ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.154.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 154

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
19 ta' Ġunju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 530/2010 tat-18 ta’ Ġunju 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Gyulai kolbász/Gyulai pároskolbász (IĠP)]

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 531/2010 tat-18 ta’ Ġunju 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Csabai kolbász/Csabai vastagkolbász (IĠP)]

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2010 tat-18 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 533/2010 tat-18 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 534/2010 tat-18 ta’ Ġunju 2010 li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 535/2010 tat-18 ta’ Ġunju 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 536/2010 tat-18 ta’ Ġunju 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2010 tat-18 ta’ Ġunju 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju tal-2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

17

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 538/2010 tat-18 ta’ Ġunju 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

19

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/38/UE tat-18 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż is-sulfuryl fluoride bħala sustanza attiva ( 1 )

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/337/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

24

 

 

2010/338/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

25

 

 

2010/339/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

26

 

 

2010/340/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

27

 

 

2010/341/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPOL Afghanistan/2/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL Afghanistan

28

 

 

2010/342/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2010 li teżenta lil Banque de France mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3853)  ( 1 )

29

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/74/KE tas-26 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/55/KE u 2002/57/KE rigward l-ismijiet botaniċi tal-pjanti, l-ismijiet xjentifiċi ta’ organiżmi oħra u ċerti Annessi tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE u 2002/57/KE fid-dawl ta’ żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE) ( ĠU L 166, 27.6.2009 )

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 530/2010

tat-18 ta’ Ġunju 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Gyulai kolbász/Gyulai pároskolbász (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mill-Ungerija għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Gyulai pároskolbász” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 248, 16.10.2009, p. 26.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Il-klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

L-UNGERIJA

Gyulai kolbász/Gyulai pároskolbász (IĠP)


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 531/2010

tat-18 ta’ Ġunju 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Csabai kolbász/Csabai vastagkolbász (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Ungerija biex id-denominazzjoni “Csabai kolbász” jew “Csabai vastagkolbász” tiddaħħal fi-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 248, 16.10.2009, p. 22.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Il-klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

L-UNGERIJA

[Csabai kolbász/Csabai vastagkolbász (IĠP)]


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2010

tat-18 ta’ Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fid-9 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. L-Anness IV għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq.

(3)

L-Artikoli 8(a), 9 u 11 (2) (b) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 jirreferu għad-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp ġie nnominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kunsill. Hu xieraq li tkun miżjuda d-data rilevanti ma' kull annotazzjoni.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 hu b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

João VALE DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 116/2008 (ĠU L 35, 9.2.2008, p. 1).


ANNESS

“ANNESS IV

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura ‘A. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi’:

(a)

‘Il-Kumpless Industrijali Amin (magħruf ukoll bħala (a) Amin Industrial Compound, (b) Amin Industrial Company). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) P.O. Box 91735-549, Mashad, l-Iran; (b) Amin Industrial Estate, Khalage Rd., Seyedi District, Mashad, l-Iran; (c) Kaveh Complex, Khalaj Rd., Seyedi St., Mashad, l-Iran; Tagħrif ieħor: (a) Il-Kumpless Industrijali Amin ipprova jikseb kontrolluri tat-temperatura li jistgħu jintużaw fir-riċerka u l-faċilitajiet operazzjonali/ta' produzzjoni nukleari, (b) Il-Kumpless Industrijali Amin huwa l-proprjetà ta’, jew huwa kkontrollat minn, jew jaġixxi f’isem l-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO), li ġiet innominata mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1737 (2006).’

(b)

‘Il-Grupp tal-Industriji tal-Armamenti. Data tan-nomina mill-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010). Indirizz: (a) Sepah Islam Road, Karaj Special Road Km 10, l-Iran; (b) Pasdaran Ave., P.O. Box 19585/777, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) Il-Grupp tal-Industriji tal-Armamenti (AIG) jimmanifattura diversi armi żgħar u armamenti ħfief, inklużi arma tan-nar ta’ kalibru kbir jew medju u teknoloġija relatata, u jipprovdi servizzi li jikkonċernawhom, (b) L-AIG jmexxi l-maġġoranza tal-attività tiegħu ta’ ksib permezz tal-Kumpless tal-Industriji Hadid.’

(c)

‘Iċ-Ċentru tar-Riċerka tat-Teknoloġija tad-Difiża u x-Xjenza. Data tan-nomina mill-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010). Indirizz: Pasdaran Ave., P.O. Box 19585/777, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Iċ-Ċentru tar-Riċerka tat-Teknoloġija tad-Difiża u x-Xjenza (DTSRC) huwa l-proprjetà ta’ jew huwa kkontrollat minn jew jaġixxi f’isem il-Ministeru tad-Difiża u tal-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) tal-Iran, li jissorvelja r-riċerka u l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-manutenzjoni, l-esportazzjoni u l-ksib tad-difiża tal-Iran.’

(d)

‘Doostan International Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Id-Doostan International Company (DICO) tforni elementi għall-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran.’

(e)

‘Farasakht Industries. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: P.O. Box 83145-311, Kilometer 28, Esfahan-Tehran Freeway, Shahin Shahr, Esfahan, l-Iran. Tagħrif ieħor: Farasakht Industries hija l-proprjetà tal-Iran Aircraft Manufacturing Company jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f'isimha u l-istess Iran Aircraft Manufacturing Company hija, min-naħa tagħha, proprjetà ta’ MODAFL jew hija kkontrollata minnu.’

(f)

‘L-Istitut Fater (jew Faater). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: (a) sussidjarju ta’ Khatam al-Anbiya (KAA), (b) Fater ħadem ma’ fornituri barranin, x’aktarx f'isem kumpaniji oħra ta' KAA fuq proġetti tal-IRGC projects fl-Iran, (c) Il-proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew huwa kkontrollat minnhom jew jaġixxi f’isimhom.’

(g)

‘First East Export Bank, P.L.C. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Unit Level 10 (B1), Main Office Tower, Financial Park Labuan, Jalan Merdeka, 87000 WP Labuan, il-Malasja. Tagħrif ieħor: (a) Il-First East Export Bank, PLC huwa l-proprjetà tal-Bank Mellat, jew huwa kkontrollat minnu, jew jaġixxi f’ismu, (b) Matul l-aħħar seba’ snin, il-Bank iffaċilita tranżazzjonijiet għal mijiet ta’ miljuni ta' dollari fi tranżazzjonijiet għal entitajiet Iranjani nukleari, missilistiċi u tad-difiża, (c) Numru tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju LL06889 (il-Malasja).’

(h)

‘Gharagahe Sazandegi Ghaem. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Gharagahe Sazandegi Ghaem hija l-proprjetà tal-KAA (ara hawn isfel) jew hija kkontrollata minnha.’

(i)

‘Ghorb Karbala. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Ghorb Karbala hija l-proprjetà tal-KAA (ara hawn isfel) jew hija kkontrollata minnha.’

(j)

‘Ghorb Nooh. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Ghorb Nooh hija l-proprjetà tal-KAA (ara hawn isfel) jew hija kkontrollata minnha.’

(k)

‘Hara Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Proprjetà ta’ Ghorb Nooh jew ikkontrollata minnha.’

(l)

‘Imensazan Consultant Engineers Institute. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Proprjetà tal-KAA (ara hawn isfel) jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(m)

‘Irano Hind Shipping Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) 18 Mehrshad Street, Sadaghat Street, Opposite of Park Mellat, Vali-e-Asr Ave., Teheran, l-Iran, (b) 265, Next to Mehrshad, Sedaghat St., Opposite of Mellat Park, Vali Asr Ave., Teheran 1A001, l-Iran. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom.’

(n)

‘IRISL Benelux NV. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Noorderlaan 139, B-2030, Antwerp, il-Belġju. Tagħrif ieħor: (a) Numru tal-V.A.T. BE480224531 (il-Belġju), (b) Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom.’

(o)

‘Kaveh Cutting Tools Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) 3rd Km of Khalaj Road, Seyyedi Street, Mashad 91638, l-Iran, (b) Km 4 of Khalaj Road, End of Seyedi Street, Mashad, l-Iran, (c) P.O. Box 91735-549, Mashad, Iran, (d) Khalaj Rd., End of Seyyedi Alley, Mashad, l-Iran; (e) Moqan St., Pasdaran St., Pasdaran Cross Rd., Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Kaveh Cutting Tools Company hija proprjetà tad-DIO, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(p)

‘Khatam al-Anbiya Construction Headquarters. Data tan-nomina mill-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010). Tagħrif ieħor: (a) Il-Khatam al-Anbiya Construction Headquarters (KAA) hija kumpanija proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi involuta fi proġetti ta’ kostruzzjoni ċivili u militari fuq skala kbira u f’attivitajiet oħrajn ta’ inġinerija. Tagħmel ammont sostanzjali ta’ xogħol fuq proġetti tal-Organizzazzjoni tad-Difiża Passiva. B’mod partikolari, is-sussidjarji tal-KAA kienu involuti ħafna fil-kostruzzjoni tas-sit ta’ arrikkiment tal-uranju f’Qom/Fordow.’

(q)

‘M. Babaie Industries. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: P.O. Box 16535-76, Teheran, 16548, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) M. Babaie Industries hija subordinata tal-Grupp Industrijali Shahid Ahmad Kazemi (li qabel kien l-Air Defense Missile Industries Group) tal-Organizzazzjoni tal-Industriji tal-Ajruspazju (AIO) tal-Iran, (b) L-AIO tikkontrolla l-organizzazzjonijiet missilistiċi Grupp Industrijali Shahid Hemmat (SHIG) u l-Grupp Industrijali Shahid Bakeri (SBIG), li t-tnejn ġew innominati fir-riżoluzzjoni 1737 (2006).’

(r)

‘Makin. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Makin hija proprjetà tal-KAA, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha u hija sussidjarja tagħha.’

(s)

‘L-Università Malek Ashtar. Data tan-nomina mill-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010). Indirizz: Corner of Imam Ali Highway and Babaei Highway, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) subordinata tad-DTRSC fil-MODAFL, (b) din tinkludi gruppi ta’ riċerka li qabel kienu jaqgħu taħt iċ-Ċentru tar-Riċerka tal-Fiżika (PHRC), (c) l-ispetturi tal-IAEA ma tħallewx jintervistaw il-persunal jew jaraw dokumenti taħt il-kontroll ta’ din l-organizzazzjoni biex jirrisolvu kwistjoni pendenti dwar id-dimensjoni militari possibbli tal-programm nukleari tal-Iran.’

(t)

‘Il-Ministeru tal-Esportazzjoni tal-Loġistika tad-Difiża. Data tan-nomina mill-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010). Indirizz: (a) PO Box 16315-189, Teheran, l-Iran; (b) jinsab fin-naħa tal-punent tat-Triq Dabestan, Distrett ta’ Abbas Abad, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Il-Ministeru tal-Esportazzjoni tal-Loġistika tad-Difiża (MODLEX) ibigħ armamenti prodotti fl-Iran lil klijenti fid-dinja kollha bi ksur tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1747 (2007), li tipprojbixxi lill-Iran milli jbigħ armi jew materjal relatat.’

(u)

‘Mizan Machinery Manufacturing (magħruf ukoll bħala 3MG). Data tan-nomina mill-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010). Indirizz: P.O. Box 16595-365, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Mizan Machinery Manufacturing (3M) hija proprjetà tal-SHIG, jew hija kkontrollata minnu jew taġixxi f’ismu.’

(v)

‘Modern Industries Technique Company (magħrufa wkoll bħala (a) Rahkar Company, (b) Rahkar Industries, (c) Rahkar Sanaye Company, (d) Rahkar Sanaye Novin). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Arak, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) Modern Industries Technique Company (MITEC) hija responsabbli għad-disinn u l-kostruzzjoni tar-reattur li juża l-ilma tqil IR-40 f’Arak, (b) Il-MITEC mexxiet il-ksib għall-kostruzzjoni tar-reattur li juża l-ilma tqil IR-40.’

(w)

‘Iċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari għall-Agrikoltura u l-Mediċina (magħruf ukoll bħala (a) iċ-Ċentru Riċerka Agrikola u l-Mediċina Nukleari (b) iċ-Ċentru ta’ Karaji għal Riċerka Agrikola u Medika). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: P.O. Box 31585-4395, Karaj, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) iċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari għall-Agrikoltura u l-Mediċina (NFRPC) huwa komponent kbir tar-riċerka tal-Organizzazzjoni dwar l-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), li ġiet innominata fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1737 (2006), (b) in-NFRPC huwa ċ-ċentru tal-AEOI għall-iżvilupp ta’ karburant nukleari u hu involut f’attivitajiet relatati mal-arrikkiment.’

(x)

‘Omran Sahel. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Proprjetà ta’ Ghorb Nooh jew ikkontrollata minnha.’

(y)

‘Oriental Oil Kish. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Oriental Oil Kish hija proprjetà tal-KAA, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(z)

‘Pejman Industrial Services Corporation. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: P.O. Box 16785-195, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Pejman Industrial Services Corporation hija proprjetà tal-SBIG, jew hija kkontrollata minnu jew taġixxi f’ismu.’

(aa)

‘Rah Sahel. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Rah Sahel hija proprjetà tal-KAA, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(bb)

‘L-Istitut tal-Inġinerija Rahab. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollat minnhom jew jaġixxi f’isimhom. Rahab huwa proprjetà tal-KAA, jew huwa kkontrollat minnha jew jaġixxi f’isimha u huwa sussidjarju tagħha.’

(cc)

‘Sabalan Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Damavand Teheran Highway, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Sabalan huwa psewdonomu għall-SHIG.’

(dd)

‘Sahand Aluminum Parts Industrial Company (SAPICO). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Damavand Teheran Highway, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: SAPICO huwa psewdonomu għall-SHIG.’

(ee)

‘Sahel Consultant Engineers. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollati minnhom jew jaġixxu f’isimhom. Proprjetà ta’ Ghorb Nooh jew ikkontrollati minnha.’

(ff)

‘Sepanir. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Sepanir hija proprjetà tal-KAA, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(gg)

‘Sepasad Engineering Company. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Korp ta’ Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom. Sepasad Engineering Company hija proprjetà tal-KAA, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(hh)

‘Shahid Karrazi Industries. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Teheran, l-Iran Tagħrif ieħor: Shahid Karrazi Industries hija proprjetà tal-SBIG, jew hija kkontrollata minnu jew taġixxi f’ismu.’

(ii)

‘Shahid Satarri Industries (magħrufa wkoll bħala Shahid Sattari Group Equipment Industries). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Ix-Xlokk ta’ Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Shahid Satarri Industries hija proprjetà tal-SBIG, jew hija kkontrollata minnu jew taġixxi f’ismu.’

(jj)

‘Shahid Sayyade Shirazi Industries. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) Ħdejn in-Nirou Battery Mfg. Co, Shahid Babaii Expressway, Nobonyad Square, Teheran, l-Iran, (b) Pasdaran St., P.O. Box 16765, Teheran 1835, l-Iran, (c) Babaei Highway — Ħdejn Niru M.F.G, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Shahid Sayyade Shirazi Industries (SSSI) hija proprjetà tad-DIO, jew hija kkontrollata minnha jew taġixxi f’isimha.’

(kk)

‘South Shipping Line Iran (SSL). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) Apt. No. 7, 3rd Floor, No. 2, 4th Alley, Gandi Ave., Teheran, l-Iran, (b) Qaem Magham Farahani St, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Proprjetà tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines, jew ikkontrollata minnhom jew taġixxi f’isimhom.’

(ll)

‘Special Industries Group. Data tan-nomina mill-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010). Indirizz: Pasdaran Avenue, PO Box 19585/777, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: Special Industries Group (SIG) huwa subordinat tad-DIO.’

(mm)

‘Tiz Pars. Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: Damavand Tehran Highway, Teheran, l-Iran. Tagħrif ieħor: (a) Tiz Pars huwa psewdonomu għall-SHIG, (b) Bejn April u Lulju 2007, Tiz Pars ippruvat tikseb magna li tissaldja u taqta’ bil-lejżer fuq ħamest fusijiet, li tista’ tkun ta’ kontribuzzjoni materjali għall-programm missilistiku tal-Iran, f’isem l-SHIG.’

(nn)

‘Yazd Metallurgy Industries (magħrufa wkoll bħala (a) Yazd Ammunition Manufacturing and Metallurgy Industries, (b) Direttorat ta’ Yazd Ammunition and Metallurgy Industries). Data tan-nomina min-NU: 9.6.2010. Indirizz: (a) Pasdaran Avenue, Next to Telecommunication Industry, Teheran 16588, l-Iran, (b) Postal Box 89195/878, Yazd, l-Iran, (c) P.O. Box 89195-678, Yazd, l-Iran, (d) Km 5 of Taft Road, Yazd, l-Iran. Tagħrif ieħor: Metallurgy Industries (YMI) hija subordinata tad-DIO.’

(2)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura ‘B Persuni naturali’:

‘Javad Rahiqi. Data tan-nomina mill-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010). Data tat-twelid: 24.4.1954. Post tat-twelid: Marshad. Funzjoni: Kap tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), Ċentru tat-Teknoloġija Nukleari ta’ Esfahan.’ ”


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 533/2010

tat-18 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

132,1

MA

44,4

MK

45,6

TR

59,0

ZZ

70,3

0707 00 05

MA

37,3

MK

33,9

TR

106,5

ZZ

59,2

0709 90 70

TR

101,8

ZZ

101,8

0805 50 10

AR

80,5

BR

112,1

TR

97,3

US

83,2

ZA

98,9

ZZ

94,4

0808 10 80

AR

111,4

BR

78,7

CA

118,8

CL

90,4

CN

53,1

NZ

122,3

US

160,7

ZA

97,2

ZZ

104,1

0809 10 00

TR

238,5

US

396,9

ZZ

317,7

0809 20 95

SY

218,5

TR

325,3

US

481,5

ZZ

341,8

0809 30

TR

149,8

ZZ

149,8

0809 40 05

AU

185,7

EG

219,5

IL

236,6

US

375,4

ZZ

254,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 534/2010

tat-18 ta’ Ġunju 2010

li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta’ Ġunju 2010 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 huma daqs il-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru tal-ordni 09.4319.

(2)

It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għan-numru tal-ordni 09.4319 għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2009/2010.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


ANNESS

“Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL”

Is-sena tas-suq 2009/2010

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.6.2010 sas-7.6.2010

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4317

L-Awstralja

 

09.4318

Il-Brażil

 

09.4319

Kuba

 (1)

Sospiżi

09.4320

Kwalunkwe pajjiż terz

Sospiżi

09.4321

L-Indja

Sospiżi

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


“Iz-zokkor mill-Balkani”

Is-sena tas-suq 2009/2010

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.6.2010 sas-7.6.2010

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

Il-Bożnija u Ħerzegovina

 

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo (*)

 (2)

 

09.4327

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

09.4328

Il-Kroazja

 (2)

 

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


“Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali”

Is-sena tas-suq 2009/2010

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.6.2010 sas-7.6.2010

In-numru tas-serje

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

 

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


(1)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

(*)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

(2)  Il-Kosovo taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 535/2010

tat-18 ta’ Ġunju 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS Unika)) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2010 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2010 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu 1.7.2010-30.9.2010

(%)

P1

09.4067

1,849093

P3

09.4069

0,706723


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 536/2010

tat-18 ta’ Ġunju 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2010 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2010 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2010-30.9.2010

(%)

E2

09.4401

23,64245


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 537/2010

tat-18 ta’ Ġunju 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju tal-2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju tal-2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2010 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2010-30.9.2010

(%)

1

09.4410

0,417015

3

09.4412

0,451267

4

09.4420

0,71429

6

09.4422

0,96713


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 538/2010

tat-18 ta’ Ġunju 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju tal-2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2010 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għal-liċenzji koperti bil-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4092. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2010-30.9.2010

(f'%)

IL1

09.4092

94,895882


DIRETTIVI

19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/21


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/38/UE

tat-18 ta’ Ġunju 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż is-sulfuryl fluoride bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fid-29 ta’ Lulju 2002 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand id-Dow AgroScience għall-inklużjoni tas-sustanza attiva sulfuryl fluoride fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/131/KE (2) kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Għal din is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa umana u l-ambjent ġew evalwati, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membri relatur ressaq abbozz ta’ rapport evalwattiv fid-29 ta’ Ottubru 2004.

(3)

Ir-rapport evalwattiv ġie rivedut inter pares mill-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u ppreżentat lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Diċembru 2009 (3). L-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-12 ta’ Marzu 2010 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għas-sulfuryl fluoride.

(4)

Mid-diversi eżamijiet li saru deher li l-prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom is-sulfuryl fluoride jistgħu jissodisfaw, b’mod ġenerali, dak li hemm mitlub fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment dwar l-użi tagħhom li kienu eżaminati u li ngħataw dettalji dwarhom fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li s-sulfuryl fluoride jiġi inkluż fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jinkludu din is-sustanza attiva jkunu jistgħu jingħataw b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għal din il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Fir-rigward tas-sulfuryl fluoride, huwa xieraq li n-notifikant ikun meħtieġ li jippreżenta aktar tagħrif dwar il-kundizzjonijiet tal-proċess tat-tħin li huma meħtieġa biex jiżguraw li r-reżidwi tal-jone tal-fluworu fiċ-ċereali ma jeċċedux il-levelli naturali tal-isfond, dwar il-konċentrazzjonijiet troposferiċi tas-sulfuryl fluoride u dwar l-istimi tat-tul tal-ħajja tas-sulfuryl fluoride fl-atmosfera.

(6)

Bla ħsara għall-obbligi ddefiniti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jiġu riveduti l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sulfuryl fluoride biex ikun żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jittrasformaw l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti f’awtorizzazzjonijiet sħaħ, jemendawhom jew jirtirawhom b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mil-limitu ta’ żmien imsemmi hawn fuq, għandu jiġi pprovdut żmien itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub b’konformità mal-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għaldaqstant huwa xieraq li d-Diretttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati offiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sulfuryl fluoride bħala sustanza attiva sat-28 ta’ Frar 2011. Sa din id-data, huma għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li huma marbutin mas-sulfuryl fluoride fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna s-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu, jew għandu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2010, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sulfuryl fluoride, jew bħala l-unika sustanza attiva, jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ din id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ din id-Direttiva li tikkonċerna s-sulfuryl fluoride. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir din l-aċċertazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih is-sulfuryl fluoride bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-29 ta’ Frar 2012; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih is-sulfuryl fluoride bħala waħda fost bosta sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ, sad-29 ta’ Frar 2012 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, liema minnhom tkun l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 37, 10.2.2004, p. 34.

(3)  The EFSA Journal 2010; 8(1):1441. [66 pp.] Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva sulfuryl fluoride (finalizzata: is-17 ta’ Diċembru 2009).


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-annotazzjoni li ġejja hija miżjuda fi tmiem it-tabella:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“311

Sulfuryl fluoride

CAS No 002699-79-8

CIPAC No 757

Sulfuryl Fluoride

> 994 g/kg

L-1 ta’ Novembru 2010

Il-31 ta’ Ottubru 2020

PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss biex jintuża bħala insettiċida/nematiċida (fumigant) applikat minn nies professjonali fi strutturi li jistgħu jkunu ssiġillati

(a)

li jkunu vojta; jew

(b)

fejn il-kundizzjonijiet tal-użu jaċċertaw li l-esponiment tal-konsumatur huwa aċċettabbli.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ valutazzjoni dwar is-sulfuryl fluoride, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-11 ta’ Mejju 2010 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

għar-riskju tal-fluworidu inorganiku permezz ta’ prodotti kkontaminati, bħad-dqiq u n-nuħħala li jibqgħu fil-makkinarju tal-mitħna waqt il-fumigazzjoni, jew permezz ta’ qmuħ li jkunu maħżuna f’fossos fil-mitħna. Għandhom jittieħdu passi biex ikun żgur li dawn il-prodotti ma jidħlux fil-katina tal-ikel jew tal-għalf;

għar-riskju għall-operaturi u għall-ħaddiema, pereżempju meta jidħlu mill-ġdid f’bini ffumigat wara l-arjazzjoni. Huma meħtieġa l-miżuri li jiżguraw li dawn jilbsu apparat li jistgħu jieħdu n-nifs minnu jew xi apparat personali protettiv xieraq ieħor;

jitnaqqas ir-riskju għal min jinzerta jkun fil-viċinanzi billi japplikaw żona xierqa ta’ esklużjoni madwar il-bini ffumigat.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju, fejn ikun meħtieġ.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta l-Kummissjoni b’aktar informazzjoni u b’mod partikolari, dejta konfermattiva dwar:

il-kundizzjonijiet tal-proċess tat-tħin meħtieġa biex jiżguraw li r-reżidwi tal-jone tal-fluworidu fid-dqiq, fin-nuħħala u fil-qmuħ ma jeċċedux il-livelli naturali tal-isfond;

il-konċentrazzjonijiet troposferiċi tas-sulfuryl fluoride. Il-konċentrazzjonijiet mkejla għandhom ikunu aġġornati regolarment. Il-limitu ta’ detezzjoni għall-analiżi għandu jkun ta’ talanqas 0,5 ppt (ekwivalenti għal 2,1 ng sulfuryl fluoride/m3 ta’ arja troposferika);

valutazzjonijiet tat-tul tal-ħajja tas-sulfuryl fluoride fl-arja bbażati fuq l-għar possibbiltajiet b’relazzjoni mal-potenzjal ta’ riskaldament globali (GWP).

Għandhom jiżguraw li n-notifikant jipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Awwissu 2012.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/24


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ġunju 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2010/337/UE)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tagħha.

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu.

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-EGF twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Fit-2 ta’ Settembru 2009 Spanja ippreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-EGF, fir-rigward tas-sensji f’181 intrapriża li joperaw fir-Reviżjoni 2 taqsima 23 tan-NACE (“Manifattura ta’ prodotti minerali nonmetalliċi oħrajn”) f’reġjun NUTS II uniku, Comunidad Valenciana (ES52), u ssupplimentatu b’tagħrif addizzjonali sat-22 ta’ Frar 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 6 598 735.

(5)

Il-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa minn Spanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 6 598 735 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/25


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ġunju 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2010/338/UE)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-EGF twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Fid-9 ta’ Ottubru 2009 Spanja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-EGF fir-rigward ta’ sensji mogħtija minn 36 intrapriża li joperaw fid-diviżjoni 16 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (“Il-manifattura tal-injam u ta’ prodotti tal-injam u s-sufra, minbarra l-għamara; il-manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u materjal għall-immaljar”) f’reġjun wieħed tan-NUTS II, Castilla-La Mancha (ES42) u kompliet issostni din l-applikazzjoni b’informazzjoni addizzjonali sat-22 ta’ Frar 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 950 000.

(5)

Il-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa minn Spanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 950 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/26


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ġunju 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2010/339/UE)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-EGF twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Fis-7 ta’ Awwissu 2009 l-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta’ sensji fl-intrapriża tal-Waterford Crystal u fi tlieta mill-fornituri tagħha, fis-7 ta’ Awwissu 2009 u ssupplimentatha b’informazzjoni addizzjonali sat-3 ta’ Novembru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta’ EUR 2 570 853.

(5)

L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Irlanda,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 2 570 853 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/27


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ġunju 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2010/340/UE)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-EGF ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jistipula li 0,35 % tal-ammont massimu annwali jista’ jsir disponibbli kull sena għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 110 000.

(5)

L-EGF għandu, għaldaqstant, jiġi mmobilizzat biex jipprovdi għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 110 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL AFGHANISTAN/2/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL Afghanistan

(2010/341/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afghanistan) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUPOL Afghanistan, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tal-Brigadier Ġenerali Jukka Petri SAVOLAINEN bħala l-Kap tal-Missjoni mill-15 ta’ Lulju 2010,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġenerali Jukka Petri SAVOLAINEN huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan mill-15 ta’ Lulju 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il–11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. FERNÁNDEZ-ARIAS


(1)  ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.


19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2010

li teżenta lil Banque de France mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3853)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/342/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba mressqa minn Franza,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Novembru 2009, Franza ressqet talba lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar l-eżenzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-Banque de France mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

(2)

Il-Banque de France huwa rregolat fi Franza mill-“Code monétaire et financier” kif emendat minn Loi No 2008-776 tal-4 ta’ Awwissu 2008 (2). Article L. 141-6 tal-“Code monétaire et financier” jippermetti lill-Banque de France biex jirċievi l-informazzjoni neċessarja kollha mill-parteċipanti fis-suq biex jiżviluppa l-funzjonijiet essenzjali tiegħu. Il-“Contrat de service public entre l’Etat et la Banque de France” (3) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kuntratt”), imġedded kull tliet snin, isemmi espliċitament il-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mill-Banque de France bħala waħda mill-attivitajiet li l-Banque de France jrid jiżgura.

(3)

Il-Banque de France stabilixxa l-kodiċi tal-kondotta tiegħu stess (4) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kodiċi”) essenzjalment ibbażat fuq il-Prinċipji tal-Kodiċi tal-Kondotta (Code of Conduct Fundamentals) għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġ mill-Organizzazzjoni Internazzjoni dwar il-Kummissjonijiet tat-Titoli (International Organisation of Securities Commissions, IOSCO).

(4)

Skont l-Artikolu 2(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jeħtieġ li jiġu vvalutati erba’ elementi sabiex jiġu eżentati l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-Banque de France mill-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

(5)

L-ewwel nett, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jistgħux jitħallsu mill-entità li tkun qed tiġi kklassifikata. Il-punt 1.3 tal-Kodiċi jipprovdi li l-Banque de France ma jirċievi l-ebda remunerazzjoni mill-entitajiet klassifikati fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kreditu b’rabta magħhom u li dwarha huma jiġu infurmati. Il-punt 2.2 tal-Kodiċi jispeċifika li l-utenti (l-istituzzjonijiet tal-kreditu klijenti tal-FIBEN – “Fichier Bancaire des Entreprises”) tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huma dawk li jħallsu għas-servizz skont rata ppubblikata.

(6)

It-tieni nett, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jistgħux jiġu ddivulgati lill-pubbliku. Il-punt 1.5 tal-Kodiċi jipprovdi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx jiġu ppubblikati. L-aċċess huwa legalment ristrett għal ċerti kategoriji ta’ atturi elenkati fil-Kodiċi u li għandhom jiġu identifikati mill-Banque de France qabel jingħataw aċċess għall-klassifikazzjoni tal-kreditu.

(7)

It-tielet nett, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jrid jinħarġu skont il-prinċipji, standards u proċeduri li jiżguraw l-integrità u l-indipendenza adegwati tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu kif previst mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Id-dispożizzjonijiet tal-“Code monétaire et financier”, partikolarment l-Artikoli L.142-9, u L.164-2 jiżguraw li l-analisti u l-aġenti li jaħdmu fil-Banque de France jkunu marbuta bil-prinċipju tas-segretezza professjonali u bir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess inklużi fir-regoli tal-etika professjonali u fil-kodiċi tal-etika finanzjarja tal-Banque de France approvat mill-Ministeru ta’ “l’Economie, des Finances et de l’Industrie”. Barra minn hekk, ir-regolamenti dwar il-persunal tal-Banque de France fihom dispożizzjonijiet immirati espliċitament biex jipprevjenu lill-aġenti milli jkunu jew milli jibqgħu f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess. Il-Banque de France huwa soġġett għal mekkaniżmi ta’ kontroll intern imwettaq minn Uffiċjal Indipendenti dwar l-Etika u l-persunal tiegħu inkarigati mill-verifika tal-applikazzjoni tal-kodiċi tal-etika jew permezz tal-istruttura kolleġjali li hija totalment inkorporata fl-organizzazzjoni tal-maniġment tal-Banque de France, li jikkostitwixxi mezz effikaċi biex tiġi infurzata l-konformità ma’ dawn ir-regoli dwar l-integrità u l-indipendenza. Billi dawn ir-rekwiżiti huma inkorporati fil-liġi, jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Barra minn hekk, il-Kodiċi jistabilixxi r-regoli neċessarji dwar il-proċeduri u jistipula l-istandards xierqa biex jiġu żgurati: (i) l-integrità u l-kwalità tal-proċess tal-ikklassifikar tal-kreditu (inkluż il-formalizzazzjoni taċ-ċirkwit deċiżjonali, it-traċċabbiltà tad-deċiżjonijiet u l-proċess tal-kontroll tal-kwalità), (ii) it-trasparenza u l-proċeduri rilevanti ta’ komunikazzjoni (inkluż ir-regoli ta’ aċċess għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, il-pubblikazzjoni tal-metodi u l-evoluzzjoni tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu) u (iii) il-miżuri biex jiġi pprevenut kwalunkwe kunflitt ta’ interess (inkluż id-diliġenza dovuta biex tiġi osservata mill-analisti, il-funzjonament tal-kumitati nazzjonali u reġjonali tal-ikklassifikar).

(8)

Ir-raba’, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jridx ikollhom x’jaqsmu ma strumenti finanzjarji maħruġa mill-Istati Membri tal-banek ċentrali rispettivi. Il-punt 1.1 tal-Kodiċi jipprovdi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-Banque de France jkunu dwar ditti mhux finanzjarji. Dawn ikunu dwar ditti stabbiliti fit-territorju metropolitan Franċiż u fid-“départements d’Outre-Mer” Franċiżi koperti mill-“Institut d’émission des départements d’outre-mer” (IEDOM). Il-Kuntratt jipprovdi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-Banque de France jkunu dwar ditti. Għalhekk, il-Banque de France ma joħroġx klassifikazzjonijiet tal-kreditu dwar l-ħarġiet pubbliċi ta’ strumenti finanzjarji maħruġa mill-Istat ta’ Franza, u lanqas dawk maħruġa minn Stati Membri oħra.

(9)

Fid-dawl tal-fatturi eżaminati fil-preamboli (2) sa (8), il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li ġew issodisfati mill-Banque de France fir-rigward tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

(10)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 ma għandux japplika għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu mill-Banque de France.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-Banque de France jaqgħa fl-ambitu tal-Artikolu 2(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 ma għandux japplika għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-Banque de France.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(2)  Ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali Franċiż fil-5 ta’ Awwissu 2008.

(3)  http://www.banque-de-france.net/fr/instit/telechar/histoire/contrat_sp.pdf

(4)  Code de conduite de l’activité de cotation des entreprises à la Banque de France: http://www.banque-france.fr/fr/instit/telechar/services/code_conduite_cotation_bdf.pdf


Rettifika

19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/31


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/74/KE tas-26 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/55/KE u 2002/57/KE rigward l-ismijiet botaniċi tal-pjanti, l-ismijiet xjentifiċi ta’ organiżmi oħra u ċerti Annessi tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE u 2002/57/KE fid-dawl ta’ żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 166 tas-27 ta’ Ġunju 2009 )

F’paġna 62, fit-tabella li tikkonċerna l-annotazzjoni bl-intestatura “Brassica spp. għajr Brassica napus, Cannabis sativa għajr Cannabis sativa unisesswali, Carthamus tinctorius, Carum carvi, Gossypium spp. għajr l-ibridi ta’ Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense, Sinapis alba”:

minflok:

Brassica spp. Għajr Brassica napus, Cannabis sativa għajr Cannabis sativa unisesswali, Carthamus tinctorius, Carum carvi, Gossypium spp. għajr l-ibridi ta’ Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense, Sinapis alba”,

aqra:

Brassica spp. għajr Brassica napus, Cannabis sativa għajr Cannabis sativa unisesswali, Carthamus tinctorius, Carum carvi, Sinapis alba”.

F’paġna 62, fit-tabella li tikkonċerna l-annotazzjoni bl-intestatura “Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense”:

minflok:

“—

għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika ta’ linji parentali ta’ Gossypium hirsutum,

għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika ta’ linji parentali ta’ Gossypium barbadense,

aqra:

“—

għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika ta’ Gossypium hirsutum,

għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika ta’ Gossypium barbadense,”.