ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.152.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/37/UE tas-17 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2008/60/KE li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa ( 1 ) |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 522/2010
tas-17 ta’ Ġunju 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
132,1 |
MA |
44,4 |
|
MK |
50,2 |
|
TR |
52,7 |
|
ZZ |
69,9 |
|
0707 00 05 |
MA |
37,3 |
MK |
36,4 |
|
TR |
119,0 |
|
ZZ |
64,2 |
|
0709 90 70 |
TR |
99,7 |
ZZ |
99,7 |
|
0805 50 10 |
AR |
77,3 |
BR |
112,1 |
|
TR |
97,3 |
|
US |
83,2 |
|
ZA |
94,5 |
|
ZZ |
92,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
102,3 |
BR |
79,1 |
|
CA |
117,1 |
|
CL |
92,9 |
|
CN |
52,4 |
|
NZ |
122,2 |
|
US |
140,3 |
|
UY |
123,8 |
|
ZA |
92,9 |
|
ZZ |
102,6 |
|
0809 10 00 |
TR |
247,3 |
US |
396,9 |
|
ZZ |
322,1 |
|
0809 20 95 |
SY |
216,0 |
TR |
334,4 |
|
US |
576,0 |
|
ZZ |
375,5 |
|
0809 30 |
TR |
158,2 |
ZZ |
158,2 |
|
0809 40 05 |
AU |
340,4 |
EG |
219,2 |
|
IL |
236,3 |
|
US |
571,1 |
|
ZZ |
341,8 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 523/2010
tas-17 ta’ Ġunju 2010
li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-15 ta’ Ġunju 2010. |
(3) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fil-15 ta’ Ġunju 2010, l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni mhi allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) u (b), u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.
(3) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.
18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 524/2010
tas-17 ta’ Ġunju 2010
li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-15 ta’ Ġunju 2010. |
(3) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fil-15 ta’ Ġunju 2010, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.
(3) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.
18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/5 |
REGOLAMENTTAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 525/2010
tas-17 ta’ Ġunju 2010
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fl-Unjoni tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-restituzzjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3). |
(5) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).
2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont fl-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/204 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mit-18 ta’ Ġunju 2010
Il-kodiċi tal-prodotti |
Id-destinazzjoni |
L-unità ta’ kejl |
L-ammont tar-rifużjonijiet |
||
0105 11 11 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 11 19 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 11 91 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 11 99 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 12 00 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,47 |
||
0105 19 20 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,47 |
||
0207 12 10 9900 |
V03 |
EUR/100 kg |
32,50 |
||
0207 12 90 9190 |
V03 |
EUR/100 kg |
32,50 |
||
0207 12 90 9990 |
V03 |
EUR/100 kg |
32,50 |
||
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:
|
18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 526/2010
tas-17 ta’ Ġunju 2010
dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Ġunju 2010 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (3) jistipula regoli dettaljati għat-tressiq u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
(2) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li, f'każijiet fejn il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għandhom ikunu ffissati għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal-liċenzja. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li tressqu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 bejn l-1 u s-7 ta’ Ġunju 2010 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, għandhom ikunu deċiżi l-estent li bih jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni koperti mill-kwota li ġġib in-numru tas-serje 09.4449 u li tressqu bejn l-1 u s-7 ta’ Ġunju 2010 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009, għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta’ 0,433989 %.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.
18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 527/2010
tas-17 ta’ Ġunju 2010
li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għat-tieni stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tal-butir permezz ta' proċedura tas-sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3). |
(2) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2009. |
(3) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għat-tieni stedina individwali xxx għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għat-tieni stedina individwali xxx għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010, li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-15 ta’ Ġunju 2010, il-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għandu jkun EUR 355,10/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 126, 22.5.2010, p. 17.
(3) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.
18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2010
tas-17 ta’ Ġunju 2010
li ma jiffissax prezz minimu tal-bejgħ b'risposta għat-tieni stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3). |
(2) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. |
(3) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom għat-tieni stedina individwali għall-offerti, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għat-tieni stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-15 ta’ Ġunju 2010, mhux se jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ għat-trab tal-ħalib xkumat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.
(3) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.
18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 529/2010
tas-17 ta’ Ġunju 2010
li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi. |
(3) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.
(3) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
“ANNESS I
Kodiċi NM |
Deżinjazzjoni tal-merkanzija |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
132,9 |
0 |
BR |
131,7 |
0 |
AR |
||
122,5 |
0 |
TH |
||
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
124,9 |
0 |
BR |
117,3 |
0 |
AR |
||
0207 14 10 |
Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati |
203,1 |
29 |
BR |
224,3 |
23 |
AR |
||
300,5 |
0 |
CL |
||
0207 14 50 |
Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati |
171,0 |
12 |
BR |
0207 14 60 |
Koxox tat-tiġieġ, iffriżati |
114,6 |
9 |
BR |
0207 27 10 |
Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati |
257,0 |
12 |
BR |
293,9 |
1 |
CL |
||
0408 11 80 |
Isfra tal-bajd |
323,9 |
0 |
AR |
0408 91 80 |
Bajd imnixxef bla qoxra |
373,5 |
0 |
AR |
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ |
287,5 |
0 |
BR |
3502 11 90 |
Albumini mnixxfa tal-bajd |
566,9 |
0 |
AR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”
DIRETTIVI
18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/12 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/37/UE
tas-17 ta’ Ġunju 2010
li temenda d-Direttiva 2008/60/KE li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE (2) li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel tistipola l-kriterji ta’ purità għall-kuluri elenkati fid-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (3). |
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ivvalutat is-sigurtà tan-neotame bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir u esprimiet l-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Settembru 2007 (4). Abbażi tal-użi proposti, kien ikkunsidrat xieraq li jkun permess l-użu ta’ dan l-addittiv tal-ikel. Għalhekk huwa neċessarju li jkunu adottati speċifikazzjonijiet għal dan l-addittiv tal-ikel li huwa allokat E 961 bħala in-numru E. |
(3) |
Hu neċessarju li jiġu kkunsidrati l-ispeċifikazzjonijiet u t-teknikalijiet analitiċi għall-addittivi kif imsemmija fil-Codex Alimentarius kif imfassal mill-Kumitat Konġunt tal-Esperti dwar l-Addittivi tal-Ikel (JECFA). B’mod partikolari fejn hu rilevanti, jeħtieġ li l-kriterji speċifiċi ta’ purità jiġu adattati biex jirriflettu l-limiti ta’ metalli tqal individwali ta’ interess. |
(4) |
Id-Direttiva 2008/60/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2008/60/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) OJ L 158, 18.6.2008, p. 17.
(3) ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3.
(4) L-opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi fl-Ikel, is-Sustanzi tat-Taħwir, l-Għajnuniet tal-Ipproċessar u l-Materjali f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tan-neotame bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir. The EFSA Journal (2007) 581, 1-43.
ANNESS
Fl-Anness I tad-Direttiva 2008/60/KE l-annotazzjoni li ġejja E 961 tiddaħħal wara l-annotazzjoni E 959:
“E 961 — NEOTAME |
|
Sinonimi |
N-[N-(3,3-dimethylbutyl)-L-α-aspartyl]-L-phenylalanine 1-methyl ester, N-[N-(3,3-dimethylbutyl)-L-α-aspartyl]-L-phenylalanine methyl ester, |
Definizzjoni |
In-neotame huwa mmanifatturat b’reazzjoni taħt pressjoni tal-idroġenu tal-aspartame bi 3,3,-dimethylbutyraldehyde fil-methanol fil-presenza tal-katalista palladium/carbon. Huwa iżolat u ppurifikat permezz tal-filtrazzjoni, fejn id-diatomaceous earth jista’ jintuża. Wara t-tneħħija tas-solvent permezz tad-distillazzjoni, in-neotame jinħasel bl-ilma, jiġi iżolat biċ-ċentrifugazzjoni u fl-aħħar jiġi mnixxef bil-vakum. |
Nru CAS: |
165450-17-9 |
Isem kimiku |
N-[N-(3,3-dimethylbutyl)-L-α-aspartyl]-L-phenylalanine 1-methyl ester |
Formula kimika |
C20H30N2O5 |
Piż molekulari |
378,47 |
Deskrizzjoni |
trab bejn abjad u off-white |
Analiżi kimika |
Mhux anqas minn 97,0 % fuq il-bażi mnixxfa |
Identifikazzjoni |
|
Solubbiltà |
4,75 % (w/w)f’temperatura ta’ 60 °C fl-ilma, jinħall fl-ethanol u l-aċetat etili |
Purità |
|
Il-kontenut tal-ilma |
Mhux aktar minn 5 % (metodu Karl Fischer, daqs tal-kampjun 25 ± 5 mg) |
pH |
5,0 – 7,0 (0,5 % soluzzjoni tal-ilma) |
Medda ta’ tidwib |
81 °C sa 84 °C |
N-[(3,3-dimethylbutyl)-L-α-aspartyl]-L-phenylalanine |
Mhux aktar minn 1,5 % |
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg” |
DEĊIŻJONIJIET
18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/336/PESK
tal-14 ta’ Ġunju 2010
dwar l-attivitajiet tal-UE f’appoġġ għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2003 l-Kunsill Ewropew adotta Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà li appellat għal ordni internazzjonali bbażat fuq multilateraliżmu effettiv. L-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà tirrikonoxxi l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) bħala l-qafas fundamentali għar-relazzjonijiet internazzjonali. It-tisħiħ tan-NU, u li tiġi mgħammra biex tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha u biex taġixxi b’mod effettiv, huwa prijorità tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Fis-6 ta’ Diċembru 2006 l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 61/89 bit-titolu “Lejn trattat dwar il-kummerċ tal-armi: stabbiliment ta’ standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali”. |
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill laqa’ l-bidu formali tal-proċess lejn l-elaborazzjoni ta’ Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (minn issa “TKA”) internazzjonali u legalment vinkolanti u nnota b’apprezzament li maġġoranza ċara tal-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, kienu appoġġaw ir-riżoluzzjoni 61/89 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU. Il-Kunsill afferma mill-ġdid li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom ikollhom rwol attiv f’dan il-proċess, u ssottolinja l-importanza ta’ kooperazzjoni ma’ Stati u organizzazzjonijiet reġjonali oħrajn f’dan il-proċess. |
(4) |
Is-Segretarju Ġenerali tan-NU stabbilixxa Grupp ta’ Esperti Governattivi (minn issa “il-GGE”) magħmul minn 28 membru biex ikompli jikkunsidra l-possibbiltà ta’ TKA. Il-GGE ltaqa’ matul l-2008 u kkonkluda li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni u li għandhom isiru sforzi, fuq bażi gradwali, b’mod miftuħ u trasparenti, fil-qafas tan-NU. Il-GGE ħeġġeġ li għandha tingħata assistenza lill-Istati fil-bżonn, fejn tintalab, minn dawk l-Istati li qegħdin f’pożizzjoni li jipprovduha. |
(5) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill laqa’ l-istabbiliment ta’ GGE tan-NUE u esprima t-twemmin sod tiegħu li strument komprensiv, legalment vinkolanti, konsistenti mar-responsabbiltajiet eżistenti tal-Istati skont il-liġi internazzjonali relevanti u li jistabbilixxi standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali, għandu jkun ta’ kontribut kbir għat-trattament tal-proliferazzjoni mhux mixtieqa u mhux responsabbli ta’ armi konvenzjonali. |
(6) |
L-Istitut tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riċerka dwar id-Diżarm (UNIDIR) appoġġa dan il-proċess billi wettaq studju f’żewġ partijiet li jikkonsisti f’żewġ settijiet ta’ analiżi approfonditi ta’ fehmiet tal-Istati Membri tan-NU dwar il-fattibbiltà, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-abbozz tal-parametri ta’ Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA). Is-settijiet ta’ analiżi, li saru f’Diċembru 2007 u f’Jannar 2008, servew bħala kontribut utli għall-GGE. |
(7) |
Fl-24 ta’ Diċembru 2008 l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 63/240 bit-titolu “Lejn trattat dwar il-kummerċ tal-armi: stabbiliment ta’ standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali” li stabbiliet Grupp ta’ Ħidma Miftuħ (minn issa “OEWG”) biex jikkunsidra aktar dawk l-elementi fir-rapport tal-GGE fejn jista’ jkun żviluppat kunsens għall-inklużjoni tagħhom fi trattat legalment vinkolanti eventwali dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali. L-OEWG ltaqa’ darbtejn fl-2009, u ppreżenta rapport lill-Assemblea Ġenerali tan-NU fejn innota li l-problema tal-kummerċ mhux regolat fl-armi konvenzjonali u d-diverżjoni tagħhom lejn is-suq illegali, għandha tkun indirizzata permezz ta’ azzjoni internazzjonali. |
(8) |
Abbażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ hawn fuq, l-Unjoni ddeċidiet li tappoġġa t-TKA, billi tiftaħ id-dibattitu biex jiġu inklużi Stati li mhumiex membri tal-GGE, kif ukoll atturi oħrajn bħas-soċjetà ċivili u l-industrija, sabiex il-kwistjoni tinftiehem aktar u sabiex tikkontribwixxi għall-ħidma tal-OEWG. Għal dan l-għan, fid-19 ta’ Jannar 2009 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/42/PESK (1) dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-UE sabiex jiġi promoss il-proċess li jwassal għat-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi fost pajjiżi terzi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà. |
(9) |
Fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/42/PESK, l-UNIDIR, bħala l-aġenzija implimentattiva tad-Deċiżjoni, organizzat sitt seminars reġjonali, avveniment sekondarju u avvenimenti ta’ tnedija u konklużjoni bejn Frar 2009 u Frar 2010. Dawn l-attivitajiet ippermettew lill-partijiet interessati relevanti, inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-industrija u pajjiżi li ma pparteċipawx fil-GGE, biex jieħdu sehem fid-diskussjonijiet informali miftuħa dwar TKA. L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/42/PESK offriet ukoll opportunità biex jiġu integrati approċċi nazzjonali u reġjonali għall-proċess internazzjonali li għaddej, u biex jingħata kontribut għall-identifikazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-implikazzjonijiet ta’ trattat dwar il-kummerċ tal-armi konvenzjonali. |
(10) |
Fit-2 ta’ Diċembru 2009 l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 64/48 “It-trattat dwar il-kummerċ tal-armi” li ddeċidiet li ssejjaħ il-Konferenza tan-NU dwar it-TKA fl-2012 biex telabora strument legalment vinkolanti dwar l-ogħla standards komuni internazzjonali possibbli għat-trasferimenti tal-armi konvenzjonali. Ir-riżoluzzjoni ddeċidiet ukoll li s-sessjonijiet li baqa’ tal-OEWG għandhom ikunu kkunsidrati bħala Laqgħat tal-Kumitati ta’ Tħejjija għall-Konferenza tan-NU. |
(11) |
B’kont meħud tal-attivitajiet tad-Deċiżjoni 2009/42/PESK li tiskadi f’Mejju 2010, il-ħtieġa li titħejja b’suċċess Konferenza tan-NU dwar it-TKA fl-2012, u tar-rakkomandazzjoni li tinsab fir-riżoluzzjoni 64/48 biex tiġi żgurata l-akbar parteċipazzjoni u dik l-aktar effettiva possibbli fil-Konferenza, l-Unjoni għandha tappoġġa l-proċess preparatorju li jwassal għall-Konferenza tan-NU biex jiġi żgurat li huwa jkun inklużiv kemm jista’ jkun u kapaċi jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti dwar l-elementi ta’ Trattat futur. L-appoġġ tal-Unjoni għall-proċess tat-TKAgħandu jinkludi miżuri b’appoġġ għas-sistemi ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni nazzjonali fil-pajjiżi terzi li jridu jikkonformaw ma’ TKA futur. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Biex tappoġġa t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (minn issa “it-TKA”), l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet bl-objettivi li ġejjin:
— |
biex tappoġġa l-proċess preparatorju li jwassal għall-Konferenza tan-NU dwar TKA biex jiġi żgurat li jkun inklużiv kemm jista’ jkun u jkun kapaċi jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti dwar l-elementi tat-TKA futur; |
— |
biex tappoġġa l-Istati Membri tan-NU fl-iżvilupp u t-titjib tal-għarfien espert nazzjonali u reġjonali għall-implimentazzjoni ta’ kontrolli effettivi tat-trasferimenti tal-armi, sabiex jiġi żgurat li t-TKA futur, meta jidħol fis-seħħ, ikun effettiv kemm jista’ jkun. |
2. Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni ser twettaq dan il-proġett:
— |
l-organizzazzjoni ta’ seba’ seminars reġjonali, avveniment ta’ tnedija u ta’ konklużjoni, sa tliet avvenimenti sekondarji u t-tqassim tar-riżultati. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett imsemmi hawn fuq hi mniżżla fl-Anness.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (minn issa, “ir-RGħ”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tkun imwettqa mill-Istitut tan-NU għar-Riċerka dwar id-Diżarm (UNIDIR).
3. L-UNIDIR għandu jwettaq il-kompitu tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UNIDIR.
Artikolu 3
1. L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implementazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu (2) għandu jkun ta’ EUR 1 520 000.
2. L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hi għandha tikkonkludi ftehim finanzjarju mal-UNIDIR. Il-ftehim għandu jistipula li l-UNIDIR għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta skont id-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hi għandha tinforma lill-Kunsill dwar id-diffikultajiet f’dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju.
Artikolu 4
Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill abbażi ta’ rapporti regolari wara l-organizzazzjoni ta’ kull seminar reġjonali u s-seminar finali u ta’ ftuħ kif ukoll l-avvenimenti sekondarji. Ir-rapporti għandhom jitħejjew mill- UNIDIR u għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta’ finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dakinhar.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 17, 22.1.2009, p. 39.
ANNESS
1. Għan
L-għan ġenerali ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tappoġġa l-proċess preparatorju li jwassal għall-Konferenza tan-NU dwar it-TKA biex jiġi żgurat li huwa inklużiv kemm jista’ jkun u li kapaċi jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti dwar l-elementi tat-TKA futur, u li tappoġġa lill-Istati Membri tan-NU fl-iżvilupp u t-titjib tal-għarfien espert nazzjonali u reġjonali biex jiġu implimentati kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni u t-trasferiment tal-armi.
2. Deskrizzjoni tal-proġett
2.1. Għan tal-proġett
Il-proġett għandu l-għan li jilħaq l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a) |
jappoġġa l-proċess preparatorju li jwassal għall-Konferenza tan-NU dwar Trattat dwar it-TKA, inkluż permezz ta’:
|
(b) |
appoġġa l-pajjiżi terzi fl-isforzi tagħhom li jistabbilixxu, itejbu u jimplimentaw, kif adatt, is-sistemi ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni u t-trasferiment, inkluż permezz ta’:
|
2.2. Riżultati tal-Proġett
L-implimentazzjoni tal-proġett ser tirriżulta fi:
(a) |
aktar sensibbilizzazzjoni, għarfien u fehim tal-proċess tat-TKA mill-Istati Membri tan-NU; |
(b) |
parteċipazzjoni usa’ u aktar sostantiva tal-Istati Membri tan-NU fil-Kumitat Preparatorju li għandu jsir fl-2010-2011, inkluż permezz tal-formulazzjoni ta’ proposti konkreti dwar il-kontenut ta’ TKA li għandu jirrifletti l-aktar kamp ta’ applikazzjoni komprensiv u l-ogħla standards possibbli; |
(c) |
aktar sensibbilizzazzjoni mill-pajjiżi terzi dwar l-istruttura u l-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni tal-armi konvenzjonali, inkluż permezz ta’ appoġġ li jimmira għat-titjib tal-konformità mal-kontrolli nazzjonali li jimplimentaw TKA futur u l-infurzar tiegħu, inklużi l-kontrolli tal-fruntieri, u l-monitoraġġ tal-esportazzjonijiet u t-trasferimenti tal-armi; |
(d) |
it-titjib taż-żamma tar-reġistri u l-kontabbiltà tal-armi, inkluż permezz ta’ marki u rintraċċar u l-preżentazzjoni nazzjonali lir-Reġistru tan-NU dwar l-Armi Konvenzjonali (UN ROCA) u kapaċitajiet nazzjonali mtejbin fil-kontrolli fuq l-esportazzjoni fost stati parteċipanti. |
2.3. Deskrizzjoni tal-attivitajiet
Il-proġett jipprevedi l-organizzazzjoni ta’ seba’ seminars reġjonali, avveniment ta’ tnedija u ta’ konklużjoni, sa tliet avvenimenti sekondarji u t-tqassim tar-riżultati.
Is-seminars reġjonali ser isiru matul tlett ijiem f’post li għandu jiġi ddeterminat fir-reġjuni ta’ mira.
2.3.1
Is-seminars ser jinkludu l-preżentazzjonijiet u d-diskussjonijiet li ġejjin:
|
L-ewwel parti [JUM 1 u JUM 2 (l-ewwel nofs)]:
|
|
It-tieni parti [JUM 2 (it-tieni nofs) u JUM 3]:
|
Is-seminars ta’ tliet ijiem ser jinkludu sessjonijiet ta’ gruppi ta’ ħidma dwar aspetti speċifiċi ta’ TKA.
2.3.2.
Parteċipanti għal dawn is-seminars reġjonali jinkludu:
(a) |
persunal diplomatiku u militari/tad-difiża minn pajjiżi fir-reġjuni, partikolarment awtoritajiet responsabbli għal-linji ta’ politika nazzjonali rigward it-TKA, inklużi delegati nazzjonali li jipparteċipaw fil-Kumitat Preparatorju tat-TKA; |
(b) |
persunal tekniku u tal-infurzar tal-liġi minn pajjiżi fir-reġjuni, partikolarment awtoritajiet ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni, tad-dwana u uffiċjali tal-infurzar tal-liġi (żewġ parteċipanti għal kull pajjiż); |
(c) |
rappreżentanti minn organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, organizzazzjonijiet mhux governamentali (NGOs) ibbażati reġjonalment, gruppi ta’ riflessjoni u industrija lokali/reġjonali; |
(d) |
rappreżentanti mill-UNIDIR u l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet tad-Diżarmament (UNODA); (il-Fergħa għall-Armi Konvenzjonali u l-Fergħa Reġjonali, inklużi ċ-ċentri reġjonali, kif adatt); |
(e) |
esperti nazzjonali u internazzjonali tekniċi dwar l-aspetti tal-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet tal-armi konvenzjonali, inklużi esperti tal-Unjoni u rappreżentanti tal-industrija. |
Skont id-daqs tar-reġjuni, hu mistenni li f’kull seminar ser ikun hemm parteċipazzjoni ta’ bejn 45 u 80 parteċipant. Uffiċjali diplomatiku jew militari wieħed għal kull stat mistieden ser jipparteċipa fl-ewwel parti ta’ kull seminar, filwaqt li uffiċjal tekniku u tal-infurzar tal-liġi wieħed għal kull stat mistieden ser jattendi t-tieni parti. L-għażla tal-pajjiżi li għandhom ikunu mistiedna għal kull seminar u l-parteċipanti ser issir mir-RGħ, f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill, abbażi ta’ proposta li ssir mill-UNIDIR.
Il-parteċipazzjoni tal-esperti tal-Unjoni fis-seminar għandha tkun żgurata f’livell adegwat, f’termini kemm ta’ għarfien espert tekniku kif ukoll politiku.
2.3.3.
Biex jiġi żgurat kontribut infurmat sew, sostantiv u f’waqtu għall-proċess tan-NU, huwa meħtieġ komponent qawwi ta’ riċerka. L-UNIDIR ser jikkummissjona sa 12-il dokument ta’ riċerka tal-isfond mingħand istituti ta’ riċerka kompetenti jew esperti individwali, waqt li jiġu ffukati xi aspetti prinċipali relevanti tal-proġett u tas-seminars reġjonali. L-UNIDIR għandu jipproponi lir-RGħ lista konċiża ta’ istituti ta’ riċerka possibbli jew esperti individwali li jkollhom sfond sod fi kwistjonijiet speċifiċi ta’ TKA. Ir-RGħ għandu jagħżel dawk l-aktar adatti abbażi tal-lista konċiża u f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.
2.3.4.
Is-seminars reġjonali għandhom isiru skont ir-raggruppamenti li ġejjin:
(a) |
seminar għall-Amerika Latina u l-Karibew; |
(b) |
seminar għal-Lvant Nofsani; |
(c) |
seminar għall-Afrika ta’ Fuq, Ċentrali u tal-Punent; |
(d) |
seminar għall-Afrika tal-Lvant u t’Isfel; |
(e) |
seminar għall-Asja tal-Lvant u l-Paċifiku; |
(f) |
seminar għall-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar; |
(g) |
seminar għar-reġjun “Ewropa Usa’”. |
Postijiet issuġġeriti tentattivament għas-seminars huma:
(a) |
Buenos Aires jew Rio de Janeiro għall-Amerika Latina u l-Karibew; |
(b) |
il-Kajr jew Bejrut għal-Lvant Nofsani; |
(c) |
Rabat jew Akkra għall-Afrika ta’ Fuq, Ċentrali u tal-Punent; |
(d) |
Nairobi jew Johannesburg għall-Afrika tal-Lvant u t’Isfel; |
(e) |
Jakarta jew Pekin għall-Asja tal-Lvant u l-Paċifiku; |
(f) |
New Dehli jew Astana għall-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar; |
(g) |
Moska jew Belgrad għar-reġjun “Ewropa Usa’”. |
Il-postijiet finali ser jiġu ddeterminati biex jiġu mmassimizzati r-riżorsi, tiġi minimizzata l-marka tal-karbonju u abbażi tal-assistenza disponibbli fil-livell lokali. L-UNIDIR ser jipproponi rakkomandazzjonijiet raġunati dwar il-postijiet, għal konsiderazzjoni u approvazzjoni mir-RGħ f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.
2.3.5.
Għandu jsir avveniment ta’ tnedija tul jum wieħed biex jiġu preżentati l-għanijiet tal-proġett lill-komunità internazzjonali u biex jiġu mfittxija kontributi mis-soċjetà ċivili, ir-riċerkaturi u l-NGOs biex jiġi żgurat appoġġ għall-proġett. Għandu jkun organizzat avveniment ta’ konklużjoni ta’ jum wieħed biex jiġu ppreżentanti r-riżultati tal-proġett. Il-postijiet finali għal dawn l-avvenimenti għandhom ikunu ddeterminati skont il-proċedura prevista għall-għażla tal-postijiet għas-seminars reġjonali. L-avveniment ta’ tnedija jista’ jsir fil-marġini tal-Kumitat Preparatorju ta’ Lulju 2010, skont id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2.3.6.
L-ewwel avveniment sekondarju għandu jiġi organizzat fil-marġini tal-Ewwel Kumitat (il-65 laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tan-NU) f’Ottubru 2010 biex tiżdied is-sensibbilizzazzjoni tal-partijiet interessati fi New York dwar il-proġett u biex jiġu diskussi xi elementi sostanzjali konkreti rilevanti għall-proċess tat-TKA.
It-tieni avveniment sekondarju għandu jsir fir-raba’ sessjoni tal-Kumitat Preparatorju tat-TKA mlaqqa’ fi New York, li għandha ssir fl-2011 biex il-partijiet interessati miġbura fi New York jiġu ppreżentati bir-riżultati tal-proġett miksuba sa dakinhar.
F’Ottubru 2001 ser jiġi organizzat it-tielet avveniment sekondarju fil-marġini tal-Ewwel Kumitat (is-66 laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tan-NU) biex jiġu ppreżentati r-riżultati tal-proġett sa dakinhar lill-partijiet interessati kollha mlaqqgħin fi New York.
2.4. Outputs - Disseminazzjoni
RAPPORTI-PUBBLIKAZZJONI
Kull seminar u avveniment għandhom jipproduċu rapport sommarju qasir tad-diskussjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet u l-ideat imressqa għal TKA u tal-aspetti tekniċi diskussi. Ir-rapporti tas-seminar, miktuba bl-Ingliż, għandhom ikunu disponibbli online u fuq mezzi ta’ ħżin ta’ data elettroniċi għad-distribuzzjoni.
Abbozz tar-rapport finali li janalizza r-rapporti sommarji tas-seba’ laqgħat reġjonali u avvenimenti oħrajn inklużi fil-proġett għandu jkun prodott u ppreżentat għall-kummenti waqt is-seminar ta’ konklużjoni. Ir-rapport finali għandu jkun disponibbli online u fuq mezzi ta’ ħżin ta’ data elettroniċi għad-distribuzzjoni. Pubblikazzjoni li tagħmel sommarju tar-rapport finali għandha ssir disponibbli online u f’kopji stampati.
3. Tul ta’ żmien
Il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-proġett huwa ta’ 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3).
4. Benefiċjarji
Il-benefiċjarji ta’ dan il-proġett għandhom ikunu l-Istati Membri tan-NU, b’enfasi partikolari fuq l-awtoritajiet tal-istat responsbbli għall-istabbiliment ta’ linji ta’ politika nazzjonali rigward it-TKA, awtoritajiet ta’ kontrolli fuq l-esportazzjoni, tad-dwana u uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li jeħtieġu li jsaħħu l-għarfien espert tagħhom sabiex jiżguraw kummerċ tal-armi responsabbli u jipprevjenu proliferazzjoni irresponsabbli ta’ armi konvenzjonali fil-qafas ta’ TKA futur. L-għażla tal-benefiċjari tal-istat speċifiċi ser ssir abbażi ta’ lista konċiża ta’ benefiċjarji proposta mill-UNIDIR għall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni mir-RGħ, f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.
5. Entità ta’ implimentazzjoni
L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni ser tkun fdata lill-UNIDIR. L-UNIDIR għandu jwettaq il-kompitu tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. L-UNIDIR għandu jikkoopera mal-UN-ODA u l-membri tal-Uffiċċju tal-Kumitati Preparatorji għall-Konferenza tan-NU dwar TKA.
L-UNIDIR għandu, fejn adegwat, jaħdem ma’ istituzzjonijiet bħall-organizzazzjonijiet reġjonali, il-gruppi ta’ riflessjoni, l-NGOs u l-industrija. L-UNIDIR għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.