ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.189.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
I Atti leġislattivi |
Paġna |
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
|
|
II Atti mhux leġislattivi |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2010/405/UE |
|
|
* |
||
|
|
2010/406/UE |
|
|
* |
||
|
|
2010/407/UE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fid-Danimarka |
|
|
|
2010/408/UE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Finlandja |
|
|
|
2010/409/UE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2010 dwar il-Miri Komuni tas-Sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/49/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4889) ( 1 ) |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġislattivi
DIRETTIVI
22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/1 |
DIRETTIVA 2010/45/UE TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2010
li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u r-regoli dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (minn hawn ’il quddiem il-“VAT”) fir-rigward ta’ fatturi, sabiex tiżgura l-iffunzjonar adatt tas-suq intern. Skont l-Artikolu 237 ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni ppreżentat rapport li jidentifika, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, ċerti diffikultajiet dwar il-fatturazzjoni elettronika u li, barra minn hekk, jidentifika wkoll ċerti oqsma oħra li fihom ir-regoli tal-VAT għandhom ikunu simplifikati biex itejbu l-iffunzjonar tas-suq intern. |
(2) |
Peress li jeħtieġ li ż-żamma tad-dokumenti tkun suffiċjenti biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkontrollaw il-merkanzija li tgħaddi temporanjament minn Stat Membru għall-ieħor, irid ikun ċar li ż-żamma tad-dokumenti għandha tinkludi d-dettalji tal-valutazzjonijiet tal-merkanzija li tgħaddi temporanjament bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, għal finijiet ta’ valutazzjoni, it-trasferiment ta’ merkanzija lejn Stat Membru ieħor m’għandux jitqies bħala provvista ta’ merkanzija għall-finijiet ta’ VAT. |
(3) |
Ir-regoli dwar il-ħlas tal-VAT fuq provvisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija u fuq l-akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija għandhom ikunu kkjarifikati sabiex jiżguraw l-uniformità tal-informazzjoni li tiġi sottomessa fid-dikjarazzjonijiet rikapitulattivi kif ukoll il-perijodu ta’ żmien għall-iskambju ta’ informazzjoni permezz ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet. Barra minn hekk huwa opportun li l-provvista kontinwa ta’ merkanzija minn Stat Membru għall-ieħor matul perijodu ta’ iktar minn xahar kalendarju wieħed għandha titqies bħala kompluta fi tmiem kull xahar kalendarju. |
(4) |
Biex ikunu megħjuna l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex iħallsu l-VAT lill-awtorità kompetenti qabel ma jkunu rċevew il-ħlas mill-klijenti tagħhom, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla biex jippermettu li l-VAT tinħadem permezz ta’ sistema bbażata fuq ħlasijiet, li tippermetti lill-fornitur biex iħallas il-VAT lill-awtorità kompetenti wara li dan jirċievi l-ħlas għal provvista u li tistabbilixxi d-dritt tiegħu għat-tnaqqis meta jħallas għal provvista. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri biex jintroduċu sistema bbażata fuq ħlasijiet fakultattivi li ma jkollhiex effett negattiv fuq il-bilanċ ta’ dħul ta’ flus relatat mal-irċevuti tal-VAT tagħhom. |
(5) |
Biex in-negozji jkollhom iċ-ċertezza legali rigward l-obbligi tagħhom għall-fatturazzjoni, l-Istat Membru li tiegħu japplikaw ir-regoli dwar il-fatturazzjoni għandu jkun iddikjarat b’mod ċar. |
(6) |
Bil-ħsieb tat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern, jeħtieġ li jiġi impost limitu ta’ żmien armonizzat għall-ħruġ ta’ fattura fir-rigward ta’ ċerti provvisti transkonfinali. |
(7) |
Ċerti rekwiżiti dwar l-informazzjoni li trid tiġi fornuta dwar il-fatturi għandhom ikunu emendati ħalli jippermettu kontroll fiskali aħjar, biex joħolqu trattament aktar uniformi bejn provvisti transkonfinali u lokali u biex jgħinu wkoll fil-promozzjoni tal-fatturazzjoni elettronika. |
(8) |
Peress li l-użu ta’ fatturazzjoni elettronika jista’ jgħin lin-negozji biex inaqqsu l-ispejjeż u jkunu aktar kompetittivi, ir-rekwiżiti attwali tal-VAT fuq il-fatturazzjoni elettronika għandhom jiġu riveduti biex jitneħħew il-piżijiet u l-ostakoli għall-użu. Il-fatturi fuq karta u l-fatturi elettroniċi għandhom jiġu ttrattati b’mod ugwali u l-piż amministrattiv għall-fatturazzjoni fuq karta m’għandux jiżdied. |
(9) |
Għandu japplika wkoll trattament ugwali fir-rigward tal-kompetenzi tal-awtoritajiet fiskali. Il-kompetenzi ta’ kontroll tagħhom u d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni taxxabbli għandhom japplikaw b’mod ugwali sew jekk persuna taxxabbli tagħżel li toħroġ fatturi fuq karta sew jekk tagħżel li toħroġ fatturi elettroniċi. |
(10) |
Jeħtieġ li l-fatturi jirriflettu provvisti attwali u l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibilità tagħhom għalhekk għandhom jiġu żgurati. Il-kontrolli tan-negozju jistgħu jintużaw biex jiġu stabbiliti rekords affidabbli tal-verifika li jorbtu l-fatturi mal-provvisti, biex b’hekk jiġi żgurat li kwalunkwe fattura (sew jekk fil-forma ta’ karta sew jekk elettronika) tikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti. |
(11) |
L-awtentiċità u l-integrità ta’ fatturi elettroniċi jistgħu jiġu żgurati wkoll bl-użu ta’ ċerti teknoloġiji eżistenti, bħall-Iskambju Elettroniku ta’ Data (EDI) u firem elettroniċi avvanzati. Madankollu, peress li jeżistu teknoloġiji oħrajn, il-persuni taxxabbli m’għandhomx ikunu meħtieġa jużaw xi teknoloġija partikolari ta’ fatturazzjoni elettronika. |
(12) |
Għandu jkun iċċarat li meta persuna taxxabbli taħżen fatturi online li hija tkun ħarġet jew irċeviet, l-Istat Membru li fih tkun dovuta t-taxxa, barra mill-Istat Membru fejn il-persuna taxxabbli tkun stabbilita, għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess għal dawk il-fatturi għal finijiet ta’ kontroll. |
(13) |
Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva rigward is-simplifikazzjoni, l-immodernizzar u l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-fatturazzjoni tal-VAT ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għalhekk, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(14) |
Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (2), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess, li, sa fejn huwa possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
(15) |
Għalhekk id-Direttiva 2006/112/KE għandha tkun emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE
Id-Direttiva 2006/112/KE qed tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 17(2), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 64, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-provvisti kontinwi ta’ merkanzija matul perijodu ta’ aktar minn xahar kalendarju li jintbagħtu jew jiġu ttrasportati lejn Stat Membru li mhux dak li fih jibda d-dispaċċ jew it-trasport ta’ dik il-merkanzija u li jiġu fornuti bħala eżentati mill-VAT jew li jiġu ttrasferiti bħala eżentati mill-VAT lejn Stat Membru ieħor minn persuna taxxabbli għall-finijiet tan-negozju tiegħu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 138, għandhom jitqiesu bħala kompluti meta jiskadi kull xahar kalendarju sakemm il-provvista tasal fit-tmiem. Il-provvisti ta’ servizzi li għalihom trid titħallas il-VAT mill-klijent skont l-Artikolu 196, li jiġu fornuti kontinwament matul perijodu ta’ aktar minn sena u li ma jwasslux għal dikjarazzjonijiet ta’ kont jew għal ħlasijiet matul dak il-perijodu, għandhom jitqiesu bħala kompluti meta tiskadi kull sena kalendarja sakemm tintemm il-provvista tas-servizzi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, f’ċerti każijiet minbarra dawk imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-provvista kontinwa ta’ merkanzija jew servizzi matul perijodu ta’ żmien għandha titqies bħala kompluta ta’ mill-inqas f’intervalli ta’ sena.”; |
(3) |
Fl-Artikolu 66, l-ewwel paragrafu, il-punt (c) u t-tieni paragrafu huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 67 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 67 Fejn, f’konformità mal-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 138, merkanzija li tintbagħat jew tiġi ttrasportata lejn Stat Membru li mhuwiex dak li fih jibda d-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija hija fornuta bħala eżentata mill-VAT jew fejn merkanzija hija ttrasferita bħala eżentata mill-VAT lejn Stat Membru ieħor minn persuna taxxabbli għall-finijiet tan-negozju tagħha, il-VAT għandha ssir dovuta mal-ħruġ tal-fattura, jew mal-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 222 jekk ma tkun inħarġet l-ebda fattura sa dak il-waqt. L-Artikolu 64(1), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(2) u l-Artikolu 65 m’għandhomx japplikaw fir-rigward tal-provvisti u t-trasferimenti ta’ merkanzija msemmijin fl-ewwel paragrafu.”; |
(5) |
L-Artikolu 69 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 69 Fil-każ tal-akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija, il-VAT għandha ssir dovuta mal-ħruġ tal-fattura, jew mal-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 222 jekk ma tkun inħarġet l-ebda fattura sa dik il-waqt.”; |
(6) |
Fl-Artikolu 91(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Minflok, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-użu tal-aħħar rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-waqt li fih issir dovuta t-taxxa. Il-konverżjoni bejn il-muniti barra mill-Euro għandha ssir bl-użu tar-rata tal-kambju mal-euro ta’ kull munita. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jiġu nnotifikati dwar l-eżerċizzju ta’ din l-għażla mill-persuna taxxabbli. Madakollu, għal xi transazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jew għal ċerti kategoriji ta’ persuni taxxabbli, l-Istati Membri jistgħu jużaw ir-rata tal-kambju stabbilita f’konformità mad-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ li jirregolaw il-kalkolu tal-valur għal skopijiet ta’ dwana.”; |
(7) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 167a L-Istati Membri jistgħu jipprovdu fi skema fakultattiva li d-dritt għat-tnaqqis ta’ persuna taxxabbli li l-VAT tagħha ssir dovuta unikament f’konformità mal-Artikolu 66 (b) għandu jiġi pospost sakemm il-VAT fuq il-merkanzija jew is-servizzi pprovduti titħallas lill-fornitur tagħha. L-Istati Membri li japplikaw l-iskema fakultattiva msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jistabbilixxu limitu massimu għall-persuni taxxabbli li jużaw l-iskema fit-territorju tagħhom, abbażi tal-fatturazzjoni annwali tal-persuna taxxabbli, skont l-Artikolu 288. Dak il-limitu massimu m’għandux ikun aktar minn EUR 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jżidu dak il-limitu massimu sa EUR 2 000 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali wara li jikkonsultaw lill-Kumitat tal-VAT. Madankollu, din il-konsultazzjoni mal-Kumitat tal-VAT m’għandhiex tkun meħtieġa għall-Istati Membri li applikaw limitu massimu ogħla minn EUR 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali fil-31 ta’ Diċembru 2012. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kumitat tal-VAT dwar il-miżuri leġislattivi nazzjonali adottati skont l-ewwel paragrafu.”; |
(8) |
L-Artikolu 178 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
L-Artikolu 181 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 181 L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw persuna taxxabbli li m’għandhiex fattura mfassla skont it-Taqsimiet 3, sa 5 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu XI li tagħmel it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 168(c) fir-rigward tal-akkwisti intra-Komunitarji tagħha ta’ merkanzija.”; |
(10) |
Fl-Artikolu 197(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 217 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 217 Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘fattura elettronika’ tfisser fattura li jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa f’din id-Direttiva, u li tkun ħarġet u ġiet riċevuta fi kwalunkwe format elettroniku.”; |
(12) |
Fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu XI, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 219a Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 244 sa 248, għandu japplika dan li ġej:
|
(13) |
L-Artikolu 220 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 220 1. Kull persuna taxxabbli għandha tiżgura li, fir-rigward ta’ dan li ġej, tinħareġ fattura, jew minnha nfisha jew mill-klijent tagħha jew, f’isimha u għan-nom tagħha, minn parti terza:
2. B’deroga mill-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 221(2), il-ħruġ ta’ fattura m’għandux ikun meħtieġ fir-rigward ta’ provvisti ta’ servizzi eżentati skont il-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 135(1).”; |
(14) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 220a 1. L-Istati Membri għandhom jippermettu li persuni taxxabbli joħorġu fattura simplifikata fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
2. L-Istati Membri m’għandhomx jippermettu lill-persuni taxxabbli joħorġu fattura simplifikata fejn ikun jeħtieġ li l-fatturi jinħarġu skont il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 220(1) jew fejn il-provvista taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi ssir minn persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru li fih hija dovuta l-VAT, jew li l-istabbiliment tagħha f’dak l-Istat Membru ma jintervjenix fil-provvista fis-sens tal-Artikolu 192a, u l-persuna responsabbli biex tħallas il-VAT tkun dik il-persuna li lilha jiġu fornuti l-merkanzija jew is-servizzi.”; |
(15) |
L-Artikoli 221, 222, 223, 224 u 225 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 221 1. L-Istati Membri jistgħu jimponu fuq persuni taxxabbli obbligu li joħorġu fattura skont id-dettalji meħtieġa taħt l-Artikoli 226 jew 226b fir-rigward ta’ provvisti ta’ merkanzija jew servizzi minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 220(1). 2. L-Istati Membri jistgħu jimponu fuq persuni taxxabbli li stabbilew in-negozju tagħhom fit-territorju tagħhom jew li għandhom stabbiliment fiss fit-territorju tagħhom li minnu ssir il-provvista, obbligu li joħorġu fattura skont id-dettalji meħtieġa fl-Artikoli 226 jew 226b fir-rigward ta’ provvisti ta’ servizzi eżentati taħt il-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 135(1) li dawk il-persuni taxxabbli jkunu għamlu fit-territorju tagħhom jew barra mill-Komunità. 3. L-Istati Membri jistgħu jeħilsu persuni taxxabbli mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 220(1) jew fl-Artikolu 220a li joħorġu fattura fir-rigward ta’ provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li jkunu għamlu fit-territorju tagħhom u li jkunu eżentati, bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti jew mingħajrha, skont l-Artikoli 110 u 111, l-Artikolu 125(1), l-Artikolu 127, l-Artikolu 128(1), l-Artikoli 132, il-punti (h) sa (l) tal-Artikolu135(1), l-Artikoli 136, 371, 375, 376 u 377, l-Artikolu 378(2), l-Artikolu 379(2) u l-Artikoli 380 sa 390b. Artikolu 222 Għal provvisti ta’ merkanzija mwettqa skont il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 jew għal provvisti ta’ servizzi li għalihom il-VAT titħallas mill-klijent skont l-Artikolu 196, għandha tinħareġ fattura sa mhux aktar tard mill-ħmistax-il jum tax-xahar wara dak li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas. Għal provvisti oħrajn ta’ merkanzija jew servizzi l-Istati Membri jistgħu jimponu limiti ta’ żmien fuq persuni taxxabbli għall-ħruġ ta’ fatturi. Artikolu 223 L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuni taxxabbli biex joħorġu fatturi fil-qosor li jiddettaljaw diversi provvisti separati ta’ merkanzija jew servizzi dment li l-VAT fuq il-provvisti msemmijin fil-fattura fil-qosor issir dovuta matul l-istess xahar kalendarju. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 222, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li fatturi fil-qosor jinkludu provvisti li fuqhom tkun saret dovuta l-VAT matul perijodu ta’ żmien itwal minn xahar kalendarju. Artikolu 224 Jistgħu jitfasslu fatturi mill-klijent fir-rigward tal-provvista li ssirlu, minn persuna taxxabbli, ta’ merkanzija jew servizzi, fejn ikun hemm ftehim minn qabel bejn iż-żewġ partijiet u dment li tkun teżisti proċedura għall-aċċettazzjoni ta’ kull fattura mill-persuna taxxabbli li tkun qed tipprovdi l-merkanzija jew is-servizzi. Stat Membru jista’ jirrikjedi li tali fatturi jinħarġu f’isem u għan-nom tal-persuna taxxabbli. Artikolu 225 L-Istati Membri jistgħu jimponu kondizzjonijiet speċifiċi fuq persuni taxxabbli f’każijiet fejn il-parti terza, jew il-klijent, li toħroġ il-fatturi tkun stabbilita f’pajjiż li miegħu ma jkun jeżisti l-ebda strument legali relatat ma’ assistenza reċiproka simili fl-iskop għal dak previst fid-Direttiva 2010/24/UE (*) u r-Regolament (KE) Nru 1798/2003 (**). (*) Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1)." (**) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2003 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1).”;" |
(16) |
L-Artikolu 226 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 226a Fejn il-fattura tinħareġ minn persuna taxxabbli, li mhix stabbilita fl-Istat Membru fejn it-taxxa hi dovuta jew li l-istabbiliment tagħha f’dak l-Istat Membru ma jintervjenix fil-provvista fis-sens tal-Artikolu 192a, u li tkun qed twettaq provvista ta’merkanzija jew servizzi lil klijent li hu obbligat iħallas il-VAT, il-persuna taxxabbli tista’ tħalli barra d-dettalji msemmijin fil-punti (8), (9) u (10) tal-Artikolu 226 u minflok tindika, b’referenza għall-kwantità u l-limitu tal-merkanzija jew tas-servizzi pprovduti u n-natura tagħhom, l-ammont taxxabbli ta’ dik il-merkanzija jew servizzi. Artikolu 226b Fir-rigward ta’ fatturi simplifikati maħruġin skont l-Artikoli 220a u 221(1) u (2), l-Istati Membri għandhom mill-inqas jeħtieġu d-dettalji li ġejjin:
Huma ma jistgħux jeħtieġu dettalji dwar il-fatturi ħlief dawk imsemmijin fl-Artikoli 226, 227 u 230.”; |
(18) |
L-Artikolu 228 huwa mħassar; |
(19) |
L-Artikolu 230 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 230 L-ammonti li jidhru fuq il-fattura jistgħu jkunu espressi f’kwalunkwe munita, dment li l-ammont ta’ VAT li jrid jitħallas jew li jrid jiġi aġġustat ikun espress fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru, bl-użu tal-mekkaniżmu ta’ rata ta’ konverżjoni previst fl-Artikolu 91.”; |
(20) |
L-Artikolu 231 huwa mħassar; |
(21) |
L-intestatura tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu XIhija sostitwita b’dan li ġej: “ ”; |
(22) |
L-Artikoli 232 u 233 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 232 L-użu ta’ fattura elettronika għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur. Artikolu 233 1. L-awtentiċità tal-oriġini, l-integrità tal-kontenut u l-leġġibilità ta’ fattura, sew jekk fuq karta sew jekk elettronika, għandhom jiġu żgurati mill-mument tal-ħruġ sat-tmiem tal-perijodu għall-ħżin tal-fattura. Kull persuna taxxabbli għandha tiddetermina l-mod biex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-oriġini, l-integrità tal-kontenut u l-leġġibilità tal-fattura. Dan jista’ jinkiseb bi kwalunkwe kontroll tan-negozju li joħloq rekord affidabbli tal-verifika bejn fattura u provvista ta’ merkanzija jew servizzi. “Awtentiċità tal-oriġini” tfisser l-assigurazzjoni tal-identità tal-fornitur jew l-emittent tal-fattura. “Integrità tal-kontenut” tfisser li l-kontenut meħtieġ skont din id-Direttiva ma nbidilx. 2. Barra minn permezz tat-tip ta’ kontrolli tan-negozju deskritti fil-paragrafu 1, dawn li ġejjin huma eżempji tat-teknoloġiji li jiżguraw l-awtentiċità tal-oriġini u l-integrità tal-kontenut ta’ fattura elettronika:
|
(23) |
L-Artikolu 234 huwa mħassar; |
(24) |
L-Artikoli 235, 236 u 237 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 235 L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi għal fatturi maħruġa b’mezzi elettroniċi fir-rigward ta’ merkanzija jew servizzi pprovduti fit-territorju tagħhom minn pajjiż li miegħu ma jeżisti l-ebda strument legali relatat ma’ għajnuna reċiproka simili fl-ambitu għal dak previst fid-Direttiva 2010/24/UE u fir-Regolament (KE) Nru 1798/2003. Artikolu 236 Fejn lottijiet li jkun fihom diversi fatturi jintbagħtu jew isiru disponibbli għall-istess riċevitur, id-dettalji li jkunu komuni għall-fatturi individwali jistgħu jkunu msemmija darba biss fejn, għal kull fattura, l-informazzjoni kollha tkun aċċessibbli. Artikolu 237 Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ valutazzjoni ġenerali, abbażi ta’ studju ekonomiku indipendenti, dwar l-impatt tar-regoli applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013 dwar il-fatturazzjoni u b’mod partikolari dwar sa fejn effettivament waslu biex inaqqsu l-piżijiet amminsitrattivi għan-negozji, flimkien ma’, fejn meħtieġ, proposta adatta biex jiġu emendati r-regoli rilevanti.”; |
(25) |
L-Artikolu 238 huwa emendat kif ġej:
|
(26) |
L-Artikolu 243 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 243 1. Kull persuna taxxabbli għandha żżomm reġistru tal-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata minnha, jew f’isimha, lejn destinazzjoni barra t-territorju tal-Istat Membru tat-tluq iżda fil-Komunità għall-finijiet ta’ transazzjonijiet li jikkonsistu f’valutazzjonijiet ta’ dik il-merkanzija jew xogħol fuqha jew fl-użu temporanju tagħha kif imsemmi fil-punti (f), (g) u (h) tal-Artikolu 17(2). 2. Kull persuna taxxabbli għandha żżomm kontijiet dettaljati biżżejjed biex tkun tista’ tiġi identifikata l-merkanzija mibgħuta lilha minn Stat Membru ieħor, minn jew f’isem persuna taxxabbli identifikata għal finijiet ta’ VAT f’dak l-Istat Membru l-ieħor, u użati għal servizzi li jikkonsistu f’valutazzjonijiet ta’ dik il-merkanzija jew xogħol fuq dik il-merkanzija.”; |
(27) |
L-Artikolu 246 huwa mħassar; |
(28) |
Fl-Artikolu 247, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdulin b’dan li ġej: “2. Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 233 jkunu sodisfatti, l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jeħtieġ li l-fatturi jinħażnu fil-forma oriġinali li fiha jkunu ntbagħtu jew saru disponibbli, sew jekk tkun karta sew jekk elettronika. Barra minn hekk, fil-każ ta’ fatturi li jinħażnu b’mezzi elettroniċi, l-Istat Membru jista’ jeħtieġ li d-data li tiggarantixxi l-awtentiċità tal-oriġini tal-fatturi u l-integrità tal-kontenut tagħhom, kif previst fl-Artikolu 233, tinħażen ukoll b’mezzi elettroniċi. 3. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-ħażna ta’ fatturi f’pajjiż li miegħu ma jkun jeżisti l-ebda strument legali relatat ma’ għajnuna reċiproka simili fl-ambitu għal dak previst fid-Direttiva 2010/24/UE u fir–Regolament (KE) Nru 1798/2003, jew għad-dritt imsemmi fl-Artikolu 249 ta’ aċċess b’mezzi elettroniċi, ta’ download u ta’ użu.”; |
(29) |
Fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu XI, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 248a Għal finijiet ta’ kontroll, u fir-rigward ta’ fatturi ta’ provvisti ta’ merkanzija jew servizzi forniti fit-territorju tagħhom u fatturi riċevuti minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu, għal ċerti persuni taxxabbli jew ċerti każijiet, jitolbu traduzzjoni fil-lingwi uffiċjali tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu rekwiżit ġenerali li l-fatturi jiġu tradotti.”; |
(30) |
L-Artikolu 249 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 249 Għall-finijiet ta’ kontroll, meta persuna taxxabbli taħżen, b’mezzi elettroniċi li jiggarantixxu l-aċċess online għad-data kkonċernata, il-fatturi li toħroġ jew tirċievi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih din tkun stabbilita u, fejn il-VAT tkun dovuta fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess, ta’ download u ta’ użu ta’ dawk il-fatturi.”; |
(31) |
Fl-Artikolu 272(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Istati Membri m’għandhomx jeżentaw lill-persuni taxxabbli msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu mill-obbligi tal-fatturazzjoni stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 tal-Kapitolu 3 u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4.”. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2013.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REYNDERS
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/9 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EURATOM) Nru 647/2010
tat-13 ta’ Lulju 2010
dwar assistenza finanzjarja mill-Unjoni fir-rigward tad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari tà Kozloduy fil-Bulgarija (Il-Programm Kozloduy)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Waqt li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikulari l-Artikolu 203 tiegħu,
Waqt li kkunsidra t-talba Bulgara għal finanzjament ulterjuri,
Waqt li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Waqt li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Matul in-negozjati dwar l-adeżjoni fl-2005, il-Bulgarija qablet dwar l-għeluq tal-Unitajiet 1 u 2 u tal-Unitajiet 3 u 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy sal-31 ta’ Diċembru 2002 u sal-31 ta’ Diċembru 2006, rispettivament u dwar id-dekummissjonar sussegwenti ta’ dawk l-unitajiet. L-Unjoni Ewropea esprimiet ir-rieda tagħha li tkompli tipprovdi assistenza finanzjarja sal-2009 bħala estensjoni tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni ppjanata taħt il-programm Phare b’appoġġ għall-isforzi ta’ dekummissjonar magħmula mill-Bulgarija. |
(2) |
Fid-dawl tal-impenn tal-Bulgarija biex tagħlaq l-Unitajiet 3 u 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, l-Artikolu 30 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Att tal-Adeżjoni tal-2005”) stabbilixxa programm ta’ assistenza (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Programm Kozloduy”) b’baġit ta’ EUR 210 miljun għall-perjodu mill-2007 sal-2009. Dak il-programm inkluda assistenza biex jiġi kopert it-telf ta’ kapaċità minħabba l-għeluq tal-impjant nukleari ta’ Kozloduy. |
(3) |
Il-fondi internazzjonali għad-dekummissjonar amministrati mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) ilhom f’posthom għal għadd ta’ snin. L-Unjoni hija l-kontributur ewlieni ta’ dawk il-fondi. |
(4) |
L-Unjoni tirrikonoxxi l-isforzi magħmula u l-progress tajjeb miksub mill-Bulgarija fl-istadju ta’ preparazzjoni għad-dekummissjonar tal-Programm Kozloduy bl-użu tal-fondi tal-Unjoni disponibbli sal-2009, u l-ħtieġa għal aktar għajnuna finanzjarja wara l-2009 sabiex jitkompla l-progress fl-operazzjoni proprja taż-żarmar f’konformità mal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, filwaqt li jiġu applikati l-ogħla standards ta’ sikurezza. |
(5) |
Huwa wkoll importanti li jintużaw ir-riżorsi proprji tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, ladarba dan jikkontribwixxi għad-disponibbiltà tal-ħiliet esperti meħtieġa, isaħħaħ il-konoxxenza esperta u wkoll il-ħiliet, u fl-istess ħin itaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-għeluq bikri billi jitħaddem kontinwament il-persunal mill-impjant nukleari magħluq. L-assistenza finanzjarja kontinwata hija għalhekk importanti biex iżżomm l-istandards meħtieġa ta’ sikurezza, ta’ saħħa u ta’ protezzjoni tal-ambjent. |
(6) |
L-Unjoni tirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa għall-assistenza finanzjarja għal aktar progress b’miżuri ta’ mitigazzjoni fis-settur tal-enerġija fid-dawl tat-telf minħabba l-għeluq tal-unitajiet nukleari u l-impatt tiegħu fuq is-sigurtà tal-provvista fir-reġjun. |
(7) |
L-Unjoni tirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun mitigat l-effett ta’ żieda fil-ħsara ambjentali u fl-emissjonijiet minħabba li l-kapaċità ta’ sostituzzjoni fil-biċċa l-kbira ġejja minn żieda fl-użu ta’ impjanti tal-linjite. |
(8) |
Għaldaqstant, għandu jsir provvediment għas-somma ta’ EUR 300 miljun mill-baġit ġenerali tal-Unjoni biex jiġi ffinanzjat id-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy matul il-perjodu mill-2010 sal-2013. |
(9) |
L-approprijazzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għad-dekummissjonar m’għandhomx iwasslu għal distorsjoni fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-kumpaniji li jipprovdu l-enerġija fis-suq tal-enerġija fl-Unjoni. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom ukoll jintużaw għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ effiċjenza u ffrankar tal-enerġija f’konformità mal-acquis u mar-regoli tal-funzjonament tas-suq komuni Ewropew tal-enerġija. |
(10) |
L-assistenza finanzjarja għandha titkompla bħala kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy amministrat mill-EBRD. |
(11) |
Il-kompiti tal-EBRD jinkludu l-ġestjoni tal-fondi pubbliċi allokati għall-programmi għad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet nukleari li kienu suġġetti għall-qbil dwar l-għeluq marbut mal-adeżjoni. L-EBRD qed jissorvelja l-amministrazzjoni finanzjarja ta’ dawn il-programmi sabiex ikun ottimizzat l-użu tal-flus pubbliċi. Barra minn hekk, l-EBRD iwettaq il-kompiti baġitarji fdati lilu mill-Kummissjoni f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (“ir-Regolament Finanzjarju”). |
(12) |
Sabiex tkun żgurata l-ogħla effiċjenza possibbli u biex jiġu minimizzati l-konsegwenzi ambjentali possibbli, id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy għandu jitwettaq bl-użu tal-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, filwaqt li jitqiesu kif xieraq in-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-unitajiet li se jingħalqu. |
(13) |
Id-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy se jsir skont il-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent, b’mod partikulari d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (3). |
(14) |
Il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fir-rigward tal-fondi allokati għandhom jiġu żgurati permezz tal-evalwazzjoni u l-verifiki tal-prestazzjoni tal-programmi preċedentement iffinanzjati. |
(15) |
Għandu jkun inkluż f’dan ir-Regolament ammont finanzjarju ta’ referenza, fis-sens tal-punt 38 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (4), għat-tul iż-żmien kollu tal-Programm ta’ Kozloduy, mingħajr ma dan jaffettwa s-setgħat tal-awtorità baġitarja kif stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(16) |
Għall-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 549/2007 (5), |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi programm (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Programm Kozloduy”) u jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-proċess ulterjuri tad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy fil-Bulgarija u l-konsegwenzi tal-egħluq bikri tagħhom, fir-rigward tal-ambjent, l-ekonomija u s-sigurtà tal-provvista fir-reġjun.
Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm Kozloduy għandha tingħata biex tipprovdi għajnuna finanzjarja għal:
— |
miżuri konnessi mad-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, |
— |
miżuri għal titjib ambjentali skont l-acquis u għall-immodernizzar tal-kapaċità konvenzjonali tall-produzzjoni biex tiġi sostitwita l-kapaċità tal-produzzjoni tal-erba’ reatturi fl-Impjant, u |
— |
miżuri oħra li jirriżultaw mid-deċiżjoni biex jingħalaq u jiġi ddekummissjonat l-Impjant u li jikkontribwixxu għar-ristrutturazzjoni, it-titjib tal-ambjent u l-modernizzazzjoni li huma meħtieġa fir-rigward tas-setturi tal-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija fil-Bulgarija kif ukoll għat-tisħiħ tas-sikurezza tal-provvista u tal-effiċjenza tal-enerġija fil-Bulgarija. |
Artikolu 3
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-Programm Kozloduy għall-perjiodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta’ EUR 300 miljun.
2. L-approprijazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
3. L-ammont tal-approprijazzjonijiet allokati lill-Programm Kozloduy jista’ jiġi rivedut matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 sabiex jittieħed kont tal-progress magħmul bl-implimentazzjoni tal-Programm u jkun żgurat li l-programm u l-allokazzjoni tar-riżorsi jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet reali tal-ħlas u l-kapaċità tal-assorbiment.
Artikolu 4
Bħala estensjoni ta’ dak li kien speċifikat fl-Att tal-Adeżjoni tal-2005, il-kontribuzzjoni għal ċerti miżuri tista’ tasal sa 100 % tal-infiq totali. Għandu jsir kull sforz biex titkompla l-prattika tal-kofinanzjament stabbilita taħt l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni u taħt l-assistenza mogħtija matul il-perjodu 2007-2009 għall-isforzi tad-dekummissjonar tal-Bulgarija kif ukoll biex jiġu attirati kofinanzjamenti minn sorsi oħra, skont il-każ.
Artikolu 5
1. L-assistenza finanzjarja għall-miżuri taħt il-Programm Kozloduy għandha tingħata bħala kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy, amministrat mill-EBRD, f’konformità mal-Artikolu 53d tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-miżuri taħt il-Programm Kozloduy għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 8(2).
Artikolu 6
1. Il-Kummissjoni tista’ tieħu miżura sabiex issir verifika tal-użu li jsir mill-assistenza, jew direttament mill-persunal tagħha stess jonkella minn kwalunkwe awtorità kkwalifikata oħra barranija li tagħżel hi. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu matul il-perjodu tal-ftehim bejn l-Unjoni u l-EBRD dwar l-għoti tal-fondi mill-Unjoni lill-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy u għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ. Fejn ikun xieraq, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rkupru mill-Kummissjoni.
2. Il-persunal tal-Kummissjoni u l-persunal minn barra awtorizzat mill-Kummissjoni għandhom ikollhom dritt xieraq għall-aċċess, b’mod partikulari għall-uffiċċji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa sabiex isiru dawn ir-reviżjonijiet. Il-verifiki għandhom ukoll ikopru l-istadju milħuq fil-ħruġ ta’ permessi għad-dekummissjonar.
Il-Qorti tal-Awdituri u l-Parlament Ewropew għandhom ikollhom l-istess drittijiet, speċjalment tal-aċċess, bħall-Kummissjoni.
Barra minn hekk, sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra frodi u irregolaritajiet oħra, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel verifiki u ispezzjonijiet fuq il-post taħt il-Programm Kożloduy skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, EC) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (6).
3. Għall-azzjoni tal-Unjoni ffinanzjata taħt dan ir-Regolament, it-terminu “irregolarità” fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (EC, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (7) ifisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe ksur ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandhom, jew li jistgħu jkollhom, l-effett li jippreġudikaw il-baġit ġenerali tal-Unjoni jew baġits amministrati minnha permezz ta’ nefqa mhux ġustifikata jew baġits amministrati minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn f’isem l-Unjoni jew il-Komunità.
4. Il-ftehimiet bejn l-Unjoni u l-EBRD dwar l-għoti tal-fondi mill-Unjoni lill-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy għandhom jipprovdu miżuri xierqa sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra u sabiex jippermettu lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti tal-Awdituri sabiex iwettqu verifiki fuq il-post.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha tassigura l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta f’intervalli regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għandha twettaq reviżjoni kif previst fl-Artikolu 3(3).
Artikolu 8
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (Euratom) Nru 549/2007.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (Euratom) Nru 549/2007.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REYNDERS
(1) Opinjoni tal-20 ta’ Mejju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1 (MT: Edizzjoni Speċjali, Kap 01, Vol 04, p. 74).
(3) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(5) Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 549/2007 tal-14 ta’ Mejju 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 9 dwar Unità 1 u Unità 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Bohunice V1 fis-Slovakkja mal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u tas-Slovakkja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 1).
(6) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(7) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
DEĊIŻJONIJIET
22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 Lulju 2010
li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali
(2010/405/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 329(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-talbiet magħmulin mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Repubblika tas-Slovenja,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
L-Unjoni għandha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li fih tiġi żgurata l-libertà ta’ moviment tal-persuni. Għall-istabbiliment progressiv ta’ dan l-ispazju, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili b’implikazzjonijiet transkonfini, partikolarment meta dan ikun meħtieġ għall-funzjonament adatt tas-suq intern. |
(2) |
Skont l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri għandhom jinkludu l-promozzjoni tal-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri dwar il-konflitt tal-liġijiet, inklużi l-miżuri dwar il-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transkonfini. |
(3) |
Fis-17 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward tal-ġurisdizzjoni u l-introduzzjoni tar-regoli dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament propost”). |
(4) |
Fil-laqgħa tiegħu tal-5 u s-6 ta’ Ġunju 2008 l-Kunsill adotta linji gwida politiċi li rreġistraw li ma kienx hemm l-unanimità biex jipproċedi bir-Regolament propost u li kienu jeżistu diffikultajiet li ma setgħux jintgħelbu, li jagħmluha impossibbli li tinkiseb unanimità kemm f’dak il-mument kif ukoll fil-futur prevedibbli. Huwa stabbilixxa li l-objettivi tar-Regolament propost ma setgħux jinkisbu f’perijodu ta’ żmien raġonevoli bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati. |
(5) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Greċja, Spanja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovenja indirizzaw talba lill-Kummissjoni permezz ta’ ittri datati t-28 ta’ Lulju 2008 fejn indikaw li kienu biħsiebhom jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali u li l-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill għal dak il-għan. Il-Bulgarija indirizzat talba identika lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Awwissu 2008. Franza ngħaqdet mat-talba permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Jannar 2009, il-Ġermanja permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ April 2010, il-Belġju permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ April 2010, il-Latvja permezz ta’ ittra datata s-17 ta’ Mejju 2010, Malta permezz ta’ ittra datata l-31 ta’ Mejju 2010 u l-Portugall matul il-laqgħa tal-Kunsill tal-4 ta’ Ġunju 2010. Fit-3 ta’ Marzu 2010, il-Greċja rtirat it-talba tagħha. B’kollox, erbatax-il Stat Membru talbu l-kooperazzjoni msaħħa. |
(6) |
Il-kooperazzjoni msaħħa għandha tipprovdi qafas legali ċar u komprensiv fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali fl-Istati Membri parteċipanti u għandha tiżgura li jkun hemm soluzzjonijiet adatti għaċ-ċittadini f’termini ta’ ċertezza legali, prevedibbiltà u flessibbiltà u tevita li wieħed jgħaġġel biex jagħmel rikors il-qorti. |
(7) |
Il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 326 u 329 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma rispettati. |
(8) |
Il-qasam tal-kooperazzjoni msaħħa, jiġifieri l-liġi li tapplika għad-divorzju u s-separazzjoni legali, hija identifikata mill-Artikolu 81(2)(c) u l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala wieħed mill-oqsma koperti mit-Trattati. |
(9) |
Ir-rekwiżit tal-aħħar għażla fl-Artikolu 20(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huwa rrispettat fis-sens li f’Ġunju 2008 l-Kunsill stabbilixxa li l-objettivi tar-Regolament propost ma jistgħux jitwettqu fi żmien raġonevoli mill-Unjoni sħiħa. |
(10) |
Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u s-separazzjoni legali għandha l-għan li tiżviluppa l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfini, abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi, u li tiżgura l-kompatibbiltà tar-regoli li japplikaw għall-Istati Membri fir-rigward tal-konflitt tal-liġijiet. Għalhekk, hija tavvanza l-objettivi tal-Unjoni, tipproteġi l-interessi tagħha u ssaħħaħ il-proċess tal-integrazzjoni tagħha kif meħtieġ mill-Artikolu 20(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
(11) |
Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali tikkonforma mat-Trattati u mal-liġi tal-Unjoni, u ma timminax is-suq intern jew il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Hija ma tikkostitwixxix ostaklu għall-kummerċ jew diskriminazzjoni fih bejn l-Istati Membri u ma tfixkilx il-kompetizzjoni bejniethom. |
(12) |
Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali tirrispetta l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawk l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fiha. Ir-regoli komuni dwar il-konflitt tal-liġijiet fl-Istati Membri parteċipanti ma jaffettwawx ir-regoli tal-Istati Membri non-parteċipanti. Il-qrati tal-Istati Membri non-parteċipanti jkomplu japplikaw ir-regoli domestiċi eżistenti tagħhom dwar il-konflitt tal-liġijiet biex jiddeterminaw il-liġi li tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali. |
(13) |
B’mod partikolari, il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, fis-sens li l-kooperazzjoni msaħħa ma taffettwa l-ebda acquis preeżistenti. |
(14) |
Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet, il-prinċipji u l-libertajiet rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha. |
(15) |
Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali hi miftuħa fi kwalunkwe żmien għall-Istati Membri kollha, f’konformità mal-Artikolu 328 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija u r-Repubblika tas-Slovenja huma b’dan awtorizzati li jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LARUELLE
22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Lulju 2010
dwar l-allokazzjoni tal-fondi dekommissjonati minn proġetti taħt id-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u dawk preċedenti sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli fis-Sudan
(2010/406/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu bejn 2008 - 2013 konformement mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat tal-KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(4) u l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Gvern tas-Sudan iddeċieda li ma jirratifikax il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (2), kif emendat l-ewwel fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (3), u b’hekk tilef l-aċċess għall-Programm Indikattiv Nazzjonali tal-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) b’allokazzjoni totali ta’ EUR 294,9 miljun, li issa jinżammu fl-Għaxar FEŻ. |
(2) |
Is-sitwazzjoni politika attwali fis-Sudan, kif ukoll il-kriżi umanitarja fid-Darfur, in-Nofsinhar tas-Sudan, il-Lvant tas-Sudan u ż-Żoni Transizzjonali, jeħtieġu impenn qawwi mill-Unjoni Ewropea, inkluż permezz tal-għoti ta’ għajnuna vitali lill-popolazzjoni tas-Sudan. In-nuqqas li jħalli n-nondisponibbiltà tal-Għaxar FEŻ inaqqas b’mod sostanzjali l-kapaċità tal-UE biex tassisti l-popolazzjoni u tgħin biex tistabbilizza l-pajjiż, li jista’ jkollu konsegwenzi fuq ir-reġjun iktar wiesa’. |
(3) |
Sabiex titnaqqas id-disparità finanzjarja li se seħħ, huwa xieraq li jiġu utilizzati fondi dikommissjonati mid-Disa’ FEŻ u dawk preċedenti. |
(4) |
Il-fondi għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet l-iktar vulnerabbli fis-Sudan, b’mod partikolari fiż-żoni affettwati mill-konflitt, inkluż id-Darfur, in-Nofsinhar tas-Sudan, il-Lvant tas-Sudan u ż-Żoni Transizzjonali. Dawn jiġu allokati abbażi ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Għandu jsir provvediment ukoll biex jiġu koperti l-miżuri ta’ appoġġ. |
(5) |
Dawn il-fondi għandhom jiġu amministrati permezz ta’ ġestjoni ċentralizzata u konġunta u, għall-iskop ta’ simplifikazzjoni, skont l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-Għaxar FEŻ. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
1. Għandu jiġi allokat ammont ta’ EUR 150 miljun mill-fondi dikommissjonati minn proġetti taħt id-Disa’ FEŻ u dawk preċedenti sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli fis-Sudan; 2 % ta’ dan l-ammont għandhom jiġi allokati għal nefqa ta’ appoġġ mill-Kummissjoni.
2. Dawn il-fondi għandhom jiġu amministrati permezz ta’ ġestjoni ċentralizzata u konġunta skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-Għaxar FEŻ.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LARUELLE
(1) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.
22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2010
dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fid-Danimarka
(2010/407/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(6) flimkien mal-Artikolu 126(13) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet magħmula mid-Danimarka,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 126(1) tat-Trattat l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern. |
(2) |
Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kondizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi. |
(3) |
Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE) skont l-Artikolu 126 tat-Trattat, kif iċċarata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (1) (li jagħmel parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir), tipprevedi deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv. Il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness għat-Trattat jistipula dispożizzjonijiet ulterjuri relatati mal-implimentazzjoni tal-PŻE. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (2) jistipula definizzjonijiet u regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ dan il-Protokoll. |
(4) |
Ir-riforma tal-2005 tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fittxet li ssaħħaħ l-effettività u l-bażi ekonomika tiegħu kif ukoll li tissalvagwardja s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fit-tul. Hija kellha l-għan li tiżgura li, b’mod partikolari, l-isfond ekonomiku u baġitarju jiġi kkunsidrat bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-PŻE. B’dan il-mod, il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jipprovdi l-qafas li jsostni l-linji politiċi tal-gvern għal ritorn ta’ malajr lejn pożizzjonijiet baġitarji sodi filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ekonomika. |
(5) |
L-Artikolu 126(5) tat-Trattat jeħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza opinjoni lill-Kunsill jekk il-Kummissjoni tqis li jeżisti jew li jista’ jinqala’ żbilanċ eċċessiv fi Stat Membru. Wara li qieset ir-rapport tagħha skont l-Artikolu 126(3) u wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skont l-Artikolu 126(4), il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti żbilanċ eċċessiv fid-Danimarka. Il-Kummissjoni għalhekk indirizzat tali opinjoni lill-Kunsill fir-rigward tad-Danimarka fil-15 ta’ Ġunju 2010 (3). |
(6) |
L-Artikolu 126(6) tat-Trattat jiddikjara li l-Kunsill għandu jikkunsidra kull osservazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun jixtieq jagħmel qabel ma jiddeċiedi, wara valutazzjoni ġenerali, jekk jeżistix żbilanċ eċċessiv. Fil-każ tad-Danimarka, din il-valutazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin. |
(7) |
Skont id-data nnotifikata mill-awtoritajiet tad-Danimarka f’April 2010, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern fid-Danimarka laħaq il-5,4 % tal-PDG fl-2010, u għalhekk qabeż il-valur ta’ referenza tat-3 % tal-PDG. L-iżbilanċ ippjanat mhuwiex qrib il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PDG, iżda l-eċċess ippjanat ’il fuq mill-valur ta referenza jista’ jiġi kkwalifikat bħala eċċezzjonali skont it-tifsira tat-Trattat u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. B’mod partikolari, dan irriżulta minn tnaqqis qawwi fir-ritmu ekonomiku skont it-tifsira tat-Trattat u tal-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir. Skont it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2010, il-PDG reali fid-Danimarka naqas b’4,9 % fl-2009 u hu pproġettat li jirkupra b’1,6 % fl-2010. L-iżbilanċ fl-2010 huwa konsegwenza kemm tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kif ukoll tal-miżuri ta’ stimulu li ttieħdu f’konformità mal-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku mill-awtoritajiet Daniżi. Madankollu, l-eċċess ippjanat fuq il-valur ta’ referenza ma jistax jitqies bħala temporanju. Skont it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2010, l-iżbilanċ ser jonqos għal 4,9 % tal-PDG fl-2011 fuq suppożizzjoni ta’ ebda bidla ta’ politika (4). Il-kriterju tal-iżbilanċ fit-Trattat mhuwiex sodisfatt. |
(8) |
Skont id-data nnotifikata mill-awtoritajiet Daniżi f’April 2010, id-dejn gross ġenerali tal-gvern għadu taħt il-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PDG, fil-livell ta’ 45,1 % tal-PDG fl-2010. It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa 2010 jipprevedi li l-proporzjon tad-dejn se jkun 46 % tal-PDG fl-2010 u li se jiżdied għal 49,5 % tal-PDG fl-2011, li jibqa’ taħt il-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PDG. Il-kriterju tad-dejn fit-Trattat huwa sodisfatt. |
(9) |
Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, il-“fatturi rilevanti” jistgħu jitqiesu biss fl-istadji li jwasslu għad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv b’konformità mal-Artikolu 126(6) jekk il- kondizzjoni doppja - li l-iżbilanċ jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u li l-eċċess tiegħu ’l fuq mill-valur ta’ referenza jkun temporanju - tiġi sodisfatta għal kollox. Fil-każ tad-Danimarka, din il-kondizzjoni doppja ma ntlaħqitx. Għalhekk, il-fatturi rilevanti mhumiex qed jitqiesu fil-passi li jwasslu għal din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn evalwazzjoni ġenerali jirriżulta li jeżisti żbilanċ eċċessiv fid-Danimarka.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REYNDERS
(2) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.
(3) Id-dokumenti kollha marbuta mal-PŻE għad-Danimarka jinsabu fil-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/deficit/countries/index_en.htm
(4) It-tbassir ta’ ebda bidla ta’ politika jqis l-irtirar (parzjali) ta’ miżuri ta’ natura straordinarja marbuta mal-kriżi.
22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2010
dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Finlandja
(2010/408/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 126(6) flimkien mal-Artikolu 126(13) u l-Artikolu 136 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet magħmula mill-Finlandja,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 126 tat-Trattat l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern. |
(2) |
Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kondizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi. |
(3) |
Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE) skont l-Artikolu 126 tat-Trattat, kif iċċarata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (1) (li jagħmel parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir), tipprevedi deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv. Il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness għat-Trattat jistipula dispożizzjonijiet ulterjuri relatati mal-implimentazzjoni tal-PŻE. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (2) jistipula definizzjonijiet u regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ dan il-Protokoll. |
(4) |
Ir-riforma tal-2005 tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fittxet li ssaħħaħ l-effettività u l-bażi ekonomika tiegħu kif ukoll li tissalvagwardja s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fit-tul. Hija kellha l-għan li tiżgura li, b’mod partikolari, l-isfond ekonomiku u baġitarju jiġi kkunsidrat bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-PŻE. B’dan il-mod, il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jipprovdi l-qafas li jsostni l-linji politiċi tal-gvern għal ritorn ta’ malajr lejn pożizzjonijiet baġitarji sodi filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ekonomika. |
(5) |
L-Artikolu 126(5) tat-Trattat jeħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza opinjoni lill-Kunsill jekk il-Kummissjoni tqis li jeżisti jew li jista’ jinqala’ żbilanċ eċċessiv fi Stat Membru. Wara li qieset ir-rapport tagħha skont l-Artikolu 126(3) u wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skont l-Artikolu 126(4), il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti żbilanċ eċċessiv fil-Finlandja. Il-Kummissjoni għalhekk indirizzat tali opinjoni lill-Kunsill fir-rigward tal-Finlandja fil-15 ta’ Ġunju 2010 (3). |
(6) |
L-Artikolu 126(6) tat-Trattat jiddikjara li l-Kunsill għandu jikkunsidra kull osservazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun jixtieq jagħmel qabel ma jiddeċiedi, wara valutazzjoni ġenerali, jekk jeżistix żbilanċ eċċessiv. Fil-każ tal-Finlandja, din il-valutazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin. |
(7) |
Skont id-data nnotifikata mill-awtoritajiet Finlandiżi f’April 2010, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern fil-Finlandja huwa ppjanat li jilħaq 4,1 % tal-PDG fl-2010, u b’hekk jaqbeż il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PDG. Filwaqt li t-tielet baġit supplimentari ppreżentat mill-Ministeru tal-Finanzi lill-Parlament fl-14 ta’ Mejju 2010 jissuġġerixxi li d-dħul fiskali fl-2010 jista’ jkun ogħla milli ppjanat, dan ma biddilx uffiċjalment il-mira tal-iżbilanċ. L-iżbilanċ ippjanat mhuwiex qrib il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PDG, iżda l-eċċess ippjanat fuq il-valur ta’ referenza jista jiġi kkwalifikat bħala eċċezzjonali skont it-tifsira tat-Trattat u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. B’mod partikolari, huwa jirriżulta minn tnaqqis qawwi fir-ritmu ekonomiku skont it-tifsira tat-Trattat u tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Barra minn hekk, l-eċċess ippjanat fuq il-valur ta’ referenza jista jitqies bħala temporanju. Skont it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2010, l-iżbilanċ se jinżel taħt il-valur ta’ referenza fl-2011, sostnut mill-irkupru ekonomiku proġettat li qed iseħħ. Il-kriterju tal-iżbilanċ fit-Trattat mhuwiex sodisfatt. |
(8) |
Skont id-data nnotifikata mill-awtoritajiet Finlandiżi f’April 2010, id-dejn gross ġenerali tal-gvern għadu taħt il-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PDG, fil-livell ta’ 49,9 % tal-PDG fl-2010. It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2010 jipproġetta li l-proporzjon tad-dejn se jkun 50,5 % tal-PDG fl-2010 u se jiżdied għal 54,9 % tal-PDG fl-2011, li jibqa’ taħt il-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PGD. Il-kriterju tad-dejn fit-Trattat huwa sodisfatt. |
(9) |
Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, il-“fatturi rilevanti” jistgħu jitqiesu biss fl-istadji li jwasslu għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv b’konformità mal-Artikolu 126(6) jekk il-kondizzjoni doppja – li l-iżbilanċ jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u li l-eċċess tiegħu ‘il fuq mill-valur ta’ referenza jkun temporanju - tiġi sodisfatta għal kollox. Fil-każ tal-Finlandja, din il-kondizzjoni doppja ma ntlaħqitx. Għalhekk, il-fatturi rilevanti mhumiex qed jitqiesu fil-passi li jwasslu għal din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni ġenerali jirriżulta li jeżisti żbilanċ eċċessiv fil-Finlandja.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REYNDERS
(2) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.
(3) Id-dokumenti kollha marbuta mal-PŻE għall-Finlandja jinsabu fil-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/deficit/countries/index_en.htm
22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Lulju 2010
dwar il-Miri Komuni tas-Sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/49/KE
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4889)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/409/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-licenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapacità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea dwar l-ewwel sett ta’ Miri Komuni tas-Sigurtà, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni fit-18 ta’ Settembru 2009,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2004/49/KE, Miri Komuni tas-Sigurtà (CSTs), għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex jiżguraw li jinżamm livell għoli ta’ sigurtà kif ukoll jittejjeb kull meta u fejn meħtieġ u raġonevolment prattikabbli. Għandhom jipprovdu l-għodda għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà u l-prestazzjoni tal-operaturi fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri. |
(2) |
L-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2004/49/KE jiddefinixxi s-CSTs bħala livelli ta’ sigurtà li għandhom tal-anqas jintlaħqu minn partijiet differenti tas-sistema tal-linji tal-ferrovija (bħalma hi s-sistema konvenzjonali tal-linji tal-ferrovija, is-sistema tal-linji tal-ferrovija b’veloċità għolja, mini twal tal-linji tal-ferrovija jew linji li jintużaw esklussivament għat-trasport tal-merkanzija) u mis-sistema sħiħa, espressi bħala kriterji ta’ aċċettazzjoni tar-riskji. Madakollu, il-Premessa 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-miri tas-sikurezza, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jgħid li, minħabba n-nuqqas ta’ dejta armonizzata u affidabbli dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà ta’ partijiet tas-sistema tal-linji tal-ferrovija li jintużaw fl-Istati Membri differenti, l-iżvilupp tal-ewwel sett ta’ CSTs għal partijiet tas-sistema tal-linji tal-ferrovija (bħas-sistema konvenzjonali tal-linji tal-ferrovija, is-sistema tal-linji tal-ferrovija b’veloċità għolja, mini twal tal-linji tal-ferrovoja jew linji li jintużaw esklussivament għat-trasport tal-merkanzija) mhuwiex vijabbli. |
(3) |
L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/49/KE jeżiġi li l-ewwel sett ta’ CSTs għandu jkun abbażi ta’ studju tal-miri u l-prestazzjoni tas-sigurtà eżistenti tas-sistemi tal-linji tal-ferrovija fl-Istati Membri. Skont il-metodoloġija stabbilita mid-Deċiżjoni 2009/460/KE, l-ewwel sett ta’ CSTs irid ikun abbażi tal-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (NRVs). Dan ġie kkalkulat permezz ta’ serje ta’ dejta bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (3) u pprovdut mill-Eurostat fis-6 ta’ Marzu 2009 għall-perjodu 2004-2007. Għal kull kategorija ta’ riskju tal-linji tal-ferrovija, il-livell massimu tollerabbli ta’ riskju għal Stat Membru għandu jkun (1) l-NRV jekk l-NRV huwa daqs jew anqas mis-CST korrispondenti jew (2) s-CST jekk l-NRV huwa ogħla mill-CST korrispondenti, skont it-Taqsima 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2009/460/KE. |
(4) |
L-ewwel sett ta’ CSTs għandu jitqies bħala l-ewwel pass fi proċess. B’dan l-ewwel sett, qiegħed jinħoloq qafas armonizzat u trasparenti għall-monitoraġġ u l-ħarsien effiċjenti tal-prestazzjoni Ewropea tas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/49/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u definizzjonijiet
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-valuri tal-ewwel sett ta’ Miri Komuni tas-Sigurtà abbażi tal-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza, f’konformità mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/49/KE u skont il-metodoloġija stipulata fid-Deċiżjoni 2009/460/KE.
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 u d-Deċiżjoni 2009/460/KE.
Artikolu 2
Valuri Nazzjonali ta’ Referenza
Il-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza għall-Istati Membri differenti u għall-kategoriji differenti ta’ riskju huma stipulati fil-Kapitolu 1, it-Taqsimiet 1.1 sa 1.6, tal-Anness.
Artikolu 3
Miri Komuni tas-Sigurtà
L-ewwel sett ta’ Miri Komuni tas-Sigurtà għall-kategoriji differenti ta’ riskju huma stipulati fil-Kapitolu 2 tal-Anness.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.
(2) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 11.
ANNESS
1. Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (NRVs)
1.1. NRVs għar-riskji tal-passiġġieri (NRV 1.1 u NRV 1.2)
Stat Membru |
NRV 1.1 (× 10– 9) (*) |
NRV 1.2 (× 10– 9) (**) |
il-Belġju (BE) |
53,60 |
0,456 |
il-Bulgarija (BG) |
250,00 |
2,01 |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
40,60 |
0,688 |
id-Danimarka (DK) |
7,55 |
0,0903 |
il-Ġermanja (DE) |
10,90 |
0,11 |
l-Estonja (EE) |
50,20 |
0,426 |
l-Irlanda (IE) |
6,22 |
0,0623 |
il-Greċja (EL) |
54,00 |
0,485 |
Spanja (ES) |
40,90 |
0,391 |
Franza (FR) |
21,90 |
0,109 |
l-Italja (IT) |
55,00 |
0,363 |
il-Latvja (LV) |
50,20 |
0,426 |
il-Litwanja (LT) |
88,60 |
0,683 |
il-Lussemburgu (LU) |
28,80 |
0,225 |
l-Ungerija (HU) |
250,00 |
2,01 |
l-Olanda (NL) |
11,70 |
0,0941 |
l-Awstrija (AT) |
29,00 |
0,335 |
il-Polonja (PL) |
127,00 |
0,939 |
il-Portugall (PT) |
33,90 |
0,267 |
ir-Rumanija (RO) |
250,00 |
2,01 |
is-Slovenja (SI) |
11,80 |
0,175 |
is-Slovakkja (SK) |
17,70 |
0,275 |
il-Finlandja (FI) |
26,80 |
0,248 |
l-Isvezja (SE) |
5,70 |
0,0557 |
ir-Renju Unit (UK) |
6,22 |
0,0623 |
1.2. NRVs għar-riskji tal-impjegati (NRV 2)
Stat Membru |
NRV 2 (× 10– 9) (***) |
il-Belġju (BE) |
21,10 |
il-Bulgarija (BG) |
11,00 |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
17,40 |
id-Danimarka (DK) |
9,10 |
il-Ġermanja (DE) |
13,30 |
l-Estonja (EE) |
17,00 |
l-Irlanda (IE) |
8,33 |
il-Greċja (EL) |
77,90 |
Spanja (ES) |
8,33 |
Franza (FR) |
6,68 |
l-Italja (IT) |
22,50 |
il-Latvja (LV) |
55,10 |
il-Litwanja (LT) |
36,90 |
il-Lussemburgu (LU) |
13,70 |
l-Ungerija (HU) |
11,90 |
l-Olanda (NL) |
6,69 |
l-Awstrija (AT) |
25,40 |
il-Polonja (PL) |
18,60 |
il-Portugall (PT) |
76,00 |
ir-Rumanija (RO) |
11,00 |
is-Slovenja (SI) |
31,00 |
is-Slovakkja (SK) |
1,50 |
il-Finlandja (FI) |
8,28 |
l-Isvezja (SE) |
3,76 |
ir-Renju Unit (UK) |
8,33 |
1.3. NRVs għar-riskji għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell (NRV 3.1 u NRV 3.2)
Stat Membru |
NRV 3.1 (× 10– 9) (****) |
NRV 3.2 (*****) |
il-Belġju (BE) |
143,0 |
n.a. |
il-Bulgarija (BG) |
124,0 |
n.a. |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
302,0 |
n.a. |
id-Danimarka (DK) |
55,9 |
n.a. |
il-Ġermanja (DE) |
69,9 |
n.a. |
l-Estonja (EE) |
168,0 |
n.a. |
l-Irlanda (IE) |
31,4 |
n.a. |
il-Greċja (EL) |
743,0 |
n.a. |
Spanja (ES) |
131,0 |
n.a. |
Franza (FR) |
78,9 |
n.a. |
l-Italja (IT) |
50,7 |
n.a. |
il-Latvja (LV) |
240,0 |
n.a. |
il-Litwanja (LT) |
530,0 |
n.a. |
il-Lussemburgu (LU) |
97,3 |
n.a. |
l-Ungerija (HU) |
244,0 |
n.a. |
l-Olanda (NL) |
128,0 |
n.a. |
l-Awstrija (AT) |
181,0 |
n.a. |
il-Polonja (PL) |
264,0 |
n.a. |
il-Portugall (PT) |
508,0 |
n.a. |
ir-Rumanija (RO) |
124,0 |
n.a. |
is-Slovenja (SI) |
365,0 |
n.a. |
is-Slovakkja (SK) |
249,0 |
n.a. |
il-Finlandja (FI) |
151,0 |
n.a. |
l-Isvezja (SE) |
74,2 |
n.a. |
ir-Renju Unit (UK) |
23,0 |
n.a. |
1.4. NRVs għar-riskji ta’ persuni kklassifikati bħala “oħrajn” (NRV 4)
Stat Membru |
NRV 4 (× 10– 9) (******) |
il-Belġju (BE) |
1,90 |
il-Bulgarija (BG) |
6,45 |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
5,28 |
id-Danimarka (DK) |
10,30 |
il-Ġermanja (DE) |
4,41 |
l-Estonja (EE) |
18,50 |
l-Irlanda (IE) |
6,98 |
il-Greċja (EL) |
6,45 |
Spanja (ES) |
4,93 |
Franza (FR) |
6,98 |
l-Italja (IT) |
6,98 |
il-Latvja (LV) |
18,50 |
il-Litwanja (LT) |
18,50 |
il-Lussemburgu (LU) |
4,43 |
l-Ungerija (HU) |
6,45 |
l-Olanda (NL) |
3,16 |
l-Awstrija (AT) |
14,20 |
il-Polonja (PL) |
18,50 |
il-Portugall (PT) |
4,93 |
ir-Rumanija (RO) |
6,45 |
is-Slovenja (SI) |
7,14 |
is-Slovakkja (SK) |
5,28 |
il-Finlandja (FI) |
10,30 |
l-Isvezja (SE) |
10,30 |
ir-Renju Unit (UK) |
6,98 |
1.5. NRVs għar-riskji ta’ persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija (NRV 5)
Stat Membru |
NRV 5 (× 10– 9) (*******) |
il-Belġju (BE) |
75,5 |
il-Bulgarija (BG) |
190,0 |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
657,0 |
id-Danimarka (DK) |
134,0 |
il-Ġermanja (DE) |
106,0 |
l-Estonja (EE) |
1 850,0 |
l-Irlanda (IE) |
94,7 |
il-Greċja (EL) |
906,0 |
Spanja (ES) |
184,0 |
Franza (FR) |
69,7 |
l-Italja (IT) |
122,0 |
il-Latvja (LV) |
1 520,0 |
il-Litwanja (LT) |
2 030,0 |
il-Lussemburgu (LU) |
83,7 |
l-Ungerija (HU) |
534,0 |
l-Olanda (NL) |
28,2 |
l-Awstrija (AT) |
117,0 |
il-Polonja (PL) |
1 110,0 |
il-Portugall (PT) |
948,0 |
ir-Rumanija (RO) |
190,0 |
is-Slovenja (SI) |
273,0 |
is-Slovakkja (SK) |
477,0 |
il-Finlandja (FI) |
294,0 |
l-Isvezja (SE) |
98,1 |
ir-Renju Unit (UK) |
94,7 |
1.6. NRVs għar-riskji għas-soċjetà (NRV 6)
Stat Membru |
NRV 6 (× 10– 9) (********) |
il-Belġju (BE) |
273,0 |
il-Bulgarija (BG) |
364,0 |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
1 010,0 |
id-Danimarka (DK) |
218,0 |
il-Ġermanja (DE) |
206,0 |
l-Estonja (EE) |
2 320,0 |
l-Irlanda (IE) |
131,0 |
il-Greċja (EL) |
1 820,0 |
Spanja (ES) |
351,0 |
Franza (FR) |
179,0 |
l-Italja (IT) |
235,0 |
il-Latvja (LV) |
1 850,0 |
il-Litwanja (LT) |
2 510,0 |
il-Lussemburgu (LU) |
219,0 |
l-Ungerija (HU) |
1 000,0 |
l-Olanda (NL) |
166,0 |
l-Awstrija (AT) |
354,0 |
il-Polonja (PL) |
1 530,0 |
il-Portugall (PT) |
1 510,0 |
ir-Rumanija (RO) |
364,0 |
is-Slovenja (SI) |
697,0 |
is-Slovakkja (SK) |
740,0 |
il-Finlandja (FI) |
461,0 |
l-Isvezja (SE) |
188,0 |
ir-Renju Unit (UK) |
131,0 |
2. Valuri attribwiti għall-ewwel sett ta’ CSTs
Kategorija tar-riskju |
Valur tal-CST (× 10– 9) |
Unitajiet tal-kejl |
|
Riskji għall-passiġġieri |
CST 1.1 |
250,0 |
Għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija tal-passiġġieri fis-sena. |
CST 1.2 |
2,01 |
Għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena |
|
Riskji għall-impjegati |
CST 2 |
77,9 |
Għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
Riskji għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell |
CST 3.1 |
743,0 |
Għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell u li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
CST 3.2 |
mhux disponibbli (*********) |
Għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena × Għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell)/kilometri ta’ binarji] |
|
Riskji għall-“oħrajn” |
CST 4 |
18,5 |
Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kategorija “oħrajn” li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena |
Riskji għal persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija |
CST 5 |
2 030,0 |
Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
Riskji għas-soċjetà sħiħa |
CST 6 |
2 510,0 |
Għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
(*) NRV1.1 espress bħala: Għadd ta’ mwiet ta’ passiġġieri u korrimenti serji ppiżati (FWSIs) fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri fis-sena. Kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri hawnhekk tfisser l-unità tat-traffiku marbut mal-ferrovija tal-passiġġieri biss.
(**) NRV1.2 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena.
F’ (*) u (**) l-FWSIs għandhom it-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
(***) NRV2 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.
FWSIs hawnhekk għandha t-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
(****) NRV3.1 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.
(*****) NRV3.2 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena tal-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena*Għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell)/kilometri ta’ binarji]. Id-dejta dwar l-għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell u l-kilometri ta’ binarji ma kellhiex affidabbiltà xierqa meta ġiet estratta d-dejta (il-biċċa l-kbira tal-SM irrapportaw dejta dwar kilometri ta’ linji minflok dwar kilometri ta’ binarji).
F’ (****) u (*****) l-FWSIs għandhom it-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
(******) NRV 4 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kategorija “oħrajn” li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena. FWSIs hawnhekk għandha t-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
(*******) NRV 5 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija u li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena. FWSIs hawnhekk għandha t-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
(********) NRV 6 espress bħala: Għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.
Għadd totali ta’ FWSIs hawnhekk ifisser it-total tal-FWSIs kollha kkunsidrati fil-kalkolu tal-NRVs l-oħra kollha.
(*********) Id-dejta dwar l-għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell u l-kilometri ta’ binarji, li hija meħtieġa fil-kalkolu ta’ dan s-CST, ma kellhiex affidabbiltà xierqa meta ġiet estratta d-dejta (il-biċċa l-kbira tal-SM irrapportaw kilometri ta’ linji minflok kilometri ta’ binarji, eċċ.).
Rettifika
22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/28 |
Rettifika għad-Deċiżjoni Nru 388/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 li tipprovdi l-għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukraina
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Europea L 179 tal-14 ta’ Lulju 2010 )
Fil-qoxra kif ukoll fl-ewwel paġna, in-numru tad-Deċiżjoni fit-titlu:
minflok:
“ Deċiżjoni Nru 388/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill…”,
aqra:
“Deċiżjoni Nru 646/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill …”