007).

(4)

Fid-9 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Kunsill tas-Sigurtà”) adotta r-Riżoluzzjoni 1929 (2010) (li wessgħat il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri restrittivi imposti mill-1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), u UNSCR 1803 (2008) u introduċiet miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Iran.

(5)

Fis-17 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew issottolinja t-tħassib profond tiegħu dwar il-programm nukleari tal-Iran u laqa' l-adozzjoni tal-UNSCR 1929 (2010). Il-Kunsill Ewropew, filwaqt li fakkar fid-Dikjarazzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2009, stieden lill-Kunsill biex jadotta l-miżuri li jimplimentaw dawk li jinsabu fil-UNSCR 1929 (2010) kif ukoll il-miżuri li jakkumpanjawhom, bil-ħsieb tal-appoġġ għar-riżoluzzjoni tat-tħassib pendenti kollu rigward l-iżvilupp mill-Iran ta' teknoloġiji sensittivi b'appoġġ għall-programm nukleari u dak missilistiku tiegħu, permezz tan-negozjati. Dawn għandhom jiffukaw fuq l-oqsma tal-kummerċ, is-settur finanzjarju, is-settur tat-trasport tal-Iran, is-setturi prinċipali fl-industrija taż-żejt u l-gass u deżinjazzjonijiet addizzjonali partikolarment għall-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

(6)

Il-UNSCR 1929 (2010) tipprojbixxi investiment mill-Iran, iċ-ċittadini tiegħu u entitajiet inkorporati fl-Iran jew soġġetti għall-ġuristizzjoni tiegħu, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom fi kwalunkwe attività li tinvolvi l-estrazzjoni tal-uranju, il-produzzjoni jew l-użu ta' materjal nukleari u teknoloġija.

(7)

Il-UNSCR 1929 (2010) testendi r-restrizzjonijiet finanzjarji u ta' vvjaġġar imposti mill-UNSCR 1737 (2006) għal persuni u entitajiet addizzjonali, inklużi individwi u entitajiet tal-IRGC u entitajiet tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL).

(8)

Konformement mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew, ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom jiġu applikati għal aktar persuni u entitajiet, b'żieda ma' dawk deżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 18 tal-UNSCR 1737 (2006) (‘il-Kumitat’), bl-użu tal-istess kriterji bħal dawk applikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat.

(9)

Konformement mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew, huwa adatt li jkun ipprojbit il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Iran ta’ aktar prodotti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija, minn barra dawk iddeterminati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat, li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet Iranjani relatati mal-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid jew l-ilma tqil, kif ukoll mal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil ta’ armi nukleari jew it-twettiq ta’ attivitajiet relatati ma’ suġġetti oħra fir-rigward ta’ liema l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA) esprimiet tħassib jew li identifikat bħala pendenti, jew għal programmi oħra għall-armi ta' qerda massiva. Din il-projbizzjoni għandha tinkludi merkanzija ta' użu doppju u teknoloġija oħra.

(10)

Konformement mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw trażżin fir-rigward ta' dħul f'impenji ġodda fuq terminu qasir provduti għal sostenn finanzjarju pubbliku u privat għal kummerċ mal-Iran bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ammonti pendenti, b'mod partikolari biex jiġi evitat kwalunkwe appoġġ finanzjarju li jikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni, jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' kunsinna ta' armi nukleari, u għandhom jipprojbixxu kwalunkwe impenn fuq terminu medju u twil provdut għal sostenn finanzjarju pubbliku u privat għal kummerċ mal-Iran.

(11)

Il-UNSCR 1929 (2010) tappella lill-Istati kollha biex jispezzjonaw, f’konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u konsistenti mad-dritt internazzjonali, il-merkanzija kollha lejn u mill-Iran, fit-territorju tagħhom, inklużi l-portijiet u l-ajruporti, jekk l-Istat ikkonċernat ikollu informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħha huma pprojbiti skont il-UNSCR 1737 (2006), il-UNSCR 1747 (2007), il-UNSCR 1803 (2008) jew il-UNSCR 1929 (2010).

(12)

Il-UNSCR 1929 (2010) tinnota wkoll li l-Istati Membri, konsistenti mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi tal-baħar, jistgħu jeħtieġu spezzjonijiet ta' bastimenti fl-ibħra internazzjonali bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti jġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont il-UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) or UNSCR 1929 (2010).

(13)

Il-UNSCR 1929 (2010) tipprevedi wkoll li l-Istati Membri tan-NU għandhom jikkonfiskaw u jeliminaw oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont il-UNSCR 1737 (2006), il-UNSCR 1747 (2007), il-UNSCR 1803 (2008) jew il-UNSCR 1929 (2010) b'mod li mhuwiex inkonsistenti mal-obbligi tagħhom skont ir-Riżoluzzjonijiet applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà u l-konvenzjonijiet internazzjonali.

(14)

Il-UNSCR 1929 (2010) tipprevedi wkoll li l-Istati Membri tan-NU għandhom jipprojbixxu l-provvediment miċ-ċittadini tagħhom jew mit-territorju tagħhom ta' servizzi ta' bunkering, jew servizzi oħrajn ta' bastimenti, lill-bastimenti tal-Iran jekk għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li huma qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont il-UNSCR 1737 (2006), il-UNSCR 1747 (2007), il-UNSCR 1803 (2008) jew il-UNSCR 1929 (2010).

(15)

Konformement mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew, l-Istati Membri, f’konformità mal-awtoritajiet legali u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u konsistenti mad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi ostakolat l-aċċess għall-ajruporti taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom tat-titjiriet kollha bil-merkanzija mill-Iran bl-eċċezzjoni ta' titjiriet li fihom ikun hemm passiġġieri u merkanzija.

(16)

Barra minn hekk, il-provvediment miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorju tal-Istati Membri ta' servizzi ta' inġinerija u manutenzjoni lill-inġenji tal-ajru tal-merkanzija Iranjani għandu jiġi pprojbit jekk l-Istat ikkonċernat ikollu informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li huma qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont il-UNSCR 1737 (2006), il-UNSCR 1747 (2007), il-UNSCR 1803 (2008) jew il-UNSCR 1929 (2010).

(17)

Il-UNSCR 1929 (2010) tappella wkoll lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jostakolaw il-provvediment ta' servizzi finanzjarji inklużi assigurazzjoni u riassigurazzjoni, jew it-trasferiment lejn, permezz ta', jew mit-territorju tagħhom, jew għal jew miċ-ċittadini jew l-entitajiet tagħhom organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta' kwalunkwe attiv jew riżors finanzjarju jew ta' xort'oħra li jista' jikkontribwixxi għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari.

(18)

Konformement mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-provvediment ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern tal-Iran, lill-entitajiet inkorporati fl-Iran jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Iran, jew lill-individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew lill-entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, inklużi mezzi illeċiti.

(19)

Madankollu, il-bejgħ ta’, ix-xiri ta’, jew is-senserija jew l-assistenza fil-ħruġ ta' bonds pubbliċi jew iggarantiti mill-awtoritajiet pubbliċi lill-Gvern tal-Iran, il-Bank Ċentrali tal-Iran jew banek Iranjani u minnhom, inklużi fergħat u sussidjarji, u entitajiet finanzjarji kkontrollati minn persuni jew entitajiet domiċiljati fl-Iran għandhom ikunu pprojbiti.

(20)

Konformement mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u sabiex jitwettqu l-objettivi tal-UNSCR 1929 (2010), il-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ġodda ta' banek Iranjani fit-territorju tal-Istati Membri, u l-istabbiliment ta' joint ventures ġodda jew it-teħid ta' interess ta' sjieda minn banek Iranjani f'banek fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu pprojbiti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tagħhom jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jiġu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza jew sussidjarji jew kontijiet bankarji fl-Iran.

(21)

Il-UNSCR 1929 (2010) jipprevedi wkoll li l-Istati jeħtieġu li ċ-ċittadini tagħhom, il-persuni soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jew id-ditti inkorporati fit-territorji tagħhom jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jeżerċitaw viġilanza meta jagħmlu negozju ma' entitajiet inkorporati fl-Iran u soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Iran, jekk ikollhom raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li tali negozju jista' jikkontribwixxi għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistema ta' twassil ta' armi nukleari jew għal vjolazzjonijiet ta’ UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) jew UNSCR 1929 (2010).

(22)

L-UNSCR 1929 (2010) tinnota l-konnessjoni potenzjali bejn id-dħul tal-Iran mis-settur tal-enerġija tiegħu u l-finanzjament tal-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni u jinnota ulterjorment li t-tagħmir u l-materjal kimiku meħtieġa għall-industrija petrokimika għandhom ħafna affarijiet komuni ma' dawk meħtieġa għal ċerti attivitajiet sensittivi marbuta maċ-ċiklu tal-kombustibbli nukleari.

(23)

Konformement mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' tagħmir u teknoloġija essenzjali kif ukoll assistenza teknika u finanzjarja relatata, li jistgħu jintużaw f'setturi prinċipali fl-industriji taż-żejt u l-gass naturali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu kwalunkwe investiment ġdid f'dawn is-setturi fl-Iran.

(24)

Il-proċedura għall-emenda tal-Annessi I u II għal din id-Deċiżjoni għandha tinkludi l-provvediment lill-persuni u l-entitajiet magħżula r-raġunijiet għall-elenkar sabiex tingħatalhom l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat skont il-każ.

(25)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata skont dawn id-drittijiet u prinċipji,

(26)

Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

(27)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI U L-IMPORTAZZJONI

Artikolu 1

1.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett tal-oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija, inkluż software li ġejjin, lill-Iran, jew għall-użu fi, jew għall-benefiċċju ta', l-Iran, minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew ta' inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tagħhom:

(a)

oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija li jinsabu fil-listi tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari u tar-Reġim ta' Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika;

(b)

kwalunkwe oġġett, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija addizzjonali, iddeterminati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat, bħala li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati mal-arrikkiment, attivitajiet ta' ripproċessar jew attivitajiet relatati mal-ilma tqil, jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari,

(c)

armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armamenti u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts għal tali armi u materjal relatat, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna. Din il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika għal vetturi mhux tal-kumbattiment li nbnew jew li ġew mgħammra b'materjal biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-UE u l-Istati Membri tagħha fl-Iran;

(d)

ċerti oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati mal-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid jew l-ilma tqil, kif ukoll mal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil ta’ armi nukleari jew mat-twettiq ta’ attivitajiet relatati ma’ suġġetti oħra fir-rigward ta’ liema l-IAEA esprimiet tħassib jew li identifikat bħala pendenti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni;

(e)

merkanzija ta' użu doppju u teknoloġija oħra elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (4) u mhux koperti mill-punt (a) għajr għall-kategorija 5 - il-Parti 1 u l-kategorija 5 - il-Parti 2 fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009.

2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika għat-trasferiment dirett jew indirett lil, jew għall-użu fi, jew għall-benefiċċju ta' l-Iran bi transitu mit-territorji tal-Istati Membri ta' oġġetti msemmija fis-subparagrafi 3(b)(i) u (ii) tal-UNSCR 1737 (2006) għal reatturi b'ilma ħafif li nbdew qabel Diċembru 2006;

3.   Għandhom ukoll ikunu pprojbiti:

(a)

l-għoti ta' assistenza jew taħriġ tekniku, investiment, jew servizzi ta' senserija relatati ma' oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija kif jidhru fil-paragrafu 1 u mal-provvediment, manifattura, manutenzjoni u użu ta' dawn l-oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran, jew għall-użu fl-Iran;

(b)

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' oġġetti u teknoloġiji msemmijin fil-paragrafu 1, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq il-krediti għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti u teknoloġiji, jew għall-provvediment ta' taħriġ tekniku relatat, ta' servizzi jew ta' assistenza, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran, jew għall-użu fl-Iran;

(c)

il-parteċipazzjoni, konxjament jew mhux bi ħsieb, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li tiġi evitata l-projbizzjoni msemmija fil-punti (a) u (b).

4.   L-akkwist minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, tal-oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija msemmijin fil-paragrafu 1 mill-Iran għandu jkun ipprojbit, kemm jekk joriġina u kif ukoll jekk ma joriġinax fit-territorju tal-Iran.

Artikolu 2

1.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lill-Iran, jew għall-użu fi, jew għall-benefiċċju ta' l-Iran, minn ċittadini ta' Stati Membri, jew bi transitu mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew ta' inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, ta' oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija, inkluża software, mhux koperti bl-Artikolu 1, li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati mal-arrikkiment, attivitajiet ta' ripproċessar jew attivitajiet relatati mal-ilma tqil jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, jew għal twettiq ta' attivitajiet relatati ma' suġġetti oħra li dwarhom l-IAEA esprimiet tħassib jew identifikat bħala pendenti, għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni abbażi ta' każ b'każ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jesporta. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni.

2.   Il-provvediment ta':

(a)

assistenza jew taħriġ tekniku, investiment, jew servizzi ta' senserija relatati ma' oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija kif jidhru fil-paragrafu 1 u għall-forniment, manifattura, manutenzjoni u użu ta' dawn l-oġġetti, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran, jew għall-użu fl-Iran;

(b)

finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' oġġetti u teknoloġiji msemmijin fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq il-krediti tal-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti, jew għall-forniment ta' taħriġ tekniku, servizzi jew assistenza relatati, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran, jew għall-użu fl-Iran;

għandu wkoll ikun suġġett għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jesporta.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri m'għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għal kwalunkwe forniment, bejgħ jew trasferiment tal-oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija msemmijin fil-paragrafu 1 jekk jiddeterminaw li l-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni konċernati jew il-provvediment tas-servizz ikkonċernat jikkontribwixxu għall-attivitajiet msemmijin fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

1.   Il-miżuri imposti mill-Artikolu 1(1)(a), (b) u (c) u (3) m'għandhomx japplikaw, kif adatt, fejn il-Kumitat jiddetermina minn qabel u abbażi ta' każ b'każ li tali forniment, bejgħ, trasferiment jew provvediment ta' tali oġġetti jew assistenza deċiżament ma jikkontribwixxux għall-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-Iran b'appoġġ għall-attivitajiet nukleari tagħhom sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni u tal-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż fejn tali oġġetti jew assistenza ikunu għal finijiet alimentari, agrikoli, mediċi jew finijiet oħra umanitarji, sakemm:

(a)

il-kuntratti għat-twassil ta' tali oġġetti jew assistenza jinkludu garanziji adatti għall-utent aħħari; u

(b)

l-Iran ikun ikkommetta ruħu li ma jużax tali oġġetti f'attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari.

2.   Il-miżuri imposti mill-Artikolu 1(1)(e) u (3) m'għandhomx japplikaw meta l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru rilevanti tiddetermina minn qabel u każ b'każ li tali forniment, bejgħ, trasferiment jew provvediment ta' tali oġġetti jew assistenza deċiżament ma jikkontribwixxux għall-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-Iran b'appoġġ għall-attivitajiet nukleari tagħhom sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni u tal-iżvilupp ta' sistemi ta' forniment ta' armi nukleari, inkluż fejn tali oġġetti jew assistenza jkunu għal finijiet mediċi jew finijiet oħra umanitarji, sakemm:

(a)

il-kuntratti għall-provvediment ta' tali oġġetti jew assistenza jinkludu garanziji adatti għall-utent aħħari; u

(b)

l-Iran ikun ikkommetta ruħu li ma jużax tali oġġetti f'attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' provvediment ta' armi nukleari.

L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni miċħuda.

Artikolu 4

1.   Il-bejgħ, il-forniment, jew it-trasferiment ta' tagħmir u teknoloġija prinċipali għas-setturi prinċipali li ġejjin tal-industrija taż-żejt u l-gass naturali fl-Iran, jew lil intrapriżi Iranjani jew bi sjieda Iranjana li huma involuti f'dawk is-setturi barra l-Iran, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu pprojbiti sew jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u sew jekk le:

(a)

raffinar;

(b)

gass naturali likwifikat;

(c)

esplorazzjoni;

(d)

produzzjoni.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni.

2.   Il-forniment ta' dan li ġej lill-intrapriżi fl-Iran li huma involuti fis-setturi prinċipali tal-industrija Iranjana taż-żejt u l-gass kif hemm imsemmi fil-paragrafu 1 jew intrapriżi Iranjani jew bi sjieda Iranjana li huma involuti f'dawk is-setturi barra l-Iran għandu jkun ipprojbit:

(a)

assistenza teknika jew taħriġ jew servizzi oħra relatati ma' tagħmir u teknoloġija prinċipali kif iddeterminat skont il-paragrafu 1;

(b)

finanzjament jew assistenza finanzjarja għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir u teknoloġija prinċipali kif iddeterminat skont il-paragrafu 1 jew għall-provvediment ta' assistenza teknika jew taħriġ relatati.

3.   Il-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprojbita.

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-IFFINANZJAR TA’ ĊERTI INTRAPRIŻI

Artikolu 5

L-investiment fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri mill-Iran, iċ-ċittadini tiegħu, u entitajiet inkorporati fl-Iran jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li japperjenu lilhom jew ikkontrollati minnhom fi kwalunkwe attività li tinvolvi l-estrazzjoni tal-uranju, il-produzzjoni jew l-użu ta' materjal nukleari u teknoloġija, b'mod partikolari l-arrikiment tal-uranju u l-attivitajiet ta' riproċessar, l-attivitajiet kollha relatati mal-ilma tqil jew teknoloġiji relatati ma' missili ballistiċi li għandhom il-kapaċità li jwasslu armi nukleari, għandu jkun ipprojbit. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-għoti ta' kwalunkwe self jew kreditu finanzjarju lil intrapriżi fl-Iran li huma involuti fis-setturi tal-industrija Iranjana taż-żejt u l-gass kif hemm imsemmi fl-Artikolu 4(1) jew intrapriżi Iranjani jew bi sjieda Iranjana li huma involuti f'dawk is-setturi barra l-Iran;

(b)

l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi fl-Iran li huma involuti fis-setturi tal-industrija Iranjana taż-żejt u l-gass kif hemm imsemmi fl-Artikolu 4(1), jew lil intrapriżi Iranjani jew bi sjieda Iranjana li huma involuti f'dawk is-setturi barra l-Iran, inklużi l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali intrapriżi u l-akkwist ta' ishma u ta' titoli ta' natura parteċipattiva;

(c)

il-ħolqien ta' kwalunkwe joint venture ma' intrapriżi fl-Iran li huma involuti fl-industriji fis-setturi taż-żejt u l-gass imsemmijin fl-Artikolu 4(1), u ma' kwalunkwe sussidjarja jew affiljat taħt il-kontroll tagħhom.

Artikolu 7

1.   Il-projbizzjoni fl-Artikolu 4(1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu relatat mat-twassil ta' oġġetti previst f'kuntratti konklużi qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

2.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu li jirriżulta minn kuntratti konklużi qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u relatat ma' investimenti magħmula fl-Iran qabel l-istess data minn intrapriżi stabbiliti fl-Istati Membri.

3.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 6(a) u (b) rispettivament:

(i)

għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu li jirriżulta minn kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni;

(ii)

m'għandhomx jipprevjenu l-estensjoni ta' parteċipazzjoni, jekk tali estenzjoni hija obbligu taħt ftehim konkluż qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

RESTRIZZJONIJIET FUQ SOSTENN FINANZJARJU GĦALL-KUMMERĊ

Artikolu 8

1.   L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw trażżin fir-rigward ta' dħul f'impenji ġodda fuq terminu qasir għal sostenn finanzjarju pubbliku u privat provdut għall-kummerċ mal-Iran, inkluż l-għoti ta’ krediti, garanziji jew assigurazzjoni fuq l-esportazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet tagħhom involuti f’tali kummerċ, bil-ħsieb li jiġi evitat kwalunkwe sostenn finanzjarju li jikkontribwixxi għall-proliferazzjoni ta’ attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni, jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil ta’ armi nukleari. Barra minn hekk, l-Istati Membri m'għandhomx jidħlu f'impenji ġodda fuq termini medju u twil għal sostenn finanzjarju pubbliku u privat provdut għall-kummerċ mal-Iran.

2.   Paragrafu 1 m'għandux jaffettwa l-impenji stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

3.   Paragrafu 1 m'għandux jikkonċerna kummerċ għal finijiet alimentari, agrikoli, mediċi jew finijiet oħra umanitarji.

KAPITOLU 2

SETTUR FINANZJARJU

Artikolu 9

L-Istati Membri m’għandhomx jidħlu f’impenji ġodda għal għotjiet, assistenza finanzjarja u self aġevolanti lill-Gvern tal-Iran, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’istituzzjonijiet finanjarji internazzjonali, ħlief għal finijiet umanitarji u ta’ żvilupp.

Artikolu 10

1.   Sabiex jiġi ostakolat il-provvediment tas-servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta', jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew għal jew minn ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom (inklużi fergħat barra l-pajjiż), jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri, ta' kwalunkwe attiv jew riżors finanzjarju jew ta' xort'oħra li jista' jikkontribwixxi għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistema ta' twassil ta' armi nukleari, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw sorveljanza msaħħa tal-attivitajiet kollha istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma':

(a)

banek domiċiljati fl-Iran, b’mod partikolari l-Bank Ċentrali tal-Iran;

(b)

fergħat u sussidjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' entitajiet finanzjarji domiċiljati fl-Iran;

(c)

fergħat u sussidjarji barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fl-Iran;

(d)

entitajiet finanzjarji li mhumiex domiċiljati fl-Iran iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fl-Iran;

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu meħtieġa, fl-attivitajiet tagħhom mal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji kif imniżżel fil-paragrafu 1, li:

(a)

jeżerċitaw viġilanza kontinwa fir-rigward tal-attività relatata mal-kontijiet, inkluż permezz tal-programmi tagħhom ta’ diliġenza dovuta mill-klijenti u f’konformità mal-obbligi tagħhom relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu,

(b)

jeħtieġu li jimtlew il-partijiet kollha ta’ informazzjoni tal-istruzzjonijiet ta’ ħlas li għandhom x’jaqsmu mal-oriġinatur u l-benefiċjarju tat-transazzjoni inkwistjoni; u jekk dik l-informazzjoni ma tkunx ipprovduta, jirrifjutaw it-transazzjoni,

(c)

iżommu r-reġistrazzjonijiet kollha tat-transazzjonijiet għal perijodu ta’ ħames snin u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali fuq talba;

(d)

jekk jissuspettaw jew għandhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li l-fondi huma relatati mal-finanzjament ta’ proliferazzjoni, jirrapurtaw minnufih is-suspetti tagħhom lill-Unità ta’ Intelligence Finanzjarja (UIF) jew lil awtorità oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat. L-UIF jew tali awtorità kompetenti oħra għandu jkollhom aċċess, direttament jew indirettament, fi żmien opportun għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta’ infurzar tal-liġi li jeħtieġu biex iwettqu tajjeb din il-funzjoni, inkluża l-analiżi ta’ rapporti ta’ transazzjonijiet suspettużi;

3.   It-trasferimenti ta' fondi lill-Iran u minnu għandhom ikunu pproċessati kif ġej:

(a)

trasferimenti dovuti ma' transazzjonijiet rigward prodotti tal-ikel, kura tas-saħħa, jew għal finijiet umanitarji għandhom isiru mingħajr kwalunkwe awtorizzazzjoni minn qabel; it-trasferiment għandu jkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' aktar minn EUR 10 000;

(b)

kwalunkwe trasferiment ieħor taħt il-EUR 40 000 għandu jsir mingħajr kwalunkwe awtorizzazzjoni minn qabel; it-trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' aktar minn EUR 10 000;

(c)

kwalunkwe trasferiment 'il fuq minn EUR 40 000 għandu jeħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtorizzazzjoni għandha titqies mogħtija fi żmien erba' ġimgħat sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ma toġġezzjonax f’dan il-perijodu ta' żmien. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni miċħuda.

4.   Fergħat u sussidjarji ta' banek domiċiljati fl-Iran fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa wkoll li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, dwar it-trasferimenti kollha ta’ fondi mwettqa jew riċevuti minnhom, fi żmien ħamest ijiem minn meta jwettqu jew jirċievu t-trasferiment rispettiv tal-fondi.

Soġġett għal arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti nnotifikati għandhom mingħajr dewmien jgħaddu din id-data, skont il-każ, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, fejn il-kontropartijiet għal tali transazzjonijiet ikunu stabbiliti.

Artikolu 11

1.   Il-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċji ta' rappreżentanza ta' banek Iranjani fit-territorji tal-Istati Membri, u l-istabbiliment ta' joint ventures ġodda jew it-teħid ta' interess ta' sjieda, jew l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ġodda bankarji korrispondenti minn banek Iranjani, inklużi l-Bank Ċentrali tal-Iran, fergħat u sussidjarji tiegħu u entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10(1), ma' banek fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu pprojbiti.

2.   L-istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jiġu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji jew kontijiet bankarji fl-Iran.

Artikolu 12

1.   Il-provvediment ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern tal-Iran jew lill-entitajiet inkorporati fl-Iran jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Iran, jew lil kwalunkwe individwu jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew lill-entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, inklużi permezz ta' mezzi illeċiti, għandhom jiġu pprojbiti.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-provvediment ta' assigurazzjonijiet tas-saħħa u tal-ivvjaġġar lil individwi.

3.   Il-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 għandha tiġi pprojbita.

Artikolu 13

Il-bejgħ jew ix-xiri ta’, jew is-senserija jew l-assistenza fil-ħruġ,, dirett jew indirett, ta' bonds pubbliċi jew iggarantiti mill-awtoritajiet pubbliċi maħruġa wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni lil, u mill-Gvern tal-Iran, il-Bank Ċentrali tal-Iran jew banek domiċiljati fl-Iran, jew fergħat jew sussidjarji fi jew barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fl-Iran, jew entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fl-Iran u lanqas fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, iżda huma kkontrollati minn persuni jew entitajiet domiċiljati fl-Iran kif ukoll kwalunkwe individwu jew entità li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom jiġu pprojbiti.

Artikolu 14

L-Istati għandhom jeħtieġu li ċ-ċittadini tagħhom, il-persuni soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jew id-ditti inkorporati fit-territorji tagħhom jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jeżerċitaw viġilanza meta jagħmlu negozju ma' entitajiet inkorporati fl-Iran jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Iran, inklużi dawk tal-IRGC u tal-IRISL, u kwalunkwe individwu jew entità li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom inkluż permezz ta' mezzi illeċiti sabiex ikun żgurat li tali negozju ma jikkontribwixxix għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistema ta' twassil ta' armi nukleari jew għal vjolazzjonijiet ta’ UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007) UNSCR 1803 (2008) jew UNSCR 1929 (2010).

KAPITOLU 3

SETTUR TAT-TRASPORT

Artikolu 15

1.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f’konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u konsistenti mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, il-merkanzija kollha lejn u mill-Iran fit-territorji tagħhom, inklużi portijiet u ajruporti, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri, konsistenti mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi tal-baħar, jistgħu jeħtieġu spezzjonijiet ta' bastiment fl-ibħra internazzjonali bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti jġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, konformement mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, mal-ispezzjonijiet magħmula skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   L-inġenji tal-ajru u l-bastimenti li jittrasportaw merkanzija lejn u mill-Iran għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla jew it-tluq għall-merkanzija kollha li tiddaħħal fi Stat Membru jew toħroġ minnu.

5.   F'każijiet fejn titwettaq ispezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, l-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw u jeliminaw (bħal pereżempju billi jeqirdu, jagħmlu inoperabbli, il-ħażna jew it-trasferiment lejn Stat minbarra l-Istati ta' oriġini jew destinazzjoni għall-eliminazzjoni) oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni konformement mal-paragrafu 16 tal-UNSCR 1929 (2010). Tali konfiska u eliminazzjoni ser jitwettqu bi spejjeż għall-importatur, jew jekk ma jkunx possibbli li dawn l-ispejjeż jiġu rkuprati mill-importatur, huma jistgħu, skont il-leġislazzjoni nazzjonali, jiġu rkuprati minn kwalunkwe persuna oħra jew entità responsabbli għat-tentattiv ta' forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni illeċiti.

6.   Il-provvediment miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' servizzi ta' bunkering, servizzi ta' forniment lill-bastimenti, jew manutenzjoni oħra ta' bastimenti, lill-bastimenti bi sjieda Iranjana jew b'kuntratt Iranjan, inklużi bastimenti mikrija, għandhom jiġu pprojbiti jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevolii biex wieħed jemmen li l-bastimenti qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni kemm-il darba l-provvediment ta' tali servizzi ma jkunx meħtieġ għall-finijiet umanitarji jew sakemm il-merkanzija ma tkunx ġiet spezzjonata, u kkonfiskata u eliminata jekk ikun meħtieġ, konformement mal-paragrafi 1, 2 u 5.

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumitat kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar trasferimenti ta' attivitajiet mid-diviżjoni tal-merkanzija tal-Iran Air jew ta' bastimenti li jappartjenu lill-IRISL jew mħaddma minnhom lil kumpanniji oħrajn, li setgħu twettqu sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet ta’, jew bi vjolazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) jew UNSCR 1929 (2010), inklużi t-tibdil fl-isem jew ir-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' inġenji tal-ajru, bastimenti jew vapuri.

Artikolu 17

L-Istati Membri, f’konformità mal-awtoritajiet legali u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u konsistenti mal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu l-aċċess għall-ajruporti taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom tat-titjiriet kollha bil-merkanzija operati minn trasportaturi Iranjani jew li joriġinaw mill-Iran bl-eċċezzjoni ta' titjiriet li fihom ikun hemm passiġġieri u merkanzija.

Artikolu 18

Il-provvediment miċ-ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, ta' servizzi ta' inġinerija u ta' manutenzjoni lill-inġenji tal-ajru tal-merkanzija Iranjani għandhom jiġu pprojbiti jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-inġenji tal-ajru qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti taħt din id-Deċiżjoni sakemm l-għoti ta' tali servizzi mhuwiex meħtieġ għall-finijiet umanitarji jew ta' sigurtà jew sakemm il-merkanzija ma ġietx spezzjonata, u kkonfiskata u disponuta jekk ikun meħtieġ, f'konformità mal-Artikolu 15(1) u (5).

KAPITOLU 4

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-AMMISSJONI

Artikolu 19

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul jew transitu fit-territorji tagħhom ta':

(a)

persuni elenkati fl-Anness għal UNSCR 1737 (2006), u persuni addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat konformement mal-paragrafu 10 ta' UNSCR 1737 (2006) kif ukoll individwi tal-IRGC indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat, kif elenkati fl-Anness I;

(b)

persuni oħrajn mhux koperti mill-Anness I li jkunu impenjati fi, assoċjati direttament ma', jew jipprovdu appoġġ għall-attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni tal-Iran jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, anke permezz ta' involviment fl-akkwist tal-oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjal u teknoloġija pprojbiti, jew persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew persuni li għenu lil persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru d-dispożizzjonijiet ta’ UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) u UNSCR 1929 (2010) jew din id-Deċiżjoni kif ukoll membri għolja oħra tal-IRGC, kif elenkati fl-Anness II.

2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika għat-transitu fit-territorji ta' Stati Membri għal fini tal-attivitajiet direttament relatati mal-oġġetti speċifikati fis-subparagrafi 3(b)(i) u (ii) tal-UNSCR 1737 (2006) għal reatturi b'ilma ħafif li nbdew qabel Diċembru 2006.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru li jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess id-dħul fit-territorju tiegħu.

4.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b'obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(i)

bħala pajjiż ospitanti ta' organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(ii)

bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti;

(iii)

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;

(iv)

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (il-Patt Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Vatikan) u l-Italja.

5.   Il-paragrafu 4 għandu jkun meqjus li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u għall-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

6.   Il-Kunsill għandu jkun debitament infurmat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 4 jew 5.

7.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn huma jiddeterminaw li l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba:

(i)

ħtieġa umanitarja urġenti, inklużi obbligi reliġjużi,

(ii)

il-ħtieġa li jintlaħqu l-għanijiet tal-UNSCR 1737 (2006) u l-UNSCR 1929 (2010), inkluż fejn l-Artikolu XV tal-Istatut tal-IAEA jkun applikabbli;

(iii)

attendenza għal laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fl-Iran.

8.   Stat Membru li jkun jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill dwarhom. L-eżenzjoni għandha titqies li tkun ingħatat sakemm wieħed jew aktar Membri tal-Kunsill ma jqajmux oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol min-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew aktar membri tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

9.   F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 4, 5 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew transitu fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness I jew II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-għan li għalih tkun ingħatat u lill-persuni konċernati b'dan.

10.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat bid-dħul jew transitu fit-territorji tagħhom tal-persuni msemmijin fl-Anness I, jekk tkun ingħatat eżenzjoni.

KAPITOLU 5

IFFRIŻAR TA’ FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI

Artikolu 20

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati, direttament jew indirettament minn dawn li ġejjin, għandhom jiġu ffriżati:

(a)

persuni u entitatjiet indikati fl-Anness għall-UNSCR 1737 (2006), persuni u entitajiet addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1737 (2006) u l-paragrafu 7 tal-UNSCR 1803 (2008), kif ukoll dawk ta' individwi u entitajiet tal-IRGC u ta' entitajiet tal-IRISL indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat, kif elenkati fl-Anness I;

(b)

persuni u entitajiet mhux koperti mill-Anness I li jkunu impenjati fi, assoċjati direttament ma', jew jipprovdu appoġġ għal, attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni tal-Iran jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż permezz ta' involviment fl-akkwist tal-oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjal u teknoloġija pprojbiti, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet ta' proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċti, jew persuni u entitajiet li għenu lil persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) u UNSCR 1929 (2010) jew din id-Deċiżjoni kif ukoll membri għolja oħra u entitajiet tal-IRGC, u ta' entitajiet oħra tal-IRISL u entitajiet ta' proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew li jaġixxu f'isimhom, kif elenkati fl-Anness II.

2.   L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni u lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.   Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a)

meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti ħtiġijiet bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li jkunu konnessi mal-provvediment ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew ħlasijiet għal servizz, skont id-dritt nazzjonali, għal servizzi ta' rutina taż-żamma jew manteniment ta' fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi;

wara li ssir notifika lill-Kumitat mill-Istat Membru konċernat dwar il-ħsieb tal-awtorizzazzjoni, fejn ikun il-każ, tal-aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi u fl-assenza ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.   Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru konċernat lill-Kumitat u b'approvazzjoni minnu;

(b)

is-suġġett ta' privileġġ jew ta' sentenza ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza bil-kondizzjoni li l-privileġġ jew is-sentenza saru qabel id-data tal-UNSCR 1737 (2006), u ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1, wara notifika mill-Istat Membru konċernat lill-Kumitat;

(c)

meħtieġa għal attivitajiet direttament relatati mal-oġġetti speċifikati fis-subparagrafi 3(b)(i) u (ii) tal-UNSCR 1737 (2006) għal reatturi b'ilma ħafif li nbdew qabel Diċembru 2006.

5.   Il-Paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

pagamenti f’kontijiet iffriżati, dovuti minn kuntratti, strumenti ta’ ftehim jew obbligazzjonijiet li ġew finalizzati jew oriġinaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet ġew assoġġettati għall-miżuri restrittivi;

sakemm kwalunkwe imgħax, qligħ ieħor u ħlasijiet bħal dawn jibqgħu suġġetti għall-paragrafu 1.

6.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna jew entità indikata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li sar qabel ma tali persuna jew entità tkun ġiet elenkata, sakemm l-Istat Membru rilevanti jkun ddetermina li:

(a)

il-kuntratt ma jkunx relatat ma' xi wieħed mill-oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija, teknoloġiji, assistenza, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, servizzi ta' sensarija jew servizzi pprojbiti msemmijin fl-Artikolu 1;

(b)

il-ħlas ma jkunx riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1;

u wara notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kumitat dwar il-ħsieb li jagħmel jew jirċievi tali ħlasijiet jew sabiex jawtorizza, fejn ikun il-każ, li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ma jibqgħux iffriżati għal dan il-għan, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

KAPITOLU 6

MIŻURI RESTRITTIVI OĦRA

Artikolu 21

L-Istati Membri għandhom, konformement mal-leġislazzjoni tagħhom, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu t-tagħlim jew it-taħriġ speċjalizzat ta' ċittadini Iranjani, fit-territorji tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, ta' dixxiplini li jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni tal-Iran u għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 22

L-ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew għal pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) jew UNSCR 1929 (2010), inklużi miżuri tal-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru f’konformità ma’, kif rikjest mill-implimentazzjoni jew b’konnessjoni ma’ l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti mid-Deċiżjoni preżenti, ma għandhom jingħataw lill-persuni jew l-entitajiet elenkati fl-Annessi I jew II, jew lil kwalunkwe persuna jew entità fl-Iran, inkluż il-Gvern tal-Iran, jew kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.

Artikolu 23

1.   Il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għall-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.

2.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-lista fl-Annessi II u jadotta modifiki għaliha.

Artikolu 24

1.   Meta l-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I.

2.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b), huwa għandu jamenda l-Anness II skont il-każ.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew entità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, jew b'mod dirett, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li jipprovdi lil tali persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità skont il-każ.

Artikolu 25

1.   L-Annessi I u II għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati, kif provduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I.

2.   L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jiġu identifikati, kif previst mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat għall-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data tal-ħatra mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.

Artikolu 26

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra, skont il-każ, speċjalment fid-dawl ta' deċiżjonijiet rilevanti mill-Kunsill tas-Sigurtà.

2.   Il-miżuri dwar ir-relazzjonijiet bankarji mal-banek Iranjani fl-Artikoli 10 u 11 għandhom jiġu riveduti fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

3.   Il-miżuri msemmijin fl-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar. Il-miżuri ma għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet konċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 24, li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma jkunux aktar sodisfatti.

Artikolu 27

Il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK hija b’dan irrevokata.

Artikolu 28

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 49.

(2)  ĠU L 106, 24.4.2007, p. 67.

(3)  ĠU L 213, 8.8.2008, p. 58.

(4)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.


ANNESS I

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 19(1)(a) u tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 20(1)(a)

A.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi

Persuni fiżiċi

(1)

Fereidoun Abbasi-Davani. Informazzjoni oħra: Xjenzjat Anzjan mal-Ministeru tad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL), b’rabtiet mal-Istitut tal-Fiżika Applikata. Jaħdem mill-qrib ma’ Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(2)

Dawood Agha-Jani. Funzjoni: Kap tal-PFEP - Natanz. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(3)

Ali Akbar Ahmadian. Titolu: Viċi Ammiral. Funzjoni: Kap tal-Korpi tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iranjani (IRGC) Persunal Konġunt.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(4)

Amir Moayyed Alai. Informazzjoni oħra: involut fil-ġestjoni tal-assemblaġġ u l-inġinerija taċ-ċentrifugi.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(5)

Behman Asgarpour. Funzjoni: Maniġer Operattiv (Arak). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(6)

Mohammad Fedai Ashiani. Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni tal-karbonat tal-uranil tal-ammonju u l-ġestjoni tal-kumpless ta’ arrikkiment ta’ Natanz.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(7)

Abbas Rezaee Ashtiani. Informazzjoni oħra: uffiċjal anzjan fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Esplorazzjoni u t-Tħaffir tal-Minjieri tal-AEOI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(8)

Bahmanyar Morteza Bahmanyar. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Finanzi u l-Baġit, Aerospace Industries Organisation (AIO). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(9)

Haleh Bakhtiar. Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni tal-manjesju f’konċentrazzjoni ta’ 99,9 %.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(10)

Morteza Behzad. Informazzjoni oħra: involut fil-fabbrikazzjoni ta’ komponenti taċ-ċentrifugi.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(11)

Ahmad Vahid Dastjerdi. Funzjoni: Kap tal-Aerospace Industries Organisation (AIO). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(12)

Ahmad Derakhshandeh. Funzjoni: President u Direttur Maniġerjali tal-Bank Sepah.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(13)

Mohammad Eslami. Titolu: Dr. Informazzjoni oħra: Kap tad-Defence Industries Training and Research Institute.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(14)

Reza-Gholi Esmaeli. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Affarijiet Internazzjonali, Aerospace Industries Organisation (AIO). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(15)

Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi. Informazzjoni oħra: Xjenzjat anzjan tal-MODAFL u eks kap taċ-Ċentru tar-Riċerka Fiżika (PHRC).

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(16)

Mohammad Hejazi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-forza ta’ reżistenza ta’ Bassij.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(17)

Mohsen Hojati. Funzjoni: Kap tal-Fajr Industrial Group.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(18)

Seyyed Hussein Hosseini. Informazzjoni oħra: Uffiċjal tal-AEOI involut fil-proġett ta’ reattur ta’ riċerka b’ilma tqil f’Arak.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (UN: 3.3.2008).

(19)

M. Javad Karimi Sabet. Informazzjoni oħra: Kap tan-Novin Energy Company, indikata fir-riżoluzzjoni 1747 (2007).

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (UN: 3.3.2008).

(20)

Mehrdada Akhlaghi Ketabachi. Funzjoni: Kap tas-Shahid Bagheri Industrial Group (SBIG).

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(21)

Ali Hajinia Leilabadi. Funzjoni: Direttur Ġenerali tal-Mesbah Energy Company. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(22)

Naser Maleki. Funzjoni: Kap tax-Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG). Informazzjoni oħra: Naser Maleki huwa wkoll uffiċjal tal-MODAFL li jissorvelja xogħol fuq il-programm tal-missili ballistiċi Shahab-3. Is-Shahab-3 hija l-missila ballistika ta’ medda twila tal-Iran attwalment fis-servizz.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(23)

Hamid-Reza Mohajerani. Informazzjoni oħra: involut fil-ġestjoni tal-produzzjoni tal-Faċilità għall-Konverżjoni tal-Uranju (UCF) f’Esfahan.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(24)

Jafar Mohammadi. Funzjoni: Konsulent Tekniku għall-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI) (inkarigat mill-ġestjoni tal-produzzjoni ta’ valvijiet għaċ-ċentrifugi). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(25)

Ehsan Monajemi. Funzjoni: Maniġer tal-Proġett ta’ Kostruzzjoni, Natanz. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(26)

Mohammad Reza Zahedi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Informazzjoni oħra: eks Viċi Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati għal-Loġistika u r-Riċerka Industrijali/Kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Istat Kontra l-Kuntrabandu, impenjat fi sforzi biex jiġu evitati s-sanzjonijiet imposti bir-riżoluzzjonijiet 1737 (2006) u 1747 (2007).

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(27)

Houshang Nobari. Informazzjoni oħra: Involut fil-ġestjoni tal-kumpless għall-arrikkiment ta’ Natanz.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(28)

Mohammad Mehdi Nejad Nouri. Titolu: Ten Ġen. Funzjoni: Rettur tal-Università Malek Ashtar għat-Teknoloġija tad-Difiża. Informazzjoni oħra: Id-dipartiment tal-kimika tal-Università ta’ Ashtar għat-Teknoloġija tad-Difiża huwa affiljat mal-MODALF u wettaq esperimenti bil-berillju. Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(29)

Mohammad Qannadi. Funzjoni: Viċi President tal-AEOI għar-Riċerka u l-Iżvilupp. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(30)

Amir Rahimi. Funzjoni: Kap taċ-Ċentru ta’ Riċerka u Produzzjoni ta’ Fjuwil Nukleari ta’ Esfahan. Informazzjoni oħra: Iċ-Ċentru ta’ Riċerka u Produzzjoni ta’ Fjuwil Nukleari ta’ Esfahan huwa parti mill-Kumpannija ta’ Produzzjoni u Akkwist ta’ Karburant Nukleari tal-AEOI, li hija involuta f’attivitajiet relatati mal-arrikkiment.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(31)

Javad Rahiqi: Funzjoni: Kap tal-Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI) Ċentru għat-Teknoloġija Nukleari ta’ Esfahan (Informazzjoni addizzjonali: DtT: 24 ta' April 1954; PtT: Marshad).

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010 (EU: 24.4.2007).

(32)

Abbas Rashidi. Informazzjoni oħra: involut f’ħidma ta’ arrikkiment f’Natanz.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(33)

Morteza Rezaie. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Viċi Kmandant tal-IRGC.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(34)

Morteza Safari. Titolu: Viċi Ammiral. Funzjoni: Kmandant tal-qawwa Navali tal-IRGC.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(35)

Yahya Rahim Safavi. Titolu: Maġġ Ġen. Funzjoni: Kmandant, IRGC (Pasdaran). Informazzjoni oħra: Persuna involuta kemm fil-programm tal-missili ballistiċi kif ukoll dak nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(36)

Seyed Jaber Safdari. Informazzjoni oħra: Maniġer tal-Faċilitajiet ta’ Arrikkiment ta’ Natanz.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(37)

Hosein Salimi. Titolu: Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-Forza tal-Ajru, IRGC (Pasdaran). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(38)

Qasem Soleimani. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-forza Qods.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(39)

Ghasem Soleymani. Informazzjoni oħra: Direttur tal-Operazzjonijiet ta’ Tħaffir tal-Minjieri tal-Uranju fil-Minjiera tal-Uranju ta’ Saghand.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(40)

Mohammad Reza Zahedi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(41)

General Zolqadr. Funzjoni: Viċi Ministru tal-Intern għall-Affarijiet tas-Sigurtà, uffiċjal tal-IRGC.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

Entitajiet

(1)

Abzar Boresh Kaveh Co. (alias BK Co.). Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni ta’ komponenti taċ-ċentrifugi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(2)

Amin Industrial Complex: L-Amin Industrial Complex fittex kontrolluri tat-temperatura li jistgħu jintużaw fir-riċerka nukleari u fil-faċilitajiet operazzjonali/ta' produzzjoni. L-Amin Industrial Complex huwa ta' proprjetà jew ikkontrollat minn, jew jaġixxi f'isem, l-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO), li ġiet indikata fir-riżoluzzjoni 1737 (2006).

Post: Box 91735-549, Mashad, Iran; Amin Industrial Estate, Khalage Rd., Seyedi District, Mashad, Iran; Kaveh Complex, Khalaj Rd., Seyedi St., Mashad, Iran

Magħruf ukoll bħala: Amin Industrial Compound u Amin Industrial Company.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(3)

Ammunition and Metallurgy Industries Group (alias (a) AMIG, (b) Ammunition Industries Group). Informazzjoni oħra: (a) L-AMIG jikkontrolla l-entità 7th of Tir, (b) L-AMIG huwa l-proprjetà tal-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO) u huwa kkontrollat minnha.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(4)

Armament Industries Group: L-Armament Industries Group (AIG) jimmanifattura u jikkura varjetà ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir, inklużi snieter ta' kalibru kbir u medju u t-teknoloġija relatata. L-AIG imexxi l-parti l-kbira tal-attività ta' akkwist tiegħu permezz tal-Kumpless tal-Industriji ta' Hadid.

Post: Sepah Islam Road, Karaj Special Road Km 10, Iran; Pasdaran Ave., P.O. Box 19585/777, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010).

(5)

Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI). Informazzjoni oħra: Involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(6)

Bank Sepah and Bank Sepah International. Informazzjoni oħra: Il-Bank Sepah jipprovdi appoġġ lill-Aerospace Industries Organisation (AIO) u lis-subordinati, inkluż ix-Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) u x-Shahid Bagheri Industrial Group (SBIG).

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(7)

Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal companies. Informazzjoni oħra: (a) Kumpanija sussidjarja ta’ Saccal System companies,(b) din il-kumpanija ppruvat tixtri oġġetti sensittivi għal entità elenkata fir-riżoluzzjoni 1746 (2006).

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(8)

Cruise Missile Industry Group (alias Naval Defence Missile Industry Group).

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(9)

Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO). Informazzjoni oħra: Entità globali kkontrollata mill-MODAFL, li xi wħud mis-subordinati tagħha kienu involuti fil-produzzjoni ta’ komponenti għall-programm taċ-ċentrifugi, u fil-programm missilistiku, (b) Involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(10)

Ċentru tat-Teknoloġija tad-Difiża u r-Riċerka Xjentifika: Iċ-Ċentru tat-Teknoloġija tad-Difiża u r-Riċerka Xjentifika (DTSRC) huwa ta' proprjetà jew ikkontrollat minn, jew jaġixxi f'isem il-Ministeru tad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL), li jissorvelja r-R&Ż, il-produzzjoni, il-manteniment, l-esportazzjoni u l-akkwist tad-difiża tal-Iran.

Post: Pasdaran Ave, PO Box 19585/777, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010).

(11)

Doostan International Company: Doostan International Company (DICO) tfornixxi elementi għall-programm ballistiku missilistiku tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(12)

Electro Sanam Company (alias (a) E. S. Co., (b) E. X. Co.). Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja tal-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(13)

Iċ-Ċentru ta’ Riċerka u Produzzjoni ta’ Karburant Nukleari ta’ Esfahan (NFRPC) u ċ-Ċentru tat-Teknoloġija Nukleari ta’ Esfahan (ENTC). Informazzjoni oħra: Dawn jagħmlu parti min-Nuclear Fuel Production and Procurement Company tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI).

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(14)

Ettehad Technical Group. Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja tal-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(15)

Fajr Industrial Group. Informazzjoni oħra: Kien jissejjaħ Instrumentation Factory Plant, (b) Entità subordinata tal-AIO, (c) Involut fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(16)

Farasakht Industries: Farasakht Industries hija ta' proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem l-Iran Aircraft Manufacturing Company, li min-naħa tagħha hija ta' proprjetà jew ikkontrollata minn MODAFL.

Post: Box 83145-311, Kilometer 28, Esfahan-Tehran Freeway, Shahin Shahr, Esfahan, Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(17)

Farayand Technique. Informazzjoni oħra: Involuta fil-programm nukleari tal-Iran (programm taċ-ċentrifugi), (b) Identifikata fir-rapporti tal-IAEA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(18)

First East Export Bank, P.L.C.: First East Export Bank, PLC hija ta' proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem il-Bank Mellat. Matul l-aħħar seba’ snin, il-Bank Mellat iffaċilita mijiet ta' miljuni ta' dollari fi transazzjonijiet għal entitajiet nukleari, missilistiċi, u ta' difiża Iranjani.

Post: Unit Level 10 (B1), Main Office Tower, Financial Park Labuan, Jalan Merdeka, 87000 WP Labuan, Malasja; Numru tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju LL06889 (Malasja).

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(19)

Fabbriki Industrijali ta' Magni ta' Preċiżjoni (IFP) (alias Instrumentation Factories Plant). Informazzjoni oħra: użat mill-AIO għal xi tentattivi ta’ akkwiżizzjoni.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(20)

Jabber Ibn Hayan. Informazzjoni oħra: laboratorju tal-AEOI involut f’attivitajiet taċ-ċiklu tal-karburant.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008 ( EU: 24.4.2007).

(21)

Joza Industrial Co. Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja tal-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(22)

Kala-Electric (alias Kalaye Electric). Informazzjoni oħra: Fornitur għall-PFEP - Natanz, (b) Involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(23)

Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Karaj. Informazzjoni oħra: Parti mit-taqsima tar-riċerka tal-AEOI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(24)

Kaveh Cutting Tools Company: Il-Kaveh Cutting Tools Company hija ta' proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem id-DIO.

Post: Km of Khalaj Road, Seyyedi Street, Mashad 91638, Iran; Km 4 of Khalaj Road, End of Seyedi Street, Mashad, Iran; Box 91735-549, Mashad, Iran; Khalaj Rd., End of Seyyedi Alley, Mashad, Iran; Moqan St., Pasdaran St., Pasdaran Cross Rd., Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(25)

Kavoshyar Company. Informazzjoni oħra: Kumpannija sussidjarja tal-AEOI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(26)

Khorasan Metallurgy Industries. Informazzjoni oħra: (a) Kumpanija sussidjarja ta’ Ammunition Industries Group (AMIG) li tiddependi mid-DIO, (b) entità involuta fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifuġi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(27)

M. Babaie Industries: M. Babaie Industries hija subordinata għal Shahid Ahmad Kazemi Industries Group (formalment l-Air Defense Missile Industries Group) tal-Aerospace Industries Organization (AIO) tal-Iran. L-AIO tikkontrolla l-organizzazzjonijiet tal-missili ta' Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) u s-Shahid Bakeri Industrial Group (SBIG), it-tnejn li huma ġew indikati fir-riżoluzzjoni 1737 (2006).

Post: Box 16535-76, Tehran, 16548, Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(28)

Università ta' Malek Ashtar: Subordinata tad-DTRSC fil-MODAFL. Din tinkludi gruppi ta' riċerka li qabel kienu jaqgħu taħt iċ-Ċentru ta' Riċerka Fiżika (PHRC). L-ispetturi tal-IAEA ma ngħatawx permess jintervistaw lill-persunal jew jaraw id-dokumenti taħt il-kontroll ta' din l-organizzazzjoni biex jirrisolvu l-kwistjoni pendenti tad-dimensjoni militari possibbli għall-programm nukleari tal-Iran.

Post: Corner of Imam Ali Highway and Babaei Highway, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010).

(29)

Mesbah Energy Company. Informazzjoni oħra: Fornitriċi għar-reattur tar-riċerka A40 - Arak, (b) Involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(30)

Ministeru tal-Esportazzjoni tal-Loġistika għad-Difiża: Il-Ministeru tal-Esportazzjoni tal-Loġistika għad-Difiża (MODLEX) ibigħ armamenti prodotti fl-Iran lil klijenti madwar id-dinja bi ksur tar-riżoluzzjoni 1747 (2007), li tipprojbixxi lill-Iran milli jbigħ armi jew materjal relatat.

Post: PO Box 16315-189, Tehran, Iran; West side of Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010).

(31)

Mizan Machinery Manufacturing: Il-Mizan Machinery Manufacturing (3M) hija ta' proprjetà jew ikontrollata minn, jew taġixxi f'isem is-SHIG.

Post: Box 16595-365, Tehran, Iran.

Magħruf ukoll bħala: 3MG

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010).

(32)

Modern Industries Technique Company: Il-Modern Industries Technique Company (MITEC) hija responsabbli għat-tfassil u l-kostruzzjoni tar-reattur tal-ilma tqil IR-40 f'Arak. Il-MITEC mexxiet akkwist għall-kostruzzjoni tar-reattur tal-ilma tqil IR-40.

Post: Arak, Iran

Magħruf ukoll bħala: Rahkar Company, Rahkar Industries, Rahkar Sanaye Company, Rahkar Sanaye Novin

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(33)

Ċentru ta' Riċerka Nukleari għall-Agrikoltura u l-Mediċina: Iċ-Ċentru ta' Riċerka Nukleari għall-Agrikoltura u l-Mediċina (NFRPC) huwa komponent ta' riċerka kbir tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), li ġie indikat fir-riżoluzzjoni 1737 (2006). L-NFRPC huwa ċ-ċentru tal-AEOI għall-iżvilupp ta' fjuwil nukleari u huwa involut fl-attivitajiet relatati mal-arrikiment.

Post: Box 31585-4395, Tehran, Iran.

Magħruf ukoll bħala: Ċentru ta' Riċerka Agrikola u Mediċina Nukleari; Ċentru tat-Teknoloġija tad-Difiża u r-Riċerka Xjentifika:

9.6.2010.

(34)

Niru Battery Manufacturing Company. Informazzjoni oħra: (a) Kumpanija sussidjarja tad-DIO, (b) ir-rwol tagħha hu li timmanifattura power units għall-armata Iranjana inklużi s-sistemi tal-missili.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(35)

Novin Energy Company (alias Pars Novin). Informazzjoni oħra: Tiffunzjona fi ħdan l-AEOI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(36)

Parchin Chemical Industries Informazzjoni oħra: Fergħa tad-DIO.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(37)

Pars Aviation Services Company. Informazzjoni oħra: twettaq manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(38)

Pars Trash Company. Informazzjoni oħra: Involuta fil-programm nukleari tal-Iran (programm taċ-ċentrifugi), (b) Identifikata fir-rapporti tal-IAEA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(39)

Pejman Industrial Services Corporation: Il-Pejman Industrial Services Corporation hija ta' proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem is-SBIG.

Post: Box 16785-195, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(40)

Pishgam (Pioneer) Energy Industries. Informazzjoni oħra: ipparteċipat fil-kostruzzjoni tal-faċilità għall-konverżjoni tal-uranju f’Esfahan.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(41)

Qods Aeronautics Industries. Informazzjoni oħra: Tipproduċi vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ (UAVs), parachutes, paragliders, paramuturi, eċċ.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(42)

Sabalan Company: Is-Sabalan huwa psewdonimu għas-SHIG.

Post: Damavand Tehran Highway, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(43)

Sanam Industrial Group. Informazzjoni oħra: subordinat tal-AIO.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(44)

Safety Equipment Procurement (SEP). Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja tal-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(45)

7th of Tir. Informazzjoni oħra: Subordinata tad-DIO, rikonoxxuta ġeneralment li hi involuta direttament fil-programm nukleari tal-Iran, (b) Involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(46)

Sahand Aluminum Parts Industrial Company (SAPICO): Is-SAPICO huwa psewdonimu għas-SHIG.

Post: Damavand Tehran Highway, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(47)

Shahid Bagheri Industrial Group (SBIG). Informazzjoni oħra: Entità subordinata tal-AIO, (b) Involuta fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(48)

Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG). Informazzjoni oħra: Entità subordinata tal-AIO, (b) Involuta fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(49)

Shahid Karrazi Industries: Is-Shahid Karrazi Industries hija ta' proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem is-SBIG.

Post: Teheran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(50)

Shahid Karrazi Industries: Is-Shahid Sattari Industries hija ta' proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem is-SBIG.

Post: Teheran, Iran.

Magħruf ukoll bħala: Shahid Sattari Group Equipment Industries.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(51)

Shahid Sayyade Shirazi Industries: Is-Shahid Sayyade Shirazi Industries (SSSI) hija ta' proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f'isem id-DIO.

Post: Next To Nirou Battery Mfg. Co, Shahid Babaii Expressway, Nobonyad Square, Tehran, Iran; Pasdaran St., P.O. Box 16765, Tehran 1835, Iran; Babaei Highway — Next to Niru M.F.G, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(52)

Sho’a’ Aviation. Informazzjoni oħra: Tipproduċi microlights.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(53)

Special Industries Group: Is-Special Industries Group (SIG) hija subordinata tad-DIO.

Post: Pasdaran Avenue, PO Box 19585/777, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.7.2007 (NU: 9.6.2010).

(54)

TAMAS Company. Informazzjoni oħra: (a) entità involuta f'attivitajiet relatati ma' l-arrikkament, (b) TAMAS hi korp li tikkontrolla u li taħtha ġew stabbiliti erba’ kumpaniji sussidjarji, inkluża waħda għall-estrazzjoni ta' l-Uranju għall-konċentrazzjoni u oħra responsabbli mill-ipproċessar ta' l-uranju, l-arrikkament u l-iskart.

Data tal-indikazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(55)

Tiz Pars: It-Tiz Pars huwa psewdonimu għas-SHIG. Bejn April u Lulju tal-2007, it-Tiz Pars pruvat takkwista magna tal-welding bil-lażer u tal-qtugħ b'ħames assi, li tista' tagħti kontribut materjal għall-programm missilistiku tal-Iran, f'isem is-SHIG.

Post: Damavand Tehran Highway, Tehran, Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(56)

Ya Mahdi Industries Group. Informazzjoni oħra: subordinat tal-AIO.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(57)

azd Metallurgy Industries: Il-Yazd Metallurgy Industries (SIG) hija subordinata tad-DIO.

Post: Pasdaran Avenue, Next To Telecommunication Industry, Tehran 16588, Iran; Postal Box 89195/878, Yazd, Iran; Box 89195-678, Yazd, Iran; Km 5 of Taft Road, Yazd, Iran.

Magħruf ukoll bħala: Yazd Ammunition Manufacturing and Metallurgy Industries, Directorate of Yazd Ammunition and Metallurgy Industries

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

B.   Entitajiet ta' proprjetà, ikkontrollati, jew li jaġixxu f'isem il-Korpi tal-Gwardja Revoluzzjonarja Iżlamika

(1)

Fater (jew Faater) Institute: Sussidjarju ta' Khatam al-Anbiya (KAA). Il-Fater ħadem ma' fornituri barranin, x'aktarx f'isem kunpanniji oħra tal-KAA fuq proġetti IRGC fl-Iran.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(2)

Gharagahe Sazandegi Ghaem: Il-Ghorb Nooh hija ta' proprjetà jew ikkontrollata mill-KAA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(3)

Ghorb Karbala: Il-Ghorb Karbala hija ta' proprjetà jew ikkontrollata mill-KAA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(4)

Ghorb Nooh: Il-Ghorb Nooh hija ta' proprjetà jew ikkontrollata mill-KAA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(5)

Hara Company: Ta' proprjetà jew ikkontrollata minn Ghorb Nooh.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(6)

Imensazan Consultant Engineers Institute: Ta' proprjetà jew ikkontrollata mill-KAA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(7)

Khatam al-Anbiya Construction Headquarters: Khatam al-Anbiya Construction Headquarters (KAA) hija kumpannija ta' proprjetà tal-IRGC involuta fi proġetti kbar ta' kostruzzjoni ċivili u militari u attivitajiet oħra ta' inġinerija. Hija twettaq ammont sinifikanti ta' xogħol fuq proġeti ta' Organizzazzjonijiet ta' Difiża Passivi. B'mod partikolari, is-sussidjarji tal-KAA kienu involuti fil-kostruzzjoni tas-sit tal-arrikiment tal-uranju f'Qom/Fordow.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(8)

Makin: Makin hija ta' proprjetà jew ikkontrollata jew taġixxi f'isem il-KAA, u hija sussidjarja tal-KAA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(9)

Omran Sahel: Ta' proprjetà jew ikkontrollata minn Ghorb Nooh.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(10)

Oriental Oil Kish: L-Oriental Oil Kish hija ta' proprjetà jew ikkontrollata jew taġixxi f'isem il-KAA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(11)

Rah Sahel: Ir-Rah Sahel hija ta' proprjetà jew ikkontrollata jew taġixxi f'isem il-KAA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(12)

Rahab Engineering Institute: Ir-Rahab huw ta' proprjetà jew ikkontrollat jew jaġixxi f'isem il-KAA, u huwa sussidjarju tal-KAA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(13)

Sahel Consultant Engineers: Ta' proprjetà jew ikkontrollata minn Ghorb Nooh.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(14)

Sepanir: Is-Sepanir hija ta' proprjetà jew ikkontrollata jew taġixxi f'isem il-KAA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(15)

Sepasad Engineering Company: Is-Sepasad Engineering Company hija ta' proprjetà jew ikkontrollata jew taġixxi f'isem il-KAA.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

C.   Entitajiet ta' proprjetà, ikkontrollati, jew li jaġixxu f'isem l-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

(1)

Irano Hind Shipping Company:

Post: Mehrshad Street, Sadaghat Street, Opposite of Park Mellat, Vali-e-Asr Ave., Tehran, Iran; 265, Next to Mehrshad, Sedaghat St., Opposite of Mellat Park, Vali Asr Ave., Tehran 1A001, Iran

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(2)

IRISL Benelux NV:

Post: Noorderlaan 139, B-2030, Antwerp, Belgium; Numru tal-V.A.T. BE480224531 (Belġju)

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(3)

South Shipping Line Iran (SSL):

Post: Apt. No. 7, 3rd Floor, No. 2, 4th Alley, Gandi Ave., Tehran, Iran; Qaem Magham Farahani St., Tehran, Iran

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 9.6.2010.


ANNESS II

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 19(1)(b) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 20(1)(b)

I.

Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Reza AGHAZADEH

DtT: 15/03/1949 Numru tal-Passaport: S4409483 validu 26/04/2000 – 27/04/2010 Maħruġ: Teħeran, Numru tal-passaport diplomatiku: D9001950, maħruġ fit-22/01/2008 validu sal-21/01/2013 3, Post tat-twelid: Khoy

Ex Kap tal-Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt il-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

2.

Ali DAVANDARI

 

Kap tal-Bank Mellat (ara Parti B, nru 4)

26.7.2010

3.

Dr Hoseyn (Hossein) FAQIHIAN

Indirizz tal-NFPC: AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran/Iran

Deputat u Direttur-Ġenerali tal-Nuclear Fuel Production and Procurement Company (NFPC) (ara Parti B, nru 30), parti mill-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt il-UNSCR 1737 (2006). L-NFPC hija involuta f'attivitajiet marbutin mal-arrikkiment li l-Iran huwa rikjest jissospendi mill-Bord tal-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà.

23.4.2007

4.

Inġinier Mojtaba HAERI

 

MODAFL, Deputat għall-Industrija. Rwol superviżorju fuq l-AIO u d-DIO

23.6.2008

5.

Mahmood JANNATIAN DtT:

DtT 21/04/1946, numru tal-passaport: T12838903

Viċi Kap tal-Atomic Energy Organisation of Iran

23.6.2008

6.

Said Esmail KHALILIPOUR (magħruf ukoll bħala: LANGROUDI)

DtT: 24/11/1945, PtT: Langroud

Viċi Kap tal-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt il-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

7.

Ali Reza KHANCHI

Indirizz tal-NRC: AEOI-NRC P.O. Box: 11365-8486 Tehran/ Iran; Fax: (+9821) 8021412

Kap ta' Tehran Nuclear Research Centre tal-AEOI. L-IAEA għadha tfittex kjarifika mill-Iran dwar esperimenti ta' separazzjoni tal-plutonju mwettqin fit-TNRC, inkluż dwar il-preżenza ta' partiċelli ta' HEU fil-kampjuni ambjentali meħudin mill-Karaj Waste Storage Facility fejn jinsabu kontenituri użati għall-ħażna ta' miri tal-uranju eżawrit f'dawk l-esperimenti. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt il-UNSCR 1737 (2006).

23.4.2007

8.

Ebrahim MAHMUDZADEH

 

Direttur Maniġerjali ta' Iran Electronic Industries (ara Parti B, nru 20)

23.6.2008

9.

Fereydoun MAHMOUDIAN

twieled fis-07/11/1943 fl-Iran. Nru tal-Passaport 05HK31387 maħruġ fl-01/01/2002 fl-Iran, validu sas-07/08/2010

Naturalizzat Franċiż fis-07/05/2008

Direttur ta' Fulmen (ara Parti B, nru 13)

26.7.2010

10.

Brigadier Ġenerali Beik MOHAMMADLU

 

Deputat ta' MODAFL għall-Provvisti u l-Loġistika (ara Parti B, nru 29)

23.6.2008

11.

Mohammad MOKHBER

 

President tal-Fondazzjoni Setad Ejraie, fond ta' investiment marbut ma' Ali Khameneï, il-gwida suprema. Membru tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Bank Sina.

26.7.2010

12.

Mohammad Reza MOVASAGHNIA

 

Kap tal-Grupp Industrijali Samen Al A’Emmeh (SAIG) magħruf ukoll bħala Cruise Missile Industry Group. Din l-organizzazzjoni ġiet indikata taħt il-UNSCR 1747 u elenkata fl-Anness I għall-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

26.7.2010

13.

Anis NACCACHE

 

Amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu ppruvat tipprokura oġġetti sensittivi għal entitajiet indikati taħt ir-Riżoluzzjoni 1737 (2006).

23.6.2008

14.

Brigadier Ġenerali Mohammad NADERI

 

Kap ta' Aerospace Industries Organisation (AIO) (ara Parti B, nru1). AIO ħadet sehem fi programmi sensittivi Iranjani.

23.6.2008

15.

Ali Akbar SALEHI

 

Kap tal-Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt il-UNSCR 1737 (2006).

17.11.2009

16.

Viċi Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI

 

Deputat ta' MODAFL għall-Koordinazzjoni (ara Parti B, nru 29)

23.6.2008

17.

Abdollah SOLAT SANA

 

Direttur Maniġerjali ta' Uranium Conversion Facility (UCF) f'Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta' arrikkiment f'Natanz. Fis-27 ta' Awwissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu.

23.4.2007


B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Aerospace Industries Organisation, AIO

AIO, 28 Shian 5, Lavizan, Tehran, Iran

Langare Street; obonyad Square, Tehran, Iran

L-AIO tissorvelja l-produzzjoni Iranjana tal-missili, inkluż ix-Shahid Hemmat Industrial Group, ix-Shahid Bagheri Industrial Group u l-Fajr Industrial Group, li kollha kienu indikati fil-UNSCR 1737 (2006). Il-kap tal-AIO u żewġ uffiċjali anzjani oħra kienu wkoll imsemmija fil-UNSCR 1737 (2006)

23.4.2007

2.

Armed Forces Geographical Organisation

 

Ivvalutata li tipprovdi data ġeospazzjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi

23.6.2008

3.

Azarab Industries

Ferdowsi Ave, P.O. Box 11365-171, Tehran, Iran

Intrapriża fis-settur tal-enerġija li tipprovdi appoġġ fil-manifattura tal-programm nukleari, inkluża l-proliferazzjoni ta' attivitajiet sensittivi indikati. Involuta fil-bini tar-reattur ta' ilma tqil Arak.

26.7.2010

4.

Bank Mellat (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Head Office Building, 327 Takeghani (Taleghani) Avenue, Tehran 15817, Iran;

P.O. Box 11365-5964, Tehran 15817, Iran;

Il-Bank Mellat huwa bank ippossedut mill-Istat Iranjan. Il-Bank Mellat jimpenja ruħu fi stil ta' mġiba li tappoġġa u tiffaċilita l-programmi fir-rigward tal-missili nukleari u ballistiċi tal-Iran. Huwa pprovda servizzi bankarji lill-entitajiet elenkati min-NU u l-UE jew lil entitajiet li jaġixxu għan-nom tagħhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew lil entitajiet ipposeduti jew ikkontrollati minnhom. Huwa l-bank matriċi tal-First East Export Bank li huwa indikat taħt il-UNSCR 1929.

26.7.2010

(a)

Mellat Bank SB CJSC

P.O. Box 24, Yerevan 0010, Repubblika tal-Armenja

Ipposedut 100 % mill-Bank Mellat

26.7.2010

(b)

Persia International Bank Plc

Number 6 Lothbury, Kodiċi Postali: EC2R 7HH, Renju Unit

Ipposedut 60 % mill-Bank Mellat

26.7.2010

5.

Bank Melli,

Bank Melli Iran (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Ferdowsi Avenue, P.O. Box 11365-171, Tehran, Iran

Jipprovdi jew jipprova jipprovdi appoġġ finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u tal-missili tal-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Novin Energy Company, Mesbah Energy Company, Kalaye Electric Company u d-DIO). Il-Bank Melli jagħmilha ta' faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi tal-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta' materjali sensittivi għall-programmi nukleari u tal-missili tal-Iran. Huwa pprovda firxa ta' servizzi finanzjarji f'isem entitajiet marbuta mal-industriji nukleari u tal-missili tal-Iran, inkluż il-ftuħ ta' ittri ta' kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Ħafna mill-kumpanniji t'hawn fuq ġew indikati fil-UNSCR 1737 (2006) u 1747 (2007).

Bank Melli jkompli f'dan ir-rwol, billi jimpenja ruħu f'mudell ta' aġir li jappoġġa u jiffaċilita l-attivitajiet sensittivi tal-Iran. Bl-użu tar-relazzjonijiet bankarji tiegħu, huwa jkompli jipprovdi appoġġ għal, u servizzi finanzjarji lil, entitajiet elenkati min-NU u l-UE f'konnessjoni ma' tali attivitajiet. Huwa jaġixxi wkoll f'isem, u taħt id-direzzjoni ta' tali entitajiet, inkluż Bank Sepah, billi spiss jopera permezz tas-sussidjarji u l-assoċjati tagħhom.

23.6.2008

(a)

Arian Bank (magħrufa wkoll bħala Aryan Bank)

House 2, Street Number 13, Wazir Akbar Khan, Kabul, Afganistan

Arian Bank huwa impriża konġunta bejn il-Bank Melli u l-Bank Saderat.

26.7.2010

(b)

Assa Corporation

ASSA CORP, 650 (or 500) Fifth Avenue, New York, Stati Uniti;

Nru tal-Identità tat-Taxxa 1368932 (Stati Uniti)

Assa Corporation hija kumpannija ta' kopertura maħluqa u kkontrollata mill-Bank Melli. Hija ġiet stabbilita mill-Bank Melli biex tgħaddi l-flus mill-Istati Uniti lejn l-Iran.

26.7.2010

(c)

Assa Corporation Ltd

6 Britannia Place, Bath Street, St Helier JE2 4SU, Gżejjer Jersey Channel

Assa Corporation Ltd hija l-organizzazzjoni matriċi tal-Assa Corporation. Ipposseduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

26.7.2010

(d)

Bank Kargoshaee (magħrufa wkoll bħala Kargosai Bank, magħrufa wkoll bħala Kargosa'i Bank)

587 Mohammadiye Square, Mowlavi St., Tehran 11986, Iran

Il-Bank Kargoshaee huwa ppossedut mill- Bank Melli.

26.7.2010

(e)

Bank Melli Iran Investment Company (BMIIC)

No.2, Nader Alley, Vali-Asr Str., Tehran, Iran, P.O. Box 3898-15875;

Indirizz Alternattiv: Bldg 2, Nader Alley after Beheshi Forked Road, P.O. Box 15875-3898, Tehran, Iran 15116;

Indirizz Alternattiv: Rafiee Alley, Nader Alley, 2 After Serahi Shahid Beheshti, Vali E Asr Avenue, Tehran, Iran;

Numru tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju: 89584.

Affiljata ma' entitajiet li ilhom sanzjonati mill-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea jew in-Nazzjonijiet Uniti mill-2000. Indikata mill-Istati Uniti bħala li hija pposeduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

26.7.2010

(f)

Bank Melli Iran Zao

Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moscow, 130064, Russja

 

23.6.2008

(g)

Bank Melli Printing and Publishing Company (BMPPC)

18th Km Karaj Special Road, Tehran, Iran, P.O. Box 37515-183;

Indirizz Alternattiv: Km 16 Karaj Special Road, Tehran, Iran;

Numru tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju:

Indikata mill-Istati Uniti għax ipposeduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

26.7.2010

(h)

Cement Investment and Development Company (CIDCO) (magħrufa wkoll bħala: Cement Industry Investment and Development Company, CIDCO, CIDCO Cement Holding)

No. 241, Mirdamad Street, Tehran, Iran

Ipposeduta kompletament mill-Bank Melli Investment Co. Holding Company biex tamministra l-kumpanniji kollha tas-siment ipposeduti minn BMIIC

26.7.2010

(i)

First Persian Equity Fund

Walker House, 87 Mary Street, George Town, Grand Cayman, KY1-9002, Gżejjer Kajman;

Indirizz Alternattiv: Clifton House, 7z5 Fort Street, P.O. Box 190, Grand Cayman, KY1-1104; Gżejjer Kajman;

Indirizz Alternattiv: Rafi Alley, Vali Asr Avenue, Nader Alley, Tehran, 15116, Iran, P.O.Box 15875-3898

Ibbażata f'Cayman, b'fondi liċenzjati mill-Gvern Iranjan għall-investiment barrani fit-Teheran Stock Exchange

26.7.2010

(j)

Future Bank BSC

Block 304, City Centre Building, Building 199, Government Avenue, Road 383, Manama, Baħrejn;

P.O. Box 785, City Centre Building, Government Avenue, Manama, Baħrejn,

u l-fergħat fid-dinja kollha; Numru tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju: 54514-1 (Baħrejn) jiskadi fid-9 ta' Ġunju 2009; Nru tal-Liċenzja tal-Kummerċ: 13388 (Baħrejn)

Ibbażat f'Bahrain, impriża konġunta, ipposseduta mill-maġġoranza u kkontrollata mill-Bank Melli u l-Bank Saderat. Il-President tal-Bank Melli kien ukoll il-President tal-Future Bank

26.7.2010

(k)

Mazandaran Cement Company

Africa Street, Sattari Street No. 40, P.O. Box 121, Tehran, Iran 19688;

Indirizz Alternattiv: 40 Satari Ave. Afrigha Highway, P.O. Box 19688, Tehran, Iran

Ibbażata f'Teħeran, kumpannija tas-siment, il-parti l-kbira tagħha pposseduta minn CIDCO. Involuta fi proġetti ta' bini fuq skala kbira

26.7.2010

(l)

Mazandaran Textile Company

Kendovan Alley 5, Vila Street, Enghelab Ave, P.O. Box 11365-9513, Tehran, Iran 11318;

Indirizz Alternattiv: 28 Candovan Cooy Enghelab Ave., P.O. Box 11318, Tehran, Iran;

Indirizz Alternattiv: Sari Ave., Ghaemshahr, Iran

Ibbażata f'Teħeran, kumpannija tat-tessuti, ipposseduta fil-parti l-kbira tagħha mill-BMIIC u l-Bank Melli Investment Management Co.

26.7.2010

(m)

Mehr Cayman Ltd.

Gżejjer Kajman; Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali 188926 (Gżejjer Kajman)

Ipposseduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

26.7.2010

(n)

Melli Agrochemical Company PJS (magħrufa wkoll bħala: Melli Shimi Keshavarz)

Mola Sadra Street, 215 Khordad, Sadr Alley No. 13, Vanak Sq., P.O. Box 15875-1734, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

26.7.2010

(o)

Melli Bank plc

London Wall, 11th floor, London EC2Y 5EA, Renju Unit

 

23.6.2008

(p)

Melli Investment Holding International

514 Business Avenue Building, Deira, P.O. Box 181878, Dubai, Emirati Għarab Magħquda;

Numru taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni (Dubai) 0107 maħruġ fit-30 ta' Novembru 2005.

Ipposseduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

26.7.2010

(q)

Shomal Cement Company (magħrufa wkoll bħala: Siman Shomal)

Dr Beheshti Ave No. 289, Tehran, Iran 151446;

Indirizz Alternattiv: 289 Shahid Baheshti Ave., P.O. Box 15146, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi għan-nom tad-DIO

26.7.2010

6.

Bank Refah

40, North Shiraz Street, Mollasadra Ave., Vanak Sq., Tehran, Iran

Il-Bank Refah wettaq operazzjonijiet għall-Bank Melli b'segwitu tas-sanzjonijiet imposti mill-Unjoni Ewropea fuq dan tal-aħħar

26.7.2010

7.

Bank Saderat Iran (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Bank Saderat Tower, 43 Somayeh Ave, Tehran, Iran.

Il-Bank Saderat huwa kumpannija pposseduta mill-Istat Iranjan (ipposseduta 94% mill-Gvern IRN). Il-Bank Saderat ipprovda servizzi finanzjarji għal entitajiet li jipprokuraw f'isem il-programmi nukleari u ta' missili ballistiċi tal-Iran, inklużi entitajiet indikati taħt il-UNSCR 1737. Il-Bank Saderat ittratta ħlasijiet u ittri ta' kreditu ta' DIO (sanzjonata fil-UNSCR 1737) u Iran Electronics Industries sad-data riċenti ta' Marzu 2009. Fl-2003 l-Bank Saderat ittratta ittri ta' kreditu f'isem Mesbah Energy Company tal-IRN relatata man-nuklear (sussegwentement sanzjonata fil-UNSR 1737).

26.7.2010

(a)

Bank Saderat PLC (London)

5 Lothbury, London, EC2R 7 HD, Renju Unit

Sussidjarja pposseduta 100% mill-Bank Saderat

 

8.

Banque Sina

187, Avenue Motahari, Teheran, Iran

Dan il-bank huwa marbut ħafna mal-interessi ta' “Daftar” (uffiċċju ta' Gwida: amministrazzjoni magħmula minn madwar 500 kollaboraturi). B'hekk huwa jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim.

26.7.2010

9.

ESNICO (Equipment Supplier for Nuclear Industries Corporation)

No1, 37th Avenue, Asadabadi Street, Tehran, Iran

Jipprokura merkanzija industrijali, speċifikament għall-attivitajiet tal-programm nukleari mwettaq minn AEOI, Novin Energy u Kalaye Electric Company (kollha indikati taħt il-UNSCR 1737). Id-Direttur ta' ESNICO huwa Haleh Bakhtiar (indikat taħt l-UNSCR 1803).

26.7.2010

10.

Etemad Amin Invest Co Mobin

Pasadaran Av. Tehran, Iran

Qrib Naftar u Bonyad-e Mostazafan, Etemad Amin Invest Co Mobin tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim u tal-Istat parallell Iranjan.

26.7.2010

11.

Export Development Bank of Iran (EDBI) (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Export Development Building, Next to the 15th Alley, Bokharest Street, Argentina Square, Tehran, Iran;

Tose'e Tower, Kantuniera ma' 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran;

No. 129, 21 's Khaled Eslamboli, No. 1 Building, Tehran, Iran;

Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali: 86936

(Iran)

L-Export Development Bank of Iran (EDBI) kien involut fil-provvista ta' servizzi finanzjarji lill-kumpanniji marbutin mal-programmi tal-Iran relatati mal-proliferazzjoni u għen entitajiet indikati min-NU biex jiskansaw u jiksru s-sanzjonijiet. Huwa jipprovdi servizzi finanzjarji lil entitajiet subordinati tal-MODAFL u lill-kumpanniji ta' kopertura tagħhom li jappoġġaw il-programmi tal-Iran fir-rigward tal-missili nukleari u ballistiċi. Huwa kompla jittratta ħlasijiet għall-Bank Sepah, wara n-nomina min-NU, inklużi ħlasijiet relatati mal-programmi tal-Iran fir-rigward tal-missili nukleari u ballistiċi. L-EDBI ttratta transazzjonijiet b'rabta mal-entitajiet tal-Iran tad-difiża u tal-missili, li ħafna minnhom ġew sanzjonati mill-UNSCR. L-EDBI serva bħala intermedjarju prinċipali li ttratta l-finanzjament tal-Bank Sepah (sanzjonat mill-UNSCR mill-2007), inklużi ħlasijiet relatati mal-AQM. L-EDBI jipprovdi servizzi finanzjarji lil diversi entitajiet tal-MODAFL u ffaċilita attivitajiet ta' prokura dejjem għaddejjin ta' kumpanniji ta' kopertura assoċjati ma' entitajiet tal-MODAFL.

26.7.2010

(a)

EDBI Exchange Company

Tose'e Tower, Kantuniera ma' 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran

Ibbażata f'Tehran, l-EDBI Exchange Company hija pposeduta 70% mill-Export Development Bank tal-Iran (EDBI. Hija ġiet indikata mill-Istati Uniti f'Ottubru 2008 għax hija pposseduta jew ikkontrollata mill-EDBI.

26.7.2010

(b)

EDBI Stock Brokerage Company

Tose'e Tower, Kantuniera ma' 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran

Ibbażata f'Tehran, l-EDBI Stock Brokerage Company hija sussidjarja pposseduta kompletament mill-Export Development Bank of Iran (EDBI). Hija ġiet indikata mill-Istati Uniti f'Ottubru 2008 għax hija pposseduta jew ikkontrollata mill-EDBI.

26.7.2010

(c)

Banco Internacional De Desarrollo CA

Urb. El Rosal, Avenida Francesco de Miranda, Edificio Dozsa, Piso 8, Caracas C.P. 1060, Venezwela

Banco Internacional De Desarrollo CA huwa ppossedut mill-Export Development Bank of Iran.

26.7.2010

12.

Fajr Aviation Composite Industries

Mehrabad Airport, P.O. Box 13445-885, Tehran, Iran

Sussidjarja tal-IAIO fi ħdan il-MODAFL (ara nru 29), li primarjament tipproduċi materjali komposti għall-industrija tal-inġenji tal-ajru, iżda wkoll b'rabta mal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' carbon fibre għall-applikazzjonijiet nukleari u tal-missili. Marbuta mat-Technology Cooperation Office. L-Iran ħabbar reċentement l-intenzjoni tiegħu li jipproduċi bil-massa ġenerazzjoni ġdida ta' centrifuges li ser jeħtieġu kapaċitajiet ta' produzzjoni ta' carbon fibre FACI.

26.7.2010

13.

Fulmen

167 Darya boulevard - Shahrak Ghods, 14669 - 8356 Tehran.

Fulmen kien implikat fl-istallazzjoni ta' tagħmir elettroniku fuq is-sit ta' Qom/Fordoo fi żmien meta l-eżistenza ta' dan is-sit kienet għadha mhiex magħrufa.

26.7.2010

(a)

Arya Niroo Nik

Suite 5 - 11th floor - Nahid Bldg, Shahnazari Street – Mohseni Square Tehran

Arya Niroo Nik hija kumpannija fittizja użata minn Fulmen għal uħud mill-operazzjonijiet tiegħu.

26.7.2010

14.

Future Bank BSC

Block 304. City Centre Building. Building 199, Government Avenue, Road 383, Manama, Bahrain. PO Box 785;

Dokument 2k tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju: 54514-1 (Baħrejn) jiskadi fid-9 ta' Ġunju 2009; Nru tal-Liċenzja tal-Kummerċ (Baħrejn)

Żewġ terzi mill-Future Bank ibbażat f'Bahrain huma pposseduti mill-banek statali Iranjani. Il-Bank Melli u l-Bank Saderat, indikati mill-UE, għandhom kull wieħed terz mill-ishma, bit-terz li jifdal ippossedut mill-Ahli United Bank (AUB) tal-Baħrejn. Għalkemm l-AUB għad għandu l-ishma tiegħu tal-Future Bank, skont ir-rapport annwali tiegħu tal-2007, l-AUB m'għadux jeżerċita influwenza sinifikanti fuq il-bank li hu effettivament ikkontrollat mill-matriċi Iranjani, t-tnejn li huma msemmija fil-UNSCR 1803 bħala banek Iranjani li jeħtieġu “viġilanza” partikolari. Ir-rabtiet stretti bejn il-Future Bank u l-Iran hemm aktar evidenza tagħhom fil-fatt li l-President tal-Bank Melli kellu wkoll fl-istess żmien il-pożizzjoni ta' President tal-Future Bank.

26.7.2010

15.

Industrial Development & Renovation Organization (IDRO)

 

Korp tal-Gvern responsabbli għall-aċċellerazzjoni tal-industrijalizzazzjoni tal-Iran. Jikkontrolla diversi kumpanniji involuti fil-ħidma għall-programmi nukleari u tal-missili u involut fit-teknoloġija tal-manifattura avvanzata għall-prokurament barrani sabiex jappoġġahom.

26.7.2010

16.

Iran Aircraft Industries (IACI)

 

Sussidjarja tal-IAIO fi ħdan MODAFL (ara nru 29). Timmanifattura, issewwi, u twettaq eżaminazzjonijiet bir-reqqa ta' ajruplani u magni tal-inġenji tal-ajru u tipprokura partijiet relatati mal-avjazzjoni spiss ta' oriġini mill-Istati Uniti, tipikament permezz ta' intermedjarji barranin. L-IACI u s-sussidjarji tagħha nqabdu wkoll jużaw netwerk dinji ta' sensara li jfittxu li jipprokuraw merkanzija relatata mal-avjazzjoni.

26.7.2010

17.

Iran Aircraft Manufacturing Company (magħrufa wkoll bħala: HESA, HESA Trade Center, HTC, IAMCO, IAMI, Iran Aircraft Manufacturing Company, Iran Aircraft Manufacturing Industries, Karkhanejate Sanaye Havapaymaie Iran, Hava Peyma Sazi-e Iran, Havapeyma Sazhran, Havapeyma Sazi Iran, Hevapeimasazi)

P.O. Box 83145-311, 28 km Esfahan – Tehran Freeway, Shahin Shahr, Esfahan, Iran;

P.O. Box 14155-5568, No. 27 Ahahamat Aave., Vallie Asr Square, Tehran 15946, Iran;

P.O. Box 81465-935, Esfahan, Iran;

Shahih Shar Industrial Zone, Isfahan, Iran; P.O. Box 8140, No. 107 Sepahbod Gharany Ave., Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi għan-nom ta' MODAFL (ara nru 29).

26.7.2010

18.

Iran Centrifuge Technology Company (magħrufa wkoll bħala TSA jew TESA)

 

It-TESA ħadet f'idejha l-attivitajiet tal-Farayand Technique (indikata taħt il-UNSCR 1737). Hija timmanifattura partijiet ta' centrifuge għall-arrikkiment tal-uranju, u qed tappoġġa direttament attivitajiet sensittivi għall-proliferazzjoni li l-Iran huwa meħtieġ li jissospendi mill-UNSCRs. Hija twettaq ħidma għall-Kalaye Electric Company (indikati taħt il-UNSCR 1737).

26.7.2010

19.

Iran Communications Industries (ICI)

PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran;

Indirizz Alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran;

Indirizz Alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran

Iran Communications Industries, sussidjarja ta' Iran Electronics Industries (ara nru 23), tipproduċi diversi oġġetti, inklużi sistemi ta' komunikazzjoni, avionics, tagħmir ta' optics u electro-optics, micro-electronics, teknoloġija tal-informazzjoni, test u measurement, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, tagħmir elettroniku tal-gwerra, manifattura u tiġdid ta' radar tube, u missile launchers. Dawn l-oġġetti jistgħu jintużaw fi programmi li jinsabu taħt sanzjoni skont il-UNSCR 1737.

26.7.2010

20.

Iran Electronic Industries (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran

Sussidjarja sħiħa ta' proprjetà ta' MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistemi Iranjani tal-armi.

23.6.2008

(a)

Isfahan Optics

P.O. Box 81465-117, Isfahan, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi għan-nom ta' Iran Electronics Industries

26.7.2010

21.

Iran Insurance Company (magħrufa wkoll bħala Bimeh Iran)

P.O. Box 14155-6363, 107 Fatemi Ave., Tehran, Iran

Iran Insurance Company assigurat ix-xiri ta' diversi oġġetti li jistgħu jintużaw fi programmi li huma sanzjonati mill-UNSCR 1737. L-oġġetti mixtrijin assigurati jinkludu partijiet għall-elikotteri, electronics, u kompjuters b'applikazzjonijiet f'inġenji tal-ajru u n-navigazzjoni tal-missili.

26.7.2010

22.

Iranian Aviation Industries Organization (IAIO)

107 Sepahbod Gharani Avenue, Tehran, Iran

Organizzazzjoni ta' MODAFL (ara nru 29) responsabbli għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-industrija tal-avjazzjoni militari tal-Iran.

26.7.2010

23.

Javedan Mehr Toos

 

Kumpannija tal-inġinerija li tipprokura għall-Atomic Energy Organisation tal-Iran li ġiet indikata taħt il-UNSCR 1737

26.7.2010

24.

Kala Naft

Kala Naft Tehran Co, P.O. Box 15815/1775, Gharani Avenue, Tehran, Iran;

No 242 Shahid Kalantri Street - Near Karim Khan Bridge - Sepahbod Gharani Avenue, Teheran;

Kish Free Zone, Trade Center, Kish Island, Iran;

Kala Ltd., NIOC House, 4 Victoria Street, London Sw1H1

Tagħmel kummerċ ta' tagħmir għas-settur taż-żejt u l-gass li jista' jintuża għall-programm nukleari tal-Iran. Ippruvat tipprokura materjal (alloy gates li jifilħu ħafna) li m'għandhomx użu barra l-industrija nukleari. Għandha rabtiet ma' kumpanniji involuti fil-programm nukleari tal-Iran.

26.7.2010

25.

Machine Sazi Arak

4th km Tehran Road, P.O. Box 148, Arak, Iran

Intrapriża fis-settur tal-enerġija affiljata mal-IDRO li tipprovdi appoġġ fil-manifattura tal-programm nukleari, inkluża l-proliferazzjoni ta' attivitajiet sensittivi indikati. Involuta fil-bini tar-reattur ta' ilma tqil Arak. F'Lulju 2009, ir-Renju Unit qassam notifika ta' ċaħda tal-esportazzjoni kontra Machine Sazi Arak għal “alumina graphite stopper rod”. F'Mejju 2009, l-Isvezja ċaħdet l-esportazzjoni lill-Machine Sazi Arak ta' “cladding of dish ends for pressure vessels”.

26.7.2010

26.

Marine Industries

Pasdaran Av., P.O. Box 19585/ 777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

23.4.2007

27.

MASNA (Moierat Saakht Niroogahye Atomi Iran) Kumpannija Maniġerjali għall-Kostruzzjoni tal-Impjanti tal-Enerġija Nukleari

 

Subordinata għall-AEOI u Novin Energy (it-tnejn indikati taħt il-UNSCR 1737). Involuti fl-iżvilupp tar-reatturi nukleari.

26.7.2010

28.

Mechanic Industries Group

 

Ħadet sehem fil-produzzjoni ta' komponenti għall-programm ballistiku

23.6.2008

29.

Ministeru tad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL)

West side of Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran

Responsabbli għall-programmi ta' riċerka, żvilupp u manifattura għad-difiża tal-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi tal-missili u nukleari.

23.6.2008

30.

Nuclear Fuel Production and Procurement Company (NFPC)

AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran / Iran

P.O. Box 14144-1339, Endof North Karegar Ave., Tehran, Iran

Id-Diviżjoni tal-Produzzjoni ta' Karburant Nukleari (NFPD) tal-AEOI hija responsabbli għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam taċ-ċiklu tal-karburant nukleari inklużi: l-esplorazzjoni tal-uranju, ix-xogħol fil-minjieri, it-tħin, il-konverżjoni u l-ġestjoni tal-iskart nukleari. L-NFPC hija s-suċċessur tal-NFPD, il-kumpannija sussidjarja taħt l-AEOI li tmexxi r-riċerka u l-iżvilupp fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari inkluż il-konverżjoni u l-arrikkiment

23.4.2007

31.

Parchin Chemical Industries

 

Ħadmet fuq tekniċi ta' propulsjoni għall-programm ballistiku tal-Iran.

23.6.2008

32.

Parto Sanat Co

No. 1281 Valiasr Ave., Next to 14th St., Tehran, Iran.

Manifattur ta' frequency changers u hija kapaċi tiżviluppa/timmodifika changers ta' frekwenza barranija importata b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw fl-arrikkiment tas-centrifuge tal-gass. Hija meqjusa li hija involuta f'attivitajiet ta' proliferazzjoni nukleari.

26.7.2010

33.

Passive Defense Organization

 

Responsabbli għall-għażla u l-bini ta' faċilitajiet strateġiċi, inkluż - skont id-dikjarazzjonijiet Iranjani - is-sit għall-arrikkiment tal-uranju f'Fordow (QOM) mibni mingħajr ma ġie dikjarat lill-IAEA kuntrarjament għall-obbligi tal-Iran (affermati f'riżoluzzjoni mill-Bord tat-Tmexxija tal-IAEA). Il-Brigadier Ġenerali Gholam-Reza Jalali, li qabel kien IRGC huwa l-president tal-PDO.

26.7.2010

34.

Post Bank

237, Motahari Ave., Tehran, Iran 1587618118

Il-Post Bank evolva minn bank domestiku Iranjan għal bank li jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali tal-Iran. Jaġixxi għan-nom tal-Bank Sepah (indikat taħt il-UNSCR 1747), waqt li jwettaq transazzjonijiet tal-Bank Sepah u jaħbi l-konnessjoni tal-Bank Sepah mat-transazzjonijiet sabiex jiskansa s-sanzjonijiet. Fl-2009 l-Post Bank iffaċilita l-kummerċ għan-nom tal-Bank Sepah bejn l-industriji tad-difiża tal-Iran u benefiċjarji barra l-pajjiż. Huwa ffaċilita l-kummerċ ma' kumpannija ta' kopertura għat-Tranchon Commercial Bank tar-RDPK magħruf li jiffaċilita l-kummerċ relatat mal-proliferazzjoni bejn l-Iran u r-RDPK.

26.7.2010

35.

Raka

 

Dipartiment tal-Kalaye Electric Company (indikata taħt i-UNSCR 1737). Stabbilit lejn l-aħħar tal-2006, kien responsabbli għall-bini tal-Impjant tal-Arrikkiment tal-Uranju f'Fordow (Qom).

26.7.2010

36.

Research Institute of Nuclear Science & Technology (magħrufa wkoll bħala. Nuclear Science & Technology Research Institute)

 

Subordinat tal-AEOI u jkompli l-ħidma tad-Diviżjoni tar-Riċerka tiegħu ta' qabel. Id-direttur maniġerjali tiegħu huwa l-Viċi President Mohammad Ghannadi (indikat fil-UNSCR 1737).

26.7.2010

37.

Schiller Novin

Gheytariyeh Avenue - no 153 - 3rd Floor - PO BOX 17665/153 6 19389 Teheran

Jaġixxi għan-nom tad-Defense Industries Organisation (DIO).

26.7.2010

38.

Shahid Ahmad Kazemi Industrial Group

 

SAKIG jiżviluppa u jipproduċi sistemi tal-missili mill-art-għall-ajru għall-militari tal-Iran. Huwa jmantni proġetti militari, bil-missili u ta' difiża tal-ajru u jipprokura merkanzija mir-Russja, il-Bjelorussja u l-Korea ta' Fuq.

26.7.2010

39.

Shakhese Behbud Sanat

 

Involut fil-produzzjoni ta' tagħmir u partijiet għaċ-ċiklu tal-karburant nukleari.

26.7.2010

40.

State Purchasing Organisation (SPO)

 

Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta' armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja tal-MODAFL

23.6.2008

41.

Technology Cooperation Office (TCO) tal-Uffiċċju tal-President Iranjan

Tehran, Iran

Responsabbli għall-avvanz teknoloġiku tal-Iran permezz ta' prokuri barranin u rabtiet ta' taħriġ rilevanti. Jappoġġa l-programmi nukleari u tal-missili.

26.7.2010

42.

Yasa Part, (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

 

Kumpannija li tittratta attivitajiet ta' prokura relatati max-xiri ta' materjali u teknoloġiji meħtieġa għall-programmi nukleari u ballistiċi.

26.7.2010

(a)

Arfa Paint Company

 

Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

26.7.2010

(b)

Arfeh Company

 

Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

26.7.2010

(c)

Farasepehr Engineering Company

 

Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

26.7.2010

(d)

Hosseini Nejad Trading Co.

 

Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

26.7.2010

(e)

Iran Saffron Company or Iransaffron Co.

 

Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

26.7.2010

(f)

Shetab G.

 

Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

26.7.2010

(g)

Shetab Gaman

 

Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

26.7.2010

(h)

Shetab Trading

 

Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

26.7.2010

(i)

Y.A.S. Co. Ltd

 

Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

26.7.2010

II.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Brigadier Ġenerali tal-IRGC Javad DARVISH-VAND

 

MODAFL, Deputat għall-Ispezzjoni. Responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha tal-MODAFL

23.6.2008

2.

Viċi Ammiral Ali FADAVI

 

Kmandant tal-flotta tal-IRGC

26.7.2010

3.

Parviz FATAH

twieled fl-1961

In-numru tnejn ta' Khatam al Anbiya

26.7.2010

4.

Brigadier Ġenerali tal-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

 

Direttur Maniġerjali tad-Defence Industries Organisation (DIO) li hija indikata fil-UNSCR 1737 (2006)

23.6.2008

5.

Brigadier Ġenerali tal-IRGC Ali HOSEYNITASH

 

Kap tad-Dipartiment Ġenerali tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali u involut fit-tfassil tal-politika dwar il-kwistjoni nukleari

23.6.2008

6.

Mohammad Ali JAFARI, IRGC

 

Għandu post ta' Kmandant fi ħdan l-IRGC

23.6.2008

7.

Brigadier Ġenerali tal-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR

 

Ministru tal-Intern u Ex Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inklużi l-programmi tal-missili ballistiċi.

23.6.2008

8.

Brigadier Ġenerali Mohammad Reza NAQDI

Twieled fl-1953, Nadjaf (Iraq)

Kmandant tal-Basij Resistance Force

26.7.2010

9.

Brigadier Ġenerali Mohammed PAKPUR

 

Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC

26.7.2010

10.

Rostam QASEMI (magħrufa wkoll bħala Rostam GHASEMI)

Twieled fl-1961

Kmandant tal-Khatam al-Anbiya

26.7.2010

11.

Brigadier Ġenerali Hossein SALAMI

 

Deputat Kmandant tal-IRGC

26.7.2010

12.

Brigadier Ġenerali tal-IRGC Ali SHAMSHIRI

 

MODAFL, Deputat għall-Kontro-Intelligence, responsabbli għas-sigurtà tal-persunal u l-Installazzjonijiet tal-MODAFL

23.6.2008

13.

Brigadier Ġenerali tal-IRGC Ahmad VAHIDI

 

Ministru tal-MODAFL u ex Viċi Kap tal-MODAFL

23.6.2008


B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Tehran, Iran

Responsabbli għall-programm nukleari tal-Iran. Għandu kontroll operattiv għall-programm tal-missili ballistiċi. Wettaq attentati ta' prokura bħala appoġġ għall-programmi tal-missili ballistiċi u nukleari tal-Iran

26.7.2010

2.

IRGC Air Force

 

Tħaddem l-inventarju tal-Iran tal-missili ballistiċi ta' firxa qasira u medja. Il-kap tal-forza tal-ajru tal-IRGC kien indikat fil-UNSCR 1737.

23.6.2008

3.

IRGC-Air Force Al-Ghadir Missile Command

 

Il-Missile Command Al-Ghadir tal-Forzi tal-Ajru tal-IRGC huwa element speċifiku fi ħdan il-Forzi tal-Ajru tal-IRGC li kien qed jaħdem mas-SBIG (indikati taħt il-UNSCR 1737) mal-FATEH 110, missili ballistiċi b'medda qasira kif ukoll il-missila ballistika ta' medda medja Ashura. Dan il-kmand jidher li hu entità li fir-realtà għandha l-kontroll operattiv tal-missili.

26.7.2010

4.

Naserin Vahid

 

Naserin Vahid jipproduċi l-partijiet tal-armi għan-nom tal-IRGC. Huwa kumpannija ta' kopertura tal-IRGC.

26.7.2010

5.

IRGC Qods Force

Tehran, Iran

L-Iran's Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Qods Force hija responsabbli għall-operazzjonijiet barra l-Iran u hija l-għodda tal-politika barranija prinċipali ta' Tehran għal operazzjonijiet speċjali u ta' appoġġ għat-terroristi u l-militanti Iżlamiċi barra l-pajjiż. Il-Hizballah uża rokits fornuti mill-Qods Froce, missili cruise kontra l-bastimenti (ASCMs), sistemi ta' difiża tal-ajru li jinġarru min-nies (MANPADS), u inġenji tal-ajru mingħajr kontroll uman (UAVs) fil-konflitt tal-2006 mal-Iżrael u ggwadanja mit-taħriġ tal-Qods Force fuq dawn is-sistemi, skont ma ġie rrappurtat fl-istampa. Skont varjetà ta' rappurtar, il-Qods Force tkompli tforni mill-ġdid u tħarreġ lill-Hizballah dwar armi avvanzati, missili kontra l-inġenji tal-ajru, u rokits għal medda twila. Il-Qods Force tkompli tipprovdi appoġġ letali limitat, tħarreġ u tiffinanzja lill-ġellieda Taliban fin-nofsinhar u l-punent tal-Afganistan inklużi armi ħfief, munizzjon, mortars, u rokits tal-kamp tal-battalja għal medda qasira. Il-Kmandant ġie sanzjonat taħt l-UNSCR

26.7.2010

6.

Sepanir Oil and Gas Energy Engineering Company (magħrufa wkoll bħala Sepah Nir)

 

Sussidjarja ta' Khatam al-Anbya Construction Headquarters li ġiet indikata taħt il-UNSCR 1929. Is-Sepanir Oil and Gas Engineering Company qed tipparteċipa fis-South Pars offshore Phase 15-16 gas field development project.

26.7.2010

III.

Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

No. 37, Aseman Tower, Sayyade Shirazee Square, Pasdaran Ave., P.O. Box 19395-1311. Tehran. Iran

No. 37,. Corner of 7th Narenjestan, Sayad Shirazi Square, After Noboyand Square, Pasdaran Ave., Tehran, Iran

L-IRISL ġiet involuta fit-trasbord ta' tagħbija relatata militarment, inkluża tagħbija proskritta mill-Iran. Tliet inċidenti tali involvew vjolazzjonijiet ċari li kienu rrappurtati lill-Kumitat tas-Sazzjonijiet tal-Iran tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Il-konnessjoni tal-IRISL mal-proliferazzjoni kienet tali li l-UNSCR appella lill-istati biex iwettqu spezzjonijiet fuq vetturi tal-IRISL, dment li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-vettura qed iġġorr merkanzija proskritta fil-UNSCR 1803 u 1929.

26.7.2010

a)

Bushehr Shipping Company Limited (Tehran)

143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta

c/o Hafiz Darya Shipping Company, Ehteshamiyeh Square 60, Neyestani 7, Pasdaran, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata mill-IRISL

26.7.2010

b)

CISCO Shipping Company Ltd (magħrufa wkoll bħala IRISL Korea Ltd)

Għandha uffiċċji f'Seoul u Busan, fil-Korea t'Isfel.

Taġixxi għan-nom tal-IRISL fil-Korea t'Isfel

26.7.2010

c)

Hafize Darya Shipping Lines (HDSL) (magħrufa wkoll bħala HDS Lines)

No. 60 Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue,Tehran, Iran;

Alternative Address: Third Floor of IRISL’s Aseman Tower

Taġixxi f'isem l-IRISL waqt li twettaq operazzjonijiet tal-containers bl-użu ta' bastimenti pposseduti mill-IRISL.

26.7.2010

d)

Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH

Schottweg 7, 22087 Hamburg, Germany;

Opp 7th Alley, Zarafshan St, Eivanak St, Qods Township; HTTS GmbH, HTTS GmbH,

Taġixxi għan-nom tal-HDSL fl-Ewropa.

26.7.2010

e)

Irano Misr Shipping Company

No 41, 3rd Floor, Corner of 6th Alley, Sunaei Street, Karim Khan Zand Ave, Tehran;

265, Next to Mehrshad, Sedaghat St., Opposite of Mellat Park, Vali Asr Ave., Tehran 1A001, Iran;

18 Mehrshad Street, Sadaghat St., Opposite of Mellat Park, Vali Asr Ave., Tehran 1A001, Iran

Taġixxi għan-nom tal-IRISL, matul il-Kanal tas-Suez u fl-Alixandra u Port Said. Ippossedut 51% mill-IRISL.

26.7.2010

f)

Irinvestship Ltd

Global House, 61 Petty France, London SW1H 9EU, United Kingdom;

Business Registration Document # 4110179 (United Kingdom)

Ipposedut mill-IRISL. Jipprovdi servizzi finanzjarji, legali u tal-assigurazzjoni għall-IRISL kif ukoll kummerċjalizzazzjoni, chartering, u ġestjoni tal-ekwipaġġ.

26.7.2010

g)

IRISL (Malta) Ltd

Flat 1, 181 Tower Road, Sliema SLM 1605, Malta

Taġixxi għan-nom tal-IRISL f'Malta. Impriża konġunta b'ishma Ġermaniżi u Maltin. L-IRISL ilha tuża r-rotta Maltija mill-2004 u tuża l-Freeport bħala l-fulkru tat-trasbord bejn il-Golf Persjan u l-Ewropa.

26.7.2010

h)

IRISL (UK) Ltd (Barking, Felixstowe)

Nru tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju 4765305

2 Abbey Rd., Baring, Essex IG11 7 AX, United Kingdom;

IRISL (UK) Ltd., Walton Ave., Felixstowe, Suffolk, IP11 3HG, United Kingdom

Ippossedut 50% minn Irinvestship Ltd u 50% minn British Company Johnson Stevens Agencies Ltd. Jipprovdi kopertura ta' servizz ta' merkanzija u servizz tal-containers bejn l-Ewropa u l-Lvant Nofsani kif ukoll żewġ servizzi separati bejn il-Lvant Imbiegħed u l-Lvant Nofsani

26.7.2010

i)

IRISL Club

No 60 Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran

Ipposedut mill-IRISL.

26.7.2010

j)

IRISL Europe GmbH (Hamburg)

Schottweg 5, 22087 Hamburg, Germany

V.A.T. Number DE217283818 (Germany)

Aġent tal-IRISL fil-Ġermanja.

26.7.2010

k)

IRISL Marine Services and Engineering Company

Sarbandar Gas Station P.O. Box 199, Bandar Imam Khomeini, Iran;

Karim Khan Zand Ave, Iran Shahr Shomai, No 221, Tehran, Iran;

No 221, Northern Iranshahr Street, Karim Khan Ave, Tehran, Iran

Ipposedut mill-IRISL. Tipprovdi karburant, bunkers, ilma, żebgħa, żejt tal-lubrikazzjoni u sustanzi kimiċi meħtieġa mill-bastimenti tal-IRISL. Il-kumpannija tipprovdi wkoll sorveljanza ta' manutenzjoni ta' bastimenti kif ukoll faċilitajiet u servizzi għall-membri tal-ekwipaġġ. Is-sussidjarji tal-IRISL użaw il-kontijiet tal-bank denominati bid-dollaru tal-Istati Uniti reġistrati taħt ismijiet ta' kopertura fl-Ewropa u fil-Lvant Nofsani biex jiffaċilitaw it-trasferiment ta' rutina ta' fondi. L-IRISL iffaċilitat vjolazzjonijiet repetuti tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1747.

26.7.2010

l)

IRISL Multimodal Transport Company

No 25, Shahid Arabi Line, Sanaei St, Karim Khan Zand Zand St Tehran. Iran

Ipposedut mill-IRISL. Responsabbli għat-trasport ta' merkanzija bil-ferrovija. Hija sussidjarja kkontrollata kompletament mill-IRISL.

26.7.2010

m)

IRITAL Shipping SRL

Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali: GE 426505 (Italja); Kodiċi Fiskali Taljan: 03329300101 (Italy); V.A.T. Number: 12869140157 (Italja)

Ponte Francesco Morosini 59, 16126 Genova (GE), Italy;

Il-punt ta' kuntatt għas-servizzi tal-ECL u l-PCL. Użat mis-sussidjarja tad-DIO Marine Industries Group (MIG; issa magħruf bħala l-Marine Industries Organization, MIO) li huwa responsabbli għat-tfassil u l-kostruzzjoni ta' diversi strutturi marini u kemm ta' bastimenti militari u non-militari. Id-DIO ġiet indikata taħt il-UNSCR 1737.

26.7.2010

n)

ISI Maritime Limited (Malta)

147/1 St. Lucia Street, Valetta, Vlt 1185, Malta;

c/o IranoHind Shipping Co. Ltd., Mehrshad Street, PO Box 15875, Tehran, Iran

Ipposseduta jew ikkontrollata mill-IRISL

26.7.2010

o)

Khazer Shipping Lines (Bandar Anzali)

No. 1; End of Shahid Mostafa Khomeini St., Tohid Square, O.O. Box 43145, Bandar Anzali 1711-324, Iran;

M. Khomeini St., Ghazian, Bandar Anzali, Gilan, Iran

Sussidjarja pposseduta 100% mill-IRISL. Flotta totali ta' sitt bastimenti. Topera fil-Baħar Kaspju. Iffaċilitat tagħbija li kienet tinvolvi entitajiet indikati tan-NU u tal-Istati Uniti, bħall-Bank Melli, permezz ta' trasbord ta' merkanzija ta' tħassib fir-rigward tal-proliferazzjoni minn pajjiżi bħar-Russja u l-Kazakhstan lejn l-Iran.

26.7.2010

p)

Leadmarine (magħrufa wkoll bħala Asia Marine Network Pte Ltd aka IRISL Asia Pte Ltd)

200 Middle Road #14-01 Prime Centre Singapore 188980 (alt. 199090)

Leadmarine, taġixxi għan-nom tal-HDSL f'Singapore. Qabel kienet magħrufa bħala Asia Marine Network Pte Ltd u IRISL ASia Pte Ltd, u aġixxiet għan-nom tal-IRISL f'Singapore.

26.7.2010

q)

Marble Shipping Limited (Malta)

143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta

Ipposseduta jew ikkontrollata mill-IRISL.

26.7.2010

r)

Oasis Freight Agencies (magħrufa wkoll bħala Pacific Shipping Company

Al Meena Street, Opposite Dubai Ports & Customs, 2nd Floor, Sharaf Building, Dubai, UAE;

Sharaf Building, 1st Floor, Al Mankhool St., Bur Dubai, P.O. Box 5562, Dubai, United Arab Emirates;

Sharaf Building, No. 4, 2nd Floor, Al Meena Road, Opposite Customs, Dubai, United Arab Emirates,

Kayed Ahli Building, Jamal Abdul Nasser Road (Parallel to Al Wahda St.), P.O. Box 4840, Sharjah, United Arab Emirates

Kumpannija ta' impriża konġunta bejn l-IRISL u l-kumpannija Sharif Shipping Company ibbażata fl-Emirati Għarab Magħquda. Taġixxi f'isem l-IRISL fl-Emirati Għarab Magħquda waqt li tipprovdi karburant u stores, tagħmir, partijiet, u tiswija ta' bastimenti. Issa magħrufa bħala Pacific Shipping Company li taġixxi għan-nom tal-HDSL.

26.7.2010

s)

Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID)

33 Eigth Narenjestan, Artesh Street, P.O. Box 19635-1116, Tehran, Iran;

Alternative Address: Third Floor of IRISL’s Aseman Tower

Taġixxi għan-nom tal-IRISL waqt li twettaq servizzi bl-ingrossa.

26.7.2010

t)

Santexlines (magħrufa wkoll bħala IRISL China Shipping Company Ltd, magħrufa wkoll bħala Yi Hang Shipping Company)

Yi Hang Shipping Company) Suite 1501, Shanghai Zhongrong Plaza, 1088, Pudong(S) road, Shanghai 200122, Shanghai, China

Alternative Address: F23A-D, Times Plaza No. 1, Taizi Road, Shekou, Shenzhen 518067, China

Santexlines taġixxi għan-nom tal-HDSL. Qabel kienet magħrufa bħala IRISL China shipping Company, hija aġixxiet għan-nom tal-IRISL fiċ-Ċina.

26.7.2010

u)

Shipping Computer Services Company (SCSCOL)

No 37 Asseman Shahid Sayyad Shirazee sq., Pasdaran ave., P.O. Box 1587553 1351, Tehran, Iran;

No 13, 1st Floor, Abgan Alley, Aban ave., Karimkhan Zand Blvd, Tehran 15976, Iran.

Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi għan-nom tal-IRISL

26.7.2010

v)

Soroush Saramin Asatir (SSA)

No 14 (alt. 5) Shabnam Alley, Fajr Street, Shahid Motahhari Avenue, P.O. Box 196365-1114, Tehran, Iran

Taġixxi għan-nom tal-IRISL. Kumpannija maniġerjali tal-bastimenti bbażata f'Tehran taġixxi bħala maniġer tekniku għal ħafna bastimenti tas-SAPID

26.7.2010

w)

South Way Shipping Agency Co Ltd

No. 101, Shabnam Alley, Ghaem Magham Street, Tehran, Iran

Ikkontrollata mill-IRISL u taġixxi għall-IRISL f'portijiet Iranjani waqt li tissorvelja tali kompiti bħall-ġarr u l-ħatt.

26.7.2010

x)

Valfajr 8th Shipping Line Co. (magħrufa wkoll bħala Valfajr)

Abyar Alley, Corner of Shahid Azodi St. & Karim Khan Zand Ave. Tehran, Iran;

Shahid Azodi St. Karim Khan Zand Zand Ave.,

Abiar Alley. PO Box 4155, Tehran, Iran

Sussidjarja pposseduta 100% mill-IRISL. Hija twettaq trasferimenti bejn l-Iran u l-Istati tal-Golf bħall-Kuwajt, il-Qatar, il-Baħrejn, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Arabja Sawdija. Il-Valfajr hija sussidjarja bbażata f'Dubai tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) li tipprovdi servizzi ta' lanċa u servizzi reġjonali distributorji, u kultant iġġorr merkanzija u passiġġieri fil-Golf Persjan. Il-Valfajr ibbukkjat ekwipaġġ tal-bastimenti f'Dubai, ibbukkjat servizzi ta' forniment tal-bastimenti, ħejjiet bastimenti għall-wasla u t-tluq u għat-tagħbija u l-ħatt u l-ġarr fil-port. Il-Valfajr tieqaf f'portijiet fil-Golf Persjan u l-Indja. Sa min-nofs Ġunju 2009, il-Valfajr ikkondividiet l-istess bini mal-IRISL f'Port Rashid f'Dubai, fl-Emirati Għarab Magħquda, kif ukoll ikkondividiet l-istess bini mal-IRISL f'Tehran, l-Iran.

26.7.2010


27.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/74


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/414/PESK

tas-26 ta’ Lulju 2010

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/127/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (1) u li timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1907 (2009).

(2)

Id-Deċiżjoni 2010/127/PESK tipprevedi restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u miżuri restrittivi finanzjarji kontra persuni u entitajiet indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet kompetenti, kif ukoll projbizzjoni tal-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment, ta' armi u tagħmir militari lil dawk il-persuni u entitajiet indikati u tal-għotja ta' assistenza u servizzi relatati.

(3)

Il-proċedura għall-emendar tal-Anness għad-Deċiżjoni 2010/127/PESK għandha tinkludi rekwiżit li jiġu kkomunikati lill-persuni u l-entitajiet indikati r-raġunijiet għall-elenkar tagħhom kif ipprovduti mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, sabiex tingħatalhom opportunità jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jiġu mressqa osservazzjonijiet jew jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata skont il-każ.

(4)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji.

(5)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta wkoll bis-sħiħ l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà. tan-Nazzjonijiet Uniti.

(6)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/127/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista li hemm fl-Anness u jemendaha f'konformità mad-determinazzjonijiet magħmula jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”;

(2)

L-Artikoli li ġejjin huma miżjuda:

“Artikolu 7a

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenkaw persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna jew entità jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

2.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata b’dan.

Artikolu 7b

1.   L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.   L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li hija meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta' persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness għandu jinkludi wkoll id-data ta' inklużjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 51, 2.3.2010, p. 19.


27.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Lulju 2010

dwar l-allokazzjoni ta' jiem addizzjonali fuq il-baħar fit-Taqsimiet VIIIc u IXa tal-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta' Cadiz, lill-Portugall

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5011)

(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)

(2010/415/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010, tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), u b'mod partikolari l-punt 7 tal-Anness IIB tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt 5.1 tal-Anness IIB għar-Regolament (KE) Nru 53/2010 jispeċifika l-għadd massimu ta' ġranet li fihom bastimenti tal-Unjoni ta' tul totali ta' 10 metri jew aktar u li għandhom abbord xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili b'malji ta' 32 mm jew aktar u għeżul b'malji ta' 60 mm jew aktar u konzijiet tal-qiegħ jistgħu jkunu preżenti fit-taqsimiet VIIIc u IXa tal-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta' Cadiz, mill-1 ta' Frar 2010 sal-31 ta' Jannar 2011.

(2)

Il-punt 7 tal-Anness IIB jippermetti lill-Kummissjoni talloka għadd ta' ġranet addizzjonali fuq il-baħar li fihom bastiment jista' jkun preżenti fiż-żona ġeografika meta jkun qed iġorr irkaptu bħal dan, abbażi tal-waqfiet permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li saru mill-1 ta' Jannar 2004 'l hawn.

(3)

Fit-8 ta' Frar, fit-23 ta' Frar, fil-25 ta' Marzu u fit-22 ta' April 2010, il-Portugall ressaq dejta li turi li tmienja u għoxrin bastiment tas-sajd waqqfu l-attivitajiet tagħhom mill-1 ta' Jannar 2004 ’l hawn. Fid-dawl tad-dejta mressqa u l-metodu tal-kalkolu stipulat fil-punt 7.1 tal-Anness IIB, il-Portugall għandu jingħata dsatax-il jum addizzjonali fuq il-baħar għall-bastimenti li għandhom abbord l-irkaptu tas-sajd speċifikat fil-punt 2(a) tal-istess Anness għall-perjodu mill-1 ta' Frar 2010 sal-31 ta' Jannar 2011.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1.   L-għadd massimu ta' jiem li fihom bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tal-Portugall u li għandu abbord irkaptu tas-sajd imsemmi fil-punt 2(a) tal-Anness IIB għar-Regolament (KE) Nru 53/2010 u li ma hu suġġett għall-ebda waħda mill-kundizzjonijiet speċjali elenkati fil-punt 5.2 ta' dak l-Anness jista' jkun preżenti fit-Taqsimiet VIIIc u IXa tal-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta' Cadiz, kif stipulat fit-Tabella I ta' dak l-Anness, għandu jiġi emendat għal 177 jum fis-sena.

2.   L-għadd massimu ta' jiem imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni li tista’ tittieħed fil-futur mill-Kummissjoni abbażi tal-punt 7.5 tal-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tal-għadd addizzjonali ta' ġranet li jkun ġej mill-waqfien permanenti tal-attività u li l-Kummissjoni tkun allokat qabel.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.