ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.172.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 172

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
7 ta' Lulju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2010 tas-6 ta’ Lulju 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Montes de Toledo (DPO)]

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2010 tas-6 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva 90/426/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel) ( ĠU L 224, 18.8.1990 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 10)

5

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

7.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 593/2010

tas-6 ta’ Lulju 2010

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Montes de Toledo (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Spanja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Montes de Toledo”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1187/2000 (3).

(2)

Ladarba l-emendi kkonċernati mhumiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), tal-istess Regolament. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 133, 6.6.2000, p. 19.

(4)  ĠU C 236, 1.10.2009, p. 25.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Il-klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

SPANJA

Montes de Toledo (DPO)


7.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 594/2010

tas-6 ta’ Lulju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

56,2

MK

66,6

TR

50,2

ZZ

57,7

0707 00 05

MK

45,6

TR

124,2

ZZ

84,9

0709 90 70

TR

105,8

ZZ

105,8

0805 50 10

AR

101,4

TR

111,6

UY

87,6

ZA

98,1

ZZ

99,7

0808 10 80

AR

87,6

BR

76,4

CA

83,2

CL

92,3

CN

68,2

NZ

111,6

US

125,2

UY

116,3

ZA

102,1

ZZ

95,9

0808 20 50

AR

94,6

CL

130,5

CN

98,4

NZ

189,1

ZA

114,4

ZZ

125,4

0809 10 00

TR

231,4

ZZ

231,4

0809 20 95

TR

293,6

ZZ

293,6

0809 30

AR

137,1

TR

173,5

ZZ

155,3

0809 40 05

IL

132,6

US

110,3

ZZ

121,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


Rettifika

7.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/5


Rettifika għad-Direttiva 90/426/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 224, tat-18 ta’ Awwissu 1990 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3 Volum 10)

F’paġna 152, is-sitt premessa:

minflok:

“Billi l-kundizzjonijiet għall-moviment ta’ l-equidae li jġorru dokument ta’ l-identifikazzjoni f’territorju nazzjonali għandhom ikunu rregolati;”;

aqra:

“Billi l-kundizzjonijiet għall-moviment f’territorju nazzjonali, ta’ equidae rreġistrati li jġorru dokument tal-identifikazzjoni għandhom ikunu rregolati;”.

F’paġna 153, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3:

minflok:

“L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment ta' equidae rreġistrati fit-territorju tagħhom …”;

aqra:

“L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment fit-territorju tagħhom ta' equidae rreġistrati …”.

F’paġna 154, ir-raba’ inċiż tal-artikolu 4(5)(a):

minflok:

“—

sitt xhur fil-każ ta' stomatite vesikulari,”;

aqra:

“—

sitt xhur mill-aħħar każ irrekordjat, fil-każ ta' stomatite vesikulari,”.