ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.143.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 143

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
10 ta' Ġunju 2010


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 19/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) mal-Ftehim taż-ŻEE

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I (Materji veterninarji u fitosanitarji) mal-Ftehim taż-ŻEE

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 34/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) għall-Ftehim taż-ŻEE

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) għall-Ftehim taż-ŻEE

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XXII (id-Dritt tal-Kumpanija) mal-Ftehim taż-ŻEE

33

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 17/2010

tal-1 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2007 tas-27 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 li jistipola arranġamenti transizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (3) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1244/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 rigward miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jistipula regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċċjali għall-ispezzjoni tal-laħam (5) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1245/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005, fir-rigward tal-użu tal-likwidu pepsin għall-iskoperta tat-Trichinella fil-laħam (6) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1246/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu tranżitorju mogħti lill-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw iż-żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem (7) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1441/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 li jiffissal-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Fejn jirrigwarda l-Kapitolu I tal-Anness I, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitoli I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Iżlanda qabel ma ġie rivedut dan il-Kapitolu mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (9).

(10)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif hemm speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti tal-Kummisjoni (KE) Nru 479/2007, (KE) Nru 1243/2007, (KE) Nru 1244/2007, (KE) Nru 1245/2007, (KE) Nru 1246/2007 u (KE) Nru 1441/2007, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*). Fil-każ fejn in-notifiki kollha jkunu sara sa dik il-ġurnata, għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika proviżorjament mill-1 ta’ Marzu 2010 sakemm tidħol fis-seħħ.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 10.

(3)  ĠU L 111, 28.4.2007, p. 46.

(4)  ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8.

(5)  ĠU L 281, 25.10.2007, p. 12.

(6)  ĠU L 281, 25.10.2007, p. 19.

(7)  ĠU L 281, 25.10.2007, p. 21.

(8)  ĠU L 322, 7.12.2007, p. 12.

(9)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


ANNESS

L-Annessi I u II tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-punt 134 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“—

32007 R 1244: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1244/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 12).”

(2)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-punt 135 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005) fil-Parti 1.2 u l-punt 55 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“—

32007 R 0479: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2007 tas-27 ta’ April 2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 46),

32007 R 1246: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1246/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 21).”

(3)

Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“—

32007 R 1243: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).”

(4)

Dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“, kif emendat bi:

32007 R 1441: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1441/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 12).”

(5)

Dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 53 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“, kif emendat bi:

32007 R 1244: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1244/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 12).”

(6)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-punt 54 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“—

32007 R 1245: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1245/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 19).”

(7)

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II:

“, kif emendat bi:

32007 R 1441: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1441/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 12).”


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 18/2010

tal-1 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jadatta l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (3) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iġene tal-oġġetti tal-ikel (5) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 dwar immarkar għall-identifikazzjoni, ħalib mhux ipproċessat u prodotti mill-ħalib, bajd u prodotti mill-bajd u ċerti prodotti tal-ħut (6) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1021/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward ta’ molluski bivalvi ħajjin, ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-persunal li jgħin fil-kontrolli uffiċjali fil-biċċeriji (7) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-limiti ta’ nitroġenu bażiku volatili totali (TVB-N) (8) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu transitorju mogħti lill-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem (9) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 tal-20 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex biex jaġġorna referenza għal ċerti standards Ewropej (10) għandu jkun inkorporat fil-ftehim.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1250/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 b’rigward għar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd, tal-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-ibħra maħsuba għall-konsum mill-bniedem (11) għandu jkun inkorporat fil-ftehim.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/337/KE tal-24 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/968/KE li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta’ linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni elettronika tal-annimali ovini u kaprini (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju r-rapport annwali dwar il-pjan waħdieni integrat multi-annwali nazzjonali ta’ kontroll previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

(14)

Fejn jirrigwarda l-Kapitolu I tal-Anness I, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitoli I ta’ Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Iżlanda qabel ma ġie rivedut dan il-Kapitolu mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (14).

(15)

Din id-deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif hemm speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 301/2008, (KE) Nru 737/2008, (KE) Nru 1019/2008, (KE) Nru 1020/2008, (KE) Nru 1021/2008, (KE) Nru 1022/2008, (KE) Nru 1023/2008, (KE) Nru 1029/2008 u (KE) Nru 1250/2008 d-Deċiżjonijiet 2008/337/KE u 2008/654/KE fil-lingwa Iżlandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, bil-kundizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*). Fil-każ fejn ma jkunux saru n-notifikazzjonijiet kollha sa dak il-jum, għandha tidħol fis-seħħ ful-jum wara l-aħħar notifikazzjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika proviżorjament mill-1 ta’ Marzu 2010 sakemm tidħol fis-seħħ.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 10.

(3)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85.

(4)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29.

(5)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 7.

(6)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 8.

(7)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 15.

(8)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 18.

(9)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 21.

(10)  ĠU L 278, 21.10.2008, p. 6.

(11)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 31.

(12)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 33.

(13)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 56.

(14)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


ANNESS

L-Annessi I u II tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“—

32008 R 0301: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85),

32008 R 0737: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29),

32008 R 1029: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 tal-20 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 278, 21.10.2008, p. 6).”

(2)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 u l-punt 135 (r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“—

32008 R 1021: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1021/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 15).”

(3)

Dan li ġej għandu jkun miżjud fil-punt 132 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/968/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“, kif emendat bi:

32008 D 0337: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/337/KE tal-24 ta’ April 2008 (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 33).”

(4)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 143 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/28/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“144.

32008 D 0654: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju r-rapport annwali dwar il-pjan waħdieni integrat multi-annwali nazzjonali ta’ kontroll previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 56).”

(5)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 40 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007) fil-Parti 3.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“41.

32008 R 0737: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29).

Dan l-att japplika għall-Iżlanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttiva.”

(6)

Dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“, kif emendat bi:

32008 R 1019: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 7).”

(7)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

“—

32008 R 1020: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 8).”

(8)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 53 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) fil-Parti 6.2 ta’ Kapitolu I tal-Anness I:

“—

32008 R 1022: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 18),

32008 R 1250: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1250/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 31).”

(9)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 55 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005) fil-Parti 6.2 ta’ Kapitolu I tal-Anness I:

“—

32008 R 1020: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 8),

32008 R 1023: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 21).”

(10)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I:

“—

32008 R 0301: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85),

32008 R 1029: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 tal-20 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 278, 21.10.2008, p. 6).”

(11)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 31o (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009) fil-Kapitolu II tal-Anness I:

“31p.

32008 D 0654: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju r-rapport annwali dwar il-pjan waħdieni integrat multi-annwali nazzjonali ta’ kontroll previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 56).”

(12)

Dan li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II:

“, kif emendat bi:

32008 R 1019: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 7).”

(13)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II:

“—

32008 R 0301: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85),

32008 R 1029: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 tal-20 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 278, 21.10.2008, p. 6).”

(14)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzzd (id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) flil-Kapitlu XII tal-Anness XII:

“54zzzze.

32008 D 0654: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju r-rapport annwali dwar il-pjan waħdieni integrat multi-annwali nazzjonali ta’ kontroll previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 56).”


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 19/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 197/2006 rigward l-użu ta’ dawk li kienu oġġetti tal-ikel u l-estensjoni tal-validità tal-miżuri tranżitorji relatati ma’ tali oġġetti tal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi I, II, VII, VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq u t-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1576/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 92/2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi ta’ rimi jew użi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttiva tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux applikabbli għall-Iżlanda qabel ir-reviżjoni ta’ dan il-Kapitolu b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (6),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“—

32007 R 0829: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 191, 21.7.2007, p. 1),

32007 R 1432: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 13).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 39 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005) fil-Parti 7.2:

“—

32007 R 1576: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1576/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 89).”

3.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 45 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 197/2006) fil-parti 7.2:

“, kif emendat bi:

32007 R 0832: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 185, 17.7.2007, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 832/2007, (KE) Nru 829/2007, (KE) Nru 1432/2007 u (KE) Nru 1576/2007 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, liema minnhom ikun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 185, 17.7.2007, p. 7.

(3)  ĠU L 191, 21.7.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 320, 6.12.2007, p. 13.

(5)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 89.

(6)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 20/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2008 tas-6 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 109/2007 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-monensin sodium (Coxidin) bħala addittiv tal-għalf (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2008 tas-6 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1356/2004 fir-rigward tat-termini ta’ awtorizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf “Elancoban”, li jagħmel parti mill-grupp tal-coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1253/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idroksinu tal-methionine bħala addittiv tal-għalf (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1zz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2004):

“—

32008 R 1096: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2008 tas-6 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 298, 7.11.2008, p. 5)”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2007):

“—

32008 R 1095: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2008 tas-6 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 298, 7.11.2008, p. 3)”

3.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1zzzzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009):

“1zzzzzc.

32008 R 1253: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1253/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-Ram tal-analogu idroksinu tal-methionine bħala addittiv tal-għalf (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 78).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1095/2008, (KE) Nru 1096/2008 u (KE) Nru 1253/2008 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, illi għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 78.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 21/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness I (Materji veterninarji u fitosanitarji) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) bħala addittiv fl-għalf (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) bħala addittiv fl-għalf (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2009 tat-3 ta’ Frar 2009 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1zzzzzc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1253/2008) tal-Kapitolu II tal-Anness 1 mal-Ftehim:

“1zzzzzd

32008 R 1290: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 20).

1zzzzze

32008 R 1292: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 36).

1zzzzzf

32008 R 1293: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38).

1zzzzzg

32009 R 0102: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2009 tat-3 ta’ Frar 2009 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf (ĠU L 34, 4.2.2009, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1290/2008, (KE) Nru 1292/2008, (KE) Nru 1293/2008 u (KE) Nru 102/2009 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 36.

(4)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38.

(5)  ĠU L 34, 4.2.2009, p. 8.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 22/2010

tat-12 ta' Marzu 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta' Marzu 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 887/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' forma stabilizzata ta' 25-hydroxycholecalciferol bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tjur ieħor u qżieqeż (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-Żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għall-ħniezer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol S.p.A.) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 897/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 188/2007 u (KE) Nru 209/2008 rigward it-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 899/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 li jikkonċerna isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 bħala addittiv fl-għalf (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżim tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (CBS 114044) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma, tiġieġ għas-simna, tiġieġ imkabbra biex ibidu, dundjani għas-simna u dundjani mkabbra biex ibidu [għat-trobbija] (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 903/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Clostridium butyricum MIYAIRI 588 (FERM-P 1467) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd, irrappreżentat minn Mitsui & Co. Deutschland GmbH) (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2009 tat-28 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu guanidinoacetic bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 905/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 537/2007 li jikkonċerna [l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni] l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(14)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (14) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(15)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006):

“, kif emendat bi:

32009 R 0887: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 887/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 68).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punti 1zzzb (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006), 1zzzi (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007) 1zzzk (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007), and 1zzzzn (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008):

“, kif emendat bi:

32009 R 0897: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 897/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 8).”

3.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punti 1zzzr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007):

“, kif emendat bi:

32009 R 0905: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 905/2009 tat-28 ta' Settembru 2009 (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 30).”

4.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzzzzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008):

“, kif emendat bi:

32009 R 0899: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 899/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 11).”

5.

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzzzg (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2009):

“1zzzzzh.

32009 R 0886: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France) (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 66).

1zzzzzi.

32009 R 0887: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 887/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' forma stabilizzata tal-25-hydroxycholecalciferol bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tjur ieħor u qżieqeż (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 68).

1zzzzzj.

32009 R 0888: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 71).

1zzzzzk.

32009 R 0896: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għall-ħniezer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol S.p.A.) (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 6).

1zzzzzl.

32009 R 0900: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 12).

1zzzzzm.

32009 R 0902: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (CBS 114044) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma, tiġieġ għas-simna, tiġieġ imkabbra biex ibidu, dundjani għas-simna u dundjani mkabbra biex ibidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 23).

1zzzzzn.

32009 R 0903: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 903/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Clostridium butyricum MIYAIRI 588 (FERM-P 1467) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd, irrappreżentat minn Mitsui & Co. Deutschland GmbH) (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 26).

1zzzzzo.

32009 R 0904: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2009 tat-28 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-aċidu guanidinoacetic bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 28).

1zzzzzp.

32009 R 0910: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf taż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 257, 30.9.2009, p. 7).

1zzzzzq.

32009 R 0911: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 257, 30.9.2009, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 886/2009, (KE) Nru 887/2009, (KE) Nru 888/2009, (KE) Nru 896/2009, (KE) Nru 897/2009, (KE) Nru 899/2009, (KE) Nru 900/2009, (KE) Nru 902/2009, (KE) Nru 903/2009, (KE) Nru 904/2009, (KE) Nru 905/2009, (KE) Nru 910/2009 u (KE) Nru 911/2009 fil-lingwa Iżlandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta' Marzu 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 66.

(3)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 68.

(4)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 71.

(5)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 6.

(6)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 8.

(7)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 11.

(8)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 12.

(9)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 23.

(10)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 26.

(11)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 28.

(12)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 30.

(13)  ĠU L 257, 30.9.2009, p. 7.

(14)  ĠU L 257, 30.9.2009, p. 10.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 23/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (2) inkorporat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fil-Ftehim u ħassret id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/3/Euratom,KEFA,KEE (4), 98/28/KE (5) u 2004/4/KE (6) kif ikkoreġut permezz ta’ ĠU L 81, 19.3.2004, p. 92, skont il-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, id-Direttivi 96/3/Euratom,KEFA,KEE, 98/28/KE u 2004/4/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu sostitwiti permezz tad-deżjonijiet adottati b’konformità ma’ dak ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Deċiżjonijiet bħal dawn għadhom ma ġewx adottati.

(4)

Id-Direttivi 96/3/Euratom,KEFA,KEE, 98/28/KE u 2004/4/KE għalhekk għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test li ġej għandu jiġi mdaħħal fil-punt 54j (imħassar):

31996 L 0003: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/Euratom, KEFA, KEE tas-26 ta’ Jannar 1996 li tagħti d-deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE fuq l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-massa (ĠU L 21, 27.1.1996, p. 42) kif emendata permezz ta’

32004 L 0004: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/4/KE tal-15 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 15, 22.1.2004, p. 25), kif rettifikata mill-ĠU L 81, 19.3.2004, p. 92.”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzze (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE):

“54zzzzf.

31998 L 0028: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/28/KE tad-29 ta’ April 1998 li tagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/43/KEE dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fir-rigward tat-trasport bil-baħar ta’ zokkor bil-kwantità mhux maħdum (ĠU L 140, 12.5.1998, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 96/3/Euratom,KEFA,KEE, 98/28/KE u 2004/4/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, ipprovdut li n-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*). Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b’mod proviżorju mid-data tal-adozzjoni sad-dħul fis-seħħ tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 53.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 21, 27.1.1996, p. 42.

(5)  ĠU L 140, 12.5.1998, p. 10.

(6)  ĠU L 15, 22.1.2004, p. 25.

(7)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 24/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE tas-27 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta’ purità f’addittivi tal-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (Verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi nkorporata f’dan il-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2008/84/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE (3) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test ta’ punt 54zf (id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE) għandha titħassar.

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzzf (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/28/KE):

“54zzzzg.

32008 L 0084: Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE tas-27 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità f’addittivi tal-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/84/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 339, 30.12.1996, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 25/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/9/KE tal-10 ta’ Frar 2009 li temenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi Komunitarju konness ma’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 15p (id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II għall-Ftehim:

“—

32009 L 0009: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/9/KE tal-10 ta’ Frar 2009 (ĠU L 44, 14.2.2009, p. 10).”

Artikolu 2

Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2009/9/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 11.

(2)  ĠU L 44, 14.2.2009, p. 10.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 26/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2008 tal-1 ta’ Awwissu 2008 dwar l-istipular ta’ regoli fir-rigward tal-kwalifiki tal-membri tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija (2) Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 987/2008 tat-8 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness IV u V (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim se jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32008 R 0987: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 987/2008 tat-8 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 268, 9.10.2008, p. 14).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 12zr (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/324/KE):

“12zs.

32008 R 0771: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2008 tal-1 ta’ Awwissu 2008 li jistipula r-regoli ta’ organizzazzjoni u proċedura tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 206, 2.8.2008, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 771/2008 u (KE) Nru 987/2008 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 16.

(2)  ĠU L 206, 2.8.2008, p. 5.

(3)  ĠU L 268, 9.10.2008, p. 14.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 27/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2009 tat-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati (3) għandu jiġi inkorporat fl-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) b’vultaġġ għoli (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir (6) kif korretti mill-ĠU L 280, 23.10.2008, p. 38, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku tal-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn il-punti li ġejjin għandhom ikunu miżjuda wara l-punt 9bc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II mal-Ftehim:

“9bd.

32008 R 0303: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3).

9be.

32008 R 0304: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12).

9bf.

32008 R 0305: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) b’vultaġġ għoli (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 17).

9bg.

32008 R 0306: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 21), kif korretti mill-ĠU L 280, 23.10.2008, p. 38.

9bh.

32008 R 0307: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku tal-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 25).

9bi.

32008 R 0308: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 28).”

Artikolu 2

Il-punti li ġejjin għandhom jiġi inklużi wara l-punt 21aqc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“21aqd.

32008 R 0303: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3).

21aqe.

32008 R 0304: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12).

21aqf.

32008 R 0305: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) b’vultaġġ għoli (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 17).

21aqg.

32008 R 0306: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 21), kif koretti mill-ĠU L 280, 23.10.2008, p. 38.

21aqh.

32008 R 0307: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku tal-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 25).

21aqi.

32008 R 0308: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 28).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 303/2008, (KE) Nru 304/2008, (KE) Nru 305/2008, (KE) Nru 306/2008, fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Marzu 2010 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (9), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 23.

(2)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 51.

(3)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12.

(5)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 17.

(6)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 21.

(7)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 25.

(8)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 28.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

(9)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 100.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 28/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/112/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE dwar il-liċenzji (2) tas-sewqan għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 24a (Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE):

“—

32009 L 0112: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/112/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 223, 26.8.2009, p. 26).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32009 L 0113: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 223, 26.8.2009, p. 31).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2009/112/KE u 2009/113/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 23.

(2)  ĠU L 223, 26.8.2009, p. 26.

(3)  ĠU L 223, 26.8.2009, p. 31.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 29/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Direttiva 2008/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (2), għandu jiġi inkorporat f’dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 42e (id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII għall-Ftehim:

“—

32008 L 0110: Id-Direttiva 2008/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 62).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/110/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 23.

(2)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 62.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 30/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 tal-24 ta’ April 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni tas-sikurezza dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandu jiġi inkorporat f’dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej ser jiddaħħal wara punt 42eb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“42ec.

32009 R 0352: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 tal-24 ta’ April 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni tas-sikurezza dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (KE) Nru 352/2009 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 23.

(2)  ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 31/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1335/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea Ferrovjarja (Regolament tal-Aġenzija) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 42f (ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim:

“, kif emendat bi:

32008 R 1335: Ir-Regolament (KE) Nru 1335/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 354, 31.12.2008. p. 51).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1335/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiżi, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 23.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 51.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 32/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni tas-sidien tal-vapuri għal pretensjonijiet marittimi (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 56v (id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII mal-Ftehim:

“56w.

32009 L 0020: Id-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni tas-sidien tal-vapuri għat-talbiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 128).”

Artikolu 2

It testi tad-Direttiva 2009/20/KE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 23.

(2)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 128.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 33/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1144/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta’ interoperabilità) (3), li ġie inkorporat mal-ftehim permezz ta’ Deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt taż-ZEE Nru 67/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (4), iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KE (5), id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/15/KE (6) u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2082/2000 (7) u (KE) Nru 980/2002 (8) li huma inkorporati mal-ftehim u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 474/2006) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud:

“—

32009 R 1144: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1144/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 16).”

(ii)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud:

“Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi għar-Regolament għandu japplika sakemm jibqgħu fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea.”

2.

It-test tal-punt 66c (id-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE) għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1144/2009 fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 23.

(2)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 16.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(4)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.

(5)  ĠU L 187, 29.7.1993, p. 52.

(6)  ĠU L 95, 10.4.1997, p. 16.

(7)  ĠU L 254, 9.10.2000, p. 1.

(8)  ĠU L 150, 8.6.2002, p. 38.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 34/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kodifikata) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/114/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE) fl-Anness XIX tal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

32006 L 0114: Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kodifikata) (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/114/KE fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 38.

(2)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

(3)  ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 35/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/22/KE tħassar id-Direttiva 98/27/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 7d (Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIX għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b’li ġej:

32009 L 0022: Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/22/KE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 38.

(2)  ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30.

(3)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 51.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 36/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1738/2005, (KE) Nru 698/2006 u (KE) Nru 377/2008 fir-rigward tal-Klassifika Standard Internazzjonali tal-Mestieri (ISCO) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/824/KE tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-użu tal-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08) (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jżdied mal-punt 28 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 1006: Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 31).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fl-ewwel inċiż tal-punt 18db (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1738/2005) u fil-punti 18f (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2006) u 18an (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008):

“, kif emendat bi:

32009 R 1022: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 283, 30.10.2009, p. 3).”

3.

Dan il-punt li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 28d (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 960/2008):

“28e.

32009 R 1023: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 283, 30.10.2009, p. 5).”

4.

Dan li ġej se jiddaħħal wara l-punt 18z (ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“ATTI LI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu każ tal-kontenut tal-att li ġej:

18za.

32009 H 0824: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/824/KE tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-użu tal-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08) (ĠU L 292, 10.11.2009, p. 31).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1006/2009, (KE) Nru 1022/2009, u (KE) Nru 1023/2009 u tar-Rakkomandazzjoni 2009/824/KE fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 61.

(2)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 31.

(3)  ĠU L 283, 30.10.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 283, 30.10.2009, p. 5.

(5)  ĠU L 292, 10.11.2009, p. 31.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 37/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XXII (id-Dritt tal-Kumpanija) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta’ kumpaniji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punti 2 (it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE), 3 (it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE) u 5 (is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE):

“—

32009 L 0109: Id-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 10e (id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32009 L 0109: Id-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/109/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 25.

(2)  ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.