|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.170.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2010 tal-5 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità ( 1 ) |
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2010/375/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/376/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLI TA' PROĊEDURA |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
Emendi għall-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
|
6.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 588/2010
tal-5 ta’ Lulju 2010
li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Soprèssa Vicentina (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Soprèssa Vicentina”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 492/2003 (3). |
|
(2) |
L-għan tal-emenda huwa li jimmodifika l-ispeċifikazzjoni tal-prodott biex tkun aktar preċiża l-indikazzjoni tal-ħnieżer użati bħala materja prima. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Soprèssa Vicentina” hija b’dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-dokument uniku aġġornat jidher fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, il-5 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS I
Fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Soprèssa Vicentina”, hija approvata l-emenda li ġejja:
Fl-Artikolu 2 “Deskrizzjoni tal-prodott”, il-punt 2.1.3 “Età tal-qatla”, jiddaħħal il-kliem “jew fuq il-widna”:
“L-età minima tal-qatla hija ta’ disa’ xhur u l-età tista’ tkun aċċertata fuq il-bażi tad-dati li jidhru fuq it-tatù li jkun sar fuq il-koxxa tal-ħanżir fl-ewwel tletin (30) ġurnata mit-twelid.”
jinbidel bil-kliem li ġej:
“L-età minima tal-qatla hija ta’ disa’ xhur, u tista’ tiġi vverifikata mit-tagħrif li jidher fuq it-tatù li jkun sar fuq il-koxxa jew fuq il-widna tal-ħanżir fl-ewwel tletin (30) ġurnata mit-twelid.”
ANNESS II
DOKUMENT UNIKU
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
“SOPRÈSSA VICENTINA”
Nru tal-KE: IT-PDO-0105-0145-10.8.2009
IĠP ( ) DPO (X)
1. Isem
“Soprèssa Vicentina”
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
|
Klassi 1.2: |
Prodotti tal-laħam |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt 1
Deskrizzjoni: Is-“Soprèssa Vicentina” hija tip ta’ laħam taz-zalzett nej, ippakkjat f’casings (tubi taz-zalzett magħmulin mill-imsaren tal-annimali) u staġjunat (maturat), ta’ daqs medju jew kbir magħmul mill-aqwa qatgħat tal-laħam tal-majjal.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-materja prima użata għall-produzzjoni tas-“Soprèssa Vicentina” hija l-laħam tal-majjal li għandu jiġi minn annimali mwielda u mrobbija fi rziezet li jinsabu fit-territorju tal-provinċja ta’ Vicenza.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
Id-dqiq magħmul mil-laħam huwa projbit bħala għalf għall-annimali minn meta jitwieldu sakemm jikbru, filwaqt li l-prodotti tal-ikel li ġejjin minn annimali mhux tal-ħalib huma projbiti bħala għalf fil-fażi tas-simna.
Hemm preferenza li l-għalf ikun f’forma likwida jew maxx miżjuda bl-ilma u fejn ikun possibbli bix-xorrox. Sabiex ikun hemm kopertura ta’ xaħam ta’ kwalità tajba, għandu jkun hemm kontenut għoli ta’ aċidu tal-kittien ekwivalenti għal 2 % tas-sustanza niexfa tad-dieta. Ix-xorrox u x-xorrox tal-butir flimkien ma għandhomx ikunu iktar minn 15-il litru għal kull bhima kuljum.
B’xorrox tal-butir wieħed jifhem il-prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-butir, u b’xorrox tal-ħalib wieħed jifhem il-prodott sekondarju tal-baqta.
3.5. Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita
It-trobbija tal-ħnieżer: Il-materja prima użata għall-produzzjoni tas-“Soprèssa Vicentina” huwa l-laħam tal-majjal li għandu jiġi minn annimali mwielda u mrobbija fi rziezet li jinsabu fit-territorju tal-provinċja ta’ Vicenza.
Il-bhejjem għandhom ikunu ġenetikament puri jew imħalltin, iżda mhux ġenetikament immodifikati, minn razez tradizzjonali bħal: Large White, Landrace u Duroc irreġistrati fil-Ktieb tal-Ġenealoġija Taljana jew fil-Kotba tal-Ġenealoġiji Barranin rikonoxxuti fil-Ktieb tal-Ġenealoġija Taljana u li jippreżentaw kompletezza kompatibbli mal-Ktieb tal-Ġenealoġija Taljana għall-produzzjoni ta’ ħnieżer kbar.
Il-ħnieżer imrobbija għandu jkollhom il-kapaċità li jilħqu piż għoli sa meta jiġu biex jinqatlu (130 kg ta’ piż mejjet).
L-età minima tal-qatla hija ta’ disa’ xhur u l-età tista’ tkun aċċertata fuq il-bażi tad-dati li jidhru fuq it-tatù li jkun sar fuq il-koxxa [jew fuq il-widna] tal-ħanżir fl-ewwel tletin (30) ġurnata mit-twelid. L-istrutturi u l-faċilitajiet tat-trobbija tal-ħnieżer għandhom ikunu insulati tajjeb u għandu jkollhom ċirkolazzjoni ta’ arja tajba b’mod li jkunu żgurati temperatura tajba, l-aħjar tibdil tal-arja u l-eliminazzjoni ta’ gassijiet li jagħmlu ħsara. L-art għandha tkun magħmula minn materjal reżistenti għall-ilma, li jżomm is-sħana u li ma jiżloqx.
B’relazzjoni mat-tipoloġija tal-ikel, l-istrutturi u l-faċilitajiet kollha għandhom ikunu reżistenti għall-erożjoni.
Jistgħu jintużaw ukoll ħnieżer imrobbija fil-miftuħ jew kważi fil-miftuħ.
Il-qatla tal-ħżiener: Il-qatla tal-ħnieżer għandha ssir fi stabbilimenti li għandhom awtorizzazzjoni ta’ servizzi iġeniċi u sanitarji skont l-istandards nazzjonali u tal-UE u li jinsabu f’territorju identifikat tad-DPO.
Il-piż tal-ħnieżer li jinqatlu m’għandux ikun inqas minn 130 kg ta’ piż mejjet.
Għall-iskopijiet ta’ pproċessar suċċessiv, huwa projbit laħam tal-majjal minn ħnieżer li jkollhom distrofija muskolari rikonoxxuta (PSE, DFD, konsegwenzi ta’ proċessi inflammatorji u trawmatiċi manifesti) aċċertata mit-tabib veterinarju tal-biċċerija.
L-ipproċessar tal-laħam: Il-laħam għandu jkun ipproċessat u l-prodott għandu jimmatura fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona definita msemmija. L-istabbilimenti tal-ipproċessar għandu jkollhom awtorizzazzjoni ta’ servizzi iġeniċi u sanitarji stipulati fl-istandards nazzjonali u tal-UE.
Riċetti u ingredjenti: Il-produzzjoni tas-“Soprèssa Vicentina” tuża l-aħjar partijiet ta’ nofs karkassa, jiġifieri: laħam mill-koxxa, mill-għonq, mill-ispalla, miż-żaqq, mix-xaħam tal-griżmejn u mill-ġenbejn.
L-ingredjenti addizzjonali permissibbli huma kwantitajiet massimi ta’:
|
— |
melħ: 2 700 g għal kull 100 kg ta’ taħlita, |
|
— |
bżar ¼ ta’ bżara: 300 g għal kull 100 kg ta’ taħlita, |
|
— |
ħwawar imħalltin mitħunin fini (kannella, imsiemer tal-qronfol u rosmarin): 50 g għal kull 100 kg ta’ taħlita, |
|
— |
tewm: 100 g għal kull 100 kg ta’ taħlita, |
|
— |
zokkor: 150 g għal kull 100 kg ta’ taħlita, |
|
— |
nitrat tal-potassju: fil-limiti permissibbli. |
Metodu ta’ tħejjija: Il-metodu ta’ tħejjija huwa kif ġej:
|
|
In-nofs karkassi tal-ħnieżer jitqattgħu u l-biċċiet ta’ daqsijiet differenti jitkessħu f’temperatura ta’ bejn 0 °C u + 3 °C għal mill-inqas 24 siegħa. Wara, il-qatgħat tal-karkassi jiġu spulpjati, imnaddfa u jitneħħewlhom in-nervituri. |
|
|
Il-biċċiet tal-laħam magħżula jiġu mgħoddija minn magna tal-ikkapuljat li jkun fiha folja tal-metall imtaqqba b’toqob li jkollhom dijametru ta’ bejn 6 u 7 mm. Fil-magna tal-ikkapuljat, li jkollha temperatura ta’ bejn + 3 °C u + 6 °C, għandhom jiżdiedu l-ingredjenti mħalltin minn qabel. Barra minn hekk, jistgħu jiżdiedu sustanzi preparati minn mikrobi kkultivati indiġeni li jqabbdu l-proċess tal-fermentazzjoni. Wara, kollox jitħallat tajjeb b’mod li x-xaħam jitħallat mal-laħam dgħif sakemm it-taħlita ssir ħaġa waħda. It-taħlita mbagħad titqassam f’casings żgħar li jkollhom dijametru ta’ 8 ċm magħmulin mill-imsaren naturali tal-annimali. |
|
|
Il-prodott fil-casing jinbiegħ bil-piżijiet li ġejjin 1-1.5 kg, 1.5-2.5 kg, 2.5-3.5 kg, 3.5 kg-8 kg. |
It-tnixxif: It-tnixxif għandu jsir kif ġej: a) il-prodott għandu jitħalla joqtor għal 12-il siegħa f’temperatura bejn l-20 u l-24 °C; b) il-prodott imbagħad għandu jitħalla jinxef għal bejn erbgħa (4) u ħamest (5) ijiem f’temperatura bejn 12-14 °C u 22-24 °C.
Il-maturità tal-prodott: Iż-żmien ta’ maturità tas-“Soprèssa Vicentina” jinkludi ż-żmien meta l-prodott ikun qed joqtor u jinxef u li jvarja minħabba l-piż:
|
|
mhux inqas minn 60 ġurnata meta l-piż ikun bejn 1-1,5 kg, |
|
|
mhux inqas minn 80 ġurnata meta l-piż ikun bejn 1,5-2,5 kg, |
|
|
mhux inqas minn 90 ġurnata meta l-piż ikun bejn 2,5-3,5 kg, |
|
|
mhux inqas minn 120 ġurnata meta l-piż ikun bejn 3,5-8 kg. |
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiki għat-tikkettar
Id-denominazzjoni “Soprèssa Vicentina DOP” ma tistax tiġi tradotta u għandha tidher fuq it-tikketta b’ittri ċari u li ma jitħassrux.
Il-marka “Soprèssa Vicentina DOP” għandha tidher fuq it-tikketta skont l-istruzzjonijiet deskritti fil-manwal grafiku. Anness A tal-speċifikazzjonijiet.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni tas-“Sopressa Vicentina” tinkludi t-territorju kollu tal-provinċja ta’ Viċenza.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-fażijiet ta’ maturità huma kkaratterizzati minn kundizzjonijiet ta’ umdità fl-arja li jsegwu t-tibdil fit-temperatura. Dawn il-kundizzjonijiet huma attribwiti għall-ewwel u t-tieni proċess ta’ fermentazzjoni li jkun għadda minnu l-prodott fil-casing.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Is-“Sorprèssa Vicentina” mill-bidu tal-produzzjoni sal-mument tal-konsum għandha l-karatteristiċi li ġejjin:
Dehra esterna: Forma ċilindrika, legatura kkaratterizzta minn spaga mhux kulurita li tista’ tkun elastiċizzata, f’pożizzjoni vertikali u minn għadd ta’ anelli tal-istess materjal, f’pożizzjoni orizzontali fuq il-casing kollu tas-Soprèssa. Għal-legatura, l-użu ta’ xbieki mhux permess. Għall-prodott bit-tewm, huwa permess l-użu ta’ spag kulurit, għall-parti tat-tarf biss. L-anelli għandu jkollhom bejniethom distanza ta’ bejn 2 u 4 cm u għandu jkun hemm minimu ta’ tlieta. Il-parti ta’ barra hija miksija b’saff ċar li jiżviluppa b’mod naturali fil-fażi tal-maturità.
Dehra meta l-prodott jinqata’: It-taħlita tidher magħquda u fl-istess ħin ratba. Il-qatgħa tippreżenta t-taħlita bil-kontenut tax-xaħam imqassam b’mod li jinkorpora l-biċċiet tal-laħam biex b’hekk tinżamm il-morbidezza tal-prodott anke wara żmien twil ta’ maturità. Il-qatgħa għandha kulur ftit opak u ma tistax issir distinzjoni bejn ix-xaħam u l-laħam filwaqt li t-tessut ikun pjuttost aħrax jew aħrax ħafna.
Proteini totali iktar minn 15 %, xaħam totali bejn 30 % u 43 %, melħ minerali (irmied) bejn 3,5 % u 5 %, indewwa inqas minn 55 %, pH bejn 5,4 u 6,2.
Ammont totali ta’ mikrobi: kontenut qawwi ta’ batterji tal-ħalib u micrococcacee.
|
Aroma |
: |
imħawra, aktarx b’riħa ta’ ħxejjex aromatiċi bit-tewm jew mingħajr tewm; |
|
Togħma |
: |
delikata, ftit ħelwa u li tixbah il-bżar jew it-tewm; |
|
Kulur |
: |
fir-roża, b’tendenza ħamra; |
|
Konsistenza |
: |
tessut bejn medju u aħrax, b’resistenza baxxa għall-mastikazzjoni. |
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)
Il-prodott “Soprèssa Vicentina” għandu rabta qawwija mal-ambjent fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni tiegħu.
F’termini umani, ir-rabta tal-prodott ikkonċernat mal-ambjent hija ġġustifikata mill-preżenza tradizzjonali fiż-żona ta’ produzzjoni, fit-territorju ta’ Vicenza, ta’ bdiewa u/jew artiġjani li b’modi partikolari ta’ trobbija tal-ħnieżer u l-ipproċessar tagħhom u tal-laħam derivat minnhom, kif ukoll il-maturità suċċessiva, taw bidu għas-Soprèssa Vicentina, prodott uniku li l-mod ta’ elaborazzjoni tiegħu baqa’ kważi mhux mittiefes sal-lum.
B’mod partikolari, ir-rabta mal-ambjent hija ġġustifikata mill-materja prima li tibda mill-formulazzjoni ta’ dieta tradizzjonali għat-trobbija tal-ħnieżer, li tikkonsisti fl-aħjar ċereali mkabbrin fl-istess żona.
Barra minn hekk, ir-rabta tal-materja prima mat-territorju hija determinata mill-użu fid-dieta, preferibbilment ta’ tip ta’ maxx magħmul mix-xorrox, prodott sekondarju derivat mill-prodotti tal-ħalib. Din l-industrija ta’ prodotti tal-ħalib tikkonsisti fi prattika antika li tiġġustifika li t-territorju tal-provinċja ta’ Vicenza hija zona ta’ produzzjoni ta’ żewġ tipi ta’ ġobon importanti DOP (Asiago u Grana Padano).
L-ipproċessar tal-ħalib li jispiċċa bil-produzzjoni taż-żewġ tipi ta’ prodotti DOP imsemmija, jipproduċi x-xorrox bħala prodott residwu.
Dan ir-residwu tal-ipproċessar tal-ħalib huwa magħmul minn ħafna karatteristiċi tal-ħalib u fuq kollox mill-karatteristiki tal-proċess ta’ separazzjoni tal-materjal li jmur għall-produzzjoni tal-ġobon, separazzjoni li ovvjament twassal għall-elementi li jibqgħu jintużawx li għalhekk jikkaratterizzaw ix-xorrox.
L-irziezet tat-trobbija tal-ħnieżer fit-territorju ta’ Vicenza jużaw dan it-tip ta’ xorrox minħabba l-karatteristiċi partikolari li jiġu trażmessi fil-laħam tal-ħnieżer u għalhekk fil-prodotti pproċessati li jirriżultaw minn dan il-laħam.
Il-fatturi ekonomiċi marbuta mal-użu tax-xorrox, prodott tal-ikel li fih konċentrazzjoni baxxa ta’ elementi nutrittivi minħabba li għandu kontenut qawwi ta’ ilma, dejjem ikkundizzjonaw l-użu purament lokali tax-xorrox ta’ dawn il-ġobnijiet, u dejjem ikkontribwew biex tkun determinata tradizzjoni fl-użu ta’ dan il-prodott bħala għalf għall-ħnieżer maħsuba għall-produzzjoni tas-“Soprèssa Vicentina”.
Barra minn hekk, ir-rabta mal-ambjent tas-“Soprèssa Vicentina” tidher mill-preżenza fil-provinċja ta’ Vicenza ta’ produtturi li għandhom stabbilimenti żgħar għall-qatla u l-ipproċessar li jużaw laħam tal-majjal tal-azjendi agrikoli lokali, produtturi li b’hekk żammew għal diversi snin il-metodu tradizzjonali ta’ produzzjoni tas-“Soprèssa Vicentina”, metodu tipiku tat-tradizzjoni tal-biedja ta’ Vicenza.
Il-fażijiet ta’ maturità huma kkaratterizzati minn kundizzjonijiet ta’ umdità fl-arja li jsegwu t-tibdil fit-temperatura. Dawn il-kundizzjonijiet huma attribwiti għall-ewwel u t-tieni proċess ta’ fermentazzjoni li jkun għadda minnu l-prodott fil-casing.
Ir-rabta mal-ambjent imsemmija, kemm dik naturali kif ukoll dik mal-bniedem, hija determinata minn prodott partikolari, li l-karatteristiki partikolari tiegħu kienu u għadhom jiddistingwu sal-lum is-“Soprèssa” prodotta f’Vicenza minn prodotti simili ta’ żona oħra. Dan kollu huwa attestat fil-biblijografija storika.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
L-Amministrazzjoni kurrenti nediet il-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta tas-“Soprèssa Vicentina” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana nru 73 tat-28.3.2009.
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq dan is-sit tal-Internet: www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg
jista’ jinstab ukoll billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tas-sit tal-Ministeru (www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin), u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE (Reg CE 510/2006)”.
|
6.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 589/2010
tal-5 ta’ Lulju 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għas-sajd taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIIa u fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tat-14 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu;
Billi:
|
(1) |
Il-limiti ta’ qbid għaċ-ċiċċirell fiż-żoni IIa u IV tal-ICES huma stipulati fl-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 53/2010. |
|
(2) |
Skont il-punt 6 tal-Anness IID għar-Regolament (UE) Nru 53/2010, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qbid massimu permissibbli (TAC) u l-kwoti għall-2010 għaċ-ċiċċirell f’dawk iż-żoni, abbażi tal-pariri tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |
|
(3) |
L-STECF jindika li l-funzjoni stipulata fil-punt 6 tal-Anness IID għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 jindika TAC ta’ mhux aktar minn 400 000 tunnellata. |
|
(4) |
Iċ-ċiċċirell huwa stokk tal-Baħar tat-Tramuntana li jinqasam flimkien man-Norveġja, iżda li bħalissa mhuwiex taħt ġestjoni konġunta. Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-konsultazzjonijiet man-Norveġja skont id-dispożizzjonijiet tar-Reġistru Miftiehem tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja tas-26 ta’ Jannar 2010. B’hekk, is-sehem tal-Unjoni Ewropea minn dik il-parti tat-TAC li tista’ tinqabad fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandu jkun stabbilit għal 90 % ta’ 400 000 tunnellata. |
|
(5) |
Wara n-negozjati man-Norveġja, l-ammont allokat lin-Norveġja mis-sehem tal-UE tat-TAC għandu jiżdied minn 20 000 tunnellata għal 27 500 tunnellata bi skambju għal opportunitajiet tas-sajd għal speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi. |
|
(6) |
Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd jirrakkomanda li t-TAC għandu jiżdied b’4,23 % biex ikunu koperti l-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES. |
|
(7) |
L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjoni dwar l-ispeċi taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIIa u fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
|
|||||||
|
Id-Danimarka |
327 250 (2) |
|
||||||
|
Ir-Renju Unit |
7 153 (3) |
|
||||||
|
Il-Ġermanja |
500 (4) |
|
||||||
|
L-Iżvezja |
12 017 (5) |
|
||||||
|
L-UE |
346 920 (6) |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
|
In-Norveġja |
27 500 (7) |
|||||||
|
Il-Gżejjer Faroe |
2 500 |
|||||||
|
TAC |
376 920 |
|||||||
(1) Esklużi ilmijiet sa 6 mili mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula.
(2) Li minnu mhux aktar minn 311 289 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03 A.).
(3) Li minnu mhux aktar minn 6 804 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03 A.).
(4) Li minnu mhux aktar minn 476 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03 A.).
(5) Li minnu mhux aktar minn 11 431 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES. (SAN/*03 A.).
(6) Li minnu mhux aktar minn 330 000 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES. (SAN/*03 A.).
(7) Għandhom jinqabdu fiż-żona IV tal-ICES.
|
6.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 590/2010
tal-5 ta’ Lulju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (2). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista Komunitarja. Informazzjoni rilevanti kienet ikkomunikata wkoll minn pajjiżi terzi. Il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata abbażi ta’ dan. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi bl-ajru kollha kkonċernati, jew direttament jew meta dan ma kienx prattikabbli, permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tagħhom, u indikat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom għandha tkun imsejsa d-deċiżjoni biex tiġi imposta fuqhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni Ewropea jew biex jinbidlu l-kundizzjonijet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposti fuq trasportatur bl-ajru li huwa inkluż fil-lista Komunitarja. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tat opportunità lit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, biex iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol u lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (3). |
|
(5) |
L-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni regolatorja tat-trasportaturi bl-ajru kkonċernati ġew ikkonsultati mill-Kummissjoni kif ukoll, f’każijiet speċifiċi, minn xi Stati Membri. |
|
(6) |
Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru sema’ preżentazzjonijiet mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) u mill-Kummissjoni dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika mwettqa fil-pajjiżi affettwati mir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Il-Kumitat ġie infurmat bit-talbiet għal iktar assistenza u kooperazzjoni teknika sabiex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili bl-għan li jissolva kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli. |
|
(7) |
Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru ġie wkoll infurmat bl-azzjonijiet ta’ infurzar li ħadu l-EASA u l-Istati Membri sabiex jiżguraw arjunavigabbiltà u manutenzjoni kontinwi tal-inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Unjoni Ewropea u operati minn trasportaturi bl-ajru ċċertifikati minn awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ pajjiżi terzi. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
Trasportaturi mill-Unjoni Ewropea
|
(9) |
Wara l-informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu mis-SAFA fuq inġenji tal-ajru ta’ ċerti trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn ċerti spezzjonijiet u verifiki speċifiċi għall-qasam partikolari mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni tagħhom, uħud mill-Istati Membri ħadu ċerti miżuri ta’ infurzar. Huma infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru b’dawn il-miżuri: l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit irrevokaw iċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC) tat-trasportatur bl-ajru Trans Euro Air Limited fis-6 ta’ April 2010 u ssospendew l-AOC ta’ MK Airlines fit-12 ta’ April 2010; l-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja ssospendew l-AOC u l-liċenzja tal-operat tat-trasportatur bl-ajru Baleares Link Express fid-9 ta’ Ġunju 2010; l-awtoritajiet kompetenti tas-Slovakkja rrevokaw il-liċenzja tal-operat tat-trasportatur bl-ajru Seagle Air fil-11 ta’ Diċembru 2009 u dik ta’ Air Slovakia fit-3 ta’ Mejju 2010. |
Air Algérie
|
(10) |
Abbażi ta’ analiżi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet tas-SAFA mwettqa fuq inġenji tal-ajru operati minn Air Algérie fl-UE minn Jannar 2009, il-Kummissjoni daħlet f’konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Alġerija fis-7 ta’ Diċembru 2009 u fil-5 ta’ Frar 2010 sabiex issolvi s-sejbiet fl-oqsma tas-sikurezza tal-merkanzija abbord, tal-ajrunavigabbiltà u tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru u tal-liċenzji tal-ekwipaġġi tat-titjiriet. |
|
(11) |
Fir-risposta tagħhom tal-15 ta’ Marzu 2010, l-awtoritajiet kompetenti tal-Alġerija pprovdew informazzjoni dwar azzjonijiet li ttieħdu wara spezzjonijiet fir-rampa sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-konformità li ġew skoperti. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni bagħtet iktar talbiet għal informazzjoni fis-6 ta’ Mejju 2010. L-awtoritajiet kompetenti ressqu iktar informazzjoni fis-27 ta’ Mejju 2010. Wara laqgħa mal-awtoritajiet kompetenti tal-Alġerija, mat-trasportatur bl-ajru kif ukoll mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza u mal-EASA fid-9 ta’ Ġunju 2010, l-awtoritajiet kompetenti tal-Alġerija impenjaw irwieħhom li jipprovdu informazzjoni komplementari qabel il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, inkluża lista ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa minn din l-awtorità fuq Air Algérie. L-informazzjoni ntbagħtet fit-18 ta’ Ġunju 2010. Barra minn hekk, dawn l-awtoritajiet impenjaw irwieħhom li jressqu ma jdumux pjan ta’ azzjoni korrettiva dettaljat inkluża skeda ta’ żmien biex ikun ivverifikat u jitlesta. B’mod parallel, fuq talba tat-trasportatur bl-ajru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza żviluppaw inizjattiva sabiex iqajmu għarfien u jipprovdu taħriġ fil-qafas tal-programm SAFA tal-UE. |
|
(13) |
Sabiex jiżviluppaw monitoraġġ kontinwu tal-prestazzjoni tas-sikurezza tat-trasportatur bl-ajru, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Alġerija sabiex jibagħtu wkoll rapporti mensili dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħhom fl-oqsma tal-ajrunavigabbiltà, tal-manutenzjoni u tal-operazzjonijiet kontinwi fuq Air Algérie inkluża l-verifika tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva li għandu jitressaq. Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Alġerija sabiex ikomplu bl-isforzi tagħhom ħalli jtejbu l-konformità mal-istandards tas-sikurezza applikabbli. |
|
(14) |
Sadanittant, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards tas-sikurezza rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom jitwettqu fuq l-inġenji tal-arju ta’ dan it-trasportatur, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 351/2008, sabiex ikun żgurat li n-numru ta’ spezzjonijiet ta’ Air Algérie se jkun intensifikat ħalli tkun ipprovduta l-bażi għar-rivalutazzjoni ta’ dan il-każ matul il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li għandha ssir f’Novembru 2010. |
Air Bangladesh
|
(15) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru bir-riżultati ta’ missjoni ta’ assistenza teknika li twettqet mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fir-Repubblika Popolari tal-Bangladexx wara l-Verifika tal-USOAP li wettqet l-ICAO f’Mejju 2009. Il-Verifika tal-USOAP li twettqet mill-ICAO irriżultat fi Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza rigward l-operazzjonijiet, iċ-ċertifikazzjoni u s-superviżjoni tal-inġenji tal-ajru eżerċitati mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Bangladexx (CAAB). Matul il-missjoni kien innutat li s-CAAB kienet għamlet sforzi ċari fuq kull livell biex timplimenta pjan ta’ azzjoni korrettiva u wriet impenn qawwi sabiex tegħleb il-kwistjonijiet dwar is-sikurezza enfasizzati mill-verifika tal-ICAO. Filwaqt li l-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon dawn l-isforzi inkoraġġanti se tkompli timmonitorja mill-qrib il-progress li s-CAAB tagħmel bl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva tagħha sabiex ikun żgurat li n-nuqqasijiet attwali fis-sikurezza jiġu indirizzati mingħajr dewmien żejjed. |
|
(16) |
Matul il-missjoni, is-CAAB infurmat lil dak it-tim li B747-269B, bir-reġistrazzjoni S2-ADT, tneħħa mir-Reġistru tal-Bangladexx, u li l-operatur Air Bangladesh ma kienx jeżisti iktar. Is-CAAB ikkomunikat uffiċjalment dan il-fatt lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Mejju 2010. |
|
(17) |
Fid-dawl ta’ dak li ngħad iktar ’il fuq, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li t-trasportatur bl-ajru msemmi iktar ’il fuq għandu jitneħħa mill-Anness B. |
Blue Wing Airlines
|
(18) |
Teżisti evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji li jinvolvu lit-trasportatur bl-ajru Blue Wing Airlines iċċertifikat fis-Surinam, kif muri minn għadd ta’ aċċidenti li seħħew dan l-aħħar u n-nuqqasijiet li kienu rrapportati waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Istati Membri. |
|
(19) |
Blue Wing Airlines kien involut f’aċċident fit-3 ta’ April 2008 fejn mietu 19-il persuna, f’aċċident ieħor fil-15 ta’ Ottubru 2009 li wassal biex ikun hemm xi persuni feruti, u aċċident aħħari fil-15 ta’ Mejju 2010 fejn mietu tmien (8) persuni. In-numru globali ta’ aċċidenti li esperjenza dan it-trasportatur bl-ajru fl-aħħar sentejn iqajjem tħassib serju dwar is-sikurezza filwaqt li kien impossibbli li tinkiseb esperjenza siewja mill-aċċidenti preċedenti fin-nuqqas ta’ kwalunkwe rapport ta’ investigazzjoni uffiċjali tal-aċċidenti. |
|
(20) |
Barra minn hekk, teżisti evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza speċifiċi stabbiliti mill-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif żvelaw in-nuqqasijiet li ġew osservati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza fi spezzjoni fir-rampa reċenti (4) li saret fil-qafas tal-programm SAFA. |
|
(21) |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza (DGAC) stiednu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Surinam u lil Blue Wing Airlines biex jipprovdu l-garanziji meħtieġa rigward is-sikurezza tal-operazzjonijiet ta’ dan it-trasportatur. Peress li la r-riposta tal-awtoritajiet kompetenti tas-Surinam u lanqas dik ta’ Blue Wing Airlines ma taw il-possibbiltà li tiġi identifikata l-kawża prinċipali tal-aċċidenti u tan-nuqqasijiet fis-sikurezza osservati waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa u li jiġi evitat li jergħu jseħħu, id-DGAC iddeċidew li jimponu miżuri eċċezzjonali li jipprojbixxu l-attivitajiet kollha ta’ Blue Wing Airlines fuq it-territorju Franċiż mill-1 ta’ Ġunju 2010 u impenjaw irwieħhom li jinfurmaw immedjatament lill-Kummisjoni f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni tat bidu immedjatament għal konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tas-Surinam u ma’ Blue Wing Airlines sabiex ikun deċiż b’mod urġenti dwar l-estensjoni tal-miżuri meħuda minn Franza għall-Unjoni Ewropea waqt il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri semgħu lil Blue Wing Airlines bl-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu fil-25 ta’ Ġunju 2010. La r-risposti tal-awtoritajiet kompetenti tas-Surinam u lanqas dik ta’ Blue Wing Airlines ma taw il-possibbiltà li jiġu identifikati l-kawżi prinċipali tal-aċċidenti u tan-nuqqasijiet fis-sikurezza li kienu osservati waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa, u lanqas li jiġu evitati li jerġgħu jseħħu. |
|
(23) |
Fid-dawl tal-prestazzjoni preċedenti tat-trasportatur bl-ajru, li diġà kienet soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat fl-UE (5), (6), l-għadd u s-serjetà tal-aċċidenti li għadda minnhom dan it-trasportatur bl-ajru, in-nuqqasijiet fis-sikurezza li ġew skoperti u r-ripetittività tagħhom, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ dan it-trasportatur bl-ajru fl-UE tikkostitwixxi riskju serju għas-sikurezza li ma jistax jiġi solvut b’mod sodisfaċenti permezz tal-miżuri li ħa Stat Membru, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, u li għalhekk it-trasportatur bl-ajru Blue Wing Airlines għandu jiġi miżjud mal-Anness A. |
Trasportaturi bl-ajru mill-Albanija
|
(24) |
B’referenza għall-preżentazzjonijiet li saru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija waqt il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru f’Marzu 2010 u skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 273/2010 (7), il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), kompliet attivament il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija biex tieħu azzjoni ta’ segwitu fuq ir-riżultati tal-ispezzjoni ta’ standardizzazzjoni komprensiva tal-Albanija li saret f’Jannar 2010. Ir-rapport finali ta’ din l-ispezzjoni, maħruġ fis-7 ta’ Marzu 2010, żvela nuqqasijiet sinifikanti fl-oqsma kollha vverifikati li jeħtieġ li jiġu rrimedjati immedjatament. |
|
(25) |
L-EASA infurmat li d-DGCA kienu ppreżentaw pjan ta’ azzjoni komprensiv li nstab li kien aċċettabbli u ntlaħaq ftehim dwaru fid-29 ta’ April 2010. Dan il-pjan jipprevedi serje ta’ azzjonijiet ta’ rimedju li għandhom jiġu implimentati progressivament sa tmiem l-2011, filwaqt li jittieħdu azzjonijiet immedjati biex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet fis-sikurezza. |
|
(26) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Italja taw bidu għal proġett ta’ ġemellaġġ komprensiv mal-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija li għandu jibda f’Settembru 2010 sabiex dawn l-awtoritajiet jingħataw assistenza ħalli jibnu l-kapaċità teknika u amministrattiva tagħhom. |
|
(27) |
Il-konsultazzjonijiet li saru fit-28 ta’ Mejju 2010 mal-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija u mal-EASA, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Italja, ikkonfermaw li l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni qed tagħmel progress u miexja skont l-iskeda tal-pjan. L-ewwel sensiela ta’ azzjonijiet tlestew u dawn kienu jirrappreżentaw bidla kbira fis-sistema preċedenti: kienet stabbilita Awtorità Albaniża tal-Avjazzjoni Ċivili (ACAA) u din bdiet topera minn Mejju 2010; l-ACAA li għadha kemm ġiet stabbilita rrevokat id-derogi kollha preċedenti li ngħataw lill-industrija u aċċertat lill-impriżi li n-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli sal-1 ta’ Ġunju 2010 kien se jesponihom għal azzjonijiet ta’ infurzar bħal sospensjoni, limitazzjoni jew revoka tal-approvazzjonijiet li kellhom. L-ACAA ġiet mistiedna tidher quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru ħalli tirrapporta dwar ir-riċertifikazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru. |
|
(28) |
L-ACAA nstemgħet mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru fil-21 ta’ Ġunju 2010 u kkonfermat li Belle Air u Albanian Airlines ġew riċertifikati kif kien xieraq f’Ġunju 2010 f’konformità mar-regoli tas-sikurezza applikabbli. Hija qalet ukoll li l-AOC ta’ Star Airways kien sospiż. Barra minn hekk, l-ACAA impenjat ruħha li toqgħod lura milli toħroġ iktar AOCs sakemm iseħħu żviluppi ġodda. |
|
(29) |
L-ACAA qed tiġi mħeġġa tieħu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex tkompli timplimenta b’mod effettiv u f’waqtu l-pjan ta’ azzjoni miftiehem mal-EASA, fejn tingħata prijorità lis-soluzzjoni tan-nuqqasijiet identifikati li jqajmu tħassib dwar is-sikurezza jekk ma jiġux korretti fil-pront. L-ACAA qed tiġi mistiedna biex b’mod partikolari tħaffef il-bini tal-kapaċitajiet tagħha, tiżgura s-superviżjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati fl-Albanija skont ir-regolamenti tas-sikurezza applikabbli u tieħu miżuri ta’ infurzar jekk dan ikun meħtieġ. |
|
(30) |
L-ACAA impenjat ruħha li tirrapporta perjodikament dwar il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva tagħha. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-EASA, u bl-appoġġ tal-Istati Membri, se tkompli timmonitorja l-effikaċja tal-azzjonijiet imwettqa mill-ACAA u l-prestazzjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru liċenzjati fl-Albanija. |
Trasportaturi bl-ajru mir-Renju tal-Kambodja
|
(31) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja (SSCA) taw informazzjoni dwar il-progress ulterjuri fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva tagħhom stabbilit sabiex jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO waqt il-verifika li saret fl-2007 fil-qafas tal-Programm Universali ta’ Verifika għas-Superviżjoni tas-Sikurezza (USAOP) tagħha. |
|
(32) |
Il-Missjoni Koordinata ta’ Validazzjoni tal-ICAO (ICVM) li twettqet bejn is-26 u d-29 ta’ Ottubru 2009 ikkonfermat xi progress peress li n-nuqqas ta’ implimentazzjoni effettiva tal-Istandards tal-ICAO, f’Ottubru 2009, kien evalwat li jlaħħaq it-58 %, li huwa inqas mill-71 % tal-2007. Madankollu, il-missjoni kkonkludiet ukoll li kien jeħtieġ li titkompla l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi kollha, b’mod speċjali rigward l-organizzazzjoni tal-SSCA u l-bini tal-kapaċitajiet tagħha. |
|
(33) |
L-SSCA irrapportaw li t-trasportaturi bl-ajru li kien fadal liċenzjati fil-Kambodja kellhom iċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC) tagħhom jew sospiż jew irrevokat. B’mod partikolari, l-AOC ta’ Helicopter Cambodia skada fil-15 ta’ Ottubru 2009 u ma ġiex imġedded; l-AOC ta’ Sokha Airlines kien irrevokat fis-27 ta’ Ottubru 2009; l-AOC ta’ Angkor Airways u ta’ PMT Air kienu rrevokati fil-21 ta’ April 2010. Konsegwentement, l-ICAO neħħiet it-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza relatat mat-trasportaturi bl-ajru liċenzjati fi-Renju tal-Kambodja (8). |
|
(34) |
L-SSCA taw ukoll l-informazzjoni li Siem Reap International Airways, li l-AOC tiegħu huwa sospiż, kien involut fi proċess ta’ riċertifikazzjoni sa minn Jannar 2009. L-SSCA ddikjaraw li t-trasportatur bl-ajru ngħata perjodu addizjonali ta’ erba’ (4) xhur sabiex ilesti l-proċess; jekk ma jagħmilx dan, l-AOC tiegħu għandu jiġi rrevokat. Fid-dawl tal-inċertezza dwar is-sitwazzjoni ta’ Siem Reap International Airways, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li dan it-trasportatur bl-ajru għandu jibqa’ fl-Anness A. |
|
(35) |
Il-Kummissjoni qed tieħu nota tal-miżuri ta’ infurzar imwettqa mill-SSCA u tal-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva bil-għan li ssolvi n-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO u hija lesta li tappoġġja l-bini tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju tal-Kambodja permezz ta’ assistenza teknika apposta. |
Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
|
(36) |
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-UE u huma elenkati fl-Anness A. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo ħarġu Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru lit-trasportatur bl-ajru Congo Express. Il-Kummissjoni daħlet f’konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo sabiex tikseb konferma ta’ din l-informazzjoni. Dawn l-awtoritajiet ma rrispondewx. |
|
(37) |
Peress li ma teżisti l-ebda evidenza li kien hemm xi bidla fil-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo sabiex jiżguraw is-superviżjoni tat-trasportaturi bl-ajru liċenzjati f’dak l-Istat, f’konformità mal-istandards tas-sikurezza applikabbli, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li Congo Express għandu jiġi miżjud mal-Anness A. |
Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika Gaboniża
|
(38) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) wettqet missjoni ta’ assistenza teknika fir-Repubblika Gaboniża bejn il-11 u l-15 ta’ Jannar 2010. Ir-rapport li rriżulta minn din il-missjoni, maħruġ fis-6 ta’ April 2010, jiżvela li l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon (ANAC) qed jaħdmu biex isolvu n-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO fil-verifika tagħha li għamlet f’Mejju 2007 fil-qafas tal-Programm Universali ta’ Verifika għas-Superviżjoni tas-Sikurezza. Madankollu, ir-rapport jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jitkompla l-bini tal-kapaċitajiet tal-ANAC permezz ta’ baġit adegwat u iktar reklutaġġ u taħriġ ta’ spetturi kkwalifikati, kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata superviżjoni kontinwa robusta tat-trasportaturi bl-ajru liċenzjati fir-Repubblika Gaboniża. Ir-rapport jinkludi pjan direzzjonali, stabbilit flimkien mal-ANAC, li jsemmi fid-detall l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa u utli biex ikunu solvuti s-sejbiet tal-ICAO. Skont dan il-pjan direzzjonali, mhux mistenni li l-azzjonijiet meħtieġa jitlestew qabel il-bidu tal-2011. |
|
(39) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon (ANAC) talbu li jinstemgħu mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru sabiex jippreżentaw il-progress li għamlu s’issa u għamlu dan fil-21 ta’ Ġunju 2010. L-ANAC taw informazzjoni dwar il-qafas leġiżlattiv li qed jiġi rivedut attwalment, b’riforma tal-kodiċi tal-avjazzjoni ċivili, li mistenni jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2010, kif ukoll dwar l-istabbiliment progressiv ta’ sett komprensiv ta’ regolamenti ajrunawtiċi Gaboniżi (RAG), li se jiddaħħlu fis-seħħ progressivament sal-2011. L-ANAC irrapportaw ukoll dwar il-progress ulterjuri li għamlet fil-bini tal-kapaċitajiet tagħha, bir-reklutaġġ ta’ iktar spetturi, li sebgħa (7) minnhom għadhom qed jiksbu l-kwalifiki tagħhom. Barra minn hekk, l-ANAC irrapportaw li kien sar progress fis-superviżjoni tat-trasportaturi bl-ajru u fl-infurzar tar-regolamenti tas-sikurezza (RACAM) attwali, kif intwera bis-sospensjoni tal-AOC ta’ SCD Aviation fis-16 ta’ Ottubru 2009, bit-twissijiet indirizzati lit-trasportaturti bl-ajru Air Service, Gabon Airlines, National Regional Transport u SN2AG kif ukoll bil-multi imposti fuq it-trasportaturi bl-ajru Allegiance u Sky Gabon. L-għadd u n-natura ta’ wħud min-nuqqasijiet identifikati jiżvelaw li jista’ jkun hemm il-ħtieġa għal iktar azzjonijiet ta’ infurzar jekk it-trasportaturi bl-ajru jonqsu milli jimplimentaw l-istandards tas-sikurezza applikabbli. |
|
(40) |
Afrijet Business Services, liċenzjat fil-Gabon, talab li jinstema’ mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni sabiex jitneħħew ir-restrizzjonijiet attwali li ġew imposti fuq l-inġenju tal-ajru tat-tip Falcon 900B bil-marka ta’ reġistrazzjoni TR-AFR, u għamel sottomissjoni bil-miktub għal dan il-għan. Huwa pprovda assigurazzjoni li l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni tal-imsemmi inġenju tal-ajru qed jitwettqu f’konformità mal-istandards tas-sikurezza applikabbli u dan kien ikkonfermat mill-ANAC. Konsegwentement, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li ma hemm l-ebda raġuni għalfejn l-operazzjonijiet ta’ Afrijet Business Services imwettqa bl-inġenju tal-ajru tat-tip Falcon 900B bil-marka ta’ reġistrazzjoni TR-AFR għandhom jiġu ristretti u li dan l-inġenju tal-ajru għandu jiġi miżjud mal-inġenji tal-ajru li bihom it-trasportatur bl-ajru jitħalla jopera fl-UE skont l-Anness B. |
|
(41) |
S’issa ma ġiet ikkomunikata l-ebda evidenza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet ta’ rimedju xierqa mit-trasportaturi bl-ajru inklużi fil-lista Komunitarja u mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja ta’ dawn it-trasportaturi bl-ajru. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat (Anness A) jew għal restrizzjonijiet fuq l-operat (Anness B), skont il-każ. |
|
(42) |
Il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva bil-għan li jiġu solvuti n-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO u fil-bini tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon u lesta li tagħti assistenza, inkluż permezz ta’ missjonijiet fuq il-post sabiex tivvalida l-kisbiet, ladarba jkun stabbilit il-qafas leġiżlattiv. |
Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Indoneżja
|
(43) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja (DGCA) irrapportaw li għamlu progress kbir sabiex isolvu s-sejbiet kollha identifikati mill-ICAO fil-verifika tagħha mwettqa fi Frar 2007 fil-qafas tal-Programm Universali ta’ Verifika għas-Superviżjoni tas-Sikurezza. Il-Missjoni Koordinata ta’ Validazzjoni tal-ICAO (ICVM), li saret f’Awwissu 2009, ikkonfermat il-progress sostanzjali, kif muri mill-perċentwali tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni effettiva tal-istandards tal-ICAO li tnaqqset għal 20 %. Id-DGCA irrapportaw lill-ICAO fid-19 ta’ Marzu 2010 li l-azzjonijiet korrettivi li kien fadal tlestew. |
|
(44) |
Id-DGCA taw informazzjoni dwar l-iżviluppi tal-kapaċità ta’ superviżjoni tas-sikurezza tagħhom, b’żieda kbira fil-baġit tagħhom fl-2009 u fl-2010, bir-reklutaġġ ta’ 25 spettur tal-operazzjonijiet ta’ titjir addizzjonali u tmien (8) spetturi tas-sikurezza fil-kabina, ikkomplementati minn assistenza teknika estensiva min-naħa tal-ICAO u tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Awstralja u tal-Pajjiżi l-Baxxi, li ppermettew li jiġu aġġornati aktar ir-Regolamenti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ċivili (CASR) u li tissaħħaħ is-superviżjoni tat-trasportaturi bl-ajru addizzjonali. |
|
(45) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja (DGCA) talbu biex jinstemgħu mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru sabiex jitneħħew ir-restrizzjonijiet attwali imposti fuq it-tliet trasportaturi bl-ajru li ġejjin: Indonesia Air Asia, Metro Batavia u Lion Air; huma għamlu sottomissjonijiet bil-miktub kif ukoll preżentazzjonijiet orali fit-22 ta’ Ġunju 2010. |
|
(46) |
Il-preżentazzjonijiet li għamlu Indonesia Air Asia u d-DGCA kkonfermaw li dan it-trasportatur bl-ajru kien riċertifikat fit-30 ta’ Settembru 2009 b’konformità mas-CASR u li dan it-trasportatur huwa soġġett għal superviżjoni adegwata mid-DGCA. Id-DGCA kkonfermaw li dan it-trasportatur bl-ajru jissodisfa b’mod sħiħ l-istandards tas-sikurezza applikabbli. Konsegwentement, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li Indonesia Air Asia għandu jitneħħa mill-Anness A. |
|
(47) |
Il-preżentazzjonijiet li għamlu Metro Batavia u d-DGCA kkonfermaw li anki dan it-trasportatur bl-ajru kien riċertifikat fit-30 ta’ Settembru 2009 f’konformità mas-CASR u li dan it-trasportatur huwa soġġett għal superviżjoni adegwata mid-DGCA. Id-DGCA kkonfermaw li dan it-trasportatur bl-ajru jissodisfa b’mod sħiħ l-istandards tas-sikurezza applikabbli. Konsegwentement, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li Metro Batavia għandu jitneħħa mill-Anness A. |
|
(48) |
Il-preżentazzjonijiet li għamel Lion Air żvelaw li dan it-trasportatur bl-ajru, li attwalment qed jopera flotta ta’ 50 inġenju tal-ajru, esperjenza żewġ (2) aċċidenti u żewġ (2) inċidenti serji sa mill-2004. Madankollu, it-trasportatur naqas milli jipprovdi informazzjoni suffiċjenti dwar dawn l-aċċidenti u dawn l-inċidenti u dwar il-kawżi tagħhom u naqas ukoll milli juru li ttieħdu azzjonijiet adegwati sabiex ma jitħallewx jerġgħu jseħħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-iżvilupp sinifikanti tal-flotta li mistenni fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, ma kienx possibli li tinġibed konklużjoni dwar superviżjoni adegwata mid-DGCA fil-qasam tal-operazzjonijiet, kif intwera min-nuqqas ta’ kwalunkwe sejba rreġistrata matul iktar minn mitt (100) operazzjoni ta’ titjir irreġistrati fl-2009 u fl-2010. Konsegwentement, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li Lion Air għandu jibqa’ fl-Anness A. |
|
(49) |
S’issa ma ġiet ikkomunikata l-ebda evidenza tal-implimentazzjoni sħiħa ta’ azzjonijiet ta’ rimedju xierqa mit-trasportaturi bl-ajru l-oħra inklużi fil-lista Komunitarja. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat (Anness A). |
|
(50) |
Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-isforzi u l-progress li sar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja lejn is-soluzzjoni sostenibbli tan-nuqqasijiet fis-sikurezza. |
Trasportaturi bl-ajru mill-Filippini
|
(51) |
B’referenza għar-Regolament Nru 273/2010 (9), il-Kummissjoni kompliet attivament il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini (CAAP) dwar l-azzjonijiet li ħadu sabiex itejbu kemm is-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Filippini kif ukoll il-konformità mal-istandards tas-sikurezza applikabbli. |
|
(52) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini (CAAP) taw informazzjoni dwar kif nedew għadd ta’ azzjonijiet, li jinvolvu b’mod partikolari: ir-riformulazzjoni tar-regoli u tar-regolamenti implimentattivi attwali, mistennija sa tmiem l-2010; iktar bini tal-kapaċitajiet tas-CAAP permezz tat-trasferiment ta’ spetturi kkwalifikati li attwalment qed jaħdmu għall-ICAO taħt il-proġett ta’ assistenza teknika, li mistenni li jkun iffinalizzat sa tmiem l-2010, u r-reklutaġġ ta’ iktar persunal; ir-riverifika u r-riċertifikazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru kollha, inklużi dawk li diġà kienu ċċertifikati mis-CAAP qabel Marzu 2010; l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ sorveljanza kontinwa għat-trasportaturi bl-ajru kollha; u t-tisħiħ tal-azzjonijiet ta’ infurzar fil-każ tan-nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati. |
|
(53) |
Is-CAAP taw informazzjoni li, fid-19 ta’ Marzu 2010, issospendew iċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC) ta’ Pacific East Asia Cargo Airlines (PEAC), trasportatur li kompla bl-operazzjonijiet mingħajr ma kien adegwatament iċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini. |
|
(54) |
It-trasportatur bl-ajru Interisland Airlines Inc., li kien ġie ċċertifikat mis-CAAP fis-16 ta’ Marzu 2010, esperjenza aċċident fatali fil-21 ta’ April 2010, li kien jinvolvi inġenju tal-ajru fuq l-AOC tiegħu tat-tip Antonov 12BP bil-marka tar-reġistrazzjoni UP-AN216. Is-CAAP, li investigaw il-każ wara l-aċċident, fit-23 ta’ April 2010 ddeċidew li jirrevokaw l-AOC ta’ Interisland Airlines Inc, li konsegwentement waqqaf kompletament l-operazzjonijiet tiegħu. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li Interisland Airlines Inc. għandu jitneħħa mill-Anness A. |
|
(55) |
Philippine Airlines talab li jinstema’ mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru sabiex jirrapporta dwar il-progress reċenti u għamel dan fit-22 ta’ Ġunju 2010. It-trasportatur bl-ajru kkonferma li għadda minn verifika komprensiva ta’ riċertifikazzjoni min-naħa tas-CAAP, li l-azzjonijiet korrettivi kollha ngħalqu b’mod xieraq u li fis-17 ta’ Ġunju 2010 nħareġ AOC ġdid. Madankollu, il-konklużjoni reċenti ta’ dan il-proċess ta’ riċertifikazzjoni u s-sottomissjoni tardiva tal-evidenza korrispondenti ma ppermettewx li tiġi vverifikata s-sitwazzjoni fuq il-post kif mistenni. |
|
(56) |
Cebu Pacific Airlines talab li jinstema’ mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru sabiex jirrapporta dwar il-progress reċenti u għamel dan fit-22 ta’ Ġunju 2010. It-trasportatur bl-ajru kkonferma li għadda minn verifika komprensiva ta’ riċertifikazzjoni min-naħa tas-CAAP u li l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa kienu għaddejjin, peress li diversi azzjonijiet minnhom kienu għadhom miftuħin, għalkemm fis-7 ta’ Ġunju 2010 diġà kien inħareġ AOC ġdid, bi speċifikazzjonijiet operattivi ristretti sabiex ikunu esklużi l-ġarr ta’ merkanzija perikoluża u l-approċċi ta’ preċiżjoni fil-Kategorija II għall-flotta ta’ ATR-72. Madankollu, is-sottomissjoni tardiva tal-evidenza korrispondenti u l-eżistenza ta’ sejbiet miftuħa ma ppermettewx li tiġi vverifikata s-sitwazzjoni fuq il-post kif mistenni. |
|
(57) |
It-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza nnotifikat mill-ICAO wara l-verifika tal-USOAP tal-Filippini li wettqet f’Ottubru 2009 lill-Istati kollha li huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Chicago u li jaffetwa s-superviżjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi liċenzjati fil-Filippini (10) baqa’ mhux solvut. Is-CAAP taw informazzjoni dwar kif huma ressqu pjan ta’ azzjoni komprensiv quddiem l-ICAO sabiex jinstabu rimedji għan-nuqqasijiet identifikati minn din l-organizzazzjoni. Madankollu, huma naqsu milli jikkomunikaw dan il-pjan ta’ azzjoni korrettiva u l-valutazzjoni tal-ICAO dwar dan. Barra minn hekk, is-CAAP taw ukoll l-informazzjoni li l-Filippini mhux se jkunu f’pożizzjoni li japplikaw għal reviżjoni tal-klassifikazzjoni attwali mill-FAA tal-Istati Uniti qabel ir-raba’ trimestru tal-2010. |
|
(58) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi li għamlu l-awtoritajiet kompetenti sabiex jirriformaw is-sistema tal-avjazzjoni ċivili fil-Filippini. Madankollu, sakemm ikun hemm implimentazzjoni effettiva ta’ azzjonijiet korrettivi adegwati ħalli jinstab rimedju għan-nuqqasijiet identifikati mill-FAA tal-Istati Uniti u mill-ICAO, huwa vvalutat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini jibqgħu, f’dan l-istadju, ma jistgħux jimplimentaw u jinfurzaw b’mod effettiv l-istandards tas-sikurezza rilevanti fir-rigward tat-trasportaturi bl-ajru kollha taħt il-kontroll regolatorju tagħhom. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li t-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fil-Filippini kollha, ħlief Interisland Airlines Inc, għandhom jibqgħu fl-Anness A. |
|
(59) |
Il-Kummissjoni tibqa’ lesta li tappoġġja l-isforzi tal-Filippini, permezz ta’ żjara ta’ valutazzjoni f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-ICAO, bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, jekk ikun prattikabbli qabel il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li jmiss, sabiex ikun ivverifikat il-progress li għamlu s-CAAP, inkluża l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operaturi. |
Iran Air
|
(60) |
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 273/2010 (11), il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u bl-appoġġ tal-Istati Membri, għamlet żjara ta’ valutazzjoni tas-sikurezza fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran bejn id-29 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju 2010 sabiex tivverifika l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-miżuri mħabbra mill-awtoritajiet kompetenti (CAO-IRI) u minn Iran Air. |
|
(61) |
Matul iż-żjara, is-CAO-IRI setgħu juru li kellhom sistema ta’ superviżjoni stabbilita fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru li hija konformi mal-intenzjoni tad-Dokument 8335 tal-ICAO – Manwal tal-Proċeduri għall-Ispezzjoni, għaċ-Ċertifikazzjoni u għas-Sorveljanza Kontinwa tal-Operazzjonijiet. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kienu kkorreġew dgħufija li kienet identifikata preċedentement fil-proċeduri ta’ segwitu għall-verifika tagħhom billi adottaw sistema ta’ klassifikazzjoni tas-sejbiet fuq tliet livelli li tat il-possibbiltà li l-kwistjonijiet urġenti dwar is-sikurezza jiġu indirizzati mingħajr dewmien. L-awtoritajiet urew ukoll li kienu ħadu azzjoni biex jindirizzaw it-tħassib dwar is-sikurezza fejn għandhom x’jaqsmu t-trasportaturi Iranjani, u Iran Air b’mod partikolari. |
|
(62) |
Madankollu, fl-oqsma tal-ajrunavigabbiltà u tal-manutenzjoni, kienu evidenti diversi punti dgħajfa fis-superviżjoni tas-CAO-IRI fir-rigward ta’ Iran Air, inkluż nuqqas ta’ eżami dettaljat tal-Programmi ta’ Manutenzjoni u tal-Listi tat-Tagħmir Minimu, li wasslu biex ma jiġux skoperti l-iżbalji li għamel it-trasportatur bl-ajru. |
|
(63) |
Barra minn hekk, is-CAO-IRI ma setgħux jipprovdu lista konsolidata ta’ inċidenti li kienu seħħew matul it-titjiriet ta’ Iran Air u b’hekk ma kinux f’pożizzjoni li jkejlu l-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tat-trasportatur bl-ajru. Madankollu, is-CAO-IRI setgħu juru li wettqu investigazzjonijiet dettaljati tal-inċidenti sinifikanti kollha u għamlu rakkomandazzjonijiet. |
|
(64) |
Iż-żjara ta’ verifika nnutat l-impenn qawwi tas-CAO-IRI fl-adozzjoni ta’ tekniki moderni għall-ġestjoni tas-sikurezza u fir-rigward tal-avvanzi sinifikanti li saru matul l-aħħar sitt xhur. It-tim innota wkoll l-approċċ miftuħ, kooperattiv u kostruttiv li s-CAIO-IRI jużaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fil-proċeduri tagħhom. |
|
(65) |
Fil-każ ta’ Iran Air, ir-rapport jiġbed l-attenzjoni għal nuqqasijiet sinifikanti fil-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà u tal-manutenzjoni. B’mod partikolari, saru żbalji bażiċi fil-Programmi ta’ Manutenzjoni li wasslu għal omissjonijiet sinifikanti mill-programmi għal tagħmir relatat mas-sikurezza fuq il-flotta ta’ Airbus A-320 u fuq l-inġenji tal-ajru tat-tagħbija tat-tip Boeing 747-200. Barra minn hekk, is-sistema ta’ manutenzjoni għall-flotta ta’ Airbus A-320 naqset milli tiżgura li l-punti posposti jiġu rettifikati fil-perjodi ta’ żmien speċifikati. Flimkien ma’ dan, ma kien qed isir l-ebda monitoraġġ tad-Dejta tat-Titjiriet fuq il-flotta ta’ Airbus A-320, u r-rata ta’ ġbir tad-dejta għall-flotot l-oħra kienet baxxa ħafna. Barra dan, ir-rapport jikkonkludi li l-kumpanija mhijiex qed tindirizza l-elementi bażiċi f’termini ta’ ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru tagħha. Dan huwa partikolarment evidenti fil-ġestjoni tal-inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A320 kif ukoll Boeing 727 u 747. |
|
(66) |
Madankollu, ir-rapport jinnota wkoll li, kien hemm titjib ċar fis-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità u fil-proċessi ta’ ġestjoni tas-sikurezza ta’ Iran Air, b’mod partikolari fl-użu tal-Verifiki tas-Sikurezza Orjentati lejn il-Linji (tal-Ajru) u l-formazzjoni ta’ “Kunsill Għoli tas-Sikurezza”, immexxi mid-Direttur Maniġerjali, li ġie assenjat il-kompitu li jikkoordina u jissorvelja l-attivitajiet diretti lejn l-implimentazzjoni ta’ standards tas-sikurezza rigorużi fid-dipartimenti operattivi. Barra minn hekk, jinnota l-approċċ miftuħ u kooperattiv sabiex ikunu solvuti n-nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati u r-rieda tajba tat-trasportatur bl-ajru li jadotta tekniki moderni għall-ġestjoni tas-sikurezza. |
|
(67) |
Iran Air għamel preżentazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u pprovda dettalji ta’ pjan ta’ azzjoni korrettiva sabiex ikunu indirizzati l-osservazzjonijiet li saru matul iż-żjara fuq il-post. |
|
(68) |
Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Istati Membri taħt l-awspiċi tal-programm SAFA tul l-aħħar 14-il xahar juru titjib kostanti fil-prestazzjoni; madankollu, jidher ċar li r-riżultati fir-rigward tal-inġenji tal-ajru tat-tip A-320 huma agħar milli ta’ inġenji tal-ajru oħrajn tat-trasportatur bl-ajru. |
|
(69) |
Minħabba n-nuqqasijiet ivverifikati dwar l-ajrunavigabbiltà u l-manutenzjoni kontinwi, u r-riżultati tal-ispezzjonijiet tas-SAFA, huwa vvalutat li, abbażi tal-kriterji komuni, l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip A-320, Boeing B-727, B-747 serje -100, Boeing B-747 serje -200 u Boeing B-747-SP fuq l-AOC tat-trasportatur bl-ajru ma għandhomx jitħallew joperaw fl-Unjoni Ewropea u għalhekk, dawn l-inġenji tal-ajru għandhom ikunu inklużi fl-Anness B. It-trasportatur bl-ajru għandu jitħalla jtir fl-Unjoni Ewropea dejjem jekk l-operazzjonijiet tiegħu jkunu strettament limitati għal-livell preżenti tagħhom (frekwenzi u destinazzjonijiet) bl-inġenji tal-ajru permessi skont l-Anness B. |
|
(70) |
Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib il-prestazzjoni ta’ Iran Air. Madankollu, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Iran, il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tintensifika l-konsultazzjonijiet tagħha ma’ dawn l-awtoritajiet ħalli jkunu jingħataw soluzzjonijiet sostenibbli għan-nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati. Il-Kummissjoni qed titlob lis-CAO-IRI biex jibagħtu rapporti mensili dwar il-verifika tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva u biex jipprovdu informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha ta’ superviżjoni fl-oqsma tal-ajrunavigabbiltà, tal-manutenzjoni u tal-operazzjonijiet kontinwi mwettqa mis-CAO-IRI fuq Iran Air. |
|
(71) |
L-Istati Membri se jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva ta’ Iran Air mal-istandards tas-sikurezza rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom jitwettqu fuq l-inġenji tal-ajru ta’ dan it-trasportatur f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 351/2008. |
Trasportaturi bl-ajru mill-Federazzjoni Russa
|
(72) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa infurmaw lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, matul il-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Ġunju 2010, li kienu ħadu għadd ta’ miżuri sabiex itejbu s-superviżjoni fuq ċerti trasportaturi bl-ajru wara informazzjoni li rċevew mingħand il-Kummissjoni fis-6 ta’ Mejju dwar għadd dejjem ikbar ta’ sejbiet imqajma waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom impatt fuq is-sikurezza. |
|
(73) |
B’mod partikolari, huma taw informazzjoni li wara d-deċiżjoni tagħhom, mit-18 ta’ Mejju 2010, it-trasportatur bl-ajru YAK Service ma tħalliex jopera fl-ispazju tal-ajru tal-Istati tal-ECAC. Madankollu, jekk din id-deċiżjoni ma tiġix infurzata, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tieħu miżuri xierqa, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, b’relazzjoni għal dan it-trasportatur bl-ajru. |
|
(74) |
Bħal ma ġara matul aġġornamenti preċedenti tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa infurmaw lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru ukoll li bħala parti minn proċess ta’ sorveljanza kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru fuq ir-reġistru tagħhom, huma mmodifikaw id-deċiżjoni tagħhom tal-25 ta’ April 2008, fejn eskludew mill-operazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea l-inġenji tal-ajru fuq l-AOC ta’ 13-il trasportatur bl-ajru Russu. Dawn l-inġenji tal-ajru ma kinux mgħammra sabiex iwettqu titjiriet internazzjonali skont l-istandards tal-ICAO (ma kinux mgħammra b’TAWS/E-GPWS) u/jew iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tagħhom kien skada u/jew ma kienx ġie mġedded. Għalhekk, il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru ingħata lista tal-inġenji tal-ajru kollha li joperaw fuq AOC fir-Russja, flimkien mat-tagħmir assoċjat. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, l-inġenji tal-ajru li ġejjin huma esklużi minn operazzjonijiet li deħlin fi, li jitwettqu fi ħdan u li ħerġin barra mill-Unjoni Ewropea għaliex mhumiex mgħammra bit-tagħmir mitlub mill-Anness 6 tal-ICAO:
|
|
(75) |
Sabiex tiżdied il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri, il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru talab lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa biex jagħżlu punt fokali għall-komunikazzjoni kollha mal-membri tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa fuq it-trasportaturi bl-ajru Russi fl-ajruporti tal-UE u dawk imwettqa fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-UE fl-ajruporti fil-Federazzjoni Russa kif ukoll li għandhom x’jaqsmu mal-ħidma lejn iktar trasparenza permezz tal-użu ta’ skambju ta’ dejta dwar is-sikurezza. |
|
(76) |
Barra minn hekk, fil-qafas ta’ iktar kooperazzjoni u sabiex ikunu żgurati ċ-ċertezza legali u l-infurzar xieraq tal-miżuri li ttieħdu sabiex ikunu esklużi t-trasportaturi bl-ajru u l-inġenji tal-ajru li ma jkunux konformi mal-istandards tas-sikurezza rilevanti, intlaħaq ftehim sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russja jeżaminaw flimkien mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri, qabel il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, id-Deċiżjoni Konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ dawn l-awtoritajiet tal-24 ta’ April 2008. Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru qabel li jevalwa l-progress li sar fil-laqgħa li jmiss tiegħu u, fejn ikun xieraq, jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta l-miżuri meħtieġa fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(77) |
Sadanittant, l-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards tas-sikurezza rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li għandhom jitwettqu fuq l-inġenji tal-ajru ta’ dawn it-trasportaturi, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 351/2008, sabiex ikun żgurat li l-għadd ta’ spezzjonijiet imwettqa fuq it-trasportaturi bl-ajru Russi se jkun intensifikat ħalli tkun ipprovduta l-bażi għal rivalutazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom matul il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li għandha ssir f’Novembru 2010. |
Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar it-trasportaturi l-oħra inklużi fl-Annessi A u B
|
(78) |
S’issa ma ġiet ikkomunikata l-ebda evidenza lill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet ta’ rimedju xierqa mit-trasportaturi bl-ajru l-oħra inklużi fil-lista Komunitarja, li ġiet aġġornata fit-30 ta’ Marzu 2010, u mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja ta’ dawn it-trasportaturi bl-ajru, minkejja t-talbiet speċifiċi li għamlet il-Kummissjoni. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat (l-Anness A) jew għal restrizzjonijiet fuq l-operat (l-Anness B), skont il-każ. |
|
(79) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-Anness A għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness A għal dan ir-Regolament. |
|
2. |
L-Anness B għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness B għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.
(3) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.
(4) DGAC/F-2010-818.
(5) Premessi (20) sa (22) tar-Regolament (KE) Nru 910/2006 tal-20 ta’ Ġunju 2006, ĠU L 168, 21.6.2006, p. 17.
(6) Premessi (7) sa (8) tar-Regolament (KE) Nru 1400/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007, ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12.
(7) Premessi (55) sa (58) tar-Regolament (UE) Nru 273/2010 tat-30 ta’ Marzu 2010, ĠU L 84, 31.3.2010, p. 30.
(8) Premessa (12) tar-Regolament (KE) Nru 1131/2008 tal-14 ta’ Novembru 2008, ĠU L 306, 15.11.2009, p. 48.
(9) Premessi (74) sa (87) tar-Regolament (UE) Nru 273/2010 tat-30 ta’ Marzu 2010, ĠU L 84, 31.3.2010, p. 33.
(10) Sejba tal-ICAO OPS/01.
(11) Premessa (49) tar-Regolament (UE) Nru 273/2010 tat-30 ta’ Marzu 2010, ĠU L 84, 31.3.2010, p. 29.
ANNESS A
IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FL-UE (1)
|
Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti) |
In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC) jew tal-Liċenzja tal-Operat |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
L-Istat tal-Operatur |
|
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
L-Afganistan |
|
BLUE WING AIRLINES |
SRBWA-01/2002 |
BWI |
Is-Surinam |
|
SIEM REAP AIRWAYS INTERNATIONAL |
AOC/013/00 |
SRH |
Ir-Renju tal-Kambodja |
|
SILVERBACK CARGO FREIGHTERS |
Mhux magħruf |
VRB |
Ir-Repubblika tar-Rwanda |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċessjoni ta’ TAAG Angola Airlines li ddaħħal fl-Anness B, inklużi, |
|
|
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AEROJET |
015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR26 |
004 |
DCD |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR GEMINI |
002 |
GLL |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR GICANGO |
009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR JET |
003 |
MBC |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR NAVE |
017 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
ALADA |
005 |
RAD |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
ANGOLA AIR SERVICES |
006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
DIEXIM |
007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
GIRA GLOBO |
008 |
GGL |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
HELIANG |
010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
HELIMALONGO |
011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
MAVEWA |
016 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
PHA |
019 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
RUI & CONCEICAO |
012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
SAL |
013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
SERVISAIR |
018 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
SONAIR |
014 |
SOR |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi, |
|
— |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
AERO BENIN |
PEA No 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
AFRICA AIRWAYS |
Mhux magħruf |
AFF |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
ALAFIA JET |
PEA No 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS |
Mhux applikabbli |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
BENIN GOLF AIR |
PEA No 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
BENIN LITTORAL AIRWAYS |
PEA No 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
LTL |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
COTAIR |
PEA No 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
COB |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
ROYAL AIR |
PEA No 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS |
BNR |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
TRANS AIR BENIN |
PEA No 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
TNB |
Ir-Repubblika tal-Benin |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
AERO SERVICE |
RAC06-002 |
RSR |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUAFLIGHT SERVICES |
RAC 06-003 |
EKA |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO |
RAC 06-004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
TRANS AIR CONGO |
RAC 06-001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi, |
|
— |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER |
409/CAB/MIN/TVC/051/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR KASAI |
409/CAB/MIN/TVC/036/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR KATANGA |
409/CAB/MIN/TVC/031/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR TROPIQUES |
409/CAB/MIN/TVC/029/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BLUE AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/028/08 |
BUL |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BRAVO AIR CONGO |
409/CAB/MIN/TC/0090/2006 |
BRV |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BUSINESS AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/048/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BUSY BEE CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/052/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
CETRACA AVIATION SERVICE |
409/CAB/MIN/TVC/026/08 |
CER |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
CHC STELLAVIA |
409/CAB/MIN/TC/0050/2006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
CONGO EXPRESS |
409/CAB/MIN/TVC/083/2009 |
EXY |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA) |
409/CAB/MIN/TVC/035/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
DOREN AIR CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0032/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
ENTREPRISE WORLD AIRWAYS (EWA) |
409/CAB/MIN/TVC/003/08 |
EWS |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
FILAIR |
409/CAB/MIN/TVC/037/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
GALAXY KAVATSI |
409/CAB/MIN/TVC/027/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
GILEMBE AIR SOUTENANCE (GISAIR) |
409/CAB/MIN/TVC/053/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
GOMA EXPRESS |
409/CAB/MIN/TC/0051/2006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
GOMAIR |
409/CAB/MIN/TVC/045/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
HEWA BORA AIRWAYS (HBA) |
409/CAB/MIN/TVC/038/08 |
ALX |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS (ITAB) |
409/CAB/MIN/TVC/033/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
KIN AVIA |
409/CAB/MIN/TVC/042/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
LIGNES AÉRIENNES CONGOLAISES (LAC) |
Firma ministerjali (l-ordinanza Nru. 78/205) |
LCG |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
MALU AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/04008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
MANGO AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/034/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SAFE AIR COMPANY |
409/CAB/MIN/TVC/025/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SERVICES AIR |
409/CAB/MIN/TVC/030/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SWALA AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/050/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
TMK AIR COMMUTER |
409/CAB/MIN/TVC/044/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
TRACEP CONGO AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/046/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
TRANS AIR CARGO SERVICES |
409/CAB/MIN/TVC/024/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
WIMBI DIRA AIRWAYS |
409/CAB/MIN/TVC/039/08 |
WDA |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
ZAABU INTERNATIONAL |
409/CAB/MIN/TVC/049/09 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Ġibuti responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inkluż |
|
|
Ġibuti |
|
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Ġibuti |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi, |
|
|
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
CRONOS AIRLINES |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
CEIBA INTERCONTINENTAL |
Mhux magħruf |
CEL |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
EGAMS |
Mhux magħruf |
EGM |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
EUROGUINEANA DE AVIACION Y TRANSPORTES |
2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS |
EUG |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
GENERAL WORK AVIACION |
002/ANAC |
Mhux applikabbli |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
GETRA – GUINEA ECUATORIAL DE TRANSPORTES AEREOS |
739 |
GET |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
GUINEA AIRWAYS |
738 |
Mhux applikabbli |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
STAR EQUATORIAL AIRLINES |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
UTAGE – UNION DE TRANSPORT AEREO DE GUINEA ECUATORIAL |
737 |
UTG |
Il-Ginea Ekwatorjali |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni ta’ Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Mandala Airlines, Ekspres Transportasi Antarbenua, Indonesia Air Asia u Metro Batavia, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AIR PACIFIC UTAMA |
135-020 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ALFA TRANS DIRGANTATA |
135-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ASCO NUSA AIR |
135-022 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ASI PUDJIASTUTI |
135-028 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AVIASTAR MANDIRI |
135-029 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
CARDIG AIR |
121-013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DABI AIR NUSANTARA |
135-030 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DERAYA AIR TAXI |
135-013 |
DRY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DERAZONA AIR SERVICE |
135-010 |
DRZ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DIRGANTARA AIR SERVICE |
135-014 |
DIR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
EASTINDO |
135-038 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
GATARI AIR SERVICE |
135-018 |
GHS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INDONESIA AIR TRANSPORT |
135-034 |
IDA |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INTAN ANGKASA AIR SERVICE |
135-019 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
JOHNLIN AIR TRANSPORT |
135-043 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KAL STAR |
121-037 |
KLS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KARTIKA AIRLINES |
121-003 |
KAE |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KURA-KURA AVIATION |
135-016 |
KUR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
LION MENTARI AIRLINES |
121-010 |
LNI |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MANUNGGAL AIR SERVICE |
121-020 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MEGANTARA |
121-025 |
MKE |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MERPATI NUSANTARA AIRLINES |
121-002 |
MNA |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MIMIKA AIR |
135-007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NATIONAL UTILITY HELICOPTER |
135-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NUSANTARA AIR CHARTER |
121-022 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NUSANTARA BUANA AIR |
135-041 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NYAMAN AIR |
135-042 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PELITA AIR SERVICE |
121-008 |
PAS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA |
135-026 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PURA WISATA BARUNA |
135-025 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
REPUBLIC EXPRESS AIRLINES |
121-040 |
RPH |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
RIAU AIRLINES |
121-016 |
RIU |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SAMPOERNA AIR NUSANTARA |
135-036 |
SAE |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SAYAP GARUDA INDAH |
135-004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SKY AVIATION |
135-044 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SMAC |
135-015 |
SMC |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SRIWIJAYA AIR |
121-035 |
SJY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SURVEI UDARA PENAS |
135-006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRANSWISATA PRIMA AVIATION |
135-021 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE |
121-038 |
XAR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRAVIRA UTAMA |
135-009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRI MG INTRA ASIA AIRLINES |
121-018 |
TMG |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRIGANA AIR SERVICE |
121-006 |
TGN |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
UNINDO |
135-040 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
WING ABADI AIRLINES |
121-012 |
WON |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kazakistan responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni ta’ Air Astana li ddaħħal fl-Anness B, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AERO AIR COMPANY |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AEROPRAKT KZ |
Mhux magħruf |
APK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AIR ALMATY |
AK-0331-07 |
LMY |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AIR COMPANY KOKSHETAU |
AK-0357-08 |
KRT |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AIR DIVISION OF EKA |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AIR FLAMINGO |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AIR TRUST AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AK SUNKAR AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
AKS |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ALMATY AVIATION |
Mhux magħruf |
LMT |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ARKHABAY |
Mhux magħruf |
KEK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ASIA CONTINENTAL AIRLINES |
AK-0345-08 |
CID |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ASIA CONTINENTAL AVIALINES |
AK-0371-08 |
RRK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ASIA WINGS |
AK-0390-09 |
AWA |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ASSOCIATION OF AMATEUR PILOTS OF KAZAKHSTAN |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ATMA AIRLINES |
AK-0372-08 |
AMA |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ATYRAU AYE JOLY |
AK-0321-07 |
JOL |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
AVIA-JAYNAR |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
BEYBARS AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
BERKUT AIR/BEK AIR |
AK-0311-07 |
BKT/BEK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
BERKUT KZ |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
BURUNDAYAVIA AIRLINES |
AK-0374-08 |
BRY |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
COMLUX |
AK-0352-08 |
KAZ |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
DETA AIR |
AK-0344-08 |
DET |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
EAST WING |
AK-0332-07 |
EWZ |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
EASTERN EXPRESS |
AK-0358-08 |
LIS |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
EURO-ASIA AIR |
AK-0384-09 |
EAK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
EURO-ASIA AIR INTERNATIONAL |
Mhux magħruf |
KZE |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
FENIX |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
FLY JET KZ |
AK-0391-09 |
FJK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
IJT AVIATION |
AK-0335-08 |
DVB |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
INVESTAVIA |
AK-0342-08 |
TLG |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
IRTYSH AIR |
AK-0381-09 |
MZA |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
JET AIRLINES |
AK-0349-09 |
SOZ |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
JET ONE |
AK-0367-08 |
JKZ |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KAZAIR JET |
AK-0387-09 |
KEJ |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KAZAIRTRANS AIRLINE |
AK-0347-08 |
KUY |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KAZAIRWEST |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KAZAVIA |
Mhux magħruf |
KKA |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KAZAVIASPAS |
Mhux magħruf |
KZS |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
KOKSHETAU |
AK-0357-08 |
KRT |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
MEGA AIRLINES |
AK-0356-08 |
MGK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
MIRAS |
AK-0315-07 |
MIF |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
NAVIGATOR |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ORLAN 2000 AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
KOV |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
PANKH CENTER KAZAKHSTAN |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
PRIME AVIATION |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SALEM AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
KKS |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SAMAL AIR |
Mhux magħruf |
SAV |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SAYAKHAT AIRLINES |
AK-0359-08 |
SAH |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SEMEYAVIA |
Mhux magħruf |
SMK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SCAT |
AK-0350-08 |
VSV |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SKYBUS |
AK-0364-08 |
BYK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SKYJET |
AK-0307-09 |
SEK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
SKYSERVICE |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
TYAN SHAN |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
UST-KAMENOGORSK |
AK-0385-09 |
UCK |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ZHETYSU AIRCOMPANY |
Mhux magħruf |
JTU |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ZHERSU AVIA |
Mhux magħruf |
RZU |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
ZHEZKAZGANAIR |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kazakistan |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR MANAS |
17 |
MBB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
ASIAN AIR |
Mhux magħruf |
AAZ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AEROSTAN (EX BISTAIR-FEZ BISHKEK) |
08 |
BSC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
CLICK AIRWAYS |
11 |
CGK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
DAMES |
20 |
DAM |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
EASTOK AVIA |
15 |
EEA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
GOLDEN RULE AIRLINES |
22 |
GRS |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
ITEK AIR |
04 |
IKA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
KYRGYZ TRANS AVIA |
31 |
KTC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
KYRGYZSTAN |
03 |
LYN |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
KYRGYZTAN AIRLINE |
Mhux magħruf |
KGA |
Ir-Repubblika Kirġiża |
|
MAX AVIA |
33 |
MAI |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
S GROUP AVIATION |
6 |
SGL |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY GATE INTERNATIONAL AVIATION |
14 |
SGD |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY WAY AIR |
21 |
SAB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
TENIR AIRLINES |
26 |
TEB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
TRAST AERO |
05 |
TSJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
VALOR AIR |
07 |
VAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-superviżjoni regolatorja |
|
– |
Il-Liberja |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni ta’ Gabon Airlines, Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
AIR SERVICES SA |
004/MTAC/ANAC-G/DSA |
RVS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
AIR TOURIST (ALLEGIANCE) |
007/MTAC/ANAC-G/DSA |
LGE |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
NATIONALE ET REGIONALE TRANSPORT (NATIONALE) |
008/MTAC/ANAC-G/DSA |
NRG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SCD AVIATION |
005/MTAC/ANAC-G/DSA |
SCY |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SKY GABON |
009/MTAC/ANAC-G/DSA |
SKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SOLENTA AVIATION GABON |
006/MTAC/ANAC-G/DSA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Filippini responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AEROWURKS AERIAL SPRAYING SERVICES |
4AN2008003 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AIR PHILIPPINES CORPORATION |
2009006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AIR WOLF AVIATION INC. |
200911 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AIRTRACK AGRICULTURAL CORPORATION |
4AN2005003 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ASIA AIRCRAFT OVERSEAS PHILIPPINES INC. |
4AN9800036 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AVIATION TECHNOLOGY INNOVATORS, INC. |
4AN2007005 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AVIATOUR’S FLY’N INC. |
200910 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
AYALA AVIATION CORP. |
4AN9900003 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
BEACON |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
BENDICE TRANSPORT MANAGEMENT INC. |
4AN2008006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CANADIAN HELICOPTERS PHILIPPINES INC. |
4AN9800025 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CEBU PACIFIC AIR |
2009002 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CHEMTRAD AVIATION CORPORATION |
2009018 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CM AERO |
4AN2000001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CORPORATE AIR |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
CYCLONE AIRWAYS |
4AN9900008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
FAR EAST AVIATION SERVICES |
2009013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
F.F. CRUZ AND COMPANY, INC. |
2009017 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
HUMA CORPORATION |
2009014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
INAEC AVIATION CORP. |
4AN2002004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ISLAND AVIATION |
2009009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ISLAND TRANSVOYAGER |
2010022 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
LION AIR, INCORPORATED |
2009019 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
MACRO ASIA AIR TAXI SERVICES |
4AN9800035 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
MINDANAO RAINBOW AGRICULTURAL DEVELOPMENT SERVICES |
2009016 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
MISIBIS AVIATION & DEVELOPMENT CORP |
2010020 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
OMNI AVIATION CORP. |
4AN2002002 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
PACIFIC EAST ASIA CARGO AIRLINES, INC. |
4AS9800006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
PACIFIC AIRWAYS CORPORATION |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
PACIFIC ALLIANCE CORPORATION |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
PHILIPPINE AIRLINES |
2009001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
PHILIPPINE AGRICULTURAL AVIATION CORP. |
4AN9800015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ROYAL AIR CHARTER SERVICES INC. |
4AN2003003 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ROYAL STAR AVIATION, INC. |
4AN9800029 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
SOUTH EAST ASIA INC. |
2009004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
SOUTHSTAR AVIATION COMPANY, INC. |
4AN9800037 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
SPIRIT OF MANILA AIRLINES CORPORATION |
2009008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
SUBIC INTERNATIONAL AIR CHARTER |
4AN9900010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
SUBIC SEAPLANE, INC. |
4AN2000002 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
TOPFLITE AIRWAYS, INC. |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
TRANSGLOBAL AIRWAYS CORPORATION |
2009007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
WORLD AVIATION, CORP. |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
WCC AVIATION COMPANY |
2009015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
YOKOTA AVIATION, INC. |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ZENITH AIR, INC. |
2009012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
ZEST AIRWAYS INCORPORATED |
2009003 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Filippini |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Prínċipe responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi |
– |
– |
São Tomé u Prínċipe |
|
AFRICA CONNECTION |
10/AOC/2008 |
Mhux magħruf |
São Tomé u Prínċipe |
|
BRITISH GULF INTERNATIONAL COMPANY LTD |
01/AOC/2007 |
BGI |
São Tomé u Prínċipe |
|
EXECUTIVE JET SERVICES |
03/AOC/2006 |
EJZ |
São Tomé u Prínċipe |
|
GLOBAL AVIATION OPERATION |
04/AOC/2006 |
Mhux magħruf |
São Tomé u Prínċipe |
|
GOLIAF AIR |
05/AOC/2001 |
GLE |
São Tomé u Prínċipe |
|
ISLAND OIL EXPLORATION |
01/AOC/2008 |
Mhux magħruf |
São Tomé u Prínċipe |
|
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
STP |
São Tomé u Prínċipe |
|
TRANSAFRIK INTERNATIONAL LTD |
02/AOC/2002 |
TFK |
São Tomé u Prínċipe |
|
TRANSCARG |
01/AOC/2009 |
Mhux magħruf |
São Tomé u Prínċipe |
|
TRANSLIZ AVIATION (TMS) |
02/AOC/2007 |
TMS |
São Tomé u Prínċipe |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sjerra Leone responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi |
– |
– |
Sjerra Leone |
|
AIR RUM, LTD |
Mhux magħruf |
RUM |
Sjerra Leone |
|
DESTINY AIR SERVICES, LTD |
Mhux magħruf |
DTY |
Sjerra Leone |
|
HEAVYLIFT CARGO |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Sjerra Leone |
|
ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD |
Mhux magħruf |
ORJ |
Sjerra Leone |
|
PARAMOUNT AIRLINES, LTD |
Mhux magħruf |
PRR |
Sjerra Leone |
|
SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD |
Mhux magħruf |
SVT |
Sjerra Leone |
|
TEEBAH AIRWAYS |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Sjerra Leone |
|
It-trasportaturi kollha bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-superviżjoni regolatorja |
|
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUDAN AIRWAYS |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUN AIR COMPANY |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
MARSLAND COMPANY |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ATTICO AIRLINES |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
FOURTY EIGHT AVIATION |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUDANESE STATES AVIATION COMPANY |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALMAJARA AVIATION |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
BADER AIRLINES |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALFA AIRLINES |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
AZZA TRANSPORT COMPANY |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
GREEN FLAG AVIATION |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALMAJAL AVIATION SERVICE |
Mhux magħruf |
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inkluż |
– |
– |
Is-Sważiland |
|
SWAZILAND AIRLINK |
Mhux magħruf |
SZL |
Is-Sważiland |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inkluż |
|
|
Iż-Żambja |
|
ZAMBEZI AIRLINES |
Z/AOC/001/2009 |
ZMA |
Iż-Żambja |
(1) It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jistgħu jingħataw permess jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji bl-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.
ANNESS B
IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UE (1)
|
Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, tiegħu jekk ikun differenti) |
In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC) |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
L-Istat tal-Operatur |
It-tip ta’ inġenju tal-ajru ristrett |
Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni |
L-Istat tar-reġistrazzjoni |
|
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
|
DPRK |
Il-flotta kollha ħlief: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip Tu-204 |
Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633 |
DPRK |
|
AFRIJET (2) |
002/MTAC/ANAC-G/DSA |
|
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50; żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900 |
Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
AIR ASTANA (3) |
AK-0388-09 |
KZR |
Il-Kazakistan |
Il-flotta kollha ħlief: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip B767; erba’ (4) inġenji tal-ajru tat-tip B757; għaxar (10) inġenji tal-ajru tat-tip A319/320/321; ħames (5) inġenji tal-ajru tat-tip Fokker 50 |
Il-flotta kollha ħlief: P4-KCA, P4-KCB; P4-EAS, P4-FAS, P4-GAS, P4-MAS; P4-NAS, P4-OAS, P4-PAS, P4-SAS, P4-TAS, P4-UAS, P4-VAS, P4-WAS, P4-YAS, P4-XAS; P4-HAS, P4-IAS, P4-JAS, P4-KAS, P4-LAS |
Aruba (ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) |
|
AIR SERVICE COMORES |
06-819/TA-15/DGACM |
KMD |
Il-Komoros |
Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP |
Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336) |
Il-Komoros |
|
GABON AIRLINES (4) |
001/MTAC/ANAC |
GBK |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Boeing B-767-200 |
Il-flotta kollha ħlief: TR-LHP |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
IRAN AIR (5) |
FS100 |
IRA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
Il-flotta kollha ħlief: 14-il inġenju tal-ajru tat-tip A300, tmien (8) inġenji tal-ajru tat-tip A310, inġenju tal-ajru wieħed (1) B737, |
Il-flotta kollha ħlief: EP-IBA EP-IBB EP-IBC EP-IBD EP-IBG EP-IBH EP-IBI EP-IBJ EP-IBM EP-IBN EP-IBO EP-IBS EP-IBT EP-IBV EP-IBX EP-IBZ EP-ICE EP-ICF EP-IBK EP-IBL EP-IBP EP-IBQ EP-AGA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
|
NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG) |
003/MTAC/ANAC-G/DSA |
NVS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL601; inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800 |
Il-flotta kollha ħlief: TR-AAG, ZS-AFG |
Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel |
|
TAAG ANGOLA AIRLINES |
001 |
DTA |
Ir-Repubblika tal-Angola |
Il-flotta kollha ħlief: tliet (3) inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-777 u erba’ (4) inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-737-700 |
Il-flotta kollha ħlief: D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TBF, D2, TBG, D2-TBH, D2-TBJ |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
UKRAINIAN MEDITERRANEAN |
164 |
UKM |
L-Ukraina |
Il-flotta kollha ħlief inġenju tal-ajru wieħed tat-tip MD-83 |
Il-flotta kollha ħlief: UR-CFF |
L-Ukraina |
(1) It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jistgħu jingħataw permess jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.
(2) Afrijet jitħalla juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fl-UE.
(3) Air Astana jitħalla juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fl-UE.
(4) Gabon Airlines jitħalla juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fl-UE.
(5) Iran Air jitħalla jopera lejn l-Unjoni Ewropea meta juża l-inġenji tal-ajru speċifiċi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessa (69) ta’ dan ir-Regolament.
|
6.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 591/2010
tal-5 ta’ Lulju 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
56,2 |
|
MK |
45,6 |
|
|
TR |
50,2 |
|
|
ZZ |
50,7 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
45,6 |
|
TR |
123,6 |
|
|
ZZ |
84,6 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
102,6 |
|
ZZ |
102,6 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
111,7 |
|
TR |
97,3 |
|
|
UY |
91,0 |
|
|
ZA |
104,6 |
|
|
ZZ |
101,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
105,4 |
|
BR |
78,7 |
|
|
CA |
83,2 |
|
|
CL |
96,2 |
|
|
CN |
69,1 |
|
|
NZ |
107,8 |
|
|
US |
84,5 |
|
|
ZA |
103,9 |
|
|
ZZ |
91,1 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
102,2 |
|
CL |
113,9 |
|
|
CN |
98,4 |
|
|
NZ |
159,1 |
|
|
ZA |
121,4 |
|
|
ZZ |
119,0 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
232,0 |
|
ZZ |
232,0 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
287,5 |
|
ZZ |
287,5 |
|
|
0809 30 |
AR |
137,1 |
|
TR |
152,0 |
|
|
ZZ |
144,6 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
133,1 |
|
US |
110,3 |
|
|
ZZ |
121,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
6.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/33 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 592/2010
tal-5 ta’ Lulju 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2010 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-6 ta’ Lulju 2010
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
41,21 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
41,21 |
2,54 |
|
1701 12 10 (1) |
41,21 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
41,21 |
2,24 |
|
1701 91 00 (2) |
44,93 |
3,99 |
|
1701 99 10 (2) |
44,93 |
0,86 |
|
1701 99 90 (2) |
44,93 |
0,86 |
|
1702 90 95 (3) |
0,45 |
0,24 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
|
6.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Ġunju 2010
dwar l-allokazzjoni ta’ kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluorokarburi permessi għal użi essenzjali jew kritiċi analitiċi u tal-laboratorju fl-Unjoni fl-2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3850)
(It-testi bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Olandiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(2010/375/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni diġà kienet temmet gradwalment il-produzzjoni u l-konsum tal-klorofluorokarburi, il-klorofluorokarburi oħrajn aloġenati kompletament, l-aloni, it-tetraklorur tal-karbonju, il-1,1,1-trikloroetan, l-idrobromofluorokarburi u l-bromoklorometan għal bosta użi. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina l-użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju għal dawn is-sustanzi kkontrollati, il-kwantitiajiet li jistgħu jintużaw u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni XIX/18 tal-partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum meħtieġa biex ilaħħqu mal-użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju ta’ sustanzi kkontrollati elenkati fl-Annessi A, B u C (sustanzi tal-Grupp II u III) għall-Protokoll ta’ Montreal, hekk kif elenkati fl-Anness IV għar-rapport tas-Seba’ Laqgħa tal-Partijiet, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II għar-rapport tas-Sitt Laqgħa tal-Partijiet, kif ukoll fid-Deċiżjonijiet VI/9, VII/11, XI/15 XV/5, XVI/16 u XXI/16 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni XVII/10 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum tal-bromur tal-metil, elenkati fl-Anness E għall-Protokoll ta’ Montreal, meħtieġa biex ilaħħqu mal-użi kritiċi analitiċi u tal-laboratorju tal-bromur tal-metil. |
|
(4) |
Skont il-Protokoll ta’ Montreal l-eżenzjoni globali tal-użi analitiċi u tal-laboratorju hija soġġetta għal reviżjoni perjodika u ġiet estiża l-aħħar bid-Deċiżjoni XXI/6 sal-31 ta’ Diċembru 2014. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni VI/25 tispeċifika li użu jista’ jiġi kkunsidrat biss bħala essenzjali jekk ma jkunx hemm alternattivi teknikament u ekonomikament vijabbli disponibbli jew sostituti aċċettabbli f’dak li għandhom x’jaqsmu l-ambjent u s-saħħa. Għandu jitfassal Anness li jelenka dawk l-użi li għalihom il-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal jikkunsidraw li hemm alternattivi disponibbli. Dan l-Anness għandu juri wkoll il-lista pożittiva tal-użi essenzjali permessi tal-bromur tal-metil, kif miftiehem mill-Partijiet fid-Deċiżjoni XVIII/15. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni ppubblikat Avviż għall-impriżi li beħsiebom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2010, u l-impriżi li għall-2010 beħsiebhom jitolbu kwota għal dawn is-sustanzi maħsuba għal użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju (2), u rċeviet dikjarazzjonijiet dwar l-użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju ta’ sustanzi kkontrollati maħsuba għall-2009. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-produzzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluorokarburi jistgħu jkunu permessi għal kwalunkwe użu essenzjali analitiku u tal-laboratorju speċifikat fl-Anness I.
Artikolu 2
Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati għajr tal-idroklorofluorokarburi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 li tista’ tiġi prodotta jew importata għal użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju fl-Unjoni fl-2010 għandha tkun 63 843,371 kilogramma tal-ODP.
Artikolu 3
L-allokazzjoni ta’ kwoti għal użu essenzjali analitiku u tal-laboratorju għal sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluorokarburi għas-sena 2010 se tingħata lill-impriżi indikati fl-Anness II. Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2010 għal użi analitiċi u tal-laboratorju allokati lil dawn l-impriżi se tiġi stipulata fl-Anness III.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 5
Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Magħmul fi Brussel, it-18 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
Użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju ta’ sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluorokarburi
|
1. |
Sustanzi kkontrollati tal-Grupp I (il-klorofluorokarburi 11, 12, 113, 114 u 115), tal-Grupp II (il-klorofluorokarburi oħrajn aloġenati kompletament), tal-Grupp III (l-aloni), tal-Grupp IV (it-tetraklorur tal-karbonju), tal-Grupp V (il-1,1,1-trikloroetan), tal-Grupp VII (l-idrobromofluorokarburi) u tal-Grupp IX (il-bromoklorometan) jistgħu jkunu permessi għall-użi analitiċi u tal-laboratorju kollha bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Il-bromur tal-metil (Grupp VI) jista’ jkun permess għall-użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju li ġejjin:
|
|
3. |
L-użi li ġejjin mhumiex ikkunsidrati bħala użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju:
|
ANNESS II
Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimportaw għal użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju
Qed tiġi allokata kwota għad-dritt ta’ produzzjoni jew importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għajr l-idrokloro-fluoro-karburi, li jistgħu jintuzaw għal użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju lil:
|
Kumpanija
|
ANNESS III
[Dan l-Anness mhux ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.]
|
6.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Lulju 2010
dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2010/376/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1) u partikolarment l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2001/95/KE tipprovdi l-istandards Ewropej li għandhom jiġu stabbiliti mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni. Dawn l-istandards għandhom jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali tad-Direttiva. |
|
(2) |
Skont id-Direttiva 2001/95/KE, prodott jitqies mingħajr periklu, sa fejn għandhom x’jaqsmu r-riskji u l-kategoriji ta’ riskji koperti mill-istandards nazzjonali, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej. |
|
(3) |
Fl-2006 il-Kummissjoni Ewropea ikkummissjonat studju (2) biex teżamina is-sikurezza ta’ diversi oġġetti tal-ħarsien tat-tfal ta’ spiss użati biex iħarsu it-trabi u tfal żgħar minn età ta’ 0 sa 5 snin. L-istudju sar f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, l-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, l-għaqdiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet tas-sikurezza tal-prodotti, operaturi ekonomiċi u laboratorji li jittestjaw. |
|
(4) |
Għal dawn il-prodotti, l-istudju ġabar statistika rilevanti fuq aċċidenti u korrimenti fl-Unjoni u mid-dinja kollha u wettaq stima kompluta tar-riskju, abbażi ta’ identifikazzjoni tal-perikli ewlenin u valutazzjoni tax-xenarji ta’ espożizzjoni. |
|
(5) |
Ħames tipi ta’ prodotti eżaminati mill-istudju, li jnsabu regolarment fl-ambjent tal-irqad tat-trabi tat-twelid u t-tfal żgħar, kienu identifikati għal segwitu wara l-istudju. Dawn huma saqqijiet tal-kott, cot bumpers, sodod mdendlin tat-trabi, duvets tat-tfal u sleep bags. |
|
(6) |
Kuljum, it-trabi tat-twelid jorqdu ta’ mill-inqas medja ta’ 16-il siegħa, u fl-età ta’ 3-5 snin it-tfal jistgħu jorqdu għal 11-13-il siegħa kuljum. Inklużi l-perjodi mqajmin, it-trabi u t-tfal żgħar iqattgħu ta’ mill-inqas nofs il-jum jew aktar f’ambjent ta’ rqad fl-ewwel ħames snin ta’ ħajjithom. Il-prodotti fl-ambjent tal-irqad għandhom ikunu sikuri għaliex dan hu fejn it-trabi u t-tfal żgħar huma regolarment afdati waħedhom għal perjodi itwal matul il-ġurnata u l-lejl. |
|
(7) |
Skont id-Dejtabeż Ewropea tal-Korrimenti (IDB), bejn l-2005 u l-2007, 17 000 inċident li jinvolvu tfal ta’ bejn ix-0 u l-4 snin ġraw fil-kottijiet fl-Unjoni Ewropea (3). Skont il-Kummissjoni tal-Istati Uniti tas-Sikurezza tal-Prodotti tal-Konsumatur (CPSC), kull sena aktar trabi jmutu f’inċidenti li jinvolvu l-kott u l-prodotti relatati mal-kott milli ma’ kwalunkwe prodott relatat mal-kura tat-tfal (4). |
|
(8) |
Xi mudelli tal-cot bumpers u s-sleep bags għat-tfal kienu notifikati permezz tas-sistema rapida Ewropea ta’ allarm RAPEX bħala li jippreżentaw riskji ta’ qtugħ ta’ nifs u fgar u għaldaqstant kienu irtirati mis-suq u nġabru. Fl-1992, il-Kummissjoni Franċiża tas-Sikurezza tal-Kunsumatur irrakkomandat azzjoni biex tinforma lill-konsumaturi u tittejjeb is-sikurezza tad-duvets tat-tfal, minħabba r-riskji tal-qbid tan-nar, sħana esaġerata u qtugħ ta’ nifs (5). Fl-2002, 2007 u 2008 is-CPSC tal-Istati Uniti ordnat il-ġbir ta’ xi mudelli ta’ saqqijiet għall-kottijiet minħabba l-perikli ta’ qbid u għajdut infondat (6). |
|
(9) |
Cot bumpers, saqqijiet u duvets tat-tfal, jekk m’humiex sikuri jew imqassmin mingħajr twissijiet essenzjali ta’ sikurezza, jistgħu jżidu l-inċidenza tas-sindromu tal-mewt għal għarrieda tat-trabi (SIDS) minħabba r-riskju ta’ sħana esaġerata u l-asfissija (7). |
|
(10) |
Fl-istess ħin, r-riċerka sabet li s-sleep bags għat-tfal jista’ jkollhom effett protettiv kontra s-SIDS (8) hekk kif inaqqsu l-inċidenza ta’ tidwir għal pożizzjoni vulnerabbli u tevita l-għata milli tmur fuq il-wiċċ u r-ras waqt l-irqad. Jekk l-użu tagħhom se jitħeġġeġ għal dawn ir-raġunijiet, hemm bżonn li tkun żgurata s-sikurezza tagħhom kontra riskji oħrajn, bħalma huma fgar b’biċċiet żgħar u qbid. |
|
(11) |
Ma jeżisti l-ebda standard Ewropew għal dawn il-ħames tipi ta’ prodotti. Għalhekk huwa neċessarju li jkunu ddeterminati l-ħtiġijiet skont l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2001/95/KE, bil-ħsieb li ssir talba lill-organi tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards biex inaqqsu r-riskji assoċjati mal-użu ta’ dawk il-prodotti. |
|
(12) |
Dawn l-istandards għandhom jiġu żviluppati skont il-proċedura stipulata fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (9). Ir-referenza tal-istandard adottat għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE. |
|
(13) |
Meta l-istandards rilevanti jkunu disponibbli, u bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tiddeċiedi li tippubblika r-referenza tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, saqqijiet tal-kott, sodod imdendlin tat-trabi, duvets tat-tfal u sleep bags għat-tfal manifatturati b’konformità ma’ standards bħal dawn għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE, sal-punt fejn huma kkonċernati r-rekwiżiti ta’ sikurezza koperti mill-istandards. |
|
(14) |
Din id-Deċiżjoni hija skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
|
— |
“ saqqu tal-kott ” tfisser prodott li jagħti għajnuna lit-trabi tat-twelid u lit-tfal biex jorqdu f’kott. Normalment dan hu tal-qis 60 × 120 ċm jew 70 × 140 ċm u jvarja fil-ħxuna bejn 6 u 15-il ċm. Jista’ jkun ukoll wieħed li jintewa, |
|
— |
“ cot bumper ” tfisser aċċessorju magħluq f’inċirata għall-kott mehmuż mal-parti t’isfel tiegħu, ġeneralment użat biex itejjeb il-kumdità tat-tifel/tifla. Jista’ jgħatti ta’ mill-inqas naħa waħda tal-kott, |
|
— |
“ sodda mdendla tat-trabi ” tfisser kott jew benniena, ta’ sikwit b’wiċċ mhux iebes jew kwalukwe wiċċ ċatt imdendel b’ċintorini, ċineg u faxex minn punt jew aktar ta’ saħħa. Jintuża biex fih titqiegħed tarbija żgħira li ma tistax toqgħod għarkobbtejha jew tpoġġi mingħajr għajnuna, |
|
— |
“ duvet għat-tfal ” tfisser borża tad-drapp li fiha mili artab għall-użu tal-kott biex iżżid il-kumdità waqt l-irqad u tevita l-ipotermija, |
|
— |
“ sleep bags għat-tfal ” tfisser borża b’materjal li jsaħħan jew kkuxxinata li fiha titqiegħed it-tarbija u mfassla li tevita l-ipotermija u soffokazzjoni waqt l-irqad jew it-tqegħid f’kott. |
Artikolu 2
Ir-rekwiżiti
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/95/KE għandhom jiġu stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) http://ec.europa.eu/consumers/safety/projects/ongoing-projects_en.htm#project_results
(3) IDB All Injury Data, 2005-2007.
(4) “Nursery product-related injuries and deaths among children under the age of five”, fis-CPSC, Frar 2009.
(5) http://www.securiteconso.org/article195.html
(6) http://www.cpsc.gov/cgi-bin/prod.aspx
(7) “Environment of infants during sleep and risk of sudden infant death”, British Medical Journal, 1996,
“ Changing concepts of SIDS: implications for infant sleeping environment and sleep position ”, American Academy of Paediatrics, Marzu 2000
“Sleep Environment and the risk of sudden Infant death in an urban population”, American Academy of Paediatrics, Mejju 2003
http://www.hc-sc.gc.ca/cps-spc/legislation/pol/bumper-bordure-eng.php
(8) “ Risk and preventive factors for cot death in The Netherlands, a low-incidence country”, European Journal of Paediatrics, Lulju 1998.
ANNESS
IR-REKWIŻITI SPEĊJALI TA’ SIKUREZZA GĦAS-SAQQIJIET TAL-KOTT
IR-RISKJI: Ir-riskji ewlenin assoċjati mal-prodott huma qbid f’nassa u ħruq.
Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza:
1. Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali
Il-prodotti ma għandhomx jipperikolaw is-sikurezza jew is-saħħa tat-tfal jew ta’ min jieħu ħsiebhom meta jintużaw kif suppost jew b’mod prevedibbli, meta titqies dejjem l-imġiba normali tat-tfal. Għandha titqies il-kapaċità tal-utenti u ta’ min jieħu ħsiebhom, b’mod partikolari, għal oġġetti li, minħabba l-funzjonijiet, id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tagħhom, ikunu maħsuba biex jintużaw minn tfal li ta’ taħt il-ħames snin. It-tikketti fuq l-oġġetti jew l-imballaġġi tagħhom u l-istruzzjonijiet dwar l-użu li jkun hemm magħhom għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta’ min jieħu ħsieb it-tfal rigward il-perikli u r-riskji involuti fl-użu tal-oġġetti u l-modi kif għandhom jiġu evitati.
2. Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza
Ir-rekwiżiti kimiċi
Is-saqqijiet tal-kott għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Il-proprjetajiet tan-nar u dawk termali
Is-saqqijiet tal-kott ma għandhomx ikunu oġġett perikoluż li jista’ jieħu n-nar fl-ambjent tat-tfal. Għalhekk għandhom ikunu magħmulin minn materjali li jissodisfaw waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
ma jinħarqux jekk jiltaqgħu b’mod dirett ma’ fjamma jew xintilla; |
|
— |
jekk jieħdu n-nar, jaqbdu bil-mod u jkollhom rata baxxa fit-tifrix tal-fjamma. |
Barra minn hekk, il-materjali kombustibbli m’għandhomx jitfgħu dħaħen tossiċi waqt il-kombustjoni.
L-użu tas-sustanzi tar-ritardjanti kimiċi tal-fjammi għandu jkun minimu. Jekk jintużaw sustanzi tar-ritardjanti kimiċi tal-fjammi, it-tossiċità tagħhom waqt l-użu u r-rimi tagħhom f’tmiemhom m’għandux jipperikola s-saħħa tal-utenti, dawk li jħarsu t-tfal jew l-ambjent.
Il-proprjetajiet fiżiċi u mekkaniċi
Biex ikun evitat il-qbid tat-torso, ir-ras jew l-għonq fil-qiegħ tas-sodda, is-saqqijiet tal-kott għandhom jgħattu kompletament il-bażi tas-sodda u jirreżistu s-saħħa kawżata mit-tifel meta jqum bil-wieqfa fuq is-saqqu jew jimxi fil-kott.
M’għandhiex tkun possibbli għat-tifel li jgħolli l-partijiet tas-saqqu li jintewa, li jista’ jagħtih aċċess għall-qiegħ tas-sodda u b’hekk jikber ir-riskju li jinqabad f’nassa.
Safejn hu possibbli l-oġġetti għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati sabiex jevitaw il-qbid tar-riġlejn, is-saqajn u l-idejn fi spazji bejn is-saqqu u n-naħat tal-kott.
Biex tkun evitata l-asfissija tat-tifel li rasu jew it-torso tiegħu jinqabdu bejn is-saqqu u n-naħat tal-kott, l-ispazju ta’ bejn is-saqqu u n-naħat tal-kott għandhom ikunu limitati biex jieħdu kont tal-pożizzjoni l-aktar probabbli tas-saqqu fuq il-qiegħ tal-kott.
It-tul taċ-ċintorini, taż-żigarelli u l-partijiet użati bħala qafliet u d-daqs tal-ingassi għandhom ikunu limitati biex jevitaw ir-riskju tat-tħabbil.
Is-saqqijiet tal-kott m’għandhomx ikunu magħmula minn dekalkomanija tal-plastik li tista’ tinqala’ mit-tifel jew kwalunkwe saffi oħra tas-saqqu li jittaqqbu li jistgħu jgħattu kemm il-ħalq kif ukoll l-imnieħer.
L-imballaġġ li jżomm fih l-oġġetti ma jridx jikkostitwixxi riskju ta’ soffokazzjoni billi jimblokka l-passaġġi tan-nifs tal-imnieħer u l-ħalq.
Biex ikun evitat ir-riskju ta’ soffokazzjoni, il-prodott m’għandux ikun magħmul minn mili artab tas-saqqu li jista’ jieħu l-forma ta’ wiċċ it-tifel jew jista’ joħloq forma li timblokka l-passaġġi tan-nifs tal-imnieħer u l-ħalq.
Is-saqqijiet tal-kott m’għandhomx ikollhom biċċiet separati jew żgħar li jistgħu jinqalgħu mit-tifel, jidħlu kompletament f’ħalq it-tifel jew jinbelgħu.
Is-saqqijiet tal-kott m’għandhomx ikollhom biċċiet żgħar li jistgħu jinqalgħu mit-tifel u li jistgħu jibqgħu mwaħħlin fil-farinġi jew fuq wara tal-kavità orali. Il-materjal tal-mili m’għandux ikun aċċessibbli, speċjalment b’tiċrit kkawżat bi gdim u għandu jiflaħ it-tensjoni kkawżata minn użu prevedibbli billi titqies il-possibbiltà tal-fibri li jgħaddu mill-ħjatat u s-saħħa tal-ħjatat.
Is-saqqijiet tal-kott m’għandhomx ikollhom truf jew ponot li jaqtgħu. Il-wajer tal-molol m’għandux ikollu ponot perikolużi u m’għandux jipponta ruħu barra mill-wiċċ tas-saqqu.
Il-materjal tas-saqqu għandu jkollu karatteristiċi fiżiċi tali li s-saqqu ma jkunx ta’ periklu ta’ qbid. M’għandux ikun hemm deformazzjoni permanenti tal-mili li tirriżulta f’cover merħi.
It-twissijiet speċifiċi għall-oġġett
It-twissijiet u l-istruzzjonijiet tal-użu għandhom jindikaw lil dawk li jieħdu ħsieb it-tfal il-ħxuna tas-saqqu biex ikunu evitati waqgħat mill-kott u d-daqs xieraq (tul u wisa’) biex tidħol eżatt fil-kott u jiġi evitat l-qbid.
Biex tkun evitata s-soffokazzjoni, l-istruzzjonijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal għall-perikli li jiġu meta żewġ saqqijiet jew aktar jitqegħdu fuq xulxin għall-kumdità tat-tifel.
Għandhom ikunu inklużi twissijiet kontra xenarji possibbli li jistgħu jikkawżaw ħruq (eż. tipjip qrib il-kott).
L-iġjene
Is-saqqijiet tal-kott għandhom jitfasslu b’tali mod li jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-iġjene u l-indafa biex ikun evitat ir-riskju ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni.
IR-REKWIŻITI SPEĊJALI TA’ SIKUREZZA GĦALL-COT BUMPERS
IR-RISKJI: Ir-riskji ewlenin assoċjati mal-prodott huma tgħalliq, soffokazzjoni interna u esterna u fgar.
Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza:
1. Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali
L-oġġetti ma għandhomx jipperikolaw is-sikurezza jew is-saħħa tat-tfal meta jintużaw kif suppost jew b’mod prevedibbli, meta titqies dejjem l-imġiba normali tat-tfal.
Għandha titqies il-kapaċità tal-utenti u ta’ min jieħu ħsieb it-tfal, b’mod partikolari, għal oġġetti li, minħabba l-funzjonijiet, d-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tagħhom, ikunu maħsuba biex jintużaw minn tfal li għandhom aktar minn 18-il xahar.
It-tikketti fuq il-ġugarelli jew l-imballaġġi tagħhom u l-istruzzjonijiet tal-użu li jkun hemm magħhom għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-utenti jew ta’ min jieħdu ħsieb it-tfal tal-perikli inerenti u r-riskji ta’ ħsara involuti fl-użu tal-oġġetti u l-modi kif jevitawhom.
2. Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza
Ir-rekwiżiti kimiċi
Il-cot bumpers għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Il-proprjetajiet tan-nar u dawk termali
Il-cot bumpers ma għandhomx ikunu oġġett perikoluż li jista’ jieħu n-nar fl-ambjent tat-tfal. Għalhekk għandhom ikunu magħmulin minn materjali li jissodisfaw waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
ma jinħarqux jekk jiltaqgħu b’mod dirett ma’ fjamma jew xintilla; |
|
— |
jekk jieħdu n-nar, jaqbdu bil-mod u jkollhom rata baxxa fit-tifrix tal-fjamma. |
Barra minn hekk, il-materjali kombustibbli m’għandhomx jitfgħu dħaħen tossiċi waqt il-kombustjoni.
L-użu tas-sustanzi tar-ritardjanti kimiċi tal-fjammi għandu jkun minimu. Jekk jintużaw sustanzi tar-ritardjanti kimiċi tal-fjammi, it-tossiċità tagħhom waqt l-użu u r-rimi tagħhom f’tmiemhom m’għandux jipperikola s-saħħa tal-utenti, dawk li jħarsu t-tfal jew l-ambjent.
Il-proprjetajiet fiżiċi u mekkaniċi
Il-cot bumpers m’għandhomx jippreżentaw perikli mikrobijoloġiċi minħabba nuqqas ta’ iġjene tal-materjal tal-mili ta’ oriġini mill-annimali.
Cot bumpers m’għandhomx jippreżentaw riskju ta’ qbid tar-ras u l-għonq tat-tifel fl-ingassi jew iċ-ċintroini jew t-tagħmir ta’ twaħħil ieħor. Il-ħjata u l-biċċiet dekorativi fuq il-bumper m’għandhomx jinħallu meta sottomessi għal stress mekkaniku mill-użu prevedibbli tat-tfal sabiex ma jippreżentax riskju ieħor ta’ qbid tar-riġlejn, ir-ras u s-swaba jew il-mili jkun aċċessibbli (ara l-perikli ta’ fgar).
M’għandux ikun hemm ebda ċintorini jew ingases tal-cot bumpers li jistgħu jgħallqu għonq it-tifel. Ħoloq fejn jistgħu jinqabdu s-swaba tal-id u tas-saqajn għandhom ikunu evitati.
Il-cot bumpers m’għandhomx ikollhom biċċiet separati jew żgħar li jistgħu jinqalgħu mit-tifel, jidħlu kompletament f’ħalq it-tifel u jinbelgħu.
Il-cot bumpers m’għandhomx ikollhom biċċiet żgħar li jistgħu jinqalgħu mit-tifel u li jistgħu jibqgħu mwaħħlin fil-farinġi jew fuq wara tal-kavità orali. Il-materjal tal-mili m’għandux ikun aċċessibbli, speċjalment b’tiċrit kkawzat bi gdim u għandu jiflaħ it-tensjoni ikkawżata minn użu prevedibbli billi titqies il-possibbiltà tal-fibri li jgħaddu mill-ħjatat u s-saħħa tal-ħjatat. Il-materjal tal-mili m’għandux ikollu kwalunkwe kontaminanti iebsin jew jaqtgħu, bħalma huma partikoli tal-metall, imsiemer, labar jew xfar.
Il-prodott m’għandux ikun magħmul minn dekalkomanija tal-plastik li tista’ tinqala’ mit-tifel jew kwalunkwe għata ieħor impermeabbli tal-cot bumper li jista’ jgħatti kemm il-ħalq kif ukoll l-imnieħer.
L-imballaġġ li jżomm fih l-oġġetti ma jridx jikkostitwixxi riskju ta’ soffokazzjoni billi jimblokka l-passaġġi tan-nifs tal-imnieħer u l-ħalq.
Biex ikun evitat ir-riskju ta’ soffokazzjoni, il-prodott m’għandux ikun magħmul minn materjal artab li jista’ jieħu l-forma ta’ wiċċ it-tifel jew jista’ joħloq forma li timblokka l-passaġġi tan-nifs tal-imnieħer u l-ħalq.
Il-cot bumpers m’għandhomx ikollhom truf jew ponot li jaqtgħu. M’għandux ikollhom ponot perikolużi jew uċuh li jisporġu ‘il barra li jippreżentaw periklu ta’ titqib.
Il-cot bumpers għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod li tkun evitatata l-preżenza ta’ biċċiet li jkunu jistgħu jintużaw bħala skaluni li jippermettu lit-tfal jitilgħu fuq il-prodott.
Cot bumpers m’għandhomx jippreżentaw periklu ulterjuri ta’ qbid jew asfissija jekk it-tifel jirnexxilu jqiegħad rasu bejn il-cot bumper u n-naħa tal-kott.
It-twissijiet speċifiċi għall-oġġett
Għandha tingħata informazzjoni adegwata biex il-cot bumper jitwaħħal sew mal-ġenb tal-kott. It-twissija għandha tindika li l-cot bumper għandu jitwaħħal sew sabiex it-tagħmir li jwaħħlu m’għandux ikun magħmul minn ċintorini u ingases li jistgħu jaqbdu r-ras u l-għonq tat-tifel. It-twissijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta’ dawk li jħarsu t-tfal tar-riskji ppreżentati mill-cot bumpers li mhumiex kompatibbli (minħabba id-daqs jew il-mudell) mal-kott u minn cot bumpers li mhumiex imwaħħlin sew mal-kott.
L-iġjene
Il-cot bumpers għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod li jistgħu jitnaddfu faċilment u sew biex ikun evitat ir-riskju ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni. Il-prodott għandu jissodisfa din il-kondizzjoni wkoll wara l-ħasil skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u ma jittebbax meta jiġi f’kuntatt mat-tifel.
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA’ SIKUREZZA GĦAS-SODOD MDENDLIN TAT-TRABI
IR-RISKJI: Ir-riskji ewlenin assoċjati mal-prodott huma qbid, soffokazzjoni jew grieħi minħabba nuqqas strutturali u instabbiltà.
Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza:
1. Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali
L-oġġetti ma għandhomx jipperikolaw is-sikurezza jew is-saħħa tat-tfal meta jintużaw kif suppost jew b’mod prevedibbli, meta titqies l-imġiba normali tat-tfal.
Għandha titqies il-kapaċità tal-utenti u ta’ min jieħu ħsieb it-tfal, b’mod partikolari, għal oġġetti li, minħabba l-funzjonijiet, id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi proprji tagħhom, ikunu maħsuba biex jintużaw minn tfal li għandhom inqas minn 12-il xahar.
It-tikketti fuq l-oġġetti jew l-imballaġġi tagħhom u l-istruzzjonijiet tal-użu li jkun hemm magħhom għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-utenti jew ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal tal-perikli inerenti u r-riskji ta’ ħsara involuti fl-użu tal-oġġetti u l-mod kif jevitawhom.
2. Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza
Ir-rekwiżiti kimiċi
Is-sodod mdendlin tat-trabi għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Il-proprjetajiet tan-nar u dawk termali
Is-sodod mdendlin tat-trabi m’għandhomx jippreżentaw riskju ta’ fjammabbiltà fl-ambjent tat-tfal. Għandhom ikunu magħmulin minn materjali li jissodisfaw waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
ma jinħarqux jekk jiltaqgħu b’mod dirett ma’ fjamma jew xintilla; |
|
— |
jekk jieħdu n-nar, jaqbdu bil-mod u jkollhom rata baxxa tat-tifrix tal-fjamma; |
|
— |
jekk jieħdu n-nar, għandhom jaqbdu bil-mod u m’għandhomx jipproduċu rmid li jaqbad bil-fjammi jew qtar li jinħallu. |
Barra minn hekk, il-materjali kombustibbli m’għandhomx jitfgħu dħaħen tossiċi waqt il-kombustjoni.
L-użu tas-sustanzi tar-ritardjanti kimiċi tal-fjammi għandu jkun minimu. Jekk jintużaw sustanzi tar-ritardjanti kimiċi tal-fjammi, it-tossiċità tagħhom waqt l-użu u r-rimi tagħhom f’tmiemhom m’għandux jipperikola s-saħħa tal-utenti, dawk li jħarsu t-tfal jew l-ambjent.
Il-proprjetajiet fiżiċi u mekkaniċi
Is-sodod mdendlin tat-trabi għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod li jevitaw kwalunkwe qbid tar-ras, is-swaba, ir-riġlejn, l-idejn u s-saqajn f’kull tip ta’ fetħiet.
Is-sodod mdendlin għandhom jitfasslu biex jevitaw impatti tat-tifel fuq is-sodda kontra il-qafas jew għamara oħra fil-kamra minħabba ċaqliq fuq naħa.
Is-sodod mdendlin għandhom jitfasslu biex jevitaw r-rotazzjoni fis-sodda pereżempju f’każ ta’ brim.
Is-sodod mdendlin m’għandhomx ikunu ta’ periklu (eż. qbid) għal tfal oħra (eż. l-aħwa) li jistgħu jkunu f’kuntatt mas-sodda.
L-istand u s-sodda għandhom ikunu biżżejjed stabbli biex ikun evitat żbilanċ aċċidentali għal fuq is-sodda mdendla li jista’ jikkawża il-waqgħa tat-tifel. Is-sodod tat-trabi għandhom jibqgħu stabbli meta t-tifel jiċċaqlaq fis-sodda jew meta s-sodda titbandal tul il-wisa’ permess mit-tagħmir tad-dendil.
It-tagħmir li jorbot m’għandux jinqala’ mill-istrixxa ta’ appoġġ jew minn tagħmir simili.
It-tagħmir tad-dendil inklużi l-komponenti tiegħu għandhom jifilħu ċ-ċaqliq waqt l-użu.
M’għandux ikun hemm ebda ċintorini jew żigarelli fis-sodda mdendla tat-tarbija li jistgħu jitħabblu ma’ għonq it-tifel. It-tifel fis-sodda mdendla m’għandux ikollu ċ-ċans li jitħabbel fiċ-ċintroini u l-istrixex mit-tagħmir tad-dendil u t-tagħmir ta’ aġġustament.
Is-sodod imdendlin m’għandhomx ikollhom biċċiet separati jew żgħar li jistgħu jinqalgħu mit-tifel, jidħlu kompletament f’ħalq it-tifel u jinbelgħu.
Is-sodod imdendlin m’għandhomx ikollhom biċċiet żgħar li jistgħu jinqalgħu mit-tifel u li jistgħu jibqgħu mwaħħlin fil-farinġi jew fuq wara tal-kavità orali. Il-materjal tal-mili m’għandux ikun aċċessibbli u għandu jiflaħ għall-istress ikkawżat mill-użu prevedibbli mit-tifel (inkluż tiċrit bi gdim).
Il-prodott m’għandux ikun magħmul minn dekalkomanija tal-plastik li tista’ tinqala’ mit-tifel jew kwalunkwe għata ieħor impermeabbli li jista’ jgħatti kemm il-ħalq kif ukoll l-imnieħer.
L-imballaġġ li jżomm fih l-oġġetti ma jridx jikkostitwixxi riskju ta’ soffokazzjoni billi jimblokka l-passaġġi tan-nifs tal-imnieħer u l-ħalq. Biex ikun evitat ir-riskju ta’ soffokazzjoni, il-prodott m’għandux ikun magħmul minn materjal artab li jista’ jieħu l-forma ta’ wiċċ it-tifel jew jista’ joħloq forma li timblokka l-passaġġi tan-nifs tal-imnieħer u l-ħalq.
Is-sodod mdendlin m’għandhomx ikollhom truf jew ponot li jaqtgħu. Truf jew kantunieri aċċessibbli għandhom ikunu tondi u ċċanfrati.
Il-prodott m’għandux ikun magħmul minn partijiet li jisporġu li fuqhom tifel jista’ jaqa’ jew iweġġa’.
Il-prodott m’għandux ikollu ponot perikolużi jew uċuh li jisporġu li jistgħu jippreżentaw periklu ta’ titqib.
Id-deformazzjoni tat-tagħmir tad-dendil u l-ħall fit-tagħmir ta’ aġġustament għandu jkun limitat biex ikunu evitati waqgħat jew impatti mis-sodda.
Il-ħjata u l-biċċiet dekorativi fuq is-sodda mdendla tat-tarbija m’għandhomx jinħallu meta sottomessi għal stress mekkaniku mill-użu prevedibbli tat-tfal u ma jippreżentawx riskju ieħor ta’ qbid tar-riġlejn, ir-ras u s-swaba.
Iċ-ċaqliq fit-toqol tal-ġisem tat-tifel m’għandux joħloq ħofor jew jimmodifika ħofor eżistenti li jwasslu għall-qbid tas-swaba’, l-idejn u s-saqajn.
Biex ikunu evitati l-waqgħa tas-sodda mdendla tat-tarbija u l-ksur tal-komponenti (mill-istands, mit-tagħmir tat-twaħħil, mit-tagħmir tad-dendil) li probabbilment jikkawżaw ġrieħi, is-sodod imdendlin għandhom jifilħu l-istress mekkaninku li għalihom huma siġġetti fl-użu tul il-ħajja tal-prodott.
It-twissijiet speċifiċi għall-oġġett
It-twissijiet u l-istruzzjonijiet tal-użu għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal għall-fatt li biex tgħaqqad u taġġusta s-sodda b’mod sikur tinħtieġ ħila. It-twissijiet għandhom iwasslu wkoll dawn il-messaġġi li ġejjin:
|
— |
it-tifel jista’ jweġġa’ jekk il-wisa’ tal-bandla hija eċċessiva (eż. it-tifel jista’ jolqot il-qafas tas-sodda, jew is-sodda tista’ tolqot l-għamara); |
|
— |
is-sodod imdendlin jistgħu jippreżentaw riskji lil tfal oħra; |
|
— |
tfal oħra jistgħu jippreżentaw riskji ulterjuri (eż. billi jippruvaw jitgħawġu għal fuq is-sodda); |
|
— |
is-sodod imdendlin għandhom jintramaw fuq uċuh ċatti; |
|
— |
l-użu tas-sodod imdendlin bħala sodod ta’ bil-lejl għandu jkun skoraġġit; |
|
— |
is-sodod imdendlin m’għandhomx jintużaw meta it-tifel hu kapaċi joqgħod għarkubbtejh jew iqum bil-wieqfa mingħajr għajnuna. Il-grupp tal-età tat-tfal li jistgħu jutilizzaw dan il-prodott (mhux aktar minn 12-il xahar) għandu jkun indikat b’mod ċar. |
L-iġjene
Is-sodod imdendlin għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod li jistgħu jitnaddfu faċilment u sew biex ikun evitat ir-riskju ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni.
IR-REKWIŻITI SPEĊJALI TA’ SIKUREZZA GĦAD-DUVETS GĦAT-TFAL
IR-RISKJI: Ir-riskji ewlenin assoċjati mal-prodott huma soffokazzjoni u ipertermija li ta’ spiss huma assoċjati mas-sindromu tal-mewt għal għarrieda tat-trabi.
Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza
1. Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali
L-oġġetti ma għandhomx jipperikolaw is-sikurezza jew is-saħħa tat-tfal meta jintużaw kif suppost jew b’mod prevedibbli, meta titqies dejjem l-imġiba normali tat-tfal.
It-tikketti fuq l-oġġetti jew l-imballaġġi tagħhom u l-istruzzjonijiet tal-użu li jkun hemm magħhom għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-utenti jew ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal l-perikli inerenti u r-riskji ta’ ħsara involuti fl-użu tal-oġġetti u l-mod kif jevitawhom.
2. Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza
Ir-rekwiżiti kimiċi
Id-duvets għat-tfal għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Il-proprjetajiet tan-nar u dawk termali
Id-duvets tat-tfal m’għandhomx jippreżentaw riskju ta’ fjammabbiltà fl-ambjent tat-tfal.
Għandhom ikunu magħmulin minn materjali li jissodisfaw waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
ma jinħarqux jekk jiltaqgħu b’mod dirett ma’ fjamma jew xintilla; |
|
— |
jekk jieħdu n-nar, jaqbdu bil-mod u jkollhom rata baxxa tat-tifrix tal-fjamma. |
Barra minn hekk, il-materjali kombustibbli m’għandhomx jitfgħu dħaħen tossiċi waqt il-kombustjoni.
L-użu tas-sustanzi tar-ritardjanti kimiċi tal-fjammi għandu jkun minimu. Jekk jintużaw sustanzi tar-ritardjanti kimiċi tal-fjammi, it-tossiċità tagħhom waqt l-użu u r-rimi tagħhom f’tmiemhom m’għandux jipperikola s-saħħa tal-utenti, ta’ dawk li jħarsu t-tfal jew l-ambjent.
Il-periklu ta’ ipertermija
It-twissijiet u l-istruzzjonijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal għat-temperatura fil-kamra fejn jintuża l-prodott, biex tkun evitata l-ipertermija.
Il-proprjetajiet fiżiċi u mekkaniċi
Id-duvets għat-tfal m’għandhomx jippreżentaw perikli mikrobijoloġiċi minħabba nuqqas ta’ iġjene tal-materjal ta’ oriġini tal-annimali.
Il-ħjata u l-biċċiet dekorativi fuq id-duvets m’għandhomx jinħallu meta sottomessi għal stress mekkaniku mill-użu prevedibbli u għalhekk jippreżentaw riskju ieħor ta’ qbid (speċjalment tas-swaba’).
Id-duvets għat-tfal m’għandhomx ikunu magħmula minn ċintorini jew ingases li jistgħu jitħabblu ma’ għonq it-tifel.
Id-duvets għat-tfal m’għandhomx ikollhom biċċiet separati jew żgħar li jistgħu jinqalgħu mit-tifel, jidħlu kompletament f’ħalq it-tifel jew jinbelgħu. Id-duvets għat-tfal m’għandhomx ikollhom biċċiet żgħar li jistgħu jinqalgħu mit-tifel u li jistgħu jibqgħu mwaħħlin fil-farinġi jew fuq wara tal-kavità orali. Il-materjal tal-mili m’għandux ikun aċċessibbli u m’għandux ikollu kwalunkwe kontaminanti iebsin jew li jaqtgħu, bħalma huma partikoli tal-metall, imsiemer, labar jew xfar. Il-mili għandu jiflaħ ukoll għall-istress ikkawżat mill-użu prevedibbli tat-tifel (inkluż tiċrit bi gdim) filwaqt li titqies il-possibbiltà ta’ fibri li jgħaddu mill-ħjatat u s-saħħa tal-ħjatat.
Id-duvets għat-tfal m’għandhomx ikunu magħmula minn dekalkomanija tal-plastik li tista’ tinqala’ mit-tifel jew kwalunkwe għata impermeabbli li jista’ jgħatti kemm il-ħalq kif ukoll l-imnieħer.
L-imballaġġ li jżomm fih il-prodott ma jridx jikkostitwixxi riskju ta’ soffokazzjoni billi jimblokka l-passaġġi tan-nifs tal-imnieħer u l-ħalq.
It-tarbija għandha tkun kapaċi tieħu n-nifs u jkun hemm biżżejjed arja meta d-duvet jgħatti wiċċha fl-irqad.
It-twissijiet speċifiċi għall-oġġett
It-twissijiet u l-istruzzjonijiet tal-użu għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal għar-riskji serji ta’ soffokazzjoni jekk id-duvets jintużaw fuq tfal taħt l-erba’ xhur.
L-età minima rakkomandabbli għall-użu hija disa’ xhur.
Għandha tingħata wkoll l-informazzjoni dwar id-daqs tal-kott li fih id-duvet tkun se tintuża.
Għandu jkun hemm ukoll twissijiet dwar it-temperatura tal-kamra (ara l-perikli ta’ ipertermija).
L-iġjene
Id-duvets għat-tfal għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod li jistgħu jitnaddfu faċilment u sew biex ikun evitat ir-riskju ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni. Il-prodott għandu jissodisfa din il-kondizzjoni wkoll wara l-ħasil skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u ma jittebbax meta jiġi f’kuntatt mat-tifel.
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA’ SIKUREZZA GĦAS-SLEEP BAGS TAT-TFAL
IR-RISKJI: Ir-riskju ewlieni assoċjat mal-prodott huwa ta’ fgar ikkaġunat minn biċċiet zgħar
Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza:
1. Ir-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali
L-oġġetti ma għandhomx jipperikolaw is-sikurezza jew is-saħħa tat-tfal meta jintużaw kif suppost jew b’mod prevedibbli, meta titqies l-imġiba normali tat-tfal.
It-tikketti fuq l-oġġetti jew l-imballaġġi tagħhom u l-istruzzjonijiet dwar l-użu li jkun hemm magħhom għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-utenti jew ta’ min jieħu ħsieb it-tfal tal-perikli inerenti u r-riskji ta’ ħsara involuti fl-użu tal-oġġetti u l-mod kif għandhom jiġu evitati.
2. Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza
Ir-rekwiżiti kimiċi
Is-sleep bags tat-tfal għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Il-proprjetajiet tan-nar u dawk termali
Is-sleep bags tat-tfal għall-kottijiet m’għandhomx jippreżentaw riskju ta’ fjammabbiltà fl-ambjent tat-tfal.
Għandhom ikunu magħmulin minn materjali li jissodisfaw waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
ma jinħarqux jekk jiltaqgħu b’mod dirett ma’ fjamma jew xintilla; |
|
— |
jekk jieħdu n-nar, jaqbdu bil-mod u jkollhom rata baxxa tat-tifrix tal-fjamma. |
Barra minn hekk, il-materjali kombustibbli m’għandhomx jitfgħu dħaħen tossiċi waqt il-kombustjoni.
L-użu tas-sustanzi tar-ritardjanti kimiċi tal-fjammi għandu jkun minimu. Jekk jintużaw sustanzi tar-ritardjanti kimiċi tal-fjammi, it-tossiċità tagħhom waqt l-użu u r-rimi tagħhom f’tmiemhom m’għandux jipperikola s-saħħa tal-utenti, ta’ dawk li jħarsu t-tfal jew l-ambjent.
Il-periklu ta’ ipertermija
It-twissijiet u l-istruzzjonijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal għat-temperatura fil-kamra fejn jintuża l-prodott, biex tkun evitata l-ipertermija.
Il-proprjetajiet fiżiċi u mekkaniċi
Il-ħjata u l-biċċiet dekorativi fuq is-sleep bags m’għandhomx jinħallu meta sottomessi għal stress mekkaniku mill-użu prevedibbli u għalhekk jippreżentaw riskju ieħor ta’ qbid (speċjalment tas-swaba’). Barra minn hekk id-daqs tal-fetħiet tal-għonq u l-idejn għandhom jevitaw li t-tifel jiżżerżaq ‘l isfel fil-borża.
Mezzi li jissikkaw għandhom ikunu sikuri biex jevitaw li t-tifel jiżżerżaq ‘l isfel fil-borża. Il-ħjata u l-mezzi li jissikkaw għandhom jibqgħu stabbli wara l-ħasil skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
M’għandux ikun hemm ebda ċintorini jew ingases tas-sleep bags li jistgħu jitħabblu ma’ għonq it-tifel.
Is-sleep bags tat-tat-tfal m’għandhomx ikollhom biċċiet separati jew żgħar li jistgħu jinqalgħu mit-tifel, jidħlu kompletament f’ħalq it-tifel jew jinbelgħu. Is-sleep bags m’għandhomx ikollhom biċċiet żgħar li jistgħu jinqalgħu mit-tifel u li jistgħu jibqgħu mwaħħlin fil-farinġi jew fuq wara tal-kavità orali. Il-materjal mili m’għandux ikun aċċessibbli u għandu jiflaħ ukoll għall-istress ikkawżat mill-użu prevedibbli tat-tifel (inkluż tiċrit bi gdim) filwaqt li titqies il-possibbiltà ta’ fibri li jgħaddu mill-għata u s-saħħa tal-weldjaturi.
Is-sleep bags tat-tfal m’għandhomx ikunu magħmula minn dekalkomanija tal-plastik li tista’ tinqala’ mit-tifel jew kwalunkwe għata impermeabbli li tista’ tgħatti kemm il-ħalq kif ukoll l-imnieħer.
L-imballaġġ li jżomm fih il-prodott ma jridx jikkostitwixxi riskju ta’ soffokazzjoni billi jimblokka l-passaġġi tan-nifs tal-imnieħer u l-ħalq.
It-tarbija għandha tkun kapaċi tieħu n-nifs meta is-sleeping bag tgħattilha wiċċha fl-irqad.
Is-sleep bags tat-tfal m’għandhomx ikollhom truf jew ponot li jaqtgħu.
It-twissijiet speċifiċi għall-oġġett
It-twissijiet u l-istruzzjonijiet għandhom jagħtu istruzzjonijiet lil dawk li jieħdu ħsieb it-tfal biex jagħżlu s-sleeping bag rakkomandata skont l-età u t-tul tat-tifel.
Għandu jkun hemm ukoll twissijiet dwar it-temperatura tal-kamra (ara l-perikli ta’ ipertermija).
L-iġjene
Is-sleep bags tat-tfal għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod li jistgħu jitnaddfu faċilment u sew biex ikun evitat ir-riskju ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni. Il-prodott għandu jissodisfa din il-kondizzjoni wkoll wara l-ħasil skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u ma jittebbax meta jiġi f’kuntatt mat-tifel.
REGOLI TA' PROĊEDURA
|
6.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/49 |
EMENDI GĦALL-ISTRUZZJONIJIET PRATTIĊI LILL-PARTIJIET
IL-QORTI ĠENERALI
Wara li rat l-Artikolu 150 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha;
Wara li rat l-Istruzzjonijiet Prattiċi lill-Partijiet adottati fil-5 ta’ Lulju 2007, kif emendati fis-16 ta’ Ġunju 2009;
TADOTTA DAWN L-EMENDI GĦALL-ISTRUZZJONIJIET PRATTIĊI LILL-PARTIJIET:
Artikolu 1
1. Fit-test ta’ dawn l-istruzzjonijiet, l-ismijiet “Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej” u “Qorti tal-Prim’Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti b’dak ta’ “Qorti Ġenerali”.
2. Fit-tielet premessa, il-frażi “(ĠU 2007 L 232 ta’ l-4.9.2007, p. 1) (iktar ’il quddiem l-‘Istruzzjonijiet lir-Reġistratur’), ir-Reġistratur għandu l-inkarigu li jieħu ħsieb li l-atti mdaħħla fil-proċess ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandha tiġi ssostitwita bil-frażi “(ĠU L 232, p. 1), kif emendati fis-17 ta’ Mejju 2010 (ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali) (iktar ’il quddiem l-‘Istruzzjonijiet lir-Reġistratur’), ir-Reġistratur għandu l-inkarigu li jieħu ħsieb li l-atti mdaħħla fil-proċess ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-‘Istatut’),” u l-kliem “tal-Qorti tal-Ġustizzja” wara l-kliem “ma’ l-Istatut” għandhom jitħassru.
3. Fit-tieni inċiż tal-punti 1, l-indirizz CFI.Registry@curia.europa.eu għandu jiġi ssostitwit b’: “GeneralCourt.Registry@curia.europa.eu”.
4. Il-punt 8 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
il-frażi “Għal dan l-iskop, għandhom jiġu osservati r-rekwiżiti li ġejjin” għandha tiġi ssostitwita bil-frażi “Għaldaqstant, għandhom jiġu osservati r-rekwiżiti li ġejjin”; |
|
— |
il-kliem fil-punt 8(a) “Il-karta għandha tkun bajda, mingħajr rigi u tad-daqs A4. It-test” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “It-test, fil-format A4, għandu jkun jista jinqara faċilment u”; |
|
— |
il-kliem fil-punt 8(b) “Il-paġni tas-sottomissjonijiet u, jekk ikun il-każ, ta’ l-annessi, għandhom ikunu miġbura” għandhom jiġu ssostiwiti bil-kliem “Id-dokumenti prodotti għandhom ikunu miġbura”; |
|
— |
il-frażi fil-punt 8(c) “(bħal, per eżempju: Times New Roman, Courier jew Arial) ta’ daqs ta’ mill-anqas 12 pt fit-test u ta’ mill-anqas 10 pt għan-noti f’qiegħ il-paġna, bi spazju ta’ 1,5 bejn kull linja u b’marġni ta’ mill-anqas 2,5 ċm fuq, taħt, fuq in-naħa tax-xellug u fuq in-naħa tal-lemin” għandha tiġi ssostitwita bil-frażi “bi spazju bejn il-linji u marġni suffiċjenti sabiex tiġi żgurata verżjoni skannjata li tista’ tinqara”. |
5. Mat-titolu tal-parti D.1.1. “Rikors u risposta” għandhom jiżdiedu l-kliem “(fil-kawżi li ma humiex kawżi ta’ proprjetà intellettwali)”.
6. Il-punt 19 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
fl-ewwel sentenza, il-kliem “, li għandha titħejja mir-Reġistru” għandhom jitħassru; |
|
— |
it-tieni sentenza għandha tiġi ssostitwita bis-sentenza li ġejja: “Peress li l-komunikazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwi uffiċjali kollha, dan is-sunt ma għandux ikun itwal minn żewġ paġni u għandu jiġi redatt skont il-mudell li jidher fis-sit tal-internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.”; |
|
— |
fit-tielet sentenza, l-indirizz “CFI.Registry@curia.europa.eu” għandu jiġi ssostitwit b’: “GeneralCourt.Registry@curia.europa.eu”. |
7. Il-punt 41 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
fl-ewwel sentenza, il-kliem “għall-Ġurnal Uffiċjali” għandhom jitħassru; |
|
— |
it-tieni sentenza għandha tiġi ssostiwita bis-sentenza li ġejja: “Peress li l-komunikazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwi uffiċjali kollha, dan is-sunt ma għandux ikun itwal minn żewġ paġni u għandu jiġi redatt skont il-mudell li jidher fis-sit tal-internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.”; |
|
— |
fit-tielet sentenza, l-indirizz CFI.Registry@curia.europa.eu għandu jiġi ssostitwit b’: “GeneralCourt.Registry@curia.europa.eu”. |
8. Fil-punt 42, il-kliem “tal-Komunità” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “tal-Unjoni”.
9. Fil-punt 49, il-kliem “tal-Komunità” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “tal-Unjoni”.
10. Fil-punt 55(e), il-kliem “tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jitħassru.
11. Fil-punt 56(a), il-kliem “u l-indirizzi tal-partijiet fil-proċedura quddiem il-Bord ta’ l-Appell” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “tal-partijiet fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell u l-indirizzi li dawn kienu indikaw għall-finijiet tan-notifiki li jsiru matul din il-proċedura”.
12. Il-punt 57 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
fil-punt 57(a), il-kliem “tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jitħassru; |
|
— |
fil-punt 57(h), il-kliem “l-annessi b’indikazzjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-annessi b’deskrizzjoni fil-qosor tagħhom [punt 51(b) tal-Istruzzjonijiet Prattiċi] u indikazzjoni”. |
13. Fil-punt 58(c), il-kliem “fil-kawżi li ma humiex kawżi ta’ proprjetà intellettwali,” għandhom jiżdiedu fil-bidu tas-sentenza.
14. It-test bejn it-tieni paragrafu tal-punt 73 u l-punt 79, inklużi t-titoli, għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
“74. |
Talba għal trattament kunfidenzjali għandha tiġi ppreżentata b’att separat. Hija ma tistax tiġi ppreżentata f’verżjoni kunfidenzjali. |
|
75. |
Talba għal trattament kunfidenzjali għandha tispeċifika l-parti li fir-rigward tagħha l-kunfidenzjalità tkun qiegħda tintalab. Hija għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament neċessarju u fl-ebda każ ma tista’ tkopri sottomissjoni kollha kemm hi u tista’ f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss tkopri anness sħiħ ta’ sottomissjoni. Fil-fatt, il-komunikazzjoni ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dokument, li fih, ċerti siltiet, kliem jew ċifri jkunu ġew imħassra, hija normalment possibbli mingħajr ma jiġu kompromessi l-interessi inkwistjoni. |
|
76. |
Talba għal trattament kunfidenzjali għandha tindika b’mod preċiż l-elementi jew siltiet ikkonċernati u għandha tinkludi r-raġunijiet fil-qosor tan-natura sigrieta jew kunfidenzjali ta’ kull waħda minn dawn l-elementi jew siltiet. In-nuqqas ta’ dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jiġġustifikaw iċ-ċaħda tat-talba mill-Qorti Ġenerali. |
|
77. |
Talba għal trattament kunfidenzjali għandha tinkludi anness li jkun fih verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sottomissjoni jew tad-dokument inkwistjoni u li fihom ikunu mħassra l-elementi jew siltiet li dwarhom tkun saret it-talba. |
Fil-każ ta’ talba għal intervent
|
78. |
Meta titressaq talba għal intervent f’kawża, il-partijiet huma mitluba jindikaw, fit-terminu impost mir-Reġistratur, jekk dawn jixtiqux li jingħata trattament kunfidenzjali għal ċerta informazzjoni li tkun tinsab fl-atti diġà mqegħda fil-proċess.
Fir-rigward tal-atti kollha li huma jippreżentaw sussegwentement, il-partijiet għandhom jindikaw, skont kif indikat fil-punti 74 sa 77 iktar ’il fuq, l-informazzjoni li huma jixtiequ li tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali u għandhom jipprovdu, flimkien mal-verżjoni sħiħa tal-atti ppreżentati, verżjoni li fiha din l-informazzjoni tkun tħalliet barra. Fin-nuqqas ta’ din l-indikazzjoni, l-atti ppreżentati jiġu kkomunikati lill-intervenjenti. |
Fil-każ ta’ kawżi magħquda
|
79. |
Fejn ikun previst li diversi kawżi għandhom jingħaqdu, il-partijiet huma mitluba jindikaw, fit-terminu impost mir-Reġistratur, jekk dawn jixtiqux li jingħata trattament kunfidenzjali għal ċerta informazzjoni li tkun tinsab fl-atti diġà mqegħda fil-proċessi.
Fir-rigward tal-atti kollha li huma jippreżentaw sussegwentement, il-partijiet għandhom jindikaw, skont kif indikat fil-punti 74 sa 77 iktar ’il fuq, l-informazzjoni li huma jixtiequ li tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali u għandhom jipprovdu, flimkien mal-verżjoni sħiħa tal-atti ppreżentati, verżjoni li fiha din l-informazzjoni tkun tħalliet barra. Fin-nuqqas ta’ din l-indikazzjoni, l-atti ppreżentati jiġu kkomunikati lill-intervenjenti.” |
15. Il-punt 88 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
fl-ewwel paragrafu, il-kliem “tal-Unjoni Ewropea” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “tal-Qorti tal-Ġustizzja”; |
|
— |
fit-tieni paragrafu, l-indirizz “CFI.Registry@curia.europa.eu” għandu jiġi ssostitwit b’: GeneralCourt.Registry@curia.europa.eu u l-kliem “de l’Union européenne” għandhom jiżdiedu, fl-indirizz, wara l-kliem “Greffe du Tribunal”. |
16. It-tieni paragrafu tal-punt 106 għandu jsir il-punt 107.
17. Wara l-punt 107, li għandu jsir il-punt 108, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
“109. |
Ir-rapport tas-seduta għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku quddiem l-awla fil-jum tas-seduta.” |
18. Il-punti 108 sa 112 għandhom isiru l-punti 110 sa 114 rispettivament.
19. Mhux applikabbli għall-verżjoni Maltija.
20. Fil-punt 111, li sar il-punt 113, ir-referenza għandha tinqara kif ġej “(ĠU L 87, p. 48)”.
Artikolu 2
Dawn l-emendi għall-Istruzzjonijiet prattiċi lill-partijiet għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huma għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom.
Magħmula fil-Lussemburgu, fis-17 ta’ Mejju 2010.
E. COULON
Ir-Reġistratur
M. JAEGER
Il-President
|
6.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/53 |
EMENDI GĦALL-ISTRUZZJONIJIET LIR-REĠISTRATUR TAL-QORTI ĠENERALI
IL-QORTI ĠENERALI
Wara li rat l-Artikolu 23 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha;
Wara li rat l-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur adottati fil-5 ta’ Lulju 2007;
TADOTTA DAWN L-EMENDI GĦALL-ISTRUZZJONIJIET LIR-REĠISTRATUR:
Artikolu 1
1. L-ismijiet “Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej” u “Qorti tal-Prim’Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti bl-isem “Qorti Ġenerali” fit-Titolu u fit-test ta’ dawn l-istruzzjonijiet.
2. Fl-Artikolu 1(1) it-termini “; huwa” għandhom jiġu ssostitwiti bit-termini “. Huwa” fl-ewwel każ u bit-termini “. Ir-Reġistratur huwa” fit-tieni każ.
3. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
fl-Artikolu 2(1), il-kliem “għall-pubbliku” għandhom jitħassru; |
|
— |
it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għandu jiżdied mal-ewwel subparagrafu; |
|
— |
fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1), subparagrafu li għandu jsir l-Artikolu 2(2), il-kliem “il-paragrafi” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “il-paragrafu” u l-kliem “għall-pubbliku” għandhom jitħassru; |
|
— |
fl-Artikolu 2(2), li għandu jsir l-Artikolu 2(3), it-test għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Il-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru huma:
Matul il-ferjat previst fl-Artikolu 34(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-reġistru jkun magħluq nhar ta’ Ġimgħa wara nofsinhar. Nofs siegħa qabel il-bidu ta’ seduta, ir-reġistru jkun aċċessibbli għar-rappreżentanti tal-partijiet imsejħa għal din is-seduta.”; |
|
— |
wara l-Artikolu 2(2), li sar l-Artikolu 2(3), għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Ir-reġistru huwa aċċessibbli biss għall-avukati u għall-aġenti tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew għall-persuni debitament awtorizzati minnhom, u għall-persuni li jressqu talba skont l-Artikolu 95 tar-Regoli tal-Proċedura.”; |
|
— |
fl-Artikolu 2(3), li għandu jsir l-Artikolu 2(5), il-kliem “Meta r-reġistru jkun magħluq,” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru,”. |
4. L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
fl-Artikolu 3(2), it-termini “; dawn” għandhom jiġu ssostitwiti bit-termini “. Dawn” u l-kliem “id-data tar-reġistrazzjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “id-dati tal-preżentata u tar-reġistrazzjoni”; |
|
— |
fl-Artikolu 3(6), il-kliem “fl-Artikolu 2(3)” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “fl-Artikolu 2(5)”, il-kliem “ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-‘Istatut’)”. |
5. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
— |
fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), għandha tiżdied din is-sentenza: “Fil-każ ta’ appell minn deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, dan in-numru għandu jiġi segwit b’notament speċifiku.”; |
|
— |
fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), subparagrafu li għandu jsir l-Artikolu 4(2), it-test għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “It-talbiet għal proċeduri sommarji, it-talbiet għal intervent, it-talbiet għal korrezzjoni jew għal interpretazzjoni ta’ kawżi, it-talbiet għal reviżjoni, it-talbiet ta’ oppożizzjoni jew ta’ oppożizzjoni minn terzi, it-talbiet għal tassazzjoni tal-ispejjeż u t-talbiet għal għajnuna legali li jikkonċernaw rikorsi pendenti jingħataw l-isess numru ta’ ordni konsekuttiv bħall-kawża prinċipali, segwit b’notament li jindika li jkunu proċeduri partikolari distinti. Talba għal għajnuna legali mressqa bil-ħsieb li jsir rikors għandha tingħata numru ta’ ordni konsekuttiv b’‘T-’ qabel, bl-indikazzjoni tas-sena u b’notament speċifiku wara. Rikors li ġie ppreżentat wara talba għal għajnuna legali li tikkonċernah jingħata l-istess numru ta’ kawża bħal din it-talba. Meta, wara annullament jew eżami mill-ġdid, il-Qorti tal-Ġustizzja tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali, din il-kawża żżomm l-istess numru li ngħatalha preċedentement quddiem il-Qorti Ġenerali b’notament speċifiku wara.”; |
|
— |
l-Artikolu 4(2) għandu jsir l-Artikolu 4(3). |
6. L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(1), il-kliem “u atti” għandhom jiġu mħassra; |
|
— |
it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandu jsir l-Artikolu 5(2); |
|
— |
l-Artikolu 5(2) għandu jsir l-Artikolu 5(3); |
|
— |
fl-Artikolu 5(3), li għandu jsir l-Artikolu 5(4):
|
|
— |
l-enumerazzjoni tal-Artikolu 5(4) sal-Artikolu 5(7) għandha tiġi aġġustata għall-Artikolu 5(5) sal-Artikolu 5(8) rispettivament; |
|
— |
fl-Artikolu 5(6), li sar l-Artikolu 5(7), it-test għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Wara li tintemm il-proċedura, ir-reġistratur għandu jiżgura li l-inkartament tal-kawża jiġi magħluq u arkivjat. L-inkartament magħluq għandu jinkludi lista tal-atti mqiegħda fl-inkartament, b’indikazzjoni tan-numru tagħhom, kif ukoll ta’ qoxra li tindika n-numru tal-ordni konsekuttiv tal-kawża, il-partijiet u d-data tal-għeluq tal-kawża.” |
7. L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) għandhom jiżdiedu l-kliem “jew, fil-każ ta’ kawżi magħquda, skont l-Artikolu 50(2) tar-Regoli tal-Proċedura, fir-rigward ta’ parti f’kawża magħquda” wara l-kliem “parti intervenjenti”; |
|
— |
fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2), il-parti mis-sentenza li tibda “għaldaqstant, l-atti kollha tal-proċedura” għandha tiġi ssostitwita bil-frażi “għaldaqstant, l-atti kollha tal-proċedura għandhom jiġu kkomunikati lill-parti intervenjenti fit-totalità tagħhom jew, fil-każ ta’ kawżi magħquda, l-inkartament kollu għandu jkun aċċessibbli għall-parti l-oħra fil-kawża magħquda”; |
|
— |
fl-Artikolu 6(3), it-test għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Fiċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 18(4) ta’ dawn l-istruzzjonijiet, parti tista’ titlob li ċerta informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali titħalla barra mid-dokumenti marbuta mal-kawża li għalihom il-pubbliku għandu aċċess.” |
8. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), il-kliem “tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jitħassru; |
|
— |
fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(3), it-termini “, minn naħa,” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Bla ħsara” u għandha tiddaħħal il-frażi “jew, min-naħa l-oħra, għad-deċiżjoni li tiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom att tal-proċedura mibgħut lir-reġistru b’mezz elettroniku jitqies li huwa l-oriġinal ta’ dak l-att skont l-Artikolu 43(7) tar-Regoli tal-Proċedura” bejn “komunikazzjoni” u “, ir-Reġistratur”. |
9. Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(4), il-kliem “is-sentenzi u d-digrieti tal-Qorti tal-Prim’Istanza, kif ukoll” għandhom jitħassru, kif ukoll il-kliem “n-natura jew”, filwaqt li l-kliem “il-volum” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-volum”.
10. L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1), il-kliem “l-indikazzjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “in-numri”; |
|
— |
it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) għandu jsir l-Artikolu 13(2); |
|
— |
fl-Artikolu 13(2), li għandu jsir l-Artikolu 13(3), il-parti mis-sentenza “l-ismijiet ta’ l-Imħallfin, ta’ l-Avukat Ġenerali u tar-Reġistratur preżenti, l-ismijiet u l-kapaċitajiet ta’ l-aġenti, ta’ l-avukati jew konsultenti tal-partijiet preżenti, il-kunjomijiet, l-ismijiet, il-kapaċitajiet u d-domiċilju tax-xhieda jew ta’ l-esperti li jinstemgħu” għandha tiġi ssostitwita bil-frażi “l-ismijiet tal-Imħallfin u tar-Reġistratur preżenti, l-ismijiet u l-kapaċitajiet tar-rappreżentanti tal-partijiet preżenti, il-kunjomijiet, l-ismijiet, il-kwalitajiet u r-residenza permanenti, jekk ikun il-każ, tax-xhieda jew tal-esperti li jinstemgħu”; |
|
— |
l-Artikolu 13(3) għandu jsir l-Artikolu 13(4). |
11. L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 15(1) għandhom isiru l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 15(3) rispettivament; |
|
— |
fl-Artikolu 15(2), li għandu jsir l-Artikolu 15(4), il-kliem “jew fil-każ ta’ eżami mill-ġdid” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “fuq appell”. |
12. Fl-Artikolu 17(1), għandha titħassar in-nota ta’ qiegħ il-paġna.
13. L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
— |
it-titolu “Il-pubblikazzjonijiet” għandu jiġi ssostitwit bit-titolu “Il-pubblikazzjonijiet u t-tqegħid ta’ dokumenti fuq l-internet”; |
|
— |
wara t-titolu għandu jiżdied dan il-paragrafu: “1. Il-pubblikazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali u t-tqegħid ta’ dokumenti marbuta magħha jsiru taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur.”; |
|
— |
l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 18(3) għandhom isiru l-Artikolu 18(2), l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 18(4) rispettivament; |
|
— |
l-Artikolu 18(3), li sar l-Artikolu 18(4), huwa ssostitwit bit-test li ġej: “Ir-Reġistratur għandu jiżgura li l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali tiġi ppubblikata skont il-modalitajiet deċiżi minnha. Il-Qorti Ġenerali tista’, fuq talba motivata ta’ parti mressqa b’att separat jew ex officio, tħalli barra l-isem ta’ parti fil-kawża jew dak ta’ persuni oħra msemmija fl-ambitu tal-kawża, jew ukoll ċerta informazzjoni fid-dokumenti marbuta mal-kawża li għalihom il-pubbliku għandu aċċess, kemm-il darba jkun hemm raġunijiet leġittimi li jiġġustifikaw li l-identità ta’ persuna jew il-kontenut ta’ din l-informazzjoni għandhom jinżammu kunfidenzjali.”; |
|
— |
l-Artikolu 18(4) huwa mħassar. |
Artikolu 2
Dawn l-emendi għall-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Huma jidħlu fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom.
Magħmula fil-Lussemburgu, fis-17 ta’ Mejju 2010.
E. COULON
Ir-reġistratur
M. JAEGER
Il-President