ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.134.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 134

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
1 ta' Ġunju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2010 tal-31 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom jeħtieġ li joriġinaw ċerti prodotti agrikoli miksubin mill-produzzjoni organika biex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 472/2010 tal-31 Mejju 2010 li jimponi dazju ta' anti-dumping fuq importazzjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran u mill-Emirati Għarab Magħquda

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2010 tal-31 ta’ Mejju 2010 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 474/2010 tal-31 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

59

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 475/2010 tal-31 ta’ Mejju 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

61

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 476/2010 tal-31 ta’ Mejju 2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2010

63

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2010/32/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU ( 1 )

66

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/34/UE tal-31 ta’ Mejju 2010 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva penconazole ( 1 )

73

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/305/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2010 li taħtar membru Awstrijak tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

75

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 471/2010

tal-31 ta’ Mejju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom jeħtieġ li joriġinaw ċerti prodotti agrikoli miksubin mill-produzzjoni organika biex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (2) stabbilixxa lista ta’ pajjiżi terzi li għandhom sistema ta’ produzzjoni u miżuri ta’ kontroll għall-produzzjoni organika rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stipulati f'dak ir-Regolament. Fid-dawl ta’ applikazzjonijiet u informazzjoni ġodda li rċeviet il-Kummissjoni minn pajjiżi terzi mill-aħħar pubblikazzjoni tal-lista, għandhom jitqiesu ċerti modifikazzjonijiet u jiżdiedu jew jiddaħħlu fil-lista.

(2)

L-awtoritajiet Awstraljani infurmaw lill-Kummissjoni li entità waħda ta’ kontroll ġiet ristrutturata u bidlet isimha. L-awtoritajiet Awstraljani ppreżentaw lill-Kummissjoni l-garanziji meħtieġa biex jissodisfawha li l-entità ristrutturata ta’ kontroll tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(3)

Ċerti prodotti agrikoli li jiġu importati mill-Ġappun, bħalissa qed jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni skont ir-regoli tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-Ġappun bagħat talba lill-Kummissjoni biex jiġi inkluż fil-lista li hemm provvediment għaliha fl-Anness III għal dak ir-Regolament u bagħat l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament. L-analiżi ta’ dik l-informazzjoni u d-diskussjoni ta’ wara mal-awtoritajiet Ġappuniżi wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż, ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti organiċi huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-Kummissjoni wettqet kontrolli fuq il-post dwar ir-regoli tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll attwalment applikati fil-Ġappun, kif previst fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-Ġappun fil-lista provduta fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.


ANNESS

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-punt 5 tat-test li jirrigwardja l-Awstralja, ir-raba’ inċiż jinbidel b’li ġej:

“—

NASAA Certified Organic (NCO), www.nasaa.com.au”;

2.

Wara t-test li jirrigwarda l-Iżrael, jiddaħħal it-test li ġej:

“IL-ĠAPPUN

1.   Il-kategoriji tal-prodotti:

(a)

għelejjel mhux ipproċessati u materjal veġetattiv tal-propagazzjoni u żrieragħ għall-koltivazzjoni;

(b)

prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel komposti essenzjalment minn ingredjent wieħed jew aktar li joriġinaw mill-pjanti.

2.   L-oriġini: prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fil-Ġappun.

3.   Standards tal-produzzjoni: Japanese Agricultural Standard for Organic Plants (Notifika Nru. 1605 tal-MAFF tas-27 ta' Ottubru 2005), Japanese Agricultural Standard for Organic Processed Foods (Notifika Nru 1606 tal-MAFF tas-27 ta' Ottubru 2005).

4.   L-Awtoritajiet Kompetenti: Labelling and Standards Division, Food Safety and Consumer Affairs Bureau, Ministry of Agriculture, Forestry and Fisheries, www.maff.go.jp/j/jas/index.html u Food and Agricultural Materials Inspection Center (FAMIC), www.famic.go.jp

5.   Entitajiet ta’ kontroll:

Hyogo prefectural Organic Agriculture Society (HOAS), www.hyoyuken.org

AFAS Certification Center Co., Ltd., www.afasseq.com

NPO Kagoshima Organic Agriculture Association, www.koaa.or.jp

Center of Japan Organic Farmers Group, www.yu-ki.or.jp

Japan Organic & Natural Foods Association, http://jona-japan.org/organic

Ecocert-QAI Japan Ltd., http://ecocert.qai.jp

Japan Certification Services, Inc., www.pure-foods.co.jp

OCIA Japan, www.ocia-jp.com

Overseas Merchandise Inspection Co., Ltd., www.omicnet.com/index.html.en

Organic Farming Promotion Association, www3.ocn.ne.jp/~yusuikyo

ASAC Stands for Axis’ System for Auditing and Certification and Association for Sustainable Agricultural Certification, www.axis-asac.net

Environmentally Friendly Rice Network, www.epfnetwork.org/okome

Ooita Prefecture Organic Agricultural Research Center, www.d-b.ne.jp/oitayuki

6.   Entitajiet ta’ ċertifikazzjoni: bħal fil-punt 5.

7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: It-30 ta’ Ġunju 2013.”.


1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 472/2010

tal-31 Mejju 2010

li jimponi dazju ta' anti-dumping fuq importazzjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran u mill-Emirati Għarab Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-3 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“avviż ta’ tnedija”), il-ftuħ ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate (“PET”) li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (“il-pajjiżi kkonċernati”).

(2)

Il-proċediment ingħata bidu b'segwitu għal ilment imressaq fl-20 ta' Lulju 2009 mill-Polyethylene Terephthalate Committee of Plastics Europe (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ ta' aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċertu polyethylene terephthalate. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta' dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati u ta' ħsara materjali li rriżultat minnu, u din l-evidenza tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bil-bidu tal-proċedura lill-produtturi kwerelanti, produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, importaturi/kummerċjanti u utenti magħrufa li huma kkonċernati, produtturi esportaturi u rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu.

(4)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

(5)

Minħabba n-numru apparentement kbir ta' produtturi u importaturi tal-Unjoni, fl-avviż ta' tnedija tqies it-teħid ta' kampjuni, u dan skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u, jekk hu hekk, biex jingħażel kampjun, il-produtturi u l-importaturi kollha tal-Unjoni ntalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta' tnedija, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-prodott li ġie investigat matul il-perjodu ta' investigazzjoni (bejn l-1 ta' Lulju 2008 u t-30 ta' Ġunju 2009).

(6)

Erbatax-il produttur tal-Unjoni ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tat-tagħrif li ntbagħat mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' ħames produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 65 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni li kkooperaw.

(7)

Tmien importaturi ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tat-tagħrif li ntbagħat mill-importaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' żewġ importaturi li jirrappreżentaw 83 % tal-importazzjonijiet mill-importaturi kollha li kkooperaw u 48 % tal-importazzjoni kollha mill-EGħM, l-Iran u l-Pakistan.

(8)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi, lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lill-importaturi fil-kampjun, u lil dawk l-utenti u l-fornituri magħrufa li huma kkonċernati u lil dawk li għamlu lilhom innifishom magħrufa fil-limitu tal-ħin stabbilit fl-avviż ta' tnedija.

(9)

Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, minn importatur fil-kampjun wieħed, għaxar utenti fl-Unjoni, tliet fornituri ta' materja prima, produttur esportatur wieħed fl-Iran u l-kummerċjant assoċjat tiegħu, produttur esportatur wieħed fil-Pakistan u produttur esportatur wieħed fl-Emirati Għarab Magħquda. Barra minn dan, seba' produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ipprovdew id-dejta ġenerali mitluba għall-analiżi tal-ħsara.

(10)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni preliminari ta' dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni

Novapet SA, Spain,

Equipolymers srl, l-Italja,

UAB Orion Global PET (Indorama), il-Litwanja,

UAB Neo Group, il-Litwanja;

(b)

Il-produttur esportatur fl-Iran

Shahid Tondguyan Petrochemical Co. u l-kumpaniji relatati tagħha, Bandar Imam Khomeini u Tehran;

(c)

Produtturi esportaturi fil-Pakistan

Novatex Limited, Karachi;

(d)

Produttur esportatur fl-Emirati Għarab Magħquda

JBF RAK LLC, Ras Al Khaimah.

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(11)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(12)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-polyethylene terephthalate li skont l-ISO Standard 1628-5 għandu n-numru tal-viskożità ta' 78 ml/g jew iktar, li joriġina fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (“il-prodott ikkonċernat”), li attwalment jaqa' taħt il-Kodiċi NM 3907 60 20.

(13)

Il-PET huwa prodott kimiku li normalment jintuża fl-industrija tal-plastik, għall-produzzjoni tal-fliexken u folji. Billi dan il-grad ta' PET huwa prodott omoġenju, ma kienx suddiviż f'aktar tipi ta' prodott differenti.

2.2.   Il-prodott simili

(14)

Mill-investigazzjoni ħareġ li l-PET prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, u l-PET prodott u mibjugħ fis-swieq domestiċi tal-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u esportat lejn l-Unjoni, għandhom essenzjalment l-istess karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bażiċi u l-istess użu bażiku. Għalhekk huma provviżorjament meqjusa l-istess skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

(15)

Minħabba l-flussi konsiderevoli fl-ispejjeż tal-materja prima u l-prezzijiet tas-suq tal-PET osservati fil-PI, kien meqjus f'loku li biex jiġi stabbilit il-prezz tal-valur normali u tal-esportazzjoni tintuża id-dejta ta' kull tliet xhur. Madankollu, din il-metodoloġija ma setgħetx tiġi applikata fil-każ tal-Iran minħabba li l-uniku produttur Iranjan ma kienx f'pożizzjoni li jipprovdi dejta kompluta ta' kull tliet xhur.

3.1.   L-Iran

3.1.1.   Il-Valur Normali

(16)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet jekk il-bejgħ domestiku tiegħu tal-uniku produttur Iranjan kienx rappreżentattiv biżżejjed, jiġifieri jekk il-volum totali ta' dan il-bejgħ irrappreżentax mill-inqas 5 % tal-volum totali tiegħu ta' bejgħ ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Il-bejgħ domestiku tal-uniku produttur Iranjan tqies rappreżentattiv biżżejjed tul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(17)

Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għal dan il-prodott mibjugħ fis-suq Iranjan, ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PI.

(18)

Billi l-volum ta' bejgħ bi profitt ta’ dan il-prodott kien jirrappreżenta 80 % jew anqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dan il-prodott, il-valur normali issejjes fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkolat bħala medja differenzjata tal-bejgħ bi profitt.

3.1.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(19)

Minħabba li l-bejgħ bl-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta' kumpanija tal-kummerċ relatata fl-Iran, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta' dan il-kummerċjant relatat lill-konsumaturi fl-Unjoni.

3.1.3.   Tqabbil

(20)

Il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni għall-uniku produttur esportatur ġew imqabbla fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika.

(21)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, fejn kien japplika u fejn kien iġġustifikat, saru aġġustamenti għad-differenzi fil-livell tal-kummerċ, tal-ispejjeż tat-trasport, tal-maniġġ, tat-tagħbija u dawk anċillari, dawk marbuta mal-imballaġġ, l-ispejjeż ta’ kreditu u ta' fatturi oħra (ħlasijiet tal-banek).

(22)

Il-kumpanija talbet għal aġġustament fminħabba fid-differenzi fil-livell ta' kummerċ dovui għal flussi differenti fil-bejgħ bejn il-konsumaturi tagħha fis-suq domestiku tagħha u f'dak Ewropew. Dan l-aġġustament ingħatalha fejn il-kumpanija setgħet tiġġustifika t-talba tagħha.

(23)

Il-produttur esportatur Iranjan, barra minn hekk, ressaq talba partikolari fir-rigward tal-allegat impatt tas-sanzjonijiet internazzjonali kontra l-Iran. Il-kumpanija qalet li, minħabba s-sanzjonijiet, ċerti konsumaturi kbar tal-PET ibbażati l-Istati Uniti, bħalma huma l-Coa-Cola u l-Pepsi mhumiex awtorizzati jixtru l-PET mill-Iran u konsegwentement ma humiex joħorġu ċertifikati ta' kwalità għall-PET li joriġina mill-Iran. Allegatament dan għandu impatt ukoll fuq konsumaturi oħrajn Ewropej li jeħtieġu prezzijiet iktar baxxi għall-PET li ma ġiex iċċertifikat mill-Coca Cola u mill-Pepsi. Madankollu, il-produttur esportatur Iranjan ma kienx f'pożizzjoni li jikkwantifika l-allegat impatt tas-sanzjonijiet b'mod li seta' jsostni dan b'evidenza. Finalment, il-kumpanija sabet diffikulatjiet simili fis-suq domestiku fejn id-detenturi lokali tal-Coca Cola u tal-Pepsi ma kinux awtorizzati jakkwistaw il-PET mill-produtturi Iranjani u jkollhom jiddependu fuq importazzjonijiet minn pajjiżi oħra. Konsegwentement, is-sanzjonijiet għandhom ukoll iwasslu biex ibaxxu l-prezzijiet domestiċi u għaldaqstant ma jidhirx li teżisti differenza għall-finijiet tat-tqabbil tal-prezzijiet. Għaldaqstant kien konkluż li ma kienx hemm raġunijiet biex tingħata konċessjoni f'għamla ta' aġġustament għall-impatt tas-sanzjonijiet fuq l-Iran.

3.1.4.   Marġini tad-dumping

(24)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għall-uniku produttur Iranjan kien stabbilit abbażi ta’ paragun bejn il-valur normali differenzjat u l-prezz tal-esportazzjoni medju u differenzjat.

(25)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kwerelant u l-produttur esportatur Iranjan li kkoopera, ma hemmx aktar produtturi magħrufa tal-prodott ikkonċernat fl-Iran. Għaldaqstant, il-marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu li għandu jkun stabbilit għall-Iran għandu jkun ugwali għall-marġini tad-dumping stabbilit għall-uniku produttur esportatur li kkoopera fl-Iran.

(26)

Il-marġini tad-dumping provviżorju għall-Iran, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huwa ta’ 28,6 %.

3.2.   Il-Pakistan

3.2.1.   Il-valur normali

(27)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet jekk il-bejgħ domestiku tiegħu tal-uniku produttur Pakistani kienx rappreżentattiv biżżejjed, jiġifieri jekk il-volum totali ta' dan il-bejgħ irrappreżentax mill-inqas 5 % tal-volum totali tiegħu ta' bejgħ ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Il-bejgħ domestiku tal-uniku produttur Pakistani tqies rappreżentattiv biżżejjed tul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(28)

Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għal dan il-prodott mibjugħ fis-suq Pakistani, ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PI.

(29)

Billi l-volum ta' bejgħ bi profitt ta’ dan il-prodott kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dan il-prodott fis-suq domestiku, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu tal-prodott.

3.2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(30)

L-uniku produttur esportatur fil-Pakistan esporta l-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu minn dawn il-klijenti indipendenti għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Tqabbil

(31)

Il-valuri normali u l-prezz tal-esportazzjoni għall-uniku produttur esportatur ġew imqabbla abbażi ta' kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika.

(32)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, fejn kien japplika u fejn kien iġġustifikat, saru aġġustamenti għad-differenzi fil-ħlasijiet tal-importazzjoni, fl-iskonti, fit-traħħis, fl-ispejjeż tat-trasport, fl-assigurazzjoni, l-immanniġġjar, l-ispejjeż tat-tagħbija u dawk anċillari, dawk marbuta mal-imballaġġ, l-ispejjeż ta’ kreditu, dawk marbuta ams-servizz ta' wara l-bejgħ (assistenza u servizzi tekniċi), il-kummissjonijiet u fatturi oħra (ħlasijiet tal-banek).

3.2.4.   Marġini tad-dumping

(33)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping għall-uniku produttur Pakistani kien stabbilit abbażi ta’ paragun bejn il-valur normali differenzjat u l-prezz tal-esportazzjoni medju u differenzjat.

(34)

Il-marġini tad-dumping provviżorju għall-uniku produttur esportatur Pakistani, Novatex Limited, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 1,5 %, jiġifieri taħt id-de minimis skont it-tifsira tal-Artikolu 9(3) tar-Regoalment bażiku.

(35)

Minħabba li ma hemmx aktar produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-Pakistan, ma għandhom jiġu imponuti ebda miżuri provviżjonali.

3.3.   L-Emirati Għarab Magħquda

3.3.1.   Il-valur normali

(36)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet jekk il-bejgħ domestiku tiegħu tal-uniku produttur tal-Emirati Għarab Magħquda (EGħM) kienx rappreżentattiv biżżejjed, jiġifieri jekk il-volum totali ta' dan il-bejgħ irrappreżentax mill-inqas 5 % tal-volum totali tiegħu ta' bejgħ ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Il-bejgħ domestiku tal-uniku produttur tal-EGħM tqies rappreżentattiv biżżejjed tul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(37)

Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għal dan il-prodott mibjugħ fis-suq tal-EGħM, ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PI.

(38)

Billi l-volum ta' bejgħ bi profitt ta’ dan il-prodott kien jirrappreżenta 80 % jew anqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dan il-prodott, il-valur normali issejjes fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkolat bħala medja differenzjata tal-bejgħ bi profitt.

3.3.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(39)

L-uniku produttur esportatur fl-Emirati Għarab Magħquda esporta l-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu minn dawn il-klijenti indipendenti għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku.

3.3.3.   Tqabbil

(40)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni għall-uniku produttur esportur ġew imqabbla fuq bażi tal-prezz ex-works (fejn il-produttur mhux responsabbli għall-ispejjeż u r-riskji tal-konsenja).

(41)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, fejn applikabbli u fejn kien iġġustifikat, saru aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-immaniġġjar, tat-tagħbija u dawk anċillari, fl-ispejjeż ta’ kreditu u fil-kummissjonijiet.

3.3.4.   Marġini tad-dumping

(42)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping għall-uniku produttur tal-EGħM kien stabbilit abbażi ta’ paragun bejn il-valur normali differenzjat u l-prezz tal-esportazzjoni medju u differenzjat.

(43)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kwerelant u l-produttur esportatur tal-EGħM li kkoopera, ma hemmx produtturi oħrajn magħrufa tal-prodott ikkonċernat fl-Emirati Għarab Magħquda. Għaldaqstant, il-marġini ta’ dumping mal-pajjiż kollu li għandu jkun stabbilit għall-Emirati Għarab Magħquda għandu jkun ugwali għall-marġini ta’ dumping stabbilit għall-uniku produttur esportatur li kkoopera fl-Emirati Għarab Magħquda.

(44)

Il-marġini tad-dumping provviżorju għall-Emirati Għarab Magħquda, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huwa ta’ 6,6 %.

4.   ĦSARA

4.1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(45)

Matul il-PI, fl-Unjoni l-prodott simili kien immanifatturat minn 17-il produttur. Għaldaqstant it-total ta' dawn il-produtturi (stabbilit abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-produtturi li kkooperaw u għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni mid-dejta inkluża fl-ilment) jitqies bħala wieħed li jikkostitwixxi l-produzzjoi tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(46)

Minn dawn is-17-il produttur, 12 minnhom ikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn it-12-il produttur instabu li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta' aktar minn 80 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. It-12-il produttur li kkooperaw, għalhekk, jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn issa 'l quddiem se jissejħu l-“industrija tal-Unjoni”. Il-bqija tal-produtturi tal-Unjoni minn hawn 'il quddiem se jissejħu “l-produtturi l-oħra tal-Unjoni”. Dawn il-produtturi tal-Unjoni l-oħrajn ma sostnewx l-ilment u lanqas ma oġġezzjonaw għalih b'mod attiv.

(47)

Huwa nnotat li s-suq tal-UE għall-PET hu kkaratterizzat minn għadd relattivament għoli ta' produtturi, li normalment ikunu jagħmlu parti minn gruppi akbar u l-kwartieri ġenerali tagħhom ikunu barra mill-UE. Is-suq huwa fi proċess ta' konsolidazzjoni b'għadd riċenti ta' teħid ta' impriżi minn impriżi oħra u anki l-għeluq tagħhom. Pereżempju, mill-2009, l-impjanti ta' produzzjini tal-PET ta' Tergal Fibers (Franza), Invista (il-Ġermanja) u Artenius (ir-Renju Unit) għalqu filwaqt li Indorama ħadet dawk li kienu l-impjanti Eastman fir-Renju Unit u l-Pajjiżi l-Baxxi.

(48)

Kif jidher fil-premessa (6) hawn fuq, intgħażel kampjun ta' ħames produtturi individwali li jirrappreżentaw 65 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni li kkooperaw. Kumpanija waħda ma kinitx f'qagħda li tipprovdi d-dejta kollha kif mitlub u l-kampjun, konsegwentement, kellu jitnaqqas għal erba' kumpaniji li jirrappreżentaw 47 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha li kkooperaw.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(49)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, id-dejta dwar il-volumi ta' importazzjoni għas-suq tal-UE miksuba mill-EUROSTAT u, fir-rigward tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni, minn stimi msejsa fuq l-ilment.

(50)

Il-konsum fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat żdied bi 11 % bejn l-2006 u l-PI. B'mod aktar preċiż, id-domanda apparenti kibret fl-2007 bi 8 %, naqset kemxejn bejn l-2007 u l-2008 (b'2 punti perċentwali) u kompliet żdiedet b'5 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PI.

Tabella 1

 

2006

2007

2008

PI

Total tal-konsum fl-UE (tunnellati)

2 709 400

2 936 279

2 868 775

2 996 698

Indiċi (2006 = 100)

100

108

106

111

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju, dejta tal-Eurostat u ilment.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(a)   Il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(51)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-PET fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda għandhomx jiġu evalwati b'mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(52)

Minħabba li l-marġini tad-dumping fil-każ tal-Pakistan instab de minimis, hu meqjus li l-effett ta' dawn l-importazzjonijiet ma jistax jiġi eżaminat flimkien mal-importazzjonijiet iddampjati mill-Iran u l-EGħM.

(53)

Fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-EGħM u l-Iran, mill-investigazzjoni ħareġ li l-marġini tad-dumping kienu ’l fuq mil-limitu de minimis kif imfisser fl-Artikolu 9(3) tar-Regoalment bażiku u l-volum tal-importazzjonijiet iddampjati minn dawn iż-żewġ pajjiżi ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regoalment bażiku.

(54)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-importazzjonijieet mill-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda tal-prodott, mill-investigazzjoni ħareġ li l-produtturi minn dawn il-pajjiżi jużaw l-istess kuntatti ta' bejgħ u jbiegħu lill-istess kategoriji ta' konsuamturi. Barra minn dan, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi raw komplew jiżdiedu fil-perjodu meqjus.

(55)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qiegħed jitqies b'mod provviżorju li ġew sodisfatti l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku u li l-importazzjonijiet mill-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv.

(b)   Volum ta’ importazzjonijiet ikkonċernati

(56)

Il-volum ta' importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat lejn l-UE kiber bi kważi 20 darba bejn l-2006 u l-PI u laħaq il-212 198 tunnellata fil-PI. Aktar speċifikament, l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran kważżi ttripplaw bejn l-2006 u l-2007, u dan qabel ma komplew jiżdiedu b'4 darbiet aktar fl-2008 imqabbel mal-2007 u kważi rduppjaw bejn l-2008 u l-PI.

Tabella 2

 

2006

2007

2008

PI

Volum ta’ importazzjonijiet iddampajti mill-EGħM u l-Iran (tunnellati)

11 752

33 812

133 389

212 198

Indiċi (2006 = 100)

100

288

1 135

1 806

Is-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet iddampajti mill-EGħM u l-Iran

0,4  %

1,2  %

4,6  %

7,1  %

Sors: Eurostat.

(c)   Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(57)

Is-sehem tas-suq rappreżentat minn importazzjonijiet iddampjati mill-EGħM u l-Iran kien madwar 0,4 % matul l-2006 u żdied b’mod sostnut b’madwar 7 punt perċentwali matul il-perjodu meqjus. Aktar speċifikament, dan żdied b'0,8 punti perċentwali bejn l-2006 u l-2007, kompla b'3,4 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2008 u b'2,5 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PI. Fil-PI, is-sehem tas-suq ta' importazzjonijiet iddampjati mill-EGħM u l-Iran kien ta' 7,1 %.

(58)

Ta' min jinnota li l-EGħM daħlu fis-suq biss mill-2007 iżda malajr irnexxielhom jiksbu sehem sostanzjali mis-suq.

(d)   Il-prezzijiet

(i)   Evoluzzjoni tal-prezzijiet

(59)

Il-medja tal-prezz tal-importazzjoni naqset bi 15 % fil-perjodu meqjus bl-akbar tnaqqis bejn l-2008 u l-PI. Aktar speċifikament, il-medja tal-prezz naqset b'1 % fl-2007 u b'punt perċentwali ieħor fl-2008, qabel ma kompliet tinżel bi 13-il punt perċentwali fil-PI.

Tabella 3

 

2006

2007

2008

PI

Il-prezz ta' importazzjonijiet iddampajti mill-EGħM u l-Iran (EUR/tunnellata)

1 033

1 023

1 010

874

Indiċi

100

99

98

85

Sors: Eurostat.

(ii)   It-twaqqigħ tal-prezzijiet

(60)

Minħabba l-fatt li l-prezzijiet u l-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat kienu suġġetti għal flutwazzjonijiet konsiderevoli fil-PI, il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-bejgħ inġabru kull tliet xhur u l-kalkoli ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u ta' bejgħ b'telf bdew isiru kull tliet xhur.

(61)

Għall-iskop li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għall-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell ta' kif joħorġu mill-fabbrika, tqabblu mal-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustamenti xierqa għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u d-differenzi fil-livell tal-kummerċ.

(62)

It-tqabbil wera li matul il-PI il-prodott iddampjat ikkonċernat li joriġina mill-UgħM mibjugħ fl-Unjoni waqqa' l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'3,9 %. Il-prodotti ddampjati li joriġinaw mill-Iran u li nbiegħu fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 3,2 %. Il-medja differenzjata tal-marġini ta' twaqqigħ tal-prezzijiet taż-żewġ pajjiżi matul il-PI huwa 3,8 %.

4.4.   Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

(63)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, twettaq l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet iddampjati fuq l-industrija tal-Unjoni inkluda evalwazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus.

(64)

Kif spjegat hawn fuq, minħabba l-għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni, kellhom jittieħdu l-kampjuni. Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:

L-elementi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-prezzijiet medji tal-unità u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping u l-irkupru mill-effetti ta' dumping fl-imgħoddi) ġew eżaminati fil-livell tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi, u dan abbażi tat-tagħrif miġbur mill-produtturi li kkooperaw u għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni ntużat stima bbażata fuq id-dejta inkluża fl-ilment,

L-analiżi tal-elementi mikroekonomiċi (stokkijiet, pagi, profittabbiltà, dħul mill-investimenti, fluss tal-likwidità, possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-investimenti) saret għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun abbażi tat-tagħrif tagħhom.

4.5.   Elementi makroekonomiċi

(a)   Produzzjoni

(65)

Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b'4 % bejn l-2006 u l-PI. B'mod aktar speċifiku, din żdiedet b'5 % fl-2007 għal madwar 2 570 000 tunnellata, iżda naqset sew b'10 punti perċentwali fl-2008 meta mqabbla mal-2007 u żdiedet kemxejn, b'punt perċentwali wieħed, bejn l-2008 u l-PI meta laħqet madwar 2 300 000 tunnellata.

Tabella 4

 

2006

2007

2008

PI

Produzzjoni (tunnellati)

2 439 838

2 570 198

2 327 169

2 338 577

Indiċi (2006 = 100)

100

105

95

96

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment.

(b)   Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(66)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni żdiedet bi 15 % tul il-perjodu meqjus. B’mod speċifiku, żdiedet b'1 % fl-2007, kompliet tiżdied b'5 punti perċentwali fl-2008 u b'9 punti perċentwali oħra fil-PI.

Tabella 5

 

2006

2007

2008

PI

Il-kapaċità ta' produzzjoni (tunnellati)

2 954 089

2 971 034

3 118 060

3 385 738

Indiċi (2006 = 100)

100

101

106

115

Utilizzazzjoni tal-kapaċità

83  %

87  %

75  %

69  %

Indiċi (2006 = 100)

100

105

90

84

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment.

(67)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet ta' 83 % fl-2006, żdiedet għal 87 % fl-2007 iżda wara niżlet għal 75 % fl-2008 u għal biss 69 % fil-PI. Ir-rata dejjem tonqos tal-utilizzazzjoni fl-2008 u l-PI tirriffletti tnaqqis fil-produzzjoni u żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tul dan il-perjodu.

(c)   Volum ta' bejgħ

(68)

Il-volum ta' bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil konumaturi mhux relatati fis-suq tal-UE naqas modestament fil-perjodu meqjus. Il-bejgħ żdied b'5 % fl-2007, iżda fis-sena ta' wara naqas kemxejn taħt il-livell tal-2006 u fil-PI l-bejgħ kien 3 % iktar baxx milli fl-2006, għal madwar 2 100 000 tunnellata. Minħabba l-volum limitat ta' stokkijiet, l-iżvilupp tal-bejgħ jirrifletti sew l-iżvilupp fil-produzzjoni.

Tabella 6

 

2006

2007

2008

PI

Bejgħ fl-UE (tunnellati)

2 202 265

2 318 567

2 171 203

2 133 787

Indiċi (2006 = 100)

100

105

99

97

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment.

(d)   Sehem tas-suq

(69)

Matul il-perjodu meqjus, il-produtturi tal-Unjoni tilfu 10 punti perċentwali mis-sehem mis-suq, li naqas minn 85 % fl-2006 għal 75 % fil-PI. Dan it-telf mis-sehem mis-suq jirrifletti l-fatt li, minkejja żieda sostanzjali fil-konsum, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3 % fil-perjodu meqjus. Ta' min jinnota li din ix-xejra ta' tnaqqis kienet preżenti wkoll għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

Tabella 7

 

2006

2007

2008

PI

Proporzjon tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni

84,9  %

83,2  %

79,8  %

75,1  %

Indiċi (2006 = 100)

100

98

94

88

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, l-ilment u l-Eurostat.

(e)   Tkabbir

(70)

Bejn l-2006 u l-PI, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 %, il-volum ta' bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 3 % u s-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b'10 punti perċentwali. Min-naħa l-oħra, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet iddampjati tela' minn 0,4 % għal 7,1 % matul l-istess perjodu ta' żmien. Għaldaqstant, qed jiġi konkluż li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jibbenefikaw minn xi tkabbir tas-suq.

(f)   Impjiegi

(71)

Il-livell ta' impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni juri tnaqqis ta' 15 % bejn l-2006 u l-PI. B'mod aktar speċifiku, l-għadd tal-persuni impjegati naqas b'mod sinifikanti minn 2 400 fl-2006 għal 2 100 fl-2007 jew bi 13 % u baqa' qrib dan il-livell fl-2008 u fil-PI. It-tnaqqis fl-2007 huwa riflessjoni tal-isforzi ta' ristrutturar minn għadd ta' produtturi tal-UE.

Tabella 8

 

2006

2007

2008

PI

Impjieg (persuni)

2 410

2 100

2 060

2 057

Indiċi (2006 = 100)

100

87

85

85

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment.

(g)   Produttività

(72)

Il-produttività tal-ħaddiema tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (f'tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, żdiedet bi 12 % fil-perjodu meqjus. Dan jirrifletti l-fatt li l-produzzjoni naqset aktar bil-mod mil-livell ta' impjiegi u hija indikazzjoni ta' żieda fl-effiċjenza min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Dan hu partikolarment evidenti fl-2007 meta l-produzzjoni żdiedet filwaqt li l-livell tal-impjiegi naqas u l-produttività kienet 21 % ogħla milli kienet fl-2006.

Tabella 9

 

2006

2007

2008

PI

Produttività (tunnellata għal kull impjegat)

1 013

1 224

1 130

1 137

Indiċi (2006 = 100)

100

121

112

112

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment.

(h)   Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet ta’ bejgħ

(73)

Il-medja annwali tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-UE għal konsumaturi mhux relatati baqgħet stabbli bejn l-2006 u l-2008, b'madwar 1 100 EUR kull tunnellata. Fil-PI l-medja annwali tal-prezz tal-bejgħ niżlet bi 12 % u laħqet EUR 977 kull tunnellata. Il-medja annwali tal-prezz tal-bejgħ ma tirriflettix il-flussi ta' kull xahar, jew dawk ta' kuljum, tal-PET fis-suq Ewropew (u dinji) iżda titqies suffiċjenti biex tindika x-xejra matul il-perjodu meqjus. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-PET normalment isegwu x-xejriet tal-prezz tal-materja prima ewlenija tiegħu (jiġifieri l-PTA u l-MEG) billi dawn jikkostitwixxu sa 80 % tal-ispiża totali tal-PET.

Tabella 10

 

2006

2007

2008

PI

Il-prezz ta’ unità fis-suq tal-UE (EUR/tunnellata)

1 110

1 105

1 111

977

Indiċi (2006 = 100)

100

100

100

88

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment.

(74)

Kif indikat hawn fuq, il-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni twaqqgħu kawża tal-importazzjonijiet iddampjati mill-EGħM u l-Iran.

(i)   Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat

(75)

Meta jitqies il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran, l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-marġini effettivi tad-dumping ma jistax jitqies li huwa wieħed negliġibbli. Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li mis-sena 2000 hemm fis-seħħ miżuri ta' antidumping kontra l-importazzjonijiet tal-PET mill-Indja, l-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, it-Tajwan, it-Tajlandja u mill-2004 kontra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Minħabba li fil-perjodu meqjus minn din l-investigazzjoni l-indutsrija tal-unjoni tilfet proprozjon tas-suq u żiedet it-telf tagħha, ma jista' jkun stabbilit ebda rkupru effettiv mid-dumping tal-passat u hu meqjus li l-produzzjoni tal-Unjoni għadha vulnerabbli gall-effett ta' dannu ta' kull importazzjoni ddampjata fis-suq tal-Unjoni.

4.6.   Elementi mikroekonomiċi

(a)   Stokkijiet

(76)

Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tal-produtturi inklużi fil-kampjun naqas bejn l-2006 u l-PI bi 22 %. Ta' min jinnota li l-istokkijiet jirrappreżentaw anqas minn 5 % tal-produzzjoni annwali u għaldaqstant ir-rilevanza ta' dan l-indikatur fl-analiżi tal-ħsara hija limitata.

Tabella 11

Il-kampjun

2006

2007

2008

PI

Stokk tal-għeluq (tunnellati)

61 374

57 920

46 951

47 582

Indiċi (2006 = 100)

100

94

77

78

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(b)   Pagi

(77)

L-ispiża tax-xogħol annwali żdied bi 11 % bejn l-2006 u l-2007 qabel ma naqas b'2 punti perċentwali fl-2008 meta mqabbel mal-2007 u b'9 punti perċentwali oħra fil-PI meta mqabbel mal-2008 b'mod li laħaq l-istess livell fl-2006. B'mod ġenerali, l-ispejjeż tax-xogħol għalhekk baqgħu stabbli.

Tabella 12

Il-kampjun

2006

2007

2008

PI

Spiża tax-xogħol annwali (EUR)

27 671 771

30 818 299

30 077 380

27 723 396

Indiċi (2006 = 100)

100

111

109

100

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(c)   Profittabbiltà u dħul mill-investimenti

(78)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-produtturi inklużi fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq tal-UE lil konsumaturi mhux relatati, espressa bħala perċentwali ta' bejgħ nett, baqgħet negattiva u saħansitra niżlet minn – 6.9 % għal – 7.5 %. B'mod aktar speċifiku, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun tjiebet fl-2007 meta t-telf nett kien jammonta biss għal – 1.5 % tal-bejgħ nett, iżda t-telf żdied sew fl-2008 għal – 9.3 %. Is-sitwazzjoni tjiebet kemxejn fil-PI.

Tabella 13

Il-kampjun

2006

2007

2008

PI

Il-profittabilità tal-UE (% ta’ bejgħ nett)

–6,9  %

–1,5  %

–9,3  %

–7,5  %

Indiċi (2006 = – 100)

– 100

–22

– 134

– 108

ROI (profitt f'% tal-valur nett deprezzat tal-investimenti)

–9,6  %

–3,1  %

–16,8  %

–12,3  %

Indiċi (2006 = – 100)

– 100

–32

– 175

– 127

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(79)

Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”), espress bħala l-profitt f'perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-investimenti, segwa b'mod wiesa' x-xejra ta' profittabbiltà. Dan żdied minn livell ta’ – 9,6 % fl-2006 għal – 3,1 % fl-2007. Naqas għal – 16,8 % fl-2008 u reġa' naqas fil-PI għal – 12,3 % fil-PI. B'mod ġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti baqa' negattiv u mar lura bi 2,7 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus.

(d)   Fluss tal-likwidità u kapaċità li jiżdied il-kapital

(80)

Il-fluss tal-likwidità netta minn attivitajiet operattivi kien negattiv, fil-livell ta' EUR – 18,5 miljun fl-2006. Dan tjieb b'mod sinifikanti fl-2007 meta sar pożittiv fil-livell ta' EUR 19,5 miljun iżda mar lura bil-kbir fl-2008 (EUR – 42 miljun) qabel ma laħaq il-livell negattiv ta' EUR – 11-il miljun fil-PI. B'mod ġenerali, il-fluss tal-likwidità tjieb fil-perjodu meqjus għalkemm baqa' negattiv.

(81)

Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni sabet diffikultajiet biex tkabbar il-kapital, l-aktar minħabba li wħud mill-produtturi huma inkorporati fi gruppi akbar.

Tabella 14

Il-kampjun

2006

2007

2008

PI

Likwidità (EUR)

–18 453 130

19 478 426

–42 321 103

–11 038 129

Indiċi (2006 = 100)

– 100

206

– 229

–60

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(e)   Investimenti

(82)

L-investimenti annwali tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun fil-produzzjoni tal-prodott simili naqsu b'34 % bejn l-2006 u l-2007, b’59 punt perċentwali oħra bejn l-2007 u l-2008 u mbagħad naqsu kemxejn fil-PI meta mqabbla mal-2008. Kollox ma' kollox, l-investimenti naqsu b’96 % matul il-perjodu meqjus. Din il-waqgħa drastika fl-investimenti tista' tiġi spjegata parzjalment minħabba li fl-2006 u fl-2007 nkisbu linji ġodda ta' produzzjoni bil-għan li jżidu l-kapaċità.

Tabella 15

Il-kampjun

2006

2007

2008

PI

Investimenti netti (EUR)

98 398 284

64 607 801

6 537 577

4 298 208

Indiċi (2006 = 100)

100

66

7

4

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

4.7.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(83)

L-analiżi tad-dejta makroekonomika turi li matul il-perjodu meqjus il-produtturi tal-Unjoni naqqsu l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom. Għalkemm it-tnaqqis osservat ma kienx daqshekk drammatiku, dan irid jitqies fil-kuntest taż-żieda fid-domanda bejn l-2006 u l-PI, li wasslet għat-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni b'10 punti perċentwali għal 75 %.

(84)

Fl-istess waqt l-indikaturi mikroekonomiċi rilevanti juru deterjorament ċar tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment baqgħu negattivi u b'mod ġenerali komplew jiddeterjoraw bejn l-2006 u l-PI. Il-fluss tal-likwidità, minkejja żvilupp ġeneralment pożittiv, ukoll baqa' negattiv matul il-PI.

(85)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, qed jiġi konkluż b'mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   IL-KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(86)

Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet iddampjati li joriġinaw mill-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda kinux ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni sal-punt li jiġi kklassifikat wieħed materjali. Kienu eżaminati wkoll fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet iddampjati, li fl-istess ħin setgħu kienu ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni, u dan biex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra ma jkunx attribwit lill-importazzjonijiet iddampjati.

5.2.   L-effett tal-importazzjonijiet iddampjati

(87)

Bejn l-2006 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-EGħM u l-Iran żdiedu b'aktar minn 20 darba għal 212 200 tunnellata , u l-proporzjon tagħhom fis-suq żdied b'aktar minn 7 punti perċentwali (minn 0,4 % għal 7,1 %). Fl-istess waqt, l-industrija tal-Unjoni tilfet mal-10 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (minn 84,9 % għal 75,1 %). Il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas bejn l-2006 u l-PI u baqa' iktar baxx mill-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni.

(88)

Kif intwera fil-premessa 62 hawn fuq, it-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati kien ta' 3,9% fil-każ tal-EGħM u 3,2% fil-każ tal-Iran. Anki jekk it-twaqqigħ tal-prezzijiet kien inqas minn 4 %, dan ma jistax jitqies insinifikanti billi l-PET huwa prodott bażiku u li l-kompetizzjoni sseħħ primarjament fil-livell ta' prezzijiet.

(89)

L-esportatur Iranjan qal li l-importazzjonijiet iranjani tal-PET ma setgħux ikkawżaw dannu mkaterjali lill-industrija tal-Unjoni minħabba li dawn il-livelli ta' importazzjoni qabżu l-limitu de minimis għall-importazzjonijiet bi ftit biss. Madankollu, matul il-PI, l-importazzjonijiet mill-Iran, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta' 1,9 %, qabżu l-limitu de minimis speċifikat fir-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Iran kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. F'dan l-isfond, l-argument imqajjem mill-esportatur Iranjan ma ntlaqax.

(90)

Fid-dawl tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni minħabba importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran, hu meqjus li dawn l-importazzjoniiet iddampjati kienu ta' pressjoni kbira biex jitwaqqgħu l-prezzijiet, hekk li ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni milli żżomm il-prezzijiet ta' bejgħ tagħha f'livell li kien ikun neċessarju biex jitkoprew l-ispejjeż u jiġi realizzat profitt. Għaldaqstant, jitqies li teżisti rabta kawżali bejn dawk l-importazzjonijiet u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.3.   L-effett ta’ fatturi oħra

5.3.1.   Attività ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(91)

Parti interessata waħda qalet li kull ħsara li seħħet kienet kawża tal-attività baxxa fl-esportazzjoni min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Kif jista’ jidher mit-tabella hawn taħt, il-volum ta' esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu meqjus bi 11 %. Il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tul l-istess perjodu naqas b'10 % u dan wassal għal valur stabbli tal-bejgħ għall-esportazzjoni tul il-perjodu meqjus. Għaldaqstant, ma hemm ebda indikazzjoni li l-andament tal-esportazzjoni kkontribwixxa għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

Tabella 16

L-industrija tal-Unjoni

2006

2007

2008

PI

Bejgħ għall-esportazzjoni (tunnellati)

25 677

24 103

23 414

28 504

Indiċi (2006 = 100)

100

94

91

111

Bejgħ għall-esportazzjoni (EUR)

28 473 679

27 176 204

25 109 209

28 564 676

Indiċi (2006 = 100)

100

95

88

100

Il-prezz ta' esportazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 109

1 128

1 072

1 002

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju.

(92)

Parti interessata oħra ddikjarat li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE kienu artifiċjalment għolja. Skont il-parti interessata, din id-dikjarazzjoni hi kkonfermata mill-fatt li l-prezzijiet fis-suq tal-UE baqgħu stabbli filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni waqgħu. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-medja annwali tal-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE naqset bi 12 % tul il-perjodu meqjus, b'mod parallel mat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni tul l-istess perjodu. Għaldaqstant, l-argument hu rrifjutat.

5.3.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(a)   Il-Pakistan

(93)

Meta jitqies li l-importazzjonijiet mill-Pakistan ma nstabux li kienu ddampjati, huwa neċessarju li jiġi analizzat jekk hux il-każ li dawn xorta waħda kkontribwew għad-dannu li ġarrbu l-produtturi tal-unjoni,. Il-volum ta' importazzjonijiet mill-Pakistan żdied b'darbtejn matul il-perjodu meqjus. Aktar speċifikament, dawn naqsu bejn l-2006 u l-2007 b'25 % iżda mbagħad żdiedu b'mod sinifikanti fl-008 meta mqabbla mal-2007 b'117-il punt perċentwali u fil-PI terġa' b'16-il punt perċentwali ieħor meta mqabbel mal-2008 hekk li laħqu t-92 000 tunnellata. Is-sehem tas-suq rispettiv ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 1,6 % fl-2006 għal 3,1 % fil-PI.

Tabella 17

 

2006

2007

2008

PI

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Pakistan (tunnellati)

44 187

33 255

84 859

92 004

Indiċi (2006 = 100)

100

75

192

208

Il-proprozjon tas-suq ta' importazzjonijiet mill-Pakistan

1,6  %

1,1  %

3,0  %

3,1  %

Il-prezz ta' importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 030

1 022

1 023

900

Sors: Eurostat.

(94)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Pakistani ġeneralment baqa' taħt il-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, l-analiżi dettaljata tal-informazzjoni tal-prezzijiet ipprovduta mill-esportatur fil-Pakistan li kkoopera indikat li dawn il-prezzijiet waqqgħu l-prezzijiet tal-unjoni b'inqas minn 1,5%, jiġifieri b'inqas minn nofs it-twaqqigħ tal-prezzijiet stabbilit għall-importazzjonijiet iddampjati mill-Iran u mill-EGħM. Konsegwentement, għalkemm ma jistax ikun eksluż li l-importazzjoniiet mill-Pakistan ikkontribwew għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, il-kontirbut tagħhom kien wieħed biss limitat u ma setax kisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(b)   Ir-Repubblika tal-Korea

(95)

Ir-Repubblika tal-Korea ilha suġġetta għal dazji ta' antidumping mis-sena 2000. Madankollu, żewġ kumpaniji Koreani mhumiex suġġetti għal dazju u l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea għadhom f'livell għoli u żdiedu b'mod sinifikanti fil-perjodu meqjus. L-importazzjonijiet Koreani żdiedu bi kważi 150 % bejn l-2006 u l-PI u s-sehem mis-suq rispettiv tagħhom żdied minn 3.5 % fl-2006 għal 7.7 % fil-PI.

Tabella 18

 

2006

2007

2008

PI

Volum ta' importazzjonijiet mill-Korea t'Isfel (tunnellati )

94 023

130 994

177 341

231 107

Indiċi (2006 = 100)

100

139

189

246

Il-proporzjoni tas-suq ta’ importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel

3,5  %

4,5  %

6,2  %

7,7  %

Il-prezz ta' importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 084

1 071

1 063

914

Sors: Eurostat.

(96)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Koreani ġeneralment baqa' kemxejn taħt il-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, il-prezzzijet Koreani kienu ogħla mill-prezzijiet medji mill-EGħM u l-Iran, u kienu anki ogħla mill-prezzijiet medji mill_akistan. Konsegwentement, għalkemm ma jistax ikun eksluż li l-importazzjoniiet mir-Repubblika tal-Korea kkontribwew għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, il-kontirbut tagħhom kien wieħed biss limitat u ma setax kisser ir-rabta kawżali stabbilita fir-rigward tal-importazzjonijiet iddampjati mill-UgħM u mill-Iran.

(97)

L-esportatur Iranjan iddikjara li kull żieda fl-importazzjonijiet Iranjani kienet dovuta għat-tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-Korea t'Isfel u għalhekk ma kkawżatx ħsara lill-produtturi Ewropej. Madankollu, id-dejta tal-Eurostat turi li matul il-perjodu meqjus, il-volumi tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kienu qed jiżdiedu b'mod stabbli u parallel. Għaldaqstant, wieħed ma jistax jikkonkludi li l-importazzjonijiet mill-Iran sempliċiment ħadu post l-importazzjonijiet mill-Korea t'Isfel.

(c)   Pajjiżi oħra

(98)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra bħala medja kienu bi prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet medji ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet tilfu mis-sehem mis-suq fil-perjodu meqjus. Konsegwentement, dawn l-importazzjonijiet mhumiex meqjusa bħala kawża possibbli ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

Tabella 19

 

2006

2007

2008

PI

Volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati)

259 438

296 418

185 286

210 772

Indiċi (2006 = 100)

100

114

71

81

Il-proprozjon tas-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

9,6 %

10,1 %

6,5 %

7,0 %

Il-prezz ta' importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 176

1 144

1 194

1 043

Sors: Eurostat.

5.3.3.   Kompetizzjoni mill-produtturi fl-Unjoni li ma kkooperawx

(99)

Uħud mill-partijiet interessati qalu li l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni hi dovuta għall-kompetizzjoni mill-produtturi fl-Unjoni li ma kkooperawx. Ħames produtturi tal-Unjoni ma kkooperawx d'dan il-proċess. Wieħed minnhom waqqaf il-produzzjoni tiegħu fil-PI filwaqt li tnejn oħra għamlu dan ftit wara. Il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi li ma kkooperawx kienu stmati abbażi tat-tagħrif imressaq fl-ilment. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, jidher li dawn il-produtturi tilfu l-proporzjon tagħhom tas-suq tul il-perjodu meqjus minn 20,5% fl-2006 għal 16% fil-PI. Mill-investigazzjoni ma ħarġet ebda evidenza li l-imġiba ta' dawn il-produtturi kissret ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati u d-dannu stabbilit għall-industrija tal-Unjoni.

Tabella 20

Produtturi tal-UE li ma kkooperawx

2006

2007

2008

PI

Bejgħ fl-UE (tunnellati)

554 329

493 363

356 581

478 282

Indiċi (2006 = 100)

100

89

64

86

Sehem tas-suq

20,5 %

16,8 %

12,4 %

16,0 %

Sors: Eurostat.

5.3.4.   Tnaqqis fir-ritmu ekonomiku

(100)

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008 wasslet għal tkabbir fis-suq li mexa aktar bil-mod milli mistenni u li ma kienx normali meta mqabbel mal-bidu tas-sena 2000 fejn setgħu jiġu osservati rati annwali tat-tkabbir ta' madwar 10 %. Għall-ewwel darba, kien hemm kontrazzjoni tad-domanda għall-PET fl-2008. Naturalment dan kellu effett fuq l-andament ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

(101)

Madankollu, l-effett negattiv tal-kriżi fl-ekonomija u l-kontrazzjoni fid-domanda kienu aggravati b'aktar importazzjonijiet iddampjati mill-Iran u l-EGħM li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Anki jekk il-kriżi fl-ekonomija tista’ għalhekk titqies bħala kaġun tad-dannu għall-perjodu li beda fl-aħħar tliet xhur tal-2008, dan bl-ebda mod ma jista’ jnaqqas l-effetti dannużi ta’ ħsara tal-importazzjonijiet iddampjati bi prezz baxx fis-suq tal-UE matul il-perjodu kollu meqjus. Anki f'sitwazzjoni fejn jonqos il-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni għandha tkun kapaċi żżomm livell aċċettabbli ta’ prezzijiet u għalhekk tillimita l-effetti negattivi ta’ tnaqqis fit-tkabbir tal-konsum, imma biss f’każ li ma jkunx hemm il-kompetizzjoni inġusta ta’ importazzjonijiet iddampjati bi prezz baxx fis-suq.

(102)

It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku lanqas ma għandu xi impatt fuq il-ħsara mġarrba u li diġà ġiet osservata qabel l-aħħar tliet xhur tal-2008.

(103)

Konsegwentement, il-kriżi fl-ekonomija trid titqies bħala element li jikkontribwixxi għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni mill-aħħar tliet xhur tal-2008 biss u minħabba n-natura globali tagħha ma tistax titqies bħala kawża possibbli li tkisser ir-rabta kawżali bejn id-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjoni ddampjati mill-EGħM u mill-Iran.

5.3.5.   Pożizzjoni ġeografika

(104)

Xi wħud mill-partijiet interessati argumentaw li kull ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni ġiet ikkawżata primarjament mill-pożizzjoni żvantaġġata ta' mill-inqas ftit mill-produtturi tal-Unjoni (jiġifieri ’l bogħod minn port b'mod li jeħlu aktar spejjeż ta' trasportazzjoni bla bżonn għall-materja prima kif ukoll għall-prodott finali).

(105)

Fir-rigward tal-argument ta' hawn fuq, huwa magħruf li meta tkun f'pożizzjoni fejn m'intix aċċessibbli malajr b'mezzi relattivament orħos ta' trasport għandek ċerti żvantaġġi fejn jidħlu l-ispejjeż marbuta mat-twassil kemm tal-materja prima mill-fornituri kif ukoll tal-prodott finali lill-konsumaturi. Madankollu, l-investigazzjoni u d-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (tnejn minnhom pożizzjonati qrib ta' port u tnejn oħra iktar ’il ġewwa) ma indikat ebda korrelazzjoni sinifikanti bejn il-pożizzjoni ġeografika u l-andament ekonomiku tal-produtturi tal-Unjoni. Fil-fatt, il-ħsara li rriżultat ġarrbuha wkoll dawk il-produtturi pożizzjonati qrib ta' port.

(106)

Konsegwentement, huwa konkluż li l-pożizzjoni ġeografika ma kkontribwietx b'mod materjali għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.3.6.   Integrazzjoni vertikali

(107)

Uħud mill-partijiet interessati argumentaw li kull ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kien kawża tal-fatt li bosta produtturi tal-Unjoni mhumiex integrati vertikalment (f'termini tal-produzzjoni tal-PTA) u għalhekk għandhom żvantaġġ sinifikanti f'dik li hi spiża vis-à-vis l-esportaturi integrati. Id-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma wriet l-ebda korrellazzjoni sinifikanti bejn l-integrazzjoni vertikali tal-produzzjoni tal-PTA u l-andament ekonomiku tal-produtturi tal-Unjoni.

(108)

Għaldaqstant, huwa konkluż li n-nuqqas ta' integrazzjoni vertikali tal-produzzjoni tal-PTA ma kkontribwiex għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(109)

Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet iddampjati mill-EGħM u l-Iran, iż-żieda fl-ishma tas-suq u t-twaqqigħ tal-prezzijiet li rriżulta u, fuq in-naħa l-oħra, id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet iddampjati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

(110)

Kienu analizzati fatturi oħra iżda instab li dawn ma jkissrux ir-rabta kawżali bejn l-effetti tal-importazzjonijiet iddampjati u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Fejn jidħol il-Pakistan, minħabba li t-twaqqigħ tal-prezzijiet hu tassew żgħir, hu meqjus li l-importazzjonijiet tiegħu ma kkontribwewx għad-dannu lill-industrija tal-Unjoni sal-punt materjali. L-importazzjoniiet mir-Repubblika tal-Korea setgħu kkontribwew għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, iżda minħabba d-differenza żgħira fil-prezz bejn dawn l-importazzjonijiet u s-suq tal-Unjoni, dan jitqies li ma jkissirx ir-rabta kawżali stabbilita fir-rigward tal-importazzjonijiet iddampjati mill-UGħM u mill-Iran. Minħabba d-deterjorament tas-sehem mis-suq u l-livell għoli tal-prezz tagħhom, ma hemm ebda evidenza li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kkontribwew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, ma kien hemm ebda fattur magħruf ieħor, jiġifieri l-andament tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kompetizzjoni mill-produtturi l-oħra tal-Unjoni, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-pożizzjoni ġeografika u n-nuqqas ta' integrazzjoni vertikali, li kkontribwixxa għall-ħsara tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li ħall din ir-rabta kawżali.

(111)

Abbazżi tal-analiżi ta' hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b'mod tajjeb bejn l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet iddampjati, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(112)

B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, id-dannu u l-kawżalità, kienx hemm raġunijiet b'saħħithom li jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset l-impatt probabbli ta' miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti, kif ukoll il-konsegwenzi probabbli jekk ma jittiħdux miżuri.

(113)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-importaturi indipendenti, il-fornituri ta' materja prima, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom. B'kollox intbagħtu ’l fuq minn 50 kwestjonarju iżda t-tweġibiet li waslu fiż-żmien stipulat kienu biss 13. Barra minn hekk, kien hemm 22 utent li ppreżentaw ruħhom aktar tard fil-proċess b'ittri ta' oppożizzjoni għal kwalunkwe miżuri possibbli f'dan il-każ.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni u produtturi tal-Unjoni oħrajn

(114)

Hu mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran kellhom jilqgħu kontra aktar distorsjonijiet tas-suq, kontra r-restrizzjoni tal-prezzijiet u jerġgħu jintroduċu kompetizzjoni ġusta. Dan, min-naħa l-oħra, kellu jipprovdi lill-industrija tal-Unjoni b'opportunità biex ittejeb is-sitwazzjoni tagħha minħabba ż-żieda fil-prezzijiet, iż-żieda fil-volumi ta' bejgħ u fis-sehem tas-suq.

(115)

Fin-nuqqas ta' miżuri, hu mistenni li l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran ikomplu jikbru bi prezzijiet baxxi li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. F'dan il-każ, l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex l-opportunità li ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha. Minħabba l-istat finanzjarju ħażin tal-industrija tal-Unjoni, ikun mistenni aktar għeluq ta' impriżi bil-konsegwenza ta' aktar telf ta' impjiegi.

(116)

Ma hemm xejn x’juri li l-interessi tal-produtturi l-oħra fl-Unjnoi li ma kkooperawx b'mod attiv fl-investigazzjoni se jkunu differenti minn dawk indikati għall-industrija tal-Unjoni.

(117)

Il-kumpanija Iranjana argumentat li l-impożizzjoni ta' miżuri ma tgħinx lill-industrija tal-Unjoni għax twassal biss għal investimenti ġodda f'pajjiżi esportaturi oħra. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat minħabba li, meta jitwassal għall-effett loġiku li jirriżulta minnu, dan ikun ifisser li l-miżuri tal-anti-dumping qatt ma jistgħu jiġu imposti fuq prodotti li l-investimenti fihom jisgħu jittieħdu f'pajjiżi oħrajn. Dan ikun ifisser ukoll li wieħed jirrinunzja għall-protezzjoni kontra l-kummerċ inġust sempliċiment minħabba l-possibbiltà ta' kompetizzjoni ġdida minn pajjiżi terzi oħra.

(118)

L-istess parti interessata ddikjarat li l-ebda miżura ma tista' ssewwi l-iżvantaġġ kompetittiv strutturali tal-industrija ta' produzzjoni tal-PET tal-UE meta mqabbla mal-industrija ta' produzzjoni tal-PET fl-Asja u fil-Lvant Nofsani. Dan l-argument, madankollu, ma ġiex issostanzjat biżżejjed. Ta' min jinnota li xi produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li huma integrati vertikalment jinsabu wkoll f'sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Barra minn hekk, anki jekk kien hemm vantaġġi kompetittivi possibbli (pereżempju b'aċċess orħos għall-materja prima), il-produtturi esportaturi xorta nstab li qed jiddampjaw.

(119)

Għaldaqstant ġie provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tkun evidentement fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   L-interess tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni

(120)

Kif indikat hawn fuq, it-teħid tal-kampjuni kien applikat għall-importaturi mhux relatati u minn żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun aġent importatur wieħed biss (Global Services International, “G.S.I”.) ikkoopera b'mod sħiħ f'din l-investigazzjoni billi ressaq tweġiba għall-kwestjonarju. L-importazzjonijiet iddikjarati mill-aġent li kkoopera jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-importazzjonijiet kollha kkonċernati fil-PI. Il-kummissjonijiet għall-importazzjonijiet tal-PET jirrappreżentaw il-maġġoranza tan-negozju tal-G.S.I. Billi l-aġent jaħdem fuq bażi ta' kummissjoni, l-impożizzjoni ta' dazji mhix mistennija li jkollha impatt sinifikanti fuq l-andament tiegħu minħabba li kull żieda effettiva fil-prezz tal-importazzjoni x'aktarx ibatuha l-klijenti tiegħu.

(121)

Ebda importatur ieħor ma ressaq tagħrif rilevanti. Minħabba li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra fejn attwalment hemm fis-seħħ miżuri anti-dumping ma waqfux u minħabba li l-importazzjonijiet huma disponibbli minn pajjiżi mingħajr miżuri anti-dumping (eż. l-Oman, l-Istati Uniti, il-Brażil), hu meqjus li l-importaturi jistgħu jimpurtaw minn dawn il-pajjiżi.

(122)

Għaldaqstant ġie provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji mhux se jkollha effetti negattivi sa punt sinifikanti fuq l-interess tal-importaturi tal-UE.

6.3.   L-interess tal-fornituri ta' materja prima fl-Unjoni

(123)

Tliet fornituri ta' materja prima (tnejn tal-PTA u wieħed tal-MEG) ikkooperaw fl-investigazzjoni billi ressqu t-tweġiba għall-kwestjonarju fiż-żmien stipulat. L-għadd ta' persunal impjegat fil-faċilitajiet Ewropej tagħhom u involut fil-produzzjoni tal-PTA/MEG kien ta' madwar 700.

(124)

Il-produtturi tal-PTA li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 50 % tax-xiri ta' PTA tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-produtturi tal-PTA jiddependu bil-kbir fuq l-istat tal-produtturi tal-PET li jikkostitwixxu l-klijenti ewlenin tagħhom. Il-prezzijiet baxxi tal-PET iwasslu għal prezzijiet aktar baxxi tal-PTA u marġnijiet aktar baxxi għall-produtturi tal-PTA. Ta' min isemmi li tinsab għaddejja investigazzjoni li tikkonċerna l-antidumping u l-antissussidjar fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' PTA li joriġina fit-Tajlandja, li jfisser li l-produtturi tal-UE tal-PTA jistgħu wkoll iħabbtu wiċċhom ma' kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet Tajlandiżi. Konsegwentement, hu meqjus li l-produtturi tal-PTA għandhom jibbenefikaw mill-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet iddampjati ta' PET.

(125)

Għall-fornitur tal-MEG li kkoopera, l-MEG jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-fatturat totali tiegħu. Ta' min isemmi li fir-rigward tal-MEG, il-PET mhuwiex l-unika applikazzjoni possibbli tiegħu, u lanqas dik ewlenija, u l-produtturi tal-MEG jiddependu inqas fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-PET. Minkejja dan, id-diffikultajiet tal-industrija tal-PET jista' jkollhom impatt limitat fuq il-fornituri tal-MEG, tal-inqas fuq medda qasira u medja ta' żmien.

(126)

Minħabba dan ta' hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet iddampjati mill-EGħM u l-Iran tkun fl-interess tal-fornituri ta' materja prima.

6.4.   L-interess tal-utenti

(127)

Il-PET suġġett għal dan il-proċediment (jiġifieri bin-numru tal-viskożità ta' 78 ml/g jew ogħla, l-hekk imsejjaħ “grad ta' flixkun” (bottle grade)) jintuża l-aktar biex jiġu prodotti fliexken għall-ilma u xarbiet oħra. L-użu tiegħu għall-produzzjoni ta' pakketti oħra (ikel solidu jew deterġenti) u għall-produzzjoni tal-folji qiegħed jiżviluppa, iżda għadu relattivament limitat. Il-fliexken tal-PET jiġu prodotti f'żewġ stadji. (i) l-ewwel issir preforma bl-injezzjoni ta' PET bil-forma u (ii) wara l-preforma tissaħħan u tintefaħ fi flixkun. Ir-realizzazzjoni tal-fliexken tista' tkun proċess integrat (jiġifieri l-istess kumpanija tixtri l-PET, tipproduċi l-preforma u tonfoħha fil-flixkun) jew wieħed limitat għat-tieni stadju (l-infiħ tal-preforma fi flixkun). Il-preforom jistgħu jiġu trasportati b'mod relattivament faċli minħabba li huma żgħar u densi, filwaqt li l-fliexken vojta huma instabbli u minħabba d-daqs tagħhom it-trasport tagħhom huwa għali ħafna.

(128)

Il-fliexken tal-PET jimtlew bl-ilma u/jew b'xarbiet oħra mill-kumpaniji tal-ibbottiljar (“il-bottiljaturi”). Il-kumpaniji tal-ibbottiljar sikwit ikunu involuti fin-negozju tal-PET jew permezz ta' proċessi integrati ta' realizzazzjoni tal-fliexken jew permezz ta' ftehimiet dwar ħlasijiet (tolling) ma' konvertituri subkontrattati u/jew produtturi tal-fliexken li jinnegozjaw il-prezz tal-PET għalihom mal-produttur (soft tolling) jew anki jixtru l-PET għall-fliexken tagħhom stess (hard tolling).

(129)

Għaldaqstant, jeżistu żewġ gruppi ta' utenti:

il-konvertituri u/jew il-produtturi tal-flixkun – li jixtru l-PET direttament mill-produtturi, jikkonvertuh fil-preforom (jew fliexken) u jerġgħu jbigħuh għall-ipproċessar downstream (jew il-mili), u

il-bottiljaturi - li jixtru l-PET għall-konvertituri/produtturi tal-fliexken subkontrattati tagħhom (hard tolling) jew jinnegozjaw il-prezz li bih il-konvertitur subkontrattat u/jew il-produttur tal-flixkun se jakkwista l-PET (soft tolling).

(a)   Konvertituri

(130)

Il-produtturi tal-preforom huma l-utenti ewlenin tal-PET bil-grad ta' flixkun. Erba' konvertituri, li jirrappreżentaw 16 % tal-konsum tal-Unjoni fil-PI, ikkooperaw b'mod sħiħ fl-invetsigazzjoni (jiġifieri ressqu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju fi ħdan il-limiti ta' żmien). Kif issemma hawn fuq, għadd sinifikanti ta' konvertituri ppreżentaw ruħhom ukoll aktar tard fil-proċediment jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom, iżda ma pprovdewx dejta verifikabbli fir-rigward tal-konsum tagħhom. Waqt seduta l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera qal li ’l fuq minn 80 % tal-utenti tal-UE qegħdin jopponu dawn il-miżuri. Madankollu dan it-tagħrif ma kienx sostnut biżżejjed u ma setax jiġi vverifikat.

(131)

Waqt seduta, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-konverturi Ewropej tal-plastik (l-EuPC) qalet li qed tieħu pożizzjoni newtrali fir-rigward ta' dan il-proċediment. Għalkemm uħud mill-membri tagħha huma kontra dawn il-miżuri, il-livell attwali tal-prezzijiet tal-PET fis-suq Ewropew mhuwiex sostenibbli għall-kumpaniji li jirriċiklaw il-PET. Il-kumpaniji li jirriċiklaw il-PET (li wkoll huma rappreżentati mill-EuPC) huma favur il-miżuri. Madankollu, fi stadju aktar tard tal-investigazzjoni, l-assoċjazzjoni biddlet il-pożizzjoni tagħha u ddikjarat li hi kontra l-impożizzjoni tal-miżuri. L-assoċjazzjoni ddikjarat li l-impożizzjoni ta' miżuri twassal għal spejjeż eċċessivi għall-industrija tal-konvertituri tal-plastik fl-UE, li tikkonsisti prinċipalment f'impriżi żgħar u medji (SMEs). L-assoċjazzjoni argumentat li dawn l-SMEs ma jkunux kapaċi jassorbu prezzijiet ogħla tal-PET, iżda jkollhom iwaqqfu l-attività tagħhom jew jittrasferuha barra mill-UE. Dawn id-dikjarazzjonijiet ma ġewx issostanzjati aktar f'dan l-istadju.

(132)

L-għadd totali ta' persunal impjegat mill-konvertituri li kkooperaw kien ta' 1 300 ruħ, filwaqt li l-persunal impjegat u ddikjarat mill-konvertituri li ppreżentaw ruħhom aktar tard fil-proċediment kien ta' 6 000 ruħ oħra. Waqt is-seduta l-aġent tal-importazzjoni u l-klijenti tiegħu indikaw li l-livell ta' impjiegi tal-konvertituri hu ta' madwar 20 000 ruħ. It-tagħrif dwar l-impjiegi għad irid jiġi vverifikat.

(133)

Abbażi tat-tagħrif disponibbli, il-PET użat fil-produzzjoni tal-preforom jammonta għal bejn 70 % u 80 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni tal-konvertituri. Għaldaqstant, dan huwa komponent kritiku tal-ispiża għal dawn il-kumpaniji. L-investigazzjoni sa issa indikat li, bħala medja, il-konvertituri li kkooperaw diġà qed jagħmlu xi telf. Minħabba li l-maġġoranza tal-konvertituri huma kumpaniji lokali żgħar u medji, fuq medda qasira u medja ta' żmien jista' jkollhom biss possibbiltajiet limitati biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispejjeż tagħhom, partikolarment meta l-klijent tagħhom (il-kumpaniji tal-ibbottiljar) ikollu pożizzjoni b'saħħitha u allura jkun f'qagħda vantaġġata ta' negozjar. Madankollu, il-kuntratti (normalment innegozjati kull sena) biex jinbiegħu l-preforom u/jew il-fliexken sikwit jinkludu mekkaniżmu biex tiġi riflessa l-varjazzjoni tal-prezzijiet tal-PET.

(134)

Il-konverturi u l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera argumentaw li l-miżuri se jwasslu biex produtturi ikbar tal-preforom imexxu l-linji ta' produzzjoni standardizzati tagħhom għall-pajjiżi li jmissu mal-UE. Minħabba li l-ispejjeż tat-trasport tal-preforom fuq distanzi twal huma relattivament baxxi, sa ċertu punt dan il-proċess diġà qiegħed iseħħ. Għalissa, madankollu, il-kunsiderazzjonijiet bħalma hi l-prossimità tal-klijent jew il-flessibbiltà tat-twassil jidhru li jikkumpensaw għall-vantaġġi li jistgħu joffru l-pajjiżi ġirien. Minħabba li l-livell ta' miżuri proposti huwa moderat, qed jitqies b'mod provviżorju li l-vantaġġi tal-produzzjoni tal-preforom barra mill-UE ma għandhomx jegħlbu l-iżvantaġġi attwali. Barra minn dan, minħabba l-ispejjeż tat-trasport, id-delokalizzazzjoni hi mistennija li tkun alternattiva biss għall-kumpaniji li l-klijenti tagħhom huma pożizzjonati qrib il-fruntieri tal-UE, iżda mhux għall-konverturi li għandhom il-klijenti tagħhom f'partijiet oħra tal-UE.

(135)

Il-konverturi u l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera argumentaw li l-miżuri setgħu biss iservu ta' għajnuna għal żmien qasir lill-produtturi tal-PET. Dawn iddikjaraw li fuq medda medja u twila ta' żmien, ladarba l-produtturi tal-preforom jimxu ’l barra mill-UE, mhux se jkun hemm biżżejjed domanda fis-suq tal-UE għal produtturi tal-PET u l-prezzijiet dejjem aktar baxxi fl-aħħar mill-aħħar se jġiegħlu lill-produtturi tal-PET biex jagħlqu jew inkella jittrasferixxu ruħhom barra mill-UE. Minħabba l-kunsiderazzjonijiet fil-premessa preċedenti u minħabba li qed jitqies provviżorjament li għadu mhux mandatorju ekonomikament għall-produtturi tal-preforom biex jimxu ’l barra mill-UE, dan ix-xenarju x'aktarx ma jseħħx.

(136)

Għalhekk b'mod provviżorju għadu mhux eskluż li l-impożizzjoni ta' miżuri jkollha impatt sinifikanti fuq l-ispiża tal-produzzjoni tal-konvertituri. Madankollu, minħabba l-inċertezzi fir-rigward tal-possibiltajiet għall-produtturi tal-preforom u/jew tal-fliexken biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispejjeż fuq il-konsumaturi tagħhom, l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-konverturi u l-andament ġenerali tagħhom ma jistax jiġi ddikjarat b'mod ċar f'dan l-istadju provviżorju.

(b)   Bottiljaturi

(137)

Sitt kumpaniji bottiljaturi, inklużi fergħat tal-Coca-Cola Co., Nestle Waters, Danone u Orangina kkooperaw mal-investigazzjoni, jiġifieri ressqu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju fil-limiti taż-żmien. Dawn jirrappreżentaw madwar 11 % tal-konsum tal-Unjoni tal-PET fil-PI. Il-format tat-tagħrif ipprovdut ma jippermettix l-identifikazzjoni faċli tal-għadd ta' persunal involut direttament fil-produzzjoni li juża l-PET. Madankollu, huwa stmat b'mod provviżorju li hemm madwar 6 000 ruħ. Abbażi tat-tagħrif disponibbli, huwa stmat li l-industrija totali tal-ibbottiljar fl-Unjoni timpjega bejn 40 000 u s-60 000 ħaddiem involuti direttament fil-produzzjoni permezz tal-PET.

(138)

Abbażi tat-tagħrif disponibbli, l-ispiża tal-PET fl-ispiża totali tal-bottiljaturi li kkooperaw tvarja bejn 1 % u 14 %, skont l-ispiża tal-komponenti l-oħra użati fil-produzzjoni tal-prodotti rispettivi tagħhom. It-tagħrif disponibbli jindika li l-PET għandu tendenza jkun element ta' spiża aktar sinifikanti għall-produtturi tal-ilma minerali (speċjalment mingħajr marka kummerċjali), filwaqt li għal xi kumpaniji tal-ibbottiljar tas-soft drinks dan ikun marġinali. It-tagħrif fil-fajl juri li f'xi każijiet l-ispiża tal-PET tista' tirrappreżenta sa 20 % tal-prezz finali tal-ilma minerali għall-konsumaturi. Huwa stmat li, bħala medja, l-ispiża tal-PET tista' tikkostitwixxi sa 10 % tal-ispiża totali tal-kumpaniji bottiljaturi.

(139)

Minħabba dan ta' hawn fuq, jitqies li kull żieda fil-prezzijiet tal-PET wara l-impożizzjoni tal-miżuri proposti se jkollha biss impatt limitat (anqas minn żieda ta' 2 % fl-ispiża) fuq il-qagħda ġenerali tal-kumpaniji bottiljaturi, anki jekk, kif intqal, dawn ikollhom diffikultajiet biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispiża fuq il-konsumaturi tagħhom, li f'kull każ hija improbabbli tal-inqas fil-perspettiva ta' nofs it-terminu.

6.5.   Nuqqas ta’ fornitura tal-PET

(140)

Bosta aprtijiet interessati argumentaw li l-impożizzjoni tal-miżuri se tirriżulta f'nuqqa ta' PET fis-suq tal-UE u li l-produtturi tal-Unjoni ma għandhomx biżżejjed kapaċitajiet ta' produzzjoni biex ilaħħqu mad-domanda eżistenti.

(141)

Ta' min jinnota li f'dan ir-rigward il-produtturi tal-Unjoni ħaddmu biss 69 % tal-kapaċità tagħhom ta' produzzjoni fil-PI u għandhom biżżejjed kapaċità extra biex jissostitwixxu l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran, kemm-il darba jkun hemm bżonn isir dan. Madankollu, l-iskop tad-dazju ma għandux ikun wieħed li jiskoraġġixxi l-importazzjoni iżda biss wieħed li jerġa jintroduċi l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Barra minn dan, hemm disponibbli wkoll sorsi oħra ta' forniment.

(142)

Barra minn hekk, kemm-il darba l-prezz tal-PET verġni fl-UE jinżamm f'livell raġonevoli u ma jitħalliex jaqa' minħabba kompetizzjoni inġusta, huwa mistenni li l-industrija tar-riċiklaġġ tal-PET iżżid il-produzzjoni.

6.6.   Argumenti oħra

(143)

L-esportatur Iranjan argumenta li l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-PET Iranjan ikollha effett negattiv sproporzjonat minħabba l-istatus tal-pajjiż bħala pajjiż li qed jiżviluppa u billi l-esportaturi Iranjani diġà qed iħabbtu wiċċhom ma' żvantaġġi serji minħabba s-sanzjonijiet internazzjonali. Hija l-prassi kontinwa tal-Kummissjoni li kulmeta r-rekwiżiti legali jitolbu dan, jittieħdu azzjonijiet marbuta mal-anti-dumping kemm kontra pajjiżi li qed jiżviluppaw u kemm dawk żviluppati. Barra minn hekk, il-fatt li ma jeżistu ebda sanzjonijiet kontra l-Iran huwa fattur irrelevanti skont ir-regoli eżistenti tal-anti-dumping.

6.7.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(144)

Bħala konklużjoni, huwa mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-EGħM u l-Iran għandhom jipprovdu opportunità lill-industrija tal-Unjoni, kif ukoll lill-produtturi l-oħra tal-Unjoni, biex itejbu l-qagħda tagħhom permezz ta' żieda fil-volumi tal-bejgħ, fil-prezzijiet tal-bejgħ u fis-sehem tas-suq. Filwaqt li jistgħu jfiġġu xi effetti negattivi fl-għamla ta' żidiet fl-ispiża għall-utenti (l-iktar il-konvertituri), dawn x'aktarx jingħelbu mill-benefiċċji li mistennija jaslu għand il-produtturi u l-fornituri tagħhom.

(145)

L-introduzzjoni mill-ġdid ta' kompetizzjoni ġusta u ż-żamma tal-prezz f'livell raġonevoli fl-UE għandu jinkoraġġixxi r-riċiklaġġ tal-PET b'mod li jkompli jitħares l-ambjent. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa konkluż provviżorjament li, kollox ma' kollox, ma jeżistux raġunijiet konvinċenti biex ma jiġux imposti miżuri fil-każ preżenti. Dan l-istudju preliminari jista' jkollu jiġi rivedut fl-istadju finali, wara l-verifika tat-tweġibiet għall-kwestjonarju min-naħa tal-utenti u wara investigazzjoni ulterjuri.

7.   MIŻURI PROVVIŻORJI TA' ANTI-DUMPING

(146)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, id-dannu, l-ikkawżar u l-interess tal-Unjoni, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Iran u l-EGħM sabiex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet iddampjati.

(147)

Fejn jidħlu l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Pakistan, provviżorjament ma nstab ebda dumping, kif indikat hawn fuq. Konsegwentement, mhux ser jiġu imposti miżuri provviżorji.

7.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(148)

Il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-EGħM u fl-Iran għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti sabiex jeliminaw il-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni minn dawn l-importazzjonijiet iddampjati, mingħajr ma jinqabeż il-marġini tad-dumping misjub. Fil-kalkolu tal-ammont ta' dazju meħtieġ għat-tneħħija tal-effetti dannużi tad-dumping, jitqies li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-kosti tagħha ta' produzzjoni u b'mod ġenerali tikseb profitt qabel it-taxxa li jista' jintlaħaq raġonevolment f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet iddampjati.

(149)

L-Unjoni tkellmet dwar mira ta' profitt ta' 7.5 %, kif intuża fil-proċediment kontra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Madankollu, matul il-perjodu meqjus l-industrija tal-Unjoni qatt ma kisbet profitt bħal dan (fil-fatt qatt ma għamlet profitt) u b'mod ġenerali esprimiet li normalment tkun qed topera b'marġnijiet pjuttost baxxi. L-ogħla profitt miksub minn żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun f'sena mill-perjodu meqjus kien ta' 3 %. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-iktar mira ta' profitt li dehret raġonevoli kienet dik ta' 5 %.

(150)

Abbażi ta' dan, ġie kkalkulat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż ġie stabbilit billi tnaqqas il-marġini ta' profitt attwali mill-prezz ta' kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika u mal-prezz li ġie kkalkolat biex ma jsirx telf żdiedet il-mira ta' marġini ta' profitt imsemmija hawn fuq.

(151)

Minħabba li matul il-PI l-prezzijiet tal-materja prima u allura dawk tal-PET fis-suq tal-Unjoni ġarrbu varjazzjonijiet sinifikanti, tqies f'loku li l-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara jiġi kkalkulat fuq dejta ta' kull tliet xhur.

Pajjiż

Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

L-Iran

17,0  %

Il-Pakistan

15,2  %

L-EAM

18,5  %

7.2.   Miżuri provviżorji

(152)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ’il fuq u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, jitqies li gћandu jiġi impost dazju provviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda fl-iktar livell baxx tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dumping u tad-dannu li nstab, u dan skont ir-regola tal-inqas dazju.

(153)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regoalment bażiku, hu meqjus li r-rata ta' dazju proposta għall-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Iran għandha tissejjes fuq il-livell ta' eleiminazzjoni tad-dannu ta' 17 %. Barra minn hekk, ir-rata ta' dazju proposta għall-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Emirati Għarab Magħquda għandu jissejjes fuq dumping ta' 6,6 %. Ebda miżura provviżorja ma għandha tiġi imposta fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Pakistan.

(154)

Ta' min jinnota li saret investigazzjoni ta' antisussidju fl-istess ħin ma' dik ta' anti-dumping fir-rigward ta' importazzjonijiet tal-PET mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda. Minħabba li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regoalment bażiku, ebda prodott ma għandu jkun suġġett kemm għal dazji ekwivalenti ta' anti-dumping għall-fini li tiġi indirizzata l-istess sitwazzjoni li nħolqot riżultat ta' dumping jew ta' sussidju fuq l-esportazzjoni, tqies neċessarju li jiġi stabbilit jekk l-ammonti ta' sussidju u l-marġini tad-dumping humiex konsegwenza tal-istess sitwazzjoni u sa liema punt huwa hekk.

(155)

Fir-rigward tal-iskemi ta' sussidju li jkunu kkostitwew is-sussidji fuq l-esportazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(4)a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (3), il-marġini provviżorji tad-dumping stabbiliti għall-produttur esportatur fl-Iran huma, sa ċertu punt, dovuti minħabba s-sussidji ekwivalenti fuq l-esportazzjoni. Madankollu, ebda dazju provviżorju ta' anti-dumping ma huwa propost fuq l-Iran minħabba li għall-investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping u l-antisussidju japplika l-istess livell ta' eliminazzjoni tad-dannu.

(156)

Kif diġà ssemma fil-premessa 15 hawn fuq, il-kosti u l-prezzijiet tal-PET huma suġġetti gaħl flussi konsiderevoli f'perjodi ta' żmien relattivament qosra. Għaldaqstant, tqies f'loku li jiġu imposti dazji fil-forma ta' ammont speċifiku għal kull tunnellata. Dan l-ammont jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta' anti-dumping għall-prezzijiet tal-CIF tal-esportazzjoni użata għall-kalkolu tal-marġini tad-dumping.

(157)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, u meta jitqiesu s-sejbiet stipulati fir-Regoalment li jimponi dazju ekwivalenti provviżorju (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2010) (4), l-ammonti ta' dazju ta' anti-dumping proposti, espressi fuq il-prezz tal-CIF fuq il-fruntieri tal-Unjoni, bid-dazju tad-dwana mhux imħallas, huma provviżorjament kif ġej:

Pajjiż

Marġni ta’ sussidju totali

li minnu Sussidju tal-Esportazzjoni

Marġini tad-dumping

Marġni ta' ħsara (fuq bażi ta' kull tliet xhur)

Dazju provizorju ta' CV

Dazju provizorju ta' AD

 

 

 

 

 

%

Ammont

(EUR/t)

%

Ammont

(EUR/t)

L-Iran

53  %

2  %

28,6  %

17,0  %

17,0  %

142,97

0  %

0

L-EAM

5,1 %

0 %

6,6 %

18,5 %

5,1 %

42,34

6,6 %

54,80

7.3.   Dispożizzjoni Finali

(158)

Fl-interess tal-amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati, li għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ ftuħ, jistgħu jagħmlu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub jew jitolbu smigħ. Barra minn hekk, wieħed għandu jgħid li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jerġgħu jitqiesu għall-finijiet ta’ kull miżura definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan qiegħed jiġi impost dazju ta' anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate li għandu n-numru tal-viskożità ta' 78 ml/g jew iktar skont l-ISO Standard 1628-5, u li bħalissa jaqa' taħt il-Kodiċi NM 3907 60 20 u li joriġina fl-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda.

2.   Ir-rata tad-dazju provviżorju ta' anti-dumping għall-prezz nett, fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Rata ta' dazju anti-dumping (EUR/tunnellata)

L-Iran: il-kumpaniji kollha

0

L-Emirati Għarab Magħquda: il-kumpaniji kollha

54,80

3.   Fil-każijiet fejn l-oġġetti tkun saritilhom xi ħsara qabel ma jitqiegħdu fis-suq u, allura, il-prezz tassew imħallas jew li jkun irid jitħallas jinħadem skont kif jistabbilixxi l-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5), l-ammont tad-dazju tal-anti-dumping, ikkalkulat skont l-ammonti stipulati hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi mal-ħdim tal-prezz tassew imħallas jew li jkun irid jitħallas.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 208, 3.9.2009, p. 12.

(3)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(4)  Ara paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 473/2010

tal-31 ta’ Mejju 2010

li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Tnedija

(1)

Fit-3 ta’ Settembru 2009 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“avviż ta’ tnedija”), it-tnedija ta’ proċedura kontra s-sussidji dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate (“PET”) li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (“il-pajjiżi kkonċernati”).

(2)

Fl-istess jum, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), it-tnedija ta’ proċedura kontra s-sussidji dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u bdiet investigazzjoni separata (“proċedura AD”).

(3)

Il-proċedura kontra s-sussidji tnediet wara li tressaq ilment fl-20 ta’ Lulju 2009 mill-Kumitat għall-Polyethylene Terephthalate tal-assoċjazzjoni Plastics Europe (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu polyethylene terephthalate. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ sussidjar tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tiġi ġġustifikata t-tnedija ta’ proċedura kontra s-sussidji.

(4)

Qabel it-tnedija tal-proċedura u skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvernijiet tal-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (“EGħM”) li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li importazzjonijiet sussidjati ta’ PET li joriġinaw mill-Iran, il-Pakistan u l-EgħM kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-Gvernijiet rispettivi ġew mistiedna għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tal-ilment u li jaslu għal soluzzjoni bi qbil reċiproku. Il-Gvernijiet kollha laqgħu l-offerta għall-konsultazzjonijiet u għaldaqstant il-konsultazzjonijiet bdew. Matul il-konsultazzjonijiet, ma setgħet tinstab l-ebda soluzzjoni bi qbil reċiproku. Madankollu, tqiesu l-kummenti magħmula mill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati fir-rigward tal-allegazzjonijiet li jinsabu fl-ilment rigward in-nuqqas ta’ kumpens tal-iskemi. Matul il-konsultazzjonijiet jew warajhom, waslu sottomissjonijiet mill-gvernijiet tal-Pakistan u l-EGħM.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(5)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-produtturi kwerelanti, produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, importaturi/kummerċjanti u utenti magħrufa li huma kkonċernati, produtturi esportaturi u rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati, dwar it-tnedija tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ tnedija.

(6)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

(7)

Fid-dawl tan-numru kbir ta’ produtturi u importaturi tal-Unjoni, l-użu ta’ metodi tat-teħid ta’ kampjuni għall-investigazzjoni ta’ ħsara kien previst skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni u, jekk hu hekk, biex jingħażel kampjun, il-produtturi u l-importaturi kollha tal-Unjoni ntalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ tnedija, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-prodott li ġie investigat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009).

(8)

Erbatax-il produttur tal-Unjoni ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tat-tagħrif li ntbagħat mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ ħames produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 65 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni li kkooperaw.

(9)

Tmien importaturi ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tat-tagħrif li ntbagħat mill-importaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ importaturi li jirrappreżentaw 83 % tal-importazzjonijiet mill-importaturi kollha li kkooperaw u 48 % tal-importazzjoni kollha mill-EGħM, l-Iran u l-Pakistan.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, lill-produtturi esportaturi, lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-importaturi inklużi fil-kampjun u lill-utenti u l-fornituri kollha magħrufa li huma kkonċernati kif ukoll lil dawk li ppreżentaw lilhom infushom fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-avviż ta’ tnedija.

(11)

Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, produttur esportatur wieħed fl-Iran u l-kummerċjant relatat tiegħu, produttur esportatur wieħed fil-Pakistan u produttur esportatur wieħed fl-Emirati Għarab Magħquda, ħames produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, għaxar utenti fl-Unjoni, tliet fornituri ta’ materja prima. Barra minn dan, seba’ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ipprovdew id-dejta ġenerali mitluba għall-analiżi tal-ħsara.

(12)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ biex jiġu determinati s-sussidjar, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni.

(13)

Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-uffiċċji tal-awtoritajiet tal-Istat li ġejjin:

 

Il-Gvern tal-Iran

Il-Ministeru tal-Kummerċ Iranjan, l-Uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Kummerċ, Teheran, l-Iran;

L-Uffiċċju Doganali Iranjan, Bandar Imam Khomeini, l-Iran;

 

Il-Gvern tal-Emirati Għarab Magħquda

Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Industrija tal-Emirati Għarab Magħquda, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda;

RAK Investment Authority, il-Gvern ta’ Ras Al Khaimah, Ras Al Khaimah, l-Emirati Għarab Magħquda;

(14)

Iż-żjarat ta’ verifika saru wkoll fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Il-produtturi tal-Unjoni

Novapet SA, Spanja

Equipolymers Srl, l-Italja

UAB Orion Global PET (Indorama), il-Litwanja

UAB Neo Group, il-Litwanja

 

Il-produttur esportatur fl-Iran

Shahid Tondguyan Petrochemical Co. (STPC) u l-kumpaniji relatati tagħha, Bandar Imam Khomeini u Teheran;

 

Produtturi esportaturi fil-Pakistan

Novatex Limited, Karachi

 

Produttur esportatur fl-Emirati Għarab Magħquda

JBF RAK LLC, Ras Al Khaimah

1.3.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(15)

L-investigazzjoni tas-sussidjar u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(16)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-polyethylene terephthalate li skont l-ISO Standard 1628-5, għandu numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew iktar, li joriġina fl-Iran, il-Pakistan u l-EGħM (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa hu klassifikat taħt il-kodiċi NM 3907 60 20.

(17)

Il-PET huwa prodott kimiku li normalment jintuża fl-industrija tal-plastik, għall-produzzjoni tal-fliexken u folji. Billi dan il-grad ta’ PET huwa prodott omoġenju, ma kienx suddiviż f’aktar tipi ta’ prodott differenti.

2.2.   Il-prodott simili

(18)

Mill-investigazzjoni ħareġ li l-PET prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, u l-PET prodott u mibjugħ fis-swieq domestiċi tal-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u esportat lejn l-Unjoni, għandhom essenzjalment l-istess karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bażiċi u l-istess użu bażiku. Għalhekk, dawn jitqiesu provviżorjament li jixxiebħu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

3.   SUSSIDJAR

3.1.   L-iran

3.1.1.   Introduzzjoni

(19)

Fuq il-bażi tat-tagħrif li jinsab fl-ilment u tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji minn awtorità tal-Gvern, ġew investigati:

(I)

Miżuri marbuta ma’ Żoni Ekonomiċi Speċjali (“SEZs”) – Petrochemical SEZ

(II)

Iffinanzjar min-National Petrochemical Company lill-produttur esportatur tal-PET

3.1.2.   Skemi Speċifiċi

I.    Miżuri marbuta ma’ Żoni Ekonomiċi Speċjali (SEZs) – Petrochemical SEZ

(20)

Skont id-dispożizzjonijiet legali, kumpanija stabbilita f’SEZ tibbenefika mill-importazzjoni mingħajr dazju ta’ materjal produttiv b’kundizzjoni li jintuża fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ prodott għal esportazzjonijiet sussegwenti. Matul il-verifika, instab ukoll li l-kumpaniji fl-SEZs jibbenefikaw ukoll mill-importazzjoni mingħajr dazju ta’ prodotti kapitali.

(a)   Bażi Ġuridika

(21)

Id-deskrizzjoni legali sħiħa tal-iskema tal-SEZs bħalissa tinsab stabbilita fil-liġijiet u r-regolamenti li ġejjin: Il-Liġi Nru 257/184168 dwar “it-Twaqqif u l-Immaniġġjar taż-Żoni Ekonomiċi Speċjali fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran”, tad-19 ta’ Mejju 2005; L-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 138 tal-Att Kostituzzjonali tas-Segretarjat tal-Kunsill Għoli taż-Żoni Industrijali ta’ Kummerċ Ħieles, tas-27 ta’ Mejju 2007; Il-Liġi Sekondarja Eżekuttiva għat-Twaqqif u l-Immaniġġjar taż-Żoni Ekonomiċi Speċjali tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran; L-Approvazzjoni tal-Bord tal-Ministri tad-29 ta’ April 2006.

(22)

L-SEZ Petrokimika twaqqfet fit-30 ta’ April 1997 (sena 1376 skont il-kalendarju Persjan) permezz tal-Att Nru 58548, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 15275 fil-25 ta’ Mejju 1997.

(b)   Eliġibbiltà

(23)

Ma nstabet l-ebda regola speċifika dwar l-eliġibbiltà fis-sett tal-Atti Leġiżlattivi/Amministrattivi pprovduti mill-Gvern Iranjan matul l-investigazzjoni. Il-bini tal-fabbrika tal-uniku produttur esportatur Iranjan li kkoopera jinsab stabbilit fl-SEZ Petrokimika ta’ Mahshahr, Bandar Imam Khomeini. Skont it-tagħrif ikkomunikat mill-awtoritajiet Iranjani, din iż-żona hija l-unika SEZ Petrokimika fl-Iran.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(24)

Kull SEZ titqies li tinsab barra mit-territorju Doganali tal-pajjiż. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet kollha huma eżenti mid-dazji bil-kundizzjoni li l-materjali produttivi importati jintużaw biex jipproduċu l-prodott finali maħsub għall-esportazzjoni.

(25)

Sabiex jiġi mmonitorjat l-ammont ta’ materja prima importata mingħajr dazju ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott finali maħsub għall-esportazzjoni, l-Uffiċċji doganali jirreġistraw kemm il-konċessjoni ta’ importazzjoni kif ukoll l-obbligu ta’ esportazzjoni fil-waqt tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fuq il-bażi ta’ normi input-output standard speċifikati f’ċertifikat bit-titlu “Permess ta’ Produzzjoni” rilaxxat mill-Ministru tas-Saħħa, id-Dipartiment Ġenerali u li hu validu għal ħames snin. Għal kull tranżazzjoni l-Uffiċċji doganali jirrilaxxaw fuq talba numru ta’ kodiċi (B-Jack) li l-kumpanija teħtieġ għall-approvazzjoni doganali tal-merkanzija.

(26)

Barra minn hekk, il-kumpanija tipprovdi perjodikament lill-awtorità rilevanti, l-esportazzjonijiet u l-bejgħ domestiku li beħsiebha twettaq fis-sena ta’ wara. Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli msemmi qabel, l-Uffiċċji doganali jivverifikaw li l-benefiċċji li minnhom gawdiet il-kumpanija ġew applikati b’mod korrett.

(27)

Fir-rigward tal-bejgħ domestiku, jiġifieri l-bejgħ mill-SEZ lejn il-bqija tat-territorju, se jiġi impost dazju doganali fuq il-parti tal-materjali produttivi importati mingħajr dazju u inkorporati fil-prodott finali skont in-normi input-output standard.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(28)

Matul iż-żjara ta’ verifika, instab li ma kien hemm l-ebda kriterju konkret, statutarju u disponibbli għall-pubbliku li jirregola d-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzanti dwar liema kumpaniji huma awtorizzati li jistabbilixxu ruħhom fl-SEZ Petrokimika. Kumpanija li tixtieq tistabbilixxi ruħha f’dik iż-żona trid tippreżenta applikazzjoni lill-awtorità rilevanti iżda ma hemmx linji gwida disponibbli biex juru fuq liema bażi t-talba tista’ tintlaqa’ jew tiġi miċħuda. Barra minn hekk, l-Att li jistabbilixxi l-SEZ Petrokimika jafda f’idejn in-National Petrochemical Company (“NPC”) (azzjonista tal-uniku produttur esportatur li kkoopera) it-tmexxija u l-organizzazzjoni ta’ din iż-żona għall-għan ta’ attivitajiet petrokimiċi.

(29)

Instabu diskrepanzi u difetti fis-sistema. L-awtoritajiet Iranjani ma stabbilixxewx sistema ta’ verifika korretta biex timmonitorja l-ammont ta’ materja prima importata mingħajr dazju u kkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott finali maħsub għall-esportazzjoni. L-STPC, l-uniku produttur li kkoopera fl-Iran, ma rrapportax il-produzzjoni effettiva miksuba mill-materja prima u l-ebda sistema ta’ verifika ma ġiet applikata fil-prattika mill-NPC sabiex tikkonferma li l-materjali produttivi li għalihom ingħatat l-eżenzjoni mid-dazju, huma kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u l-ammonti tagħhom. In-normi input-output standard huma proporzjonijiet ta’ produzzjoni proposti mill-kumpanija u aċċettati mill-Gvern, li ġejjin mill-istandard applikat fl-Industrija Petrokimika.

(30)

L-uniku produttur esportatur li kkoopera bbenefika mill-iskema ta’ hawn fuq kif ukoll mill-importazzjoni mingħajr dazju tal-prodotti kapitali.

(e)   Konklużjoni

(31)

Meta jitqies dak kollu li ntqal hawn fuq, l-importazzjoni ta’ materjali produttivi mingħajr dazju fl-SEZ trid titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gvern Iranjan li tat benefiċċju lill-esportatur investigat.

(32)

Barra minn hekk, l-iskema hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġiżlazzjoni, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal din iż-żona lil ċerti impriżi li jappartjenu lis-settur petrokimiku ta’ produzzjoni.

(33)

Barra minn hekk, l-iskema tiddependi fil-liġi mill-andament tal-esportazzjonijiet, u għalhekk titqies li hi speċifika u kumpensatorja skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn għall-esportazzjoni, kumpanija ma tkunx tista’ tikseb benefiċċji skont din l-iskema.

(34)

Din l-iskema ma tistax titqies sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju jew sistema alternattiva għall-ħlas lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, b’mod partikolari l-punt (i), l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku.

(35)

Speċifikament, il-Gvern Iranjan ma għandu l-ebda sistema jew proċedura ta’ verifika fis-seħħ biex jikkonferma jekk ġewx ikkunsmati materjali produttivi fil-produzzjoni tal-prodott esportat, u f’liema kwantità (skont l-Anness II, il-parti (II), il-punt (4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ tal-iskemi alternattivi għall-ħlas lura, l-Anness III, il-parti (II), il-punt (2) tar-Regolament bażiku). In-norms input-output standard infushom ma jistgħux jitqiesu standards speċifiċi għall-kumpanija u lanqas sistema ta’ verifika tal-konsum effettiv. Dan it-tip ta’ proċess ma jippermettix lill-Gvern li jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti liema ammonti ta’ materjali produttivi ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni u ma’ liema punt ta’ riferiment tan-normi input-output standard għandhom jitqabblu. Barra minn hekk, il-Gvern ma wettaqx kontroll effettiv imsejjes fuq reġistru tal-konsum effettiv miżmum b’mod korrett. Fil-fatt, il-Gvern tal-Iran ma wettaqx eżami ulterjuri, imsejjes fuq il-materjali produttivi effettivi involuti, għalkemm dan normalment ikun irid jitwettaq fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (skont l-Anness II, il-parti (II), il-punt (5) u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-ħlas lura, l-Anness III, il-parti (II), il-punt (3) tar-Regolament bażiku).

(36)

Barra minn hekk, il-benefiċċju miksub mid-dazju mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali jitqies ukoll bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gvern Iranjan favur l-esportatur investigat. Barra minn hekk, l-iskema tiddependi fil-liġi mill-andament tal-esportazzjonijiet, u għalhekk titqies li hi speċifika u kumpensatorja skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn għall-esportazzjoni, kumpanija ma tista’ tikseb l-ebda benefiċċju taħt din l-iskema.

(37)

Din ma tistax titqies sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju billi tikkonċerna prodotti kapitali li mhumiex ikkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni u għalhekk, mhumiex koperti mill-ambitu tas-sistemi awtorizzati għall-ħlas lura tad-dazju stabbiliti fl-Anness I, il-punt (i) tar-Regolament bażiku.

(38)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, is-sussidji kkonċernati jitqiesu bħala kumpensatorji.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(39)

Fin-nuqqas ta’ sistemi awtorizzati għall-ħlas lura tad-dazju jew sistemi alternattivi għall-ħlas lura, il-benefiċċju jikkonsisti f’remissjoni tat-total ta’ dazji tal-importazzjoni normalment dovuti mal-importazzjoni tal-materjali produttivi. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-kumpens tar-remissjoni “żejda” tad-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I, il-punt (i) tar-Regolament bażiku, tista’ tkun ikkumpensata biss remissjoni żejda tad-dazji, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti fil-każ preżenti. Għaldaqstant, jekk ikun stabbilit nuqqas ta’ proċess ta’ monitoraġġ xieraq, l-eċċezzjoni ta’ hawn fuq għal skemi ta’ ħlas lura mhijiex applikabbli u tapplika r-regola normali ta’ kumpens tal-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul mhux miġbur), minflok kull remissjoni żejda intenzjonata.

(40)

L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur fir-rigward tal-importazzjoni mingħajr dazju ta’ materjali produttivi ġie kkalkolat fuq il-bażi tad-dazji ta’ importazzjoni mhux miġbura (dazju doganali bażiku) fuq il-materjal importat għall-prodott ikkonċernat matul il-PI (nominatur). Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ġġenerat mill-prodott ikkonċernat matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(41)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 1,13 %.

(42)

Barra minn hekk, il-benefiċċju miksub mid-dazju doganali mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali ma jistax jitqies bħala sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju billi jikkonċerna prodotti kapitali li mhumiex ikkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni. L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali, mifrux fuq perjodu ta’ 15-il sena li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament minimu li nstab fit-tliet pajjiżi kollha involuti fl-investigazzjoni attwali b’rabta mal-industrija kkonċernata. Skont il-prassi stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li jista’ jiġi attribwit għall-PI, ġie aġġustat permezz taż-żieda tal-imgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata tal-imgħax kummerċjali matul il-PI fl-Iran tqieset xierqa għal dan il-għan.

(43)

Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (bħala nominatur) ġie allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 0,93 %.

(44)

Ir-rata tas-sussidju totali stabbilita fir-rigward tal-miżuri ta’ hawn fuq matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 2,06 %.

II.    Iffinanzjar min-National Petrochemical Company lill-produttur esportatur tal-PET

(45)

Din l-iskema tikkonsisti fi trasferiment dirett ta’ fondi li ma jistgħux jitħallsu lura, min-NPC lill-uniku produttur esportatur Iranjan li kkoopera.

(a)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(46)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-NPC hi l-unika azzjonista tal-STPC, u tippossiedi 75 % tal-ishma tagħha. L-azzjonisti l-oħra huma l-Petroleum Ministry Retirement & Welfare Fund, li tippossiedi 15 % tal-ishma u l-Justice Shares Broker Co., li tippossiedi 10 % tal-ishma. Ġie stabbilit matul iż-żjara ta’ verifika li l-NPC ffinanzjat parti sostanzjali tal-ispiża kapitali tal-STPC u tal-kapital tagħha li jiċċirkola kif ukoll il-pagamenti tas-self bankarju tal-STPC matul l-iskadenza tagħhom. Għaldaqstant, kif jidher ċar fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Verifikati għas-sena finanzjarja li tkopri l-PI, il-kontinwazzjoni tal-attività tal-produttur esportatur li kkoopera tiddependi fuq is-sostenn finanzjarju tal-azzjonist ewlieni li hu kollu fil-pussess tal-Kumpanija Nazzjonali Iranjana taż-Żejt, li tappartjeni lill-Ministeru Iranjan għaż-Żejt.

(47)

Barra minn hekk, l-injezzjonijiet ta’ likwidità għall-STPC mhumiex irrapportati bħala self mogħti fil-kontijiet tal-kumpanija.

(48)

Id-dejn tal-STPC fil-konfront tal-NPC, kif ġie ddikjarat b’mod ċar fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Verifikati tal-STPC li jibqgħu validi sal-20 ta’ Marzu 2009, jammonta għal 51 % tal-assi totali tagħha. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-Artikolu 141 tal-Abbozz ta’ Liġi Iranjan li Jemenda l-Kodiċi Kummerċjali jirrikjedi li l-azzjonist jiddeċiedi dwar ix-xoljiment jew il-kontinwazzjoni tal-kumpanija kull meta kwalunkwe kumpanija tkun trid talloka mill-inqas nofs il-kapital tagħha biex tkopri t-telf li jkun sar.

(49)

Sa issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni mill-NPC, bħala azzjonista ewlenija tal-STPC, sabiex jiżdied il-kapital tal-STPC biex il-qagħda finanzjarja terġa’ tqum fuq saqajha, għalkemm fil-Laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tal-STPC tat-3 ta’ Ġunju 2009 ġie deċiż li l-qagħda tad-dejn tal-kumpanija lill-NPC għandha tiġi ċċarata.

(50)

L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li t-trasferiment ta’ fondi deskritt hawn fuq hija prassi rikorrenti li ilha ssir għal għadd ta’ snin. Tabilħaqq, id-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Verifikati rilevanti jiżvelaw li l-fondi li ma jistgħux jitħallsu lura ġew akkumulati sa mill-bidu tal-attività tal-kumpanija, kif ġie ċċertifikat fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Verifikati sa mis-sena finanzjarja 2004.

(b)   Konklużjoni

(51)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, dan is-sostenn finanzjarju mill-NPC jista’ jitqies bħala sussidju billi huwa prassi tal-gvern li tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, jiġifieri trasferiment dirett tal-fondi fil-forma ta’ flussi ta’ kapital li jiċċirkola u għotjiet biex ikopru l-ħlas lura tas-self. Barra minn hekk, il-fatt li l-fondi li ma jistgħux jitħallsu lura ilhom jiġu akkumulati mill-inqas sa mill-2004 jikkonferma li dan huwa sussidju rikorrenti, li l-għan tiegħu hu li jżomm l-attività tal-uniku prodottur esportatur Iranjan li kkoopera.

(52)

Barra minn hekk, l-NPC għandha titqies entità pubblika fuq il-bażi tal-fatturi li ġejjin: 1) Proprjetà tal-gvern: L-NPC hija proprjetà 100 % tal-istat, sussidjarja tal-Kumpanija Nazzjonali Iranjana taż-Żejt li hi kollha kemm hi proprjetà tal-Ministeru għaż-Żejt; 2) L-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-NPC ġew approvati permezz ta’ proċedura leġiżlattiva; 3) L-Assemblea ġenerali tar-Rappreżentanti tal-Azzjonisti hi magħmula minn sitt Ministri inkluż il-Prim Ministru, u tnejn mid-diretturi tal-Kumpanija Nazzjonali Iranjana taż-Żejt, maħtura mill-President tal-Bord tad-Diretturi u mid-Direttur Maniġerjali tal-Kumpanija Nazzjonali Iranjana taż-Żejt. Fi kliem ieħor, il-gvern jeżerċita kontroll totali fuq l-NPC; 4) L-NPC hi responsabbli mill-iżvilupp u t-tħaddim tas-settur petrokimiku tal-pajjiż u għal din ir-raġuni ngħatat il-kariga li tmexxi ż-Żona Ekonomika Speċjali Petrokimika.

(53)

Fir-rigward tal-eżistenza ta’ benefiċċju mogħti lill-kumpanija benefiċjarja, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-STPC, kif hi magħmula bħalissa, ma setgħetx tkompli topera mingħajr is-sostenn finanzjarju tal-NPC. Din il-prassi mhijiex konsistenti mal-prassi normali ta’ investiment tal-investituri privati billi l-ebda organizzazzjoni kummerċjali ma kienet se tkompli tinjetta dawn il-fondi li ma jistgħux jitħallsu lura.

(54)

Dan l-intervent ta’ finanzjament tal-NPC hu speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-awtorità awtorizzanti tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal dak is-sussidju lill-STPC biss, b’konformità mal-politika tagħha ta’ żvilupp tas-Settur Petrokimiku.

(55)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(56)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju jitqies li hu l-ammont totali ta’ fondi li ma jistgħux jitħallsu lura, kif irrapportat mill-produttur esportatur li kkoopera fil-kontijiet tiegħu. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-bażi tal-fatturat totali tal-kumpanija b’rabta mal-bejgħ matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(57)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-uniku produttur esportatur li kkoopera tammonta għal 51,02 %.

3.1.3.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

(58)

L-ammont provviżorju ta’ sussidji kumpensatorji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-uniku produttur esportatur Iranjan li kkoopera hu ta’ 53,08 %.

3.2.   Il-pakistan

(59)

Fuq il-bażi tat-tagħrif li jinsab fl-ilment u tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji minn awtorità tal-Gvern, ġew investigati:

(I)

Skema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali

(II)

Importazzjonijiet ta’ impjanti, makkinarju u tagħmir taħt l-iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali

(III)

Protezzjoni tariffarja fuq xiri ta’ PTA fis-suq domestiku

(IV)

Reġim ta’ Taxxa Finali (FTR)

(V)

Sistema ta’ Finanzjament tal-Esportazzjonijiet b’Rata Fissa fuq Medda Twila ta’ Żmien (LTF-EOP)

(VI)

Skema ta’ Finanzjament tal-Esportazzjonijiet mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan (EFS)

(VII)

Finanzjament skont iċ-Ċirkulari F.E. Nru 25 tal-Bank Nazzjonali tal-Pakistan

3.2.1.   Skemi Speċifiċi

I.    Skema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali

(60)

Din l-iskema tippermetti l-importazzjoni ta’ materjal produttiv mingħajr dazju b’kundizzjoni li jintuża għal esportazzjonijiet sussegwenti.

(a)   Bażi Ġuridika

(61)

L-iskema hi msejsa fuq l-Att Doganali tal-1969, kif emendat fit-30 ta’ Ġunju 2008. It-taqsima 219 (Kapitolu XX) ta’ dan l-Att Doganali tawtorizza lill-Bord Ċentrali tad-Dħul li joħroġ Notifiki dwar il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Għaldaqstant, il-Kapitolu XV tar-Regoli Doganali tal-2001 (SRO 450(I)/2001, ippubblikat fit-18 ta’ Ġunju 2001) jipprovdi regolamentazzjoni dettaljata għall-eżenzjoni mid-dazju ta’ prodotti importati fil-maħżen tal-manifattura taħt kontroll doganali.

(b)   Eliġibbiltà

(62)

Sabiex wieħed jibbenefika mill-Iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali, jeħtieġ li tinkiseb liċenzja maħruġa mis-Servizz Doganali kompetenti (Customs Collectorate) lil kull persuna jew ditta li tapplika, kif deskritt fl-Artikolu 343 tar-Regoli Doganali tal-2001, il-Kapitolu XV.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(63)

Fil-waqt tal-importazzjoni ta’ materjali produttivi, il-kumpanija li tipproduċi trid issemmi n-numru SRO 450/(I)/2001 fuq il-formola ta’ dikjarazzjoni Doganali, jiġfieri d-“Dikjarazzjoni tal-Merkanzija”. Madankollu, Garanzija ta’ Indennizz u ċekkijiet postdatati fl-ammont tad-dazju doganali u tat-taxxa fuq il-bejgħ huma depożitati mad-Dipartiment Doganali u jibqgħu validi għal perjodu ta’ tliet snin. Din il-garanzija hi rilaxxata mid-Dwana meta l-kumpanija tipprovdi evidenza tal-esportazzjoni tal-prodotti finali.

(64)

Il-prodotti finali manifatturati minn materjali produttivi importati jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Manifattura taħt Kontroll Doganali u l-materja prima hi aġġustata skont il-proporzjonijiet tal-materjali produttivi ċċertifikati fiċ-Ċertifikat ta’ Analiżi. Dan iċ-ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment Doganali jiddikjara l-proporzjonijiet input-output tal-materja prima kollha għall-manifattura, 1 000 kg tal-prodott ikkonċernat. Dawn il-proporzjonijiet input-output huma proposti mill-kumpanija u aċċettati mill-Gvern, u ġejjin mill-istandard applikat fl-Industrija kkonċernata.

(65)

Fil-waqt tal-esportazzjoni, jiġi indikat fuq id-Dikjarazzjoni Doganali tal-Merkanzija li l-esportazzjonijiet ġejjin mill-Imħażen taħt Kontroll Doganali u jiġi mehmuż dokument li jindika l-konsum ta’ materjali produttivi użati fil-manifattura tal-prodotti finali għall-esportazzjoni, mad-Dikjarazzjoni Doganali tal-Merkanzija. Wara li jiġu eżaminati l-aspetti kollha tad-Dikjarazzjoni tal-Merkanzija, l-uffiċjal Doganali kkonċernat jawtorizza l-esportazzjoni tal-prodotti finali.

(66)

Meta l-importazzjonijiet tal-materjali produttivi jiġu kkunsmati b’konformità mal-esportazzjoni rispettiva tal-prodotti finali fir-Reġistru tal-Manifattura taħt Kontroll Doganali, il-kumpanija tippreżenta ittra lid-Dipartiment Doganali flimkien ma’ kopja tad-Dikjarazzjoni tal-Importazzjoni tal-Merkanzija u l-Poloz tat-Tagħbija marbuta mal-esportazzjoni flimkien ma’ taqsira/rikonċiljazzjoni li turi l-konsum ta’ materja prima u l-esportazzjoni tagħha fil-forma ta’ prodotti finali skont l-iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali. Għaldaqstant, l-uffiċjal Doganali joħroġ il-Garanzija ta’ Indennizz u ċ-ċekkijiet postdatati ddepożitati fil-waqt tal-importazzjoni tal-materjali produttivi.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(67)

L-uniku produttur esportatur li kkoopera kiseb benefiċċji skont l-iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali.

(68)

Iż-żjara ta’ verifika stabbilixxiet li, fil-prattika, l-awtoritajiet Pakistani ma applikawx sistema ta’ verifika korretta biex timmonitorja l-ammont ta’ materja prima importata mingħajr dazju u kkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott finali maħsub għall-esportazzjoni. Instabu diskrepanzi u difetti serji fis-sistema meta mqabbla mas-sistema ta’ ħlas lura stabbilita fid-dispożizzjonijiet legali (il-Kapitolu XV tar-Regoli Doganali tal-2001).

(69)

Fil-maħżen taħt kontroll doganali, iż-żona ta’ manifattura u l-imħażen separati tal-prodotti finali, prodotti mwarrba u skart, ma ġewx identifikati b’mod ċar fl-istabbilimenti. Il-materja prima importata mingħajr dazju biss ġiet separata mill-oġġetti produttivi miksuba lokalment. L-istabbilimenti tal-maħżen, jiġifieri il-maħżen taħt kontroll doganali u l-maħżen ta’ manifattura taħt kontroll doganali, ma kinux jinsabu f’żona indipendenti bi dħul jew ħruġ indipendenti minn żona pubblika u mingħajr ebda dħul jew ħruġ ieħor, kif previst fl-Artikolu 349 tal-Kapitolu XV imsemmi hawn fuq.

(70)

Ir-reġistru rilevanti tal-oġġetti produttivi li waslu, ġew immanifatturati u esportati ma nżammx fuq il-bażi tal-konsum effettiv. Il-konsum teoretiku biss ġie rreġistrat, skont Ċertifikat ta’ Analiżi, bil-proporzjonijiet input-output tal-materja prima kollha għall-produzzjoni ta’ 1 000 kg ta’ prodotti finali. Dawn in-normi input-output huma stabbiliti mill-awtoritajiet u jiġu riveduti perjodikament iżda ma hemm l-ebda regola ċara u l-ebda evidenza ta’ kif jitwettqu dawn ir-reviżjonijiet.

(71)

Barra minn hekk, il-Gvern tal-Pakistan ma implimenta l-ebda sistema ta’ verifika effettiva fil-prattika. L-awtoritajiet iddikjaraw li huma jwettqu verifiki fuq id-dokumentazzjoni miżmuma mill-kumpaniji iżda dan isir billi josservaw dak li l-kumpaniji jirrapportaw għal kull proporzjon input-output standard u mhux il-kwantità effettiva li ġiet prodotta.

(72)

L-awtoritajiet iddikjaraw li ċ-Ċertifikat ta’ Analiżi tal-PET rilevanti għall-uniku produttur esportatur li kkoopera ġie rievedut mill-2002 (meta ħareġ l-ewwel Ċertifikat ta’ Analiżi) sal-PI. B’sostenn għal din id-dikjarazzjoni, l-awtoritajiet ipprovdew kopja ta’ reviżjoni waħda li saret fl-2004. Madankollu, għalkemm din ir-reviżjoni rriżultat f’restrizzjoni fuq l-ammont ta’ materja prima awtorizzata għall-importazzjoni mingħajr dazju, ma twettaq l-ebda kontroll tal-investigazzjoni fuq remissjoni żejda rigward id-dazji mhux miġbura. Minn dakinhar li sar l-aġġustament taċ-Ċertifikat ta’ Analiżi ’l quddiem, il-produttur esportatur li kkoopera sempliċiment aġġusta r-reġistrazzjoni tal-kwantitajiet tiegħu fir-Reġistru ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali skont il-produzzjoni prevista fiċ-Ċertifikat ta’ Analiżi. Sa mill-2004, minkejja l-evidenza ċara li l-proċess ta’ produzzjoni jista’ jwassal għall-produzzjoni superjuri ta’ materja prima (u għalhekk għal remissjoni żejda ta’ dazji), ma twettqet l-ebda reviżjoni taċ-Ċertifikat ta’ Analiżi u l-ebda investigazzjoni dwar il-konsum effettiv ta’ materja prima użata mill-produttur esportatur li kkoopera.

(e)   Konklużjoni

(73)

Meta jitqies dak kollu li ntqal hawn fuq, l-Iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali trid titiqes bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jibbenefika lill-kumpanija benefiċjarja.

(74)

Barra minn hekk, din l-iskema ta’ sussidju tista’ titqies speċifika, billi hi pprovduta lil kumpaniji li jimmanifatturaw prodotti li jridu jgħaddu mid-dwana u jesportaw il-merkanzija; għaldaqstant, din tiddependi fil-liġi mill-andament tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(75)

Barra minn hekk, din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju jew sistema alternattiva għall-ħlas lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I, b’mod partikolari l-punt (i), l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku.

(76)

Speċifikament, il-Gvern tal-Pakistan ma applikax b’mod effettiv is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tiegħu biex jikkonferma jekk ġewx ikkunsmati materjali produttivi fil-produzzjoni tal-prodott esportat, u f’liema kwantità (skont l-Anness II, il-parti (II), il-punt (4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ tal-iskemi alternattivi għall-ħlas lura, l-Anness III, il-parti (II), il-punt (2) tar-Regolament bażiku). Il-proporzjonijiet input-output ma jistgħux jitqiesu standards speċifiċi għall-kumpanija u lanqas sistema ta’ verifika tal-konsum effettiv. Dan it-tip ta’ proċess ma jippermettix lill-Gvern li jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti liema ammonti ta’ materjali produttivi ġew ikkunsmati fil-produzzjoni maħsuba għall-esportazzjoni. Barra minn hekk, ma sarx kontroll effettiv mill-Gvern imsejjes fuq reġistru tal-konsum miżmum b’mod korrett. Barra minn hekk, il-Gvern tal-Pakistan ma għamilx eżami ulterjuri msejjes fuq il-materjali produttivi effettivament involuti, għalkemm dan normalment ikollu jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II, parti (II), punt (5) u l-Anness III, parti (II), punt (3) tar-Regolament bażiku).

(77)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(78)

Fin-nuqqas ta’ sistemi awtorizzati għall-ħlas lura tad-dazju jew sistemi alternattivi għall-ħlas lura, il-benefiċċju jikkonsisti f’remissjoni tat-total ta’ dazji tal-importazzjoni normalment dovuti mal-importazzjoni tal-materjali produttivi. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-kumpens tar-remissjoni “żejda” tad-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I, il-punt (i) tar-Regolament bażiku, tista’ tkun ikkumpensata biss remissjoni żejda tad-dazji, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti fil-każ preżenti. Għaldaqstant, jekk ikun stabbilit nuqqas ta’ proċess ta’ monitoraġġ xieraq, l-eċċezzjoni ta’ hawn fuq għal skemi ta’ ħlas lura mhijiex applikabbli u tapplika r-regola normali ta’ kumpens tal-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul mhux miġbur), minflok kull remissjoni żejda intenzjonata.

(79)

L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ dazji ta’ importazzjoni mhux miġbura (dazju doganali bażiku) fuq il-materjal importat taħt l-iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali użata għall-prodott ikkonċernat matul il-PI (nominatur). Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ġġenerat mill-prodott ikkonċernat matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(80)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 2,57 %.

II.    Importazzjonijiet ta’ impjanti, makkinarju u tagħmir taħt l-iskema ta’ Manifattura taħt Kontroll Doganali

(81)

Din l-iskema awtorizzat l-importazzjoni mingħajr dazju ta’ impjanti u makkinarju maħsuba għall-Manifattura taħt Kontroll Doganali u importati sat-30 ta’ Ġunju 2004. Il-makkinarju u l-ispare parts mhux manifatturati lokalment kellhom jiġu importati għat-twaqqif ta’ unità ta’ manifattura jew għall-espansjoni, ibbilanċjar, immodernizzar u sostituzzjoni ta’ unitajiet eżistenti taħt kontroll doganali.

(a)   Bażi Ġuridika

(82)

L-iskema hi pprovduta mill-SRO Nru 554(I)/98, tat-12 ta’ Ġunju 1998.

(b)   Eliġibbiltà

(83)

Sabiex jibbenefika minn din l-iskema, l-importatur kellu jiddikjara lill-awtoritajiet Doganali li l-makkinarju ġie installat jew użat kif suppost fl-istabbilimenti taħt kontroll doganali.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(84)

L-importatur fil-waqt tal-importazzjoni, kellu jissodisfa lir-Riċevitur tad-Dwana li l-makkinarju jew l-ispare parts kienu importati għat-twaqqif ta’ unità ta’ manifattura taħt kontroll doganali u jipprovdi garanzija ta’ indennizz ekwivalenti għall-ammont tad-dazju doganali. Il-garanzija ta’ indennizz imsemmija kienet tiġi rilaxxata malli jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat ta’ installazzjoni tal-makkinarju importat.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(85)

Din l-iskema baqgħet tintuża sa Ġunju 2004 u l-uniku produttur esportatur li kkoopera kiseb benefiċċju għall-importazzjoni ta’ parti waħda mill-impjant tiegħu bejn l-2002 u l-2003.

(e)   Konklużjoni

(86)

Meta jitqies dak kollu li ntqal hawn fuq, l-iskema trid titiqes bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jibbenefika lill-kumpanija benefiċjarja.

(87)

Din l-iskema ta’ sussidju tista’ titqies speċifika, billi hi pprovduta lil kumpaniji li jimmanifatturaw prodotti li jridu jgħaddu mid-dwana u jesportaw il-merkanzija; għaldaqstant, din tiddependi fil-liġi mill-andament tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(88)

Barra minn hekk, il-benefiċċju miksub mid-dazju mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali ma jistax jitqies sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju billi jikkonċerna prodotti kapitali li mhumiex ikkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni u għalhekk, mhumiex koperti mill-ambitu tas-sistemi awtorizzati għall-ħlas lura tad-dazju stabbiliti fl-Anness I, il-punt (i) tar-Regolament bażiku.

(89)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(90)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali, mifrux fuq perjodu ta’ 15-il sena li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament minimu li nstab fit-tliet pajjiżi kollha involuti fl-investigazzjoni attwali b’rabta mal-industrija kkonċernata. Skont il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li jista’ jiġi attribwit għall-PI, ġie aġġustat permezz taż-żieda tal-imgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata tal-imgħax kummerċjali matul il-PI fil-Pakistan tqieset xierqa għal dan il-għan.

(91)

Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (bħala numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(92)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 0,01 %.

III.    Protezzjoni tariffarja fuq xiri ta’ PTA fis-suq domestiku

(93)

L-iskema tipprovdi rifużjoni finanazjarja għal xiri domestiku ta’ PTA (il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni ta’ PET) prodott fil-Pakistan għal 7,5 % tal-prezz tal-bejgħ tal-fattura.

(a)   Bażi Ġuridika

(94)

L-iskema hi msejsa fuq l-SRO Nru 1045(I)/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008, emendata bl-SRO Nru 1299(I)/2008 tat-22 ta’ Diċembru 2008, u tippermetti lill-konsumaturi u l-utenti kollha tal-PTA li jiksbu rifużjoni ta’ 7,5 % tax-xiri tagħhom ta’ PTA miksub lokalment.

(b)   Eliġibbiltà

(95)

Din l-iskema hija Sostenn Kumpensatorju għall-utenti jew il-konsumaturi tal-PTA elenkati fl-SRO msemmija qabel u għal kull utent ieħor approvat mill-Ministeru tal-Industrija tat-Tessuti li jsir eliġibbli fil-ġejjieni. Dan is-Sostenn Kumpensatorju hu pprovdut biex ipatti għall-impatt tal-PTA miksub jew importat lokalment permezz tal-Bank Nazzjonali tal-Pakistan. Il-formoli ta’ applikazzjoni biex wieħed jibbenefika mill-iskema jinsabu mehmuża mal-SROs. Barra minn hekk, lista tal-kumpaniji benefiċjarji tal-iskema hi pprovduta direttament fl-SRO Nru 1045(I)/2008.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(96)

Din ir-rifużjoni hi sostenn kumpensatorju/protezzjoni tariffarja għall-industrija tal-poliester u hi mmexxija mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan. Jekk il-PTA jiġi importat, jitħallas dazju għall-importazzjoni ta’ 7,5 %.

(97)

Jekk il-PTA jinxtara mingħand manifattur Pakistani li jipproduċi l-PTA lokalment, jiġi identifikat komponent tal-prezz ta’ 7,5 % fuq il-fattura mibgħuta lix-xerrej mill-produttur domestiku tal-PTA. Għaldaqstant, ix-xerrej jikseb rifużjoni ta’ dawn is-7,5 % fuq talba.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(98)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li fil-prattika l-iskema tipprovdi finanzjament dirett lill-industrija tal-poliester tal-Pakistan. L-SROs huma maħsuba biex jiffavorixxu l-ksib ta’ PTA prodott lokalment. Dan is-sostenn għall-PTA prodott lokalment jitqies bħala finanzjament dirett lix-xerrej. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-uniku produttur esportatur li kkoopera kien elenkat b’mod espliċitu fl-SRO rilevanti bħala benefiċjarju ta’ din l-iskema. Fil-fatt, l-SRO rilevanti semmiet biss tmien kumpaniji fil-Pakistan bħala partijiet li għandhom dritt għal din l-iskema. Għalhekk, il-produttur esportatur li kkoopera kiseb benefiċċji marbuta mas-Sostenn Kumpensatorju għall-PTA.

(e)   Konklużjoni

(99)

Meta jitqies dak kollu li ntqal hawn fuq, din l-iskema titiqes bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għaliex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi li jibbenefikaw b’mod ċar lill-kumpanija benefiċjarja.

(100)

Barra minn hekk, l-iskema hi speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku, billi s-sussidju jiddependi fuq l-użu ta’ merkanzija domestika minflok dik importata.

(101)

Barra minn hekk, dan is-sussidju jista’ jitqies ukoll speċifiku skont it-tifisra tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku, billi l-leġiżlazzjoni nnfisha tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal din l-iskema għal ċerti impriżi li jappartjenu għall-industrija tal-poliester.

(102)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(103)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju jitqies li hu l-ammont totali tar-rifużjoni finanzjarja, kif irrapportat mill-produttur esportatur li kkoopera fil-kontijiet tiegħu.

(104)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-bażi tal-fatturat totali tal-kumpanija b’rabta mal-bejgħ matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(105)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-uniku produttur esportatur li kkoopera tammonta għal 2,38 %.

IV.    Reġim ta’ Taxxa Finali (FTR)

(106)

Taħt din l-iskema, kumpanija tista’ tibbenefika minn reġim ta’ taxxa speċjali fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tiegħu.

(a)   Bażi Ġuridika

(107)

L-iskema hi msejsa fuq it-Taqsimiet 154 u 169 tal-Ordinanza dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-2001 (ITO) u d-Diviżjoni IV tal-Parti III tal-Ewwel Skeda tal-ITO 2001.

(b)   Eliġibbiltà

(108)

Din l-iskema hi sistema ta’ tassazzjoni tad-dħul fuq il-bażi tal-fatturat mill-esportazzjoni u hi aċċessibbli għal kull esportatur fil-mument li jseħħ id-dħul mill-bejgħ tal-merkanzija.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(109)

Taxxa minn ras il-għajn ta’ 1 % titnaqqas minn bank awtorizzat fuq il-valur tat-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni fil-mument li jinġabar id-dħul mill-bejgħ, irrispettivament minn kwalunkwe qligħ tal-kumpanija. Min-naħa l-oħra, id-dħul taxxabbli tal-kumpaniji fuq l-attivitajiet domestiċi tagħhom hu suġġett għal taxxa fuq id-dħul ta’ 35 %.

(110)

Dan it-tnaqqis ta’ taxxa, applikat direttament fuq id-dħul f’munita barranija, għandu jitqies bħala taxxa finali fuq id-dħul li ġej mit-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni. Mhu awtorizzat l-ebda tnaqqis għal infiq marbut mat-twettiq tal-fatturat mill-esportazzjoni.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(111)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li fil-prattika l-iskema tipprovdi trattament tat-taxxa speċjali u favorevoli għall-esportaturi. Għalkemm il-parti tal-ispejjeż marbuta mal-fatturat mill-esportazzjoni ma tistax titnaqqas, ir-rata ta’ taxxa baxxa ta’ 1 % tal-fatturat totali mill-esportazzjoni tirrappreżenta sistema ta’ taxxa vantaġġjuża meta mqabbla mar-reġim ta’ taxxa normali fejn rata ogħla ta’ 35 % tiġi applikata fuq id-dħul normali, sakemm il-qligħ mill-esportazzjonijiet jiġi ntaxxat b’rata aktar baxxa minn dak miksub fuq il-bejgħ domestiku. Il-produttur esportatur li kkoopera kiseb benefiċċji li ġejjin mill-iskema FTR.

(e)   Konklużjoni

(112)

Sa fejn dan ir-reġim ta’ taxxa jirriżulta fi qligħ minħabba l-fatt li l-esportazzjonijiet huma ntaxxati b’rata aktar baxxa mill-bejgħ domestiku, din l-iskema titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jibbenefika lill-kumpanija benefiċjarja.

(113)

Barra minn hekk, dan is-sussidju jista’ jitqies bħala speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku, billi s-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjonijiet.

(114)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(115)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju jitqies bħala l-ammont tat-taxxa totali li trid titħallas skont id-dħul marbut mar-riċevuti suġġetti għall-FTR (esportazzjonijiet), wara t-tnaqqis tal-FTR imħallas (1 % tal-fatturat mill-esportazzjoni). Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-bażi tal-fatturat totali tal-esportazzjoni tal-kumpanija matul il-PI, għaliex is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(116)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur li tammonta għal 1,95 %.

V.    Sistema ta’ Finanzjament tal-Esportazzjonijiet b’Rata Fissa fuq Medda Twila ta’ Żmien (LTF-EOP)

(117)

L-għan tal-Finanzjament fuq Medda Twila ta’ Żmien għall-Proġetti Orjentati lejn l-Esportazzjoni (LTF-EOP) hu li jippermetti lill-istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli li jipprovdu faċilitajiet ta’ finanzjament b’kundizzjonijiet u termini attraenti lil min jissellef għall-importazzjoni ta’ makkinarju, impjanti, tagħmir u aċċessorji tagħhom.

(a)   Bażi Ġuridika

(118)

Il-bażijiet ġuridiċi jingħataw taħt it-Taqsima 17(2)(a)/17(4)(c) u t-Taqsima 22 li tinqara flimkien mat-Taqsima 17(2)(d) rispettivament tal-Att tal-1956 dwar il-Bank Nazzjonali tal-Pakistan. Id-dettalji tal-iskema huma mfissra fiċ-Ċirkulari Nru 14, tat-18 ta’ Mejju 2004, tal-Bank Nazzjonali tal-Pakistan (“SBP”).

(b)   Eliġibbiltà

(119)

Kif ġie ddikjarat b’mod espliċitu fiċ-Ċirkulari Nru 14, tat-18 ta’ Mejju 2004, tal-SBP, il-kumpaniji li jesportaw direttament jew indirettament mill-inqas 50 % tal-produzzjoni annwali tagħhom huma eliġibbli għal finanzjament taħt l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(120)

L-istituzzjonijiet finanzjarji parteċipanti approvati għall-FTF-EOP huma dawk li jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ adegwatezza kapitali definita mill-SBP. Dawk l-istituzzjonijiet jistgħu jipprovdu lil min jissellef, finanzjament fuq medda twila ta’ żmien sa seba’ snin u nofs.

(121)

Il-kreditu pprovdut lill-kumpaniji jista’ mbagħad jintuża għal diversi għanijiet (l-immodernizzar tal-fabbriki, ix-xiri ta’ impjanti u makkinarju manifatturati lokalment, l-importazzjoni ta’ makkinarju eċċ.).

(122)

Il-banek għandhom permess li jimponu spejjeż fuq min jissellef ta’ massimu ta’ 3 % ogħla mir-rati notifikati mill-SBP. Ir-rati tal-imgħax għal finanzjament taħt l-iskema LTF-EOP għandhom jitqabblu mar-rendiment medju b’piż differenzjat tal-Kambjali tat-Teżor fuq 12-il xahar u Bond tal-Investiment Pakistani fuq ħames snin, skont il-perjodu ta’ finanzjament.

(123)

Wara li jitħallas is-self, il-banek jistgħu jikkuntattjaw lill-uffiċċju kkonċernat tal-SBP biex jiksbu finanzjament mill-ġdid fl-ammont tas-self imħallas.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(124)

Għalkemm din l-iskema ntemmet f’Ġunju 2007, l-uniku produttur esportatur li kkoopera għadu jibbenefika minn din l-iskema, billi dan hu finanzjament fuq medda twila ta’ żmien u l-benefiċċju ngħata f’April 2005 għal perjodu ta’ seba’ snin u nofs.

(125)

Taħt din l-iskema, l-SBP jistabbilixxi b’mod obbligatorju l-limitu massimu tar-rati tal-imgħax applikabbli għal self fuq medda twila ta’ żmien.

(126)

Għaldaqstant, l-esportaturi jistgħu jiksbu self fuq medda twila ta’ żmien b’rati tal-imgħax preferenzjali meta mqabbla mar-rati tal-imgħax għal krediti kummerċjali ordinarji, li huma stabbiliti purament skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(e)   Konklużjoni

(127)

L-iskema trid titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ prassi tal-gvern li tinvolvi entità pubblika (jiġifieri l-SBP), li għalhekk tagħmel parti mill-gvern, u tagħti istruzzjonijiet lill-banek kummerċjali biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1)(a)(i) (jiġifieri trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’ self). Jingħata benefiċċju lill-kumpanija benefiċjarja fil-forma ta’ rata tal-imgħax preferenzjali.

(128)

F’dan il-kuntest, ta’ min jenfasizza li l-SBP jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku. Dan hu proprjetà 100 % tal-gvern u jsegwi għanijiet ta’ politika pubblika. Tabilħaqq, l-SBP jwettaq il-funzjonijiet kollha attribwiti lill-banek ċentrali, inkluż il-ħruġ ta’ noti, regolamentazzjoni u superviżjoni tas-sistema finanzjarja, filwaqt li jaġixxi bħala l-bank tal-bankieri, sellief tal-aħħar istanza, bankier tal-gvern u huwa responsabbli għall-politika monetarja, l-immaniġġjar tad-dejn pubbliku, l-immaniġġjar tal-munita barranija, l-iżvilupp tal-qafas finanzjarju, l-istituzzjonalizzazzjoni tat-tfaddil u l-investimenti, u jipprovdi faċilitajiet ta’ taħriġ lill-bankieri kif ukoll kreditu lis-setturi ta’ prijorità.

(129)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jista’ jitqies bħala speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku għax il-leġiżlazzjoni nfisha, fejn għandhom x’jaqsmu l-kriterji ta’ eliġibbiltà, tipprovdi b’mod espliċitu sussidju li jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni.

(130)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(131)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju lill-benefiċjarju hu kkalkolat billi tiġi kkalkolata d-differenza bejn il-limitu massimu tal-kreditu impost mill-bank ċentrali u r-rati ta’ kreditu kummerċjali applikabbli.

(132)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(133)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 0,60 %.

VI.    Skema ta’ Finanzjament tal-Esportazzjonijiet mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan (EFS)

(134)

Fil-kuntest tal-finanzjament fuq medda qasira ta’ żmien tal-EFS, il-banek kummerċjali jipprovdu lill-esportaturi bil-faċilitajiet għall-esportazzjonijiet tal-merkanzija manifatturata kollha. Din l-iskema hi primarjament faċilità ta’ kapital li jiċċirkola fuq medda qasira ta’ żmien għal perjodu massimu ta’ 180 jum.

(a)   Bażi Ġuridika

(135)

Il-bażijiet ġuridiċi jingħataw taħt it-Taqsima 17(2)(a)/17(4)(c) u t-Taqsima 22 li tinqara flimkien mat-Taqsima 17(2)(d) rispettivament tal-Att tal-1956 dwar il-Bank Nazzjonali tal-Pakistan. Dettalji tal-iskema jinsabu fiċ-Ċirkulari Nru 35, tat-28 ta’ Settembru 2001 u ċ-Ċirkulari Nru 44, tas-17 ta’ Diċembru 1998 tal-SBP.

(b)   Eliġibbiltà

(136)

Kull esportatur jista’ jibbenefika mill-EFS billi japplika fi kwalunkwe bank kummerċjali u billi jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra mitluba mill-istituzzjoni finanzjarja. Fil-fatt, id-deċiżjoni ta’ self tittieħed mill-bank skont il-politika ta’ kreditu tiegħu stess, approvata internament.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(137)

Dan il-benefiċċju jista’ jingħata kemm fuq tranżazzjonijiet għall-esportazzjoni kif ukoll fuq l-andament tal-esportazzjoni.

(138)

Fil-kuntest tal-faċilità msejsa fuq it-tranżazzjonijiet, il-bank jagħti l-finanzjament lill-esportatur fuq il-bażi ta’ Ordni ta’ Esportazzjoni tal-Kumpanija/Ittra ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni għal perjodu massimu ta’ 180 jum. Il-faċilità ta’ finanzjament tista’ tingħata fl-istadju ta’ qabel il-kunsinna għall-ksib ta’ materjali produttivi u l-manifattura tal-merkanzija maħsuba għall-esportazzjoni. Il-finanzjament fl-istadju ta’ qabel il-kunsinna jingħata wkoll għall-merkanzija li diġà ntbagħtet lill-importatur barra mill-pajjiż għall-perjodu sa ma jseħħ id-dħul għall-esportazzjoni jew 180 jum, skont liema jiġi qabel.

(139)

Fil-kuntest tal-faċilità msejsa fuq l-andament, dan il-finanzjament li jista’ jerġa’ jintuża jingħata lill-esportatur għal mhux aktar minn 50 % tal-andament tal-esportazzjoni tiegħu mwettqa matul is-sena ta’ qabel. L-esportaturi jistgħu jibbenefikaw minn din il-faċilità ta’ finanzjament għal perjodu ta’ 180 jum. Din il-faċilità, ladarba tingħata, trid titħallas lura kollha kemm hi.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(140)

Din l-iskema tipprovdi kreditu għall-esportazzjoni ta’ finanzjament fuq medda qasira ta’ żmien minn banek kummerċjali b’rati tal-imgħax preferenzjali ffissati mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan. L-uniku produttur esportatur li kkoopera jibbenefika minn din l-iskema kemm għall-bejgħ domestiku kif ukoll dak għall-esportazzjoni.

(141)

Ir-rati ta’ mark-up tal-EFS huma stabbiliti billi jintuża bħala punt ta’ riferiment ir-rendiment medju b’piż differenzjat tal-Kambjali tat-Teżor fuq perjodu ta’ sitt xhur.

(142)

Għaldaqstant, l-esportaturi jistgħu jiksbu faċilità ta’ finanzjament b’rati tal-imgħax preferenzjali meta mqabbla mar-rati tal-imgħax għal krediti kummerċjali ordinarji fuq medda qasira ta’ żmien, li huma stabbiliti purament skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(e)   Konklużjoni

(143)

L-iskema titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għaliex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ prassi tal-gvern li tinvolvi entità pubblika (jiġifieri l-SBP), li tagħti istruzzjonijiet lill-banek kummerċjali biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1)(a)(i) (jiġifieri trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’ self). Jingħata benefiċċju lill-kumpanija benefiċjarja fil-forma ta’ rata tal-imgħax preferenzjali.

(144)

Barra minn hekk, dan is-sussidju jista’ jitqies bħala speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku għax il-leġiżlazzjoni nfisha, fejn għandhom x’jaqsmu l-kriterji ta’ eliġibbiltà, tipprovdi b’mod espliċitu sussidju li jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni.

(145)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(146)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju lill-benefiċjarju hu kkalkolat billi tiġi kkalkolata d-differenza bejn il-limitu massimu tal-kreditu impost mill-bank ċentrali u r-rati ta’ kreditu kummerċjali applikabbli.

(147)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(148)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 2,22 %.

VII.    Finanzjament skont iċ-Ċirkulari F.E. Nru 25 tal-Bank Nazzjonali tal-Pakistan

(149)

Din l-iskema hija faċilità ta’ finanzjament fuq medda qasira ta’ żmien għall-esportazzjoni u l-importazzjoni pprovduta minn banek kummerċjali b’rati tal-imgħax preferenzjali ffissati mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan.

(a)   Bażi Ġuridika

(150)

Din il-faċilità ta’ finanzjament hi rregolata skont iċ-Ċirkulari F.E. Nru 25 tal-20 ta’ Ġunju 1998, modifikata aktar miċ-Ċirkulari Nru 05 tat-23 ta’ Awwissu 2002.

(b)   Eliġibbiltà

(151)

Kull esportatur u importatur jista’ jibbenefika minn dan il-finanzjament fuq medda qasira ta’ żmien.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(152)

Skont din l-iskema il-banek huma awtorizzati jużaw jew jinvestu d-depożiti tagħhom f’dollari biex jiffinanzjaw lill-importaturi u l-esportaturi. Dan is-self hu antiċipat permezz ta’ depożiti f’dollari/finanzjamenti interbankarji, denominat f’dollari iżda mħallas f’rupi. Il-finanzjament magħmul skont iċ-Ċirkulari F.E. Nru 25 (“F.E.25”) isir mill-banek malli tiġi ppreżentata evidenza rilevanti tat-tranżazzjonijiet kummerċjali.

(153)

Kif jidher fiċ-Ċirkulari F.E. Nru 05 tat-23 ta’ Awwissu 2002, fil-każ ta’ self mogħti lil esportatur, hu possibbli li d-dħul f’munita barranija tal-esportazzjoni jiġi aġġustat fi ħlas lura tas-self u l-qligħ/l-imgħax marbut magħhom, biss jekk l-esportatur iċedi d-dħul kollu tas-self lill-bank bi ħlas f’rupi. Il-faċilità ta’ self kummerċjali skont l-iskema F.E. 25 hi kompletament fuq il-bażi ta’ awtorimborż minn dħul għall-esportazzjoni.

(154)

Kif jidher fiċ-Ċirkulari F.E. Nru 05 tat-23 ta’ Awwissu 2002 il-faċilità ta’ finanzjament għall-importazzjonijiet tista’ titħalla biss mid-data tat-twettiq effettiv tal-pagamenti għall-importazzjoni f’munita barranija billi jinħoloq self f’munita barranija għall-benefiċċju tal-importatur. Il-perjodu massimu ta’ dan is-self ma għandux jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-ħlas lill-importatur.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(155)

Din l-iskema tipprovdi kreditu għall-esportazzjoni ta’ finanzjament fuq medda qasira ta’ żmien minn banek kummerċjali b’rati tal-imgħax preferenzjali ffissati mill-Bank Nazzjonali tal-Pakistan.

(156)

L-imgħax/il-mark-up għal dan il-finanzjament hu stabbilit billi tintuża bħala punt ta’ riferiment ir-rata LIBOR flimkien ma’ marġni applikat mill-banek.

(157)

Għaldaqstant, l-esportaturi jistgħu jiksbu faċilità ta’ finanzjament b’rati tal-imgħax preferenzjali meta mqabbla mar-rati tal-imgħax għal krediti kummerċjali ordinarji fuq medda qasira ta’ żmien, li huma stabbiliti purament skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(e)   Konklużjoni

(158)

L-iskema titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għaliex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ prassi tal-gvern li tinvolvi entità pubblika (jiġifieri l-SBP), li tagħti istruzzjonijiet lill-banek kummerċjali biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1)(a)(i) (jiġifieri trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’ self). Jingħata benefiċċju lill-kumpanija benefiċjarja fil-forma ta’ rata tal-imgħax preferenzjali.

(159)

Barra minn hekk, dan is-sussidju jista’ jitqies bħala speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku għax il-leġiżlazzjoni nfisha, fejn għandhom x’jaqsmu l-kriterji ta’ eliġibbiltà, tipprovdi b’mod espliċitu sussidju li jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni.

(160)

Għaldaqstant, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(161)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju lill-benefiċjarju hu kkalkolat billi tiġi kkalkolata d-differenza bejn il-limitu massimu tal-kreditu impost mill-bank ċentrali u r-rati ta’ kreditu kummerċjali applikabbli.

(162)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni matul il-PI, għax is-sussidju jiddependi mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(163)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 0,06 %.

3.2.2.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

(164)

L-ammont provviżorju ta’ sussidji kumpensatorji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-uniku produttur esportatur Pakistani li kkoopera hu ta’ 9,79 %.

3.3.   L-emirati għarab magħquda (EGħM)

(165)

Fuq il-bażi tat-tagħrif li jinsab fl-ilment u tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji minn awtorità tal-Gvern, ġew investigati:

(I)

Liġi Federali Nru 1 tal-1979

(II)

Żona ta’ Kummerċ Ħieles

3.3.1.   Skemi Speċifiċi

I.    Liġi Federali Nru 1 tal-1979

(166)

Din l-iskema tippermetti l-importazzjoni mingħajr dazju ta’ materja prima, materjal għall-ippakkjar u prodotti kapitali b’rati tad-dazju żero.

(a)   Bażi Ġuridika

(167)

L-iskema hi msejsa fuq il-Liġi Federali Nru 1 tal-1979, rigward l-Organizzazzjoni tal-Affarijiet Industrijali.

(b)   Eliġibbiltà

(168)

Sabiex wieħed igawdi mill-benefiċċji tal-Liġi Federali msemmija hawn fuq, jeħtieġ li tinkiseb Liċenzja Industrijali maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Industrija.

(169)

Skont l-Artikolu 8 tal-Liġi Federali, il-liċenzji għat-twaqqif ta’ proġett industrijali jistgħu jingħataw biss liċ-ċittadini tal-EGħM, jew lil kumpaniji b’ishma kapitali lokali li jammontaw mill-inqas għal 51 %, u sakemm il-maniġer responsabbli jkun ċittadin tal-EGħM, jew il-bord tad-diretturi jkun magħmul fil-biċċa l-kbira tiegħu minn ċittadini lokali.

(170)

Barra minn hekk, l-istess Liġi Federali tipprovdi sett ta’ rekwiżiti oħra ta’ eliġibbiltà li jridu jiġu sodisfatti mill-partijiet: il-kapital fiss ma għandux ikun inqas minn 250 000 diram, l-għadd ta’ impjegati mhux inqas minn 10 persuni, l-użu ta’ qawwa motiva trid taqbeż il-5 horsepower (l-Artikolu 2). Rekwiżit ieħor hu li 25 % tal-impjegati għandhom ikunu ċittadini lokali, iżda l-Ministru jista’ jiddeċiedi li jeżenta jew inaqqas din il-perċentwali (l-Artikolu 33). Skont l-Artikolu 13, l-applikazzjoni għal proġetti industrijali trid titqies fid-dawl ta’ dan li ġej: proġett industrijali li jappartjeni lill-programm ta’ żvilupp industrijali tal-pajjiż u ftehim li sar mal-pajjiżi Għarab, rekwiżiti ta’ konsum lokali. Għal dawk il-proġetti li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13 u li huma kompetittivi u orjentati lejn l-esportazzjoni, l-Artikolu 21 jipprovdi prijorità speċjali fl-għoti ta’ privileġġi.

(171)

Fuq il-bażi tal-applikazzjoni pprovduta u d-dokumentazzjoni rilevanti ppreżentata, kumitat rilevanti tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Industrija jirrakkomanda lill-Ministru l-approvazzjoni jew ir-rifjut tal-applikazzjoni. B’konformità mal-Artikolu 12 tal-Liġi Federali Nru 1, il-Ministru jista’ jiddeċiedi li jagħti jew ma jagħtix il-liċenzja.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(172)

Sabiex jidħol fl-ambitu tal-applikazzjoni ta’ din l-iskema, l-applikant irid jikkonforma mal-proċedura li ġejja: l-applikazzjoni għal-Liċenzja Industrijali li trid tiġi ppreżentata lill-Ministeru tal-Finanzi u l-Industrija; l-għoti tal-Liċenzja Industrijali mill-Ministeru; l-approvazzjonijiet għall-importazzjonijiet mingħajr dazju permezz ta’ applikazzjoni onlajn.

(173)

Il-Ministeru kkonċernat waqqaf Sistema Industrijali Elettronika (“EIS”) għal din l-iskema u ħareġ Manwal rilevanti għall-Utent biex jiggwida lil min juża din l-iskema. L-EIS hija sistema onlajn implimentata mill-Ministeru. Min-naħa waħda, din tawtorizza l-aċċess dirett lill-utenti għal-liċenzja rispettiva tagħhom. Min-naħa l-oħra, din tippermetti li d-Dipartiment tal-Iżvilupp Industrijali tal-Ministeru jkollu kontroll ġenerali tal-iskema kif ukoll is-sorveljanza tal-użu tal-benefiċċji li ngħataw lill-kumpaniji.

(174)

Kull utent tal-iskema rriżerva l-aċċess għall-EIS fejn ikun possibbli biex ikun jista’ jikkonsulta l-lista rispettiva ta’ materja prima użata fil-proċess ta’ produzzjoni tal-fabbrika tiegħu (Isem l-oġġett, Kodiċi HS, Unità ta’ kejl, Bilanċ totali – li jfisser il-kwantità tal-oġġett – u l-Bilanċ li jifdal li jfisser il-kwantità li jifdal ta’ dan l-oġġett li għalih il-kumpanija tista’ tikseb l-eżenzjoni mid-dazju). Trid timtela applikazzjoni onlajn għal kull tranżazzjoni ta’ importazzjoni biex jinkiseb kodiċi speċjali li jippermetti l-approvazzjoni doganali tal-merkanzija. Id-Dipartiment tal-Iżvilupp Industrijali jista’ jirrifjuta applikazzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ materja prima jekk il-kwantità mitluba tkun taqbeż il-bilanċ li jifdal ta’ dak l-oġġett. Dan jista’ jirrifjuta wkoll l-eżenzjoni għal prodotti kapitali li mhumiex inklużi fil-proġett industrijali. F’dan il-każ tal-aħħar, id-deċiżjoni hi msejsa fuq it-tagħrif mogħti mill-kumpanija matul l-ewwel Reġistrazzjoni għall-iskema. F’każ ta’ rifjut, il-kumpanija tista’ tikkonsulta permezz tas-sistema d-dettalji kollha kif ukoll ir-raġunijiet tar-rifjut u tista’ taġixxi kif jixraq biex tipprovdi l-kjarifiki mitluba.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(175)

Matul iż-żjara ta’ verifika nstab li l-uniku produttur esportatur li kkoopera jibbenefika minn eżenzjoni mid-dazju ġenerali fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima, materjal tal-ippakkjar u prodotti kapitali mingħajr ebda kundizzjoni bħal esportazzjoni sussegwenti tal-prodott finali. L-ebda liġi jew regolament federali jew lokali ma jobbliga lill-kumpanija li żżomm xi tip ta’ reġistru għall-kontroll sussegwenti mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti.

(176)

Għalkemm il-kumpanija trid tressaq l-applikazzjonijiet permezz tal-EIS onlajn biex timporta mingħajr dazju, ma nstabet l-ebda linja gwida li turi fuq liema bażi t-talbiet jiġu aċċettati jew irrifjutati.

(177)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet awtorizzanti mhumiex konxji tal-konsum effettiv tal-oġġetti produttivi eżentati mid-dazju. Il-konsum teoretiku biss hu rrapportat mill-kumpanija fl-EIS. Fil-fatt, mill-waqt tal-ewwel Regolament fis-sistema, il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet awtorizzanti jistgħu jseħħu biss b’mod elettroniku. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li skontha l-volumi ta’ materjal input-output jiġu kkontrollati u vverifikati fil-każijiet kollha wara l-ewwel reġistrazzjoni. Barra minn hekk, il-Gvern tal-EGħM ma implimenta l-ebda sistema ta’ verifika effettiva fil-prattika. L-awtoritajiet iddikjaraw li huma jwettqu verifiki permezz tal-EIS u fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni li l-kumpaniji kollha huma mitluba jippreżentaw kull sena għat-tiġdid tal-liċenzji tagħhom (tagħrif li jirreferi għal-liċenzja industrijali lokali, il-Kontijiet verifikati, id-dejta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ, eċċ.). Madankollu, dan isir billi wieħed jeżamina dak li l-kumpaniji jirrapportaw kull sena u jqabblu mal-ewwel Reġistrazzjoni u mhux mal-produzzjoni effettiva. Fil-fatt, ma ngħata l-ebda tagħrif li jikkonferma li l-awtoritajiet huma konxji, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, tal-volumi tal-materjal ta’ produzzjoni effettivi għall-uniku produttur esportatur li kkoopera li jibbenefika minn din l-iskema.

(e)   Konklużjoni

(178)

Meta jitqies dak kollu li ntqal hawn fuq, din l-iskema titiqes bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għaliex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur u tagħti benefiċċju lill-kumpanija benefiċjarja għaliex tagħti l-possibbiltà ta’ eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni. F’dan il-kuntest ta’ min jinnota li din ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju jew sistemi alternattivi għall-ħlas lura billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, b’mod partikolari l-punt (i), l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, il-Gvern tal-EGħM indika li ma hemm l-ebda dispożizzjoni għar-regoli dwar il-ħlas lura tad-dazju fl-EGħM.

(179)

Barra minn hekk, l-iskema hi speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi l-aċċess hu limitat għal ċerti impriżi u ma hemm l-ebda kriterju oġġettiv li jillimita l-eliġibbiltà skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, fir-rigward tal-applikazzjoni onlajn, il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-awtorità awtorizzanti biex tagħżel il-benefiċjarji tal-iskema huma taħlita ta’ ċerti kriterji ċari u oġġettivi, għalkemm diskriminatorji (jiġifieri l-liċenzji jistgħu jingħataw biss liċ-ċittadini tal-EGħM, jew lill-kumpaniji b’ishma kapitali lokali li jammontaw mill-inqas għal 51 %, u sakemm il-maniġer responsabbli jkun ċittadin tal-EGħM, jew il-bord tad-diretturi jkun magħmul fil-biċċa l-kbira tiegħu minn ċittadini lokali, 25 % tal-impjegati għandhom ikunu ċittadini lokali) u ċerti kundizzjonijiet li mhumiex definiti b’mod ċar (jiġifieri stabbiliti f’żoni determinati mill-gvern, jissodisfaw il-programm ta’ żvilupp industrijali tal-pajjiż kif ukoll il-ftehimiet li saru mal-pajjiżi Għarab, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ konsum lokali, ikunu kompetittivi u orjentati lejn l-esportazzjoni). Ma hemm l-ebda regola li tikkjarifika r-rwol tad-Dipartiment tal-Iżvilupp Industrijali msemmi biss fil-Manwal għall-Utent maħruġ mill-Ministeru u mhux fil-Liġi Federali li tistabbilixxi l-iskema.

(180)

Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li l-allokazzjoni tas-sussidji mhijiex awtomatika. Il-leġiżlazzjoni nfisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, tagħti s-setgħa lill-Ministru li jwettaq id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-Liċenzja Industrijali mingħajr l-ebda tip ta’ evidenza li turi fuq liema bażi l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aċċettati jew irrifjutati. Barra minn hekk, l-awtoritajiet huma dejjem f’pożizzjoni li jeżerċitaw diskrezzjoni meta jagħtu jew jirrifjutaw l-eżenzjonijiet mid-dazju mitluba.

(181)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(182)

L-ammont ta’ sussidju kumpensatorju hu kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PI, jiġifieri t-total ta’ dazji mhux imħallsa fl-importazzjoni ta’ materja prima matul il-PI. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat tal-kumpanija matul il-PI.

(183)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 5,02 %.

II.    Żona ta’ Kummerċ Ħieles (FTZ)

(184)

Il-produttur esportatur kien qed jopera skont is-sistema taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles ta’ Ras Al Khaimah minn meta twaqqaf sa Mejju 2008 u kiseb il-benefiċċji tal-importazzjonijiet mingħajr dazju tal-prodotti kapitali.

(a)   Bażi Ġuridika

(185)

Fl-EGħM ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni federali li tirregola kwistjonijiet li jikkonċernaw it-twaqqif u l-immaniġġjar tal-FTZ. Kull Emirat jistabbilixxi l-leġiżlazzjoni u r-regoli tiegħu stess u għandu r-responsabbiltà li jimmonitorja permezz tas-Servizzi doganali tiegħu, l-FTZs rilevanti.

(b)   Eliġibbiltà

(186)

Ma teżisti l-ebda regola jew limitu speċifiku fir-rigward tal-eliġibbiltà biex titwaqqaf kumpanija fl-FTZ ta’ Ras Al Khaimah: kwalunkwe kumpanija nazzjonali jew kompletament barranija tista’ titwaqqaf fl-FTZ.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(187)

L-aktar benefiċċji importanti marbuta mat-twaqqif ta’ kumpanija fl-FTZ huma l-possibbiltà li timporta l-merkanzija kollha mingħajr dazju (materja prima, essenzjali jew awżiljarja, prodotti intermedji, prodotti kapitali) u li tiddeċiedi mingħajr ebda prekundizzjoni imposta mill-Istat dwar l-istruttura azzjonarja tal-kumpanija. Il-prodotti mmanifatturati fl-FTZs jitqiesu, għal finijiet ta’ oriġini, li joriġinaw fl-EGħM. Madankollu, meta jħallu l-FTZ biex jitqiegħdu fis-suq domestiku tal-EGħM, dawn jitqiesu bħala prodotti barranin, jiġifieri jiġu applikati d-dazji tal-importazzjoni meta jiġu rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera.

(188)

Għalkemm kumpanija li tinsab f’FTZ tibbenefika minn importazzjonijiet u esportazzjonijiet mingħajr dazju, id-dikjarazzjonijiet doganali jridu jiġu kkumpilati fl-uffiċċji federali doganali rilevanti fil-waqt tal-importazzjoni. Il-kumpanija trid tipprovdi Garanzija Bankarja u tgħaddi mid-Dwana fil-punt tad-dħul tal-importazzjoni. Il-prodotti importati huma approvati mid-Dwana permezz ta’ dikjarazzjoni tal-ħruġ/tad-dħul. Malli l-merkanzija tasal fil-punt tad-dħul/tal-importazzjoni tal-FTZ, l-awtorità doganali kkonċernata tispezzjona l-prodotti li waslu u jekk dawn ikunu sodisfaċenti, tapprova d-dikjarazzjoni tal-ħruġ/tad-dħul. Din tal-aħħar, debitament iffirmata mill-punt ta’ kontroll doganali riċeventi, għandha tintbagħat lura lill-awtorità doganali fil-punt tad-dħul/tal-importazzjoni sabiex tiġi rilaxxata l-Garanzija Bankarja.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(189)

Matul iż-żjara ta’ verifika nstab li ma hemm l-ebda kriterju konkret, statutorju u disponibbli għall-pubbliku li jirregola d-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzanti dwar min hu intitolat li jistabbilixxi lilu nnifsu fl-FTZ. Kumpanija li tixtieq tistabbilixxi lilha nnfisha f’dik iż-żona trid tippreżenta applikazzjoni lill-awtorità tal-Emirat ta’ Ras Al Khaimah iżda ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni jew linji gwida disponibbli biex juru fuq liema bażi t-talba tista’ tiġi aċċettata jew irrifjutata.

(190)

Fir-rigward tal-eżistenza tad-diversi FTZ fl-EGħM, mill-investigazzjoni ħareġ li ma hemm l-ebda kriterju statutorju uniformi li jirregola t-twaqqif u l-immaniġġjar tal-FTZs fl-EGħM. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li l-FTZs kollha fl-EGħM joperaw skont l-istess qafas regolatorju u jsegwu l-istess regoli operattivi. Tqajmu wkoll dubji serji dwar jekk l-eliġibbiltà biex wieħed jistabbilixxi ruħu fl-FTZs tistax tiġi ristretta fuq il-bażi ta’ ċerti tipi ta’ attività kummerċjali. Tabilħaqq, fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti, jidher li ċerti FTZs fl-EGħM huma dedikati esklużivament għal tipi speċifiċi ta’ attivitajiet kummerċjali (eż. Dudai Auto Free Zone, International Media Production Free Zone, Dubai Flower Centre Free Zone, eċċ.).

(191)

L-uniku produttur esportatur li kkoopera bbenefika mill-importazzjoni mingħajr dazju tal-prodotti kapitali.

(e)   Konklużjoni

(192)

Meta jitqies dak li ntqal hawn fuq, l-iskema trid titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għax tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jibbenefika lill-kumpanija benefiċjarja.

(193)

Barra minn hekk, l-iskema hi speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi dawn il-benefiċċji huma disponibbli biss għall-kumpaniji fl-FTZs, jiġifieri l-aċċess għas-sussidju hu għalhekk limitat għal kumpaniji f’ċerti żoni li joperaw skont is-sistema FTZ. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-għoti ta’ status ta’ FTZ fl-EGħM hi diskrezzjonali u ma ssegwix kriterji newtrali jew oġġettivi, kif stipulat fl-Artikolu 4(2)(b). Minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni federali li tirregola t-twaqqif u l-immaniġġjar tal-FTZs fl-EGħM, kull awtorità awtorizzanti tas-seba’ Emirati li jifformaw l-EGħM tipprovdi aċċess għall-FTZs skont ir-regoli tagħha stess. Billi ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni jew linji gwida disponibbli fl-Emirat ta’ Ras Al Khaimah, l-awtorità rilevanti tiddeċiedi fuq bażi diskrezzjonali liema kumpanija tista’ tkun intitolata li tidħol fl-FTZ.

(194)

Barra minn hekk, il-benefiċċju miksub mid-dazju mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali ma jistax jitqies sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju billi jikkonċerna prodotti kapitali li mhumiex ikkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni u għalhekk, mhumiex koperti mill-ambitu tas-sistemi awtorizzati għall-ħlas lura tad-dazju stabbiliti fl-Anness I, il-punt (i) tar-Regolament bażiku.

(195)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensatorju.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(196)

Meta jitqies li l-kumpanija ġiet stabbilita fl-FTZ minn meta twaqqfet sa Mejju 2008 iżda li l-proċess ta’ produzzjoni tal-PET beda f’Settembru 2007 u li l-kumpanija kienet qed topera, minn Jannar 2008, b’liċenzja industrijali preliminari tal-Liġi Federali Nru 1 tal-1979, is-sussidju miksub matul il-PI għandu jitqies biss bħala importazzjoni mingħajr dazju tal-prodotti kapitali

(197)

Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali, mifrux fuq perjodu ta’ 15-il sena li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament minimu li nstab fit-tliet pajjiżi kollha involuti fl-investigazzjoni attwali b’rabta mal-industrija kkonċernata. Skont il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li jista’ jiġi attribwit għall-PI, ġie aġġustat permezz taż-żieda ta’ imgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata ta’ imgħax kummerċjali matul il-PI fl-EGħM tqieset xierqa għal dan il-għan.

(198)

Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (bħala nominatur) ġie allokat fuq il-bażi tal-fatturat totali tal-kumpanija b’rabta mal-bejgħ matul il-PI billi l-attribuzzjoni tal-benefiċċju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni.

(199)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produttur esportatur tammonta għal 0,11 %.

3.3.2.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

(200)

L-ammont provviżorju ta’ sussidji kumpensatorji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-uniku produttur esportatur tal-Emirati Għarab Magħquda li kkoopera hu ta’ 5,13 %.

4.   ĦSARA

4.1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(201)

Matul il-PI, fl-Unjoni l-prodott simili kien immanifatturat minn 17-il produttur. Għalhekk, il-produzzjoni ta’ dawn il-produtturi titqies bħala waħda li tikkostitwixxi l-produzzjoni tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

(202)

Minn dawn is-17-il produttur, 12 minnhom ikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn it-12-il produttur instabu li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 80 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. It-12-il produttur li kkooperaw, għalhekk, jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(6) tar-Regolament bażiku u minn issa ’l quddiem se jissejħu l-“industrija tal-Unjoni”. Il-bqija tal-produtturi tal-Unjoni minn hawn ’il quddiem se jissejħu “l-produtturi l-oħra tal-Unjoni”. Dawn il-produtturi l-oħra tal-Unjoni ma sostnewx l-ilment u lanqas ma oġġezzjonaw għalih b’mod attiv.

(203)

Huwa nnotat li s-suq tal-UE għall-PET hu kkaratterizzat minn għadd relattivament għoli ta’ produtturi, li normalment ikunu jagħmlu parti minn gruppi akbar u l-kwartieri ġenerali tagħhom ikunu barra mill-UE. Is-suq huwa fi proċess ta’ konsolidazzjoni b’għadd riċenti ta’ teħid ta’ impriżi minn impriżi oħra u anki l-għeluq tagħhom. Pereżempju, mill-2009, l-impjanti ta’ produzzjoni tal-PET ta’ Tergal Fibers (Franza), Invista (il-Ġermanja) u Artenius (ir-Renju Unit) għalqu filwaqt li Indorama ħadet dawk li kienu l-impjanti Eastman fir-Renju Unit u l-Pajjiżi l-Baxxi.

(204)

Kif jidher fil-premessa 0 hawn fuq, intgħażel kampjun ta’ ħames produtturi individwali li jirrappreżentaw 65 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni li kkooperaw. Kumpanija waħda ma kinitx f’qagħda li tipprovdi d-dejta kollha kif mitlub u l-kampjun, konsegwentement, kellu jitnaqqas għal erba’ kumpaniji li jirrappreżentaw 47 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha li kkooperaw.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(205)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, id-dejta dwar il-volumi ta’ importazzjoni għas-suq tal-UE miksuba mill-EUROSTAT u, fir-rigward tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni, minn stimi msejsa fuq l-ilment.

(206)

Il-konsum fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat żdied bi 11 % bejn l-2006 u l-PI. B’mod aktar preċiż, id-domanda apparenti kibret fl-2007 bi 8 %, naqset kemxejn bejn l-2007 u l-2008 (b’2 punti perċentwali) u kompliet żdiedet b’5 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PI.

Tabella 1

 

2006

2007

2008

PI

Total tal-konsum fl-UE (tunnellati)

2 709 400

2 936 279

2 868 775

2 996 698

Indiċi (2006=100)

100

108

106

111

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, dejta tal-Eurostat u l-ilment

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(a)   Il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(207)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-PET fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku.

(208)

Fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-EGħM, l-Iran u l-Pakistan, l-investigazzjoni wriet li l-marġnijiet tas-sussidju kienu ogħla mil-limitu de minimis kif imfisser fl-Artikolu 14(5) tar-Regoalment bażiku u l-volum ta’ importazzjonijiet sussidjati minn dawn il-pajjiżi ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 10(9) tar-Regolament bażiku.

(209)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u l-prodott simili, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi minn dawn il-pajjiżi jużaw l-istess mezzi ta’ bejgħ u jbigħu lill-istess kategoriji ta’ konsumaturi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat ukoll li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kollha komplew jiżdiedu fil-perjodu meqjus.

(210)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qiegħed jitqies b’mod provviżorju li ġew sodisfatti l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku u li l-importazzjonijiet mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv.

(b)   Volum ta’ importazzjonijiet ikkonċernati

(211)

Il-volum ta’ importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat lejn l-UE żdied b’aktar minn ħames darbiet bejn l-2006 u l-PI u laħaq it-304 202 tunnellati fil-PI. B’mod aktar speċifiku, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’20 % bejn l-2006 u l-2007, qabel ma komplew jiżdiedu b’270 punt perċentwali fl-2008 meta mqabbel mal-2007, u għal darb’oħra b’154 punt perċentwali bejn l-2008 u l-PI.

Tabella 2

 

2006

2007

2008

PI

Volum ta’ importazzjonijiet sussidjati (tunnellati)

55 939

67 067

218 248

304 202

Indiċi (2006=100)

100

120

390

544

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati

2,1  %

2,3  %

7,6  %

10,2  %

Sors: Eurostat

(c)   Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(212)

Is-sehem mis-suq li kellhom l-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati kien ta’ madwar 2,1 % matul l-2006 u żdied b’mod sostnut b’madwar 8 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus. B’mod aktar speċifiku, dan żdied b’0,2 punti perċentwali bejn l-2006 u l-2007, kompla jiżdied b’5,3 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2008 u bi 2,6 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PI. Fil-PI, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati kien ta’ 10,2 %.

(213)

Ta’ min jinnota li l-EGħM daħlu fis-suq biss mill-2007 iżda malajr irnexxielhom jiksbu sehem sostanzjali mis-suq.

(d)   Prezzijiet

(i)   L-evoluzzjoni tal-prezzijiet

(214)

Il-medja tal-prezz tal-importazzjoni naqset b’14 % fil-perjodu meqjus u l-akbar tnaqqis kien bejn l-2008 u l-PI. B’mod aktar speċifiku, il-medja tal-prezz naqset b’1 % fl-2007 u baqgħet qrib dak il-livell fl-2008, qabel ma kompliet tinżel bi 13-il punt perċentwali fil-PI.

Tabella 3

 

2006

2007

2008

PI

Prezz tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 030

1 023

1 015

882

Indiċi (2006=100)

100

99

99

86

Sors: Eurostat

(ii)   Twaqqigħ tal-prezz

(215)

Minħabba l-fatt li l-prezzijiet u l-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat kienu suġġetti għal flutwazzjonijiet konsiderevoli fil-PI, il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-bejgħ inġabru kull tliet xhur u l-kalkoli ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u ta’ bejgħ b’telf bdew isiru kull tliet xhur.

(216)

Bl-għan li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għall-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lill-ewwel konsumatur indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ CIF, b’aġġustamenti xierqa għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u d-differenzi fil-livell tal-kummerċ.

(217)

It-tqabbil wera li matul il-PI, l-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw fl-EGħM mibjugħa fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 3,9 %. L-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw mill-Iran u li nbiegħu fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 3,2 %. L-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw mill-Pakistan u li nbiegħu fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’1,4 %. Il-medja differenzjata tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet tal-pajjiżi kkonċernati matul il-PI huwa ta’ 3,2 %.

4.4.   Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

(218)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni inkluda valutazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus.

(219)

Kif spjegat hawn fuq, minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, kellhom jittieħdu l-kampjuni. Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:

L-elementi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-prezzijiet medji tal-unità u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping u l-irkupru mill-effetti ta’ dumping fl-imgħoddi) ġew eżaminati fil-livell tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi, u dan abbażi tat-tagħrif miġbur mill-produtturi li kkooperaw u għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni ntużat stima bbażata fuq id-dejta inkluża fl-ilment.

L-analiżi tal-elementi mikroekonomiċi (stokkijiet, pagi, profittabbiltà, dħul mill-investimenti, fluss tal-likwidità, possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-investimenti) saret għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun abbażi tat-tagħrif tagħhom.

4.4.1.   Elementi makroekonomiċi

(a)   Produzzjoni

(220)

Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’4 % bejn l-2006 u l-PI. B’mod aktar speċifiku, din żdiedet b’5 % fl-2007 għal madwar 2 570 000 tunnellata, iżda naqset sew b’10 punti perċentwali fl-2008 meta mqabbla mal-2007 u żdiedet kemxejn, b’punt perċentwali wieħed, bejn l-2008 u l-PI meta laħqet madwar 2 300 000 tunnellata.

Tabella 4

 

2006

2007

2008

PI

Produzzjoni (tunnellati)

2 439 838

2 570 198

2 327 169

2 338 577

Indiċi (2006=100)

100

105

95

96

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(b)   Il-kapaċità ta’ produzzjoni u r-rati ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità

(221)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni żdiedet bi 15 % tul il-perjodu meqjus. B’mod speċifiku, żdiedet b’1 % fl-2007, kompliet tiżdied b’5 punti perċentwali fl-2008 u b’9 punti perċentwali oħra fil-PI.

Tabella 5

 

2006

2007

2008

PI

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

2 954 089

2 971 034

3 118 060

3 385 738

Indiċi (2006=100)

100

101

106

115

Utilizzazzjoni tal-kapaċità

83  %

87  %

75  %

69  %

Indiċi (2006=100)

100

105

90

84

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(222)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet ta’ 83 % fl-2006, żdiedet għal 87 % fl-2007 iżda wara niżlet għal 75 % fl-2008 u għal biss 69 % fil-PI. Ir-rata dejjem tonqos tal-utilizzazzjoni fl-2008 u l-PI tirriffletti tnaqqis fil-produzzjoni u żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tul dan il-perjodu.

(c)   Volum ta’ bejgħ

(223)

Il-volum ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-UE naqas modestament fil-perjodu meqjus. Il-bejgħ żdied b’5 % fl-2007, iżda fis-sena ta’ wara naqas kemxejn taħt il-livell tal-2006 u fil-PI l-bejgħ kien 3 % iktar baxx milli fl-2006, għal madwar 2 100 000 tunnellata. Minħabba l-volum limitat ta’ stokkijiet, l-iżvilupp tal-bejgħ jirrifletti sew l-iżvilupp fil-produzzjoni.

Tabella 6

 

2006

2007

2008

PI

Bejgħ fl-UE (tunnellati)

2 202 265

2 318 567

2 171 203

2 133 787

Indiċi (2006=100)

100

105

99

97

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(d)   Sehem mis-suq

(224)

Matul il-perjodu meqjus, il-produtturi tal-Unjoni tilfu 10 punti perċentwali mis-sehem mis-suq, li naqas minn 85 % fl-2006 għal 75 % fil-PI. Dan it-telf mis-sehem mis-suq jirrifletti l-fatt li, minkejja żieda sostanzjali fil-konsum, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3 % fil-perjodu meqjus. Ta’ min jinnota li din ix-xejra ta’ tnaqqis kienet preżenti wkoll għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

Tabella 7

 

2006

2007

2008

PI

Sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

84,9  %

83,2  %

79,8  %

75,1  %

Indiċi (2006=100)

100

98

94

88

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, l-ilment u l-Eurostat

(e)   Tkabbir

(225)

Bejn l-2006 u l-PI, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 %, il-volum ta’ bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 3 % u s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’10 punti perċentwali. Min-naħa l-oħra, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati żdied minn 2,1 % sa 10,2 % fl-istess perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, qed jiġi konkluż li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jibbenefikaw minn xi tkabbir tas-suq.

(f)   Impjiegi

(226)

Il-livell ta’ impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni juri tnaqqis ta’ 15 % bejn l-2006 u l-PI. B’mod aktar speċifiku, l-għadd tal-persuni impjegati naqas b’mod sinifikanti minn 2 400 fl-2006 għal 2 100 fl-2007 jew bi 13 % u baqa’ qrib dan il-livell fl-2008 u fil-PI. It-tnaqqis fl-2007 huwa riflessjoni tal-isforzi ta’ ristrutturar minn għadd ta’ produtturi tal-UE.

Tabella 8

 

2006

2007

2008

PI

Impjieg (persuni)

2 410

2 100

2 060

2 057

Indiċi (2006=100)

100

87

85

85

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(g)   Produttività

(227)

Il-produttività tal-ħaddiema tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (f’tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, żdiedet bi 12 % fil-perjodu meqjus. Dan jirrifletti l-fatt li l-produzzjoni naqset aktar bil-mod mil-livell ta’ impjiegi u hija indikazzjoni ta’ żieda fl-effiċjenza min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Dan hu partikolarment evidenti fl-2007 meta l-produzzjoni żdiedet filwaqt li l-livell tal-impjiegi naqas u l-produttività kienet 21 % ogħla milli kienet fl-2006.

Tabella 9

 

2006

2007

2008

PI

Produttività (tunnellata għal kull impjegat)

1 013

1 224

1 130

1 137

Indiċi (2006=100)

100

121

112

112

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(h)   Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ

(228)

Il-medja annwali tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-UE għal konsumaturi mhux relatati baqgħet stabbli bejn l-2006 u l-2008, b’madwar 1 100 EUR kull tunnellata. Fil-PI l-medja annwali tal-prezz tal-bejgħ niżlet bi 12 % u laħqet EUR 977 kull tunnellata. Il-medja annwali tal-prezz tal-bejgħ ma tirriflettix il-flussi ta’ kull xahar, jew dawk ta’ kuljum, tal-PET fis-suq Ewropew (u dinji) iżda titqies suffiċjenti biex tindika x-xejra matul il-perjodu meqjus. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-PET normalment isegwu x-xejriet tal-prezz tal-materja prima ewlenija tiegħu (jiġifieri l-PTA u l-MEG) billi dawn jikkostitwixxu sa 80 % tal-ispiża totali tal-PET.

Tabella 10

 

2006

2007

2008

PI

Prezz tal-unità fis-suq tal-UE (EUR/tunnellata)

1 110

1 105

1 111

977

Indiċi (2006=100)

100

100

100

88

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ilment

(229)

Kif indikat hawn fuq, il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni twaqqgħu mill-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati.

(i)   Id-daqs tal-marġni ta’ sussidju u l-irkupru mid-dumping tal-imgħoddi u sussidjar

(230)

Meta jitqiesu l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tas-sussidju fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies negliġibbli. Huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li mis-sena 2000 hemm fis-seħħ miżuri ta’ antidumping kontra l-importazzjonijiet tal-PET mill-Indja, l-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, it-Tajwan, it-Tajlandja u mill-2004 kontra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Mis-sena 2000 kien hemm ukoll miżuri kumpensatorji kontra l-importazzjonijiet mill-Indja. Billi fil-perjodu meqjus minn din l-investigazzjoni l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq u żiedet it-telf tagħha, ma jista’ jkun stabbilit l-ebda rkupru effettiv mid-dumping u s-sussidjar tal-imgħoddi u jitqies li l-produzzjoni tal-Unjoni għadha vulnerabbli għall-effett dannuż ta’ kull importazzjoni sussidjata fis-suq tal-Unjoni.

4.4.2.   Elementi mikroekonomiċi

(a)   Stokkijiet

(231)

Il-livell ta’ stokkijiet tal-għeluq tal-produtturi inklużi fil-kampjun naqas bejn l-2006 u l-PI bi 22 %. Ta’ min jinnota li l-istokkijiet jirrappreżentaw anqas minn 5 % tal-produzzjoni annwali u għaldaqstant ir-rilevanza ta’ dan l-indikatur fl-analiżi tal-ħsara hija limitata.

Tabella 11

Kampjun

2006

2007

2008

PI

Stokk tal-għeluq (tunnellati)

61 374

57 920

46 951

47 582

Indiċi (2006=100)

100

94

77

78

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(b)   Pagi

(232)

L-ispiża tax-xogħol annwali żdied bi 11 % bejn l-2006 u l-2007 qabel ma naqas b’2 punti perċentwali fl-2008 meta mqabbel mal-2007 u b’9 punti perċentwali oħra fil-PI meta mqabbel mal-2008 b’mod li laħaq l-istess livell fl-2006. B’mod ġenerali, l-ispejjeż tax-xogħol għalhekk baqgħu stabbli.

Tabella 12

Kampjun

2006

2007

2008

PI

Spiża tax-xogħol annwali (EUR)

27 671 771

30 818 299

30 077 380

27 723 396

Indiċi (2006=100)

100

111

109

100

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(c)   Profittabbiltà u redditu fuq l-investimenti

(233)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-produtturi inklużi fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq tal-UE lil konsumaturi mhux relatati, espressa bħala perċentwali ta’ bejgħ nett, baqgħet negattiva u saħansitra niżlet minn – 6,9 % għal – 7,5 %. B’mod aktar speċifiku, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun tjiebet fl-2007 meta t-telf nett kien jammonta biss għal – 1,5 % tal-bejgħ nett, iżda t-telf żdied sew fl-2008 għal – 9,3 %. Is-sitwazzjoni tjiebet kemxejn fil-PI.

Tabella 13

kampjun

2006

2007

2008

PI

Profittabbiltà tal-UE (% ta’ bejgħ nett)

–6,9  %

–1,5  %

–9,3  %

–7,5  %

Indiċi (2006= -100)

– 100

–22

– 134

– 108

ROI (profitt f’% tal-valur nett deprezzat tal-investimenti)

–9,6  %

–3,1  %

–16,8  %

–12,3  %

Indiċi (2006= -100)

– 100

–32

– 175

– 127

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(234)

Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”), espress bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-investimenti, segwa b’mod wiesa’ x-xejra ta’ profittabbiltà. Dan żdied minn livell ta’ – 9,6 % fl-2006 għal – 3,1 % fl-2007. Naqas għal – 16,8 % fl-2008 u reġa’ naqas fil-PI għal – 12,3 % fil-PI. B’mod ġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti baqa’ negattiv u mar lura bi 2,7 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus.

(d)   Fluss tal-likwidità u kapaċità li jiżdied il-kapital

(235)

Il-fluss tal-likwidità netta minn attivitajiet operattivi kien negattiv, fil-livell ta’ EUR 18,5 miljun fl-2006. Dan tjieb b’mod sinifikanti fl-2007 meta sar pożittiv fil-livell ta’ EUR 19,5 miljun iżda mar lura bil-kbir fl-2008 (EUR – 42 miljun) qabel ma laħaq il-livell negattiv ta’ EUR – 11-il miljun fil-PI. B’mod ġenerali, il-fluss tal-likwidità tjieb fil-perjodu meqjus għalkemm baqa’ negattiv.

(236)

Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni sabet diffikultajiet biex tkabbar il-kapital, l-aktar minħabba li wħud mill-produtturi huma inkorporati fi gruppi akbar.

Tabella 14

Kampjun

2006

2007

2008

PI

Likwidità (EUR)

–18 453 130

19 478 426

–42 321 103

–11 038 129

Indiċi (2006=100)

– 100

206

– 229

–60

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(e)   Investimenti

(237)

L-investimenti annwali tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun fil-produzzjoni tal-prodott simili naqsu b’34 % bejn l-2006 u l-2007, b’59 punt perċentwali oħra bejn l-2007 u l-2008 u mbagħad naqsu kemxejn fil-PI meta mqabbla mal-2008. Kollox ma’ kollox, l-investimenti naqsu b’96 % matul il-perjodu meqjus. Din il-waqgħa drastika fl-investimenti tista’ tiġi spjegata parzjalment minħabba li fl-2006 u fl-2007 nkisbu linji ġodda ta’ produzzjoni bil-għan li jżidu l-kapaċità.

Tabella 15

Kampjun

2006

2007

2008

PI

Investimenti netti (EUR)

98 398 284

64 607 801

6 537 577

4 298 208

Indiċi (2006=100)

100

66

7

4

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

4.5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(238)

L-analiżi tad-dejta makroekonomika turi li matul il-perjodu meqjus il-produtturi tal-Unjoni naqqsu l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom. Għalkemm it-tnaqqis osservat ma kienx daqshekk drammatiku, dan irid jitqies fil-kuntest taż-żieda fid-domanda bejn l-2006 u l-PI, li wasslet għat-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni b’10 punti perċentwali għal 75 %.

(239)

Fl-istess waqt l-indikaturi mikroekonomiċi rilevanti juru deterjorament ċar tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment baqgħu negattivi u b’mod ġenerali komplew jiddeterjoraw bejn l-2006 u l-PI. Il-fluss tal-likwidità, minkejja żvilupp ġeneralment pożittiv, ukoll baqa’ negattiv matul il-PI.

(240)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(241)

Skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet sussidjati kkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sa tali punt li jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Ġew eżaminati wkoll fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet sussidjati, li fl-istess waqt setgħu kienu ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, u dan biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tkunx attribwita lill-importazzjonijiet sussidjati.

5.2.   Effett tal-importazzjonijiet sussidjati

(242)

Bejn l-2006 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat żdied b’aktar minn ħames darbiet għal 304 200 tunnellata, u s-sehem tagħhom mis-suq żdied bi kważi 8 punti perċentwali (minn 2,1 % għal 10,2 %). Fl-istess waqt, l-industrija tal-Unjoni tilfet mal-10 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (minn 84,9 % għal 72,1 %). Il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas bejn l-2006 u l-PI u baqa’ iktar baxx mill-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni.

(243)

Kif indikat hawn fuq fil-premessa 0, it-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet sussidjati kien bħala medja 3,2 %. Anki jekk it-twaqqigħ tal-prezzijiet kien inqas minn 4 %, dan ma jistax jitqies insinifikanti billi l-PET huwa prodott bażiku u li l-kompetizzjoni sseħħ primarjament fil-livell ta’ prezzijiet.

(244)

L-esportatur Iranjan iddikjara li l-importazzjoniiet ta’ PET mill-Iran ma setgħux wasslu għal ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni minħabba l-fatt li dawn il-livelli ta’ importazzjoni jaqbżu biss b’mod marġinali l-limitu de minimis għall-importazzjonijiet. Madankollu, matul il-PI, l-importazzjonijiet mill-Iran, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta’ 1,9 %, qabżu l-limitu de minimis speċifikat fir-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Iran kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. F’dan l-isfond, l-argument imqajjem mill-esportatur Iranjan ma ntlaqax.

(245)

Fid-dawl tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni minħabba importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, jitqies li dawn l-importazzjonijiet sussidjati eżerċitaw pressjoni kbira biex jitwaqqgħu l-prezzijiet, hekk li ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni milli żżomm il-prezzijiet ta’ bejgħ tagħha f’livell li kien ikun neċessarju biex jiġu koperti l-ispejjeż u jiġi realizzat profitt. Għaldaqstant, jitqies li teżisti rabta kawżali bejn dawk l-importazzjonijiet u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.3.   L-effett ta’ fatturi oħra

5.3.1.   Attività ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(246)

Parti interessata waħda qalet li kull ħsara li seħħet kienet kawża tal-attività baxxa fl-esportazzjoni min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni. Kif jista’ jidher mit-tabella hawn taħt, il-volum ta’ esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu meqjus bi 11 %. Il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tul l-istess perjodu naqas b’10 % u dan wassal għal valur stabbli tal-bejgħ għall-esportazzjoni tul il-perjodu meqjus. Għaldaqstant, ma hemm ebda indikazzjoni li l-andament tal-esportazzjoni kkontribwixxa għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

Tabella 16

L-industrija tal-Unjoni

2006

2007

2008

PI

Bejgħ għall-esportazzjoni (tunnellati)

25 677

24 103

23 414

28 504

Indiċi (2006=100)

100

94

91

111

Bejgħ għall-esportazzjoni (EUR)

28 473 679

27 176 204

25 109 209

28 564 676

Indiċi (2006=100)

100

95

88

100

Prezz tal-esportazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 109

1 128

1 072

1 002

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(247)

Parti interessata oħra ddikjarat li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE kienu artifiċjalment għolja. Skont il-parti interessata, din id-dikjarazzjoni hi kkonfermata mill-fatt li l-prezzijiet fis-suq tal-UE baqgħu stabbli filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni waqgħu. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-medja annwali tal-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE naqset bi 12 % tul il-perjodu meqjus, b’mod parallel mat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni tul l-istess perjodu. Għaldaqstant, l-argument hu rrifjutat.

5.3.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(a)   Repubblika tal-Korea

(248)

Ir-Repubblika tal-Korea ilha suġġetta għal dazji ta’ antidumping mis-sena 2000. Madankollu, żewġ kumpaniji Koreani mhumiex suġġetti għal dazju u l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea għadhom f’livell għoli u żdiedu b’mod sinifikanti fil-perjodu meqjus. L-importazzjonijiet Koreani żdiedu bi kważi 150 % bejn l-2006 u l-PI u s-sehem mis-suq rispettiv tagħhom żdied minn 3,5 % fl-2006 għal 7,7 % fil-PI.

Tabella 17

 

2006

2007

2008

PI

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel (tunnellati)

94 023

130 994

177 341

231 107

Indiċi (2006=100)

100

139

189

246

Sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel

3,5  %

4,5  %

6,2  %

7,7  %

Prezz tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 084

1 071

1 063

914

Sors: Eurostat

(249)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Koreani ġeneralment baqa’ kemxejn taħt il-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, il-prezzijiet Koreani kienu ogħla mill-prezzijiet medji mill-pajjiżi kkonċernati. Għaldaqstant, għalkemm ma jistax ikun eskluż li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea kkontribwew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, il-kontribuzzjoni tagħhom kienet biss waħda limitata u jitqiesu li ma ħallewx ir-rabta kawżali stabbilita fir-rigward tal-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati.

(250)

L-esportatur Iranjan iddikjara li kull żieda fl-importazzjonijiet Iranjani kienet dovuta għat-tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel u għalhekk ma kkawżatx ħsara lill-produtturi Ewropej. Madankollu, id-dejta tal-Eurostat turi li matul il-perjodu meqjus, il-volumi tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kienu qed jiżdiedu b’mod stabbli u parallel. Għaldaqstant, wieħed ma jistax jikkonkludi li l-importazzjonijiet mill-Iran sempliċiment ħadu post l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel.

(b)   Pajjiżi oħra

(251)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra bħala medja kienu bi prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet medji ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet tilfu mis-sehem mis-suq fil-perjodu meqjus. Konsegwentement, dawn l-importazzjonijiet mhumiex meqjusa bħala kawża possibbli ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

Tabella 18

 

2006

2007

2008

PI

Volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati)

259 438

296 418

185 286

210 772

Indiċi (2006=100)

100

114

71

81

Sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

9,6  %

10,1  %

6,5  %

7,0  %

Prezz tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

1 176

1 144

1 194

1 043

Sors: Eurostat

5.3.3.   Kompetizzjoni mill-produtturi fl-Unjoni li ma kkooperawx

(252)

Uħud mill-partijiet interessati qalu li l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni hi dovuta għall-kompetizzjoni mill-produtturi fl-Unjoni li ma kkooperawx. Ħames produtturi tal-Unjoni ma kkooperawx f’dan il-proċess. Wieħed minnhom waqqaf il-produzzjoni tiegħu tul il-PI filwaqt li tnejn oħra għamlu dan ftit wara. Il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi li ma kkooperawx kienu stmati abbażi tat-tagħrif imressaq fl-ilment. Abbażi tat-tagħrif disponibbli, jidher li dawn il-produtturi tilfu s-sehem tagħhom mis-suq tul il-perjodu meqjus minn 20,5 % fl-2006 għal 16 % fil-PI. Mill-investigazzjoni ma ħarġet ebda evidenza li l-imġiba ta’ dawn il-produtturi ħallet ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u l-ħsara stabbilita għall-industrija tal-Unjoni.

Tabella 19

Produtturi tal-UE li ma kkooperawx

2006

2007

2008

PI

Bejgħ fl-UE (tunnellati)

554 329

493 363

356 581

478 282

Indiċi (2006=100)

100

89

64

86

Sehem mis-suq

20,5  %

16,8  %

12,4  %

16,0  %

Sors: ilment

5.3.4.   Tnaqqis fir-ritmu ekonomiku

(253)

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008 wasslet għal tkabbir fis-suq li mexa aktar bil-mod milli mistenni u li ma kienx normali meta mqabbel mal-bidu tas-sena 2000 fejn setgħu jiġu osservati rati annwali tat-tkabbir ta’ madwar 10 %. Għall-ewwel darba, kien hemm kontrazzjoni tad-domanda għall-PET fl-2008. Naturalment dan kellu effett fuq l-andament ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

(254)

Madankollu, l-effett negattiv tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u l-kontrazzjoni fid-domanda kienu aggravati biż-żieda ta’ importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Anki jekk it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jista’ għalhekk jitqies bħala kaġun tal-ħsara għall-perjodu li beda fl-aħħar tliet xhur tal-2008, dan bl-ebda mod ma jista’ jnaqqas l-effetti dannużi ta’ ħsara mill-importazzjonijiet sussidjati bi prezz baxx fis-suq tal-UE matul il-perjodu kollu meqjus. Anki f’sitwazzjoni fejn jonqos il-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni għandha tkun kapaċi żżomm livell aċċettabbli ta’ prezzijiet u għalhekk tillimita l-effetti negattivi ta’ tnaqqis fit-tkabbir tal-konsum, imma biss f’każ li ma jkunx hemm il-kompetizzjoni inġusta ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx fis-suq.

(255)

It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku lanqas ma għandu xi impatt fuq il-ħsara mġarrba u li diġà ġiet osservata qabel l-aħħar tliet xhur tal-2008.

(256)

Għaldaqstant, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jrid jitqies bħala element li jikkontribwixxi għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni mill-aħħar tliet xhur tal-2008 biss u minħabba n-natura globali tagħha ma tistax titqies bħala kawża possibbli li tħoll ir-rabta kawżali bejn il-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati.

5.3.5.   Pożizzjoni ġeografika

(257)

Xi wħud mill-partijiet interessati argumentaw li kull ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni ġiet ikkawżata primarjament mill-pożizzjoni żvantaġġata ta’ mill-inqas ftit mill-produtturi tal-Unjoni (jiġifieri ’l bogħod minn port b’mod li jeħlu aktar spejjeż ta’ trasportazzjoni bla bżonn għall-materja prima kif ukoll għall-prodott finali).

(258)

Fir-rigward tal-argument ta’ hawn fuq, huwa magħruf li meta tkun f’pożizzjoni fejn m’intix aċċessibbli malajr b’mezzi relattivament orħos ta’ trasport għandek ċerti żvantaġġi fejn jidħlu l-ispejjeż marbuta mat-twassil kemm tal-materja prima mill-fornituri kif ukoll tal-prodott finali lill-konsumaturi. Madankollu, l-investigazzjoni u d-dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (tnejn minnhom pożizzjonati qrib ta’ port u tnejn oħra iktar ’il ġewwa) ma indikat ebda korrelazzjoni sinifikanti bejn il-pożizzjoni ġeografika u l-andament ekonomiku tal-produtturi tal-Unjoni. Fil-fatt, il-ħsara li rriżultat ġarrbuha wkoll dawk il-produtturi pożizzjonati qrib ta’ port.

(259)

Konsegwentement, huwa konkluż li l-pożizzjoni ġeografika ma kkontribwietx b’mod sinifikanti għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.3.6.   Integrazzjoni vertikali

(260)

Uħud mill-partijiet interessati argumentaw li kull ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kien kawża tal-fatt li bosta produtturi tal-Unjoni mhumiex integrati vertikalment (f’termini tal-produzzjoni tal-PTA) u għalhekk għandhom żvantaġġ sinifikanti f’dik li hi spiża vis-à-vis l-esportaturi integrati. Id-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma wriet l-ebda korrellazzjoni sinifikanti bejn l-integrazzjoni vertikali tal-produzzjoni tal-PTA u l-andament ekonomiku tal-produtturi tal-Unjoni.

(261)

Għaldaqstant, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ integrazzjoni vertikali tal-produzzjoni tal-PTA ma kkontribwiex għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(262)

Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati, iż-żieda fl-ishma mis-suq u t-twaqqigħ tal-prezzijiet li rriżulta u, fuq in-naħa l-oħra, id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet sussidjati kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

(263)

Ġew analizzati fatturi oħra iżda nstab li dawn ma jħollux ir-rabta kawżali bejn l-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea setgħu kkontribwew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, iżda minħabba d-differenza żgħira fil-prezz bejn dawn l-importazzjonijiet u s-suq tal-Unjoni, dawn jitqiesu li ma jħollux ir-rabta kawżali stabbilita fir-rigward tal-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati. Minħabba d-deterjorament tas-sehem mis-suq u l-livell għoli tal-prezz tagħhom, ma hemm ebda evidenza li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kkontribwew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, ma kien hemm ebda fattur magħruf ieħor, jiġifieri l-andament tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kompetizzjoni mill-produtturi l-oħra tal-Unjoni, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-pożizzjoni ġeografika u n-nuqqas ta’ integrazzjoni vertikali, li kkontribwixxa għall-ħsara tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li ħall din ir-rabta kawżali.

(264)

Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod tajjeb l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effett dannuż tal-importazzjonijiet sussidjati, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(265)

B’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar is-sussidjar, il-ħsara u l-kawżalità, kienx hemm raġunijiet b’saħħithom li jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset l-impatt probabbli ta’ miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti, kif ukoll il-konsegwenzi probabbli jekk ma jittiħdux miżuri.

(266)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-importaturi indipendenti, il-fornituri ta’ materja prima, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom. B’kollox intbagħtu ’l fuq minn 50 kwestjonarju iżda t-tweġibiet li waslu fiż-żmien stipulat kienu biss 13. Barra minn hekk, kien hemm 22 utent li ppreżentaw ruħhom aktar tard fil-proċess b’ittri ta’ oppożizzjoni għal kwalunkwe miżuri possibbli f’dan il-każ.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni u ta’ produtturi tal-Unjoni oħrajn

(267)

Hu mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati tipprevjeni aktar tfixkil tas-suq u restrizzjoni tal-prezzijiet u terġa’ tintroduċi kompetizzjoni ġusta. Dan, min-naħa l-oħra, għandu jipprovdi lill-industrija tal-Unjoni b’opportunità biex ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha minħabba ż-żieda fil-prezzijiet, iż-żieda fil-volumi ta’ bejgħ u fis-sehem mis-suq.

(268)

Fin-nuqqas ta’ miżuri, hu mistenni li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ikomplu jiżdiedu bi prezzijiet baxxi li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. F’dan il-każ, l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex l-opportunità li ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha. Minħabba l-istat finanzjarju ħażin tal-industrija tal-Unjoni, ikun mistenni aktar għeluq ta’ impriżi bil-konsegwenza ta’ aktar telf ta’ impjiegi.

(269)

Ma hemm xejn x’juri li l-interessi tal-produtturi l-oħra fl-Unjoni li ma kkooperawx b’mod attiv fl-investigazzjoni se jkunu differenti minn dawk indikati għall-industrija tal-Unjoni.

(270)

Il-kumpanija Iranjana argumentat li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tgħinx lill-industrija tal-Unjoni għax twassal biss għal investimenti ġodda f’pajjiżi esportaturi oħra. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat għax ikun ifisser, jekk titqies il-konsegwenza loġika tiegħu, li l-miżuri kumpensatorji ma jistgħu qatt jiġu imposti fuq prodotti li għalihom l-investimenti jistgħu jiġu trasferiti lejn pajjiżi oħra. Dan ikun ifisser ukoll li wieħed jirrinunzja għall-protezzjoni kontra l-kummerċ inġust sempliċiment minħabba l-possibbiltà ta’ kompetizzjoni ġdida minn pajjiżi terzi oħra.

(271)

L-istess parti interessata ddikjarat li l-ebda miżura ma tista’ ssewwi l-iżvantaġġ kompetittiv strutturali tal-industrija ta’ produzzjoni tal-PET tal-UE meta mqabbla mal-industrija ta’ produzzjoni tal-PET fl-Asja u fil-Lvant Nofsani. Dan l-argument, madankollu, ma ġiex issostanzjat biżżejjed. Ta’ min jinnota li xi produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li huma integrati vertikalment jinsabu wkoll f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Barra minn hekk, minkejja l-iżvantaġġi kompetittivi possibbli (pereżempju permezz ta’ aċċess għal materja prima orħos), xorta waħda nstab li l-produtturi esportaturi kienu qed jirċievu sussidji kumpensatorji

(272)

Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji tkun biċ-ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   L-interess tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni

(273)

Kif indikat hawn fuq, it-teħid tal-kampjuni kien applikat għall-importaturi mhux relatati u minn żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun aġent importatur wieħed biss (Global Services International, “G.S.I”.) ikkoopera b’mod sħiħ f’din l-investigazzjoni billi ressaq tweġiba għall-kwestjonarju. L-importazzjonijiet iddikjarati mill-aġent li kkoopera jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-importazzjonijiet kollha kkonċernati fil-PI. Il-kummissjonijiet għall-importazzjonijiet tal-PET jirrappreżentaw il-maġġoranza tan-negozju tal-G.S.I. Billi l-aġent jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni, l-impożizzjoni ta’ dazji mhix mistennija li jkollha impatt sinifikanti fuq l-andament tiegħu minħabba li kull żieda effettiva fil-prezz tal-importazzjoni x’aktarx ibatuha l-klijenti tiegħu.

(274)

Ebda importatur ieħor ma ressaq tagħrif rilevanti. Billi l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra fejn bħalissa hemm fis-seħħ miżuri antidumping u/jew kumpensatorji ma waqfux u billi l-importazzjonijiet huma disponibbli minn pajjiżi mingħajr miżuri ta’ difiża għan-negozju (eż. l-Oman, l-Istati Uniti, il-Brażil), jitqies li l-importaturi jistgħu jimportaw minn dawn il-pajjiżi.

(275)

Għaldaqstant ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji mhux se jkollha effetti negattivi sa punt sinifikanti fuq l-interess tal-importaturi tal-UE.

6.3.   L-interess tal-fornituri ta’ materja prima fl-Unjoni

(276)

Tliet fornituri ta’ materja prima (tnejn tal-PTA u wieħed tal-MEG) ikkooperaw fl-investigazzjoni billi ressqu t-tweġiba għall-kwestjonarju fiż-żmien stipulat. L-għadd ta’ persunal impjegat fil-faċilitajiet Ewropej tagħhom u involut fil-produzzjoni tal-PTA/MEG kien ta’ madwar 700.

(277)

Il-produtturi tal-PTA li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 50 % tax-xiri ta’ PTA tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-produtturi tal-PTA jiddependu bil-kbir fuq l-istat tal-produtturi tal-PET li jikkostitwixxu l-klijenti ewlenin tagħhom. Il-prezzijiet baxxi tal-PET iwasslu għal prezzijiet aktar baxxi tal-PTA u marġnijiet aktar baxxi għall-produtturi tal-PTA. Ta’ min isemmi li tinsab għaddejja investigazzjoni li tikkonċerna l-antidumping u l-antissussidjar fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ PTA li joriġina fit-Tajlandja, li jfisser li l-produtturi tal-UE tal-PTA jistgħu wkoll iħabbtu wiċċhom ma’ kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet Tajlandiżi. Għaldaqstant, jitqies li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet sussidjati tal-PET għandha tibbenefika lill-produtturi tal-PET.

(278)

Għall-fornitur tal-MEG li kkoopera, l-MEG jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-fatturat totali tiegħu. Ta’ min isemmi li fir-rigward tal-MEG, il-PET mhuwiex l-unika applikazzjoni possibbli tiegħu, u lanqas dik ewlenija, u l-produtturi tal-MEG jiddependu inqas fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-PET. Minkejja dan, id-diffikultajiet tal-industrija tal-PET jista’ jkollhom impatt limitat fuq il-fornituri tal-MEG, tal-inqas fuq medda qasira u medja ta’ żmien.

(279)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati tkun fl-interess tal-fornituri ta’ materja prima.

6.4.   L-interess tal-utenti

(280)

Il-PET suġġett għal dan il-proċediment (jiġifieri bin-numru tal-viskożità ta’ 78 ml/g jew ogħla, l-hekk imsejjaħ “grad ta” flixkun’ (bottle grade) jintuża l-aktar biex jiġu prodotti fliexken għall-ilma u xarbiet oħra. L-użu tiegħu għall-produzzjoni ta’ pakketti oħra (ikel solidu jew deterġenti) u għall-produzzjoni tal-folji qiegħed jiżviluppa, iżda għadu relattivament limitat. Il-fliexken tal-PET jiġu prodotti f’żewġ stadji. (i) l-ewwel issir preforma bl-injezzjoni ta’ PET bil-forma u (ii) wara l-preforma tissaħħan u tintefaħ fi flixkun. Ir-realizzazzjoni tal-fliexken tista’ tkun proċess integrat (jiġifieri l-istess kumpanija tixtri l-PET, tipproduċi l-preforma u tonfoħha fi flixkun) jew wieħed limitat għat-tieni stadju (l-infiħ tal-preforma fi flixkun). Il-preforom jistgħu jiġu trasportati b’mod relattivament faċli minħabba li huma żgħar u densi, filwaqt li l-fliexken vojta huma instabbli u minħabba d-daqs tagħhom it-trasport tagħhom huwa għali ħafna.

(281)

Il-fliexken tal-PET jimtlew bl-ilma u/jew b’xarbiet oħra mill-kumpaniji tal-ibbottiljar (‘il-bottiljaturi’). Il-kumpaniji tal-ibbottiljar sikwit ikunu involuti fin-negozju tal-PET jew permezz ta’ proċessi integrati ta’ realizzazzjoni tal-fliexken jew permezz ta’ ftehimiet dwar ħlasijiet (tolling) ma’ konvertituri subkontrattati u/jew produtturi tal-fliexken li jinnegozjaw il-prezz tal-PET għalihom mal-produttur (soft tolling) jew anki jixtru l-PET għall-fliexken tagħhom stess (hard tolling).

(282)

Għaldaqstant, jeżistu żewġ gruppi ta’ utenti:

il-konvertituri u/jew il-produtturi tal-flixkun – li jixtru l-PET direttament mill-produtturi, jikkonvertuh fil-preforom (jew fliexken) u jerġgħu jbigħuh għall-ipproċessar downstream (jew il-mili), u

il-bottiljaturi - li jixtru l-PET għall-konvertituri/produtturi tal-fliexken subkontrattati tagħhom (hard tolling) jew jinnegozjaw il-prezz li bih il-konvertitur subkontrattat u/jew il-produttur tal-flixkun se jakkwista l-PET (soft tolling).

(a)   Konvertituri

(283)

Il-produtturi tal-preforom huma l-utenti ewlenin tal-PET bil-grad ta’ flixkun. Erba’ konvertituri, li jirrappreżentaw 16 % tal-konsum tal-Unjoni fil-PI, ikkooperaw b’mod sħiħ fl-invetsigazzjoni (jiġifieri ressqu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju fi ħdan il-limiti ta’ żmien). Kif issemma hawn fuq, għadd sinifikanti ta’ konvertituri ppreżentaw ruħhom ukoll aktar tard fil-proċediment jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom, iżda ma pprovdewx dejta verifikabbli fir-rigward tal-konsum tagħhom. Waqt seduta l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera qal li ’l fuq minn 80 % tal-utenti tal-UE qegħdin jopponu dawn il-miżuri. Madankollu dan it-tagħrif ma kienx sostnut biżżejjed u ma setax jiġi vverifikat.

(284)

Waqt seduta, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-konvertituri Ewropej tal-plastik (l-EuPC) qalet li qed tieħu pożizzjoni newtrali fir-rigward ta’ dan il-proċediment. Għalkemm uħud mill-membri tagħha huma kontra dawn il-miżuri, il-livell attwali tal-prezzijiet tal-PET fis-suq Ewropew mhuwiex sostenibbli għall-kumpaniji li jirriċiklaw il-PET. Il-kumpaniji li jirriċiklaw il-PET (li wkoll huma rappreżentati mill-EuPC) jidhru favur il-miżuri. Madankollu, fi stadju aktar tard tal-investigazzjoni, l-assoċjazzjoni biddlet il-pożizzjoni tagħha u ddikjarat li hi kontra l-impożizzjoni tal-miżuri. L-assoċjazzjoni ddikjarat li l-impożizzjoni ta’ miżuri twassal għal spejjeż eċċessivi għall-industrija tal-konvertituri tal-plastik fl-UE, li tikkonsisti prinċipalment f’impriżi żgħar u medji (SMEs). L-assoċjazzjoni argumentat li dawn l-SMEs ma jkunux kapaċi jassorbu prezzijiet ogħla tal-PET, iżda jkollhom iwaqqfu l-attività tagħhom jew jittrasferuha barra mill-UE. Dawn id-dikjarazzjonijiet ma ġewx issostanzjati aktar f’dan l-istadju.

(285)

L-għadd totali ta’ persunal impjegat mill-konvertituri li kkooperaw kien ta’ 1 300 ruħ, filwaqt li l-persunal impjegat u ddikjarat mill-konvertituri li ppreżentaw ruħhom aktar tard fil-proċediment kien ta’ 6 000 ruħ oħra. Waqt is-seduta l-aġent tal-importazzjoni u l-klijenti tiegħu indikaw li l-livell ta’ impjiegi tal-konvertituri hu ta’ madwar 20 000 ruħ. It-tagħrif dwar l-impjiegi għad irid jiġi vverifikat.

(286)

Abbażi tat-tagħrif disponibbli, il-PET użat fil-produzzjoni tal-preforom jammonta għal bejn 70 % u 80 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni tal-konvertituri. Għaldaqstant, dan huwa komponent kritiku tal-ispiża għal dawn il-kumpaniji. L-investigazzjoni sa issa indikat li, bħala medja, il-konvertituri li kkooperaw diġà qed jagħmlu xi telf. Minħabba li l-maġġoranza tal-konvertituri huma kumpaniji lokali żgħar u medji, fuq medda qasira u medja ta’ żmien jista’ jkollhom biss possibbiltajiet limitati biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispejjeż tagħhom, partikolarment meta l-klijent tagħhom (il-kumpaniji tal-ibbottiljar) ikollu pożizzjoni b’saħħitha u allura jkun f’qagħda vantaġġata ta’ negozjar. Madankollu, il-kuntratti (normalment innegozjati kull sena) biex jinbiegħu l-preforom u/jew il-fliexken sikwit jinkludu mekkaniżmu biex tiġi riflessa l-varjazzjoni tal-prezzijiet tal-PET.

(287)

Il-konvertituri u l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera argumentaw li l-miżuri se jwasslu biex produtturi ikbar tal-preforom imexxu l-linji ta’ produzzjoni standardizzati tagħhom għall-pajjiżi ġirien tal-UE. Minħabba li l-ispejjeż tat-trasport tal-preforom fuq distanzi twal huma relattivament baxxi, sa ċertu punt dan il-proċess diġà qiegħed iseħħ. Għalissa, madankollu, il-kunsiderazzjonijiet bħalma hi l-prossimità tal-klijent jew il-flessibbiltà tat-twassil jidhru li jikkumpensaw għall-vantaġġi li jistgħu joffru l-pajjiżi ġirien. Minħabba li l-livell ta’ miżuri proposti huwa moderat, qed jitqies b’mod provviżorju li l-vantaġġi tal-produzzjoni tal-preforom barra mill-UE ma għandhomx jegħlbu l-iżvantaġġi attwali. Barra minn dan, minħabba l-ispejjeż tat-trasport, id-delokalizzazzjoni hi mistennija li tkun alternattiva biss għall-kumpaniji li l-klijenti tagħhom huma pożizzjonati qrib il-fruntieri tal-UE, iżda mhux għall-konvertituri li għandhom il-klijenti tagħhom f’partijiet oħra tal-UE.

(288)

Il-konvertituri u l-aġent tal-importazzjoni li kkoopera argumentaw li l-miżuri setgħu biss iservu ta’ għajnuna għal żmien qasir lill-produtturi tal-PET. Dawn iddikjaraw li fuq medda medja u twila ta’ żmien, ladarba l-produtturi tal-preforom jimxu ’l barra mill-UE, mhux se jkun hemm biżżejjed domanda fis-suq tal-UE għal produtturi tal-PET u l-prezzijiet dejjem aktar baxxi fl-aħħar mill-aħħar se jġiegħlu lill-produtturi tal-PET biex jagħlqu jew inkella jittrasferixxu ruħhom barra mill-UE. Minħabba l-kunsiderazzjonijiet fil-premessa preċedenti u minħabba li qed jitqies b’mod provviżorju li l-produtturi tal-preforom għad mhumiex obbligati, ekonomikament, li jimxu ’l barra mill-UE, dan ix-xenarju x’aktarx ma jseħħx.

(289)

Għalhekk b’mod provviżorju għadu mhux eskluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri jkollha impatt sinifikanti fuq l-ispiża tal-produzzjoni tal-konvertituri. Madankollu, minħabba l-inċertezzi fir-rigward tal-possibbiltajiet għall-produtturi tal-preforom u/jew tal-fliexken biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispejjeż fuq il-konsumaturi tagħhom, l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-konvertituri u l-andament ġenerali tagħhom ma jistax jiġi ddikjarat b’mod ċar f’dan l-istadju provviżorju.

(b)   Bottiljaturi

(290)

Sitt kumpaniji bottiljaturi, inklużi fergħat tal-Coca-Cola Co., Nestle Waters, Danone u Orangina kkooperaw mal-investigazzjoni, jiġifieri ressqu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju fil-limiti taż-żmien. Dawn jirrappreżentaw madwar 11 % tal-konsum tal-Unjoni tal-PET fil-PI. Il-format tat-tagħrif ipprovdut ma jippermettix l-identifikazzjoni faċli tal-għadd ta’ persunal involut direttament fil-produzzjoni li juża l-PET. Madankollu, huwa stmat b’mod provviżorju li hemm madwar 6 000 ruħ. Abbażi tat-tagħrif disponibbli, huwa stmat li l-industrija totali tal-ibbottiljar fl-Unjoni timpjega bejn 40 000 u s-60 000 ħaddiem involuti direttament fil-produzzjoni permezz tal-PET.

(291)

Abbażi tat-tagħrif disponibbli, l-ispiża tal-PET fl-ispiża totali tal-bottiljaturi li kkooperaw tvarja bejn 1 % u 14 %, skont l-ispiża tal-komponenti l-oħra użati fil-produzzjoni tal-prodotti rispettivi tagħhom. It-tagħrif disponibbli jindika li l-PET għandu tendenza jkun element ta’ spiża aktar sinifikanti għall-produtturi tal-ilma minerali (speċjalment mingħajr marka kummerċjali), filwaqt li għal xi kumpaniji tal-ibbottiljar tas-soft drinks dan ikun marġinali. It-tagħrif fil-fajl juri li f’xi każijiet l-ispiża tal-PET tista’ tirrappreżenta sa 20 % tal-prezz finali tal-ilma minerali għall-konsumaturi. Huwa stmat li, bħala medja, l-ispiża tal-PET tista’ tikkostitwixxi sa 10 % tal-ispiża totali tal-kumpaniji bottiljaturi.

(292)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, jitqies li kull żieda fil-prezzijiet tal-PET wara l-impożizzjoni tal-miżuri proposti se jkollha biss impatt limitat (anqas minn żieda ta’ 2 % fl-ispiża) fuq il-qagħda ġenerali tal-kumpaniji bottiljaturi, anki jekk, kif intqal, dawn ikollhom diffikultajiet biex jittrasferixxu ż-żieda fl-ispiża fuq il-konsumaturi tagħhom, li f’kull każ hija improbabbli tal-inqas fil-perspettiva ta’ nofs it-terminu.

6.5.   Nuqqas ta’ fornitura tal-PET

(293)

Bosta partijiet interessati argumentaw li l-impożizzjoni tal-miżuri se tirriżulta f’nuqqas ta’ PET fis-suq tal-UE u li l-produtturi tal-Unjoni ma għandhomx biżżejjed kapaċitajiet ta’ produzzjoni biex ilaħħqu mad-domanda eżistenti.

(294)

Ta’ min jinnota li f’dan ir-rigward il-produtturi tal-Unjoni ħaddmu biss 69 % tal-kapaċità tagħhom fil-PI u għandhom biżżejjed kapaċità żejda biex jissostitwixxu l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, kemm-il darba jkun hemm bżonn isir dan. Madankollu, l-iskop tad-dazju ma għandux ikun wieħed li jiskoraġġixxi l-importazzjoni iżda biss wieħed li jerġa’ jintroduċi l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Barra minn dan, hemm disponibbli wkoll sorsi oħra ta’ forniment.

(295)

Barra minn hekk, kemm-il darba l-prezz tal-PET verġni fl-UE jinżamm f’livell raġonevoli u ma jitħalliex jaqa’ minħabba kompetizzjoni inġusta, huwa mistenni li l-industrija tar-riċiklaġġ tal-PET iżżid il-produzzjoni.

6.6.   Argumenti oħra

(296)

L-esportatur Iranjan argumenta li l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-PET Iranjan ikollha effett negattiv sproporzjonat minħabba l-istatus tal-pajjiż bħala pajjiż li qed jiżviluppa u billi l-esportaturi Iranjani diġà qed iħabbtu wiċċhom ma’ żvantaġġi serji minħabba s-sanzjonijiet internazzjonali. Hija l-prassi kostanti tal-Kummissjoni li tieħu azzjonijiet ta’ antisussidjar kontra l-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw b’mod indaqs kull meta din l-azzjoni tkun iġġustifikata mir-rekwiżiti legali. Barra minn hekk, il-fatt li hemm sanzjonijiet fis-seħħ kontra l-Iran hija kunsiderazzjoni irrilevanti skont ir-regoli eżistenti ta’ antisussidjar.

6.7.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(297)

Biex wieħed jikkonkludi, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċeranti għandha tipprovdi opportunità għall-industrija tal-Unjoni, kif ukoll għal produtturi oħra tal-Unjoni, biex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom permezz ta’ żieda fil-volumi ta’ bejgħ, żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ u f’dik tas-sehem mis-suq. Filwaqt li jistgħu jfiġġu xi effetti negattivi fl-għamla ta’ żidiet fl-ispiża għall-utenti (l-iktar il-konvertituri), dawn x’aktarx jingħelbu mill-benefiċċji li mistennija jaslu għand il-produtturi u l-fornituri tagħhom.

(298)

L-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kompetizzjoni ġusta u ż-żamma tal-prezz f’livell raġonevoli fl-UE għandhom jinkoraġġixxu r-riċiklaġġ tal-PET b’mod li jkompli jitħares l-ambjent. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa konkluż provviżorjament li, kollox ma’ kollox, ma jeżistux raġunijiet konvinċenti biex ma jiġux imposti miżuri fil-każ preżenti. Dan l-istudju preliminari jista’ jkollu jiġi rivedut fl-istadju finali, wara l-verifika tat-tweġibiet għall-kwestjonarju min-naħa tal-utenti u wara investigazzjoni ulterjuri.

7.   MIŻURI KUMPENSATORJI PROVVIŻORJI

(299)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet provviżorji li ntlaħqu rigward is-sussidjar, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda sabiex tiġi evitata aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni minn importazzjonijiet issussidjati.

7.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(300)

Il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti biex jeliminaw il-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati, mingħajr ma jinqabeż il-marġni tas-sussidju misjub. Fil-kalkolu tal-ammont ta’ dazju meħtieġ għat-tneħħija tal-effetti tas-sussidjar dannuż, jitqies li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tagħha ta’ produzzjoni u b’mod ġenerali tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jintlaħaq raġonevolment f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet sussidjati.

(301)

L-Unjoni tkellmet dwar mira ta’ profitt ta’ 7,5 %, kif intuża fil-proċediment kontra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Madankollu, matul il-perjodu meqjus l-industrija tal-Unjoni qatt ma kisbet profitt bħal dan (fil-fatt qatt ma għamlet profitt) u b’mod ġenerali esprimiet li normalment tkun qed topera b’marġnijiet pjuttost baxxi. L-ogħla profitt miksub minn żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun f’sena mill-perjodu meqjus kien ta’ 3 %. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-iktar mira ta’ profitt li dehret raġonevoli kienet dik ta’ 5 %.

(302)

Abbażi ta’ dan, ġie kkalkulat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż ġie stabbilit billi tnaqqas il-marġni ta’ profitt attwali mill-prezz ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika u mal-prezz li ġie kkalkolat biex ma jsirx telf żdiedet il-mira ta’ marġni ta’ profitt imsemmija hawn fuq.

(303)

Minħabba li matul il-PI l-prezzijiet tal-materja prima u allura dawk tal-PET fis-suq tal-Unjoni ġarrbu varjazzjonijiet sinifikanti, tqies f’loku li l-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara jiġi kkalkulat fuq dejta ta’ kull tliet xhur.

Pajjiż

Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

L-Iran

17,0  %

Il-Pakistan

15,2  %

L-EGħM

18,5  %

7.2.   Miżuri provviżorji

(304)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ’il fuq u skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, jitqies li gћandu jiġi impost dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda fl-iktar livell baxx tal-livell ta’ eliminazzjoni tas-sussidjar u tal-ħsara li nstab, u dan skont ir-regola tal-inqas dazju.

(305)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, jitqies li għandha tiġi imposta r-rata tad-dazju kumpensatorju provviżorju fuq importazzjonijiet li joriġinaw fl-Iran fil-livell tal-marġni ta’ ħsara misjub, filwaqt li għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Pakistan u fl-Emirati Għarab Magħquda, ir-rata tad-dazju kumpensatorju provviżorju għandha tiġi imposta fil-livell tal-marġni ta’ sussidju li nstab.

(306)

Ta’ min jinnota li l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-PET huma suġġetti għal flutwazzjonijiet konsiderevoli f’perjodi ta’ żmien relattivament qosra. Għaldaqstant, tqies f’loku li jiġu imposti dazji fil-forma ta’ ammont speċifiku għal kull tunnellata. Dan l-ammont jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata kumpensatorja għall-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF użata għall-kalkoli fil-proċediment antidumping parallel.

(307)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-ammonti tad-dazju kumpensatorju propost, espressi fi prezzijiet CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel ma jitħallas id-dazju doganali, huma kif ġej:

Pajjiż

Marġni ta’ sussidju totali

li minnu Sussidju tal-Esportazzjoni

Marġni ta’ ħsara

(fuq bażi ta’ kull tliet xhur)

Rata tad-dazju kumpensatorju provviżorju

%

Ammont

(EUR/t)

L-Iran

53  %

2  %

17,0  %

17,0  %

142,97

Il-Pakistan

9,7  %

7,4  %

15,2  %

9,7  %

83,64

L-EGħM

5,1  %

0  %

18,5  %

5,1  %

42,34

7.3.   Dispożizzjoni finali

(308)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom fiż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ tnedija jkunu jistgħu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub jew jitolbu smigħ. Barra minn hekk, wieħed għandu jgħid li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jerġgħu jitqiesu għall-finijiet ta’ kwalunkwe miżuri definittivi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qiegħed jiġi impost dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ polyethylene terephthalate li għandu n-numru tal-viskożità ta’ 78 ml/g jew iktar skont l-Istandard ISO 1628-5, li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 3907 60 20 u li joriġina fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda.

2.   Ir-rata tad-dazju provviżorju kumpensatorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Rata tad-dazju kumpensatorju

(EUR/tunnellata)

L-Iran: il-kumpaniji kollha

142,97

Il-Pakistan: il-kumpaniji kollha

83,64

L-Emirati Għarab Magħquda: il-kumpaniji kollha

42,34

3.   Fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun ġarrbet xi ħsarat qabel id-dħul tagħha fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz li jkun tħallas effettivament jew li jkun pagabbli ikun apporzjonat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4), l-ammont ta’ dazju kumpensatorju provviżorju, ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammonti stipulati hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwali li tikkorrispondi mal-apporzjonament tal-prezz li kien effettivament imħallas jew li jkun pagabbli.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ erba’ xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU C 208, 3.9.2009, p. 7.

(3)  ĠU C 208, 3.9.2009, p. 12.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/59


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 474/2010

tal-31 ta’ Mejju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

51,1

MK

50,2

TN

74,3

TR

63,0

ZZ

59,7

0707 00 05

AL

41,0

MA

46,5

MK

57,4

TR

120,9

ZZ

66,5

0709 90 70

TR

111,1

ZZ

111,1

0805 50 10

AR

92,0

BR

112,1

TR

93,6

ZA

102,2

ZZ

100,0

0808 10 80

AR

90,1

BR

79,2

CA

113,1

CL

95,4

CN

51,4

MK

26,7

NZ

106,6

US

148,6

ZA

90,6

ZZ

89,1

0809 20 95

TR

526,5

US

328,1

ZZ

427,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/61


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 475/2010

tal-31 ta’ Mejju 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 131, 29.5.2010, p. 29.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

37,71

0,00

1701 11 90  (1)

37,71

3,59

1701 12 10  (1)

37,71

0,00

1701 12 90  (1)

37,71

3,29

1701 91 00  (2)

39,23

5,70

1701 99 10  (2)

39,23

2,57

1701 99 90  (2)

39,23

2,57

1702 90 95  (3)

0,39

0,29


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/63


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 476/2010

tal-31 ta’ Mejju 2010

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Ġunju 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

13,98

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

13,98


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

14.5.2010-28.5.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

165,97

116,10

Prezz FOB USA

138,17

128,17

108,17

84,83

Tariffa fuq il-Golf

16,37

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

36,08

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

30,61  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

63,21  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DIRETTIVI

1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/66


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2010/32/UE

tal-10 ta’ Mejju 2010

li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 155(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-imsieħba soċjali jistgħu, skont l-Artikolu 155(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), flimkien jitolbu biex il-ftehimiet konklużi minnhom fuq il-livell tal-Unjoni dwar kwistjonijiet koperti mill-Artikolu 153 tat-TFUE jiġu implimentati minn deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni.

(2)

Permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Novembru 2008, l-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali Ewropej il-HOSPEEM (Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Min Iħaddem fis-Settur tal-Isptarijiet u tal-Kura tas-Saħħa, organizzazzjoni settorjali li tirrappreżenta lil min iħaddem) u l-EPSU (Federazzjoni Ewropea ta’ Unions tas-Servizz Pubbliku, organizzazzjoni Ewropea ta’ trade unions) infurmaw lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jidħlu f’negozjati f’konformità mal-Artikolu 138(4) u l-Artikolu 139 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-“Trattat KE”) (1) bil-ħsieb li jiġi konkluż Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa.

(3)

Fis-17 ta’ Lulju 2009 l-imsieħba soċjali Ewropej iffirmaw it-test ta’ Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa.

(4)

Peress li l-għanijiet tad-Direttiva, jiġifieri biex jinkiseb l-aktar ambjent ta’ xogħol sikur possibbli permezz tal-prevenzjoni ta’ korrimenti mill-ħaddiema kkawżati mill-oġġetti mediċi kollha li jaqtgħu (inkluż tingiż ta’ labar) u permezz tal-protezzjoni tal-ħaddiema f’riskju fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(5)

Meta abbozzat il-proposta tagħha għal Direttiva, il-Kummissjoni qieset ir-rappreżentanza tal-partijiet firmatarji, wara li kkunsidrat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim, għas-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa, il-mandat tagħhom u l-legalità tal-klawsoli fil-Ftehim Qafas u l-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-rigward ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(6)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-proposta tagħha.

(7)

Fil-11 ta’ Frar 2010, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-proposta.

(8)

L-għan tal-Ftehim Qafas kif stabbilit fil-Klawsola 1 tiegħu huwa biex jinkiseb aħjar wieħed mill-għanijiet tal-politika soċjali, jiġifieri t-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol.

(9)

Il-Klawsola 11 tippermetti lill-Istati Membri u lill-Komunità (mill-1 ta’ Diċembru 2009 sostitwita bl-Unjoni) li jżommu u jintroduċu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-protezzjoni tal-ħaddiema minn korrimenti kkawżati minn strumenti mediċi li jaqtgħu.

(10)

L-Istati Membri għandhom jipprevedu pieni effettivi, proporzjonali u dissważivi f’każ ta’ kwalunkwe ksur tal-obbligi taħt din id-Direttiva.

(11)

L-Istati Membri jistgħu jafdaw lill-imsieħba soċjali, fuq talba konġunta tagħhom, bl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu jistgħu jiggarantixxu f’kull ħin ir-riżultati imposti b’din id-Direttiva.

(12)

F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (2), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom, li, sa fejn hu possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva timplimenta l-Ftehim Kwadru dwar il-prevenzjoni kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fl-isptarijiet u fis-settur tal-kura tas-saħħa ffirmat mill-imsieħba soċjali Ewropej il-HOSPEEM u l-EPSU fis-17 ta’ Lulju 2009, kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema pieni huma applikabbli meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali ppromulgati f’konformità ma’ din id-Direttiva jiġu miksura. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva jew għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali jkunu introduċew il-miżuri meħtieġa permezz ta’ ftehim sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2013. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fl-ambitu kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

Á. GONZÁLEZ-SINDE REIG


(1)  Rinumerati: Artikoli 154(4) u 155 tat-TFUE.

(2)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS

FTEHIM QAFAS DWAR IL-PREVENZJONI MINN KORRIMENTI KKAWŻATI MINN OĠĠETTI LI JAQTGĦU FIS-SETTUR TAL-ISPTARIJIET U L-KURA TAS-SAĦĦA

Preambolu:

1.

Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol hija kwistjoni li għandha tkun importanti għal dawk kollha fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa. It-teħid ta’ azzjoni għall-prevenzjoni u l-protezzjoni kontra korrimenti mhux meħtieġa, jekk titwettaq tajjeb, għandu jkollha effetti pożittivi fuq ir-riżorsi;

2.

Is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema huma importanti ħafna u huma marbutin mill-qrib mas-saħħa tal-pazjenti. Huma l-kondizzjonijiet għal kwalità ta’ kura aħjar;

3.

Il-proċess ta’ tfassil ta’ politika u implimentazzjoni fir-rigward ta’ strumenti mediċi li jaqtgħu għandu jkun ir-riżultat ta’ djalogu soċjali;

4.

Il-HOSPEEM (Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Min Iħaddem fis-Settur tal-Isptarijiet u l-Kura tas-Saħħa) u l-EPSU (Union tas-Servizz Pubbliku Ewropew), l-imsieħba soċjali Ewropej rikonoxxuti fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa, qablu fuq dan li ġej:

Konsiderazzjonijiet Ġenerali:

1.

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 138 u 139 (2) tiegħu (1);

2.

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (2);

3.

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (3);

4.

Wara li kkunsidraw id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (4);

5.

Wara li kkunsidraw l-istrateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (5);

6.

Wara li kkunsidraw id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (6);

7.

Wara li kkunsidraw ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar il-protezzjoni ta’ persuni Ewropej li jaħdmu fis-settur tal-kura tas-saħħa minn infezzjonijiet fid-demm minħabba korrimenti minn tingiż ta’ labar (2006/2015(INI));

8.

Wara li kkunsidraw l-ewwel u t-tieni stadju ta’ konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ ħaddiema Ewropej fis-settur tal-kura tas-saħħa minn infezzjonijiet fid-demm minħabba korrimenti minn tinġiż ta’ labar;

9.

Wara li kkunsidraw l-eżitu tas-seminar tekniku tal-EPSU-HOSPEEM dwar korrimenti minn tingiż ta’ labar tas-7 ta’ Frar 2008;

10.

Wara li kkunsidraw il-ġerarkija ta’ prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/391/KEE kif ukoll il-miżuri ta’ prevenzjoni definiti fl-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2000/54/KE;

11.

Wara li kkunsidraw il-linji gwida konġunti tal-ILO/WHO dwar is-servizzi tas-saħħa u l-HIV/AIDS u l-linji gwida konġunti tal-ILO/WHO dwar profilassi wara l-espożizzjoni għall-prevenzjoni tal-infezzjoni HIV;

12.

B’rispett sħiħ għal-leġislazzjoni nazzjonali u l-ftehimiet kollettivi eżistenti;

13.

Billi jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġi evalwat kemm hija l-inċidenza ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa, l-evidenza xjentifika turi li miżuri preventivi u ta’ protezzjoni jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti l-okkorrenza ta’ aċċidenti u infezzjonijiet;

14.

Billi proċess sħiħ ta’ valutazzjoni tar-riskju huwa prekondizzjoni biex tittieħed azzjoni adatta għall-prevenzjoni ta’ korrimenti u infezzjonijiet;

15.

Billi min iħaddem, u r-rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema jeħtieġ li jikkoperaw biex jipprevjenu u jipproteġu lill-ħaddima minn korrimenti u infezzjonijiet minn strumenti mediċi li jaqtgħu;

16.

Billi l-ħaddiema fis-settur tal-kura tas-saħħa huma primarjament iżda mhux esklussivament imħassbin dwar korrimenti kkawżati minn strumenti li jaqtgħu;

17.

Billi studenti li qed jieħdu taħriġ kliniku, bħala parti mill-edukazzjoni tagħhom, mhumiex ikkunsidrati bħala ħaddiema taħt dan il-ftehim, huma għandhom ikunu koperti minn miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni kif spjegat f’dan il-ftehim, bir-responsabbiltajiet regolati skont il-leġislazzjoni u l-prattika nazzjonali;

Klawsola 1:   Għan

L-għan ta’ dan il-ftehim qafas huwa:

Li jintlaħaq l-aktar ambjent ta’ xogħol sikur possibbli;

Li jiġu evitati l-korrimenti minn ħaddiema kkawżati mill-istrumenti mediċi li jaqtgħu kollha (inkluż tingiż ta’ labar);

Li jiġu mħarsal-ħaddiema f’riskju;

Li jiġi stabbilit approċċ integrat li jistabbilixxi linji ta’ politika fil-valutazzjoni tar-riskju, il-prevenzjoni tar-riskju, it-taħriġ, l-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-monitoraġġ;

Li jiġu stabbiliti proċeduri ta’ rispons u ta’ segwitu;

Klawsola 2:   Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-ftehim japplika għall-ħaddiema kollha fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa, u dawk kollha li huma taħt l-awtorità maniġerjali u ta’ superviżjoni ta’ min iħaddem. Min iħaddem għandu jagħmel kull sforz biex jiżgura li s-subkuntratturi jsegwu d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-ftehim.

Klawsola 3:   Definizzjonijiet

Skont it-tifsira ta’ dan il-ftehim:

1.

    Ħaddiema: kwalunkwe persuna impjegata minn min iħaddem inklużi dawk li qed jitħarrġu u apprendisti f’servizzi u attivitajiet li huma direttament relatati mas-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa. Ħaddiema li huma impjegati minn impriża ta’ impjieg temporanju skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE li tissupplimenta l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta’ impjieg b’dewmien fiss jew ta’ impjieg temporanju (7) jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim.

2.

    Postijiet tax-xogħol koperti: organizzazzjonijiet/servizzi tal-kura tas-saħħa fis-settur pubbiku u privat, u kull post ieħor fejn isiru u jingħataw servizzi/attivitajiet marbutin mas-saħħa, taħt l-awtorità maniġerjali u s-superviżjoni ta’ min iħaddem.

3.

    Min iħaddem: persuni/organizzazzjonijiet fiżiċi/ġuridiċi li għandhom relazzjoni ta’ impjieg mal-ħaddiema. Dawn huma responsabbli għall-ġestjoni, l-organizzazzjoni u l-provvista ta’ kura tas-saħħa u servizzi/attivitajiet direttament relatati li jingħataw mill-ħaddiema.

4.

    Oġġetti li jaqtgħu: oġġetti jew strumenti meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet speċifiċi tal-kura tas-saħħa, li jistgħu jaqtgħu, iniggżu, jikkawżaw korrimenti u/jew infezzjonijiet. L-istrumenti li jaqtgħu huma kkunsidrati bħala tagħmir tax-xogħol skont it-tifsira tad-Direttiva 89/655/KEE dwar it-tagħmir tax-xogħol.

5.

    Ġerarkija ta’ miżuri: definita skont l-ordni tal-effettività biex jiġu evitati, eliminati u mnaqqsin ir-riskji kif definit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/391/KEE u l-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2000/54/KE.

6.

    Miżuri speċifiċi ta’ prevenzjoni: miżuri li jittieħdu għall-prevenzjoni ta’ korrimenti u/jew it-trasmissjoni ta’ infezzjoni fil-provvista ta’ servizzi u attivitajiet direttament relatati mal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa, inkluż l-użu tal-aktar tagħmir sikur meħtieġ, ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju u metodi sikuri ta’ mmaniġġar tar-rimi ta’ strumenti mediċi li jaqtgħu.

7.

    Rappreżentanti tal-ħaddiema: kull persuna eletta, magħżula jew maħtura skont il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali biex tirrappreżenta l-ħaddiema.

8.

    Rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema huma definiti f’konformità mal-Artikolu 3(c) tad-Direttiva 89/391/KEE bħala kwalunkwe persuna eletta, magħżula jew maħtura skont il-liġijiet u/jew prattiċi nazzjonali sabiex tirrappreżenta ħaddiema li jkollhom problemi li jkollhom x’jaqsmu mas-sigurtà u mal-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol.

9.

    Subkuntrattur: kwalunkwe persuna li tieħu azzjoni f’servizzi u attivitajiet direttament relatati mal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa fil-qafas tar-relazzjonijiet kuntrattwali ta’ xogħol stabbiliti ma’ min iħaddem.

Klawsola 4:   Prinċipji

1.

Forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa li hija mħarrġa tajjeb, bir-riżorsi adegwati u sikuri hija essenzjali għall-prevenzjoni tar-riskji ta’ korrimenti u infezzjonijiet minn strumenti mediċi li jaqtgħu. Il-prevenzjoni tal-espożizzjoni għar-riskju hija strateġija fundamentali biex jiġi eliminat u minimizzat ir-riskju ta’ korrimenti u infezzjonijiet miksuba fuq il-post tax-xogħol.

2.

Ir-rwol tar-rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà huwa fundamentali fil-prevenzjoni tar-riskju u l-protezzjoni.

3.

Min iħaddem għandu d-dover li jassigura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema f’kull aspett marbut max-xogħol, inklużi l-fatturi psikosoċjali u l-organizzazzjoni tax-xogħol.

4.

Għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ kull ħaddiem – sakemm huwa possibbli – li jieħu ħsieb is-sigurtà u s-saħħa tiegħu u ta’ persuni oħra li huma affettwati mill-azzjonijiet tiegħu fuq il-post tax-xogħol, f’konformità mat-taħriġ tiegħu u l-istruzzjonijiet mogħtija minn min iħaddmu.

5.

Min iħaddem għandu jiżviluppa ambjent fejn il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom ikunu qed jieħdu sehem fl-iżvilupp ta’ linji ta’ politika u prattika dwar is-saħħa u s-sigurtà.

6.

Il-prinċipju tal-miżuri ta’ prevenzjoni speċifiċi li ġejjin indikati fil-Klawsoli 5 - 10 tal-ftehim attwali ifisser li wieħed qatt m’għandu jassumi li ma jeżisti l-ebda riskju. Il-ġerarkija ta’ prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/391/KEE u l-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2000/54/KE hija applikabbli.

7.

Min iħaddem u r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom jaħdmu flimkien fil-livell adatt biex jeliminaw u jipprevjenu r-riskji, iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, u joħolqu ambjent tax-xogħol sikur, inkluż konsultazzjoni dwar l-għażla u l-użu ta’ tagħmir sikur, waqt li jidentifikaw kif l-aħjar li jsiru t-taħriġ, l-informazzjoni u l-proċessi ta’ sensibilizzazzjoni.

8.

Jeħtieġ li tittieħed azzjoni permezz ta’ proċess ta’ informazzjoni u konsultazzjoni, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew ftehimiet kollettivi.

9.

L-effettività ta’ miżuri ta’ sensibilizzazzjoni tinkludi obbligi kondiviżi bejn min iħaddem, il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom.

10.

Bil-kisba ta’ ambjent ta’ xogħol l-aktar sikur possibbli, huwa essenzjali li jkun hemm flimkien miżuri ta’ ppjanar, sensibilizzazzjoni, informazzjoni, taħriġ, prevenzjoni u monitoraġġ.

11.

Tiġi promossal-kultura ta’ “bla tort”. Il-proċedura tar-rappurtar ta’ inċidenti għandha tiffoka fuq fatturi sistemiċi aktar milli fuq żbalji individwali. Ir-rappurtar sistematiku tal-inċidenti għandu jiġi kkunsidrat bħala proċedura aċċettata.

Klawsola 5:   Valutazzjoni tar-Riskju

1.

Il-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju għandhom isiru f’konformità mal-Artikoli 3 u 6 tad-Direttiva 2000/54/KE, u l-Artikoli 6 u 9 tad-Direttiva 89/391/KEE.

2.

Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi d-determinazzjoni tal-espożizzjoni għar-riskju, waqt li tiġi mifhuma l-importanza ta’ ambjent ta’ xogħol li jkollu riżorsi tajbin u jkun organizzat tajjeb u għandu jkopri s-sitwazzjonijiet kollha fejn hemm korriment, demm jew materjal ieħor li huwa potenzjalment infettiv.

3.

Il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom iqisu t-teknoloġija, l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-livell ta’ kwalifiki, il-fatturi psikosoċjali marbutin max-xogħol u l-influwenza ta’ fatturi relatati mal-ambjent tax-xogħol. Din għandha:

Tidentifika kif tista’ tiġi eliminata l-espożizzjoni;

Tikkunsidra sistemi alternattivi possibbli;

Klawsola 6:   Eliminazzjoni, prevenzjoni u protezzjoni

1.

Fejn ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju juru li hemm riskju ta’ korrimenti minn strumenti li jaqtgħu u/jew infezzjoni, l-espożizzjoni tal-ħaddiema għandha tiġi eliminata billi jittieħdu l-miżuri li ġejjin, mingħajr preġudizzju għall-ordni ta’ prijorità:

L-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri sikuri għall-użu u r-rimi ta’ strumenti mediċi li jaqtgħu u ta’ skart ikkontaminat. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu vvalutati mill-ġdid regolarment u għandhom jiffurmaw parti integrali tal-miżuri għall-informazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema msemmijin fil-klawsola 8;

L-eliminazzjoni tal-użu mhux meħtieġ ta’ strumenti li jaqtgħu billi jiġu implimentati bidliet fil-prattika u abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, il-provvediment ta’ tagħmir mediku li jinkludi mekkaniżmi ta’ protezzjoni u sikurezza;

Il-projbizzjoni b’effett immedjat tal-prattika tat-tqegħid mill-ġdid tal-għata protettiva tal-labra.

2.

B’kont meħud tal-attività u l-valutazzjoni tar-riskju, ir-riskju ta’ espożizzjoni għandu jitnaqqas għal livell baxx kemm jista’ jkun sabiex jiġu protetti adegwatament is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema kkonċernati. Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu applikati fid-dawl tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju:

Għandhom jiġu attwati proċeduri ta’ rimi aktar effettivi u jitpoġġew kontenituri mmarkati b’mod ċar u teknikament sikuri għall-immaniġġar ta’ strumenti li jaqtgħu u tagħmir ta’ injezzjoni li jintremew wara l-użu kemm jista’ jkun qrib iż-żoni vvalutati fejn ikunu qed jintużaw jew fejn jinsabu strumenti li jaqtgħu;

Ikun hemm prevenzjoni tar-riskju ta’ infezzjonijiet billi jiġu implimentati sistemi sikuri ta’ xogħol, billi:

a.

Tiġi żviluppata politika ġenerali koerenti ta’ prevenzjoni, li tkopri t-teknoloġija, l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-fatturi psikosoċjali relatati max-xogħol u l-influwenza ta’ fatturi relatati mal-ambjent tax-xogħol;

b.

Isir taħriġ;

c.

Isiru proċeduri ta’ sorveljanza tas-saħħa, f’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/54/KE;

Isir użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali.

3.

Jekk il-valutazzjoni msemmija fil-klawsola 5 turi li hemm riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema minħabba l-espożizzjoni tagħhom għal aġenti bijoloġiċi li għalihom jeżisti tilqim effettiv, il-ħaddiema għandhom jiġu offruti t-tilqima.

4.

It-tilqim u, jekk meħtieġ, it-tilqim mill-ġdid għandu jitwettaq skont il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali, inkluż id-determinazzjoni tat-tip ta’ vaċċini.

Il-ħaddiema għandhom ikunu infurmati dwar il-benefiċċji u l-iżvantaġġi kemm jekk tittieħed it-tilqima kif ukoll jekk ma titteħidx;

It-tilqim għandu jkun bla ħlas għall-ħaddiema u l-istudenti kollha li jagħtu l-kura tas-saħħa u attivitajiet relatati fuq il-post tax-xogħol;

Klawsola 7:   Informazzjoni u sensibilizzazzjoni

Billi l-istrumenti li jaqtgħu huma kkunsidrati bħala tagħmir tax-xogħol fit-tifsira tad-Direttiva 89/655/KEE (8), minbarra li jiġu offruti informazzjoni u struzzjonijiet bil-miktub lill-ħaddiema kif speċifikat fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/655/KEE, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri adatti li ġejjin:

Jevidenzja r-riskji differenti;

Jagħti parir dwar il-leġislazzjoni eżistenti;

Jippromwovi prattika tajba rigward il-prevenzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ inċidenti/aċċidenti;

Joħloq sensibilizzazzjoni permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet u materjal promozzjonali bi sħab ma’ trade unions rappreżentattivi u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema;

Jipprovdi informazzjoni dwar programmi ta’ appoġġ disponibbli.

Klawsola 8:   Taħriġ

Minbarra l-miżuri stabbiliti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/54/KE, għandu jkun disponibbli għall-ħaddiema t-taħriġ adatt dwar linji ta’ politika u proċeduri assoċjati ma’ korrimenti kkawżati minn strumenti li jaqtgħu, inkluż:

L-użu korrett ta’ tagħmir mediku li jinkorpora mekkaniżmi ta’ protezzjoni fi strumenti li jaqtgħu;

Kors ta’ taħriġ għall-impjegati ġodda u temporanji kollha;

Ir-riskju assoċjat mal-espożizzjoni għad-demm u l-fluwidi tal-ġisem;

Miżuri ta’ prevenzjoni li jinkludu l-prekawzjonijiet standard, is-sistemi sikuri ta’ xogħol, il-proċeduri korretti ta’ użu u rimi, l-importanza tat-tilqim, skont il-proċeduri fuq il-post tax-xogħol;

Il-proċeduri ta’ rappurtar, rispons u monitoraġġ u l-importanza tagħhom;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu f’każ ta’ korrimenti.

Min iħaddem għandu jorganizza u jipprovdi taħriġ li huwa obbligatorju għall-ħaddiema. Min iħaddem għandu jippermetti lil dawk il-ħaddiema li huma meħtieġa jattendu għal taħriġ biex jattendu. Dan it-taħriġ għandu jkun disponibbli fuq bażi regolari waqt li jittieħed kont tar-riżultati tal-monitoraġġ, il-modernizzazzjoni u t-titjib.

Klawsola 9:   Rappurtar

1.

Dan jinkludi r-reviżjoni tal-proċeduri ta’ rappurtar fis-seħħ minn rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà u/jew rappreżentanti adatti ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema. Il-mekkaniżmi ta’ rappurtar għandhom jinkludu sistemi lokali, nazzjonali u Ewropej.

2.

Il-ħaddiema għandhom jirrappurtaw minnufih kwalunkwe aċċident jew inċident li jinvolvi strumenti li jaqtgħu lil min iħaddem u/jew il-persuna inkarigata, u/jew il-persuna responsabbli għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Klawsola 10:   Rispons u Segwitu

Il-linji ta’ politika u l-proċeduri għandhom ikunu fis-seħħ meta jsir korriment ikkawżat minn strument li jaqta’. Il-ħaddiema kollha għandhom ikunu infurmati dwar dawn il-linji ta’ politika u l-proċeduri. Dawn għandhom ikunu konformi mal-leġislazzjoni u l-ftehimiet kollettivi Ewropej u nazzjonali/reġjonali, kif adatt.

B’mod partikolari, għandha tittieħed l-azzjoni li ġejja:

Min iħaddem għandu jieħu l-passi immedjati għall-kura tal-ħaddiem li korra, inkluż il-provvista ta’ profilassi wara l-espożizzjoni u t-testijiet mediċi meħtieġa fejn indikat għal raġunijiet mediċi, u sorveljanza tas-saħħa adatta skont il-Klawsola 6 §2,c;

Min iħaddem għandu jinvestiga l-kawżi u ċ-ċirkostanzi u jirreġistra l-aċċident/l-inċident, filwaqt li jieħu l-azzjoni meħtieġa, fejn adatt. Il-ħaddiem għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fil-mument adatt biex jiġu kkompletati d-dettalji dwar l-aċċident jew l-inċident;

F’każijiet ta’ korriment, min iħaddem għandu jikkunsidra l-passi li ġejjin li jinkludu l-għoti ta’ pariri lill-ħaddiema fejn adatt u kura medika garantita. Ir-rijabilitazzjoni, il-prosegwiment tal-impjieg u l-aċċess għal kumpens għandhom ikunu konformi mal-ftehimiet jew il-leġislazzjoni nazzjonali u/jew settorjali;

Il-konfidenzjalità dwar il-korriment, id-dijanjosi u t-trattament hija ta’ importanza kbira u għandha tiġi rispettata.

Klawsola 11:   Implimentazzjoni

Dan il-ftehim ser ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali u Komunitarji (9) eżistenti jew futuri li huma aktar favur il-protezzjoni tal-ħaddiema kontra korrimenti kkawżati minn strumenti mediċi li jaqtgħu.

Il-partijiet firmatarji qed jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta dan il-Ftehim Qafas lill-Kunsill għal deċiżjoni biex dan il-Ftehim isir vinkolanti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Jekk implimentat permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill, fuq livell Ewropew u bla ħsara għar-rwol rispettiv tal-Kummissjoni, tal-qrati nazzjonali u tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, l-interpretazzjoni ta’ dan il-ftehim, tista’ tiġi riferita mill-Kummissjoni lill-partijiet firmatarji li għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom.

Il-partijiet firmatarji għandhom jirrevedu l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim ħames snin wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill jekk dan jintalab minn waħda mill-partijiet għall-ftehim.

Brussell, is-17 ta’ Lulju 2009

Għall-EPSU

Karen JENNINGS

Għall-HOSPEEM

Godfrey PERERA


(1)  Rinumerati: Artikoli 154 u 155(2) tat-TFUE.

(2)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(3)  ĠU L 393, 30.12.1990, p. 13. Sussegwentement, id-Direttiva ġiet ikkodifikata fid-Direttiva 2009/104/KE, ĠU L 260, 3.10.2009, p. 5.

(4)  ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21.

(5)  COM(2007) 62 finali, 21.2.2007.

(6)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

(7)  ĠU L 206, 29.7.1991, p. 19.

(8)  Sussegwentement id-Direttiva ġiet ikkodifikata fid-Direttiva 2009/104/KE.

(9)  “Komunità” ġiet sostitwita b’“Unjoni” mill-1 ta’ Diċembru 2009.


1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/73


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/34/UE

tal-31 ta’ Mejju 2010

li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva penconazole

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/77/KE (2), il-penconazole ġie inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bid-dispożizzjoni speċifika li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw biss l-użi fis-serer u li n-notifikatur għandu jibgħat iktar informazzjoni dwar l-imġiba tal-metabolit tal-ħamrija U1, u xi jsir minnu, sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(2)

Fis-6 ta’ Mejju 2009, in-notifikatur bagħat l-informazzjoni meħtieġa lill-Ġermanja, li kienet maħtura bħala l-Istat Membru relatur skont ir-Regolament (KE) Nru 451/2000 (3). Il-Ġermanja evalwat l-informazzjoni addizzjonali u, fis-6 ta’ Novembru 2009, bagħtet lill-Kummissjoni addendum għall-abbozz tar-rapport tal-evalwazzjoni dwar il-penconazole, li kien iċċirkolat għall-kummenti lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Fil-kummenti li waslu ma tqajmux oġġezzjonijiet kbar u l-Istati Membri l-oħra u l-EFSA ma semmew ebda punt li jista’ jeskludi l-estensjoni tal-użu. L-abbozz tar-rapport tal-evalwazzjoni, flimkien ma’ dak l-addendum, ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fil-11 ta’ Mejju 2010 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-penconazole.

(3)

L-informazzjoni l-ġdida dwar l-imġiba tal-metabolit U1, u xi jsir minnu, mibgħuta min-notifikatur u l-evalwazzjoni l-ġdida mwettqa mill-Istat Membru relatur indika li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-penconazole jistgħu jkunu mistenija, b’mod ġenerali, li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment għall-użi intenzjonati kif stipulat fid-dossier oriġinali li ġew eżaminati u analizzati fid-dettall fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, ma għadx baqa’ l-bżonn li l-użu tal-penconazole jiġi ristrett għas-serer, kif inhu stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE kif emendata mid-Direttiva 2009/77/KE.

(4)

Bla ħsara għal din il-konklużjoni, jixraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk, jixraq li n-notifikatur jiġi mitlub jibgħat iktar informazzjoni dwar l-imġiba tal-metabolit tal-ħamrija CGA179944, u xi jsir minnu, f’ħamrija aċidika.

(5)

Għaldaqstant, jixraq li d-Diretttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, qabel it-30 ta’ Ġunju 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jgħaddu minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 2.7.2009, p. 23.

(3)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 292 hija emendata kif ġej:

(1)

Il-Parti A tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

L-użu bħala fungiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.”

(2)

Fir-raba’ paragrafu tal-Parti B tal-ewwel sentenza:

“L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li tingħata iktar informazzjoni dwar id-destin u l-imġiba tal-metabolit tal-ħamrija U1.”

għandu jinbidel bi:

“L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li tingħata iktar informazzjoni dwar l-imġiba tal-metabolit tal-ħamrija CGA179944, u xi jsir minnu, fil-ħamrija aċidika.”


DEĊIŻJONIJIET

1.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/75


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2010

li taħtar membru Awstrijak tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2010/305/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/524/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Heinz PETER, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Alfred GAJDOSIK, Mitglied im Präsidium der Fraktion Christlicher Gewerkschafter im Österreichischen Gewerkschaftsbund, Vorsitzender der Fraktion Christlicher Gewerkschafter in der Gewerkschaft vida und Mitglied im Präsidium der vida (Gruppe III - Vertreter der übrigen wirtschaftlichen und sozialen Interessen) huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.