ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.193.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 193

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
24 ta' Lulju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 662/2010 tat-23 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 19 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 663/2010 tat-23 ta’ Lulju 2010 li jemenda għall-131 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2010 tat-23 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2010 tat-23 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2010 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2010 tat-23 ta’ Lulju 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

14

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

24.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 662/2010

tat-23 ta’ Lulju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 19 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fis-26 ta’ Novembru 2009, il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni 19 tal-IFRIC Estinzjoni tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strumenti Azzjonarji, minn hawn ’il quddiem l-“IFRC 19”. L-għan tal-IFRIC 19 hu li jipprovdi gwida dwar kif id-debitur għandu jirrapporta l-istrumenti azzjonarji tiegħu maħruġa bħala saldu sħiħ jew parzjali ta' obbligazzjoni finanzjarja wara li jkunu reġgħu ġew innegozjati t-termini tal-obbligazzjoni.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 19 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u ta parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċjata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

L-adozzjoni tal-IFRIC 19 timplika, bħala konsegwenza, emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards ta' kontabilità kkonċernati.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Interpretazzjoni 19 tal-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) iddaħħlet kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 19 u l-emendi għall-IFRS 1, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRIC 19

L-interpretazzjoni 19 tal-IFRIC Estinzjoni tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strumenti Azzjonarji

IFRS 1

Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta' Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal fini leġittimi oħra. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org

INTERPRETAZZJONI IFRIC 19

Estinzjoni tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strumenti Azzjonarji

REFERENZI

Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji

L-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma

L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji

L-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji

L-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

L-ISFOND

1

Debitur u kreditu jistgħu jirrinegozjaw it-termini ta' obbligazzjoni finanzjarja bir-riżultat li d-debitur jestingwixxi totalment jew parzjalment l-obbligazzjoni bil-ħruġ ta' strumenti azzjonarji lill-kreditur. Dawn it-tranżazzjonijiet huma xi drabi msejħa “tpartit ta' dejn ma' ekwità”. L-IFRIC irċieva talbiet għall-gwida dwar il-kontabbiltà ta' tali tranżazzjonijiet.

AMBITU

2

Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kontabbiltà minn entità meta t-termini ta' obbligazzjoni finanzjarja jkunu rrinegozjati u jirriżultaw f'li l-entità toħroġ strumenti azzjonarji lil kreditur tal-entità biex testingwixxi l-obbligazzjoni finanzjarja kollha jew parti minnha. Ma tindirizzax il-kontabbiltà mill-kreditur.

3

Entità ma għandhiex tapplika din l-Interpretazzjoni għal tranżazzjonijiet f'sitwazzjonijiet fejn:

(a)

il-kreditur ikun ukoll azzjonist dirett jew indirett u jkun qed jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist dirett jew indirett eżistenti;

(b)

il-kreditur u l-entità jkunu kkontrollati mill-istess parti jew partijiet qabel jew wara t-tranżazzjoni u s-sustanza tat-tranżazzjoni tinkludi distribuzzjoni ta' ekwità mill-entità jew kontribuzzjoni ta' ekwità lill-entità;

(c)

l-estinzjoni tal-obbligazzjoni finanzjarja bil-ħruġ ta' ishma azzjonarji tkun skont it-termini oriġinali tal-obbligazzjoni finanzjarja.

KWISTJONIJIET

4

Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

L-istrumenti azzjonarji ta' entità maħruġa biex jestingwixxu obbligazzjoni finanzjarja sħiħa jew parti minnha huma “korrispettiv imħallas” skont il-paragrafu 41 tal-IAS 39?

(b)

Kif entità għandha inizjalment tkejjel l-istrumenti azzjonarji maħruġa biex jestingwixxu tali obbligazzjoni finanzjarja?

(c)

Kif għandha entità tirrapporta kwalunkwe differenza bejn l-ammont tal-obbligazzjoni finanzjarja estinta miżmum fil-kotba u l-kejl inizjali tal-ammont tal-istrument azzjonarju maħruġ?

KONSENSUS

5

Il-ħruġ ta' strumenti azzjonarji ta' entità lil kreditu biex jestingwixxu obbligazzjoni finanazjarja sħiħa jew parti minnha hija korrispettiv imħallas skont il-paragrafu 41 tal-IAS 39. Entità għandha tneħħi obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-każ biss fejn tiġi estinta skont il-paragrafu 39 tal-IAS 39.

6

Meta l-istrumenti azzjonarji maħruġa lil kreditur għall-estinzjoni ta' obbligazzjoni finanzjarja sħiħa jew parti minnha jkunu inizjalment rikonoxxuti, entità għandha tkejjilhom skont il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji maħruġa, sakemm dak il-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b'affidabbiltà.

7

Jekk il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji maħruġa ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli, l-istrumenti azzjonarji għandhom jitkejlu biex jirriflettu l-valur ġust ta' obbligazzjoni finanzjarja estinta. Fil-kejl tal-valur ġust ta' obbligazzjoni finanzjarja estinta li jinkludi element ta' domanda (eż. depożitu domanda), ma japplikax il-paragrafu 49 tal-IAS 39.

8

Jekk tiġi estinta biss parti mill-obbligazzjoni finanzjarja, l-entità għandha tivvaluta jekk parti mill-korrispettiv imħallas ikunx relatat ma' bidla fit-termini tal-obbligazzjoni li tibqa' pendenti. Jekk parti mill-korrispettiv imħallas tkun relatata ma' bidla fit-termini tal-parti li tibqa' tal-obbligazzjoni, l-entità għandha talloka l-korrispettiv imħallas bejn il-parti tal-obbligazzjoni estinta u l-parti tal-obbligazzjoni li baqgħet pendenti. F'din l-allokazzjoni l-entità għandha tqis il-fatti kollha rilevanti u ċ-ċirkostanzi dwar it-tranżazzjoni.

9

Id-differenza bejn l-ammont ta' obbligazzjoni finanzjarja estinta (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) miżmum fil-kotba, u l-korrispettiv imħallas, għandha tkun rikonoxxuta fil-profitt jew fit-telf, skont il-paragrafu 41 tal-IAS 39. L-istrumenti azzjonarji maħruġa għandhom jiġu inizjalment rikonoxxuti u mkejla fid-data li l-obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn dik l-obbligazzjoni) tkun ġiet estinta.

10

Meta parti biss mill-obbligazzjoni finanzjarja tiġi estinta, il-korrispettiv għandu jiġi allokat skont il-paragrafu 8. Il-korrispettiv allokat għall-obbligazzjoni li jifdal għandu jiġi inkluż fil-valutazzjoni ta' jekk it-termini tal-obbligazzjoni li jifdal tbiddlux sostanzjalment. Jekk l-obbligazzjoni li jifdal tkun tbiddlet sostanzjalment, l-entità għandha tirrapporta l-bidla bħala l-estinzjoni tal-obbligazzjoni oriġinali u r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni l-ġdida skont il-paragrafu 40 tal-IAS 39.

11

Entità għandha tiżvela l-qligħ jew telf rikonoxxut skont il-paragrafi 9 u 10 bħala punt f'linja separata fil-profitt jew telf jew fin-noti.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

12

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Lulju 2010, għandha tiżvela dak il-fatt.

13

Entità għandha tapplika bidla fil-politika ta' kontabbiltà skont l-IAS 8 mill-bidu tal-abkar perjodu kumparattiv ippreżentat.

Appendiċi

Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta' Standards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju

L-emendi f'dan l-appendiċi għandhom ikunu applikati għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Lulju 2010 jew wara. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal xi perjodu abkar, dawn l-emendi japplikaw għal dak il-perjodu abkar.

Fl-Appendiċi D jiddaħħlu intestatura u l-paragrafu D25.

Estinzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta' strumenti azzjonarji

D25

Dak li qed jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-IFRIC 19 Estinzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta' strumenti azzjonarji.


24.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 663/2010

tat-23 ta’ Lulju 2010

li jemenda għall-131 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fid-9 u l-15 ta’ Lulju 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi u tliet persuni ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Fit-12 ta' Lulju 2010 hu ddeċieda li jemenda d-dejta ta' identifikazzjoni li tikkonċerna żewġ persuni fiżiċi fuq dik il-lista.

(3)

L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Għall-President

Karel KOVANDA

Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandhom jitħassru:

(a)

“Al-Nur Honey Press Shops (magħrufa wkoll bħala Al-Nur Honey Center). Indirizz: Sanaa, il-Jemen. Tagħrif ieħor: stabbilita minn Mohamed Mohamed A-Hamati mid-Distrett ta' Hufash, El Mahweet Governate, il-Jemen.”

(b)

“Al-Shifa Honey Press For Industry And Commerce, PO Box 8089, Al-Hasabah, Sanaa, il-Jemen; Viċin it-Tempju Qrib l-Istazzjon tal-Pompa tal-Petrol, Jamal Street, Taiz, il-Jemen; Al-Arudh Square, Khur Maksar, Aden, il-Jemen; Al-Nasr Street, Doha, il-Qatar.”

(c)

“Mamoun Darkazanli Import-Export Company (magħrufa wkoll bħala Darkazanli Company, Darkazanli Export-Import Sonderposten), Uhlenhorsterweg 34 11, Hamburg, il-Ġermanja.”

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandhom jitħassru:

(a)

“Aweys, Dahir Ubeidullahi, Via Cipriano Facchinetti 84, Ruma, l-Italja.”

(b)

“Noordin Mohammad Top (magħruf ukoll bħala Nordin Mohd Top). Indirizz: Kg. Sg. Tiram, Johor, il-Malasja. Data tat-twelid: 11.8.1969. Post tat-twelid: Johor, il-Malasja. Ċittadinanza: Malasjana. Numru tal-Passaport: A 9775183. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 690811-10-5873. Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet f’Settembru 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.9.2003.”

(3)

L-annotazzjoni “Mehrez Ben Mahmoud Ben Sassi Al-Amdouni (magħruf ukoll bħala (a) Fabio Fusco, (b) Mohamed Hassan, (c) Abu Thale). Indirizz: 14 Abdesthana Street, Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina. Data tat-twelid: 18.12.1969. Post tat-twelid: Asima-Tunis, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-Passaport: (a) G737411 (passaport Tuneżin maħruġ fl-24.10.1990, u skada fl-20.9.1997); (b) il-Bosnja-Ħerzegovina 0801888 maħruġ f’Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina, maħruġ fl-14.9.1998, u skada fl-14.9.2003). Tagħrif ieħor: (a) Ċittadinanza tal-Bosnja-Ħerzegovina irtirata f'Lulju 2006; (b) l-indirizz hu l-aħħar indirizz irreġistrat fil-Bosnja-Ħerzegovina; (c) allegatament arrestat f’Istanbul, fit-Turkija u deportat lejn l-Italja; (d) hu m’għandu l-ebda dokument ta' identifikazzjoni validu tal-Bosnja-Ħerzegovina. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.6.2003.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Mehrez Ben Mahmoud Ben Sassi Al-Amdouni (magħruf ukoll bħala (a) Fabio Fusco, (b) Mohamed Hassan, (c) Abu Thale). Indirizz: m'għandu l-ebda indirizz fiss fl-Italja. Data tat-twelid: 18.12.1969. Post tat-twelid: Asima-Tunis, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-passaport: G737411 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-24.10.1990, u skada fl-20.9.1997). Tagħrif ieħor: allegatament arrestat f’Istanbul, fit-Turkija u deportat lejn l-Italja; Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.6.2003.”

(4)

L-annotazzjoni “Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi (magħruf ukoll bħala (a) Ayadi Chafiq Bin Muhammad; (b) Ben Muhammad Ayadi Chafik; (c) Ben Muhammad Aiadi; (d) Ben Muhammad Aiady; (e) Ayadi Shafig Ben Mohamed; (f) Ayadi Chafig Ben Mohamed; (g) Chafiq Ayadi; (h) Chafik Ayadi; (i) Chafiq Ayadi; (j) Ayadi Chafik; (k) Ajadi Chafik; (l) Abou El Baraa). Indirizz: (a) Helene Meyer Ring 10-1415-80809, Munich, il-Ġermanja; (b) 129 Park Road, Londra NW8, l-Ingilterra; (c) 28 Chaussée de Lille, Mouscron, il-Belġju; (d) 20 Provare Street Sarajevo, (l-aħħar indirizz irreġistrat fil-Bosnja-Ħerzegovina); (e) Dublin, l-Irlanda (residenza f’Awwissu 2009). Data tat-twelid: (a) 21.3.1963; (b) 21.1.1963. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-Passaport: (a) E423362 (Passaport Tuneżin maħruġ f'Islamabad fil-15.5.1988, u skada fl-14.5.1993); (b) 0841438 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġ fit-30.12.1998, u skada fit-30.12.2003); (c) 0898813 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina, maħruġ fit-30.12.1999 f'Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina); (d) 3449252 (Passaport tal-Bosnja-Ħerzegovina maħruġ fit-30.5.2001 mill-Uffiċċju Konsulari tal-Bosnja-Ħerzegovina f’Londra, u skada fit-30.5.2006). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1292931. Tagħrif ieħor: (a) L-indirizz Belġjan ta' hawn fuq huwa Kaxxa Postali. L-awtoritajiet Belġjani jiddikjaraw li din il-persuna qatt ma kienet residenti fil-Belġju; (b) Huwa allegat li qed jgħix f'Dublin, l-Irlanda; (c) Isem il-missier huwa Mohamed, u isem l-omm huwa Medina Abid; (d) Assoċjat ma' Al- Haramain Islamic Foundation; (e) Iċ-ċittadinanza tal-Bosnja-Ħerzegovina ġiet irtirata f'Lulju 2006 u m'għandu l-ebda dokument ta' identifikazzjoni validu tal-Bosnja-Ħerzegovina. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi (magħruf ukoll bħala (a) Ayadi Chafiq Bin Muhammad; (b) Ben Muhammad Ayadi Chafik; (c) Ben Muhammad Aiadi; (d) Ben Muhammad Aiady; (e) Ayadi Shafig Ben Mohamed; (f) Ayadi Chafig Ben Mohamed; (g) Chafiq Ayadi; (h) Chafik Ayadi; (i) Ayadi Chafiq; (j) Ayadi Chafik; (k) Ajadi Chafik; (l) Abou El Baraa). Indirizz: (a) Helene Meyer Ring 10-1415-80809, Munich, il-Ġermanja; (b) 129 Park Road, Londra NW8, l-Ingilterra; (c) 28 Chaussée de Lille, Mouscron, il-Belġju; (d) Dublin, l-Irlanda (residenza f’Awwissu 2009). Data tat-twelid: (a) 21.3.1963; (b) 21.1.1963. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-Passaport: E423362 (Passaport Tuneżin maħruġ f'Islamabad fil-15.5.1988, u skada fl-14.5.1993); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1292931. Tagħrif ieħor: (a) L-indirizz Belġjan ta' hawn fuq huwa Kaxxa Postali. L-awtoritajiet Belġjani jiddikjaraw li din il-persuna qatt ma kienet residenti fil-Belġju; (b) Huwa allegat li qed jgħix f'Dublin, l-Irlanda; (c) Isem il-missier huwa Mohamed, u isem l-omm huwa Medina Abid; (d) Assoċjat ma' Al- Haramain Islamic Foundation; Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.”


24.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 664/2010

tat-23 ta’ Lulju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

43,1

TR

105,8

ZZ

74,5

0707 00 05

TR

105,8

ZZ

105,8

0709 90 70

TR

88,1

ZZ

88,1

0805 50 10

AR

83,2

UY

66,4

ZA

97,1

ZZ

82,2

0806 10 10

CL

83,0

EG

154,2

IL

126,4

MA

161,6

TR

149,8

ZA

130,8

ZZ

134,3

0808 10 80

AR

150,5

BR

80,0

CA

98,9

CL

100,0

CN

70,1

MA

54,2

NZ

110,8

US

163,6

UY

111,6

ZA

99,1

ZZ

103,9

0808 20 50

AR

68,4

CL

125,0

NZ

130,0

ZA

89,8

ZZ

103,3

0809 10 00

TR

195,0

ZZ

195,0

0809 20 95

TR

220,0

US

520,8

ZZ

370,4

0809 30

AR

75,9

TR

156,7

ZZ

116,3

0809 40 05

BA

82,8

TR

126,3

XS

91,2

ZZ

100,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


24.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 665/2010

tat-23 ta’ Lulju 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2010 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 tal-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX tar-Regolament imsemmi.

(2)

Lulju huwa t-tielet perjodu sekondarju għall-kwota stabbilita fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, u t-tieni perjodu sekondarju għall-kwoti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu msemmi.

(3)

Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4154 - 09.4166, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Lulju 2010, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota/i kkonċernata/i.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Lulju 2010, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, huma inqas minn [jew huma daqs] il-kwantitajiet disponibbli.

(5)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju li jsegwi u li għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, 09.4130, 09.4148, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119 u 09.4166, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

(6)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4154 - 09.4166 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2010, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont il-koeffiċjent/i ta' allokazzjoni stabbilit/i fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 – 09.4148 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98 għall-perjodu sekondarju li jmiss huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Lulju 2010 u l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu sekondarju ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98

a)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2010

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Settembru 2010

(f'kg)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4127

 (1)

16 026 128

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

2 623 395

L-Awstralja

09.4129

 (1)

790 000

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 (2)

0


b)   Kwota ta’ ross imqaxxar li jaqa’ taħt il-kodici tan-NM 1006 20 , prevista fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2010

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju ta' Ottubru 2010

(f'kg)

Il-pajjizi kollha

09.4148

 (2)

194 000


c)   Kwota ta’ ross miksur li jaqa’ taht il-kodici tan-NM 1006 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2010

It-Tajlandja

09.4149

 (1)

L-Awstralja

09.4150

 (3)

Il-Gujana

09.4152

 (3)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4153

 (1)

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

51,162133  %


d)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2010

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Settembru 2010

(f'kg)

It-Tajlandja

09.4112

 (2)

0

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4116

 (2)

0

L-Indja

09.4117

 (2)

35 659

Il-Pakistan

09.4118

 (2)

44 949

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

 (2)

142 602

Il-pajjizi kollha

09.4166

0,958659  %

0


(1)  l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: ghaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma accettabbli.

(2)  aktar kwantità disponibbli għal dan il-perjodu sekondarju

(3)  L-ebda applikazzjoni għal koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan il-perjodu sekondarju: l-ebda applikazzjonijiet ta' liċenzji ma ġew notifikati lill-Kummissjoni.


24.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 666/2010

tat-23 ta’ Lulju 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 658/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 191, 23.7.2010, p. 21.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-24 ta’ Lulju 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

42,48

0,00

1701 11 90  (1)

42,48

2,16

1701 12 10  (1)

42,48

0,00

1701 12 90  (1)

42,48

1,86

1701 91 00  (2)

43,70

4,36

1701 99 10  (2)

43,70

1,23

1701 99 90  (2)

43,70

1,23

1702 90 95  (3)

0,44

0,25


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.