ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.145.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2010/319/UE |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2010/320/UE |
|
|
* |
||
|
|
2010/321/UE |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
2010/323/UE |
|
|
* |
||
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2010/324/UE |
|
|
* |
||
|
|
2010/325/UE |
|
|
* |
||
|
|
2010/326/UE |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Marzu 2010
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA)
(2010/319/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael min-naħa l-oħra (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni”), (1) daħal fis-seħħ fl-20 ta' Novembru 1995. |
(2) |
L-Artikolu 47 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jipprevedi, fejn xieraq, il-konklużjoni ta' Ftehim Ewropew ta' valutazzjoni tal-konformità, u l-Artikolu 55 tal-istess Ftehim jipprevedi l-użu tal-aqwa tentattivi għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Partijiet. |
(3) |
Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA) (minn issa 'l quddiem “il-Protokoll”), inizjalat fi Brussell fl-24 ta' Ġunju 2009, għandu jkun iffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll” (2)), huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna awtorizzata biex tiffirma l-Protokoll, f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
M. Á. MORATINOS
(1) ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.
(2) Il-Protokoll għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali iktar ’il quddiem.
REGOLAMENTI
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 501/2010
tal-10 ta’ Ġunju 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
44,4 |
MK |
39,5 |
|
TR |
60,4 |
|
ZZ |
48,1 |
|
0707 00 05 |
MA |
37,3 |
MK |
41,0 |
|
TR |
117,0 |
|
ZZ |
65,1 |
|
0709 90 70 |
MA |
68,1 |
TR |
106,3 |
|
ZZ |
87,2 |
|
0805 50 10 |
AR |
95,9 |
BR |
112,1 |
|
TR |
100,4 |
|
US |
83,4 |
|
ZA |
105,7 |
|
ZZ |
99,5 |
|
0808 10 80 |
AR |
97,5 |
BR |
79,0 |
|
CA |
103,3 |
|
CL |
103,6 |
|
CN |
54,8 |
|
IL |
49,0 |
|
NZ |
107,1 |
|
US |
122,5 |
|
UY |
116,3 |
|
ZA |
95,5 |
|
ZZ |
92,9 |
|
0809 10 00 |
TN |
380,0 |
TR |
187,8 |
|
ZZ |
283,9 |
|
0809 20 95 |
TR |
436,0 |
US |
574,5 |
|
ZZ |
505,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 502/2010
tal-10 ta’ Ġunju 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 500/2010 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.
(4) ĠU L 142, 10.6.2010, p. 5.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-11 ta’ Ġunju 2010
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
41,01 |
0,00 |
1701 11 90 (1) |
41,01 |
2,60 |
1701 12 10 (1) |
41,01 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
41,01 |
2,30 |
1701 91 00 (2) |
41,01 |
5,17 |
1701 99 10 (2) |
41,01 |
2,03 |
1701 99 90 (2) |
41,01 |
2,03 |
1702 90 95 (3) |
0,41 |
0,27 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Ġunju 2010
indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv
(2010/320/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 126(9) u 136 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1)(a) TFUE jipprevedi l-possibiltà li jiġu adottati miżuri adattati b’mod speċifiku għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-ewro bil-għan li jsaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja. |
(2) |
L-Artikolu 126 TFUE jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċit eċċessiv tal-gvern u għal dan l-iskop jistipula l-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv. Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li fil-fergħa korrettiva tiegħu jimplimenta l-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv, jipprovdi l-qafas li jsostni l-politiki tal-gvern għal ritorn immedjat għal pożizzjonijiet baġitarji sodi filwaqt li jqis il-qagħda ekonomika. |
(3) |
Fis-27 ta’ April 2009 il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), li fil-Greċja jeżisti defiċit eċċessiv u ħareġ rakkomandazzjonijiet biex jiġi kkoreġut dak id-defiċit sa mhux aktar tard mill-2010, skont l-Artikolu 104(7) (TKE) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (1). Il-Kunsill stabbilixxa wkoll l-iskadenza tas-27 ta’ Ottubru 2009 għall-Greċja sabiex tieħu azzjoni effettiva. Fit-30 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill stabbilixxa, skont l-Artikolu 126(8) TFUE, li l-Greċja ma kinetx ħadet azzjoni effettiva; b’konsegwenza ta’ dan, fis-16 ta’ Frar 2010, il-Kunsill, skont l-Artikolu 126(9) TFUE, avża lill-Greċja biex tieħu miżuri li jikkoreġu d-defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2012 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9)”). Il-Kunsill stabbilixxa wkoll l-iskadenza tal-15 ta’ Mejju 2010 biex tittieħed azzjoni effettiva. |
(4) |
Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, jekk tkun ittieħdet azzjoni effettiva skont l-Artikolu 126(9) TFUE u wara l-adozzjoni ta’ dak l-avviż ikun hemm avvenimenti ekonomiċi kuntrarji mhux mistennija li jkollhom konsegwenzi sfavorevoli kbar għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li jadotta avviż irrivedut skont l-Artikolu 126(9) TFUE. |
(5) |
Skont it-tbassiriet tal-ħarifa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, li pprovdew il-bażi għall-avviż inizjali indirizzat lill-Greċja, il-PGD kien mistenni li jonqos b’0,25 % fl-2010, u li jirkupra sa mill-2011, meta l-ekonomija kienet imbassra li tikber b’0,7 %. Issa huwa mistenni li fl-2010 se jkun hemm tnaqqis qawwi fil-PGD reali, segwit minn aktar kontrazzjoni fl-2011. Wara dan huwa mistenni li jkun hemm ritorn gradwali tat-tkabbir. Dan id-deterjorament konsiderevoli tax-xenarju ekonomiku jimplika deterjorament korrespondenti tal-prospettiva għall-finanzi pubbliċi f’politika li ma tinbidilx. Ma’ dan għandha tiżdied ir-reviżjoni ′l fuq tal-eżitu tad-defiċit tal-gvern għall-2009 (minn stima ta’ 12,7 % tal-PGD fil-ħin tad-Deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9) għal 13,6 % tal-PGD skont in-notifika fiskali ppreżentata mill-Greċja fl-1 ta’ April 2010), bir-riskju ta’ reviżjoni oħra ′l fuq (minn 0,3 għal 0,5 % tal-PGD) wara t-tmiem tal-investigazzjonijiet li l-Eurostat qiegħda twettaq mal-Awtoritajiet Griegi inkarigati mill-Istatistika (2). Finalment, tħassib fis-swieq għall-prospettiva tal-finanzi pubbliċi ġew riflessi f’żieda qawwija fil-primja tar-riskju fuq id-dejn tal-gvern, li tkompli żżid id-diffikultajiet fil-kontroll tal-pjan għad-defiċit u d-dejn tal-gvern. Skont il-valutazzjoni preliminarja li twettqet mill-Kummissjoni f’Marzu 2010, il-Greċja kienet qiegħda timplimenta l-miżuri fiskali maħsuba biex jiżguraw il-kisba tal-mira tad-defiċit ippjanata għall-2010, kif kienet mitluba tagħmel. Madankollu, il-bidla f’salt fix-xenarju ekonomiku tfisser li dawk il-pjanijiet ma għadhomx jistgħu jitqiesu validi. It-theddida immedjata lis-solvenza tal-gvern teħtieġ azzjoni aktar drastika matul is-sena attwali. Fl-istess ħin, il-kobor tal-kontrazzjoni fl-li issa jista’ jkun hemm fl-ekonomija, iwassal biex il-kisba tal-pjan inizjali għat-tnaqqis fid-defiċit ma tkunx fattibbli. Jista’ jiġi kkunsidrat li fil-Greċja ġraw avvenimenti ekonomiċi kuntrarji mhux mistennija li kellhom konsegwenzi sfavorevoli kbar għall-finanzi tal-gvern u, għaldaqstant, rakkomandazzjonijiet irriveduti skont l-Artikoli 136 u 126(9) TFUE huma ġustifikati. |
(6) |
Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet hawn fuq imsemmija, jidher li jeħtieġ li l-iskadenza li ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9) għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fil-Greċja tiġi estiża b’sentejn sal-2014. |
(7) |
Id-dejn pubbliku gross sal-aħħar tal-2009 kien ta’ 115,1 % tal-PGD. Dan huwa fost l-ogħla proporzjonijiet ta’ dejn fl-UE, u huwa konsiderevolment għola mill-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PDG stabbilit fit-Trattat. Barra minn dan, hemm ir-riskju li ċ-ċifra tkompli tiġi rriveduta ′l fuq (minn 5 sa 7 punti perċentwali) bħala riżultat tal-investigazzjonijiet fl-statistika li għadhom għaddejjin. Il-kisba tal-pjan għat-tnaqqis fid-defiċit li hu meqjus neċessarju u fattibbli fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, tkun timplika li ż-żieda fid-dejn titreġġa’ lura mill-2014 ‘il quddiem. B’żieda mad-defiċit tal-gvern li huwa persistentament għoli, il-kontribuzzjoni ta’ operazzjonijiet “barra mill-baġit” għaż-żieda fid-dejn kienet kbira. Dan wassal biex is-swieq inaqqsu l-fiduċja fl-abbilità tal-Gvern Grieg biex ikompli jitratta d-dejn. Hemm bżonn estremament urġenti li l-Greċja tieħu azzjoni deċisiva, fuq skala mingħajr preċedent, dwar id-defiċit tagħha u dwar fatturi oħra li jikkontribwixxu għaż-żieda fid-dejn, sabiex iż-żieda fil-proporzjon tad-dejn mal-PGD titreġġa’ lura u tkun tista’ tirritorna għall-finanzjament tas-suq kemm jista’ jkun malajr. |
(8) |
Id-deterjorazzjoni tassew qalila tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Gvern Grieg wasslet lill-Istati Membri taż-żona tal-euro biex jiddeċiedu li jipprovdu sostenn ta’ stabbiltà lill-Greċja, bil-għan li jħarsu l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro kollha, flimkien ma’ għajnuna multilaterali pprovduta mill-Fond Monetarju Internazzjonali. L-appoġġ provdut mill-Istati Membri taż-żona euro sejjer jkun fil-forma ta’ ġabra ta’ self bilaterali, ikkoordinata mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi li se jagħtu s-self iddeċidew li l-appoġġ tagħhom għandu jkun dipendenti fuq ir-rispett tal-Greċja lejn din id-Deċiżjoni. B’mod partikolari, il-Greċja hija mistennija twettaq il-miżuri speċifikati f’din id-Deċiżjoni b’mod konformi mal-kalendarju hawnhekk stabbilit, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Greċja għandha ttemm is-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv li għandha bħalissa malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mill-iskadenza tal-2014.
2. Il-pjan ta’ aġġustament biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv għandu jimmira għal defiċit tal-ammistrazzjoni pubblika li ma jeċċedix EUR 18 508 miljun (8,0 % tal-PGD) fl-2010, EUR 17 065 miljun (7,6 % tal-PGD) fl-2011, EUR 14 916 miljun (6,5 % tal-PGD fl-2012, EUR 11 399 miljun (4,9 % tal-PGD) fl-2013 u EUR 6 385 miljun (2,6 % tal-PGD) fl-2014. Għal dan il-għan, matul il-perjodu 2009-2014, għandu jinkiseb titjib fil-bilanċ strutturali ta’ minn tal-inqas 10 % tal-PGD.
3. Il-pjan ta’ aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 jeħtieġ li l-bidla annwali fid-dejn gross ikkonsolidat tal-amministrazzoni pubblika ma teċċedix EUR 34 058 miljun fl-2010, EUR 17 365 miljun fl-2011, EUR 15 016 miljun fl-2012, EUR 11 599 miljun fl-2013, EUR 7 885 miljun fl-2014. Abbażi tal-previżjonijiet attwali dwar il-PGD, il-pjan korrespondenti għall-proporzjon ta’ dejn mal-PGD ikun ta’ 133,2 % fl-2010, 145,2 % fl-2011, 148,8 % fl-2012, 149,6 % fl-2013 u 148,4 % fl-2014.
Artikolu 2
1. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2010:
(a) |
Liġi li tintroduċi skala ta’ taxxa progressiva għas-sorsi kollha ta’ introjtu u trattament unifikat b’mod orizzontali ta’ introjtu ġġenerat minn xogħol u minn assi kapitali; |
(b) |
Liġi li tħassar l-eżenzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta’ tassazzjoni awtonoma kollha fis-sistema tat-taxxa, inkluż l-introjtu minn benefiċċji speċjali mħallsa lill-ħaddiema taċ-ċivil; |
(c) |
Il-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet baġitarji fir-riżerva ta’ kontinġenza, bil-għan li jitfaddlu EUR 700 miljun; |
(d) |
L-abolizzjoni tal-biċċa l-kbira tal-approprjazzjoni baġitarja għall-benefiċċju ta’ solidarjetà (ħlief parti għal benefiċċju li jingħata kontra l-faqar) bil-għan li jitfaddlu EUR 400 miljun; |
(e) |
Tnaqqis fl-ogħla pensjonijiet bil-għan li jitfaddlu EUR 500 miljun f’sena sħiħa (EUR 350 miljun għall-2010); |
(f) |
It-tnaqqis tal-bonus tal-Għid, tas-sajf u tal-Milied u benefiċċji li jingħataw lill-ħaddiema taċ-ċivil bil-għan li jitfaddlu EUR 1 500 miljun f’sena sħiħa (EUR 1 100 miljun fl-2010); |
(g) |
L-abolizzjoni tal-bonus tal-Għid, tas-sajf u tal-Milied li jingħataw lill-pensjonanti, għalkemm dawk li jirċievu pensjonijiet baxxi għandhom jiġu mħarsa, bil-għan li jitfaddlu EUR 1 900 miljun f’sena sħiħa (EUR 1 500 miljun fl-2010); |
(h) |
Żieda fir-rata tal-VAT, li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 1 800 miljun f’sena sħiħa (EUR 800 miljun fl-2010); |
(i) |
Żieda fid-dazji għall-fjuwil, it-tabakk u l-alkoħol, li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 1 050 miljun f’sena sħiħa (EUR 450 miljun fl-2010); |
(j) |
Leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva dwar is-Servizzi (3); |
(k) |
Liġi li tirriforma u tissimplifika l-amministrazzoni pubblika fil-livell lokali bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi; |
(l) |
It-twaqqif ta’ task force li jkollha l-għan li ttejjeb ir-rata tal-assorbiment tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni; |
(m) |
Liġi biex tissimplifika l-fażi tal-bidu ta’ negozji ġodda; |
(n) |
Tnaqqis fl-investiment pubbliku b’EUR 500 miljun meta mqabbel mal-pjanijiet; |
(o) |
It-trasferiment tal-approprjazzjonijiet baġitarji għall-kofinanzjament ta’ fondi strutturali u ta’ koeżjoni f’kont ċentrali speċjali li ma jista jintuża għall-ebda skop ieħor; |
(p) |
L-istabbiliment ta’ fond indipendenti għall-istabbiltà finanzjarja sabiex jittratta nuqqasijiet u jippreserva l-istabbiltà tas-settur finanzjarju, billi jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-banek meta dan ikunn meħtieġ; |
(q) |
Is-sorveljanza msaħħa tal-banek, b’żieda fir-riżorsi umani, rappuratar aktar frekwenti u stress tests li jsiru darba kull tliet xhur. |
2. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Settembru 2010:
(a) |
Inklużjoni fl-abbozz tal-baġit għall-2011 ta’ miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali li jammontaw għal minn tal-inqas 3 % tal-PGD (4,1 % tal-PGD jekk ikunu kkunsidrati t-trasferimenti kollha li saru mill-miżuri implimentati fl-2010 u li tħallew għas-sena ta’ wara). Il-baġit għandu jinkludi b’mod partikolari l-miżuri li ġejjin (jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, miżuri li jwasslu għal tfaddil komparabbli): tnaqqis fil-konsum intermedjat tal-amminisrazzjoni pubblika b’minn tal-inqas EUR 300 miljun meta mqabbel mal-livell fl-2010 (b’żieda mat-tfaddil li jirriżulta mir-riforma, imsemmija f’dan il-paragrafu, tal-amministrazzjoni pubblika u tal-gvern lokali), iffriżar fl-indiċjar tal-pensjonijiet (bl-għan li jitfaddlu EUR 100 miljun), tariffa temporanja ta’ kriżi fuq negozji li għandhom ħafna profitt (li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 600 miljun fi dħul addizzjonali fis-sena fl-2011, fl-2012 u fl-2013); it-tassazzjoni preżuntiva tal-professjonisti (li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 400 miljun fl-2011 u dħul li jiżdied fl-2012 u fl-2013); tkabbir tal-bażi tal-VAT biex jiġu inklużi ċerti servizzi li bħalissa huma eżentati u billi 30 % tal-oġġetti u servizzji ma jibqgħux jibbenefikaw minn rata mnaqqsa u minflok tapplika għalihom rata ewlenija (li jwassal biex jinġabru EUR 1 biljun); taxxa tal-ambjent li tiddaħħal gradwalment fuq l-emissjonijiet CO2 (li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 300 miljun fl-2011); l-implimentazzoni mill-Gvern Grieg ta’ leġiżlazzjoni li tirriforma l-amministrazzjoni pubblika u organizzazzjoni mill-ġdid tal-gvern lokali (bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż b’minn tal-inqas EUR 500 miljun fl-2011, u 500 miljun addizzjonali kull sena fl-2012 u l-2013); tnaqqis fl-investimenti ffinanzjati lokalment (b’minn tal-inqas EUR 1 biljun) billi tingħata prijorita’ lill-proġetti tal-investiment iffinanzjati mill-fondi strutturali tal-UE; inċentivi biex jiġi rregolarizzat il-ksur tal-liġi fir-rigward tal-użu tal-art (li jwasslu biex jinġabru minn tal-inqas EUR 1 500 miljun mill-2011 sal-2013, u minn tal-inqas EUR 500 miljun minnhom jinġabru fl-2011) ġbir ta’ dħul mil-liċenzjar tal-logħob (b’minn tal-inqas EUR 500 miljun mill-bejgħ ta’ liċenzji u EUR 200 miljun fi drittijiet finanzjarji); allargamenttal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli billi jiġu aġġornati l-valuri tal-assi (li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 500 miljun dħul addizzjonali); tassazzjoni ogħla fuq pagi f’oġġetti, inkluża wkoll it-taxxa fuq il-pagamenti tal-kiri ta’ karozza (b’minn tal-inqas EUR 150 miljun); tassazzjoni ogħla fuq oġġetti ta’ lussu (b’minn tal-inqas EUR 100 miljun); taxxa speċjali li tapplika għal stabbilimenti mhux awtorizzati (li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 800 miljun fis-sena); sostitut ta’ 20 % biss ta’ impjegati li jirtiraw fis-settur pubbliku (gvern ċentrali, muniċipalitajiet, kumpaniji pubbliċi, gvernijiet lokali, aġenziji tal-istat u istituzzjonijiet pubbliċi oħra); |
(b) |
Liġi li tirriforma s-sistema tal-pensjonijiet bl-għan li tassigura s-sostenibbiltà tagħha fuq il-medda medja u l-medda fit-tul taż-żmien. Il-liġi għandha tintroduċi b’mod partikolari età ta’ rtirar statutorja unifikata ta’ 65 sena (li tapplika wkoll għan-nisa); amalgamar tal-fondi eżistenti tal-pensjonijiet fi tliet fondi u sistema ġdida unifikata ta’ pensjonijiet għall-impjegati attwali u dawk li se jkun hemm fil-futur (li għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013); tnaqqis tal-ogħla limitu fuq il-pensjonijiet; żieda gradwali fil-perjodu minimu li fih għandha titħallas il-kontribuzzjoni għal benefiċċju sħiħ mal-irtirar minn 37 għal 40 sena (sal-2015); età minima ta’ rtirar ta’ 60 sena mill-1 ta’ Jannar 2011 (din tapplika wkoll għall-ħaddiema li jagħmlu xogħlijiet ta’ strapazz u diffiċli u dawk li ħallsu kontribuzzjonijiet għal 40 sena); l-abolizzjoni tar-regoli speċjali applikabbli għall-persuni li kienu assigurati qabel l-1993 (filwaqt li jżommu d-drittijiet li jkunu akkwistaw); tnaqqis sostanzjali fil-lista ta’ xogħlijiet ikkunsidrati ta’ strapazz u diffiċli; tnaqqis fil-benefiċċji soċjali (b’6 % fis-sena) għall-persuni li jirtiraw bejn l-età ta’ 60 u 65 sena u li jkunu ħallsu l-kontribuzzjonijiet għal inqas minn 40 sena; it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament awtomatiku li jorbot l-età tal-irtirar maż-żieda fl-istennija tal-għajxien (mill-2020 ‘il quddiem); il-ħolqien ta’ introjtu minimu garantit li jkun ittestjat skont il-mezzi għall-anzjani li jkunu akbar mill-età statutorja meħtieġa għall-irtirar; l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet iktar stretti u r-rianaliżi regolari tal-eliġibbiltà għall-pensjonijiet tad-diżabilità; emenda fil-formula ta’ min jikkwalifika għall-pensjoni fl-iskema bbażata fuq il-kontribuzzjonijiet biex tissaħħaħ ir-rabta bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa u l-benefiċċji riċevuti (b’rata ta’ akkumulazzjoni ta’ imgħax limitata għal rata annwali medja ta’ 1,2 %) u estensjoni mill-kalkolu tal-qliegħ pensjonabbli għall-qligħ matul il-ħajja kollha (filwaqt jinżammu d-drittijiet li jkunu ġew akkwistati). L-implimentazzjoni ta’ din il-liġi għandha tnaqqas iż-żieda mbassra fil-proporzjon tan-nefqa tal-pensjoni mal-PGD għal taħt il-medja fiż-żona tal-euro fid-deċennji li ġejjin u għandha tillimita ż-żieda tal-infiq tas-settur pubbliku fuq il-pensjonijiet matul il-perjodu 2010-2060 għal inqas minn 2,5 % tal-PGD; |
(c) |
Rinfurzar tar-rwol u tar-riżorsi tal-uffiċċju ġenerali tal-kontabilità u t-twaqqif ta’ salvagwardji kontra interferenzi politiċi possibbli fit-tbassir tad-dejta u l-kontabilità; |
(d) |
Abbozz ta’ riforma tal-leġislazzjoni dwar is-salarji fis-settur pubbliku, inkluż b’mod partikolari t-twaqqif ta’ Awtorità Waħda ta’ Ħlas biex jitħallsu l-pagi, l-introduzzjoni ta’ prinċipji unifikati u skeda biex tiġi stabbilita xibka tal-pagi tas-settur pubbliku li tkun unifikata u aktar effiċjenti u tkun tista’ tapplika għas-settur statali, l-awtoritajiet lokali u aġenziji oħra; |
(e) |
Leġislazzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni responsabbli mit-taxxa u l-kontrolli; |
(f) |
It-tnedija ta’ reviżjoni indipendenti tal-amministrazzjoni pubblika u ta’ programmi soċjali eżistenti; |
(g) |
Il-pubblikazzjoni ta’ statistika mensili (fuq bażi ta’ kontanti) dwar id-dħul, in-nefqa, l-iffinanzjar u l-arrettrati tal-infiq għall-“amministrazzjoni pubblika disponibbli” u s-sub-entitatjiet tagħha; |
(h) |
Pjan ta’ azzjoni biex itejjeb il-ġbir u l-ipproċessar ta’ dejta tal-amministrazzjoni pubblika, billi b’mod partikolari jittejbu l-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-awtoritajiet responsabbli mill-istatistika u l-uffiċċju ġenerali tal-kontabilità u tiġi assigurata r-responsabbiltà personali effettiva f’każijiet ta’ rappurtaġġ ħażin, sabiex jiġi assigurat il-forniment immedjat ta’ dejta tal-amministrazzjoni pubblika ta’ kwalità għolja mitluba skont ir-Regolamenti (KE) Nru 2223/96 (4), (KE) Nru 264/2000 (5), (KE) Nru 1221/2002 (6), (KE) Nru 501/2004 (7), (KE) Nru 1222/2004 (8), (KE) Nru 1161/2005 (9), (KE) Nru 223/2009 (10) u (KE) Nru 479/2009 (11); |
(i) |
Il-pubblikazzjoni regolari tal-informazzjoni dwar is-pożizzjoni finanzjarja f’ażjendi pubbliċi u entitajiet pubbliċi oħra li mhumiex klassifikati bħala parti mill-amministrazzjoni pubblika (inklużi dikjarazzjonijiet dettaljati dwar id-dħul, il-karti tal-bilanċ u dejta dwar l-impjiegi u n-nefqa pubblika); |
3. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Diċembru 2010:
(a) |
L-adozzjoni finali tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2(a) u (d); |
(b) |
Abbozz ta’ leġiżlazzjoni li ssaħħaħ il-qafas fiskali. Dan għandu jinkludi, b’mod partikolari, t-twaqqif ta’ qafas fiskali fuq il-medda medja ta’ żmien, il-ħolqien ta’ riżerva ta’ kontinġenza obbligatorja fil-baġit li tikkorrispondi għal 10 % tal-approprjazzjonijiet totali, it-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ aktar b’saħħithom fuq in-nefqa u t-twaqqif ta’ aġenzija fiskali indipendenti li tipprovdi pariri u skrutinju espert dwar kwistjonijiet fiskali; |
(c) |
Liġi biex tirriforma s-sistema ta’ negozjar dwar il-pagi fis-settur privat, li għandha tipprovdi għal tnaqqis fir-rati ta’ ħlas għas-sahra, flessibiltà aħjar fil-ġestjoni tal-ħin tax-xogħol u tippermetti li patti territorjali lokali jkunu jistgħu jistabbilixxu żidiet fil-pagi li jkunu inqas mill-ftehimijiet settorali; |
(d) |
Liġi dwar il-pagi minimi biex tintroduċi sub-minima għal gruppi li qegħdin f’riskju bħaż-żgħażagħ u dawk li ilhom qiegħda għal ħafna żmien, u tistabbilixxi miżuri li jiggarantixxu li l-pagi minimi attwali jibqgħu fissi f’termini nominali għal tliet snin; |
(e) |
Riforma tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-impjiegi biex il-perjodu ta’ żmien ta’ prova għal xogħolijiet ġodda jiġi estiż għal sena, jitnaqqas il-livell ġenerali ta’ ħlasijiet li jingħataw lill-impjegati li jispiċċalhom il-kuntratt u jiġi assigurat li l-istess kundizzjonijiet ta’ ħlasijiet li jingħataw lill-impjegati li jispiċċalhom il-kuntratt japplikaw kemm għall-ħaddiema manwali kif ukoll għall-ħaddiema klerikali, jiżdied il-limitu minimu sabiex japplikaw r-regoli dwar is-sensji kollettivi speċjalment għal kumpaniji kbar, u jiġi ffaċilitat użu akbar ta’ kuntratti temporanji; |
(f) |
Żieda sinifikanti fir-rata ta’ assorbiment tal-fondi strutturali u dak ta’ koeżjoni; |
(g) |
L-introduzzjoni ta’ sistema ġdida għall-ġestjoni tad-drogi li tiffavorixxi l-użu ta’ mediċini ġeneriċi; |
(h) |
It-twaqqif ta’ sistema ta’ akkwist pubbliku unifikata b’awtorità ċentrali responsabbli mill-akkwist, li tassigura proċeduri ta’ sejħiet għal offerti li jkunu partikolarment sodi, kontrolli ex ante u ex post; |
(i) |
Leġiżlazzjoni li tissimplifika u taċċelera l-proċess tal-ħruġ ta’ liċenzji lil ażjendi, attivitajiet industrijali u professjonijiet; |
(j) |
Modifika tal-qafas istituzzjonali tal-awtorità dwar il-kompetizzjoni Ellenika (HCC) bl-għan li tiżdied l-indipendenza tagħha, jiġu stabbiliti skadenzi raġonevoli għall-investigazzjoni u l-ħruġ ta’ deċiżjonijiet u tingħata l-poter li tirrifjuta l-ilmenti; |
(k) |
Ġestjoni aħjar tal-assi pubbliċi, bil-għan li jinġabru minn tal-inqas EUR 1 biljun fis-sena matul il-perjodu 2011-2013; |
(l) |
Miżuri li għandhom l-għan li jneħħu r-restrizzjonijiet eżistenti għal-libertà tal-proviżjoni tas-servizzi. |
4. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Marzu 2011:
(a) |
L-adozzjoni finali tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3(b); |
5. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Ġunju 2011:
(a) |
Xibka tal-paga tas-settur pubbliku li tkun unifikata u aktar effiċjenti li għandha tapplika għas-settur statali, l-awtoritajiet lokali u l-aġenziji l-oħra, b’rimunerazzjonijiet li jirriflettu l-produttività u x-xogħlijiet; |
(b) |
Miżuri li jimplimentaw is-sejbiet tar-reviżjoni operattiva esterna u indipendenti tal-amministrazzjonijiet pubbliċi; |
(c) |
Rinfurzar tal-ispettorat tax-xogħol, li għandu jkollu biżżejjed impjegati kkwalifikati u jkollu miri kwantitattivi dwar in-numru ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu. |
6. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Settembru 2011:
(a) |
L-inklużjoni tal-abbozz ta’ baġit għall-2012 ta’ miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali li jammontaw għal minn tal-inqas 2,2 % tal-PGD. Il-baġit għandu jinkludi, b’mod partikolari, l-miżuri li ġejjin (jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, miżuri li jwasslu għal tfaddil komparabbli): aktar tkabbir tal-bażi tal-VAT billi l-oġġetti u s-servizzi ma jibqgħux igawdu minn rata imnaqqsa u minflok tibda tapplika għalihom rata normali (bil-għan li jinġabru minn tal-inqas EUR 300 miljun); minbarra r-regola ta’ rekrutaġġ b’żieda mar-regola ta’ wieħed għal kull 5 persuni li jirtiraw fis-settur pubbliku għandu jitnaqqas ukoll l-impjieg pubbliku (bil-għan li jitfaddlu minn tal-inqas EUR 600 miljun); jiġu stabbiliti dazji tas-sisa għal xorb mhux alkoħoliku (għal ammont totali ta’ minn tal-inqas EUR 300 miljun); żieda tat-taxxa fuq beni immobbli permezz ta’ aġġornament tal-valuri tal-assi (għall-ħolqien ta’ minn tal-inqas EUR 200 miljun dħul żejjed); organizzazzjoni mill-ġdid ta’ gvernijiet sub-ċentrali li jimmiraw li (jiġġeneraw minn tal-inqas EUR 500 miljun fi tfaddil); tnaqqis fil-konsum intermedju tal-amministrazzjoni pubblika (b’minn tal-inqas EUR 300 miljun meta mqabbel mal-livell fl-2011); iffriżar nominali tal-pensjonijiet; aktar effiċjenza fit-tassazzjoni preżuntiva tal-professjonisti (bil-għan li jinġabru minn tal-inqas EUR 100 miljun); tnaqqis fit-trasferiment lill-ażjendi pubbliċi (b’minn tal-inqas EUR 800 miljun) wara r-ristrutturar tagħhom; il-benefiċċji tal-qgħad isiru ttestjati skont il-mezzi (bil-għan li jitfaddlu EUR 500 miljun); jinġabar aktar dħul mil-liċensjar tal-logħob (minn tal-inqas EUR 225 miljun fil-bejgħ tal-liċenzji u EUR 400 miljun fi drittijiet finanzjarji); |
(b) |
Mitigazzjoni tal-ostakoli tat-taxxa għal merġers u akkwisti; |
(c) |
Simplifikazzjoni tal-proċess doganali għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet; |
(d) |
Żieda sinifikanti fir-rati ta’ assorbiment tal-fondi strutturali u dak ta’ koeżjoni; |
(e) |
L-implimentazzoni sħiħa tal-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar bil-għan li jitnaqqsu il-piżijiet amministrattivi b’20 % (meta mqabbel mal-2008). |
7. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Diċembru 2011:
(a) |
L-adozzjoni finali tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 6(a); |
(b) |
Rinfurzar tal-kapaċità ta’ ġestjoni tal-awtoritajiet kollha li jiġġestixxu u entitajiet intermedji ta’ programmi operattivi skont il-qafas tal-qafas ta’ referenza tal-istrateġija nazzjonali 2007-2013 u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom ISO 9001:2008 (ġestjoni ta’ kwalità). |
Artikolu 3
Il-Greċja għandha tikkoopera b’mod sħiħ mal-Kummissjoni u tipprovdi mingħajr dewmien, kull meta tkun mitluba biex tagħmel hekk, kwalunkwe dejta jew dokument meħtieġ biex tiġi mmonitorjata l-konformità ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
1. Il-Greċja għandha tipprovdi lill-Kunsill u lill-Kummissoni rapport li juri l-miżuri tal-politika meħuda biex tkun konformi ma’ din id-Deċiżjoni kull tliet xhur.
2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu informazzoni dettaljata dwar:
(a) |
miżuri konkreti implimentati sad-data tar-rapport sabiex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni, inkluż l-impatt baġitarju kwantifikat tagħhom; |
(b) |
miżuri konkreti ppjanati li jiġu implimentati wara d-data tar-rapport sabiex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni, il-kalendarju tal-implimentazzjoni tagħhom u stima tal-impatt baġitarju tagħhom; |
(c) |
l-eżekuzzjoni tal-baġit mensili tal-Istat; |
(d) |
l-implimentazzjoni baġitarja infraannwali mis-sigurtà soċjali, il-gvern lokali u l-fondi baġitari żejda; |
(e) |
ħruġ u rimborsar tad-dejn tal-gvern; |
(f) |
żviluppi permanenti u temporanji fl-impjiegi tas-settur pubbliku; |
(g) |
in-nefqa tal-gvern sakemm isir il-ħlas (arretrati akkumulati); |
(h) |
il-pożizzjoni finanzjarja f’ażjendi pubbliċi u entitajiet pubbliċi oħra. |
3. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom janalizzaw ir-rapporti bil-għan li jevalwaw il-konformità tal-Greċja ma’ din id-Deċiżjoni. Fil-kuntest ta’ dawn il-valutazzonijiet, il-Kummissjoni tista’ tindika l-miżuri meħtieġa biex jiġi rrispettat il-pjan ta’ aġġustament stipulat b’din id-Deċiżjoni għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fl-istess ġurnata tan-notifika tagħha.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-8 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SALGADO
(2) Stqarrija għall-istampa, Eurostat, 55/2010. 22 ta’ April 2010.
(3) Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 264/2000 tat-3 ta’ Frar 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 rigward statistiċi ta’ finanzi pubbliċi fuq żmien qasir (ĠU L 29, 4.2.2000, p. 4).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar kontijiet mhux finanzjarji ta’ kull tliet xhur tal-amministrazzjoni pubblika (ĠU L 179, 9.7.2002, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 501/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar kontijiet finanzjarji ta’ kull kwart tas-sena għal gvern ġenerali (ĠU L 81, 19.3.2004, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1222/2004 tat-28 ta’ Ġunju 2004 dwar il-kompilazzjoni u t-trasmissjoni ta’ data dwar id-dejn trimestrali tal-gvern (ĠU L 233, 2.7.2004, p. 1).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar il-kumpilazzjoni ta’ kontijiet trimestrali mhux finanzjarji skont is-settur istituzzjonali (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 22).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Ġunju 2010
li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni Nru 188)
(2010/321/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48 flimkien tal-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni Nru 188 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem imsemmijin “il-Konvenzjoni” u “l-ILO” rispettivament) dwar ix-xogħol fis-settur tas-sajd ġiet adottata fl-14 ta’ Ġunju 2007 fil-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol tal-ILO, imlaqqgħa f'Ġinevra u li fiha d-delegazzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea vvotaw favur l-adozzjoni. |
(2) |
Il-Konvenzjoni tirrappreżenta kontribut kbir għas-settur tas-sajd fil-livell internazzjonali fil-promozzjoni ta’ xogħol deċenti għas-sajjieda u kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni aktar ġusti għas-sidien ta’ bastimenti tas-sajd u għaldaqstant huwa mixtieq li d-dispożizzjonijiet tagħha jiġu implimentati kemm jista’ jkun malajr. |
(3) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qegħdin jippromwovu r-ratifika ta’ konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol li huma kklassifikati aġġornati mill-ILO bħala kontribut għall-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tippromwovi xogħol deċenti għal kulħadd kemm ġewwa l-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni. |
(4) |
Konformement mal-Kostituzzjoni tal-ILO, l-adozzjoni ta' kwalunkwe Konvenzjoni jew Rakkomandazzjoni mill-Konferenza, jew ir-ratifika ta' kwalunkwe Konvenzjoni minn xi Membru, titqies li fl-ebda każ ma taffettwa xi liġi, għotja, konswetudini jew ftehim li jiżgura kondizzjonijiet aktar favorevoli għall-ħaddiema kkonċernati minn dawk previsti fil-Konvenzjoni jew fir-Rakkomandazzjoni. |
(5) |
Xi dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni jaqgħu fi ħdan il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali. |
(6) |
L-Unjoni ma tistax tirratifika l-Konvenzjoni, ladarba Stati biss jistgħu jkunu partijiet għaliha. |
(7) |
Il-Kunsill għandu għalhekk jawtorizza lill-Istati Membri li huma marbutin bir-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali bbażati fuq l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex jirratifikaw il-Konvenzjoni fl-interessi tal-Unjoni, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati li jirratifikaw, għall-partijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, adottata fl-14 ta’ Ġunju 2007.
Artikolu 2
L-Istati Membri huma mistennija jagħmlu sforzi biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' ratifika tal-Konvenzjoni mad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol kemm jista' jkun malajr, preferibbilment qabel il-31 ta' Diċembru 2012. Il-Kunsill se jirrivedi l-progress tar-ratifikazzjoni qabel Jannar 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. CORBACHO
(1) Kunsens tal-5 ta’ Mejju 2010 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) li jikkonferma l-Opinjoni tal-14 ta' Jannar 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/322/PESK
tat-8 ta’ Ġunju 2010
li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), il-EULEX KOSOVO
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (2). Dik l-Azzjoni Konġunta tapplika sal-14 ta’ Ġunju 2010. |
(2) |
Fid-9 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/445/PESK (3), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK billi żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja li jkopri n-nefqa tal-Missjoni sal-iskadenza tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK. |
(3) |
Fit-28 ta’ Mejju 2010, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda l-estensjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għal perijodu ta’ sentejn u l-estensjoni tal-ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 265 000 000 sal-14 ta’ Ottubru 2010. |
(4) |
L-istruttura tal-kmand u l-kontroll tal-EULEX KOSOVO għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit. |
(5) |
Il-EULEX KOSOVO ser tiġi kondotta fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ tkun ta’ dannu għall-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
(6) |
L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 7(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EULEX KOSOVO fil-livell strateġiku.”. |
2. |
Il-paragrafi 3, 4 u 5 tal-Artikolu 9 huma sostitwiti b’dan li ġej: “3. Persunal ċivili internazzjonali u persunal lokali jista’ wkoll jiġi reklutat mill-EULEX KOSOVO, kif meħtieġ, fuq bażi kuntrattwali, jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux ipprovduti mill-persunal sekondat mill-Istati Membri. B’mod eċċezzjonali, f’każijiet debitament ġustifikati, meta ma jkunux disponibbli applikazzjonijiet kwalifikati mill-Istati Membri, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif adatt. 4. Il-persunal kollu għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (*). |
3. |
Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 11 huma sostitwiti b’dan li ġej: “2. Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u r-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EULEX KOSOVO. 3. Kif stabbilit ukoll fl-Artikolu 7, il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, għandu jkun il-kmandant tal-EULEX KOSOVO fil-livell strateġiku u, għaldaqstant, għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni b’istruzzjonijiet u b’konsulenza u appoġġ tekniku. 4. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.”. |
4. |
Il-paragrafi 1 sa 2 tal-Artikolu 12 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u r-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EULEX KOSOVO. 2. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-fini, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat ta’ emenda tal-OPLAN u l-linja ta’ kmand. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Il-Kunsill, fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ, għandu jiddeċiedi dwar l-objettivi u t-terminazzjoni tal-EULEX KOSOVO.”. |
5. |
L-Artikolu 13(4) huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi fi ftehim li għandu jiġi konkluż f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat u l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fejn l-UE u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ tali Stat terz fl-operazzjonijiet tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EULEX KOSOVO.”. |
6. |
Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 16 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2010 għandu jkun ta’ EUR 265 000 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għall-EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill. 2. In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-UE.”. |
7. |
L-Artikolu 17 huwa mħassar. |
8. |
L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 18 Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata 1. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti, in-NATO/KFOR u lil partijiet terzi oħrajn, assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti ġġenerati għall-finijiet tal-EULEX KOSOVO sal-livell tal-klassifikazzjoni rilevanti rispettivament għal kull wieħed minnhom, f’konformità mad-Deċiżjoni 2001/264/KE. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi lokali biex dan jiġi ffaċilitat. 2. Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ għandu wkoll ikun awtorizzat jirrilaxxa lill-awtoritajiet lokali kompetenti informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell ‘RESTREINT UE’ ġġenerati għall-finijiet tal-EULEX KOSOVO, f’konformità mad-Deċiżjoni 2001/264/KE. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu rilaxxati lill-awtoritajiet lokali kompetenti f’konformità mal-proċeduri adatti għal-livell ta’ kooperazzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet mal-UE. 3. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti, in-NATO/KFOR, lil Stati terzi oħrajn assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta u lill-awtoritajiet lokali rilevanti, dokumenti tal-UE mhux klassifikati relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-EULEX KOSOVO koperti bl-obbligu tas-segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (**). (**) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/EU, tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).”" |
9. |
L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 19 Rieżami Il-Kunsill għandu jevalwa, mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-iskadenza ta’ din l-Azzjoni Konġunta jekk il-EULEX KOSOVO għandhiex tiġi estiża.” |
10. |
L-Artikolu 20, it-tieni paragrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandha tiskadi fl-14 ta’ Ġunju 2012.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SALGADO
(1) Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
(2) ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.
(3) ĠU L 148, 11.6.2009, p. 33.
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta’ Ġunju 2010
li jagħti deroga mir-Regolament ta’ implimentazzjoni (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam fir-rigward tal-Bulgarija u l-Ġermanja
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3617)
(It-testi bil-Bulgaru u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
(2010/323/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Bulgarija fl-10 ta’ Frar 2009,
Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Ġermanja fl-20 ta’ Marzu 2009,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008, il-Kummissjoni tista’ tagħti lill-Istati Membri deroga mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ġaladarba l-applikazzjoni tiegħu fis-sistemi statistiċi nazzjonali qiegħda teżiġi addattamenti kbar u x’aktarx li tista’ tipprovoka xi problemi prattiċi sinifikattivi. |
(2) |
Derogi bħal dawn għandhom jingħataw lill-Bulgarija u lill-Ġermanja fuq it-talba tagħhom. |
(3) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008, Stat Membru li jkun ingħata deroga sal-1 ta’ Jannar 2010 għandu jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE (2), 93/24/KEE (3) u 93/25/KEE (4) sa din id-data. |
(4) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008, Stat Membru li jkun ingħata deroga sal-1 ta’ Jannar 2011 għandu jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/25/KEE sa din id-data. |
ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Bulgarija u l-Ġermanja għandhom jingħataw deroga mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 għall-perjodu li jintemm fl-1 ta’ Jannar 2010.
2. Il-Bulgarija u l-Ġermanja għandhom jingħataw deroga mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 li jikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż għall-perjodu li jintemm fl-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Olli REHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 321, 1.12.2008, p. 1.
(2) ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1.
(3) ĠU L 149, 21.6.1993, p. 5.
(4) ĠU L 149, 21.6.1993, p. 10.
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/16 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2010 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tad-19 ta’ Marzu 2010
dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)
(2010/324/UE)
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat, li ġie ffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif rivedut mill-Ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tal-Anness III tiegħu,
Billi:
(1) |
il-mandat tad-Direttur preċedenti skada fit-28 ta’ Frar 2010; |
(2) |
fi tmiem il-proċedimenti tiegħu, kumitat konġunt ta’ selezzjoni, stabbilit miż-żewġ partijiet, ippropona l-ħatra tas-Sur Michael HAILU (Etjopja) bħala Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li l-Kumitat jista’ jkollu jieħu skont il-prerogattivi tiegħu, is-Sur Michael HAILU (Etjopja) huwa b’dan maħtur Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali, b’effett mill-24 ta’ Mejju 2010 sat-28 ta’ Frar 2015.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
Carlos BASTARRECHE SAGÜÉS
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/17 |
DEĊIŻJONI Nru 3/2010 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tad-19 ta' Mejju 2010
li taħtar lid-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)
(2010/325/UE)
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), rivedut bil-ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta' Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (7) tal-Anness III tiegħu,
Billi:
(1) |
il-mandat tad-Direttur preċedenti skada fit-28 ta' Frar 2010, |
(2) |
kumitat konġunt ta' selezzjoni, stabbilit miż-żewġ partijiet, ippropona, fi tmiem il-ħidma tiegħu, il-ħatra tas-Sur Jean-Erick ROMAGNE (Franza), fil-post ta' Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu waħdieni
Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet ulterjuri li l-Kumitat jista' jintalab jieħu fil-qafas tal-kompiti tiegħu, is-Sur Jean-Erick ROMAGNE huwa maħtur Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, b'effett mis-6 ta' Settembru 2010 sat-28 ta' Frar 2015.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
René MAKONGO
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.
11.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/18 |
DEĊIŻJONI Nru 4/2010 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tad-19 ta’ Mejju 2010
dwar il-ħatra tal-Viċi Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriża (CŻI)
(2010/326/UE)
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), rivedut bil-ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 (7) tal-Anness III tiegħu,
Billi:
(1) |
il-mandat tal-Viċi Direttur preċedenti skada fit-28 ta’ Frar 2010, |
(2) |
kumitat konġunt ta’ selezzjoni, stabbilit miż-żewġ partijiet, ippropona, fi tmiem il-ħidma tiegħu, il-ħatra tas-Sinjura Jyoti JEETUN (Mawrizju), fil-post ta’ Viċi Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet ulterjuri li l-Kumitat jista’ jintalab jieħu fil-qafas tal-kompiti tiegħu, is-Sinjura Jyoti JEETUN hija maħtura Viċi Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, b’effett mill-1 ta’ Settembru 2010 u sat-28 ta’ Frar 2015.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
René MAKONGO
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.