|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.160.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
|
26.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 560/2010
tal-25 ta’ Ġunju 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Farine de blé noir de Bretagne/Farine de blé noir de Bretagne – Gwinizh du Breizh (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(4)(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Farine de blé noir de Bretagne” jew “Farine de blé noir de Bretagne – Gwinizh du Breizh” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:
Il-kategorija 1.6: Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
FRANZA
Farine de blé noir de Bretagne/Farine de blé noir de Bretagne – Gwinizh du Breizh (IĠP)
|
26.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 561/2010
tal-25 ta’ Ġunju 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
44,4 |
|
MK |
39,0 |
|
|
TR |
53,0 |
|
|
ZZ |
45,5 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
41,0 |
|
TR |
117,2 |
|
|
ZZ |
79,1 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
101,0 |
|
ZZ |
101,0 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
86,2 |
|
TR |
73,7 |
|
|
US |
84,1 |
|
|
ZA |
87,6 |
|
|
ZZ |
82,9 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
115,3 |
|
BR |
92,3 |
|
|
CA |
95,4 |
|
|
CL |
103,9 |
|
|
CN |
59,1 |
|
|
NZ |
118,7 |
|
|
US |
112,0 |
|
|
UY |
160,6 |
|
|
ZA |
89,7 |
|
|
ZZ |
105,2 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
229,7 |
|
ZZ |
229,7 |
|
|
0809 20 95 |
SY |
178,6 |
|
TR |
298,9 |
|
|
US |
700,6 |
|
|
ZZ |
392,7 |
|
|
0809 30 |
AR |
133,5 |
|
TR |
149,8 |
|
|
ZZ |
141,7 |
|
|
0809 40 05 |
AU |
258,9 |
|
EG |
218,2 |
|
|
IL |
210,4 |
|
|
US |
319,2 |
|
|
ZZ |
251,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
26.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW
tas-17 ta’ Ġunju 2010
dwar l-eżami minn konferenza ta’ rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-emendi, għat-Trattati, proposti mill-Gvern Spanjol dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u sabiex ma tissejjaħx Konvenzjoni
(2010/350/UE)
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta għal emendi għat-Trattati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvern Spanjol fl-4 ta’ Diċembru 2009 u ppreżentata lill-Kunsill Ewropew mill-Kunsill fis-7 ta’ Diċembru 2009,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew sabiex ma tissejjaħx Konvenzjoni (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Wara n-notifika tal-proposta lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (3),
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2009, konsegwentement għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fil-laqgħat tiegħu tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008 u fit-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009, il-Gvern Spanjol ippreżenta, f’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), proposta għall-emenda tat-Trattati dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew. |
|
(2) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2009, f’konformità mat-tielet sentenza tal-Artikolu 48(2) tat-TUE, din il-proposta ġiet ippreżentata mill-Kunsill lill-Kunsill Ewropew. Hija ġiet ukoll innotifikata lill-Parlamenti nazzjonali. |
|
(3) |
Fil-laqgħa tiegħu tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill Ewropew iddeċieda, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(3) tat-TUE, li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar l-emendi proposti. Huwa ddeċieda wkoll, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(3) tat-TUE, li jitlob il-kunsens tal-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li ma jsejjaħx Konvenzjoni minħabba li, fil-fehma tiegħu, din ma kinitx ġustifikata mill-portata tal-emendi proposti. Intbagħtu żewġ ittri għal dawk ir-raġunijiet mill-President tal-Kunsill Ewropew fit-18 ta’ Diċembru 2009. |
|
(4) |
Fis-6 ta’ Mejju 2010, il-Parlament Ewropew adotta opinjoni favorevoli dwar l-emendi proposti. Huwa ta wkoll il-kunsens tiegħu dwar id-deċiżjoni li ma tissejjaħx Konvenzjoni minħabba li din ma tkunx ġustifikata mill-portata tal-emendi proposti. Fit-28 ta’ April 2010, il-Kummissjoni adottat opinjoni favorevoli dwar l-emendi proposti. |
|
(5) |
Għaldaqstant jinħtieġ li, f’konformità mal-Artikolu 48(3) tat-TUE, il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li konferenza ta’ rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri teżamina l-emendi proposti mill-Gvern Spanjol, jiddefinixxi l-mandat tal-konferenza u jiddeċiedi li ma jsejjaħx Konvenzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kunsill Ewropew b’dan jiddeċiedi li konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri għandha teżamina l-emendi għall-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, kif proposti mill-Gvern Spanjol fl-4 ta’ Diċembru 2009, fit-test kif anness ma’ din id-Deċiżjoni, li ser jikkostitwixxi l-mandat ta’ din il-konferenza. Fid-dawl tal-portata tal-emendi proposti, mhijiex tissejjaħ Konvenzjoni taħt l-Artikolu 48(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
H. VAN ROMPUY
(1) Kunsens tas-6 ta’ Mejju 2010 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tas-6 ta’ Mejju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Opinjoni tat-28 ta’ April 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
ABBOZZ
PROTOKOLL
Li jemenda L-Protokol dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji Anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea tal-Enerġija Atomika
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,
MALTA,
IR-RENJU TAL-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TAL-IRLANDA TA’ FUQ,
MINN HAWN ‘IL QUDDIEM “IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA”,
BILLI, ladarba t-Trattat ta’ Liżbona daħal fis-seħħ wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-4 sas-7 ta’ Ġunju 2009, u kif previst bid-dikjarazzjoni adottata mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008 u bil-ftehim politiku li ntlaħaq mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009, jinħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew sal-aħħar tal-leġiżlatura 2009-2014,
BILLI dawn id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandhom jippermettu lil dawk l-Istati Membri, li n-numru tagħhom ta’ membri tal-Parlament Ewropew kien ikun akbar kieku t-Trattat ta’ Liżbona kien fis-seħħ meta saru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Ġunju 2009, ikollhom in-numru xieraq ta’ siġġijiet addizzjonali u jimlewhom,
B’KONT MEĦUD tan-numru ta’ siġġijiet ta’ kull Stat Membru kif kien previst fl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew approvat politikament mill-Parlament Ewropew fil-11 ta’ Ottubru 2007 u mill-Kunsill Ewropew (Dikjarazzjoni Nru. 5 annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Liżbona) u b’kont meħud tad-Dikjarazzjoni Nru 4 annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Liżbona,
BILLI jinħtieġ li, għall-perijodu li fadal bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll u t-tmiem tal-leġiżlatura 20092014, jinħolqu t-18-il siġġu addizzjonali previsti għall-Istati Membri kkonċernati bil-ftehim politiku li ntlaħaq mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009,
BILLI, sabiex isir dan, jinħtieġ li jkun permess, provviżorjament, li n-numru massimu ta’ membri jaqbeż, rispettivament, in-numru ta’ membri għal kull Stat Membru u n-numru massimu ta’ membri previsti kemm fit-Trattati fis-seħħ fil-mument tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Ġunju 2009 kif ukoll fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat bit-Trattat ta’ Liżbona,
BILLI jinħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti l-arranġamenti dettaljati sabiex l-Istati Membri kkonċernati jimlew is-siġġijiet addizzjonali maħluqa provviżorjament,
BILLI, fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji, jinħtieġ li jiġi emendat il-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
FTIEHMU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN,
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
1. Għall-kumplament tal-leġiżlatura 2009-2014 li jifdal fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Artikolu, u b’deroga mill-Artikoli 189, it-tieni subparagrafu, u 190(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u mill-Artikoli 107, it-tieni subparagrafu, u 108(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li kienu fis-seħħ meta saru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Ġunju 2009, u b’deroga min-numru ta’ siġġijiet previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-18-il siġġu li ġejjin għandhom jiżdiedu mas-736 siġġu eżistenti, sabiex b’hekk in-numru totali ta’ membri tal-Parlament Ewropew isir provviżorjament 754 sat-tmiem tal-leġiżlatura 2009-2014:
|
Bulgarija |
1 |
|
Spanja |
4 |
|
Franza |
2 |
|
Italja |
1 |
|
Latvja |
1 |
|
Malta |
1 |
|
Olanda |
1 |
|
Awstrija |
2 |
|
Polonja |
1 |
|
Slovenja |
1 |
|
Żvezja |
2 |
|
Renju Unit |
1 |
2. B’deroga għall-Artikolu 14(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaħtru l-persuni li ser jimlew is-siġġijiet addizzjonali msemmijin fil-paragrafu 1, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati u sakemm il-persuni kkonċernati jkunu ġew eletti b’vot dirett universali:
|
(a) |
f’elezzjonijiet ad hoc b’vot dirett universali fl-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew; jew |
|
(b) |
b’referenza għar-riżultati tal-elezzjonijet tal-Parlament Ewropew tal-4 sas-7 ta’ Ġunju 2009; jew |
|
(c) |
b’ħatra mill-Parlament nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, minn fost il-membri tiegħu, tan-numru meħtieġ ta’ membri, skont il-proċedura stabbilita minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. |
3. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fi żmien opportun qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014.”.
Artikolu 2
Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat mill-Partijiet Kontraenti Għolja, skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika għandhom jiġu depożitati mal-Gvern tar-Repubblika Taljana.
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ, jekk ikun possibbli, fl-1 ta’ Diċembru 2010, bil-kondizzjoni li jkunu ġew depożitati l-istrumenti ta’ ratifika kollha, jew, fin-nuqqas ta’ dan, fl-ewwel jum tax-xahar wara d-depożitu tal-istrument ta’ ratifika mill-Istat firmatarju li jieħu dan il-pass l-aħħar.
Artikolu 3
Dan il-Protokoll, imfassal f’oriġinal wieħed bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana u Ungeriża, bit-test ta’ kull waħda ugwalment awtentiku, għandu jiġi depożitat fl-arkivji tal-Gvern tar-Repubblika Taljana, li għandu jibgħat kopja ċertifikata lil kull wieħed mill-gvernijiet tal-Istati firmatarji l-oħra.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw dan il-Protokoll.
Magħmul fi …, fi … tas-sena …
|
26.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUJUST LEX-IRAQ/1/2010
tat-22 ta’ Ġunju 2010
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ
(2010/351/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK tal-14 ta' Ġunju 2010 dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ (minn hawn ’il quddiem imsejħa “EUJUST LEX-IRAQ”), inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fil-15 ta' Diċembru 2009, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ), il-KPS adotta d-Deċiżjoni 2009/982/PESK (2) li taħtar lis-Sur Francisco DÍAZ ALCANTUD bħala Kap tal-Missjoni tal-EUJUST LEX-IRAQ. |
|
(3) |
Fis-16 ta' Ġunju 2010, ir-RGħ ippropona lill-KPS li jestendi l-mandat tas-Sur Francisco DÍAZ ALCANTUD bħala Kap tal-Missjoni tal-EUJUSTLEX-IRAQ sat-30 ta' Ġunju 2011, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Francisco DÍAZ ALCANTUD bħala Kap tal-Missjoni tal-EUJUST LEX-IRAQ huwa b'dan estiż mill-1 ta' Lulju 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. FERNÁNDEZ-ARIAS
|
26.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Ġunju 2010
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza tas-sajd tal-Istati Membri għall-2010
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3940)
(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Litwan, Olandiż, Pollakk, Rumen, Sloven, Spanjol, Żvediż u Taljan biss huma awtentiċi)
(2010/352/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Istati Membri ressqu lill-Kummissjoni l-programm ta’ kontroll tas-sajd tagħhom għall-2010 flimkien mal-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-ispejjeż li se jintefqu fit-twettiq tal-proġetti fit-tali programm. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet li jirrigwardaw l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament mill-Unjoni. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet għal finanzjament mill-Unjoni għandhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (2). |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata t-tali kontribuzzjoni. |
|
(5) |
Sabiex ikun imħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji ddefiniti mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-awtomatizzazzjoni u l-ġestjoni tad-dejta, mas-sistemi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniċi (ERS) u sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), kif ukoll seminars mill-Istati Membri mmirati lejn it-titjib tal-għarfien dwar ir-Regolament il-ġdid ta’ kontroll u anke għall-prevenzjoni ta’ sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU), għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. |
|
(6) |
Sabiex jiġi limitat l-ammont iddedikat għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru għall-għassa fuq is-sajd, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal dawn it-tip ta’ nefqiet se tkun ristretta għal massimu ta’ EUR 1 Miljun għal kull Stat Membru. |
|
(7) |
Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Vapuri bbażati fuq satellita (4). |
|
(8) |
Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniku abbord il-bastimenti tas-sajd għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007 (5). |
|
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2010 għall-infiq li daħlu għalih l-Istati Membri fl-2010 huma u jimplimentaw sistemi ta’ kontroll u sorveljanza applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (PKS), kif jissemma fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Tistabbilixxi l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal kull Stat Membru, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni u l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata t-tali kontribuzzjoni.
Artikolu 2
Għeluq tal-impenji pendenti
Il-ħlasijiet kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2014. Il-ħlasijiet li jsiru mill-Istat Membru wara din id-data ta’ skadenza ma għandhomx ikunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet tal-baġit relatati ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015.
Artikolu 3
Teknoloġiji ġodda u netwerks tal-IT
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I, għax-xiri u l-istallazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u netwerks tal-IT għal finijiet ta’ ġbir u ġestjoni effiċjenti u siguri ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. In-nefqa mġarrba fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I u marbuta mas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), is-sistemi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniċi (ERS) jew sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU), għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
3. Kwalunkwe nefqa oħra mġarrba għal teknoloġiji u netwerks tal-IT ġodda, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 4
Tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness II, għax-xiri u l-armar abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatiku li jippermetti li bastimenti jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati mill-bogħod minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 2 500 kull bastiment.
3. Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, it-tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.
Artikolu 5
Sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniċi
In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness III, għall-iżvilupp, ix-xiri, l-istallazzjoni u l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa għas-sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniċi (ERS), sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sigur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 6
Tagħmir ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniku
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness IV, għax-xiri u l-armar fuq bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir tal-ERS li jippermetti li l-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw elettronikament dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 3 000 kull bastiment, bla ħsara għall-paragrafu 4.
3. Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja, it-tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1077/2008.
4. Fil-każ ta’ tagħmir li jikkombina l-funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003 u (KE) Nru 1077/2008, il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal EUR 4 500.
Artikolu 7
Proġetti pilota
In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness V, fuq proġetti pilota fuq teknoloġiji ta’ kontroll ġodda għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 8
Programmi ta’ taħriġ u ta’ skambju
In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness V, fuq it-taħriġ u l-programmi ta’ skambju ta’ impjegati taċ-ċivil responsabbli għal xogħlijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fil-qasam tas-sajd għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 9
Inizjattiva għat-trawwim ta’ kuxjenza dwar ir-regoli tal-PKS
1. In-nefqa mġarrba fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness VIII, għal inizjattivi li jinkludu seminars u għodod tal-midja mmirati lejn it-titjib tal-għarfien fost is-sajjieda u entitajiet oħra bħalma huma spetturi, prosekuturi pubbliċi u mħallfin, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali, dwar il-ħtieġa li jiġi miġġieled is-sajd irresponsabbli u illegali u dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid ta’ kontroll, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.
2. Kwalunkwe nefqa oħra mġarrba għal inizjattivi għat-trawwim ta’ kuxjenza dwar ir-regoli tal-PKS, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness VIII, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 10
Bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa tas-sajd
1. In-nefqa mġarrba fi proġetti msemmija fl-Anness IX, marbuta max-xiri u l-modernizzazzjoni tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata għal kull Stat Membru fl-Anness IX għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-utilizzazzjoni tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru kkonċernati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza bħala perċentwal tal-attività totali tagħhom fis-sena, kif dikjarata mill-Istati Membri.
Artikolu 11
Kontribuzzjoni totali massima mill-Unjoni għal kull Stat Membru
In-nefqa ppjanata, jew is-sehem eliġibbli tagħha, u l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għal kull Stat Membru huma hekk:
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru |
In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
In-Nefqa eliġibbli |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
|
Il-Belġju |
254 270 |
254 270 |
176 343 |
|
Il-Bulgarija |
195 828 |
195 828 |
153 748 |
|
Id-Danimarka |
3 215 749 |
3 148 559 |
2 729 961 |
|
Il-Ġermanja |
6 418 061 |
1 120 000 |
893 600 |
|
L-Estonja |
239 745 |
239 745 |
207 873 |
|
L-Irlanda |
51 495 000 |
46 395 000 |
1 997 500 |
|
Il-Greċja |
18 595 000 |
7 085 750 |
5 111 175 |
|
Spanja |
9 563 245 |
9 153 093 |
7 735 444 |
|
Franza |
4 536 370 |
3 497 768 |
2 640 008 |
|
L-Italja |
26 650 600 |
2 625 600 |
1 312 800 |
|
Ċipru |
357 800 |
357 800 |
318 900 |
|
Il-Litwanja |
460 001 |
460 001 |
404 001 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
2 809 000 |
1 616 000 |
1 424 000 |
|
Il-Polonja |
702 600 |
696 000 |
600 000 |
|
Ir-Rumanija |
593 600 |
593 600 |
334 240 |
|
Is-Slovenja |
510 807 |
507 649 |
383 900 |
|
Il-Finlandja |
981 000 |
881 000 |
766 500 |
|
L-Iżvezja |
2 353 016 |
2 139 327 |
1 902 083 |
|
Ir-Renju Unit |
2 164 334 |
1 408 528 |
1 036 432 |
|
Total |
132 096 027 |
82 375 517 |
30 128 508 |
Artikolu 12
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, r-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.
(3) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
ANNESS I
TEKNOLOĠIJI ĠODDA U NETWERKS TAL-IT
|
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
In-nefqa eliġibbli |
Rata ta’ utilizzazzjoni għall-finijiet ta’ kontroll |
Nett eliġibbli |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
|
(EUR) |
(EUR) |
(EUR) |
(EUR) |
||
|
Il-Belġju |
|||||
|
BE/10/03 |
20 000 |
20 000 |
100 % |
20 000 |
18 000 |
|
Subtotal |
20 000 |
20 000 |
|
20 000 |
18 000 |
|
Il-Bulgarija |
|||||
|
BG/10/02 |
8 181 |
8 181 |
100 % |
8 181 |
7 363 |
|
BG/10/05 |
16 362 |
16 362 |
100 % |
16 362 |
14 725 |
|
Subtotal |
24 543 |
24 543 |
|
24 543 |
22 088 |
|
Id-Danimarka |
|||||
|
DK/10/01 |
1 343 815 |
1 343 815 |
100 % |
1 343 815 |
1 209 434 |
|
DK/10/02 |
44 346 |
44 346 |
100 % |
44 346 |
22 173 |
|
DK/10/03 |
67 191 |
0 |
100 % |
0 |
0 |
|
Subtotal |
1 455 352 |
1 388 161 |
|
1 388 161 |
1 231 607 |
|
Il-Ġermanja |
|||||
|
DE/10/05 |
24 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
DE/10/08 |
220 000 |
220 000 |
100 % |
220 000 |
198 000 |
|
DE/10/07 |
14 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
Subtotal |
258 000 |
220 000 |
|
220 000 |
198 000 |
|
L-Estonja |
|||||
|
EE/10/03 |
60 000 |
60 000 |
100 % |
60 000 |
54 000 |
|
Subtotal |
60 000 |
60 000 |
|
60 000 |
54 000 |
|
L-Irlanda |
|||||
|
IE/10/01 |
200 000 |
200 000 |
100 % |
200 000 |
180 000 |
|
IE/10/03 |
45 000 |
45 000 |
100 % |
45 000 |
40 500 |
|
IE/10/05 |
100 000 |
100 000 |
100 % |
100 000 |
90 000 |
|
IE/10/06 |
300 000 |
300 000 |
100 % |
300 000 |
270 000 |
|
IE/10/09 |
100 000 |
100 000 |
100 % |
100 000 |
90 000 |
|
IE/10/11 |
100 000 |
100 000 |
100 % |
100 000 |
50 000 |
|
Subtotal |
845 000 |
845 000 |
|
845 000 |
720 500 |
|
Il-Greċja |
|||||
|
EL/10/01 |
400 000 |
400 000 |
100 % |
400 000 |
360 000 |
|
EL/10/03 |
1 000 000 |
1 000 000 |
100 % |
1 000 000 |
900 000 |
|
EL/10/09 |
1 500 000 |
1 500 000 |
100 % |
1 500 000 |
1 350 000 |
|
EL/10/08 |
430 000 |
430 000 |
100 % |
430 000 |
387 000 |
|
EL/10/11 |
2 045 000 |
2 045 000 |
35 % |
715 750 |
644 175 |
|
Subtotal |
5 375 000 |
5 375 000 |
|
4 045 750 |
3 641 175 |
|
Spanja |
|||||
|
ES/10/01-1 |
400 000 |
400 000 |
100 % |
400 000 |
200 000 |
|
ES/10/01-2 |
100 000 |
100 000 |
100 % |
100 000 |
50 000 |
|
ES/10/05-1 |
28 805 |
28 805 |
100 % |
28 805 |
25 924 |
|
ES/10/05-2 |
103 737 |
103 737 |
100 % |
103 737 |
93 364 |
|
ES/10/13 |
9 500 |
9 500 |
100 % |
9 500 |
8 550 |
|
Subtotal |
642 042 |
642 042 |
|
642 042 |
377 838 |
|
Franza |
|||||
|
FR/10/01 |
320 000 |
320 000 |
100 % |
320 000 |
288 000 |
|
Subtotal |
320 000 |
320 000 |
|
320 000 |
288 000 |
|
L-Italja |
|||||
|
IT/10/01 |
23 305 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
IT/10/02 |
480 000 |
380 000 |
100 % |
380 000 |
190 000 |
|
IT/10/03 |
60 000 |
60 000 |
100 % |
60 000 |
30 000 |
|
IT/10/04 |
10 000 |
10 000 |
100 % |
10 000 |
5 000 |
|
Subtotal |
23 855 000 |
450 000 |
|
450 000 |
225 000 |
|
Ċipru |
|||||
|
CY/10/02 |
50 000 |
50 000 |
100 % |
50 000 |
45 000 |
|
Subtotal |
50 000 |
50 000 |
|
50 000 |
45 000 |
|
Il-Litwanja |
|||||
|
LT/10/01 |
39 389 |
39 389 |
100 % |
39 389 |
35 450 |
|
Subtotal |
39 389 |
39 389 |
|
39 389 |
35 450 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|||||
|
NL/10/01 |
300 000 |
300 000 |
100 % |
300 000 |
270 000 |
|
NL/10/02 |
285 000 |
285 000 |
100 % |
285 000 |
256 500 |
|
NL/10/03 |
75 000 |
75 000 |
100 % |
75 000 |
67 500 |
|
NL/10/04 |
135 000 |
60 000 |
100 % |
60 000 |
30 000 |
|
NL/10/07 |
100 000 |
100 000 |
100 % |
100 000 |
90 000 |
|
NL/10/08 |
80 000 |
80 000 |
100 % |
80 000 |
72 000 |
|
NL/10/10 |
6 000 |
6 000 |
100 % |
6 000 |
3 000 |
|
NL/10/11 |
3 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
Subtotal |
984 000 |
906 000 |
|
906 000 |
789 000 |
|
Il-Polonja |
|||||
|
PL/10/01 |
22 600 |
16 000 |
100 % |
16 000 |
8 000 |
|
Subtotal |
22 600 |
16 000 |
|
16 000 |
8 000 |
|
Is-Slovenja |
|||||
|
SI/10/03 |
40 000 |
40 000 |
100 % |
40 000 |
36 000 |
|
SI/10/04 |
9 000 |
9 000 |
100 % |
9 000 |
4 500 |
|
SI/10/05 |
3 158 |
0 |
|
0 |
0 |
|
Subtotal |
52 158 |
49 000 |
|
49 000 |
40 500 |
|
Il-Finlandja |
|||||
|
FI/10/06 |
40 000 |
40 000 |
100 % |
40 000 |
20 000 |
|
Subtotal |
40 000 |
40 000 |
|
40 000 |
20 000 |
|
L-Iżvezja |
|||||
|
SE/10/04 |
97 132 |
97 132 |
100 % |
97 132 |
87 419 |
|
SE/10/05 |
48 566 |
48 566 |
100 % |
48 566 |
43 709 |
|
SE/10/06 |
485 659 |
485 659 |
100 % |
485 659 |
437 093 |
|
SE/10/09 |
291 395 |
291 395 |
100 % |
291 395 |
262 256 |
|
Subtotal |
922 752 |
922 752 |
|
922 752 |
830 476 |
|
Ir-Renju Unit |
|||||
|
UK/10/01 |
2 212 |
2 000 |
100 % |
2 000 |
1 000 |
|
UK/10/02 |
5 144 |
4 000 |
100 % |
4 000 |
2 000 |
|
UK/10/03 |
4 425 |
4 000 |
100 % |
4 000 |
2 000 |
|
UK/10/06 |
3 319 |
3 319 |
100 % |
3 319 |
1 659 |
|
UK/10/08 |
6 637 |
6 000 |
100 % |
6 000 |
3 000 |
|
UK/10/09 |
7 965 |
7 965 |
100 % |
7 965 |
7 168 |
|
UK/10/12 |
27 655 |
0 |
|
0 |
0 |
|
UK/10/14 |
9 403 |
9 403 |
100 % |
9 403 |
8 462 |
|
UK/10/40 |
5 531 |
4 000 |
100 % |
4 000 |
2 000 |
|
UK/10/48 |
21 815 |
0 |
|
0 |
0 |
|
UK/10/49 |
7 300 |
6 000 |
100 % |
6 000 |
3 000 |
|
UK/10/50 |
38 717 |
38 717 |
100 % |
38 717 |
34 844 |
|
UK/10/51 |
442 478 |
0 |
|
0 |
0 |
|
Subtotal |
582 600 |
85 402 |
|
85 402 |
65 134 |
|
Total |
35 548 436 |
11 453 289 |
|
10 124 039 |
8 609 768 |
ANNESS II
TAGĦMIR TAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKU
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
In-nefqa eliġibbli |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
|
Il-Bulgarija |
|||
|
BG/10/04 |
102 260 |
102 260 |
92 034 |
|
Subtotal |
102 260 |
102 260 |
92 034 |
|
Il-Ġermanja |
|||
|
DE/10/12 |
465 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
465 000 |
0 |
0 |
|
Il-Greċja |
|||
|
EL/10/10 |
1 000 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
1 000 000 |
0 |
0 |
|
Spanja |
|||
|
ES/10/02 |
90 000 |
90 000 |
75 000 |
|
ES/10/07 |
448 200 |
448 200 |
403 380 |
|
ES/10/12 |
132 470 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
670 670 |
538 200 |
478 380 |
|
Franza |
|||
|
FR/10/03 |
500 000 |
500 000 |
450 000 |
|
Subtotal |
500 000 |
500 000 |
450 000 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|||
|
NL/10/04 |
875 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
875 000 |
0 |
0 |
|
Is-Slovenja |
|||
|
SI/10/01 |
182 649 |
182 649 |
95 000 |
|
Subtotal |
182 649 |
182 649 |
95 000 |
|
Il-Finlandja |
|||
|
FI/10/04 |
100 000 |
100 000 |
90 000 |
|
Subtotal |
100 000 |
100 000 |
90 000 |
|
L-Iżvezja |
|||
|
SE/10/07 |
186 979 |
186 979 |
168 281 |
|
SE/10/08 |
97 131 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
284 110 |
186 979 |
168 281 |
|
Ir-Renju Unit |
|||
|
UK/10/61 |
5 531 |
0 |
0 |
|
UK/10/62 |
6 637 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
12 168 |
0 |
0 |
|
Total |
4 191 857 |
1 610 087 |
1 373 695 |
ANNESS III
SISTEMI TA’ REĠISTRAZZJONI U TA’ RAPPURTAR ELETTRONIĊI
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
In-nefqa eliġibbli |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
|
Il-Belġju |
|||
|
BE/10/01 |
9 270 |
9 270 |
8 343 |
|
Subtotal |
9 270 |
9 270 |
8 343 |
|
Id-Danimarka |
|||
|
DK/10/04 |
201 572 |
201 572 |
181 415 |
|
DK/10/05 |
100 786 |
100 786 |
90 708 |
|
DK/10/06 |
134 382 |
134 382 |
120 943 |
|
DK/10/07 |
503 931 |
503 931 |
453 538 |
|
DK/10/08 |
201 572 |
201 572 |
181 415 |
|
DK/10/09 |
67 191 |
67 191 |
60 472 |
|
DK/10/10 |
268 763 |
268 763 |
241 887 |
|
Subtotal |
1 478 197 |
1 478 197 |
1 330 377 |
|
Il-Ġermanja |
|||
|
DE/10/13 |
350 000 |
350 000 |
315 000 |
|
DE/10/14 |
50 000 |
50 000 |
45 000 |
|
DE/10/15 |
60 000 |
0 |
0 |
|
DE/10/16 |
30 000 |
30 000 |
27 000 |
|
DE/10/17 |
100 000 |
100 000 |
90 000 |
|
Subtotal |
590 000 |
530 000 |
477 000 |
|
L-Irlanda |
|||
|
IE/10/10 |
80 000 |
80 000 |
72 000 |
|
IE/10/12 |
150 000 |
150 000 |
135 000 |
|
Subtotal |
230 000 |
230 000 |
207 000 |
|
Spanja |
|||
|
ES/10/03-2 |
300 000 |
300 000 |
270 000 |
|
Subtotal |
300 000 |
300 000 |
270 000 |
|
Franza |
|||
|
FR/10/02 |
811 120 |
811 120 |
730 008 |
|
Subtotal |
811 120 |
811 120 |
730 008 |
|
Ċipru |
|||
|
CY/10/01 |
300 000 |
300 000 |
270 000 |
|
Subtotal |
300 000 |
300 000 |
270 000 |
|
Il-Litwanja |
|||
|
LT/10/02 |
379 612 |
379 612 |
341 651 |
|
Subtotal |
379 612 |
379 612 |
341 651 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|||
|
NL/10/09 |
700 000 |
700 000 |
630 000 |
|
Subtotal |
700 000 |
700 000 |
630 000 |
|
Il-Polonja |
|||
|
PL/10/02 |
560 000 |
560 000 |
504 000 |
|
Subtotal |
560 000 |
560 000 |
504 000 |
|
Ir-Rumanija |
|||
|
RO/10/04 |
93 600 |
93 600 |
84 240 |
|
Subtotal |
93 600 |
93 600 |
84 240 |
|
Is-Slovenja |
|||
|
SI/10/02-01 |
246 000 |
246 000 |
221 400 |
|
Subtotal |
246 000 |
246 000 |
221 400 |
|
Il-Finlandja |
|||
|
FI/10/01 |
300 000 |
300 000 |
270 000 |
|
FI/10/02 |
400 000 |
400 000 |
360 000 |
|
Subtotal |
700 000 |
700 000 |
630 000 |
|
L-Iżvezja |
|||
|
SE/10/01 |
339 961 |
339 961 |
305 965 |
|
SE/10/03 |
339 961 |
339 961 |
305 965 |
|
Subtotal |
679 922 |
679 922 |
611 930 |
|
Total |
7 077 720 |
7 017 720 |
6 315 949 |
ANNESS IV
TAGĦMIR TA’ REĠISTRAZZJONI U TA’ RAPPURTAR ELETTRONIKU
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
In-nefqa eliġibbli |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
|
Il-Belġju |
|||
|
BE/10/02 |
225 000 |
225 000 |
150 000 |
|
Subtotal |
225 000 |
225 000 |
150 000 |
|
Il-Ġermanja |
|||
|
DE/10/10 |
84 000 |
84 000 |
75 600 |
|
Subtotal |
84 000 |
84 000 |
75 600 |
|
L-Estonja |
|||
|
EE/10/01 |
160 000 |
160 000 |
144 000 |
|
Subtotal |
160 000 |
160 000 |
144 000 |
|
Spanja |
|||
|
ES/10/03-1 |
6 912 000 |
6 912 000 |
6 220 800 |
|
Subtotal |
6 912 000 |
6 912 000 |
6 220 800 |
|
Franza |
|||
|
FR/10/08 |
1 098 000 |
1 098 000 |
732 000 |
|
FR/10/07 |
1 109 250 |
188 648 |
150 000 |
|
Subtotal |
2 207 250 |
1 286 648 |
882 000 |
|
Is-Slovenja |
|||
|
SI/10-02-02 |
24 000 |
24 000 |
21 600 |
|
Subtotal |
24 000 |
24 000 |
21 600 |
|
Is-Slovenja |
|||
|
SE/10/02 |
291 395 |
291 395 |
262 256 |
|
Subtotal |
291 395 |
291 395 |
262 256 |
|
Ir-Renju Unit |
|||
|
UK/10/52 |
774 336 |
774 336 |
696 903 |
|
Subtotal |
774 336 |
774 336 |
696 903 |
|
Total |
10 677 981 |
9 757 379 |
8 453 159 |
ANNESS V
PROĠETTI PILOTA
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
In-nefqa eliġibbli |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
|
Id-Danimarka |
|||
|
DK/10/11 |
67 191 |
67 191 |
60 472 |
|
Total |
67 191 |
67 191 |
60 472 |
ANNESS VI
PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ U TA’ SKAMBJU
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
In-nefqa eliġibbli |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
|
Il-Bulgarija |
|||
|
BG/10/01 |
40 904 |
40 904 |
20 452 |
|
BG/10/03 |
15 339 |
15 339 |
7 669 |
|
Subtotal |
56 243 |
56 243 |
28 122 |
|
Id-Danimarka |
|||
|
DK/10/12 |
87 348 |
87 348 |
43 674 |
|
DK/10/13 |
51 737 |
51 737 |
25 868 |
|
DK/10/14 |
75 926 |
75 926 |
37 963 |
|
Subtotal |
215 010 |
215 010 |
107 505 |
|
Il-Ġermanja |
|||
|
DE/10/04 |
11 800 |
0 |
0 |
|
DE/10/11 |
130 000 |
130 000 |
65 000 |
|
DE/10/18 |
120 000 |
120 000 |
60 000 |
|
Subtotal |
261 800 |
250 000 |
125 000 |
|
L-Estonja |
|||
|
EE/10/04 |
3 000 |
3 000 |
1 500 |
|
Subtotal |
3 000 |
3 000 |
1 500 |
|
L-Irlanda |
|||
|
IE/10/02 |
150 000 |
50 000 |
25 000 |
|
IE/10/08 |
20 000 |
20 000 |
10 000 |
|
Subtotal |
170 000 |
70 000 |
35 000 |
|
Il-Greċja |
|||
|
EL/10/11 |
40 000 |
40 000 |
20 000 |
|
Subtotal |
40 000 |
40 000 |
20 000 |
|
Spanja |
|||
|
ES/10/03-3 |
20 000 |
20 000 |
10 000 |
|
ES/10/04-3 |
30 240 |
0 |
0 |
|
ES/10/04-2 |
10 000 |
10 000 |
5 000 |
|
ES/10/14 |
8 225 |
0 |
0 |
|
ES/10/09 |
22 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
90 465 |
30 000 |
15 000 |
|
Franza |
|||
|
FR/10/04 |
70 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
70 000 |
0 |
0 |
|
L-Italja |
|||
|
IT/10/07 |
24 000 |
24 000 |
12 000 |
|
IT/10/08 |
51 600 |
51 600 |
25 800 |
|
IT/10/09 |
250 000 |
0 |
0 |
|
IT/10/10 |
150 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
475 600 |
75 600 |
37 800 |
|
Ċipru |
|||
|
CYP/10/03 |
7 800 |
7 800 |
3 900 |
|
Subtotal |
7 800 |
7 800 |
3 900 |
|
Il-Litwanja |
|||
|
LT/10/03 |
25 000 |
25 000 |
12 500 |
|
Subtotal |
25 000 |
25 000 |
12 500 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|||
|
NL/10/12 |
20 000 |
0 |
0 |
|
NL/10/13 |
20 000 |
0 |
0 |
|
NL/10/14 |
10 000 |
10 000 |
5 000 |
|
Subtotal |
50 000 |
10 000 |
5 000 |
|
Il-Polonja |
|||
|
PL/10/03 |
50 000 |
50 000 |
25 000 |
|
Subtotal |
50 000 |
50 000 |
25 000 |
|
Ir-Rumanija |
|||
|
RO/10/02 |
50 000 |
50 000 |
25 000 |
|
RO/10/03 |
50 000 |
50 000 |
25 000 |
|
Subtotal |
100 000 |
100 000 |
50 000 |
|
Il-Finlandja |
|||
|
FI/10/03 |
26 000 |
26 000 |
13 000 |
|
Subtotal |
26 000 |
26 000 |
13 000 |
|
L-Isvezja |
|||
|
SE/10/10 |
174 837 |
58 279 |
29 140 |
|
Subtotal |
174 837 |
58 279 |
29 140 |
|
Ir-Renju Unit |
|||
|
UK/10/07 |
2 212 |
2 212 |
1 106 |
|
UK/10/15 |
9 695 |
9 695 |
4 847 |
|
UK/10/16 |
2 729 |
0 |
0 |
|
UK/10/17 |
4 507 |
0 |
0 |
|
UK/10/18 |
93 405 |
0 |
0 |
|
UK/10/19 |
3 655 |
0 |
0 |
|
UK/10/20 |
12 824 |
0 |
0 |
|
UK/10/21 |
3 312 |
0 |
0 |
|
UK/10/22 |
11 403 |
11 403 |
5 701 |
|
UK/10/23 |
11 097 |
11 097 |
5 549 |
|
UK/10/24 |
6 750 |
6 750 |
3 375 |
|
UK/10/25 |
9 978 |
9 978 |
4 989 |
|
UK/10/26 |
9 978 |
9 978 |
4 989 |
|
UK/10/27 |
32 313 |
0 |
0 |
|
UK/10/28 |
7 200 |
0 |
0 |
|
UK/10/29 |
9 978 |
0 |
0 |
|
UK/10/30 |
9 978 |
0 |
0 |
|
UK/10/31 |
9 978 |
0 |
0 |
|
UK/10/32 |
13 382 |
0 |
0 |
|
UK/10/33 |
6 750 |
0 |
0 |
|
UK/10/34 |
6 307 |
0 |
0 |
|
UK/10/35 |
12 824 |
0 |
0 |
|
UK/10/36 |
9 978 |
9 978 |
4 989 |
|
UK/10/37 |
4 960 |
0 |
0 |
|
UK/10/38 |
8 384 |
0 |
0 |
|
UK/10/39 |
6 588 |
6 588 |
3 294 |
|
UK/10/41 |
3 319 |
3 319 |
1 659 |
|
UK/10/42 |
442 |
0 |
0 |
|
UK/10/43 |
442 |
0 |
0 |
|
UK/10/44 |
442 |
0 |
0 |
|
UK/10/54 |
2 084 |
2 084 |
1 042 |
|
UK/10/55 |
365 |
0 |
0 |
|
UK/10/56 |
243 |
0 |
0 |
|
UK/10/57 |
216 |
0 |
0 |
|
UK/10/58 |
127 |
0 |
0 |
|
UK/10/59 |
1 161 |
0 |
0 |
|
UK/10/60 |
513 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
329 522 |
83 082 |
41 541 |
|
Total |
2 145 278 |
1 100 014 |
550 008 |
ANNESS VII
SKEMI PILOTA TA’ SPEZZJONI U OSSERVAZJONI
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Spejjeż eliġibbli |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
|
Spanja |
|||
|
ES/10/17 |
138 500 |
0 |
0 |
|
Total |
138 500 |
0 |
0 |
ANNESS VIII
INIZJATTIVA GĦAT-TRAWWIM TA’ KUXJENZA DWAR IR-REGOLI TAL-PKS
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd |
In-nefqa eliġibbli |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni |
|
Il-Bulgarija |
|||
|
BG/10/06 |
12 782 |
12 782 |
11 504 |
|
Subtotal |
12 782 |
12 782 |
11 504 |
|
L-Irlanda |
|||
|
IE/10/13 |
50 000 |
50 000 |
35 000 |
|
Subtotal |
50 000 |
50 000 |
35 000 |
|
Il-Greċja |
|||
|
EL/10/02 |
500 000 |
500 000 |
450 000 |
|
Subtotal |
500 000 |
500 000 |
450 000 |
|
Spanja |
|||
|
ES/10/08 |
645 851 |
645 851 |
322 926 |
|
ES/10/11 |
60 000 |
60 000 |
30 000 |
|
ES/10/04-1 |
20 000 |
20 000 |
18 000 |
|
Subtotal |
725 851 |
725 851 |
370 926 |
|
L-Italja |
|||
|
IT/10/11 |
280 000 |
100 000 |
50 000 |
|
Subtotal |
280 000 |
100 000 |
50 000 |
|
Il-Litwanja |
|||
|
LT/10/04 |
16 000 |
16 000 |
14 400 |
|
Subtotal |
16 000 |
16 000 |
14 400 |
|
Il-Polonja |
|||
|
PL/10/04 |
70 000 |
70 000 |
63 000 |
|
Subtotal |
70 000 |
70 000 |
63 000 |
|
Il-Finlandja |
|||
|
FI/10/05 |
15 000 |
15 000 |
13 500 |
|
Subtotal |
15 000 |
15 000 |
13 500 |
|
Is-Slovenja |
|||
|
SI/10/06 |
6 000 |
6 000 |
5 400 |
|
Subtotal |
6 000 |
6 000 |
5 400 |
|
Total |
1 675 633 |
1 495 633 |
1 013 730 |
ANNESS IX
BASTIMENTI U INĠENJI TAL-AJRU TAL-GĦASSA
|
Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett |
In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd (EUR) |
In-nefqa eliġibbli (EUR) |
Rata ta’ utilizzazzjoni għall-finijiet ta’ kontroll |
Nett eliġibbli (EUR) |
Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni (EUR) (50 % limitati għal 1 miljun) |
|
Il-Ġermanja |
|||||
|
DE/10/01 |
45 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
DE/10/02 |
36 000 |
36 000 |
100 % |
36 000 |
18 000 |
|
DE/10/06 |
4 527 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
DE/10/09 |
151 261 |
0 |
|
0 |
0 |
|
Subtotal |
4 759 261 |
36 000 |
|
36 000 |
18 000 |
|
L-Estonja |
|||||
|
EE/10/02 |
16 745 |
16 745 |
100 % |
16 745 |
8 373 |
|
Subtotal |
16 745 |
16 745 |
|
16 745 |
8 373 |
|
L-Irlanda |
|||||
|
IE/10/04 |
200 000 |
200 000 |
100 % |
200 000 |
100 000 |
|
IE/10/07 |
50 000 000 |
50 000 000 |
90 % |
45 000 000 |
900 000 |
|
Subtotal |
50 200 000 |
50 200 000 |
|
45 200 000 |
1 000 000 |
|
Il-Greċja |
|||||
|
EL/10/04 |
2 000 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
EL/10/05 |
180 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
EL/10/06 |
4 500 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
EL/10/07 |
5 000 000 |
5 000 000 |
50 % |
2 500 000 |
1 000 000 |
|
Subtotal |
11 680 000 |
5 000 000 |
|
2 500 000 |
1 000 000 |
|
Spanja |
|||||
|
ES/10/15 |
5 000 |
5 000 |
100 % |
5 000 |
2 500 |
|
ES/10/16 |
34 470 |
0 |
|
0 |
0 |
|
ES/10/10 |
44 248 |
0 |
|
0 |
0 |
|
Subtotal |
83 718 |
5 000 |
|
5 000 |
2 500 |
|
Franza |
|||||
|
FR/10/05 |
48 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
FR/10/06 |
580 000 |
580 000 |
100 % |
580 000 |
290 000 |
|
Subtotal |
628 000 |
580 000 |
|
580 000 |
290 000 |
|
L-Italja |
|||||
|
IT/10/05 |
40 000 |
0 |
|
0 |
0 |
|
IT/10/06 |
2 000 000 |
2 000 000 |
100 % |
2 000 000 |
1 000 000 |
|
Subtotal |
2 040 000 |
2 000 000 |
|
2 000 000 |
1 000 000 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|||||
|
NL/10/05 |
200 000 |
0 |
|
|
0 |
|
Subtotal |
200 000 |
0 |
|
|
0 |
|
Ir-Rumanija |
|||||
|
RO/10/01 |
400 000 |
400 000 |
100 % |
400 000 |
200 000 |
|
Subtotal |
400 000 |
400 000 |
|
400 000 |
200 000 |
|
Il-Finlandja |
|||||
|
FI/10/07 |
100 000 |
0 |
|
|
0 |
|
Subtotal |
100 000 |
0 |
|
|
0 |
|
Ir-Renju Unit |
|||||
|
UK/10/04 |
387 168 |
387 168 |
100 % |
387 168 |
193 584 |
|
UK/10/05 |
3 761 |
3 761 |
100 % |
3 761 |
1 881 |
|
UK/10/10 |
8 850 |
8 850 |
100 % |
8 850 |
4 425 |
|
UK/10/11 |
30 973 |
30 973 |
100 % |
30 973 |
15 487 |
|
UK/10/45 |
27 655 |
27 655 |
100 % |
27 655 |
13 827 |
|
UK/10/47 |
6 637 |
6 637 |
100 % |
6 637 |
3 319 |
|
UK/10/53 |
664 |
664 |
100 % |
664 |
332 |
|
Subtotal |
465 708 |
465 708 |
|
465 708 |
232 854 |
|
Total |
70 573 431 |
58 703 453 |
|
51 203 453 |
3 751 727 |
|
26.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Ġunju 2010
li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji maħruġa għas-sustanzi attivi ġodda amisulbrom, chlorantraniliprole, meptyldinocap u pinoxaden
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4177)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/353/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment ir-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Marzu 2006 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Nissan Chemical Europe SARL għall-inklużjoni tas-sustanza attiva amisulbrom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/669/KE (2) kkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għar-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fi Frar tal-2002 l-Irlanda rċeviet applikazzjoni mingħand DuPont International Operations SARL għall-inklużjoni tas-sustanza attiva chlorantraniliprole fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/560/KE (3) kkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għar-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Awwissu 2005 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Dow AgroSciences għall-inklużjoni tas-sustanza attiva meptyldinocap fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/589/KE (4) kkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għar-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Marzu 2004 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Syngenta Ltd għall-inklużjoni tas-sustanza attiva pinoxaden fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/459/KE (5) kkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għar-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Il-konferma tal-kompletezza tal-fajls kienet meħtieġa sabiex dawn setgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għall-perjodi sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi konċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kundizzjoni relata mal-verifika dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati minn dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Għal dawn is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew valutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikanti. L-Istati Membri relaturi ressqu l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi rispettivi lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Lulju 2008 (amisulbrom), fil-11 ta’ Frar 2009 (chlorantraniliprole) u fil-25 ta’ Ottubru 2006 (meptyldinocap) u fit-30 ta’ Novermbru 2005 (pinoxaden). |
|
(7) |
Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi mill-Istati Membri relaturi, instab li kien hemm il-ħtieġa li tintalab iktar informazzjoni mill-applikanti u li l-Istati Membri relaturi kellhom jeżaminaw din l-informazzjoni u jressqu l-evalwazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-eżami tal-fajls għadu għaddej u mhux ser ikun possibbli li l-evalwazzjoni tintemm fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/724/KE (6) (pinoxaden). |
|
(8) |
Minħabba li l-evalwazzjoni li saret s’issa għadha ma identifikat l-ebda ħjiel ta’ problema immedjata, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jġeddu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta’ 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE, u dan sabiex ikun jista’ jitkompla l-eżami tal-fajls. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar il-possibbiltà li amisulbrom, chlorantraniliprole, meptyldinocap u pinoxaden jiġu inklużi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva jkunu tlestew fi żmien 24 xahar. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi amisulbrom, chlorantraniliprole, meptyldinocap jew pinoxaden għal perjodu li jintemm mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 274, 18.10.2007, p. 15.
(3) ĠU L 213, 15.8.2007, p. 29.
|
26.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ġunju 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4170)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/354/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta' Novembru 2008 dwar il-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (3) tistipula ċerti miżuri ta' kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom stipulati fl-Anness ma' dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
L-Anness mad-Deċiżjoni 2008/855/KE hu magħmul minn tliet partijiet, skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żoni elenkati fih. Il-Partijiet I u II ta' dak l-Anness jelenkaw iż-żoni fl-Istati Membri fejn is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ħnieżer selvaġġi hija meqjusa bħala l-aktar favorevoli. |
|
(3) |
Għalkemm il-ħnieżer selvaġġi huma inklużi fl-ambitu tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-miżuri ta' kontroll stipulati f'dik id-Deċiżjoni huma primarjament immirati għall-ħnieżer tal-irziezet u l-prodotti li ġejjin minnhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE (4) tistipula l-proċeduri dijanjostiċi, metodi ta' teħid ta' kampjuni u kriterji għall-valutazzjoni tat-testijiet li jkunu saru fil-laboratorju biex jiġi kkonfermat jekk hemmx deni klassiku tal-ħnieżer. |
|
(5) |
Sabiex ikun hemm kontroll aħjar tat-tixrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer, huwa xieraq li jiġu stipulati ċerti miżuri ta' kontroll dwar is-saħħa tal-annimali li jkollhom bħala mira l-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi li qegħdin jintlaqtu b'dik il-marda. B'mod partikolari, għandha tiġi stabbilita projbizzjoni dwar il-bgħit ta' kunsinni ta' ħnieżer selvaġġi ħajjin u ta' laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li fihom jew jikkonsistu f'laħam bħal dan miż-żoni elenkati fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/855/KE. |
|
(6) |
Madankollu huwa xieraq li jkun permess li kunsinni ta' laħam frisk ta' ħnieżer selvaġġi, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li fihom jew jikkonsistu f'laħam bħal dan jintbagħtu minn dawk iż-żoni għal żoni oħra li mhumiex elenkati fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/855/KE, kemm-il darba jitwettqu testijiet viroloġiċi b'konformità mad-Deċiżjoni 2002/106/KE, ir-riżultati ta' dawk it-testijiet ikunu negattivi u l-awtorità veterinarja kompetenti tal-post ta' destinazzjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8a li ġej qed jiddaħħal fid-Deċiżjoni 2008/855/KE:
“L-Artikolu 8b
Miżuri marbuta ma' ħnieżer selvaġġi ħajjin, laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li fihom jew jikkonsistu f'laħam li ġej mill-ħnieżer selvaġġi
1. L-Istati Membri kkonċernati biż-żoni elenkati fl-Anness għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
l-ebda ħnieżer selvaġġi ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness ma jintbagħtu fi Stati Membri oħra jew f'żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru; |
|
(b) |
ma jintbagħtu l-ebda kunsinni ta' laħam frisk tal-ħnieżer selvaġġi, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li fihom jew jikkonsistu f'laħam bħal dan miż-żoni elenkati fl-Anness lil Stati Membri oħra jew lil żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru. |
2. B'deroga mill-paragrafu 1(b), l-Istati Membri kkonċernati biż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness jistgħu jawtorizzaw il-bgħit ta' kunsinni tal-laħam frisk tal-ħnieżer selvaġġi, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li fihom jew jikkonsistu f'laħam bħal dan minn dawk iż-żoni għal żoni oħra li mhumiex elenkati fl-Anness, kemm-il darba:
|
(a) |
il-ħnieżer ikunu ġew ittestjati u jirriżulta li ma għandhomx deni klassiku tal-ħnieżer skont kull proċedura ta' dijanjożi deskritta fil-Parti A(1), Parti B jew Parti C tal-Kapitolu VI tal-Anness mad-Deċiżjoni 2002/106/KE; |
|
(b) |
l-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-25 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
|
26.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ġunju 2010
dwar li ma għandux jiġi inkluż trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4199)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/355/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629/KE (2) ġie deċiż li s-sustanza attiva trifluralin ma tiġix inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik id-Deċiżjoni ttieħdet fil-qafas tat-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma previst fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (3) u (KE) Nru 703/2001 (4) li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(2) |
In-notifikant oriġinali ressaq applikazzjoni ġdida skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5). Huwa talab l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata skont l-Artikoli 13 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u ressaq dossier aġġornat. L-applikazzjoni tressqet lill-Greċja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. |
|
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u tressqet fl-istess perjodu ta’ żmien stipulat fit-tieni sentenza tal-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-Greċja vvalutat l-informazzjoni l-ġdida u d-dejta mressqa min-notifikant u ħejjiet rapport addizzjonali fis-7 ta’ Jannar 2009. |
|
(5) |
Ir-rapport addizzjonali saritlu analiżi inter pares mill-Istati Membri u mill-Awtorità tas-Sikurezza tal-Ikel, minn hawn ‘il quddiem l-EFSA, u tressaq quddiem il-Kummissjoni fl-14 ta’ Lulju 2009 fil-format tar-Rapport Xjentifiku tal-EFSA għal trifluralin (6). Dan ir-rapport ġie analizzat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fil-11 ta’ Mejju 2010 fil-format tar-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għat-trifluralin. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni ġdida mill-Istat Membru relatur u l-konklużjoni l-ġdida mill-EFSA kkonċentraw fuq it-tħassib li jwassal għan-noninklużjoni, li kien dovut għar-riskju għoli għall-organiżmi akkwatiċi, speċjalment ħut, it-tossiċità tal-metaboliti għal organiżmi li jgħixu fis-sediment, l-espożizzjoni tal-konsumatur għal applikazzjonijiet li mhumiex ċereali, il-persistenza għolja fil-ħamrija, il-potenzjal kbir ta’ bijoakkumulazzjoni, u l-potenzjal għal trasport ta’ firxa kbira permezz tal-ajru. |
|
(7) |
Tressqu dejta u informazzjoni ġodda min-notifikant fid-dossier aġġornat, b’mod partikolari fir-rigward tal-istima tal-impatt akkwatika, speċjalment il-ħut, it-tossiċità tal-metaboliti għal organiżmi li jgħixu fis-sediment, il-persistenza għolja fil-ħamrija u l-potenzjal kbir ta’ bijoakkumulazzjoni. Biex inaqqas ir-riskju lill-konsumaturi, in-notifikant, fil-kuntest tal-preżentazzjoni mill-ġdid, appoġġja biss applikazzjonijiet fuq ir-rapa taż-żrieragħ taż-żejt. F’dak li għandu x’jaqsam mal-potenzjal għal trasport ta’ firxa kbira permezz tal-ajru, id-dejta li tressqet sempliċiment irriproduċiet rapport ta’ monitoraġġ li kien diġà deher fid-dossier oriġinali. Saret stima ġdida, kif inkluż fir-rapport addizzjonali u fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA għat-trifluralin. |
|
(8) |
Minkejja dan, id-dejta u l-informazzjoni addizzjonali mogħtija min-notifikant ma wasslux biex jeliminaw il-punti speċifiċi ta’ tħassib li wasslu għan-noninklużjoni. |
|
(9) |
B’mod partikolari, it-tħassib dwar ir-riskju għoli għall-organiżmi akkwatiċi, speċjalment il-ħut, ma setgħux jiġu solvuti minħabba nuqqasijiet fl-istudji li tressqu l-aħħar. B’konsegwenza ta’ dan, l-istima tal-impatt tal-ilma tal-wiċċ ma setgħatx tiġi finalizzata. Barra minn hekk, il-potenzjal għal trasport ta’ medda kbira permezz tal-ajru ma ġiex iċċarat kif xieraq mill-informazzjoni li ngħatat li kienet ta’ natura skaduta. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tal-analiżi inter pares. Barra minn dan, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex iressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport tal-analiżi u b’mod partikolari dwar il-punti ta’ tħassib li fadal għar-riskju akkwatiku u l-potenzjal għat-trasport ta’ medda twila. In-notifikant ippreżenta l-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(11) |
Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa, il-punti tat-tħassib imsemmija hawn fuq baqgħu ma ssolvewx, u l-valutazzjonijiet li saru abbażi tal-informazzjoni ppreżentata u vvalutata matul il-laqgħat tal-esperti tal-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, fil-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-trifluralin jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(12) |
Għalhekk, it-trifluralin ma għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(13) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/629/KE għandha tiġi revokata. |
|
(14) |
Din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għat-tressiq ta’ applikazzjoni ulterjuri għat-trifluralin skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE tal-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-trifluralin ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2007/629/KE hija rrevokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 255, 29.9.2007, p. 42.
(3) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(6) Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 327, - Konklużjoni dwar l-analiżi inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tas-sustanza attiva trifluralin (maħruġ mill-ġdid fl-14 ta’ Lulju 2009).
|
26.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ġunju 2010
li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida profoxydim
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4225)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/356/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Marzu 1998 Spanja rċeviet applikazzjoni mingħand BASF SE għall-inklużjoni tas-sustanza attiva profoxydim fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/43/KE (2) kkonfermat li l-fajl kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Kien hemm il-ħtieġa ta’ konferma tal-kompletezza tal-fajl biex seta’ jiġi eżaminat fid-dettall u biex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet proviżorji, għal perjodi sa tliet snin, għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom s-sustanza attiva kkonċernata, filwaqt li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kondizzjoni dwar il-valutazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati minn dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Għal din is-sostanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru rapporteur ressaq abbozz ta’ rapport evalwattiv lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Marzu 2001. |
|
(4) |
Wara li tressaq l-abbozz tar-rapport evalwattiv mill-Istat Membru relatur, instab li hemm il-ħtieġa li tintalab aktar informazzjoni mingħand l-applikant u li l-Istat Membru relatur jeżamina dik l-informazzjoni u jressaq il-valutazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-eżami tal-fajl għadu għaddej u mhux ser ikun possibbli li l-valutazzjoni tintemm fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/564/KE (3). |
|
(5) |
Minħabba li l-valutazzjoni s’issa għadha ma identifikat l-ebda raġuni ta’ tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva kkonċernata għal perjodu ta’ 24 xahar b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE b’mod li jkun jista’ jitkompla l-eżami tal-fajl. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar il-possibbiltà li s-sustanza profoxydim tiġi inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva jkunu tlestew fi żmien 24 xahar. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza profoxydim għal perjodu li ma jaqbiżx it-30 ta’ Ġunju 2012.
L-Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.