ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.181.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 181

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
15 ta' Lulju 2010


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness I (kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness I (kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2010 tat-30 ta’ April 2010 li jemenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) u l-Anness XII (Il-moviment ħieles tal-konsumatur) tal-Ftehim taż-ŻEE

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2010 tat-30 ta' April 2010 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness XXII (id-Dritt tal-Kumpanija) mal-Ftehim taż-ŻEE

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2010 tat-30 ta’ April 2010 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet

27

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 38/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness I (kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 19/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2009 tal-10 ta' Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 dwar il-kundizzjonijiet għall-moviment tal-annimali fl-istess żona ristretta u l-kundizzjonijiet biex l-annimali jkunu eżentati mill-projbizzjoni tal-ħruġ stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer (3), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/19/KE tad-9 ta’ Jannar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/655/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue minn ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008 (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/248/KE tat-18 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ tal-ħnieżer bejn Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/255/KE tal-20 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE dwar il-pjanijiet ta’ qerda u ta' tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-Istati Federali tat-Tramuntana tar-Renanja-Westfalja u tar-Renanja-Palatinat (il-Ġermanja) (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/342/KE tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE dwar id-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi bovina enżootika, li ċerti reġjuni amministrattivi fil-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika u li l-Polonja u s-Slovenja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/422/KE tas-26 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE dwar il-pjanijiet ta’ qerda u ta' tilqim ta’ emerġenza fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-Ġermanja (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE (9) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Anness I tal-Ftehim.

(11)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Islanda u għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 123/2009, tad-Direttiva 2008/120/KE u tad-Deċiżjonijiet 2009/19/KE, 2009/248/KE, 2009/255/KE, 2009/342/KE u 2009/422/KE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Mejju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 8.

(2)   ĠU L 40, 11.2.2009, p. 3.

(3)   ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5.

(4)   ĠU L 8, 13.1.2009, p. 31.

(5)   ĠU L 73, 19.3.2009, p. 22.

(6)   ĠU L 75, 21.3.2009, p. 24.

(7)   ĠU L 104, 24.4.2009, p. 51.

(8)   ĠU L 137, 3.6.2009, p. 42.

(9)   ĠU L 340, 11.12.1991, p. 33.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


ANNESS

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007) fil-Parti 3.2:

“—

32009 R 0123: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2009 tal-10 ta' Frar 2009 (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 3).”

2.

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” l-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 20 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE) fil-Parti 3.2:

“—

32009 D 0255: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/255/KE tal-20 ta' Marzu 2009 (ĠU L 75, tat-21.3.2009, p. 24),

32009 D 0422: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/422/KE tas-26 ta' Mejju 2009 (ĠU L 137, 3.6.2009, p. 42).”

3.

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 45 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE) fil-Parti 3.2:

“, kif emendat permezz ta':

32009 D 0019: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/19/KE tad-9 ta' Jannar 2009 (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 31).”

4.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32009 D 0342: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/342/KE tat-23 ta' April 2009 (ĠU L 104, 24.4.2009, p. 51).”

5.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 84 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32009 D 0248: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/248/KE tat-18 ta' Marzu 2009 (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 22).”

6.

It-test tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE) fil-Parti 9.1 għandu jitħassar.

7.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 10 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005) fil-Parti 9.1:

“11.

32008 L 0120: Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5).

Dan l-att m'għandux japplika għall-Islanda.”


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 39/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness I (kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1087/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għall-papri u għad-dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1088/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni għall-użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ enżima 6-phytase prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 17594) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftmuma, għall-qżieqes tas-simna, għat-tjur tas-simna u tal-bidien (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentati minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o.) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u tal-endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Aspergillus niger (CBS 109 713) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ din il-preparazzjoni bħala addittiv tal-għalf għall-papri (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1458/2005 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1088/2009 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009 (6) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzo (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2005):

“, kif emendat permezz ta’:

32009 R 1096: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 301, 17.11.2009, p. 3).”

(2)

It-test tal-punt 1zzzzv (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009) għandu jitħassar.

(3)

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzzzq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009):

“1zzzzzr.

32009 R 1087: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1087/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għall-papri u għad-dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited) (ĠU L 297, 13.11.2009, p. 4).

1zzzzzs.

32009 R 1088: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1088/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ enżima 6-phytase prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 17594) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftmuma, għall-qżieqes tas-simna, għat-tjur tas-simna u tal-bidien (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentati minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o.) (ĠU L 297, 13.11.2009, p. 6).

1zzzzzt.

32009 R 1091: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u tal-endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (ĠU L 299, 14.11.2009, p. 6).

1zzzzzu.

32009 R 1096: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Aspergillus niger (CBS 109 713) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ din il-preparazzjoni bħala addittiv tal-għalf għall-papri (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1458/2005 (ĠU L 301, 17.11.2009, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1087/2009, (KE) Nru 1088/2009, (KE) Nru 1091/2009 u (KE) Nru 1096/2009, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 13.

(2)   ĠU L 297, 13.11.2009, p. 4.

(3)   ĠU L 297, 13.11.2009, p. 6.

(4)   ĠU L 299, 14.11.2009, p. 6.

(5)   ĠU L 301, 17.11.2009, p. 3.

(6)   ĠU L 91, 3.4.2009, p. 3.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 40/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ′l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE tas-27 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti ingredjenti tal-ikel (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2007/68/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/26/KE (3) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 18 (id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 L 0068: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE tas-27 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 310, 28.11.2007, p. 11).”

(2)

It-test tal-punt 54zzu (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/26/KE) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/68/KE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 17.

(2)   ĠU L 310, 28.11.2007, p. 11.

(3)   ĠU L 75, 22.3.2005, p. 33.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 41/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 li jemenda d-Direttiva 2007/68/KE li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti ingredjenti tal-ikel (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 822/2009 tas-27 ta’ Awwissu 2009 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-azoxystrobin, atrazine, chlormequat, cyprodinil, dithiocarbamates, fludioxonil, fluroxypyr, indoxacarb, mandipropamid, potassium tri-iodide, spirotetramat, tetraconazole, u thiram f’ċerti prodotti jew fuqhom (4), kif korrett permezz tal-ĠU L 60, 10.3.2010, p. 26, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/128/KE tat-22 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ kuluri għall-użu fl-ikel (Verżjoni kodifikata) (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/10/KE tat-13 ta’ Frar 2009 li temenda d-Direttiva 2008/84/KE li tistipula kriterji speċifiċi ta’ purità dwar l-addittivi tal-ikel għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel (Tfassil mill-ġdid) (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/106/KE tal-14 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (8) għandha tiġi inkorporata f’dan il-Ftehim.

(9)

Id-Direttiva 2008/128/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE (9) li hi inkorporata fil-Ftehim u għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(10)

Id-Direttiva 2009/32/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE (10) li hi inkorporata fil-Ftehim u għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

(11)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim:

“—

32009 R 0822: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 822/2009 tas-27 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 239, 10.9.2009, p. 5), kif korrett permezz tal-ĠU L 60, 10.3.2010, p. 26.”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-testi tal-punti 43 (id-Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE) u 46b (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE) għandhom jitħassru.

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zq (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE):

“, kif emendat permezz ta’:

32009 L 0106: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/106/KE tal-14 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 212, 15.8.2009, p. 42).”

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 0822: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 822/2009 tas-27 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 239, 10.9.2009, p. 5), kif korrett permezz tal-ĠU L 60, 10.3.2010, p. 26.”

4.

Dan li ġej għandu jiżdied fis-6 inċiż (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE) tal-punt 18 (id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32009 R 0415: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 125, 21.5.2009, p. 52).”

5.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzzg (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE):

“, kif emendat permezz ta’:

32009 L 0010: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/10/KE tat-13 ta’ Frar 2009 (ĠU L 44, 14.2.2009, p. 62).”

6.

Il-punti li ġejjin għandhom jidħlu wara l-punt 54zzzzg (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE):

“54zzzzh.

32008 L 0128: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/128/KE tat-22 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ kuluri għall-użu fl-ikel (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 6, 10.1.2009, p. 20).

54zzzzi.

32009 L 0032: Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 415/2009 u (KE) Nru 822/2009, kif ikkoreġuti permezz tal-ĠU L 60, 10.3.2010, p. 26, u d-Direttivi 2008/128/KE, 2009/10/KE, 2009/32/KE u 2009/106/KE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 13.

(2)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 17.

(3)   ĠU L 125, 21.5.2009, p. 52.

(4)   ĠU L 239, 10.9.2009, p. 5.

(5)   ĠU L 6, 10.1.2009, p. 20.

(6)   ĠU L 44, 14.2.2009, p. 62.

(7)   ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3.

(8)   ĠU L 212, 15.8.2009, p. 42.

(9)   ĠU L 226, 22.9.1995, p. 1.

(10)   ĠU L 157, 24.6.1988, p. 28.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 42/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 450/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 dwar materjali u oġġetti attivi u intelliġenti intenzjonati li jiġu f’kuntatt mal-ikel (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta’ Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 975/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jemenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1050/2009 tat-28 ta’ Ottubru 2009 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-azoxystrobin, acetamiprid, clomazone, cyflufenamid, emamectin benzoate, famoxadone, fenbutatin oxide, flufenoxuron, fluopicolide, indoxacarb, ioxynil, mepanipyrim, prothioconazole, pyridalyl, thiacloprid u trifloxystrobin f’ċerti prodotti jew fuqhom (6), kif korrett permezz tal-ĠU L 338, 19.12.2009, p. 105, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (tfassil mill-ġdid) (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 953/2009 iħassar id-Direttivi tal-Kummissjoni 2001/15/KE (8) u 2004/6/KE (9) li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk għandhom jitħassru skont il-Ftehim.

(9)

Id-Direttiva 2009/39/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE (10) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(10)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim:

“—

32009 R 1050: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1050/2009 tat-28 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 290, 6.11.2009, p. 7), kif korrett permezz tal-ĠU L 338, 19.12.2009, p. 105.”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-testi tal-punti 51 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE), 54zi (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/15/KE) u 54zzm (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/6/KE) għandhom jitħassru.

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzb (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE):

“—

32009 R 0975: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 975/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 3).”

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 1050: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1050/2009 tat-28 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 290, 6.11.2009, p. 7), kif korrett permezz tal-ĠU L 338, 19.12.2009, p. 105.”

4.

Il-punti li ġejjin għandhom jidħlu wara l-punt 54zzzzi (id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“54zzzzj.

32009 L 0039: Id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (tqassim mill-ġdid) (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21).

54zzzzk.

32009 R 0450: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 450/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 dwar materjali u oġġetti attivi u intelliġenti intenzjonati li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 135, 30.5.2009, p. 3).

54zzzzl.

32009 R 0953: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta’ Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari (ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 450/2009, (KE) Nru 953/2009, (KE) Nru 975/2009 u (KE) Nru 1050/2009, kif korretti permezz tal-ĠU L 338, 19.12.2009, p. 105, u d-Direttiva 2009/39/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 13.

(2)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 17.

(3)   ĠU L 135, 30.5.2009, p. 3.

(4)   ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.

(5)   ĠU L 274, 20.10.2009, p. 3.

(6)   ĠU L 290, 6.11.2009, p. 7.

(7)   ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.

(8)   ĠU L 52, 22.2.2001, p. 19.

(9)   ĠU L 15, 22.1.2004, p. 31.

(10)   ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 43/2010

tat-30 ta’ April 2010

li jemenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/786/KE tas-26 ta’ Ottubru 2009 li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi li japplika d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-Avena strigosa Schreb. (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 78 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/462/KE) taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM JAGĦTU KAŻ TAGĦHOM” fil-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim:

“79.

32009 D 0786: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/786/KE tas-26 ta’ Ottubru 2009 li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi li japplika d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-Avena strigosa Schreb għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (ĠU L 281, 28.10.2009, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/786/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 101, 22.4.2010, p. 9.

(2)   ĠU L 281, 28.10.2009, p. 5.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 44/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotta minn tratturi agrikoli u għall-foresterija (kompatibbiltà elettromanjetika) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/64/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE (3) li hi inkorporata mal-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE) għandu jitħassar.

(2)

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 30 (id-Direttiva 2008/2/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill):

“31.

32009 L 0064: Id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotta minn tratturi agrikoli u għall-foresterija (kompatibbiltà elettromanjetika) (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għar-raġunijiet ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fit-tieni paragrafu tal-Punt 5.2 tal-Anness I, dan li ġej għandu jiġi miżjud:

‘IS għall-Islanda FL għall-Lichtenstein 16 għan-Norveġja’.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/64/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010 sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 309, 20.11.2008, p. 17.

(2)   ĠU L 216, 20.8.2009, p. 1.

(3)   ĠU L 147, 9.6.1975, p. 28.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 45/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li tadatta l-Annessi I u IV li hemm miegħu għall-progress tekniku (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1 (Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIV tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32008 R 1107: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 13).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1107/2008, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 299, 8.11.2008, p. 13.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 46/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/603/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-produtturi ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata f’dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn il-punti li ġejjin għandhom ikunu miżjuda wara l-punt 12zs (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2008) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim:

“12zt.

32009 D 0603: Id-Deċiżjoni tal-Kummisssjoni 2009/603/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-produtturi ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 206, 8.8.2009, p. 13).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/603/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 19.

(2)   ĠU L 206, 8.8.2009, p. 13.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 47/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/78/KE tad-29 ta’ Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kosmetiċi, għall-għanijiet li tadatta l-Annessi II tagħha għal progress (2) tekniku għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II mal-Ftehim:

“—

32006 L 0078: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/78/KE tad-29 ta’ Settembru 2006 (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 56).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/78/KE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 101, 22.4.2010, p. 18.

(2)   ĠU L 271, 30.9.2006, p. 56.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 48/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ′l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/129/KE tad-9 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-iskop li tadatta l-Anness III magħha minħabba progress tekniku (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/130/KE tat-12 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, rigward prodotti kosmetiċi, għall-iskop li tadatta l-Anness III tagħha mal-progress tekniku (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/134/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kosmetiċi, għall-iskop li tadatta l-Anness III tagħha mal-progress tekniku (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32009 L 0129: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/129/KE tad-9 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 18),

32009 L 0130: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/130/KE tat-12 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 268, 13.10.2009, p. 5),

32009 L 0134: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/134/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 282, 29.10.2009, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2009/129/KE, 2009/130/KE u 2009/134/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 101, 22.4.2010, p. 18.

(2)   ĠU L 267, 10.10.2009, p. 18.

(3)   ĠU L 268, 13.10.2009, p. 5.

(4)   ĠU L 282, 29.10.2009, p. 15.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 49/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2004 tat-8 ta’ Ġunju 2004 (1).

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/524/KE tad-29 ta’ Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI” tal-Kapitolu XX tal-Anness II tal-Ftehim, il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 6 (Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 1998 dwar il-moviment ħieles tal-merkanzija):

“7.

32009 H 0524: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/524/KE tad-29 ta’ Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku (ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17).”

Artikolu 2

It-testijiet tar-Rakkomandazzjoni 2009/524/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

AlanSEATTER


(1)   ĠU L 349, 25.11.2004, p. 26.

(2)   ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 50/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) u l-Anness XII (Il-moviment ħieles tal-konsumatur) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa “l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

L-Anness XII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2005 tal-11 ta’ Marzu 2005 (2).

(3)

Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement [sald] fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u pretensjonijiet għal kreditu (3).għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 16b (Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX għall-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32009 L 0044: Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37).”

Artikolu 2

Li ġej għandu jiżdied fil-punt 4 (Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XII tal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32009 L 0044: Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għar-raġunijiet ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikolu 1(4)(c), il-kliem ‘kif definit fl-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(2) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju’ ma għandhomx japplikaw.”

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2009/44/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 101, 22.4.2010, p. 19.

(2)   ĠU L 198, 28.7.2005, p. 45.

(3)   ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 51/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

L-Anness XIV tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn kumpaniji marittimi tal-linja (konsorzji) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 (4), li ġie inkorporat fil-Ftehim, skada fil-25 ta’ April 2010 u għalhekk għandu jitħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 10 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2988/74) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“10a.

32009 R 0906: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn kumpaniji marittimi tal-linja (konsorzji) (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 31). (5)

(5)  Elenkati hawnhekk għal finijiet ta’ informazzjoni biss. Għall-applikazzjoni, ara l-Anness XIV dwar il-Kompetizzjoni.” "

Artikolu 2

L-Anness XIV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

It-test tal-punt 11c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000) għandu jinbidel b’dan li ġej:

32009 R 0906: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn kumpaniji marittimi tal-linja (konsorzji) (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 31).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikolu 1 il-kliem ‘portijiet tal-Komunità’ għandu jsir ‘portijiet fit-territorju kopert mill-Ftehim taż-ŻEE’.”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 906/2009, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1). Għandha tapplika mis-26 ta’ April 2010.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 28.

(2)   ĠU L 89, 29.3.2007, p. 31.

(3)   ĠU L 256, 29.9.2009, p. 31.

(4)   ĠU L 100, 20.4.2000, p. 24.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 52/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIV tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 267/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2003 (3), li ġie inkorporat fil-Ftehim, skada fil-31 ta’ Marzu 2010 u għalhekk għandu jitħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test fil-punt 15b (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2003) tal-Anness XIV tal-Ftehim għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32010 R 0267: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 267/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni (ĠU L 83, 30.3.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 267/2010 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1). Għandha tapplika mill-1 ta’ April 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 89, 29.3.2007, p. 31.

(2)   ĠU L 83, 30.3.2010, p. 1.

(3)   ĠU L 53, 28.2.2003, p. 8.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 53/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-sikurezza u s-saħħa għall-użu ta’ tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/104/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test fil-punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE) fl-Anness XVIII tal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

32009 L 0104: Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-sikurezza u s-saħħa għall-użu ta’ tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/104/KE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 62, 11.3.2010, p. 45.

(2)   ĠU L 260, 3.10.2009, p. 5.

(3)   ĠU L 393, 30.12.1989, p. 13.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 54/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ’il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew ta’ proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta’ impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ tagħrif u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati (Tfassil mill-ġdid) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/38/KE tħassar, b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2011, id-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha tiġi mħassra skont l-istess Ftehim b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2011,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punt attwali 27 (id-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE) għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 27a.

(2)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/56/KEE li ġiet imħassra):

“27.

32009 L 0038: Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew ta’ proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta’ impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ tagħrif u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).”

(3)

It-test tal-punt il-ġdid 27a (id-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE) għandu jitħassar b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/38/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 62, 11.3.2010, p. 45.

(2)   ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.

(3)   ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 55/2010

tat-30 ta' April 2010

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni dwar l-Ispazji fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1i (Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“1j.

32007 L 0002: Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni dwar l-Ispazji fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bit-tibdil li ġej:

(a)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikoli 6(a), 6(b) u 7(3) għandhom jinftiehmu b'tali mod li se jkollhom effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni(jiet) tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora u timplimenta r-regoli msemmija f'dawk l-Artikoli fil-Ftehim taż-ŻEE.

(b)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-limiti fiż-żmien imsemmija fl-Artikoli 21(2), 21(3) u 24(1), li għandhom effett mid-data li fiha d-Direttiva tidħol fis-seħħ, għandhom jinftehmu b'tali mod li se jkollhom effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2010 tat-30 ta' April 2010 li tinkorpora u timplimenta r-regoli msemmija f'dawk l-Artikoli fil-Ftehim taż-ŻEE.”

Artikolu 2

Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2007/2/KE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Mejju 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 20.

(2)   ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 56/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness XXII (id-Dritt tal-Kumpanija) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2010 tat-12 Marzu 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta’ partijiet terzi, huma obbligati mill-Istati Membri ta’ kumpaniji li jaqgħu fl-ambitu tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li jsiru dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Direttiva 2009/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbiltà limitata (verżjoni kodifikata) (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2009/101/KE tħassar l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE (4), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b’hekk hi mħassra skont il-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2009/102/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE (5), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

32009 L 0101: Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u ta’ partijiet terzi, huma mitluba mill-Istati Membri minn kumpaniji fl-ambitu tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 1:

‘—

L-Islanda:

hlutafélag, einkahlutafélag, samlagsfélag;

Il-Liechtenstein:

die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung, die Kommandit-aktiengesellschaft;

In-Norveġja:

aksjeselskap, allmennaksjeselskap.’ ”;

(2)

It-test tal-punt 9 (it-Tnax-il Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE) għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:

32009 L 0102: Id-Direttiva 2009/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbiltà limitata (verżjoni kodifikata) (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 20).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Dawn li ġejjin għandhom ikunu miżjuda fl-Anness II:

‘—

L-Islanda:

einkahlutafélag;

Liechtenstein:

die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

In-Norveġja:

aksjeselskap.’ ”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2009/101/KE u 2009/102/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 33.

(2)   ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.

(3)   ĠU L 258, 1.10.2009, p. 20.

(4)   ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8.

(5)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 40.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 57/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi r-Rakkomandazzjoni 2009/C 155/01 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (2).

(3)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi r-Rakkomandazzjoni 2009/C 155/02 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) (3),

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“—

32009 H 0708(01): Ir-Rakkomandazzjoni 2009/C 155/01 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1),

32009 H 0708(02): Ir-Rakkomandazzjoni 2009/C 155/02 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) (ĠU C 155, 8.7.2009, p. 11).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 101, 22.4.2010, p. 26.

(2)   ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1.

(3)   ĠU C 155, 8.7.2009, p. 11.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 58/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tal-ġarr tal-merkanzija (Marco Polo II), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 (2), kif korrett mill-ĠU L 65, 3.3.2007, p. 12., ġie inkluż fil-Protokoll 31 tal-Ftehim permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 (3)

(3)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim għandha tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (KE) Nru 923/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Marco Polo II) (4),

(4)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta’ kooperazzjoni tkun tista’ sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2010,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fl-inċiż (Ir-Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Artikolu 12(3) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“ , kif emendat permezz ta’:

32009 R 0923: Ir-Regolament (KE) Nru 923/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 266, tad-9.10.2009. p. 1).”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 304, 22.11.2007, p. 54.

(2)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 304, 22.11.2007, p. 54.

(4)   ĠU L 266, 9.10.2009, p. 1.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.