ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.130.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 130

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
28 ta' Mejju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 77 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ lampi tal-ipparkjar għal vetturi bil-mutur

1

 

*

Ir-Regolament Nru 90 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tagħmir tal-kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet u l-kisjiet tal-brejkijiet tanbur għall-vetturi awtomottivi u t-trejlers tagħhom

19

 

*

Ir-Regolament Nru 94 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta' ħabta fuq quddiem

50

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/1


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 77 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ lampi tal-ipparkjar għal vetturi bil-mutur

Tinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-suppliment 12 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ: 15 ta’ Ottubru 2008

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Indikazzjonijiet

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

Karetteristiċi fotometriċi

8.

Il-proċedura tat-test

9.

Kulur id-dawl mitfugħ

10.

Rimarki dwar il-kuluri

11.

Modifikazzjonijiet ta’ tip ta’ lampa tal-ipparkjar u estensjoni tal-approvazzjoni

12.

Konformità ta’ produzzjoni

13.

Penali għal nuqqas ta’ konformità ta’ produzzjoni

14.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

15.

Ismijiet u indirizzi ta’ Servizzi Tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ testijiet ta’ approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi

16.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

ANNESSI

Anness 1 –

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta’ tip ta’ lampa tal-ipparkjar skont ir-Regolament Nru 77

Anness 2 –

Kif tkun imqassma marka ta’ approvazzjoni

Anness 3 –

Angoli minimi meħtieġa għad-distribuzzjoni tad-dawl

Anness 4 –

Kejl fotometriku

Anness 5 –

Kulur tad-dawl mitfugħ - Koordinati trikromatiċi

Anness 6 –

Rekwiżiti minimi għall-konformità ta’ proċeduri ta’ kontroll ta’ produzzjoni

Anness 7 –

Rekwiżiti minimi meħtieġa għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur

1.   AMBITU

Ir-regolament japplika għal lampi tal-ipparkjar għal vetturi ta’ kategoriji M, N u T (1)

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

“Lampa tal-ipparkjar” tfisser il-lampa użata biex wieħed jinduna bil-preżenza ta’ vettura wieqfa;

2.2.

Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament;

2.3.

“Lampi tal-ipparkjar ta’ tipi differenti” tfisser lampi li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

isem jew marka kummerċjali;

(b)

il-karatteristiċi tas-sistema ottika, (livelli ta’ intensità, angoli ta’ distribuzzjoni tad-dawl, kategorija tal-lampa tal-filament, modulu tas-sors ta’ dawl, eċċ.);

Tibdil fil-kulur tal-lampa tal-filament jew il-kulur ta’ kwalunkwe filtru ma jikkostitwix bidla tat-tip.

2.4.

Ir-referenzi li saru f’dan ir-Regolament għal lampa(i) tal-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

3.   APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-proprjetarju tal-isem jew marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat.

Fuq għażla tal-applikant, hija tispeċifika li l-apparat jista’ jitwaħħal mal-vettura b’inklinazzjonijiet differenti tal-assi ta’ referenza fir-rigward tal-uċuħ ta’ referenza tal-vettura u tal-art jew idur mal-assi ta’ riferenza tiegħu; dawn il-kundizzjonijiet differenti ta’ installazzjoni għandhom ikunu indikati fuq il-formola ta’ komunikazzjoni.

3.2.

Għal kull tip ta’ lampa tal-ipparkjar l-applikazzjoni jrid ikollha magħha:

3.2.1.

Deskrizzjoni teknika qasira li tindika, b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni ta’ lampi li jkollhom sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbdlu:

(a)

il-kategorija jew kategoriji ta’ lampa(i) tal-filament preskritta(i); din il-kategorija ta’ lampa tal-filament għandha tkun waħda minn dawk li hemm fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

(b)

il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors ta’ dawl;

3.2.2.

Disinji (tliet kopji), li fihom biżżejjed dettall li jippermetti identifikazzjoni tat-tip tal-lampa tal-ipparkjar u li juru ġeometrikament il-pożizzjoni(ijiet) li fiha/fihom tista’ tintrama l-lampa fuq il-vettura; l-assi ta’ osservazzjoni li huwa l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu mimdud H = 0°, angolu wieqaf V = 0°), u l-punt li huwa ċ-ċentru ta’ referenza fit-testijiet imsemmija;

3.2.3.

Żewġ kampjuni; jekk il-lampi tal-ipparkjar huma tali li jistgħu jitwaħħlu biss fuq naħa waħda tal-vettura, iż-żewġ kampjuni li jintbagħtu jistgħu jkunu identiċi u jkunu tajba għat-twaħħil fuq il-lemin biss jew fuq ix-xellug biss tal-vettura.

4.   INDIKAZZJONIJIET

4.1.

Il-lampi tal-ipparkjar li jintbagħtu għall-approvazzjoni għandu jkollhom fuqhom b’mod ċar li jinqara u ma jitħassarx:

4.1.1.

L-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant;

4.1.2.

Bl-eċċezzjoni tal-lampi li jkollhom sorsi tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu, għandu jkollhom indikazzjoni li tista’ tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx li turi:

(a)

il-kategorija jew kategoriji ta’ lampa(i) tal-filament preskritta(i); u/jew

(b)

il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors ta’ dawl;

4.1.3.

Fil-każ ta’ lampi li jkollhom is-sors tad-dawl jew l-modulu(i) tas-sors tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu, l-indikazzjoni tal-vultaġġ jew il-medda ta’ vultaġġi, u l-qawwa f’watts.

4.2.

Kull lampa għandu jkollha spazju ta’ dimensjonijiet xierqa għall-marka ta’ approvazzjoni u għas-simbolu addizzjonali stipulat fil-paragrafu 5.5 hawn taħt; dan l-ispazju għandu jintwera fid-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.2 aktar ‘il fuq.

4.3.

Fil-każ ta’ lampi li jkollhom modulu(i) tas-sors tad-dawl, il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkollu:

4.3.1.

L-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; dawn l-indikazzjonijiet iridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux;

4.3.2.

il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu; dawn l-indikazzjonijiet iridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux. Il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jkun fih l-ittri tal-bidu “MD” għal “MODULU” u wara dan l-indikazzjoni ta’ approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif stipulat fil-paragrafu 5.5.1. hawn taħt u f’każ li jintużaw diversi moduli ta’ sors ta’ dawl mhux identiċi, wara għandu jkun hemm simboli jew karattri addizzjonali; dan il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jidher fid-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.2 hawn fuq.

L-indikazzjoni ta’ approvazzjoni ma għandhiex għalfejn tkun l-istess bħal dik ta’ fuq il-lampa li fiha jintuża l-modulu, iżda ż-żewġ indikazzjonijiet għandhom ikunu mill-istess applikant.

4.3.3.

L-indikazzjoni tal-vultaġġ u l-qawwa f’watts.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.

L-approvazzjoni għandha tingħata jekk iż-żewġ kampjuni ta’ tip ta’ lampa tal-ipparkjar mibgħuta skont il-paragrafu 3.2.3 hawn fuq jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.2.

Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi riċenti tekniċi ewlenin li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess kodiċi lil tip ieħor ta’ lampa tal-ipparkjar.

5.3.

Meta tintalab approvazzjoni għal tip ta’ apparat li jdawwal u li jagħti sinjal bid-dawl li jinkludi lampa tal-ipparkjar u lampi oħrajn tista’ tinħareġ marka waħda ta’ approvazzjoni sakemm il-lampa kkonċernata tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u sakemm kull waħda mil-lampi l-oħra li jagħmlu parti mill-apparat li jdawwal u li jagħti sinjal bid-dawl li għalih tintalab approvazzjoni tkun konformi mar-Regolament speċifiku li japplika għalihom.

5.4.

Notifika ta’ approvazzjoni jew ċaħda jew estensjoni jew revoka ta’ approvazzjoni jew ta’ produzzjoni li twaqqfet għal kollox għandha tintbagħat lill-Partijiet fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li hija f’konformità mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

5.5.

Kull bozza tal-ipparkjar li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollha fl-ispazji msemmija fil-paragrafu 4.2 hawn fuq, minbarra l-indikazzjonijiet meħtieġa fil-paragrafu 4.1, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

5.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwita min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

5.5.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament segwit mill-ittra “R”, sink u n-numru ta’ approvazzjoni;

5.5.3.

Meta lampa tarmi dawl ta’ kulur ambra ‘il quddiem u lura, il-lampa għandha tiġi mmarkata bi vleġġa li tindika l-orjentazzjoni tagħha, bil-vleġġa li turi l-parti ta’ quddiem tal-vettura;

5.5.4.

Fejn jinħareġ numru ta’ approvazzjoni wieħed, hekk skont il-paragrafu 5.3, għal tip ta’ apparat li jdawwal u li jagħti sinjal bid-dawl li jkun fih lampa tal-ipparkjar, u lampi oħra, tista’ titwaħħal marka ta’ approvazzjoni waħda, li tikkonsisti fis-simboli addizzjonali stipulati bir-Regolamenti varji li permezz tagħhom ingħatat l-approvazzjoni;

5.5.5.

Fuq apparati li jarmu dawl imnaqqas b’konformità mal-paragrafu 2.3 fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament vleġġa wieqfa li titlaq minn segment mimdud u li tipponta ‘l isfel.

5.6.

L-indikazzjoni skont il-paragrafi 4.1.1 u 5.5 għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u li ma jitħassarx saħansitra meta l-lampi tal-ipparkjar jitwaħħlu fuq il-vetturi.

5.7.

Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u li ma jitħassarx. Din tista’ titqiegħed fuq il-parti ta’ ġewwa jew ta’ barra (trasparenti jew le) tal-apparat li ma tistax tinfired mill-parti t-trasparenti tal-apparat li jitfa’ d-dawl. Ikun xi jkun il-każ, il-marki għandhom ikunu viżibbli meta l-apparat jitwaħħal fuq il-vettura jew meta tinfetaħ xi parti li tiċċaqlaq bħall-bonit jew il-bieba ta’ wara jew bieba oħra.

5.8.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju ta’ kif tkun imqassma l-marka tal-approvazzjoni.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.

Kull kampjun għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 7 u 9 ta’ dan ir-Regolament.

6.2.

Il-lampi tal-ipparkjar għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’mod li waqt l-użu normali, minkejja d-dvenvin li jkunu soġġetti għalih, jibqa’ jiġi żgurat it-tħaddim tagħhom u ma jitilfux il-karatteristiċi stipulati b’dan ir-Regolament.

6.3.

Fil-każ ta’ moduli tas-sors tad-dawl, għandu jiġi ċċekkjat li:

6.3.1.

Id-disinn tal-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali:

(a)

li kull modulu tas-sors tad-dawl jista’ jeħel biss fil-post maħsub għalih u mkien aktar u fil-post tiegħu kif suppost u ma jistax jitneħħa jekk mhux permezz tal-għodda;

(b)

Jekk jintuża aktar minn modulu wieħed ta’ sors ta’ dawl fis-sistemazzjoni għal apparat, moduli ta’ sors ta’'dawl li jkollhom karatteristiċi differenti ma jistgħux jiġu mibdula ma’ xulxin fl-istess sistemazzjoni tal-lampi.

6.3.2.

Il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali mod li ma jistax jiġi mittiefes.

6.4.

Fil-każ ta’ lampa(i) tal-filament li tinbidel:

6.4.1.

Kull kategorija jew kategoriji ta’ lampa(i) tal-filament approvata skont it-Regolament Nru 37 tista’ tintuża, sakemm ma jkun hemm ebda restrizzjoni dwar l-użu fir-Regolament Nru 37 u fis-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għal-approvazzjoni tat-tip.

6.4.2.

Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-lampa tal-filament ma tista’ titwaħħal fl-ebda pożizzjoni ħlief f’dik it-tajba.

6.4.3.

Il-ħowlder tal-lampa tal-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 60061. Id-dejta li tapplika hija dik tal-folja bid-dejta dwar il-ħowlder rilevanti għall-kategorija ta’ lampa tal-filament użata.

7.   KARETTERISTIĊI FOTOMETRIĊI

7.1.

Fl-assi ta’ referenza, d-dawl mitfugħ minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni ma għandux ikun inqas mill-intensità minima u mhux aktar mill-intensità massima speċifikata hawn taħt:

 

Minimu

(cd)

Massimu

(cd)

7.1.1.

Intensità ta’ lampi tal-ipparkjar li jħarsu ‘l quddiem

2

60

7.1.2.

Intensità ta’ lampi tal-ipparkjar li jħarsu lura

2

30

7.1.3.

Fil-każ ta’ lampa waħda li fiha aktar minn sors wieħed ta’ dawl, il-lampa għandha tkun konformi mal-intensità minima meħtieġa meta jkun hemm avarija f’xi sors ta’ dawl minnhom u meta s-sorsi kollha ta’ dawl jinxtegħlu l-intensitajiet massimi ma għandhomx jinqabżu.

Is-sorsi kollha ta’dawl in series jitqiesu bħala sors wieħed ta’ dawl.

7.2.

Barra mill-assi ta’ referenza u fil-meded tal-angoli definiti fid-dijagrammi fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, l-intensità tad-dawl mitfugħ minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni għandha tkun:

7.2.1.

f’kull direzzjoni li tikkorrispondi mal-punti tat-tabella ta’ distribuzzjoni tal-intensità tad-dawl li tidher fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament ma tkunx anqas mill-valur muri fit-tabella msemmija għad-direzzjoni inkwistjoni, espressa bħala perċentwali tal-minimu speċifikat fil-paragrafu 7.1;

7.2.2.

fi kwalunkwe direzzjoni fi ħdan il-wisa’ li minnha huwa viżibbli d-dawl kkonċernat, ma taqbiżx il-massimu speċifikat fil-paragrafu 7.1;

7.2.3.

iżda, intensità ta’ dawl ta’ 60 cd għandha tkun permessa għal lampi tal-ipparkjar li jippuntaw lura inkorporati ma’ lampi tal-waqfien (ara l-paragrafu 7.1.2) taħt wiċċ li jifforma angolu ta’ 5° mal-wiċċ mimdud u ‘l isfel minnu;

7.2.4.

Barraminnhekk,

7.2.4.1.

matul l-oqsma definiti fl-Anness 3 l-intensità tad-dawl mitfugħ ma għandhiex tkun inqas minn 0,05 cd;

7.2.4.2.

id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2.2 tal-Anness 4 dwar varjazzjonijiet lokali ta’ intensità għandhom jiġu osservati.

7.3.

L-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 7.2.1 jagħti dettalji tal-metodi ta’ kejl li għandhom jintużaw.

8.   PROĊEDURA TAT-TEST

Il-kejl kollu għandu jsir fuq lampi tal-filament standard mingħajr kulur tat-tipi rakkomandati għall-apparat, regolat b’mod biex jipproduċi l-flux normali ta’ dawl perskritt għal dawn it-tipi ta’ lampi.

8.1.

Il-kejl kollu fuq lampi mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (lampi tal-filament u oħrajn) għandu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.

Fil-każ ta’ sorsi ta’ dawl ipprovduti b’tagħmir speċjali ta’ provvista tal-kurrent, it-testijiet tal-vultaġġ imsemmija hawn fuq għandhom jiġu applikati fuq it-terminali ta’ dħul ta’ dan it-tagħmir ta’ provvista ta’ kurrent. Il-laboratorju inkarigat mit-testijiet jista’ jitlob lill-manifattur biex jipprovdilu t-tagħmir speċjali ta’ provvista ta’ kurrent meħtieġ għall-provvista ta’ kurrent lis-sorsi tad-dawl.

8.2.

Għandhom jiġu ddeterminati l-limiti tal-wiċċ apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ apparat li jagħti sinjal bid-dawl.

9.   KULUR ID-DAWL MITFUGĦ

Il-kuluri tad-dawl mitfugħ fi ħdan il-medda tax-xibka ta’ distribuzzjoni tad-dawl iddefinita fil-paragrafu 2 tal-Anness 4, imkejjel bl-użu ta’ sors ta’ dawl b’temperatura tal-kulur ta’ 2 856 K, li tikkorrispondi mal-illuminant A tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni (KII) għandhom ikunu aħmar, abjad jew ambra. Għall-ittestjar ara l-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn din il-medda ebda varjazzjoni mmarkata ta’ kulur ma għandha tidher.

Iżda, għal lampi mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (lampi tal-filament u oħrajn), il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu vverifikati mas-sorsi ta’ dawl preżenti fil-lampa, skont il-paragrafu 8.1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   RIMARKI DWAR IL-KULURI

Kull approvazzjoni skont dan ir-Regolament, bis-saħħa tal-paragrafu 5 hawn fuq, tingħata għal tip ta’ apparat li jitfa’ d-dawl ta’ kulur partikolari jew dawl mingħajr kulur; il-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim li miegħu huwa anness dan ir-Regolament ma humiex għalhekk preklużi bl-artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim milli jipprojbixxu, għal apparati mwaħħla fuq il-vetturi reġistrati minnhom, ċerti kuluri stipulati f’dan ir-Regolament.

11.   MODIFIKAZZJONIJIET TA’ TIP TA’ LAMPA TAL-IPPARKJAR U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

11.1.

Kull modifika tat-tip ta’ lampa tal-ipparkjar għandha tkun innotifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ lampa tal-ipparkjar. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

11.1.1.

Iqis li l-modifikazzjonijiet magħmula x’aktarx ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti u li f’kull każ il-lampa tal-ipparkjar xorta tkun konformi mar-rekwiżiti; jew

11.1.2.

Jitlob rapport ta’ test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

11.2.

Konferma jew ċaħda ta’ approvazzjoni li tispeċifika x’inhi l-modifika għandha tiġi kkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.4 ta’ hawn fuq.

11.3.

L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.

12.   KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

Il-proċeduri ta’ Konformità ta’ Produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

12.1.

Il-lampi approvati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 7 u 9 hawn fuq.

12.2.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament.

12.3.

Għandu jkun hemm konfomità mar-rekwiżiti minimi meħtieġa għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur kif stabbilit fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament.

12.4.

L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull stabbiliment ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

13.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

13.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ lampa tal-ipparkjar skont dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata jekk ma hemmx konformità mar-rekwiżiti jew jekk lampa tal-ipparkjar li għandha l-marka ta’ approvazzjoni ma tikkonformax mat-tip approvat.

13.2.

Jekk Parti fil-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hi għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

14.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura lampi tal-ipparkjar skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma minnufih lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti din l-awtorità għandha tavża b’dan il-Partijiet l-oħra fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

15.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TMEXXIJA TA’ TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew revoka ta’ approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra.

16.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

16.1.

Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tar-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti approvazzjonijiet ECE skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-Suppliment 5.

16.2.

Sa minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet ECE biss jekk it-tip ta’ lampa tal-ipparkjar li se tkun approvata tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-Suppliment 5.

16.3.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jiċħdu estensjonijiet ta’ approvazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti.

16.4.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet għal dawk it-tipi ta’ lampi tal-ipparkjar li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti tul il-perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tar-Regolament.

16.5.

Approvazzjonijiet ECE mogħtija skont dan ir-Regolament qabel it-12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ u l-estensjonijiet kollha ta’ approvazzjonijiet, inklużi dawk ta’ dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti għandhom jibqgħu validi indefinitivament. Meta t-tip ta’ lampa tal-ipparkjar approvata skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-Suppliment 5, il-Parti Kontraenti li tat l-approvazzjoni għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament.

16.6.

Ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta tip ta’ lampa tal-ipparkjar approvata skont is-Suppliment 5 ta’ dan ir-Regolament.

16.7.

Sa 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tar-Regolament ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta xi tip ta’ lampa tal-ipparkjar approvata skont ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti.

16.8.

Minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tar-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ ta’ tip ta’ lampa tal-ipparkjar li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-Suppliment 5 ta’ dan ir-Regolament sakemm il-lampa tal-ipparkjar ma tkunx maħsuba bħala sper biex titwaħħal fuq vetturi fl-użu.

16.9.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu joħorġu approvazzjonijiet għal lampi tal-ipparkjar fuq il-bażi ta’ xi Supplimenti preċedenti tar-Regolament sakemm il-lampi tal-ipparkjar huma maħsuba bħala sper biex jitwaħħlu fuq vetturi fl-użu.

16.10.

Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tar-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad it-twaħħil ta’ lampa tal-ipparkjar fuq vettura approvata skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-Suppliment 5.

16.11.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil ta’ tipi ta’ lampi tal-ipparkjar approvati skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti tul il-perjodu ta’ 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tar-Regolament.

16.12.

Meta jiskadi l-perjodu ta’ 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tar-Regolament, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta’ lampi tal-ipparkjar li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-Suppliment 5 fuq vettura ġdida li tkun ingħatat approvazzjoni għat-tip nazzjonali jew approvazzjoni individwali aktar minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tar-Regolament.

16.13.

Meta jiskadi perjodu ta’ 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta’ lampi tal-ipparkjar li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-Suppliment 5 fuq vettura ġdida li tkun irreġistrata għall-ewwel darba aktar minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tar-Regolament.


(1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta), 56 għall-Montenegro, 57 (vojta) u 58 għat-Tuniżija. Numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li fih jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għal Għarfien Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

TQASSIM TAL-MARKA TA’ APPROVAZZJONI

Image

Moduli ta’ sors ta’ dawl

MD E3 17325

Il-modulu ta’sors ta’ dawl bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jdher hawn fuq ġie approvat flimkien ma’ lampa approvata fl-Italja (E3) taħt numru ta’ approvazzjoni 17325.


ANNESS 3

ANGOLI MINIMI MEĦTIEĠA GĦAD-DISTRIBUZZJONI TAD-DAWL  (*)

Fil-każijiet kollha, l-angoli minimi weqfin ta’ distribuzzjoni tad-dawl huma 15° ‘il fuq u 15° ‘l isfel mil-linja l-mimduda għajr għal lampi li jitwaħħlu fuq għoli ta’ 750 mm jew anqas mill-art, li għalihom l-angoli huma ta’ 15° ‘il fuq u 5° ‘l isfel mil-linja l-mimduda.

Image

Test ta 'immaġni

(*)  L-angoli murija f’dawn id-dijagrammi huma tajbin għal apparati li jiġu mmuntati fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura. Il-vleġġeġ jippontaw lejn ‘il quddiem tal-vettura.


ANNESS 4

KEJL FOTOMETRIKU

1.   METODI TA’ KEJL

1.1.   Matul il-kejl fotometriku, riflessi li jimirħu għandhom jiġu evitati b’għata addattat.

1.2.   Kemm-il darba r-riżultati tal-kejl jiġu kkontestati, il-kejl għandu jsir b’tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

1.2.1.

id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li tkun applikabbli l-liġi tal-invers tal-kwadrat tad-distanza;

1.2.2.

it-tagħmir tal-kejl għandu jkun tali li l-fetħa angolari ta’ min jirċievi kif tidher miċ-ċentru ta’ referenza tad-dawl hi bejn 10’ u 1°;

1.2.3.

ir-rekwiżit ta’ intensità għal direzzjoni partikolari ta’ osservazzjoni għandu jkun ikkunsidrat bħala sodisfatt jekk dan il-rekwiżit jintlaħaq f’direzzjoni li tiddevja b’mhux aktar minn 15’ mid-direzzjoni ta’ osservazzjoni.

1.3.   Fil-każ fejn l-apparat jista’ jiġi installat fuq il-vettura f’aktar minn pożizzjoni waħda jew f’medda ta’ pożizzjonijiet differenti, il-kejl fotometriku għandu jiġu ripetut għal kull pożizzjoni jew għall-pożizzjonijiet estremi tal-medda tal-assi ta’ referenza speċifikata mill-manifattur.

2.   SKEDA TA’ DISTRIBUZZJONI TAL-INTENSITÀ LUMINUŻA STANDARD

Xellug

Lemin

Image

2.1.   Id-direzzjoni H = 0° u V = 0° tikkorrispondi għal-assi ta’ referenza. (Fuq il-vettura dan huwa mimdud, parallel mal-wiċċ loġitudinali medjan tal-vettura u orjentat fid-direzzjoni meħtieġa ta’ viżibilità). Huwa jgħaddi miċ-ċentru ta’ referenza. Il-valuri li jidhru fl-iskeda jagħtu, fil-każ tad-direzzjonijiet varji ta’ kejl, l-intensitajiet minimi bħala perċentwali tal-minimu meħtieg fl-assi għal kull lampa (fid-direzzoni H = 0° u V = 0°).

2.2.   Fi ħdan il-medda ta’ distribuzzjoni ta’ dawl tal-paragrafu 2, li tidher b’mod skematiku bħala grilja, id-disinn tad-dawl għandu jkun sostanzjalment uniformi fis-sens li l-intensità tad-dawl f’kull direzzjoni ta’ parti mill-medda ffurmata mil-linji tal-grilja tilħaq tal-anqas il-valur perċentwali minimu l-aktar baxx li jidher (disponibbli) fuq il-linji tal-grilja madwar id-direzzjoni inkwistjoni.

2.3.   Iżda f’każ fejn l-apparat huwa maħsub biex jiġi installat f’għoli ta’ 750 mm jew anqas mill-art, l-intensità fotometrika tiġi vverifikata biss sa angolu ta’ 5° ‘l isfel.

3.   KEJL FOTOMETRIKU TA’ LAMPI

L-effiċjenza fotometrika għandha tiġi ċċekkjata:

3.1.   Għal sorsi ta’ dawl li mhumiex sostitwibbli (lampi tal-filament u oħrajn):

bis-sorsi ta’ dawl preżenti fil-lampa, skont il-paragrafu 8.1 ta’ dan ir-Regolament.

3.2.   Għal lampi tal-filament li jistgħu jinbidlu:

meta mgħammra b’lampi tal-filament ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri ta’ intensità luminuża prodotti għandhom ikunu kkoreġuti. Il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss luminuż li jinsab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V). Il-flussi luminużi attwali ta’ kull lampa tal-filament użata ma għandhomx jiddevjaw aktar minn ± 5 fil-mija mill-valur medju. B’mod alternattiv, lampa tal-filament standard tista’ tintuża minflok, f’kull waħda mill-pożizzjonijiet individwali, operata bil-fluss ta’ referenza tagħha u bil-kejlijiet individwali f’kull pożizzjoni magħduda ma’ xulxin.

3.3.   Għal kull lampa li tagħti sinjal bid-dawl għajr dawk mgħammra b’lampa(i) tal-filament, l-intensitajiet luminużi mkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ użu, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ użu tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni ta’ intensità luminuża wara 30 minuta ta’ użu billi jiġi applikat ma’ kull punt tat-test il-proporzjon ta’ intensitajiet luminużi mkejla b’vultaġġ għoli (HV) wara minuta u wara 30 minuta ta’ użu.


ANNESS 5

KULUR ID-DAWL MITFUGĦ: KOORDINATI TA’ KROMATIĊITÀ

Biex jiġu ċċekkjati dawn il-karatteristiċi kolorimetriċi, għandu jintuża sors ta’ dawl b’temperatura ta’ kulur ta’ 2 854 K li jikkorrispondi mal-illuminant A tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni (CIE). Iżda, għal lampi mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (lampi tal-filament u oħrajn), il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu vverifikati mas-sorsi ta’ dawl preżenti fil-lampa, skont il-paragrafu 8.1 ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 6

Rekwiżiti minimi għall-konformità ta’ proċeduri ta’ kontroll ta’ produzzjoni

1.   ĠENERALI

1.1.   Ir-rekwiżiti ta’ konformità jitqiesu sodisfatti mil-lat mekkaniku u ġeometriku jekk id-differenzi ma jeċċedux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura koperti fir-rekwiziti ta’ dan ir-Regolament.

1.2.   Fir-rigward tal-effiċjenza fotometrika, il-konformità ta’ lampi prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta tiġi ttestjata l-effiċjenza fotometrika ta’ kwalunkwe lampa magħżula b’mod każwali u mgħammra b’lampa tal-filament standard, jew meta l-lampi huma mgħammra b’sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli (lampi tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament:

1.2.1.

ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

1.2.2.

Jekk, fil-każ ta’ lampa mgħammra b’sors ta’ dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-lampi għandhom jerġgħu jsiru permezz ta’ lampa oħra standard tal-filament.

1.3.   Ikun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta l-lampa tkun mgħammra b’lampa standard tal-filament, jew għal lampi mgħammra b’sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli (lampi tal-filament jew oħrajn) meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati mas-sors ta’ dawl li jinsab fil-lampa.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Għal kull tip ta’ lampa, id-detentur tal-marka tal-approvazazjoni għandu jwettaq tal-inqas it-testijiet li ġejjin, f’intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Jekk minn xi kampjuni jirriżulta li ma hemmx konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, iridu jerġgħu jittieħdu kampjuni oħrajn u jiġu ttestjati Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.

2.1.   In-natura tat-testijiet

It-testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u kolorimetriċi.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.

Ġeneralment, it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.2.

Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-Awtorità Kompetenti responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Hija r-responsabbiltà tal-manifattur li jipprova li l-metodi li juża huma ekwivalenti għal dawk li hemm stipulati fir-Regolament.

2.2.3.

L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu ma’ kejl magħmul minn Awtorità Kompetenti.

2.2.4.

Fil-każijiet kollha l-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-fini ta’ verifika amministrattiva u ta’ teħid ta’ kampjuni.

2.3.   Kif jittieħdu l-kampjuni

Il-kampjuni tal-lampi għandhom jintgħażlu b’mod każwali mill-produzzjoni ta’ grupp uniformi. Grupp uniformi jfisser sett ta’ lampi tal-istess tip, iddefinit skont il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.

Il-valutazzjoni għandha tkopri b’mod ġenerali produzzjoni f’serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jiġbor flimkien dokumenti li jikkonċernaw l-istess tip minn bosta fabbriki, dment li dawn joperaw taħt l-istess sistema ta’ kwalità u ta’ ġestjoni ta’ kwalità.

2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejlin u nnotati

Il-lampa fil-kampjun għandu jsir kejl fotometriku fuqha għall-valuri minimi fil-punti elenkati fl-Anness 4 u l-koordinati ta’ kromatiċità meħtieġa.

2.5.   Il-kriterji ta’ x’inhu aċċettabbli

Il-manifattur huwa responsabbli mit-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u biex jiddefinixxi, bi ftehim mal-Awtorità Kompetenti, il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex ikunu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 12.1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 7 (l-ewwel teħid tal-kampjuni) tkun ta’ 0,95.


ANNESS 7

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   ĠENERALI

1.1.   Ir-rekwiżiti ta’ konformità għandhom jitqiesu sodisfatti mil-lat mekkaniku u ġeometriku, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk ikun hemm, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura.

1.2.   Fir-rigward tal-effiċjenza fotometrika, il-konformità ta’ lampi prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta tiġi ttestjata l-effiċjenza fotometrika ta’ kwalunkwe lampa magħżula b’mod każwali u mgħammra b’lampa tal-filament standard, jew meta l-lampi huma mgħammra b’sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli (lampi tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament:

1.2.1.

ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

1.2.2.

Jekk, fil-każ ta’ lampa mgħammra b’sors ta’ dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-lampi għandhom jerġgħu jsiru permezz ta’ lampa oħra standard tal-filament.

1.2.3.

Lampi b’difetti evidenti jitwarrbu.

1.3.   Ikun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta l-lampa tkun mgħammra b’lampa standard tal-filament, jew għal lampi mgħammra b’sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli (lampi tal-filament jew oħrajn) meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati mas-sors ta’ dawl li jinsab fil-lampa.

2.   L-EWWEL TEĦID TA’ KAMPJUNI

Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni jintgħażlu erba’ lampi b’mod kawżali. L-ewwel kampjun ta’ tnejn jiġi mmarkat A, it-tieni kampjun ta’ tnejn jiġi mmarkat B.

2.1.   Il-konformità ma tkunx ikkontestata

2.1.1.

Skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-lampi prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-lampi fid-direzzjonijiet mhux favorevoli huma:

2.1.1.1.

kampjun A

A1:

lampa waħda

0 fil-mija

lampa waħda mhux aktar minn

20 fil-mija

A2:

żewġ lampi aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

mur għall-kampjun B

 

2.1.1.2.

kampjun B

B1:

żewġ lampi

0 fil-mija

2.1.2.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.1. għall-kampjun A jiġu sodisfatti.

2.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

2.2.1.

Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-lampi prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b’mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-lampi huma:

2.2.1.1.

kampjun A

A3:

lampa waħda mhux aktar minn

20 fil-mija

lampa waħda aktar minn

20 fil-mija

iżda mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.1.2.

kampjun B

B2:

fil-każ ta’ A2

 

lampa waħda aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

lampa waħda mhux aktar minn

20 fil-mija

B3:

fil-każ ta’ A2

 

lampa waħda

0 fil-mija

lampa waħda aktar minn

20 fil-mija

iżda mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.2.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjun A mhumiex sodisfatti.

2.3.   Approvazzjoni revokata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 13 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-lampi huma:

2.3.1.

kampjun A

A4:

lampa waħda mhux aktar minn

20 fil-mija

lampa waħda aktar minn

30 fil-mija

A5:

żewġ lampi aktar minn

20 fil-mija

2.3.2.

kampjun B

B4:

fil-każ ta’ A2

 

lampa waħda aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

lampa waħda aktar minn

20 fil-mija

B5:

fil-każ ta’ A2

 

żewġ lampi aktar minn

20 fil-mija

B6:

fil-każ ta’ A2

 

lampa waħda

0 fil-mija

lampa waħda aktar minn

30 fil-mija

2.3.3.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A u B mhumiex sodisfatti.

3.   TEĦID TA’ KAMPJUNI RIPETUT

Fil-każ ta’ A3, B2, B3 jeħtieġ teħid ripetut ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ lampi u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ lampi, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament fi żmien xahrejn wara n-notifika.

3.1.   Il-konformità ma tkunx ikkontestata

3.1.1.

Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-lampi prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-lampi huma:

3.1.1.1.

kampjun C

C1:

lampa waħda

0 fil-mija

lampa waħda mhux aktar minn

20 fil-mija

C2:

żewġ lampi aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

mur għall-kampjun D

 

3.1.1.2.

kampjun D

D1:

fil-każ ta’ C2

 

żewġ lampi

0 fil-mija

3.1.2.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjun C jiġu sodisfatti.

3.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

3.2.1.

Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-lampi prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b’mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-lampi huma:

3.2.1.1.

kampjun D

D2:

fil-każ ta’ C2

 

lampa waħda aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

lampa waħda mhux aktar minn

20 fil-mija

3.2.1.2.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C mhumiex sodisfatti.

3.3.   Approvazzjoni revokata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 13 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-lampi huma:

3.3.1.

kampjun C

C3:

lampa waħda mhux aktar minn

20 fil-mija

lampa waħda aktar minn

20 fil-mija

C4:

żewġ lampi aktar minn

20 fil-mija

3.3.2.

kampjun D

D3:

fil-każ ta’ C2

 

lampa waħda 0 jew aktar minn

0 fil-mija

lampa waħda aktar minn

20 fil-mija

3.3.3.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D mhumiex sodisfatti.

Figura 1

Image

28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/19


It-testi oriġinali NU/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati skont l-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 90 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tagħmir tal-kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet u l-kisjiet tal-brejkijiet tanbur għall-vetturi awtomottivi u t-trejlers tagħhom

Tinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-suppliment 11 sas-serje ta’ emendi 01 – Data tad-dħul fis-seħħ: 24 ta’ Ottubru 2009

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet u testijiet

6.

Imballaġġ u mmarkar

7.

Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejk jew il-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Multi għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

11.

Ismijiet u indirizzi ta’ Dipartimenti Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u ta’ Dipartimenti Amministrattivi

12.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

ANNESSI

Anness 1 –

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox tat-tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejk jew il-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur skont ir-Regolament Nru 90

Anness 2 –

Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni u d-dejta tal-approvazzjoni

Anness 3 –

Rekwiżiti għal tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2 u N1

Anness 4 –

Rekwiżiti għal tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejkijiet u kisi tal-brejkijiet tanbur għall-vetturi tal-kategoriji M3, N2 u N3

Anness 5 –

Rekwiżiti għal tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji O1 u O2

Anness 6 –

Rekwiżiti għal tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejkijiet u kisi tal-brejkijiet tanbur għall-vetturi tal-kategoriji O3 u O4

Anness 7 –

Rekwiżiti għal tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategorija L

Anness 8 –

Preskrizzjonijiet tekniċi għal tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejkijiet maħsub għall-użu f’sistemi tal-brejkijiet tal-parkeġġ separati li jkunu indipendenti mis-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz tal-vetturi

Anness 9 –

Determinazzjoni tal-aġir tal-frizzjoni permezz ta’ ttestjar tal-magni

1.   AMBITU

1.1.

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.1.1.

Tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejkijiet maħsuba għall-użu fi brejkijiet tal-frizzjoni li jiffurmaw parti minn sistema tal-ibbrejkar tal-vetturi tal-kategorija M, N, L u O li jkollhom approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti Nru 13, Nru 13-H jew Nru 78.

1.1.2.

Kisjiet tat-tibdil tal-brejkiijiet tanbur maħsuba biex jintrabtu ma’ brejkxu sabiex jitwaħħlu u jintużaw fuq vetturi tal-kategorija M3, N2, N3, O3 jew O4 li jkollhom approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13.

1.1.3.

It-tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejkijiet użat għal sistemi tal-brejkijiet tal-parkeġġ separati li jkunu indipendenti mis-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz tal-vetturi għandhom ikunu soġġetti biss għall-preskrizzjonijiet tekniċi definiti fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.

1.2.

Tagħmir tal-kisi tat-tibdil tal-brejkijiet jistgħu jiġu approvati sabiex jitwaħħlu u jintużaw fuq vetturi awtomottivi u t-trejlers tagħhom li jkollhom approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13 jew ir-Regolament Nru 78. Kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur maħsuba biex jintrabtu ma’ brejkxu jistgħu jiġu approvati biex jitwaħħlu u jintużaw fuq vetturi awtomottivi u trejlers li jkollhom approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 13 u jiġu kklassifikati fil-kategoriji M3, N2, N3, O3 u O4. 1 (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament;

2.1.

“Sistema tal-ibbrejkjar” għandha t-tifsira mogħtija fir-Regolament Nru 13, 2.3;

2.2.

“Brejk tal-frizzjoni” tfisser parti minn sistema tal-ibbrejkjar li fiha l-forzi li jopponu l-moviment ta’ vettura jiġu żviluppati permezz ta’ frizzjoni bejn kisi ta’ brejk u diska jew tanbur tar-rota li jimxu kontra xulxin;

2.3.

“Tagħmir tal-kisi tal-brejk” tfisser komponent ta’ brejk tal-frizzjoni li jingħafas kontra tanbur jew diska, rispettivament, biex jipproduċi l-forza tal-frizzjoni;

2.3.1.

“Tagħmir tax-xu” tfisser tagħmir tal-kisi tal-brejkijiet ta’ brejk tanbur;

2.3.1.1.

“Xu” tfisser komponent ta’ tagħmir tax-xu li jkollu l-kisi tal-brejk;

2.3.2.

“Tagħmir tal-ped” tfisser tagħmir tal-kisi tal-brejk ta’ brejk diska;

2.3.2.1.

“Plejt ta’ wara” tfisser komponent ta’ tagħmir tal-ped li jkollu l-kisi tal-brejk;

2.3.3.

“Kisi tal-brejk” tfisser il-komponent tal-materjal tal-frizzjoni bil-forma u d-dimensjoni finali li għandu jitwaħħal max-xu jew il-plejt ta’ wara;

2.3.4.

“Lining tal-brejk tanbur” tfisser kisi tal-brejk għal brejk tanbur;

2.3.5.

“Materjal ta’ frizzjoni” tfisser il-prodott ta’ taħlita speċifika ta’ materjali u proċeduri li flimkien jiddeterminaw il-karatteristiċi ta’ kisi tal-brejk;

2.4.

“Tip ta’ kisi tal-brejk” tfisser kategorija ta’ kisjiet tal-brejkijiet li ma jvarjawx fil-karatteristiċi tal-materjal tal-frizzjoni;

2.5.

“Tip ta’ tagħmir tal-kisi tal-brejk” tfisser settijiet ta’ roti tat-tagħmir tal-kisjiet tal-brejkijiet li ma jvarjawx fit-tip, id-dimensjoni jew il-karatteristiċi funzjonali tal-kisjiet tal-brejkijiet;

2.6.

“Tip ta’ kisi tal-brejk tanbur” tfisser settijiet ta’ roti ta’ komponenti tal-kisjiet tal-brejkiijiet li wara li jitwaħħlu max-xus ma jvarjawx fit-tip, id-dimensjoni jew il-karatteristiċi funzjonali tal-kisjiet tal-brejkijiet;

2.7.

“Kisi oriġinali tal-brejk” tfisser tip ta’ kisi tal-brejk imsemmi fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, Regolament Nru 13, Anness 2, Artikolu 8.1. 2 (2) jew ir-Regolament Nru 78, Anness 1, Artikolu 5.4;

2.8.

“Tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk” tfisser tagħmir tal-kisi tal-brejk li jikkonforma mad-dejta mehmuża mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vetturi;

2.9.

“Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk” tfisser tagħmir tal-kisi tal-brejk ta’ tip approvat skont dan ir-Regolament bħala sostituzzjoni tas-servizz adattat għal tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk;

2.10.

“Kisi oriġinali ta’ brejk tanbur” tfisser kisi ta’ brejk tanbur li jikkonforma mad-dejta mehmuża ma’ dokumentazzjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vetturi;

2.11.

“Kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur” tfisser kisi tal-brejk tanbur ta’ tip approvat skont dan ir-Regolament bħala sostituzzjoni tas-servizz adattat meta jitwaħħal ma’ xu għall-kisi oriġinali ta’ brejk tanbur;

2.12.

“Tagħmir tal-kisi tal-brejk tal-parkeġġ” tfisser tagħmir tal-ped jew tagħmir tax-xu li jappartjenu għal sistema tal-brejk tal-parkeġġ separata u indipendenti mis-sistema tal-brejk tas-servizz;

2.13.

“Manifattur” tfisser l-organizzazzjoni li tista’ tassumi responsabbiltà teknika għat-tagħmir tal-kisjiet tal-brejkijiet jew kisjiet tal-brejkijiet tanbur u tista’ turi li tippossjedi l-mezzi meħtieġa sabiex tikseb konformità tal-produzzjoni.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ tagħmir tal-kisi tat-tibdil ta’ brejk tanbur jew tip ta’ kisi tat-tibdil ta’ brejk tanbur għal tip(i) ta’ vetturi speċifiku/speċifiċi għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-tagħmir tal-kisi tat-tibdil/tal-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur jew ir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

3.2.

Applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa mid-detentur ta’ approvazzjoni(jiet) tat-tip ta’ vettura skont ir-Regolament Nru 13 jew ir-Regolament Nru 78 fir-rigward ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet jew kisjiet tat-tibdil ta’ brejkijiet tanbur li jikkonformaw mat-tip reġistrat fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni(jiet) tat-tip tal-vetturi.

3.3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata, fi tliet kopji, minn deskrizzjoni tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew tal-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur fir-rigward tal-punti speċifikati fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, u mid-dettalji li ġejjin:

3.3.1.

dijagrammi li juru dimensjonijiet funzjonali tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew tal-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur;

3.3.2.

indikazzjoni tal-pożizzjonijiet tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew tal-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur fuq il-vetturi li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni biex jitwaħħlu.

3.4.

Tagħmir tal-kisi tal-brejkijiet jew kisjiet tal-brejkijiet tanbur tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom ikunu disponibbli bi kwantità suffiċjenti biex jitwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni.

3.5.

L-applikant għandu jaqbel ma’ u jagħmel disponibbli lid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni, il-vettura/i u/jew brejk(ijiet) rappreżentattivi adatti.

3.6.

L-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti sabiex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

3.6.1.

L-applikant għandu jissottometti valuri għall-aġir tal-frizzjoni skont l-Anness 9, Artikolu 2.4.1 jew 3.4.1 rispettivament ta’ dan ir-Regolament.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk it-tagħmir tal-kisjiet tal-brejkijiet jew il-kisjiet tal-brejkijiet tanbur sottomessi għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5. taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew tat-tip ta’ kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur.

4.1.1.

Fil-każ ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategorija L b’sistema kkombinata ta’ bbrejkjar skont l-Artikolu 2.9 tar-Regolament Nru 78, l-approvazzjoni għandha tkun limitata għal taħlita/taħlit tat-tagħmir tal-kisi tal-brejk fuq il-fusijiet tal-vettura li tkun ġiet ittestjata skont l-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament.

4.2.

Għal kull tip ta’ tagħmir tal-kisi tal-brejk jew tip ta’ kisi tal-brejk tanbur approvat għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni li jinkludi tliet gruppi ta’ figuri:

4.2.1.

L-ewwel żewġ figuri (preżentament 01 għar-Regolament fis-serje 01 ta’ emendi tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi ewlenin tekniċi l-aktar reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni.

4.2.2.

It-tliet figuri li ġejjin għandhom jindikaw it-tip ta’ kisi tal-brejk.

4.2.3.

Suffiss ta’ tliet numri għandu jindika x-xu jew il-plejt ta’ wara jew dimensjoni speċifika fil-każ ta’ kisjiet tal-brejkijiet tanbur.

4.3.

L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ tagħmir tal-kisi tal-brejk jew lil tip ta’ kisi tal-brejk tanbur. L-istess numru tal-approvazzjoni tat-tip jista’ jkopri l-użu ta’ dak it-tip ta’ tagħmir tal-kisi tal-brejk jew tip ta’ kisi tal-brejk tanbur fuq numru ta’ tipi ta’ vetturi differenti.

4.4.

Notifika tal-approvazzjoni jew tal-estenzjoni jew ċaħda tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ tagħmir tal-kisi tal-brejk jew tip ta’ kisi tal-brejk tanbur skont dan ir-Regolament għandu jiġi komunikat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.5.

Għandha titwaħħal, b’mod li jidher u f’post faċilment aċċessibbli, ma’ kull tagħmir tal-kisi tal-brejk jew kisi tal-brejk tanbur ta’ tip approvat skont dan ir-Regolament, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

4.5.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; 3 (3)

4.5.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal- approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fl-Artikolu 4.5.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 4.5 imsemmi fuq għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal- approvazzjoni u d-dejta tal-approvazzjoni msemmija qabel u fil-paragrafu 6.5 taħt.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

5.1.   Ġenerali

Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur għandhom jiġu mfassla u mibnija b’tali mod li, meta jitqiegħdu flok it-tagħmir jew il-kisi imwaħħal oriġinarjament ġo vettura, l-effiċjenza tal-ibbrejkjar ta’ dik il-vettura tkun taqbel ma’ dik tat-tip approvat tal-vettura.

Speċifikament:

(a)

vettura mgħammra b’tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet jew kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur għandha tissodisfa l-preskrizzjonijiet rilevanti tal-ibbrejkjar skont ir-Regolament Nru 13 inkluż is-serje 09 ta’ emendi jew ir-Regolament Nru 78 inkluż is-serje 01 ta’ emendi;

(b)

tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur għandu juri karatteristiċi tal-prestazzjoni simili għal dawk tat-tagħmir tal-kisi tal-brejk oriġinali jew tal-kisi tal-brejk tanbur oriġinali li huwa maħsuba li jissostitwixxi;

(c)

tagħmir tat-tibdil tal-kisi jew kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur għandu jkollu karatteristiċi mekkaniċi adegwati;

(d)

kisjiet tal-brejkijiet m’għandux ikun fihom asbestos.

5.1.1.   Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet jew kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur li jikkonformaw mat-tip speċifikat fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi skont ir-Regolament Nru 13 jew ir-Regolament Nru 78 jiġu kkunsidrati li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni

5.2.1.   Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2 u N1

Mill-inqas sett wieħed ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet, li jirrappreżenta t-tip ta’ kisi li għandu jiġi approvat, għandu jiġi installat u ttestjat f’mill-inqas vettura waħda li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li tkun qed tintalab għaliha tkun qed tintalab l-approvazzjoni, skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 3 u għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness. Il-vettura/i rappreżentattiva/i għandhom jintgħażlu mill-medda tal-applikazzjoni bl-użu ta’ analiżi tal-agħtar każ (4). Rigward sensittività tal-veloċità u ekwivalenza ta’ prestazzjoni kiesħa, għandu jintuża wieħed miż-żewġ metodi deskritti fl-Anness 3.

5.2.2.   Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet u kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur għall-vetturi tal-kategoriji M3, N2 u u N3

Mill-inqas sett wieħed ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet jew kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur, li jirrappreżenta t-tip ta’ kisi li għandu jkun approvat, għandu jkun installat u ttestjat f’mill-inqas vettura jew brejk wieħed li jirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għaliha tkun qed tintalab l-approvazzjoni, skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 4, billi jintuża wieħed miż-żewġ metodi deskritti fil-paragrafu 1 (test tal-vettura) jew fil-paragrafu 2 (test tad-dinamometru tal-inerzja) u għandu jissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati f’dan l-anness. Il-vettura/i jew brejk(ijiet) rappreżentati għandhom ikunu magħżula minn fost il-medda ta’ applikazzjoni permezz ta’ analiżi tal-iktar każ negattiv (4).

5.2.3.   Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji O1 u O2

Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet għandhom jiġu ttestjati skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 5 u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness.

5.2.4.   Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet u kisjiet tat-tibdil ta’ brejkijiet tanbur għall-vetturi tal-kategoriji O3 u O4

Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet u kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur għandhom jiġu ttestjati skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 6 u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness. Għat-testijiet, għandu jintuża wieħed mit-tliet metodi deskritti fl-Artikolu 3 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 13.

5.2.5.   Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategorija L

Mill-inqas sett wieħed ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet, li jirrappreżenta t-tip ta’ kisi li għandu jiġi approvat, għandu jiġi installat u ttestjat f’mill-inqas vettura waħda li tirrappreżenta t-tip ta’ vetturi li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni, skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 7 u għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness. Il-vettura/i rappreżentattiva/i għandha/hom tingħażel/jintgħażlu minn fost il-medda tal-applikazzjoni permezz ta’ analiżi tal-agħar każ (5).

5.3.   Karatteristiċi mekkaniċi

5.3.1.   Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1, O1, O2, u L

5.3.1.1.   Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa shear skont l-Istandard jew ISO 6312:1981 jew ISO 6312:2001.

Is-saħħa shear strength minima aċċettabbli hija 250 N/cm2 għat-tagħmir tal-peds u 100 N/cm2 għat-tagħmir tax-xu.

5.3.1.2.   Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati għall-kumpressibbiltà skont l-Istandards ISO 6310:1981 jew ISO 6310:2001.

Il-valuri tal-kumpressibbiltà m’għandhomx jaqbżu t-2 fil-mija f’temperatura ambjentali u l-5 fil-mija f’400 °C għat-tagħmir tal-peds u t-2 fil-mija f’temperatura ambjentali u l-4 fil- mija f’200 °C għat-tagħmir tax-xu. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal tagħmir ta’ kisjiet tal-brejkijiet tal-parkeġġ.

5.3.2.   Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brekjijiet u kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur għall-vetturi tal-kategoriji M3, N2, N3, O3, u O4

5.3.2.1.   Saħħa shear strength

Dan it-test japplika biss għal tagħmir tal-peds ta’ brejkijiet diska.

Tagħmir tat-tibdil tal-kisi ta’ brejkijiet tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa shear skont l-Istandard ISO 6312:1981 jew ISO 6312:2001. Tagħmir ta’ kisjiet tal-brejkijiet jistgħu jitqassmu f’żewġ jew tliet partijiet sabiex jaqblu mal-kapaċità tal-magna tat-test.

Il-saħħa shear minima aċċettabbli hija ta’ 250 N/cm2.

5.3.2.2.   Kumpressibbiltà

Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet u kisjiet tat-tibdil ta’ brejkijiet tanbur tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati għall-kumpressibbiltà skont l-Istandard ISO 6310:1981 jew ISO 6310:2001. Kampjuni ċatti skont il-kampjun tat-tip I jistgħu jintużaw.

Il-valuri tal-kumpressibbiltà m’għandhomx jaqbżu t-2 fil-mija f’temperatura ambjentali u l-5 fil-mija f’400 °C għal tagħmir tal-ped u t-2 fil-mija f’temperatura ambjentali u l-4 fil-mija f’200 °C għal tagħmir tax-xu u kisjiet ta’ brejkijiet tanbur.

5.3.2.3.   Ebusija tal-materjal (6)

Dan ir-rekwiżit japplika għal tagħmir ta’ kisjiet tal-brejkijiet tanbur u kisjiet tal-brejkijiet tanbur.

Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet u kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati għall-ebusija skont l-Istandard ISO 2039-2:1987.

Iċ-ċifra tal-ebusija għall-materjal tal-frizzjoni fis-superfiċje fejn issir il-frizzjoni għandha tkun il-valur medju minn ħames kampjuni ta’ kisjiet minn lottijiet ta’ produzzjoni differenti (jekk disponibbli) billi jittieħed kejl ta’ ħames postijiet differenti f’kull kisi ta’ brejk.

6.   IMBALLAĠĠ U MMARKAR

6.1.

Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet jew kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur li jikkonformaw ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandhom jinbiegħu f’settijiet ta’ fusijiet.

6.2.

Kull sett ta’ fusijiet għandu jkun f’pakkett issiġillat magħmul biex juri ftuħ preċedenti.

6.3.

Kull pakkett għandu juri l-informazzjoni li ġejja:

6.3.1.

il-kwantità ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet jew kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur fil-pakkett;

6.3.2.

l-isem jew it-trejdmark tal-manifattur;

6.3.3.

il-marka u t-tip tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet jew tal-kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur;

6.3.4.

il-vetturi/fusijiet/brejkijiet li l-kontenut tagħhom ikollu approvazzjoni;

6.3.5.

il-marka tal-approvazzjoni.

6.4.

Kull pakkett għandu jinkludi struzzjonijiet xierqa għat-twaħħil b’lingwa uffiċjali tal-KEE, supplimentat mit-test korrispondenti bil-lingwa tal-pajjiż li fih jinbiegħ:

6.4.1.

b’referenza partikolari għall-partijiet awżiljari;

6.4.2.

li jiddikjara li t-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet jew il-kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur għandhom jiġu sostitwiti fis-settijiet ta’ fusijiet;

6.4.3.

fil-każ ta’ kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur, b’dikjarazzjoni ġenerali li tiġbed l-attenzjoni għall-punti li ġejjin:

 

l-integrità tal-pjattaforma, l-appoġġ u l-pern tax-xu;

 

nuqqas ta’ distorzjoni, deformazzjoni u korrużjoni fix-xu;

 

it-tip u d-daqs tat-tagħmir tal-irbit li għandu jintuża;

 

l-għodod u forzi tal-irbit meħtieġa.

6.4.4.

addizzjonalment, fil-każ ta’ sistemi ta’ brejkijiet kombinati skont l-Artikolu 2.9 tar-Regolament Nru 78 l-għoti tal-kombinazzjoni(jiet) tat-tagħmir tal-kisi tal-brejkijiet approvata/i.

6.5.

Kull tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur għandu juri permanentament sett wieħed ta’ dejta tal-approvazzjoni:

6.5.1.

il-marka tal-approvazzjoni;

6.5.2.

id-data tal-manifattura, mill-inqas ix-xahar u s-sena, jew numru tal-lott;

6.5.3.

marka u tip ta’ kisi tal-brejk.

7.   EMENDI U ESTENZJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TAGĦMIR TAT-TIBDIL TAL-KISI TAL-BREJK JEW TAL-KISI TAT-TIBDIL TAL-BREJK TANBUR

7.1.

Kull emenda tat-tip ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew tip ta’ kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip. Id-dipartimenti jista’ mbagħad jew:

7.1.1.

jikkunsidra li l-emendi magħmula aktarx li ma jkollhomx effetti avversi apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ it-tagħmir tal-kisi tal-brejk jew il-kisi tal-brejk tanbur ikun għadu konformi mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.

jeħtieġ rapport tat-test ulterjuri mid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

7.2.

Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tiġi notifikata bil-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4.4 msemmi fuq lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.

L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estenzjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje għal din l-estenzjoni u tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.

Tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet jew kisjiet tat-tibdil tal-brejkijiet tanbur approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat.

8.2.

Tagħmir ta’ kisjiet tal-brejkijiet oriġinali jew kisjiet tal-brejkijiet tanbur oriġinali li jkunu s-suġġett ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 3.2 jiġu kkunsidrati li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8.

8.3.

Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-Artikolu 8.1 jintlaħqu, kontrolli adattati tal-produzzjoni għandhom jiġu applikati. Dawn għandhom jinkludu l-kontroll tal- materji primi u l-komponenti użati.

8.4.

Id-detentur ta’ approvazzjoni għandu b’mod partikolari:

8.4.1.

jiżgura li għal kull tip ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew tip ta’ kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur mill-inqas it-testijiet rilevanti preskritti fl-Artikolu 5.3 u test tal-aġir tal-frizzjoni kif preskritt fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament jitwettqu fuq bażi kkontrollata statistikament u kif ġie ġie skont proċedura tal-assigurazzjoni tal-kwalità regolari. Għal tagħmir ta’ kisjiet tal-brejkijiet tal-parkeġġ is-saħħa shear deskritta fl-Artikolu 5.3 biss hija applikabbli;

8.4.2.

jiżgura l-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti;

8.4.3.

ikollu aċċess għat-tagħmir ta’ kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ta’ kull tip approvat;

8.4.4.

janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test sabiex jivverifika u jiżgura l-konsistenza tal-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li jżomm f’moħħu l-varjazzjoni ta’ produzzjoni industrijali;

8.4.5.

jiżgura li dejta tar-riżultati tat-testijiet tiġi reġistrata u li dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi determinat bi ftehim mad-dipartiment amministrattiv;

8.4.6.

jiżgura li kwalunkwe kampjuni jew partijiet mit-test li jagħtu prova ta’ nuqqas ta’ konformità mat-tip ta’ test ikkunsidrat għandhom iwasslu għal teħid ta’ kampjun ieħor u test ieħor. Il-passi meħtieġa kollha għandhom jittieħdu sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

8.5.

L-Awtorità Kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni.

8.5.1.

F’kull spezzjoni, il-kotba tat-testijiet u r-reġistri tas-sorveljanza tal-produzzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun qed iżur.

8.5.2.

L-ispettur jista’ jieħu kampjuni kif ġie ġie biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess.

8.5.3.

Meta l-livell tal-kwalità jidher mhux sodisfaċenti jew meta jidher li jenħtieġ li tiġi verifikata l-validità tat-testijiet imwettqa b’applikazzjoni tal-Artikolu 8.5.2 l-ispettur għandu jagħżel kampjuni sabiex jintbagħtu lid-dipartiment tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

8.5.4.

L-Awtorità Kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe testijiet preskritti f’dan ir-Regolament.

8.5.5.

Il-frekwenza normali ta’ spezzjonijiet awtorizzati mill-Awtorità Kompetenti għandha tkun darba fis-sena. Fil-każ fejn riżultati negattivi jiġu reġistrati matul waħda minn dawn iż-żjarat, l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun.

9.   MULTI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew tip ta’ kisi tal-brejk tanbur skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8.1 imsemmi fuq ma jiġux sodisfatti,

9.2.

Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha minnufih tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew tip ta’ kisi tal-brejk tanbur approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ DIPARTIMENTI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tad-Dipartimenti Tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar tal-approvazzjoni, jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.

12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

12.1.

Ebda Parti Kontraenti ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

12.2.

Mill-1 ta’ Jannar 1995, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew il-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

12.3.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil jew l-użu ġo vettura li tintuża ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk approvat skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali, mhux emendata tiegħu.


(1)  F’dan ir-Regolament, referenzi għar-Regolament Nru 13 għandhom jiġu kkunsidrati li jirreferu wkoll għal kwalunkwe regola internazzjonali oħra li tapplika l-istess rekwiżiti tekniċi bħar-Regolament Nru 13. Referenzi għal taqsimiet speċifiċi tar-Regolament għandhom jiġu interpretati skont dawn.

(2)  Jekk dawn il-kisjiet tal-brejkijiet ma jkunux disponibbli fis-suq, alternattivament, jistgħu jintużaw il-kisjiet tal-brejkijiet imniżżla fl-Artikolu 8.2.

(3)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (Jingħataw l-Approvazzjonijiet mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajna, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-Nova Żelanda, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vakanti), 56 għall-Montenegro, 57 (vakanti) u 58 għat-Tuneżija. Numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra bl-ordni kronoloġika li fiha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim dwar l-Adozzjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu komunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.

(4)  Analiżi tal-agħar każ għandha tinkludi dawn il-karatteristiċi tekniċi (bħala minimu) ta’ kull tip ta’ vettura fil-medda tal-applikazzjoni:

(a)

Dijametru tar-rotor

(b)

Ħxuna tar-rotor

(c)

Rotor ventilat jew solidu

(d)

Dijametru tal-pistun

(e)

Raġġ dinamiku tat-tajer

(f)

Massa tal-vettura

(g)

Massa tal-fus u persentaġġ ta’ sforz ta’ bbrejkjar tal-fus

(h)

Veloċità massima tal-vettura

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jiġu speċifikati fir-rapport tat-test.

(5)  Ara n-nota 4.

(6)  Dan it-test huwa inkluż għall-finijiet tal-konformità tal- produzzjoni. Għandu jintlaħaq qbil dwar il-valuri minimi u t-tolleranzi mad-Dipartiment Tekniku.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI U D-DEJTA TAL- APPROVAZZJONI

(Ara l-Artikolu 4.7. ta’ dan ir-Regolament)

Image

a = 8 mm min.

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq turi li l-oġġett ikkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E4) skont ir-Regolament Nru 90. F’dan l-eżempju l-ewwel żewġ figuri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru 90 diġà kien jinkludi s-serje ta’ emendi 01 meta ngħata n-numru tal-approvazzjoni; it-tliet figuri li jsegwu huma dawk allokati mill-awtorità tal-approvazzjoni lit-tip ta’ kisi tal-brejkijiet, u ċ-ċifri ta’ suffiss huma dawk allokati mill-awtorità tal-approvazzjoni lix-xu jew plejt ta’ wara. It-tmien ċifri kollha flimkien jinkludu n-numru tal-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk.

Eżempju tal-immarkar tat-tagħmir tal-ped

Image

Test ta 'immaġni

Eżempju tal-immarkar tat-tagħmir tax-xu

Image

Test ta 'immaġni

Eżempju tal-immarkar ta’ kisi tal-brejk tanbur

Image

Test ta 'immaġni

Nota: Il-pożizzjonijiet tal-marki u l-pożizzjonijiet reċiproki tal-marki murija fl-eżempji mhumiex obbligatorji.


ANNESS 3

Rekwiżiti għal tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2 u N1

1.   Konformità mar-Regolament Nru 13

Konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 13 għandha tintwera f’test tal-vettura.

1.1.   Tħejjija tal-vettura

1.1.1.   Vettura tal-Ittestjar

Vettura li tirrappreżenta t-tip(i) li għalih(om) tkun meħtieġa l-approvazzjoni tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk għandha tiġi mgħammra b’tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni u strumentata għall-ittestjar tal-brejkijiet kif meħtieġ skont ir-Regolamenti Nru 13 u 13-H.

Kisjiet tal-brejkijiet sottomessi għall-ittestjar għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti u, sakemm tiġi stabbilita proċedura tal-lustrar fissa, għandhom jiġu lustrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

1.1.2.   Proċedura tal-bedding (lustrar)

1.1.2.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

Tagħmir ta’ kisjiet tal-brejkijiet sottomessi għal test għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti. Fil-każ ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet, għandhom jintużaw kisjiet tal-brejkijiet ġodda. Kisjiet tal-brejkijiet tanbur jistgħu jiġu manifatturati sabiex jiksbu l-aħjar kuntatt possibbli inizjali bejn il-kisjiet u t-tanbur/tnabar. Il-vettura tal-ittestjar għandha tkun mgħobbija kompletament.

Tagħmir ta’ kisjiet tal-brejkijiet oriġinali użati għal test ta’ paragun u diġà mwaħħla fil-vettura tal-ittestjar jistgħu jintużaw sakemm ikunu f’kundizzjoni tajba u ma kinux therrew b’iktar minn 20 fil-mija tal-ħxuna inizjali. M’għandux ikollhom ħsarat, xquq, korrużjoni eċċessiva jew sinjali ta’ sħana żejda. Dawn għandhom jiġu bedded skont il-proċedura deskritta taħt.

1.1.2.2.   Proċedura

Agħmel distanza minima ta’ sewqan ta’ 50 km u mill-inqas 100 applikazzjonijiet tal-brejkijiet bi tnaqqis tal-veloċità li tvarja (mill-inqas bejn 1 m/s2 u 5 m/s2) bil-veloċitajiet inizjali bejn 50 km/h u 120 km/h. Medda ta’ temperatura bejn 250 °C u 500 °C għal tagħmir tal-ped jew bejn 150 °C u 250 °C għal tagħmir ta’ kisjiet tal-brejkijiet tanbur (imkejla fis-superfiċje tal-frizzjoni tad-diska jew it-tanbur) għandha tinlaħaq mill-inqas 3 darbiet matul il-proċedura ta’ bedding. It-temperaturi m’għandhomx jaqbżu l-500 °C għal tagħmir tal-ped u 250 °C għal tagħmir ta’ kisjiet tal-brejkijiet tanbur.

1.1.2.3.   Verifika tal-prestazzjoni

Permezz ta’ bbrejkjar ta’ fus wieħed biss kull darba agħmel 5 applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn 70 km/h sa 0 km/h (fus ta’ quddiem) u 45 km/h sa 0 km/h (fus ta’ wara) bil-pressa tal-linja ta’ 4 Mpa (1) u b’temperatura inizjali ta’ 100°C għal kull waqfa. Il-5 riżultati konsekuttivi mhux monotoniċi għandhom jibqgħu fit-tolleranza ta’ 0,6 m/s2 (fus ta’ quddiem) jew 0,4 m/s2 (fus ta’ wara) tat-tnaqqis ta’ veloċità medja żviluppata totalment tagħhom.

Jekk dan ir-rekwiżit ma jitwettaqx il-proċedura ta’ bedding skont l-Artikolu 1.1.2.2 għandha tiġi estiża u l-verifika tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 1.1.2.3 għandha tiġi ripetuta.

1.2.   Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni (M1, M2 jew N1) fir-Regolament Nru 13, Anness 4, Artikoli 1 u 2. Ir-rekwiżiti jew testijiet applikabbli huma:

1.2.1.   Sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz

1.2.1.1.   Test tat-tip-0 bil-magna mhux imqabbda, vettura mgħobbija

1.2.1.2.   Test tat-tip-0 bil-magna mqabbda, vettura mhux mgħobbija u mgħobbija, skont ir-Regolament Nru 13, Anness 4, Artikoli 1.4.3.1. (test ta’ stabbiltà) u 1.4.3.2. (it-test biss bil-veloċità inizjali v = 0,8 vmax)

1.2.1.3.   Test tat-tip-I

1.2.2.   Sistema sekondarja ta’ bbrejkjar

1.2.2.1.   Test tat-tip-0 bil-magna mhux imqabbda, vettura mgħobbija (dan it-test jista’ ma jsirx f’każijiet fejn ikun ovvju li r-rekwiżiti ġew sodisfatti, eż. Sistema tal-ibbrejkjar b’qasma djagonali)

1.2.3.   Sistema tal-ibbrejkjar għall-parkeġġ

(Applikabbli biss jekk il-brejkijiet li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni tal-kisi jintużaw għall-parkeġġ).

1.2.3.1.   Test għan-niżla bi gradjent ta’ 18 fil-mija, vettura mgħobbija

1.3.   Il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha speċifikati fir-Regolament Nru 13, Anness 4, Artikolu 2 għal dik il-kategorija ta’ vetturi.

2.   Rekwiżiti addizzjonali

Il-konformità mar-rekwiżiti addizzjonali għandha tintwera bl-użu ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ metodi:

2.1.   Test tal-vettura (test ta’ fus maqsum)

Għal dan it-test il-vettura għandha tkun mgħobbija kollha u l-applikazzjonijiet tal-brejk magħmula kollha bil-magna mhux imqabbda, fuq triq livell.

Is-sistema tal-kontroll tal-brejk tas-servizz tal-vettura għandha tkun mgħammra b’mezz għall-iżolament tal-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem u ta’ wara sabiex ikunu jistgħu jintużaw indipendentement minn xulxin.

Meta tkun meħtieġa l-approvazzjoni tat-tagħmir tal-kisi tal-brejk għall-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem, il-brejkijiet tal-fus ta’ wara m’għandhomx jitħaddmu matul it-test.

Meta tkun meħtieġa l-approvazzjoni tat-tagħmir tal-kisi tal-brejk għall-brejkijiet tal-fus ta’ wara, il-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem m’għandhomx jitħaddmu matul it-test.

2.1.1.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

Tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk u t-tagħmir tal-kisi oriġinali tal-brejk għandu jsir billi jitqabblu r-riżultati tat-testijiet bil-metodu li ġej.

2.1.1.1.   Agħmel minimu ta’ sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet b’żidiet spazjati ta’ sforz fuq il-pedala jew il-pressa tal-linja sakemm jillokkjaw ir-roti jew, alternattivament, sa tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità ta’ 6 m/s2 jew sal-forza massima tal-pedala awtorizzata għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni minn veloċità inizjali kif stabbilit fit-tabella taħt:

Kategorija tal-vettura

Veloċità tat-test f’km/h

fus ta’ quddiem

fus ta’ wara

M1

70

45

M2

50

40

N1

65

50

It-temperatura inizjali tal-brejk fil-bidu ta’ kull applikazzjoni għandha tkun ta’ ≤ 100 °C.

2.1.1.2.   Innota u mmarka l-forza tal-pedala jew il-linja tal-pressa u t-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità għal kull applikazzjoni, u ddetermina l-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja meħtieġa għall-ksib (jekk possibbli) ta’ tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità ta’ 5 m/s2 għall-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem u 3 m/s2 għall-brejkijiet tal-fus ta’ wara. Jekk dawn il-valuri ma jistgħux jinkisbu bil-forza tal-pedala massima awtorizzata ddetermina alternattivament il-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja meħtieġa biex jinkiseb it-tnaqqis massimu fil-veloċità.

2.1.1.3.   It-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk għandu jiġu kkunsidrat li juri karatteristiċi tal-prestazzjoni simili għat-tagħmir tal-kisi oriġinali tal-brejk jekk it-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità miksub bl-istess forza ta’ kontroll jew pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkun sa 15 fil-mija ta’ dik miksuba bit-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk.

2.1.2.   Test ta’ sensittività tal-veloċità

2.1.2.1.   Bl-użu tal-forza tal-pedala miksuba mill-Artikolu 2.1.1.2 ta’ dan l-Anness u b’temperatura tal-brejk inizjali ta’ ≤ 100 °C, agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn kull waħda mill-veloċitajiet li ġejjin:

(a)

Fus ta’ quddiem 65, 100 km/h u addizzjonalment 135 km/h fejn vmax jaqbeż il-150 km/h.

(b)

Fus ta’ wara 45, 65 km/h u addizzjonalment 90 km/h fejn vmax jaqbeż il-150 km/h.

2.1.2.2.   Ħu medja tar-riżultati għal kull grupp ta’ tliet applikazzjonijiet u mmarka l-veloċità kontra t-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità korrispondenti.

2.1.2.3.   Tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità reġistrat għall-ogħla veloċitajiet għandu jkun sa 15 fil-mija ta’ dak reġistrat għall-inqas veloċità.

2.2.   Test b’dinamometru tal-inerzja

2.2.1.   Tagħmir tal-ittestjar

Għat-testijiet, għandu jitwaħħal dinamometru tal-inerzja mal-brejk tal-vettura inkwistjoni. Id-dinamometru għandu jkun strumentat għar-reġistrazzjoni kontinwa tal-veloċità rotazzjonali, tal-forza tal-ibbrejkjar, tal-pressa tal-linja tal-brejk, tan-numru ta’ rotazzjonijiet wara l-applikazzjoni tal-brejkijiet, tal-ħin tal-ibbrejkjar u tat-temperatura tar-rotor tal-brejk.

2.2.2.   Kundizzjonijiet tat-test

2.2.2.1.   Il-massa rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi ma’ nofs is-sezzjoni tal-fus tal-massa massima tal-vettura kif imniżżel fit-tabella taħt u mar-raġġ idur tal-ikbar tajer li huwa awtorizzat għal dik/dawk it-tip(i) ta’ vettura/i.

Kategorija tal-vettura

Sezzjoni tal-fus tal-massa massima tal-vettura

quddiem

wara

M1

0,77

0,32

M2

0,69

0,44

N1

0,66

0,39

2.2.2.2.   Il-veloċità inizjali rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità linjari tal-vettura kif speċifikat fl-Artikoli 2.2.3. u 2.2.4 ta’ dan l-Anness u għandha tiġi bbażata fuq ir-raġġ dinamiku jdur tat-tajer.

2.2.2.3.   Kisjiet tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom ikunu mwaħħla mal-brejkijiet rilevanti u bedded (lustrati) skont din il-proċedura:

 

Fażi ta’ Lustrar 1, 64 waqfiet minn 80 km/h sa 30 km/h bi pressa tal-linja li tvarja:

Parametru

Fus ta’ quddiem

Fus ta’ wara

Brejk diska

Fus ta’ quddiem

Brejk tanbur

Numru ta’ waqfiet għal kull ċiklu

32

32

32

Veloċità tal-brejk (km/h)

80

80

80

Veloċità tar-rilaxx (km/h)

30

30

30

Temperatura inizjali tal-brejk (°C)

< 100

< 100

< 80

Temperatura finali tal-brejk (°C)

Miftuħ

Miftuħ

Miftuħ

Waqfa fil-pressa 1 (kPa)

1 500

1 500

1 500

Waqfa fil-pressa 2 (kPa)

3 000

3 000

3 000

Waqfa fil-pressa 3 (kPa)

1 500

1 500

1 500

Waqfa fil-pressa 4 (kPa)

1 800

1 800

1 800

Waqfa fil-pressa 5 (kPa)

2 200

2 200

2 200

Waqfa fil-pressa 6 (kPa)

3 800

3 800

3 800

Waqfa fil-pressa 7 (kPa)

1 500

1 500

1 500

Waqfa fil-pressa 8 (kPa)

2 600

2 600

2 600

Waqfa fil-pressa 9 (kPa)

1 800

1 800

1 800

Waqfa fil-pressa 10 (kPa)

3 400

3 400

3 400

Waqfa fil-pressa 11 (kPa)

1 500

1 500

1 500

Waqfa fil-pressa 12 (kPa)

2 600

2 600

2 600

Waqfa fil-pressa 13 (kPa)

1 500

1 500

1 500

Waqfa fil-pressa 14 (kPa)

2 200

2 200

2 200

Waqfa fil-pressa 15 (kPa)

3 000

3 000

3 000

Waqfa fil-pressa 16 (kPa)

4 600

4 600

4 600

Waqfa fil-pressa 17 (kPa)

2 600

2 600

2 600

Waqfa fil-pressa 18 (kPa)

5 100

5 100

5 100

Waqfa fil-pressa 19 (kPa)

2 200

2 200

2 200

Waqfa fil-pressa 20 (kPa)

1 800

1 800

1 800

Waqfa fil-pressa 21 (kPa)

4 200

4 200

4 200

Waqfa fil-pressa 22 (kPa)

1 500

1 500

1 500

Waqfa fil-pressa 23 (kPa)

1 800

1 800

1 800

Waqfa fil-pressa 24 (kPa)

4 600

4 600

4 600

Waqfa fil-pressa 25 (kPa)

2 600

2 600

2 600

Waqfa fil-pressa 26 (kPa)

1 500

1 500

1 500

Waqfa fil-pressa 27 (kPa)

3 400

3 400

3 400

Waqfa fil-pressa 28 (kPa)

2 200

2 200

2 200

Waqfa fil-pressa 29 (kPa)

1 800

1 800

1 800

Waqfa fil-pressa 30 (kPa)

3 000

3 000

3 000

Waqfa fil-pressa 31 (kPa)

1 800

1 800

1 800

Waqfa fil-pressa 32 (kPa)

3 800

3 800

3 800

Numru ta’ ċikli

2

2

2

 

Fażi tal-Lustrar 2, 10 waqfiet minn 100 km/h sa 5 km/h bi tnaqqis fil-veloċità ta’ 0,4 g u żieda fit-temperaturi inizjali:

Parametru

Fus ta’ quddiem

Fus ta’ wara

Brejk diska

Fus ta’ wara

Brejk tanbur

Numru ta’ waqfiet għal kull ċiklu

10

10

10

Veloċità tal-brejk (km/h)

100

100

100

Veloċità tar-rilaxx (km/h)

< 5

< 5

< 5

Livell ta’ tnaqqis fil-veloċità (g)

0,4

0,4

0,4

Pressa massima (kPa)

16 000

16 000

10 000

Temperatura inizjali 1 (°C)

< 100

< 100

< 100

Temperatura inizjali 2 (°C)

< 215

< 215

< 151

Temperatura inizjali 3 (°C)

< 283

< 283

< 181

Temperatura inizjali 4 (°C)

< 330

< 330

< 202

Temperatura inizjali 5 (°C)

< 367

< 367

< 219

Temperatura inizjali 6 (°C)

< 398

< 398

< 232

Temperatura inizjali 7 (°C)

< 423

< 423

< 244

Temperatura inizjali 8 (°C)

< 446

< 446

< 254

Temperatura inizjali 9 (°C)

< 465

< 465

< 262

Temperatura inizjali 10 (°C)

< 483

< 483

< 270

Numru ta’ ċikli

1

1

1

 

Irkuprar, 18-il waqfa minn 80 km/h sa 30 km/h bil-pressa tal-linja ta’ 3 000 kPa:

Parametru

Fus ta’ quddiem

Fus ta’ wara

Brejk diska

Fus ta’ wara

Brejk tanbur

Numru ta’ waqfiet għal kull ċiklu

18

18

18

Veloċità tal-brejk (km/h)

80

80

80

Veloċità tar-rilaxx (km/h)

30

30

30

Pressa (kPa)

3 000

3 000

3 000

Temperatura inizjali tal-brejk(°C)

< 100

< 100

< 80

Temperatura finali tal-brejk (°C)

Miftuħ

Miftuħ

Miftuħ

Numru ta’ ċikli

1

1

1

2.2.2.4.   Agħmel 5 applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn 80 km/h sa 0 km/h bil-pressa tal-linja ta’ 4 MPa u b’temperatura inizjali ta’ 100 °C għal kull waqfa. Il-5 riżultati konsekuttivi mhux monotoniċi għandhom jibqgħu fit-tolleranza ta’ 0,6 m/s2 tat-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità tagħhom.

Jekk dan ir-rekwiżit ma jiġix sodisfatt, l-ewwel parti tal-proċedura bedding “Fażi tal-Lustrar 1” għandha tiġi ripetuta sakemm tinkiseb l-istabbiltà tal-prestazzjoni meħtieġa.

2.2.2.5.   L-użu ta’ arja tat-tkessiħ huwa awtorizzat. Il-veloċità tal-fluss tal-arja matul l-applikazzjoni tal-brejk fil-brejk għandha tkun:

vair = 0,33 v

fejn:

v = veloċità tal-vettura ttestjata fil-bidu tal-ibbrejkjar.

2.2.3.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

Tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk u t-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk għandu jsir billi jitqabblu r-riżultati tat-testijiet bil-metodu li ġej.

2.2.3.1.   Mill-veloċità inizjali ta’ 80 km/h għal M1 u N1 u 60 km/h għal M2 u b’temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fil-bidu ta’ kull applikazzjoni agħmel minimu ta’ sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet f’intervalli spazjati tal-pressa tal-linja sa tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità ta’ 6 m/s2.

2.2.3.2.   Innota u mmarka l-pressa tal-linja u t-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità għal kull applikazzjoni, u ddetermina l-pressa tal-linja meħtieġa biex jinkiseb 5 m/s2.

2.2.3.3.   It-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għat-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jekk it-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità miksub bl-istess forza tal-kontroll jew pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miskuba bit-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk.

2.2.4.   Test ta’ sensittività tal-veloċità

2.2.4.1.   Bl-użu tal-pressa tal-linja miksuba fl-Artikolu 2.2.3.2 u f’temperatura ta’ brejk inizjali ta’ ≤ 100 °C agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejk minn veloċitajiet rotazzjonali li jikkorrispondu ma’ veloċitajiet linjari tal-vettura ta’:

(a)

75, 120 km/h u addizzjonalment 160 km/h fejn vmax jaqbeż il-150 km/h.

2.2.4.2.   Ħu medja tar-riżultati għal kull grupp ta’ tliet applikazzjonijiet u mmarka l-veloċità kontra t-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità korrispondenti.

2.2.4.3.   Tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità reġistrat għall-ogħla veloċitajiet għandu jkun sa 15 fil-mija ta’ dik reġistrata għall-inqas veloċità.


(1)  Għal sistemi tal-ibbrejkjar li mhux idrawliċi għandu jiddaħħal valur ekwivalenti.


ANNESS 4

Rekwiżiti għat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet u l-kisi tal-brejkijiet tanbur għall-vetturi tal-kategoriji M3, N2 u N3

1.   Test tal-Vettura

1.1.   Vettura tal-ittestjar

Vettura li tirrappreżenta t-tip(i) li għalihom tkun meħtieġa l-approvazzjoni tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew l-approvazzjoni tal-kisi tal-brejk tanbur għandha tkun mgħammra b’tagħmir tal-kisi tal-brejkijiet jew kisjiet tal-brejkijiet tanbur tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni u strumentat għal ittestjar tal-brejkijiet kif meħtieġ skont ir-Regolament Nru 13.

Kisjiet tal-brejkijiet sottomessi għall-ittestjar għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-lustrar, għandhom jiġu llustrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

1.2.   Testijiet u rekwiżiti

1.2.1.   Konformità mar-Regolament Nru 13

1.2.1.1.   Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni (M3, N2 jew N3) fir-Regolament Nru 13, Anness 4, Artikoli 1. u 2. Ir-rekwiżiti jew testijiet applikabbli huma:

1.2.1.1.1.

Sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz

1.2.1.1.1.1.

Test tat-tip-0 bil-magna mhux imqabbda, vettura mgħobbija

1.2.1.1.1.2.

Test tat-tip-0 bil-magna mqabbda, vettura mhux mgħobbija u mgħobbija, skont ir-Regolament Nru 13, Anness 4, Artikoli 1.4.3.1 (test ta’ stabbiltà) u 1.4.3.2 (it-test bil-veloċità inizjali v = 0,8 vmax biss).

1.2.1.1.1.3.

Test tat-tip-I skont ir-Regolament Nru 13, Anness 4, Artikoli 1.5.1. u 1.5.3.

1.2.1.1.1.4.

Test tat-tip-II

Il-vettura mgħobbija għandha tiġi ttestjata b’tali mod li d-dħul tal-enerġija jkun ekwivalenti għal dik reġistrata fl-istess perjodu ta’ żmien bil-vettura mgħobbija misjuqa b’veloċità medja ta’ 30 km/h fuq xaqliba ‘l isfel ta’ 2,5 fil-mija għal distanza ta’ 6 km bil-ger mhux imdaħħal, biex l-enerġija tal-ibbrejkjar tittieħed mill-brejkijiet tas-servizz biss.

1.2.1.1.2.

Sistema sekondarja tal-ibbrejkjar

1.2.1.1.2.1.

Test tat-tip-0 bil-magna mhux imqabbda, vettura mgħobbija (dan it-test jista’ ma jsirx jekk kopert minn testijiet skont l-Artikolu 1.2.2 ta’ dan l-Anness).

1.2.1.1.3.

Sistema tal-ibbrejkjar għall-parkeġġ

(Applikabbli biss jekk il-brejkijiet li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni tal-kisi jintużaw għall-parkeġġ).

1.2.1.1.3.1.

Test għan-niżla b’xaqliba ta’ 18 fil-mija, vettura mgħobbija

1.2.1.2.   Il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha speċifikati fir-Regolament Nru 13, Anness 4, paragrafu 2 għal dik il-kategorija ta’ vettura.

1.2.2.   Rekwiżiti addizzjonali (test bil-fus maqsum)

Għat-testijiet imsemmija taħt il-vettura għandha tkun mgħobbija totalment u l-applikazzjonijiet kollha tal-brejkijiet isiru bil-magna mhux imqabbda, fuq triq livell.

Is-sistema tal-kontroll tal-brejk tas-servizz tal-vettura għandha tkun mgħammra b’mezz għall-iżolament tal-brejkijiet ta’ quddiem u ta’ wara sabiex ikunu jistgħu jintużaw indipendentement minn xulxin.

Meta tkun tinħtieġ l-approvazzjoni tat-tagħmir tal-kisi tal-brejk jew l-approvazzjoni tal-kisi tal-brejk tanbur għall-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem, il-brejkijiet tal-fus ta’ wara m’għandhomx jitħaddmu matul it-test.

Meta tkun tinħtieġ l-approvazzjoni tat-tagħmir tal-kisi tal-brejk jew l-approvazzjoni tal-kisi tal-brejk tanbur għall-brejkijiet tal-fus ta’ wara, il-brejkijiet tal-fus ta’ quddiem m’għandhomx jitħaddmu matul it-test.

1.2.2.1.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

Tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew tal-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur u t-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jew il-kisi oriġinali tal-brejk tanbur għandu jitwettaq billi jitqabblu r-riżultati tat-testijiet bil-metodu li ġej.

1.2.2.1.1.

Agħmel minimu ta’ sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet b’żidiet spazjati tal-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja sakemm tillokkja r-rota jew, alternattivament, sa tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità ta’ 3,5 m/s2 jew sal-forza massima awtorizzata tal-pedala jew sal-pressa tal-linja massima minn veloċità inizjali ta’ 45 km/h u b’temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fil-bidu ta’ kull applikazzjoni.

1.2.2.1.2.

Innota u mmarka l-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja u t-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità għal kull applikazzjoni, u ddetermina l-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja meħtieġa biex jinkiseb (jekk possibbli) tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità ta’ 3 m/s2. Jekk dan il-valur ma jistax jinkiseb iddetermina alternattivament il-forza tal-pedala jew il-pressa tal-linja meħtieġa sabiex jinkiseb tnaqqis massimu tal-veloċità.

1.2.2.1.3.

It-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew il-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għat-tagħmir oriġinali tal-brejk jew għall-kisi oriġinali tal-brejk tanbur jekk it-tnaqqis medju żviluppat totalment tal-veloċità miksub bl-istess forza tal-kontroll jew pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miksuba bit-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jew il-kisi oriġinali tal-brejk tanbur.

1.2.2.2.   Test ta’ sensittività tal-veloċità

1.2.2.2.1.

Bl-użu tal-forza tal-pedala skont l-Artikolu 1.2.2.1.2 ta’ dan l-Anness u bit-temperatura tal-brejk inizjali ta’ ≤ 100 °C, agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn kull waħda minn dawn il-veloċitajiet:

 

40 km/h sa 20 km/h,

 

60 km/h sa 40 km/h u

 

80 km/h sa 60 km/h (if vmax ≥ 90 km/h)

1.2.2.2.2.

Ħu medja tar-riżultati għal kull grupp ta’ tliet applikazzjonijiet u mmarka l-veloċità kontra t-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità korrispondenti.

1.2.2.2.3.

Tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità reġistrat għall-ogħla veloċitajiet għandu jkun sa 25 fil-mija ta’ dak reġistrat għall-veloċità l-iktar baxxa.

2.   Test b’dinamometru tal-inerzja

2.1.   Tagħmir tal-ittestjar

Għat-testijiet, dinamometru tal-inerzja għandu jitwaħħal mal-brejk tal-vettura inkwistjoni. Id-dinamometru għandu jkun strumentat għar-reġistrazzjoni kontinwa tal-veloċità rotazzjonali, tal-forza tal-brejk, tal-pressa fil-linja tal-brejk, tan-numru ta’ rotazzjonijiet wara l-applikazzjoni tal-brejk, tal-ħin tal-ibbrejkjar u t-temperatura tar-rotor tal-brejk.

2.1.1.   Kundizzjonijiet tat-test

2.1.1.1.

Il-massa rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għal nofs is-sezzjoni tal-fus ta’ 0,55 tal-massa massima tal-vettura u r-raġġ idur tal-ikbar tajer li jkun awtorizzat għal dak/dawk it-tip(i) ta’ vettura/i.

2.1.1.2.

Il-veloċità rotazzjonali tad-dinamometru inizjali għandha tikkorrispondi mal-veloċità linjari tal-vettura kif speċifikata fl-Artikoli taħt u għandha tiġi bbażat fuq il-medja tar-raġġi jduru tal-ikbar u l-iżgħar tajers awtorizzati għal dak/dawk it-tip(i) ta’ vettura/i.

2.1.1.3.

Tagħmir tal-kisi tal-brejkijiet jew kisjiet tal-brejkijiet tanbur sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejk u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-lustrar, għandhom jiġu lustrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

2.1.1.4.

Jekk tintuża arja tkessaħ, il-veloċità tal-fluss tal-arja fil-brejk għandha tkun:

vair = 0,33 v

fejn:

v = veloċità tat-test tal-vettura fl-inizjazzjoni tal-ibbrejkjar.

2.1.1.5.

Iċ-ċilindru tal-attivazzjoni mwaħħal mal-brejk għandu jkun tal-iżgħar daqs li jkun awtorizzat għal dak/dawk it-tip(i) ta’ vettura/i.

2.2.   Testijiet u rekwiżiti

2.2.1.   Testijiet speċifikati fir-Regolament Nru 13

2.2.1.1.   Test tat-tip-0

Mill-veloċità inizjali ta’ 60 km/h b’temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fil-bidu ta’ kull applikazzjoni agħmel mill-inqas sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet f’intervalli spazjati tal-pressa tal-linja sal-pressa tal-linja li tkun garantita b’mod permanenti mis-sistema tal-ibbrejkjar tat-tip(i) ta’ vettura/i (ez. tnaqqis fil-pressa tal-kumpressur). Għandu jinkiseb tnaqqis medju żviluppat totalment tal-veloċità ta’ mill-inqas 5 m/s2.

2.2.1.2.   Test tat-tip 0, prestazzjoni ta’ veloċità għolja

Agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejkijiet b’temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fil-bidu ta’ kull applikazzjoni minn veloċità ta’ 100 km/h meta l-approvazzjoni tkun diretta lejn vettura tal-kategorija N2 u 90 km/h meta l-approvazzjoni tkun diretta lejn vetturi tal-kategoriji M3 u N3 bl-użu tal-pressa tal-linja garantita kif definit fl-Artikolu 2.2.1.1 Il-valur medju tat-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità tat-tliet applikazzjonijiet għandu jkun ta’ mill-inqas 4 m/s2.

2.2.1.3.   Test tat-tip-I

2.2.1.3.1.   Proċedura tat-tisħin

Agħmel 20 applikazzjoni ta’ waqfiet konsekuttivi b’v1 = 60 km/h u v2 = 30 km/h b’ħin ta’ ċiklu ta’ 60 s li jibda b’temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fl-ewwel applikazzjoni. Il-pressa tal-linja għandha tikkorrispondi ma’ tnaqqis fil-veloċità ta’ 3 m/s2 fl-ewwel applikazzjoni u għandha tibqa’ kostanti matul l-applikazzjonijiet sussegwenti.

2.2.1.3.2.   Prestazzjoni sħuna

Meta tkun kompluta l-proċedura tat-tisħin il-prestazzjoni sħuna għandha titkejjel fil-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 2.2.1.1 imsemmi fuq permezz tal-użu tal-pressa tal-linja garantita kif definit fl-Artikolu 2.2.1.1 (il-kundizzjonijiet tat-temperatura jistgħu jkunu differenti). It-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità bil-brejk imsaħħan m’għandux ikun inqas minn 60 fil-mija tal-valur miksub bil-brejk kiesaħ jew 4 m/s2.

2.2.1.3.3.   Irkuprar

Ibda 120 s wara l-applikazzjoni tal-prestazzjoni sħuna tal-brejk u agħmel 5 waqfiet totali bil-pressa tal-linja użata fl-Artikolu 2.2.1.3.1 imsemmi fuq u f’intervalli ta’ mill-inqas 2 minuti mill-veloċità inizjali ta’ 60 km/h. Fil-bidu tal-ħames applikazzjoni t-temperatura tal-brejk għandha tkun ta’ ≤ 100 °C u t-tnaqqis medju żviluppat totalment tal-veloċità għandu jkun sa 10 fil-mija ta’ dak ikkalkulat mir-relazzjoni pressa tal-linja/tnaqqis tal-veloċità tat-Test tat-tip-0 f’60 km/h.

2.2.1.4.   Test tat-tip-II

2.2.1.4.1.   Proċedura tat-tisħin

Il-brejkijiet għandhom jissaħħnu permezz ta’ forza kostanti fuq il-brejk li tikkorrispondi ma’ tnaqqis fil-veloċità ta’ 0,15 m/s2 b’veloċità kostanti ta’ 30 km/h matul perjodu ta’ 12-il minuta.

2.2.1.4.2.   Prestazzjoni sħuna

Meta tkun kompluta l-proċedura tat-tisħin il-prestazzjoni sħuna għandha titkejjel fil-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2.2.1.1 imsemmi fuq bl-użu tal-pressa tal-linja garantita kif definit fl-Artikolu 2.2.1.1 (il-kundizzjonijiet tat-temperatura jistgħu jkunu differenti). It-tnaqqis medju żviluppat totalment tal-veloċità bil-brejk imsaħħan għandu jkun ta’ mhux inqas minn 3,75 m/s2.

2.2.1.5.   Test statiku għall-prestazzjoni tal-parkeġġ

2.2.1.5.1.

Għall-medda totali ta’ applikazzjonijiet iddetermina l-agħar każ rigward il-forza tad-dħul fil-brejk, il-massa tal-vettura li għandha tiġi bbrejkjata b’fus wieħed, u r-raġġ tat-tajer.

2.2.1.5.2.

Applika l-brejk bil-forza tad-dħul kif stabbilit skont l-Artikolu 2.2.1.5.1 imsemmi fuq.

2.2.1.5.3.

Applika forza li żżid ftit ftit fuq ix-xaft tad-dajno sabiex iddawwar it-tanbur jew id-diska. Kejjel il-prestazzjoni tal-forza fil-brejk fil-mument li x-xaft tad-dajno jibda jiċċaqlaq u kkalkula l-forza tal-ibbrejkjar korrispondenti tal-fus permezz tal-użu tar-raġġ tat-tajer skont l-Artikolu 2.2.1.5.1.

2.2.1.5.4.

Il-forza tal-brejk imkejla skont l-Artikolu 2.2.1.5.3 diviża b’nofs il-massa tal-vettura kif stabbilit skont l-Artikolu 2.2.1.5.1 għandha tagħti mill-inqas kwozjent ta’ 0,18.

2.2.2.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

Tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew il-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur u t-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jew il-kisi oriġinali tal-brejk tanbur għandu jitwettaq billi jitqabblu r-riżultati tat-Test tat-tip-0 kif deskritt fl-Artikolu 2.2.1.1.

2.2.2.1.   It-Test tat-tip-0 kif preskritt fl-Artikolu 2.2.1.1 għandu jitwettaq b’sett wieħed tat-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jew il-kisi oriġinali tal-brejk tanbur.

2.2.2.2.   It-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew il-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għat-tagħmir tal-kisi oriġinali tal-brejk jew il-kisi oriġinali tal-brejk tanbur jekk it-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità bl-istess pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miksuba bit-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jew il-kisi oriġinali tal-brejk tanbur.

2.2.3.   Test ta’ sensittività tal-veloċità

2.2.3.1.

Bl-użu tal-pressa tal-linja garantita kif definit fl-Artikolu 2.2.1.1 u bit-temperatura tal-brejk inizjali ta’ ≤ 100 °C, agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn kull waħda ta’ dawn il-veloċitajiet:

 

60 km/h sa 30 km/h,

 

80 km/h sa 60 km/h, u

 

110 km/h sa 80 km/h (jekk vmax ≥ 90 km/h).

2.2.3.2.

Ħu medja tar-riżultati għal kull grupp ta’ tliet applikazzjonijiet u mmarka l-veloċità kontra t-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċita korrispondenti.

2.2.3.3.

Tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità reġistrat għall-ogħla veloċitajiet għandu jkun sa 25 fil-mija ta’ dak reġistrat għall-inqas veloċità.


ANNESS 5

Rekwiżiti għal tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategoriji O1 u O2

1.   Ġenerali

Il-metodu tat-test deskritt f’dan l-Anness huwa bbażat fuq test b’dinamometru tal-inerzja. Alternattivament it-testijiet jistgħu jitwettqu fuq vettura tal-ittestjar jew fuq bank tal-ittestjar tat-triq idur sakemm jinkisbu l-istess kundizzjonijiet tat-test u jitkejlu l-istess parametri bħat-test bid-dinamometru tal-inerzja.

2.   Tagħmir tal-ittestjar

Għat-testijiet, dinamometru tal-inerzja għandu jitwaħħal mal-brejk tal-vettura inkwistjoni. Id-dinamometru għandu jkun strumentat għar-reġistrazzjoni kontinwa tal-veloċità rotazzjonali, tal-forza tal-brejk, tal-pressa fil-linja tal-brejk jew il-forza tal-attwazzjoni, in-numru ta’ rotazzjonijiet wara l-applikazzjoni tal-brejk, il-ħin tal-ibbrejkjar u t-temperatura tar-rotor tal-brejk.

2.1.   Kundizzjonijiet tat-test

2.1.1.   Il-massa rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi għal nofs is-sezzjoni rilevanti tal-fus tal-massa massima tal-vettura u r-raġġ idur tal-ikbar tajer li jkun awtorizzat għal dak/dawk it-tip(i) ta’ vettura/i.

2.1.2.   Il-veloċità inizjali rotazzjonali tad-dinamometru għandha tikkorrispondi mal-veloċità linjari tal-vettura kif speċifikata fl-Artikolu 3.1 ta’ dan l-Anness u għandha tiġi bbażata fuq ir-raġġ dinamiku jdur tal-iżgħar tajer li jkun awtorizzat għal dak/dawk it-tip(i) ta’ vettura/i.

2.1.3.   Kisjiet tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejk rilevanti u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-lustrar, għandhom jiġu lustrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

2.1.4.   Jekk tintuża arja tkessaħ, il-veloċità tal-fluss tal-arja fil-brejk għandha tkun:

vair= 0,33 v

fejn:

v = veloċità tat-test tal-vettura fl-inizjazzjoni tal-ibbrejkjar.

2.1.5.   L-istrument tal-attivazzjoni mwaħħal mal-brejk għandu jikkorrispondi mal-installazzjoni tal-vettura.

3.   Testijiet u rekwiżiti

3.1.   Test tat-tip-0

Mill-veloċità inizjali ta’ 60 km/h b’temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C fil-bidu ta’ kull applikazzjoni agħmel minimu ta’ sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet konsekuttivi f’intervalli spazjati tal-pressa tal-linja jew forza tal-applikazzjoni tal-pedala sal-pressa tal-linja massima jew sa tnaqqis fil-veloċità ta’ 6 m/s2. Irrepeti l-aħħar applikazzjoni tal-brejk bl-użu ta’ veloċità inizjali ta’ 40 km/h.

3.2.   Test tat-tip-I

3.2.1.   Proċedura tat-tisħin

Il-brejk għandu jissaħħan permezz ta’ bbrejkjar kontinwu skont ir-rekwiżit tar-Regolament Nru 13, Anness 4, Artikolu 1.5.2 b’temperatura tal-bidu tar-rotor tal-brejk ta’ ≤ 100 °C.

3.2.2.   Prestazzjoni sħuna

Meta tkun kompluta l-proċedura tat-tisħin il-prestazzjoni sħuna minn veloċità inizjali ta’ 40 km/h għandha titkejjel fil-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3.2.1 imsemmi fuq permezz tal-użu tal-istess pressa tal-linja jew forza tal-applikazzjoni (il-kundizzjonijiet tat-temperatura jistgħu jkunu differenti). It-tnaqqis medju żviluppat totalment tal-veloċità bil-brejk imsaħħan m’għandux ikun inqas minn 60 fil-mija miksub bil-brejk kiesaħ jew 3,5 m/s2.

3.3.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

Tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk u t-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk għandu jsir billi jitqabblu r-riżultati tat-Test tat-tip-0 kif deskritt fl-Artikolu 3.1.

3.3.1.   It-Test tat-tip-0 kif preskritt fl-Artikolu 3.1 għandu jitwettaq b’sett wieħed tat-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk.

3.3.2.   It-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għat-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jekk it-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità miksub bl-istess pressa tal-linja jew forza tal-applikazzjoni fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miksuba bit-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk.


ANNESS 6

Rekwiżiti għal tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet u kisjiet tal-brejkijiet tanbur għall-vetturi tal-kategoriji O3 u O4

1.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

It-testijiet preskritti f’dan l-Anness jistgħu jitwettqu alternattivament fuq vettura tal-ittestjar jew fuq dinamometru tal-inerzja jew fuq bank tal-ittestjar tat-triq idur fl-istess kundizzjonijiet imsemmija fir-Regolament 13, Anness 11, Appendiċi 2, Artikoli 3.1 sa 3.4.

Kisjiet tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-lustrar, għandhom jiġu lustrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

2.   Testijiet u rekwiżiti

2.1.   Konformità mar-Regolament Nru 13, Anness 11

Il-brejkijiet għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 13, Anness 11, Appendiċi 2, Artikolu 3.5.

2.1.1.

Ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati f’formola skont ir-Regolament Nru 13, Anness 11, Appendiċi 3.

2.1.2.

Għandu jsir tqabbil bejn dawn ir-riżultati u dawk miksuba bit-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejkijiet jew il-kisjiet oriġinali tal-brejkijiet tanbur fl-istess kundizzjonijiet.

2.1.3.

Il-prestazzjoni sħuna miksuba bl-istess dħul ta’ forza tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew il-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur fit-Test tat-tip-I jew fit-Test tat-tip-III (skont liema huwa applikabbli) għandha tkun:

(a)

daqs jew ogħla mill-prestazzjoni sħuna tat-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jew il-kisi oriġinali tal-brejk tanbur, jew

(b)

mill-inqas 90 fil-mija tal-prestazzjoni kiesħa tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew il-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur.

Id-daqqa korrispondenti tal-attwatur m’għandhiex tkun ≥ 110 fil-mija tal-valur miksub bit-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jew il-kisi oriġinali tal-brejk tanbur u m’għandhiex taqbeż il-valur sp kif definit fl-Anness 11, Appendiċi 2, Artikolu 2 tar-Regolament Nru 13. Fil-każ fejn it-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jew il-kisi tal-brejk tanbur ikun ġie ttestjat skont ir-rekwiżit tat-test tat-Tip-II, ir-rekwiżiti minimi tar-Regolament Nru 13, Anness 4, Artikolu 1.7.2 (test tat-Tip-III) ikunu applikabbli għat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew il-kisi tal-brejk tanbur.

2.2.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa (Tip-0)

2.2.1.

Skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness u minn veloċita inizjali ta’ 60 km/h b’temperatura tal-brejk ta’ ≤ 100 °C agħmel 6 applikazzjonijiet tal-brejkijiet f’intervalli spazjati tal-forza tal-kontroll jew tal-pressa tal-linja sa 6,5 bar jew tnaqqis fil-veloċità miksub ta’ 6 m/s2.

2.2.2.

Innota u mmarka l-forza tal-kontroll jew il-pressa tal-linja u l-forza medja fuq il-brejk jew it-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità għal kull applikazzjoni.

2.2.3.

Qabbel ir-riżultati ma’ dawk miksuba bit-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejkijiet jew il-kisjiet oriġinali tal-brejkijiet tanbur fl-istess kundizzjonijiet tat-test.

2.2.4.

It-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew il-kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għat-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jew il-kisi oriġinali tal-brejk tanbur jekk it-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità bl-istess forza ta’ dħul jew pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa – 5 fil-mija u + 15 fil-mija ta’ dawk miksuba bit-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jew il-kisi oriġinali tal-brejk tanbur.


ANNESS 7

Rekwiżiti għat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet għall-vetturi tal-kategorija L

1.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

1.1.   Vettura li tirrappreżenta t-tip(i) li għalihom tkun meħtieġa l-approvazzjoni tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk għandha tkun mgħammra bit-tagħmir tal-kisi tal-brejk tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni u strumentata għall-ittestjar tal-brejk kif meħtieġ skont ir-Regolament Nru 78.

1.2.   Tagħmir tal-kisi tal-brejk sottomess għat-test għandu jitwaħħal mal-brejkijiet rilevanti u, sakemm tiġi stabbilita proċedura fissa tal-lustrar, għandu jiġi lustrat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bi qbil mad-dipartiment tekniku.

1.3.   F’każ ta’ tagħmir tal-kisi tal-brejkijiet għall-vetturi b’sistema tal-ibbrejkjar ikkombinat skont l-Artikolu 2.9 tar-Regolament Nru 78, il-kombinazzjoni(jiet) ta’ tagħmir tal-kisi tal-brejkijiet għall-fus ta’ quddiem u ta’ wara li għalihom tkun diretta l-approvazzjoni għandhom jiġu ttestjati.

Il-kombinazzjoni tista’ tikkonsisti f’tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet għaż-żewġ fusijiet u/jew tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk fuq fus wieħed u tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk fuq il-fus l-ieħor.

2.   Testijiet u rekwiżiti

2.1.   Konformità mar-Regolament Nru 78

2.1.1.   Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti għall-kategorija tal-vetturi inkwistjoni (L1, L2, L3, L4 jew L5) fir-Regolament Nru 78, Anness 3, Artikolu 1. Ir-rekwiżiti jew testijiet applikabbli huma:

2.1.1.1.   Test tat-Tip-0 bil-magna mhux imqabbda

It-test għandu jitwettaq biss meta l-vettura tkun mgħobbija. Agħmel minimu ta’ sitt applikazzjonijiet tal-brejkijiet b’żidiet spazjati tal-forza tal-kontroll jew tal-pressa tal-linja sal-illokkjar tar-rota, jew sa tnaqqis fil-veloċità ta’ 6 m/s2 jew sal-forza tal-kontroll massima awtorizzata.

2.1.1.2.   Test tat-Tip-0 bil-magna mqabbda

Applikabbli biss għall-vetturi tal-kategoriji L3, L4 u L5.

2.1.1.3.   Test tat-Tip-0 bil-brejkijiet imxarrbin

Mhux applikabbli għall-vetturi tal-kategorija L5 jew fil-każijiet ta’ brejkijiet tanbur jew brejkijiet diska magħluqa kompletament mhux soġġetti għal dan it-test matul l-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 78.

2.1.1.4.   Test tat-Tip-I

Applikabbli biss għall-vetturi tal-kategoriji L3, L4 u L5.

2.1.2.   Il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha speċifikati fir-Regolament Nru 78, Anness 3, Artikolu 2 għal dik il-kategorija ta’ vetturi.

2.2.   Rekwiżiti addizzjonali

2.2.1.   Test tal-ekwivalenza tal-prestazzjoni kiesħa

Għandu jsir tqabbil tal-prestazzjoni kiesħa tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk u t-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk billi jitqabblu r-riżultati tat-test tat-Tip-0 kif deskritt fl-Artikolu 2.1.1.1.

2.2.1.1.   It-test tat-Tip-0 kif preskritt fl-Artikolu 2.1.1.1 għandu jitwettaq b’sett wieħed tat-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk.

2.2.1.2.   It-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk għandu jiġi kkunsidrat li juri karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili għat-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk jekk it-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità bl-istess pressa tal-linja fiż-żewġ terzi ta’ fuq tal-kurva ġġenerata jkunu sa 15 fil-mija ta’ dawk miksuba bit-tagħmir oriġinali tal-kisi tal-brejk.

2.2.2.   Test tas-sensittività tal-veloċità

Dan it-test huwa applikabbli biss għall-vetturi tal-kategoriji L3, L4 u L5 u għandu jitwettaq bil-vettura mgħobbija fil-kundizzjonijiet tat-test tat-Tip-0 bil-magna mhux imqabbda. Madankollu, il-veloċitajiet tat-test huma differenti.

2.2.2.1.   Mir-riżultati tat-test tat-Tip-0 kif deskritt fl-Artikolu 2.1.1.1 iddetermina l-forza tal-kontroll jew il-pressa tal-linja li tikkorrispondi għat-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità minimu meħtieġ għal dik il-kategorija ta’ vettura.

2.2.2.2.   Bl-użu tal-forza tal-kontroll jew il-pressa tal-linja determinata fl-Artikolu 2.2.2.1. u bit-temperatura tal-brejk inizjali ta’ ≤ 100 °C, agħmel tliet applikazzjonijiet tal-brejkijiet minn kull waħda mill-veloċitajiet li ġejjin:

40 km/h, 80 km/h u 120 km/h (jekk vmax ≥ 130 km/h)

2.2.2.3.   Ħu medja tar-riżultati għal kull grupp ta’ tliet applikazzjonijiet u mmarka l-veloċità kontra t-tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità korrispondenti.

2.2.2.4.   Tnaqqis medju żviluppat totalment fil-veloċità reġistrat għall-ogħla veloċitajiet għandu jkun sa 15 fil-mija ta’ dak reġistrat għall-inqas veloċità.


ANNESS 8

Preskrizzjonijiet tekniċi għal tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejkijiet maħsuba biex jintużaw f’sistemi tal-brejk tal-parkeġġ separati li huma indipendenti mis-sistema tal-brejk tas-servizz tal-vetturi

1.   KONFORMITÀ MAR-REGOLAMENT Nru 13

Konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 13 għandha tintwera f’test ta’ vettura.

1.1.   Test tal-vettura

Vettura li tirrappreżenta t-tip(i) li għaliha/hom tkun meħtieġa l-approvazzjoni tat-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk għandha tkun mgħammra bit-tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk tat-tip li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni u strumentata għall-ittestjar tal-brejk skont ir-Regolament Nru 13. Il-vettura għandha tkun kompletament mgħobbija. Kisjiet tal-brejkijiet sottomessi għat-test għandhom jitwaħħlu mal-brejkijiet rilevanti u m’għandhomx ikunu llustrati.

1.2.   Is-sistema tal-ibbrejkjar għall-parkeġġ tal-vettura għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti rilevanti kollha fir-Regolament Nru 13, Anness 4, Artikolu 2.3.


ANNESS 9

DETERMINAZZJONI TAL-AĠIR TAL-FRIZZJONI PERMEZZ TA’ TTESTJAR B’MAGNA

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Kampjuni ta’ tip ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk għandhom jiġu ttestjati fuq magna li kapaċi tiġġenera l-kondizzjonijiet tat-test u tapplika l-proċeduri tat-test deskritti f’dan l-Anness.

1.2.   Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu evalwati biex jiġi determinat kampjun tal-aġir tal-frizzjoni.

1.3.   L-aġir tal-frizzjoni tal-kampjuni għandu jitqabbel sabiex tiġi evalwata l-konformità mal-istandard reġistrat għal tip ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk.

2.   TAGĦMIR TAT-TIBDIL TAL-KISI TAL-BREJK GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJI M1, M2, N1, O1, O2, U L

2.1.   Tagħmir

2.1.1.   Il-magna għandha tkun imfassla sabiex taċċetta u topera brejk ta’ daqs sħiħ simili għal dawk imwaħħla mal-fus tal-vettura użat għall-ittestjar tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

2.1.2.   Il-veloċità rotazzjonali tad-diska jew it-tanbur għandha tkun 660 ± 10 1/min (1) mingħajr tagħbija u m’għandhiex tinżel inqas minn 600 1/min b’tagħbija massima.

2.1.3.   Iċ-ċikli tat-test u applikazzjonijiet tal-brejk matul iċ-ċikli għandhom ikunu aġġustabbli u awtomatiċi.

2.1.4.   Il-forza tal-prestazzjoni jew il-pressa tal-brejk (metodu ta’ forza kostanti) u t-temperatura tas-superfiċje ta’ barra għandhom jiġu reġistrati.

2.1.5.   Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex arja tkessaħ tiġi diretta fil-brejk b’rata ta’ 600 ± 60 m3/h.

2.2.   Proċedura tal-ittestjar

2.2.1.   Tħejjija tal-kampjun

L-iskeda tal-lustrar tal-manifattur għandha tiżgura minimu ta’ 80 fil-mija superfiċje ta’ kuntatt għal tagħmir tal-ped mingħajr ma tinqabeż temperatura tas-superfiċje ta’ 300 °C u 70 fil-mija ta’ superfiċje ta’ kuntatt għat-tagħmir ewlieni tax-xu mingħajr ma tinqabeż temperatura tas-superfiċje ta’ 200 °C.

2.2.2.   Skeda tat-test

L-iskeda tat-test tinkludi numru ta’ ċikli ta’ bbrejkjar konsekutttivi li kull wieħed jinkludi X intervalli ta’ bbrejkjar applikat għal 5 sekondi segwiti minn rilaxx tal-brejk ta’ 10 sekondi.

Alternattivament jistgħu jintużaw dawn iż-żewġ metodi:

2.2.2.1.   Skeda ta’ test bi pressa kontinwa

2.2.2.1.1.   Tagħmir tal-ped

Il-pressa idrawlika p taħt il-pistun(i) tal-kalliper għandha tkun kostanti skont il-formula:

Formula

Md

=

150 Nm għal Ak ≤ 18,1 cm2

Md

=

300 Nm għal Ak > 18,1 cm2

Ak

=

erja tal-pistun(i) tal-kalliper

rw

=

raġġ effettiv tad-diska

Nru taċ-ċiklu

Numru ta’ applikazzjonijiet tal-brejk X

Temperatura inizjali tar-rotor tal-brejk

(°C)

Temperatura massima tar-rotor tal-brejk

(°C)

Tkessiħ sfurzat

1

1 × 10

≤ 60

miftuħ

le

2-6

5 × 10

100

miftuħ (350) (2)

le

7

1 × 10

100

miftuħ

iva

2.2.2.1.2.   Tagħmir tax-xu

Il-pressa medja tal-kuntatt fis-superfiċje tal-kuntatt tal-kisi tal-brejk għandha tkun kostanti għal 22 ± 6 N/cm2 ikkalkulati għal brejk statiku mingħajr ma jenerġizza lilu nnifsu.

Nru taċ-ċiklu

Numru ta’ applikazzjoni tal-brejk X

Temperatura inizjali tar-rotor tal-brejk

(°C)

Temperatura massima tar-rotor tal-brejk

(°C)

Tkessiħ sfurzat

1

1 × 10

≤ 60

200

iva

2

1 × 10

100

miftuħ

le

3

1 × 10

100

200

iva

4

1 × 10

100

miftuħ

le

2.2.2.2.   Skeda tat-test b’forza kostanti

Dan il-metodu japplika biss għal tagħmir tal-peds. Il-forza tal-brejk għandha tkun kostanti b’tolleranza ta’ ± 5 fil-mija u aġġustata sabiex tiggarantixxi t-temperaturi massimi tar-rotor tal-brejk mogħtija fit-tabella taħt.

Nru taċ-ċiklu

Numru ta’ applikazzjonijiet tal-brejk X

Temperatura inizjali tar-rotor tal-brejk

(°C)

Temperatura mass. tar-rotor tal-brejk

(°C)

Tkessiħ sfurzat

1

1 × 5

≤ 60

300-350 (200-250) (3)

le

2-4

3 × 5

100

300-350 (200-250)

le

5

1 × 10

100

500-600 (300-350)

le

6-9

4 × 5

100

300-350 (200-250)

le

10

1 × 10

100

500-600 (300-350)

le

11-13

3 × 5

100

300-350 (200-250)

le

14

1 × 5

≤ 60

300-350 (200-250)

le

2.3.   Evalwazzjoni tar-riżultati tat-test

L-aġir tal-frizzjoni jiġi determinat mill-forza tal-brejk innotata f’punti magħżula fi skeda tat-test. Meta fattur tal-brejk ikun kostanti, eż. brejk diska, il-forza tal-brejk tista’ tiġi tradotta f’koeffiċjent tal-frizzjoni.

2.3.1.   Tagħmir tal-ped

2.3.1.1.   Il-koeffiċjent operattiv tal-frizzjoni (μop) hija l-medja tal-valuri reġistrati matul iċ-ċikli tnejn sa sebgħa (metodu ta’ pressa kostanti) jew matul iċ-ċikli 2-4, 6-9 u 11-13 (metodu ta’ forza kostanti); billi l-kejl isir sekonda wara li tinbeda l-ewwel applikazzjoni tal-brejk ta’ kull ċiklu.

2.3.1.2.   Il-koeffiċjent massimu tal-frizzjoni (μmax) huwa l-ogħla valur reġistrat matul iċ-ċikli kollha.

2.3.1.3.   Il-koeffiċjent minimu tal-frizzjoni (μmin) huwa l-inqas valur reġistrat matul iċ-ċikli kollha.

2.3.2.   Tagħmir tax-xu

2.3.2.1.   Il-forza medja (Mmean) hija l-medja tal-valuri massimi u minimi tal-forza tal-brejk reġistrata matul il-ħames applikazzjoni tal-brejkijiet ta’ ċikli wieħed u tlieta.

2.3.2.2.   Il-forza sħuna (Mhot) hija l-forza minima tal-brejk żviluppata matul iċ-ċikli tnejn u erbgħa. Jekk it-temperatura taqbeż it-300 °C matul dawn iċ-ċikli l-valur ta’ 300 °C għandu jittieħed bħala Mhot.

2.4.   Kriterji tal-aċċettazzjoni

2.4.1.   Ma’ kull applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tagħmir tal-kisi tal-brejk għandhom jiġu sottomessi:

2.4.1.1.

għat-tagħmir tal-ped, valuri għal μop, μmin, μmax.

2.4.1.2.

għat-tagħmir tax-xu, valuri għal Mmean u Mhot.

2.4.2.   Matul il-produzzjoni ta’ tip ta’ tagħmir tal-kisi tal-brejk approvat, kampjuni ta’ test għandhom juru konformità mal-valuri reġistrati skont l-Artikolu 2.4.1 ta’ dan l-Anness b’dawn it-tolleranzi:

2.4.2.1.

għall-peds ta’ brejkijiet diska:

 

μop ± 15 fil-mija tal-valur reġistrat

 

μmin ≥ valur reġistrat

 

μmax ≤ valur reġistrat

2.4.2.2.

għal kisjiet tal-brejkijiet tanbur simplex:

 

Mmean ± 20 fil-mija tal-valur reġistrat

 

Mhot ≥ valur reġistrat.

3.   TAGĦMIR TAL-KISI TAL-BREJKIJIET U KISJIET TAL-BREJKIJIET TANBUR GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJI M3, N2, N3, O3, U O4

3.1.   Tagħmir

3.1.1.   Il-magna għandha tkun mgħammra bi brejk diska tat-tip ta’ kalliper fiss b’dijametru taċ-ċilindru ta’ 60 mm u diska solida (mhux ventilata) b’dijametru ta’ 278 ± 2 mm u ħxuna ta’ 12-il mm ± 0,5 mm. Biċċa rettangolari tal-materjal tal-frizzjoni b’erja ta’ 44 cm2 ± 0.5 cm2 u ħxuna ta’ mill-inqas 6 mm għandha tiġi mehmuża mal-plejt ta’ wara.

3.1.2.   Il-veloċità rotazzjonali tad-diska għandha tkun ta’ 660 ± 10 1/min mingħajr tagħbija u m’għandhiex tkun inqas minn 600 1/min b’tagħbija totali.

3.1.3.   Il-pressa medja tal-kuntatt fis-superfiċje tal-kisi tal-brejk għandha tkun kostanti ta’ 75 N/cm2 ± 10N/cm2.

3.1.4.   Iċ-ċikli tat-test u l-applikazzjonijiet tal-brejk matul iċ-ċikli għandhom ikunu aġġustabbli u awtomatiċi.

3.1.5.   Il-forza tal-prestazzjoni u t-temperatura tas-superfiċje mħaddma għandhom jiġu reġistrati.

3.1.6.   Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex arja tkessaħ tiġi diretta fil-brejk b’rata ta’ 600 ± 60 m3/h.

3.2.   Proċedura tal-ittestjar

3.2.1.   Tħejjija ta’ kampjun

Il-proċedura tal-lustrar tal-manifattur għandha tiżgura minimu ta’ 80 fil-mija superfiċje tal-kuntatt mingħajr ma tinqabeż temperatura tas-superfiċje ta’ 200 °C.

3.2.2.   Skeda tal-ittestjar

Il-proċedura tat-test tinkludi numru ta’ ċikli konsekuttivi ta’ bbrejkjar li kull wieħed minnhom fih numru ta’ X intervalli ta’ bbrejkjar applikat għal 5 sekondi segwit minn 10 sekondi ta’ rilaxx tal-brejk.

Nru taċ-ċiklu

Numru ta’ applikazzjonijiet tal-brejk X

Temperatura inizjali tar-rotor tal-brejk

(°C)

Tkessiħ sfurzat

1

5

100

iva

2

5

iżżid sa ≤ 200

le

3

5

200

le

4

5

iżżid sa ≤ 300

le

5

5

300

le

6

3

250

iva

7

3

200

iva

8

3

150

iva

9

10

100

iva

10

5

iżżid sa ≤ 300

le

11

5

300

le

3.3.   Evalwazzjoni tar-riżultati tat-test

L-aġir tal-frizzjoni jiġi determinat mill-forza tal-brejk osservat f’ċikli magħżula tal-iskeda tat-test. Il-forza tal-brejk għandu jiġi tradott f’koeffiċjent tal-frizzjoni μ.

Il-valur μ ta’ kull applikazzjoni tal-brejk għandu jiġi determinat bħala l-valur medju ta’ 5 sekondi tal-brejk applikat.

3.3.1.   Il-koeffiċjent operattiv tal-frizzjoni μop1 huwa l-valur medju ta’ μ reġistrat għall-applikazzjonijiet tal-brejkijiet fiċ-ċikli 1 u μop2 huwa l-valur medju ta’ μ reġistrat għall-applikazzjonijiet tal-brejkijiet fiċ-ċiklu 9.

3.3.2.   Il-koeffiċjent massimu tal-frizzjoni μmax huwa l-ogħla valur ta’ μ reġistrat f’applikazzjoni matul iċ-ċikli 1 sa 11 inklużi.

3.3.3.   Il-koeffiċjent minimu ta’ μmin huwa l-inqas valur ta’ μ reġistrat f’applikazzjoni matul iċ-ċikli 1 sa 11 inklużi.

3.4.   Kriterji tal-aċċettazzjoni

3.4.1.   Ma’ kull applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi ta’ brejk jew tip ta’ kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur, għandhom jiġu sottomessi valuri għal μop1, μop2, μmin u μmax.

3.4.2.   Matul il-produzzjoni ta’ tip approvat ta’ tagħmir tat-tibdil tal-kisi tal-brejk jew tip ta’ kisi tat-tibdil tal-brejk tanbur, kampjuni test għandhom juru konformità mal-valuri reġistrati skont l-Artikolu 3.4.1. ta’ dan l-Anness fit-tolleranzi li ġejjin:

 

μop1, μop2 ± 15fil-mija tal-valur reġistrat

 

μmin ≥ valur reġistrat

 

μmax ≤ valur reġistrat.


(1)  Fil-każ ta’ vetturi tal-kategorji L1 u L2, tista’ tintuża velocità tat-test iktar baxxa.

(2)  Fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija L, it-temperatura għandha tiġi limitata għal 350 °C. Jekk meħtieġ, in-numru ta’ applikazzjonijiet għal kull ċiklu għandu jitnaqqas b’dan il-mod. Madankollu, f’dan il-każ, in-numru ta’ ċikli għandu jiżdied sabiex in-numru totali ta’ applikazzjonijiet jinżamm kostanti.

(3)  Valuri f’parenteżi għall-vetturi tal-kategorija L.


28.5.2010   

MT EN

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/50


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi vverifikata fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli f’:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 94 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta' ħabta fuq quddiem

Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

 

Is-suppliment 3 għas-serje 01 tal-emendi - Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-2 ta’ Frar 2007

 

Il-Corrigendum 2 għas-serje 01 tal-emendi, is-suġġett tan-Notifika tad-Depożitarju C.N.1165.2007.TRATTATI-2 bid-data tat-18 ta’ Jannar 2008

 

Il-Corrigendum 1 għar-Reviżjoni 1 - Id-data tad-dħul fis-seħħ: l-24 ta’ Ġunju 2009

KONTENUT

REGOLAMENT

1.

L-ambitu

2.

Id-definizzjonijiet

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

L-approvazzjoni

5.

L-ispeċifikazzjonijiet

6.

L-istruzzjonijiet għall-utenti ta’ vetturi mgħammra b’airbags.

7.

Il-Modifika u l-Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura

8.

Il-konformità fil-produzzjoni

9.

Il-pieni għal nuqqas ta’ konformità fil-produzzjoni

10.

Produzzjoni li twaqqfet għal kollox

11.

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

12.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq ta’ testijiet ta’ approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 –

Il-Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew għall-produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta’ tip ta’ vettura rigward il-protezzjoni ta’ dawk li jokkupawha fil-każ ta’ kolliżjoni frontali, skond ir-Regolament Nru 94

Anness 2 –

L-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

Anness 3 –

Il-proċedura tat-test

Anness 4 –

Id-determinazzjoni tal-kriterji tar-rendiment

Anness 5 –

L-arranġament u l-installazzjoni ta’ manikini u l-aġġustament tas-sistemi ta’ trażżin

Anness 6 –

Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-punt “H” u l-angolu reali tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda f’vetturi bil-magna

Appendiċi 1– Id-deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H”

Appendiċi 2– Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali

Appendiċi 3– Id-data ta’ referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda

Anness 7 –

Il-proċedura tat-test bit-tròli

Appendiċi– Il-Kurva ta’ ekwivalenza – Il-Limitu tat-tolleranza għall- kurva ΔV = f(t)

Anness 8 –

It-teknika ta’ kejl f’testijiet ta’ kejl: l-istrumenti tal-kejl

Anness 9 –

Id-definizzjoni ta’ ostaklu li jista’ jiġi ddeformat

Anness 10 –

Il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għall-parti t’isfel tar-riġel u tas-sieq tal-manikin

1.   L-AMBITU

1.1.   Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi fil-kategorija M1  (1) ta’ massa totali permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati; vetturi oħra jistgħu jiġu approvati fuq talba tal-manifattur.

1.2.   Dan għandu japplika fuq talba tal-manifattur għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward il-protezzjoni ta’ dawk li jokkupawha fis-sìts ta’ quddiem lejn in-naħa ta’ barra fil-każ ta’ ħabta fuq quddiem.

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

“Sistema protettiva” tfisser tagħmir u strumenti ta’ fuq ġewwa maħsuba biex irażżnu lil dawk li jokkupaw il-vettura u jikkontribwixxu sabiex tkun assigurata konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ hawn isfel;

2.2.

“Tip ta’ sistema protettiva” tfisser kategorija ta’ strumenti protettivi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:

 

It-teknoloġija tagħhom;

 

Il-ġeometrija tagħhom;

 

Il-materjali kostitwenti tagħhom;

2.3.

“Il-wisa’ tal-vettura” tfisser id-distanza bejn żewġ pjani paralleli għall-pjan medjan lonġitudinali (tal-vettura) u li jmissu l-vettura fuq iż-żewġ naħat tal-imsemmi pjan imma li jeskludi l-mirja li juru x’ġej minn wara, id-dwal li jimmarkaw il-ġenb, l-indikaturi tal-pressjoni tat-tajer, id-dwal li jindikaw id-direzzjoni, id-dwal tal-pożizzjoni, mud-guards flessibbli u l-parti l-milwija tal-ħitan tal-ġenb tat-tajers eżatt fuq il-punt ta’ kuntatt mal-art;

2.4.

“Il-parti li tirkeb” tfisser il-persentaġġ mill-wisa’ tal-vettura li jinsab direttament bi dritt il-faċċata tal-ostaklu;

2.5.

“Faċċata ta’ ostaklu li jista’ jiġi ddeformat” tfisser sezzjoni li tista’ titfarrak immuntata fuq quddiem ta’ blokka riġida;

2.6.

“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi li jaħdmu bl-enerġija li m’humiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

2.6.1.

It-tul u l-wisa’ tal-vettura, sa fejn dawn għandhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament,

2.6.2.

L-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali tal-parti tal-vettura ’l quddiem mill-pjan trasversali mill-punt “R” tas-sit tas-sewwieq, sa fejn dawn għandhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament,

2.6.3.

Il-linji u d-dimensjonijiet ta’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri u t-tip ta’ sistema protettiva, sa fejn dawn għandhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament,

2.6.4.

Il-pożizzjoni (quddiem, wara jew ċentru) u l-orjentazzjoni (trasversali jew lonġitudinali) tal-magna,

2.6.5.

Il-massa mingħajr tagħbija, sa fejn din għandha effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament,

2.6.6.

L-arranġamenti jew it-tagħmir mhux obbligatorji pprovduti mill-manifattur, sa fejn dawn għandhom effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament,

2.7.

“Il-kompartiment tal-passiġġieri” ifisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni ta’ dawk li jokkupawh, magħluq permezz tas-saqaf, l-art, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, it-twieqi ta’ barra u d-diviżjoni ta’ quddiem (front bulkhead) u l-pjan tad-diviżjoni tal-kompartiment ta’ wara jew il-pjan tal-appoġġ tad-dahar tas-sit ta’ wara;

2.8.

“Il-punt ‘R’” ifisser punt ta’ referenza ddefinit għal kull sit mill-manifattur f’relazzjoni mal-istruttura tal-vettura, kif indikat fl-Anness 6;

2.9.

“Il-punt ‘H’” ifisser punt ta’ referenza ddeterminat għal kull sit mis-servizz tal-ittestjar responsabbli mill-approvazzjoni, skond il-proċedura deskritta fl-Anness 6;

2.10.

“Il-massa mingħajr tagħbija u mingħajr ħadd ġo fiha” tfisser il-massa tal-vettura lesta , mhux okkupata u mhux mgħobbija imma mimlija bil-fjuwil, il-likwidu li jkessaħ, il-lubrikant, l-għodod u l-istepni (jekk dawn huma pprovduti bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura).

2.11.

“Airbag” ifisser strument installat biex iżid maċ-ċinturini ta’ sigurtà u s-sistemi ta’ trażżin f’vetturi li jaħdmu bl-enerġija, jiġifieri sistemi li, fil-każ ta’ impatt qawwi li jaffettwa lill-vettura, b’mod awtomatiku jattivaw struttura flessibbli intenzjonata sabiex tillimita, permezz tal-kompressjoni tal-gass ta’ ġewwa fiha, kemm ikunu gravi l-kuntatti ta’ parti mill-ġisem ta’ min jokkupa l-vettura jew aktar minn parti waħda, ma’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri.

2.12.

“Airbag tal-passiġġier” ifisser airbag immuntat maħsub biex jipproteġi lil min jokkupa l-vettura f’sits oħra minbarra dak tas-sewwieq fil-każ ta’ kolliżjoni frontali.

2.13.

“Trażżin għat-tfal” ifisser arranġament ta’ komponenti li jistgħu jinkludu numru ta’ ċineg jew komponenti flessibbli b’bokkla ta’ sigurtà, strumenti għall-aġġustament, aċċessorji, u f’ċerti każi siġġu supplementari u/jew protezzjoni għall-impatt, li jistgħu jintrabtu ma’ vettura li taħdem bl-enerġija. Huwa ddisinjat b’tali mod li jnaqqas ir-riskju ta’ feriment għal min jilbishom, fil-każ ta’ kolliżjoni jew ta’ tnaqqis f’daqqa tal-veloċità tal-vettura billi jillimita l-mobilità tal-ġisem ta’ min jilbishom.

2.14.

“Iħarsu lejn in-naħa ta’ wara” ifisser li jħarsu fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura.

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward il-protezzjoni ta’ min jokkupa s-sits ta’ quddiem fil-każ ta’ kolliżjoni frontali għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.   Ma’ din għandhom ikunu mehmuża tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u d-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip tal-vettura dwar l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti;

3.2.2.

Ritratti, u/jew dijagrammi u disinni tal-vettura li juru t-tip tal-vettura b’elevazzjoni minn quddiem, mill-ġenb u minn wara u d-dettalji tad-disinn tal-parti ta’ quddiem tal-istruttura;

3.2.3.

Id-dettalji tal-massa mingħajr tagħbija u mingħajr nies ġo fiha tal-vettura;

3.2.4.

Il-linji u d-dimensjonijiet ta’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri;

3.2.5.

Deskrizzjoni tat-tagħmir u tas-sistemi protettivi ta’ fuq ġewwa installati fil-vettura.

3.3.   Min qed japplika għall-approvazzjoni għandu jkun intitolat li jippreżenta kwalunkwe data u riżultat ta’ testijiet imwettqa biex ikun jista’ jiġi stabbilit li tista’ tintlaħaq konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa bi grad suffiċjenti ta’ sikurezza.

3.4.   Vettura li tirrappreżenta t-tip li jrid ikun approvat għandha titressaq lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni.

3.4.1.

Vettura li ma tinkludix il-komponenti kollha xierqa għat-tip tista’ tkun aċċettata għat-test kemm-il darba jista’ jintwera li n-nuqqas tal-komponenti mhux inklużi m’għandu l-ebda effett ħażin fuq ir-riżultati tat-test sa fejn huma kkonċernati l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament.

3.4.2.

Għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ dak li japplika għall-approvazzjoni li juri li l-applikazzjoni tal-paragrafu 3.4.1 hija kompatibbli mal-konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip ta’ vettura mressqa għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

4.1.1.

Is-servizz tekniku maħtur skond il-paragrafu 10 aktar ’l isfel għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa ġew issodisfati.

4.1.2.

F’każ ta’ dubju, għandha tkun ikkunsidrata, meta tkun ivverifikata l-konformità tal-vettura mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe data jew riżultat ta’ testijiet ipprovduta mill-manifattur li tista’ tkun ikkunsidrata fil-validazzjoni tat-test tal-approvazzjoni mwettaq mis-servizz tekniku.

4.2.   Għandu jingħata numru ta’ approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri ta’ dan (fil-preżent 01 li jikkorrispondi għas-serje ta’ emendi 01) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar reċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru ta’ approvazzjoni lil tip ieħor ta’ vettura.

4.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew ir-rifjut tal-approvazzjoni għal tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament għandu jkun ikkomunikat mill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament u r-ritratti u/jew id-dijagrammi u d-disinni provduti minn min qed japplika għall-approvazzjoni, f’format li ma jeċċedix l-A4 (210 × 297 mm) jew mitwi f’dak il-format u fuq skala xierqa.

4.4.   Għandha titwaħħal, b’mod li tidher u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat taħt dan ir-Regolament, marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti f’:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit minn numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2)

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, daxx u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.   Is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 m’għandux għalfejn jiġi ripetut jekk il-vettura tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat, taħt wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament; f’każ bħal dan in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jitpoġġew f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u indelibbli.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titpoġġa viċin ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.   L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni.

5.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.   L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali applikabbli għat-testijiet kollha

5.1.1.

Il-punt “H” għal kull sit għandu jkun determinat skond il-proċedura deskritta fl-Anness 6.

5.1.2.

Meta s-sistema protettiva għall-postijiet fejn wieħed jogħod bilqiegħda fuq in-naħa ta’ quddiem tinkludi ċinturini, il-komponenti taċ-ċinturin għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 16.

5.1.3.

Il-pożizzjonijiet bilqiegħda, fejn huwa installat il-manikin u s-sistema protettiva li tinkludi ċ-ċinturini, għandhom ikunu provduti b’punti ta’ ankoraġġ konformi mar-Regolament Nru 14.

5.2.   L-ispeċifikazzjonijiet

It-test tal-vettura mwettaq skond il-metodu deskritt fl-Anness 3 għandu jitqies sodisfaċenti jekk il-kundizzjonijiet kollha ddikjarati fil-paragrafi 5.2.1 sa 5.2.6 aktar ’l isfel huma ssodisfati fl-istess ħin.

5.2.1.

Il-kriterji tar-rendiment rreġistrati, skond l-Anness 8, fuq il-manikini fis-sits ta’ quddiem lejn in-naħa ta’ barra għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.2.1.1.

Il-kriterju tar-rendiment tar-ras (HPC) m’għandux jeċċedi l-1 000 u l-aċċellerazzjoni tar-ras li tirriżulta m’għandhiex teċċedi 80 g għal aktar minn 3 ms. Din tal-aħħar għandha tkun ikkalkulata b’mod kumulattiv, eskluż il-moviment ta’ rġigħ lura tar-ras;

5.2.1.2.

Il-kriterji ta’ feriment tal-għonq (NIC) m’għandhomx jeċċedu l-valuri murija fil-Figuri 1 u 2;

Figura 1

Il-kriterju tat-tensjoni tal-għonq

Image

Figura 2

Il-kriterju ta’ kemm jiflaħ pressjoni l-għonq

Image

5.2.1.3.

Il-mument ta’ meta l-għonq jintlewa madwar l-assi y m’għandux jeċċedi 57 Nm f’estensjoni (3);

5.2.1.4.

Il-kriterju ta’ kompressjoni tat-toraċi (ThCC) m’għandux jeċċedi 50 mm;

5.2.1.5.

Il-kriterju viskuż (V * C) għat-toraċi m’għandux jeċċedi 1,0 m/s;

5.2.1.6.

Il-kriterju tal-forza tal-wirk (FFC) m’għandux jeċċedi r-rendiment tal-kriterju forza-ħin muri fil-Figura 3;

Figura 3

Il-kriterju tal-forza tal-wirk

Image

5.2.1.7.

Il-kriterju tal-forza tal-kompressjoni tal-qasba tas-sieq (TCFC) m’għandux jeċċedi 8 kN;

5.2.1.8.

L-indiċi tal-qasba tas-sieq (TI), imkejjel fil-quċċata u isfel nett ta’ kull qasba tas-sieq, m’għandux jeċċedi 1,3 fiż-żewġ punti;

5.2.1.9.

Il-moviment tal-ġogi tal-irkoppa li jiċċaqalqu m’għandux jeċċedi 15 mm.

5.2.2.

L-ispostament residwu tal-istêring, imkejjel miċ-ċentru tal-fulkru tal- istêring, m’għandux jeċċedi 80 mm fid-direzzjoni ’l fuq vertikali u 100 mm fid-direzzjoni orizzontali lejn in-naħa ta’ wara.

5.2.3.

Matul it-test m’għandha tinfetaħ l-ebda bieba;

5.2.4.

Matul it-test m’għandhomx jissakkru s-sistemi ta’ sokra tal-bibien ta’ quddiem;

5.2.5.

Wara l-impatt, għandu jkun possibbli, mingħajr l-użu ta’ għodod, minbarra dawk neċessarji biex isostnu l-piż tal-manikin:

5.2.5.1.

Li tinfetaħ mill-inqas bieba waħda, jekk hemm waħda, għal kull filliera ta’ sits u, fejn m’hemmx bieba bħal, li jkunu mċaqalqa s-sits jew li jkun inklinat d-dahar tagħhom kif neċessarju sabiex dawk kollha li jokkupaw il-vettura jkunu jistgħu jinħarġu; dan hu, madankollu, applikabbli biss għall-vetturi li għandhom saqaf ta’ kostruzzjoni riġida;

5.2.5.2

Li jinħallu l-manikini mis-sistema ta’ trażżin tagħhom li, jekk tkun imsakkra, għandha tkun tista’ tinfetaħ b’forza massima ta’ 60 N fuq iċ-ċentru tal-kontroll tal-ftuħ;

5.2.5.3.

Li jitneħħew il-manikini mill-vettura mingħajr aġġustament tas-sits.

5.2.6.

Fil-każ ta’ vettura li taħdem bi fjuwil likwidu, m’għandux ikun hemm aktar minn telf minimu ta’ likwidu mit-tubu tal-fjuwil mal-kolliżjoni;

5.2.7.

Jekk hemm telf kontinwu ta’ likwidu mit-tubu tal-fjuwil wara l-kolliżjoni, ir-rata ta’ telf m’għandhiex teċċedi 30 g/min; jekk il-likwidu mis-sistema tat-tubi tal-fjuwil jitħallat ma’ likwidi mis-sistemi l-oħra u l-likwidi differenti ma jistgħux ikunu separati faċilment u identifikati, il-likwidi kollha miġbura għandhom ikunu kkunsidrati fil-valutazzjoni tat-telf kontinwu.

6.   L-ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UTENTI TAL-VETTURI MGĦAMMRA BL-AIRBAGS

6.1.   Il-vettura għandu jkollha informazzjoni relatata mal-fatt li hija mgħammra b’airbags għas-sits.

6.1.1.

Għal vetturi li għandhom airbag immuntat maħsub għall-protezzjoni tas-sewwieq, din l-informazzjoni għandha tikkonsisti mill-iskrizzjoni “AIRBAG” fuq ġewwa taċ-ċirkonferenza tal-istering; din l-iskrizzjoni għandha titwaħħal b’mod li tinqalax u tkun viżibbli faċilment.

6.1.2.

Għal vettura li għandha airbag għall-passiġġier biex jipproteġi lil min jokkupa l-vettura li m’humx is-sewwieq, din l-informazzjoni għandha tikkonsisti mit-figura ta’ twissija deskritta fil-paragrafu 6.2 aktar ’l isfel.

6.2.   Vettura li għandha airbag wieħed jew aktar għall-protezzjoni frontali tal-passiġġier għandu jkollha informazzjoni dwar il-periklu estrem assoċjat ma’ l-użu ta’ trażżin għat-tfal li jħares lejn in-naħa ta’ wara fuq sits mgħammra b’immuntar ta’ airbag.

6.2.1.

Mill-inqas, din l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn figura li tinkludi simbolu bl-istampi u test ta’ twissija kif indikat aktar ’l isfel.

Image

The overall dimensions shall be 120 × 60 mm or the equivalent area, as a minimum.

The label shown above may be adapted in such a way that the layout differs from the example above; however, the text content shall meet the above prescriptions.

6.2.2.

Meta jiġi approvat it-tip, it-figura għandha tkun f’mill-inqas waħda mil-lingwi tal-Parti Kontraenti fejn titressaq l-applikazzjoni għall-approvazzjoni. Il-manifattur għandu jiddikjara r-responsabbiltà tiegħu li jassigura li t-twissija hija pprovduta f’mill-inqas waħda mil-lingwi tal-pajjiż li fih ser tinbiegħ il-vettura.

6.2.3.

Fil-każ ta’ airbag għall-protezzjoni frontali fuq is-sit ta’ quddiem tal-passiġġier, it-twissija għandha titwaħħal b’mod li sservi għal żmien twil ma’ kull faċċata tal-viżiera tax-xemx ta’ quddiem tal-passiġġier f’tali pożizzjoni li mill-inqas twissija waħda fuq il-viżiera tax-xemx tkun viżibbli f’kull ħin, irrispettivament mill-pożizzjoni tal-viżiera tax-xemx. Alternattivament, twissija waħda għandha tkun fuq il-faċċata viżibbli tal-viżiera tax-xemx stivata u twissija oħra għandha tkun fuq is-saqaf wara l-viżiera, ħalli, tal-inqas twissija waħda tkun viżibbli f’kull ħin. Id-daqs tat-test irid ikun tali li t-figura tkun tista’ tinqara faċilment minn utent b’vista normali bilqiegħda fuq is-sit konċernat.

Fil-każ ta’ airbag għall-protezzjoni frontali għal sits oħra fil-vettura, it-twissija trid tkun eżattament bi dritt is-sit rilevanti, u viżibbli sew u f’kull ħin għal xi ħadd li qed jinstalla trażżin għat-tfal li jħares lejn in-naħa ta’ wara fuq dak is-sit. Id-daqs tat-test irid ikun tali li t-figura tkun tista’ tinqara faċilment minn utent b’vista normali bilqiegħda fuq is-sit konċernat.

Din il-kundizzjoni ma tapplikax għal dawk is-sits mgħammra b’tagħmir li b’mod awtomatiku jneħħi l-funzjonabilità tal-immuntar tal-airbag għall-protezzjon frontali meta jkun installat kwalunkwe trażżin għat-tfal li jħares lejn in-naħa ta’ wara.

6.2.4.

Informazzjoni dettaljata, li tirreferi għat-twissija, għandha tkun miġbura fil-manwâl tal-propjetarju tal-vettura; mill-inqas, it-test li ġej, fil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż fejn il-vettura ser tkun irreġistrata, irid jinkludi:

“Tużax trażżin għat-tfal li jħares lejn in-naħa ta’ wara fuq sit protett b’airbag quddiemu”

It-test għandu jkun akkumpanjat bi stampa tat-twissija li tinsab fil-vettura.

7.   IL-MODIFIKA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL- VETTURA

7.1.   Kwalunkwe modifika li taffettwa l-istruttura, in-numru ta’ sits, id-dekorazzjoni jew tagħmir ta’ fuq ġewwa, jew il-pożizzjoni tal-kontrolli jew tal-partijiet mekkaniċi tal-vettura li jistgħu jaffetwaw kemm tiflaħ tassorbi enerġija l-parti ta’ quddiem tal-vettura għandha tinġieb għall-attenzjoni tad-dipartiment amministrattiv li qed jagħti l-approvazzjoni. Id-Dipartiment imbagħad jista’ jew:

7.1.1.

Jikkunsidra l-modifiki magħmula bħala li mhux probabbli li jkollhom effett ħażin li jista’ jkun innutat u li fi kwalunkwe każ il-vettura għadha konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa; jew

7.1.2.

Jeħtieġ li s-servizz tekniku responsabbli li jwettaq it-testijiet iwettaq test ieħor, fost dawk deskritti aktar ’l isfel, skond in-natura tal-modifiki;

7.1.2.1.

Kwalunkwe modifika tal-vettura li taffettwa l-forma ġenerali tal-istruttura tal-vettura u/jew kwalunkwe żjieda fil-massa akbar minn 8 fil-mija li fil-ġudizzju tal-awtorità jista’ jkollha effett sew fuq ir-riżultati tat-testijiet għandha teħtieġ ripetizzjoni tat-test kif deskritt fl-Anness 3;

7.1.2.2.

Jekk il-modifiki jikkonċernaw biss it-tagħmir ta’ fuq ġewwa, jekk il-massa ma tvarjax b’iktar minn 8 fil-mija u jekk in-numru tas-sits ta’ quddiem ipprovduti inizjalment fil-vettura jibqa’ l-istess, għandu jsir dan li ġej:

7.1.2.2.1.

Test issemplifikat kif previst fl-Anness 7 u/jew,

7.1.2.2.2.

Test parzjali kif iddefinit mis-servizz tekniku b’relazzjoni għall-modifiki magħmula.

7.2.   Konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, bl-alterazzjonijiet speċifikati, għandha tkun ikkomunikata, bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 t’hawn fuq, lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje għal estensjoni bħal din u tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

8.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandhom ikunu skond dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bil-kundizzjonijiet meħtieġa li ġejjin:

8.1.

Kull vettura approvata taħt dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat, rigward karatteristiċi li jikkontribwixxu għall-protezzjoni ta’ dawk li jokkupaw il-vettura fil-każ ta’ kolliżjoni frontali.

8.2.

Min għandu l-approvazzjoni għandu jassigura li tal-inqas jitwettqu t-testijiet li jikkonċernaw it-teħid ta’ kejl għal kull tip ta’ vettura.

8.3.

L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

9.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjoni meħtieġa stabbilita fil-paragrafu 8.1 aktar ’il fuq jew jekk il-vettura jew il-vetturi magħżula ma għaddewx mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 8.2 aktar ’il fuq.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtra l-approvazzjoni li tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

Jekk min għandu l-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura t-tip ta’ vettura approvat skond ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   ID-DISPOŻIZZJONI TRANSITORJA

11.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li qed tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tal-ECE taħt dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi.

11.2.   Mill-1 ta’ Ottubru 2002, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet tal-ECE biss għal dawk it-tipi ta’ vetturi li huma konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi.

11.3   Sakemm ma jkun ebda rekwiżit f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-ħarsien tal-okkupanti permezz ta’ test sħiħ ta’ impatt fuq quddiem, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jkomplu japplikaw ir-rekwiżiti li diġà hemm fis-seħħ għal dak l-għan meta japplikaw dan ir-Regolament.

12.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI, U TAD- DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli li jwettqu t-testijiet ta’ approvazzjoni, ta’ manifatturi awtorizzati li jwettqu t-testijiet u tad-dipartimenti amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif iddefinit fl-anness 7 tar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif emendata l-aħħar permezz tal-Emenda 4 tagħha).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnia u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Azerbajġan, 40 għall-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu tal-ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel u 48 għan- New Zealand. Numri sussegwenti ser jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw il-Ftehim li jikkonċerna l-Adozzjoni tal-Kundizzjonijiet Uniformi tal-Approvazzjoni u l-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjoni għal Tagħmir u Partijiet ta’ Vetturi bil-magna, jew fl-ordni li fiha jissieħbu ma’ dak il-Ftehim, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

(3)  Sal-1 ta’ Ottubru 1998, il-valuri miksuba għall-għonq m’għandhomx ikunu kriterji dwar suċċess/falliment għall-finijiet ta’ għotja tal-approvazzjoni. Ir-riżultati miksuba għandhom ikunu rreġistrati fir-rapport tat-test u jinħabru mill-awtorità approvata. Wara din id-data, il-valuri speċifikati f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw bħala kriterji suċċess/falliment sakemm jew sa meta jiġu adottati valuri alternattivi.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.4. ta’ dan ir-Regolament)

Image

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image


(1)  In-numru tal-aħħar hu mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 3

IL-PROĊEDURA TAT-TEST

1.   L-INSTALLAZZJONI U L-PREPARAZZJONI TAL-VETTURA

1.1.   Il-post fejn isir it-test

L-erja tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex ikun hemm spazju għall-mogħdija tar-rankatura, l-ostaklu u l-installazzjonijiet tekniċi neċessarji għat-test. L-aħħar parti tal-mogħdija, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

1.2.   L-ostaklu

Il-faċċata ta’ quddiem tal-ostaklu tikkonsisti minn struttura li tista’ tkun iddeformata kif definit fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament. Il-faċċata ta’ quddiem tal-istruttura li tista’ tiġi iddeformata hija perpendikulari b’varjazzjoni ta’ ± 1 ° għad-direzzjoni li fiha qed tivvjaġġa l-vettura tat-test. L-ostaklu huwa marbut ma’ massa ta’ mhux inqas minn 7 × 104 kg, li l-faċċata ta’ quddiem tagħha hija vertikali b’varjazzjoni ta’ ± 1°. Il-massa hija ankrata ma’ l-art jew impoġġija fuq l-art, jekk ikun neċessarju, bi strumenti addizzjonali li jwaqqfu sabiex jirrestrinġu l-moviment tagħha.

1.3.   L-orjentament tal-ostaklu

L-orjentament tal-ostaklu huwa tali li l-ewwel kuntatt tal-vettura ma’ l-ostaklu jkun fuq in-naħa tal-kolonna tal-istêring. Fejn hemm għażla bejn li jsir it-test b’vettura li tinsaq fuq il-lemin jew vettura li tinsaq fuq ix-xellug, it-test għandu jsir bin-naħa tas-sewqan l-inqas favorevoli kif iddeterminat mis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet.

1.3.1.   L-allinjament tal-vettura ma’ l-ostaklu

Il-vettura għandha tirkeb il-faċċata tal-ostaklu b’40 fil-mija ± 20 mm.

1.4.   L-istat tal-vettura

1.4.1.   L-ispeċifikazzjoni ġenerali

Il-vettura tat-test għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni f’serje, għandha tinkludi t-tagħmir kollhu li jkun installat is-soltu u għandha tkun qed taħdem lesta biex titħaddem bħas-soltu. Xi komponenti jistgħu jinbidlu b’mases ekwivalenti fejn jidher b’mod ċar li din is-sostituzzjoni m’għandha l-ebda effett evidenti fuq ir-riżultati mkejla taħt il-paragrafu 6.

1.4.2.   Il-massa tal-vettura

1.4.2.1.   Għat-test, il-massa tal-vettura mressqa għandha tkun il-massa mingħajr tagħbija u mingħajr nies ġo fiha;

1.4.2.2.   It-tank tal-fjuwil għandu jkun mimli bl-ilma b’massa daqs 90 fil-mija tal-massa ta’ tank mimli kif speċifikat mill-manifattur b’tolleranza ta’ ± 1 fil-mija;

1.4.2.3.   Is-sistemi l-oħra kollha (tal-brejk, tat-tkessiħ, eċċ.) jistgħu jkunu vojta f’dan il-każ, il-massa tal-likwidi għandha tkun ikkumpensata b’attenzjoni;

1.4.2.4.   Jekk il-massa tal-apparat tal-kejl fil-vettura jeċċedi l-25 kg konċessi, din tista’ tkun ikkumpensata bi tnaqqis li m’għandux effett evidenti fuq ir-riżultati mkejla taħt il-paragrafu 6 aktar ’l isfel;

1.4.2.5.   Il-massa tal-apparat tal-kejl m’għandhiex tbiddel kull tagħbija ta’ referenza tal-fus tar-rota b’aktar minn 5 %, b’kull varjazzjoni ma teċċedix l-20 kg;

1.4.2.6.   Il-massa tal-vettura li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.4.2.1 t’hawn fuq għandha tkun indikata fir-rapport.

1.4.3.   L-aġġustamenti fil-kompartiment tal-passiġġieri

1.4.3.1.   Il-pożizzjoni tal-istêring

L-istêring, jekk ikun jista’ jiġi aġġustat, għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni normali indikata mill-manifattur jew, jekk dan ma jsirx, fin-nofs bejn il-limiti tal-medda ta’ aġġustamenti. Fi tmiem vjaġġ bis-sewqan, l-istêring għandu jitħalla ħieles, bl-imagħżel tiegħu fil-pożizzjoni li skond il-manifattur tikkorrispondi mal-moviment tal-vettura dritt ’il quddiem.

1.4.3.2.   It-twieqi

It-twieqi li jistgħu jiċċaqalqu għandhom ikunu magħluqa. Għal finijiet ta’ kejl għat-test u bi ftehim mal-manifattur, jistgħu jkunu mniżżla, sakemm il-pożizzjoni tal-manku li jħaddimhom tikkorrispondi ma’ pożizzjoni magħluqa.

1.4.3.3.   Il-liver għat-tibdil tal-gerijiet

Il-liver għat-tibdil tal-gerijiet għandu jkun fil-pożizzjoni newtrali.

1.4.3.4.   Il-pedali

Il-pedali għandhom ikunu fil-pożizzjoni normali tagħhom ta’ serħan. Jekk jistgħu jiġu aġġustati, għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni tan-nofs sakemm l-ebda pożizzjoni oħra m’hija speċifikata mill-manifattur.

1.4.3.5.   Il-bibien

Il-bibien għandhom ikunu magħluqa imma mhux imsakkra.

1.4.3.6.   Is-saqaf li jinfetaħ

Jekk huwa installat saqaf li jinfetaħ jew li jista’ jitneħħa, dan għandu jkun f’postu u magħluq. Għal finijiet ta’ kejl tat-test u bi ftehim mal-manifattur, dan jista’ jitħalla miftuħ.

1.4.3.7.   Il-viżiera tax-xemx

Il-viżieri tax-xemx għandhom ikunu stivati.

1.4.3.8.   Il-mera li turi x’ġej minn wara

Il-mera ta’ fuq ġewwa li turi x’ġej minn wara għandha tkun fil-pożizzjoni normali tal-użu.

1.4.3.9.   Id-dirgħajn tas-sits

Id-dirgħajn tas-sits fuq quddiem u fuq wara, jekk jiċċaqalqu, għandhom ikunu fil-pożizzjoni mniżżla, sakemm dan ma jistax isir minħabba l-pożizzjoni tal-manikini fil-vetturi.

1.4.3.10.   It-trażżin għar-ras

It-trażżin għar-ras li jista’ jiġi aġġustat skond it-tul għandhom ikunu fil-pożizzjoni l-aktar għolja tagħhom.

1.4.3.11.   Is-sits

1.4.3.11.1.   Il-pożizzjoni tas-sits ta’ quddiem

Sits li jistgħu jiġu aġġustati b’mod lonġitudinali għandhom jitqiegħdu b’tali mod li l-punt “H” tagħhom, iddeterminat skond il-proċedura stabbilita fl-Anness 6, huwa fil-pożizzjoni tan-nofs ta’ kemm huwa possibli li jiċċaqalqu jew fl-eqreb pożizzjoni li tillokkja għal din, u fl-għoli ddefinit mill-manifattur (jekk jista’ jkun aġġustat b’mod indipendenti mill-għoli). Fil-każ ta’ sit ta’ wara f’vettura għal tnejn minn-nies jew aktar, ir-referenza ser tkun għall-punt “H” tal-post tas-sewwieq.

1.4.3.11.2.   Il-pożizzjoni tad-dhura tas-sits ta’ quddiem

Jekk jistgħu jiġu aġġustati, id-dhura tas-sits għandhom ikunu aġġustati b’tali mod li l-inklinazzjoni li tirriżulta tat-torso tal-manikin tkun kemm jista’ jkun qrib dik irrikkmandata mill-manifattur għall-użu normali jew, fin-nuqqas ta’ xi rakkomandazzjoni partikolari mill-manifattur, f’25 ° lura mill-vertikal.

1.4.3.11.3.   Is-sits ta’ wara

Jekk jistgħu jiġu aġġustati, is-sits ta’ wara jew is-sits sħaħ ta’ wara għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni l-aktar lura tagħhom.

2.   IL-MANIKINI

2.1.   Is-sits ta’ quddiem

2.1.1.   Manikin li jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ HYBRID III (1) mogħni b’għaksa ta’ 45 ° u li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tiegħu għandu jkun installat f’kull wieħed mill-postijiet ta’ quddiem lejn in-naħa ta’ barra skond il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 5. L-għaksa tal-manikin għandha tiġi ċċertifikata skont il-proċeduri fl-Anness 10.

2.1.2.   Il-karrozza ser tkun ittestjata b’sistemi ta’ trażżin, kif ipprovduti mill-manifattur.

3.   IL-PROPULSJONI U R-ROTTA TAL-VETTURA

3.1.   Il-vettura għandha tkun immexxija jew mill-istess magna tagħha jew minn kwalunkwe mezz ieħor li jimbuttaha.

3.2.   Fil-mument tal-impatt il-vettura m’għandhiex tibqa’ suġġetta għall-azzjoni ta’ kwalunkwe mezz addizzjonali li jiddiriġieha jew jimbuttaha.

3.3.   Ir-rotta tal-vettura għandha tkun tali li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 1.2 u 1.3.1.

4.   IL-VELOĊITÀ WAQT IT-TEST

Il-veloċità tal-vettura fil-mument tal-impatt għandha tkun ta’ 56 – 0, + 1 km/s. Madankollu, jekk it-test twettaq b’veloċità ta’ impatt ogħla u l-vettura ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

5.   IL-QISIEN LI JRIDU JITTIEĦDU MILL-MANIKIN FIS-SITS TA’ QUDDIEM

5.1.   Il-qisien kollha neċessarji għall-verifika tal-kriterji ta’ rendiment għandhom isiru b’sistemi ta’ kejl li jikkorrispondu ma’ l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness 8.

5.2.   Il-parametri differenti għandhom ikunu rreġistrati permezz ta’ kanali indipendenti ta’ data tal-CFC (Klassi tal-Frekwenza tal-Kanal) li ġejja:

5.2.1.   Il-qisien fir-ras tal-manikin

L-aċċellerazzjoni (a) li tirreferi għaċ-ċentru ta’ gravità hija kkalkulata mill-komponenti bi tliet assi tal-aċċellerazzjoni titkejjel b’CFC ta’ 1 000.

5.2.2.   Il-qisien fl-għonq tal-manikin

5.2.2.1.   Il-forza tat-tensjoni tal-assi u l-forza ta’ pressjoni fuq quddiem/wara fil-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras jitkejlu b’CFC ta’ 1 000;

5.2.2.2.   Il-mument ta’ meta tintlewa lura l-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras fuq assi laterali jitkejjel b’CFC of 600.

5.2.3.   Il-qisien fit-toraċi tal-manikin

Il-liwja tas-sider bejn l-isternu u s-sinsla tad-dar jitkejlu b’CFC ta’ 180.

5.2.4.   Il-kejl fil-wirk u fil-qasba tas-sieq tal-manikin

5.2.4.1.   Il-forza ta’ kompressjoni tal-assi u l-mumenti ta’ jintlewew lura jitkejlu b’CFC ta’ 600;

5.2.4.2.   L-ispostament tal-qasba tas-sieq imqabbel mal-wirk jitkejjel fil-ġogi tal-irkoppa li jiċċaqalqu b’CFC ta’ 180.

6.   IL-QISIEN LI JRIDU JITTIEĦDU MILL-VETTURA

6.1.   Sabiex ikun jista’ jsir it-test semplifikat deskritt fl-Anness 7, ir-rekord ta’ ħin ta’ tnaqqis fil-veloċità tal-istruttura għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-valur tal-aċċelerometri lonġitudinali fil-qiegħ tal-pilastru “B” fuq in-naħa l-milquta tal-vettura b’CFC ta’ 180 permezz ta’ kanali tad-data li jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet meħtieġa deskritti fl-Anness 8.

6.2.   Ir-rekord ta’ ħin ta’ veloċità li ser jintuża fil-proċedura tat-test deskritta fl-Anness 7 għandu jinkiseb mill-aċċelerometru lonġitudinali, fil-pilastru “B”, fuq in-naħa l-milquta.


(1)  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disinni dettaljati ta’ Hybrid III, li jikkorrispondu mad-dimensjonijiet prinċipali ta’ ħamsin fil-mija tal-irġiel fl-Istati Uniti tal-Amerika, u l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament ta’ dan għal dan it-test huma ddepożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u jistgħu jkunu kkonsultati, meta jintalbu, fis-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Palais des Nations, Ġinevra, L-Isvizzera.


ANNESS 4

ID-DETERMINAZZJONI TAL-KRITERJI TAR-RENDIMENT

1.   IL-KRITERJU TAR-RENDIMENT TAR-RAS (HPC) U AĊĊELLERAZZJONI TAR-RAS TA’ 3 ms

1.1.

Il-kriterju tar-rendiment tar-ras (HPC) jitqies sodisfatt meta, matul it-test, m’hemm l-ebda kuntatt bejn ir-ras u kwalunkwe komponent tal-vettura.

1.2.

Jekk, waqt it-test, ikun hemm kuntatt bejn ir-ras u kwalunkwe komponent tal-vettura, isir kalkolu tal-valur tal-HPC, ibbażat fuq l-aċċellerazzjoni (a), imkejla skond il-paragrafu 5.2.1 tal-Anness 3, espress kif ġej:

Formula

fejn:

1.2.1.

it-terminu “a” huwa l-aċċellerazzjoni li tirriżulta mkejla skond il-paragrafu 5.2.1 tal-Anness 3 u mkejla f’unitajiet tal-gravità, g (1 g = 9,81 m/s2);

1.2.2.

jekk il-bidu tal-kuntatt tar-ras jista’ jkun iddeterminat b’mod sodisfaċenti, t1 u t2 huma ż-żewġ waqtiet, irrapreżentati f’sekondi, li jiddefinixxu intervall bejn il-bidu tal-kuntatt tar-ras u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għalihom il-valur tal-HPC huwa l-massimu;

1.2.3.

jekk il-bidu tal-kuntatt tar-ras ma jistax ikun iddeterminat, t1 u t2 huma ż-żewġ waqtiet, irrapreżentati f’sekondi, li jiddefinixxu intervall ta’ ħin bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għalihom il-valur ta’ HPC huwa l-massimu;

1.2.4.

il-valuri tal-HPC li għalihom l-inetrvall ta’ ħin (t1 – t2) huwa akbar minn 36 ms huma injorati minħabba l-kalkolazzjoni tal-valur massimu.

1.3.

Il-valur tal-aċċellerazzjoni tar-ras li tirriżulta matul l-impatt ’il quddiem li jinqabeż għal 3 ms b’mod kumulattiv huwa kkalkulat mill-aċċellerazzjoni tar-ras li tirriżulta, imkejla skond il-paragrafu 5.2.1 tal-Anness 3.

2.   IL-KRITERJU TAL-FERIMENT TAL-GĦONQ (NIC)

2.1.

Dawn il-kriterji huma ddeterminati mill-forza kompressiva tal-assi, il-forza tat-tensjoni tal-assi u l-forzi ta’ pressjoni fuq quddiem/wara fil-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras, irrapreżentati f’kN u mkejla skond il-paragrafu 5.2.2. tal-Anness 3 u skond kemm idumu dawn il-forzi rrapreżentati f’ms.

2.2.

Il-kriterju tal-mument ta’ meta jintlewa l-għonq huwa ddeterminat mill-mument tal-liwja, irrapreżentat f’Nm, madwar l-assi laterali fil-parti ta’ fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras u jitkejjel skond paragrafu 5.2.2 tal-Anness 3.

2.3.

Il-mument ta’ flessjoni ta’ meta jintlewa l-għonq, irrapreżentat f’Nm, għandu jkun irreġistrat.

3.   IL-KRITERJU TA’ KOMPRESSJONI TAT-TORAĊI (ThCC) U L-KRITERJU VISKUŻ (V * C)

3.1.

Il-kriterju tal-kompressjoni tat-toraċi huwa ddeterminat mill-valur assolut tad-deformazzjoni tat-toraċi, irrapreżentat f’mm u jitkejjel skond il-paragrafu 5.2.3. tal-Anness 3.

3.2.

Il-kriterju viskuż (V * C) huwa kkalkulat bħala l-prodott istantanju tal-kompressjoni u r-rata tal-liwja tal-isternu, imkejjel skond il-paragrafu 6 u wkoll skond il-paragrafu 5.2.3 tal-Anness 3.

4.   IL-KRITERJU TAL-FORZA TAL-WIRK (FFC)

4.1.

Dan il-kriterju huwa ddeterminat mill-piż tal-kompressjoni irrapreżentat f’kN, trasmess permezz tal-assi fuq kull wirk tal-manikin u mkejjel skond il-paragrafu 5.2.4 tal-Anness 3 u b’kemm idum il-piż kompressiv irrapreżentat f’ms.

5.   IL-KRITERJU TAL-FORZA TA’ KOMPRESSJONI TAL-QASBA TAS-SIEQ (TCFC) U L-INDIĊI TAL-QASBA TAS-SIEQ (TI)

5.1.

Il-kriterju tal-forza kompressiva tal-qasba tas-sieq huwa ddeterminat mill-piż kompressiv (Fz) irrapreżentat f’kN, trasmess permezz tal-assi fuq kull qasba tas-sieq tal-manikin u mkejjel skond il-paragrafu 5.2.4 tal-Anness 3.

5.2.

L-indiċi tal-qasba tas-sieq huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-mumenti tal-liwi (Mx u My) imkejla skond paragrafu 5.1 bl-espressjoni matematika li ġejja:

Formula

fejn:

Mx

=

il-mument tal-liwja madwar l-assi x

My

=

il-mument tal-liwja madwar l-assi y

(MC)R

=

il-mument kritiku tal-liwja u għandu jitqies bħala 225 Nm

FZ

=

il-forza kompressiva tal-assi fid-direzzjoni z

(FC)Z

=

il-forza kompressiva kritika fid-direzzjoni z u għandha titqies bħala 35,9 kN u

Formula

L-indiċi tal-qasba tas-sieq huwa kkalkulat għall-quċċata u t’isfel ta’ kull qasba tas-sieq; madankollu, Fz jista’ jitkejjel jew f’naħa jew fl-oħra. Il-valur miksub huwa użat għall-kalkoli tat-TI ta’ fuq u t’isfel. Il-mumenti Mx u My huma t-tnejn imkejla b’mod separat fiż-żewġ naħat.

6.   IL-PROĊEDURA BIEX IKUNU KKALKULATI L-KRITERJI VISKUŻI (V * C) GĦALL-MANIKIN HYBRID III

6.1.

Il-kriterju viskuż huwa kkalkulat bħala l-prodott istantanju tal-kompressjoni u r-rata ta’ liwi tal-isternu. It-tnejn li huma jinkisbu mill-kejl tal-liwja tal-isternu.

6.2.

Ir-reazzjoni tal-liwja tal-isternu hija ffiltrata darba b’CFC 180. Il-kompressjoni fil-ħin t hija kkalkulata minn dan is-sinjal iffiltrat bħala:

Formula

Il-veloċità ta’ liwi tal-isternu fil-ħin t hija kkalkulata mil-liwi ffiltrat bħala:

Formula

fejn D(t) hija l-liwja fil-ħin t f’metri u δt huwa l-intervall ta’ ħin f’sekondi bejn il-kejl tal-liwja. Il-valur massimu ta’ δt għandu jkun ta’ 1,25 × 10–4 sekondi. Din il-proċedura ta’ kalkolu tintwera fid-dijagramma t’hawn taħt:

Image


ANNESS 5

L-arranġament u l-installazzjoni tal-manikini u l-aġġustament fis-sistemi ta’ trażżin

1.   L-ARRANĠAMENT TAL-MANIKINI

1.1.   Is-sits separati

Il-pjan ta’ simetrija tal-manikin għandu jikkoinċidi mal-pjan medjan vertikali tas-sit.

1.2.   Is-sit ta’ quddiem sħiħ

1.2.1.   Is-sewwieq

Il-pjan ta’ simetrija tal-manikin għandu jkun fil-pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-istêring u parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija ddeterminata mill-forma tas-sit f’vettura għal tnejn minn-nies jew aktar, sit bħal dan għandu jitqies bħala sit separat.

1.2.2.   Il-passiġġier li jkun bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra

Il-passiġġier li jkun bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra Il-pjan ta’ simetrija tal-manikin għandu jkun simetriku ma’ dak tas-sewwieq manikin relattiv għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija ddeterminata mill-forma tas-sit f’vettura għal tnejn minn-nies jew aktar, sit bħal dan għandu jitqies bħala sit separat.

1.3.   Is-sit sħiħ għall-passiġġieri ta’ quddiem (is-sewwieq mhux inkluż)

Il-pjani ta’ simetrija tal-manikin għandhom jikkoinċidu mal-pjani medjani tal-pożizzjonijiet bilqiegħda ddefiniti mill-manifattur.

2.   L-INSTALLAZZJONI TAL-MANIKINI

2.1.   Ir-ras

Il-pjattaforma tal-istrumenti tal-kejl trasversali tar-ras għandha tkun orizzontali b’varjazzjoni ta’ 2.5° grad. Sabiex tkun illivellata r-ras tal-manikin tat-test f’vetturi b’sits dritti b’dahar li ma jistax jiġi aġġustat, iridu jkunu segwiti s-sekwenzi li ġejjin. L-ewwelnett aġġusta l-pożizzjoni tal-punt “H” fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2.4.3.1 aktar 'l isfel sabiex tillivella l-pjattaforma tal-istrumenti tal-kejl trasversali tar-ras tal-manikin tat-test. Jekk il-pjattaforma tal-istrumenti tal-kejl trasversali tar-ras għadha mhix ta’ livell, allura aġġusta l-angolu pelviku tal-manikin tat-test sal-limiti provduti fil-paragrafu 2.4.3.2 aktar 'l isfel. Jekk il- pjattaforma tal-istrumenti tal-kejl trasversali tar-ras għadha mhix livell, allura aġġusta l-qafla tal-għonq tal-manikin tat-test dak l-ammont minimu neċessarju sabiex tassigurali l-pjattaforma tal-istrumenti tal-kejl trasversali tar-ras hija orizzontali b’varjazzjoni ta’ 2,5°.

2.2.   Id-dirgħajn

2.2.1.   Il-parti ta’ fuq ta’ dirgħajn is-sewwieq għandhom ikunu maġenb it-torso bil-linji taċ-ċentru viċin kemm jista’ jkun tal-pjan vertikali.

2.2.2.   Il-parti ta’ fuq ta’ dirgħajn il-passiġġier għandhom ikunu f’kuntatt mad-dahar tas-sit u l-ġnub tat-torso.

2.3.   L-idejn

2.3.1.   Il-kfief ta’ idejn il-manikin sewwieq tat-test għandhom ikunu f’kuntatt mal-parti ta’ barra tax-xifer tal-istêring fil-linja taċ-ċentru orizzontali tax-xifer. Is-swaba’ l-kbar tal-idejn għandhom ikunu fuq ix-xifer tal-istêring u għandhom ikunu marbuta ħafif bit-tejp max-xifer tal-istêring sabiex jekk l-id tal-manikin tat-test tiġi mbuttata 'l fuq b’forza mhux inqas minn 9 N u mhux aktar minn 22 N, it-tejp għandu jħoll l-id minn max-xifer tal-istêring.

2.3.2.   Il-kfief ta’ jdejn il-manikin tat-test passiġġier għandhom ikunu f’kuntatt mal-parti ta’ barra tal-koxxa. Is-seba’ ż-żgħir għandu jkun f’kuntatt mal-kuxxin tas-sit.

2.4.   It-torso

2.4.1.   F’vetturi mgħammra b’sits sħaħ, il-parti ta’ fuq tat-torso tal-manikini tat-test tas-sewwieq u tal-passiġġier għandhom jistrieħu mad-dahar tas-sit. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tas-sewwieq għandu jkun vertikali u parallel għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura, u jgħaddi miċ-ċentru tax-xifer tal-istêring. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin passiġġier għandu jkun vertikali u parallel għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura u fl-istess distanza mil-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura bħall-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tas-sewwieq.

2.4.2.   F’vetturi mgħammra b’sit(s) individwali, il-parti ta’ fuq tat-torso tal-manikin tat-test sewwieq u l-manikin tat-test passiġġier għandhom jistrieħu mad-dahar tas-sit. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tal-manikin sewwieq u tal-manikin passiġġier għandhom ikunu vertikali u għandhom jikkoinċidu mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tas-sit(s) individwali.

2.4.3.   Il-parti t’isfel tat-torso

2.4.3.1.   Il-punt “H”

Il-punt “H” tal-manikin tat-test sewwieq u tal-manikin tat-test passiġġier għandhom jikkoinċidu b’varjazzjoni ta’ 13 mm fid-dimensjoni vertikali u 13 mm fid-dimensjoni orizzontali, b’punt 6 mm aktar 'l isfel mill-pożizzjoni tal-punt “H” iddeterminat bl-użu tal-proċedura deskritta fl-Anness 6, ħlief li t-tul tas-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel u tal-koxxa tal-magna tal-punt “H” għandhom ikunu aġġustati għal 414 u 401 mm, minflok għal 417 u 432 mm rispettivament.

2.4.3.2.   L-angolu pelviku

Kif iddeterminat bl-użu tad-disinn 78051-532 tal-kejl tal-angolu pelviku (GM) inkorporat b’referenza fil-Parti 572 li tiddaħħal fit-toqba tal-kejl tal-punt “H” tal-manikin, l-angolu mkejjel mill-orizzontali fuq il-wiċċ ċatt ta’ 76,2 mm tal-istrument tal-kejl għandu jkun ta’ 22 1/2 gradi b’2 1/2 gradi aktar jew inqas.

2.5.   Ir-riġlejn

Il-partijiet ta’ fuq ta’ riġlejn il-manikin tat-test sewwieq u l-manikin tat-test passiġġier għandhom jistrieħu kontra l-kuxxin tas-sit sakemm jitħallew jagħmlu dan mit-tqegħid tas-saqajn. Id-distanza inizjali bejn il-wiċċ ta’ barra tal-irkoppa tal-flanġ b’ħolqa forma ta’ U għandha tkun ta’ 270 mm ± 10 mm. Sakemm huwa prattikabbli, ir-riġel tax-xellug tal-manikin tsewwieq u r-riġlejn tal-manikin passiġġier għandhom ikunu fi pjani vertikali lonġitudinali. Sakemm huwa prattikabbli, ir-riġel tal-lemin tal-manikin sewwieq għandu jkun fi pjan vertikali. Jitħalla jsir aġġustament finali sabiex ikun hemm fejn jitqiegħdu r-riġlejn, skond il-paragrafu 2.6, għall-konfigurazzjonijiet differenti tal-kompartiment tal-passiġġieri.

2.6.   Is-saqajn

2.6.1.   Is-sieq il-leminija tal-manikin tat-test sewwieq għandha tistrieħ fuq l-aċċeleratur mhux magħfus bil-punt l-aktar fuq wara tal-għarqub fuq il-wiċċ tal-art fil-pjan tal-pedala. Jekk is-sieq ma tistax titqiegħed fuq il-pedala tal-aċċeleratur, din għandha titqiegħed perpendikulari għall-qasba tas-sieq u ’il quddiem kemm jista’ jkun fid-direzzjoni tal-linja taċ-ċentru tal-pedala bil-punt l-aktar fuq wara tal-għarqub jistrieħ fuq il-wiċċ tal-art. L-għarqub tas-sieq ix-xellugija għandu jitqiegħed ’il quddiem kemm jista’ jkun u għandu jistrieħ fit-toqba fl-art. Is-sieq ix-xellugija għandha tkun titqiegħed ċatta kemm jista’ jkun taħt id-daxbord maġenb il-pedali. Il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tas-sieq ix-xellugija għandha titqiegħed parallela kemm jista’ jkun għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura.

2.6.2.   L-għarqbejn taż-żewġ saqajn tal-manikin tat-test passiġġier għandhom jitqiegħdu 'l quddiem kemm jista’ jkun u għandhom jistrieħu fuq id-daħla ma’ l-art. Iż-żewġ saqajn għandhom jitiqegħdu ċatti kemm jista’ jkun taħt id-daxbord maġenb il-pedali. Il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tas-saqajn għandha titqiegħed parallela kemm jista’ jkun għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura.

2.7.   L-istrumenti tal-kejl installati m’għandhom jaffetwaw bl-ebda mod il-moviment tal-manikin matul l-impatt.

2.8.   It-temperatura tal-manikini u s-sistema ta’ strumenti tal-kejl għandha tkun stabbilizzata qabel it-test u miżmuma sakemm huwa possibbli fil-marġni bejn 19 °C u 22 °C.

2.9.   L-ilbies tal-manikini

2.9.1.   Il-manikini bl-istrumenti għandhom jitlibbsu bi ħwejjeġ li jiġġebdu skond il-forma magħmulin mid-drapp tal-qoton bi kmiem qosra u bi qliezi twal sa nofs il-pexxul tar-riġel kif speċifikat f’FMVSS 208, fid-disinni 78051-292 u 293 jew l-ekwivalenti tagħhom.

2.9.2.   Żarbun ta’ daqs 11XW, li għandu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ daqs, qiegħ u ħxuna tal-għarqub tal-istandard militari fl-Istati Uniti MIL S 13192, reviżjoni P u li l-piż tiegħu huwa ta’ 0,57 0,1 kg, għandu jitqiegħed u jintrabat fuq kull sieq tal-manikini tat-test.

3.   L-AĠĠUSTAMENT TAS-SISTEMA TAT-TRAŻŻIN

Bil-manikin tat-test bilqiegħda fil-post indikat għalih kif speċifikat mill-kundizzjonijiet meħtieġa xierqa tal-paragrafi 2,1 sa 2,6, poġġi ċ-ċinturin madwar il-manikin tat-test u aqfel il-lukkett. Isikka l-partijiet merħija taċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor. Iġbed l-istrixxi tal-parti ta’ fuq tat-torso 'l barra mill-apparat li jiġbed lura u ħallihom jinġibdu lura. Irrepeti din il-proċedura erba’ darbiet. Applika piż ta’ tensjoni ta’ bejn 9 u 18 N fuq iċ-ċinturin tal-ħoġor. Jekk is-sistema taċ-ċinturin hija mgħammra bi strument li jerħi t-tensjoni, introduċi l-ammont massimu ta’ telqa fiċ-ċinturin tal-parti ta’ fuq tat-torso li huwa rrikkmandat mill-manifattur għall-użu normali fil-manwâl tal-propjetrju tal-vettura. Jekk is-sistema taċ-ċinturin m’hix mgħammra bi strument li jerħi t-tensjoni, ħalli l-istrixxa taċ-ċinturin tal-ispalla żejda tinġibed lura bil-forza mill-apparat li jiġbed lura.


ANNESS 6

Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-punt “H” u tal-angolu reali tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda f’vetturi bil-magna

1.   L-GĦAN

Il-proċedura deskritta f’dan l-anness hija użata sabiex ikun stabbilit fejn jinsab il-punt “H” u l-angolu reali tat-torso għal pożizzjoni waħda jew aktar bilqiegħda f’vettura bil-magna u għall-verifika tar-relazzjoni ta’ data mkejla skond l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn mogħtija mill-manifattur tal-vettura. (1)

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

2.1.

“Id-data ta’ referenza” tfisser waħda jew diversi mill-karatteristiċi li ġejjin tal-pożizzjoni bilqiegħda:

2.1.1.

il-punt “H” u l-punt “R” u r-relazzjoni tagħhom;

2.1.2.

l-angolu reali tat-torso u l-angolu tat-torso skond id-disinn u r-relazzjoni tagħhom;

2.2.

“Il-magna tridimensjonali tal-punt ‘H’ ” (il-magna 3-D H) tfisser l-istument użat għad-determinazzjoni tal-punti “H” u tal-angoli attwali tat-torso. Dan l-istrument huwa deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness;

2.3.

“Il-punt ‘H’” ifisser il-parti ċentrali tat-torso u tal-koxxa tal-magna 3-D H installata fis-sit tal-vettura skond il-paragrafu 4 aktar ’l isfel. Il-punt “H” jinstab fiċ-ċentru tal-linja taċ-ċentru tal-istrument li huwa bejn is-sight buttons tal-punt “H” fuq kull naħa tal-magna 3-D H. Il-punt “H” jikkorrispondi, fit-teorija, mal-punt “R” (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 aktar ’l isfel). Ladarba jkun iddeterminat skond il-proċedura deskritta fil-paragrafu 4, il-punt “H” huwa kkunsidrat fiss b’relazzjoni għall-istruttura tal-kuxxin tas-sit u għandu jiċċaqlaq miegħu meta s-sit ikun aġġustat;

2.4.

“Il-punt ‘R’” jew “il-punt ta’ referenza għas-sit” ifisser punt ta’ disinn definit mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bilqiegħda u stabbilit skond is-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

2.5.

“Il-linja tat-torso” tfisser il-linja taċ-ċentru tas-sonda tal-magna 3-D H bis-sonda fil-pożizzjoni kemm jista’ jkun lura;

2.6.

“L-angolu reali tat-torso” ifisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi mill-punt “H” u l-linja tat-torso bl-użu tal-kwadrant tal-angolu tad-dahar tal-magna 3-D H. L-angolu reali tat-torso jikkorrispondi, b’mod teoretiku, għall-angolu tat-torso skond id-disinn (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 aktar ’l isfel):

2.7.

“L-angolu tat-torso skond id-disinn” ifisser il-kejl tal-angolu bejn linja vertikali li tgħaddi mill-punt “R” u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni skond id-disinn tad-dahar tas-sit stabbilita mill-manifattur tal-vettura;

2.8.

“Il-pjan taċ-ċentru ta’ min jokkupa l-vettura” (C/LO) ifisser il-pjan medjan tal-magna 3-D H imqiegħed f’kull pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata; Għal sits individwali, il-pjan taċ-ċentru tas-sit jikkoinċidi mal-pjan taċ-ċentru ta’ min jokkupah. Għal sits oħra, il-pjan taċ-ċentru ta’ min jokkupah huwa speċifikat mill-manifattur;

2.9.

“Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali” tfisser sistema kif deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness;

2.10.

“Il-marki ta’ riferiment” huma punti fiżiċi (toqob, uċuh, marki jew inċiżjonijiet) fuq il-bòdi tal-vettura kif iddefiniti mill-manifattur;

2.11.

“Il-pożizzjoni sabiex titkejjel il-vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura kif iddefinita mill-koordinati tal-marki ta’ riferiment fis-sistema ta’ referenza tridimensjonali.

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA

3.1.   Il-preżentazzjoni tad-data

Għal kull pożizzjoni bilqiegħda, fejn tintalab data ta’ referenza sabiex tintwera konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti, id-data li ġejja kollha jew parti xierqa minnha għandha tkun ippreżentata fil-formola indikata fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness:

3.1.1.

il-koordinati tal-punt “R” relattivi għas-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

3.1.2.

l-angolu tat-torso skond id-disinn;

3.1.3.

l-indikazzjonijiet kollha neċessarji għall-aġġustament tas-sit (jekk jista’ jkun aġġustat) għall-pożizzjoni ta’ kejl iddikjarata fil-paragrafu 4.3 aktar ’l isfel.

3.2.   Ir-relazzjoni bejn data mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet skond id-disinn

3.2.1.

Il-koordinati tal-punt “H” u l-valur tal-angolu reali tat-torso miksub mill-proċedura ddikjarata fil-paragrafu 4 aktar ’l isfel għandhom jitqabblu, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u l-valur tal-angolu tat-torso skond id-disinn indikat mill-manifattur tal-vettura;

3.2.2.

Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt “R” u tal-punt “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tat-torso skond id-disinn u l-angolu reali tat-torso għandhom jitqiesu sodisfaċenti għall-pożizzjoni bilqiegħda konċernata jekk il-punt “H”, kif iddefinit mill-koordinati tiegħu, qiegħed fi ħdan kwadru b’ġenb twil 50 mm, bi ġnub orizzontali u vertikali li d-dijagonali tagħhom jaqtgħu lil xulxin fil-punt “R”, u jekk l-angolu reali tat-torso għandu varjazzjoni ta’ 5° mill-angolu tat-torso skond id-disinn;

3.2.3.

Jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet, il-punt “R” u l-angolu tat-torso skond id-disinn, għandhom jintużaw sabiex juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

3.2.4.

Jekk il-punt “H” jew l-angolu reali tat-torso ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.2 t’hawn fuq, il-punt “H” u l-angolu reali tat-torso għandhom jerġgħu jkunu ddeterminati darbtejn oħra (tliet darbiet b’kollox). Jekk ir-riżultati ta’ tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.3 t’hawn fuq;

3.2.5.

Jekk ir-riżultati ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet operazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 3.2.4 t’hawn fuq ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.2 t’hawn fuq, jew jekk il-verifika ma tistax isseħħ għax il-manifattur tal-vettura ma pprovdiex l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-punt “R” jew dwar l-angolu tat-torso skond id-disinn għandha tintuża u tkun ikkunsidrata bħala applikabbli fil-każijiet kollha fejn hemm referenza għall-punt “R” jew għall-angolu tat-torso skond id-disinn f’dan ir-Regolament, il-forma ta’ ċirku magħmula mit-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angoli mkejla.

4.   IL-PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT “H” U TAL-ANGOLU REALI TAT-TORSO

4.1.   Il-vettura għandha tkun ikkundizzjonata minn qabel fid-diskrezzjoni tal-manifattur, f’temperatura ta’ 20 ± 10 °C sabiex ikun assigurat li l-materjal tas-sits laħaq it-temperatura normali tal-kamra. Jekk is-sit li għandu jkun ikkontrollat qatt ħadd ma poġġa fuqu, persuna jew strument li tiżen 70 sa 80 kg għandha tpoġġi fuq is-sit darbtejn għal minuta sabiex tgħawweġ il-kuxxin u d-dahar. Fuq talba tal-manifattur, l-immuntar kollu tas-sits għandu jibqa’ mhux mgħobbi għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel l-installazzjoni tal-magna 3-D H.

4.2.   Il-vettura għandha tkun fil-pożizzjoni tal-kejl iddefinita fil-paragrafu 2.11 aktar ’il fuq.

4.3.   Is-sit, jekk jista’ jkun aġġustat, għandu jkun aġġustat l-ewwelnett għall-pożizzjoni normali l-aktar lura tas-sewqan jew dik tal-irkib kif indikat mill-manifattur tal-vettura, dejjem jitqies biss l-aġġustament lonġitudinali tas-sit, eskluż iċ-ċaqliq tas-sit għal finijiet oħra li mhux il-pożizzjonijiet normali tas-sewqan jew tal-irkib. Fejn jeżistu modi oħra ta’ aġġustament tas-sit (vertikali, angulari, tad-dahar tas- sit, eċċ.) dawn imbagħad għandhom ikunu aġġustati għall-pożizzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Għal sits tas-suspenxin, il-pożizzjoni vertikali għandha tkun iffissata b’mod riġidu li tikkorrispondi għal pożizzjoni normali ta’ sewqan kif speċifikata mill-manifattur.

4.4.   L-erja tal-pożizzjoni bilqiegħda f’kuntatt mal-magna 3-D H għandha tinkesa bil-musulina, ta’ daqs suffiċjenti u b’nisġa xierqa, deskritta bħala materjal ordinarju tal-qoton li għandu 18.9 ħajtiet għal kull ċmÿ u li jiżen 0,228 kg/mÿ jew materjal innittjat jew mhux minsuġ b’karatteristiċi ekwivalenti. Jekk it-test isir fuq sit barra mill-vettura, l-art li fuqu jitqiegħed is-sit għandu jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali (2) bħall-art tal-vettura li fiha s-sit huwa maħsub li se jintuża.

4.5.   Poġġi l-immuntar tas-sit u tad-dahar tal-magna 3-D H ħalli l-pjan taċ-ċentru ta’ dak li jokkupah (C/LO) jikkoinċidi mal-pjan taċ-ċentru tal-magna 3-D H. Fuq talba tal-manifattur, il-magna 3-D H tista’ titressaq ’il ġewwa l-vettura meta mqabbla mal-C/LO jekk il-magna 3-D H tinsab tant ’il barra li t-tarf tas-sit mhux ser iħalli l-illivellar tal-magna 3-D H.

4.6.   Waħħal l-immuntar tas-sieq u tal-parti t’isfel tar-riġel ma’ l-immuntar tad-daħla fis-sit, jew b’mod individwali jew bl-użu tat-T-bar u l-immuntar tal-parti t’isfel tar-riġel. Linja li tgħaddi mis-sight buttons tal-punt “H” għandha tkun parallela għall-art u perpendikulari għall-pjan taċ-ċentru lonġitudinali tas-sit.

4.7.   Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-saqajn u tar-riġlejn tal-magna 3-D H kif ġej:

4.7.1.

Il-pożizzjoni bilqiegħda indikata: sewwieq u l-passiġġier ta’ quddiem tan-naħa ta’ barra

4.7.1.1.

L-immuntar kemm tas-saqajn u kemm tar-riġlejn għandhom jitressqu ’l quddiem b’tali mod li s-saqajn jieħdu pożizzjoni normali ma’ l-art, bejn il-pedali tal-operazzjoni jekk neċessarju. Fejn huwa possibbli s-sieq ix-xellugija għandha titqiegħed b’mod approssimattiv fl-istess distanza lejn ix-xellug tal-pjan taċ-ċentru tal-magna 3-D H hekk kif il-leminja qiegħda lejn il-lemin. L-invell li jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-magna 3-D H jinġieb orizzontali bl-aġġustament mill-ġdid tad-daħla fis-sit jekk huwa neċessarju, jew bl-aġġustament tal-immuntar tar-riġel u tas-sieq lejn in-naħa ta’ wara. Il-linja li tgħaddi mis-sight buttons tal-punt “H” għandha tinżamm perpendikulari għall-pjan taċ-ċentru lonġitudinali tas-sit;

4.7.1.2.

Jekk ir-riġel tax-xellug ma jistax jinżamm parallel mar-riġel tal-lemin u s-sieq ix-xellugija ma tistax tkun sostnuta mill-istruttura, mexxi s-sieq ix-xellugija sakemm tkun sostnuta. L-allinjament tas-sight buttons għandu jinżamm;

4.7.2.

Il-pożizzjoni bilqiegħda indikata: fuq in-naħa ta’ barra fuq wara

Għas-sits ta’ wara jew għas-sits awżiljarji, ir-riġlejn jitqiegħdu kif speċifikat mill-manifattur. Jekk is-saqajn imbagħad jistrieħu fuq partijiet mill-art li huma f’livelli differenti, is-sieq li tiġi l-ewwel f’kuntatt mas-sit ta’ quddiem għandha sservi ta’ referenza u s-sieq l-oħra għandha tkun irranġata b’mod li l-invell li jagħti l-orjentament trasversali tas-sit tal-istrument jindika dak orizzontali;

4.7.3.

Pożizzjonijiet bilqiegħda indikati oħra:

Il-proċedura ġenerali indikata fil-paragrafu 4.7.1 t’hawn fuq għandha tkun segwita għajr għalli s-saqajn għandhom jitqiegħdu kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

4.8.   Applika piżijiet mal-parti t’isfel tar-riġel u mal-koxox u llivella l-magna 3-D H.

4.9.   Inklina d-daħla fid-dahar ’il quddiem sal-waqqafa ta’ quddiem u iġbed il-magna 3-D H lil hinn mid-dahar tas-sit bl-użu tat-T-bar. Erġa’ qiegħed il-magna 3-D H fuq is-sit b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

4.9.1.

Jekk il-magna 3-D H għandha t-tendenza li tiżloq lejn in-naħa ta’ wara, uża l-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżloq lejn in-naħa ta’ wara sakemm m’hux aktar neċessarju piż li jrażżan orizzontali minn quddiem fuq it-T-bar, jiġifieri sakemm id-daħla fis-sit tagħmel kuntatt mad-dahar tas-sit. Jekk ikun neċessarju, erġa ppożizzjona l-parti t’isfel tar-riġel;

4.9.2.

Jekk il-magna 3-D H m’għandhiex tendenza li tiżloq lejn in-naħa ta’ wara, uża l-proċedura li ġejja. Żerżaq il-magna 3-D H lejn in-naħa ta’ wara billi tapplika piż orizzontali lejn in-naħa ta’ wara fuq it-T-bar sakemm id-daħla fis-sit tiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit (ara l-figura 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness).

4.10.   Applika piż ta’ 100 ± 10 N fuq l-immuntar tad-dahar u tad-daħla tal-magna 3-D H fl-intersezzjoni tal-kwadrant tal-angolu tal-ġenb u tal-kisi tat-T-bar. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-piż għandha tinżamm tul linja li tgħaddi minn ħdejn l-intersezzjoni t’hawn fuq għal punt eżatt fuq il-kisi tal-iżbarra tal-koxxa (ara l-figura 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness). Imbagħad reġġa’ lura b’attenzjoni id-daħla fid-dahar lejn id-dahar tas-sit. Trid tingħata attenzjoni matul il-bqija tal-proċedura sabiex il-magna 3-D H ma titħalliex tiżżerżaq ’il quddiem.

4.11.   Installa l-piżijiet tan-nâtka tal-lemin u tax-xellug u wara, b’mod alternat, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-magna 3-D H livell.

4.12.   Inklina d-daħla fid-dahar ’il quddiem biex teħles it-tensjoni ta’ fuq id-dahar tas-sit. Bandal il-magna 3-D H minn-naħa għall-oħra f’ark ta’ 10° (5° kull naħa tal-pjan taċ-ċentru vertikali) għal tliet ċikli kompleti sabiex terħi kwalunkwe frizzjoni miġmugħa bejn il-magna 3-D H u s-sit.

Waqt it-tbandil, it-T-bar tal-magna 3-D H jista’ jkollha t-tendenza li titbiegħed mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għalhekk trid tkun imrażżna billi jkun applikat piż laterali xieraq matul it-tbandil. It-T-bar għandha tinżamm b’ċerta attenzjoni, bl-istess attenzjoni tingħata meta tiġi mbandla l-magna 3-D H sabiex ikun assigurat li l-ebda piż esterjuri involontarju ma jkun applikat f’direzzjoni vertikali jew ’il quddiem u lura.

Is-saqajn tal-magna 3-D H m’għandhomx ikunu mrażżna jew miżmuma matul dan il-pass. Jekk is-saqajn ibiddlu l-pożizzjoni tagħhom, dawn għandhom jitħallew f’dik il-pożizzjoni għal dak il-mument.

Irritorna b’attenzjoni id-daħla fid-dahar lejn id-dahar tas-sit u kkontrolla ż-żewġ invelli għall-pożizzjoni żero. Jekk kien hemm kwalunkwe moviment tas-saqajn matul l-operazzjoni ta’ tbandil tal-magna 3-D H, dawn iridu jerġgħu jitqiegħdu kif ġej:

L-ewwel għolli sieq mill-art, imbagħad għolli l-oħra l-ammont minimu neċessarju sakemm ma jkun hemm l-ebda moviment addizzjonali tas-saqajn. Matul dan l-irfigħ, is-saqajn iridu jitħallew liberi li jduru; u l-ebda piż fuq quddiem jew laterali m’għandu jkun applikat. Meta kull sieq titqiegħed lura fil-pożizzjoni t’isfel, l-għarqub irid ikun f’kuntatt ma’ l-istruttura maħsuba għalhekk.

Ikkontrolla l-invell laterali għall-pożizzjoni żero; jekk ikun neċessarju, applika piż laterali fil-quċċata tad-daħla fid-dahar suffiċjenti biex tillivella d-daħla fis-sit tal-magna 3-D H fuq is-sit.

4.13.   Filwaqt li żżomm it-T-bar biex ma tħallix li l-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem fuq il-kuxxin tas-sit, kompli kif ġej:

(a)

irritorna d-daħla fid-dahar lejn id-dahar tas-sit;

(b)

alternattivament applika u erħi piż orizzontali lejn in-naħa ta’ wara, li ma jeċċedix il-25 N, lejn l-iżbarra tal-angolu tad-dahar f’għoli bejn wieħed u ieħor fiċ-ċentru tal-piżijiet tat-torso sakemm il-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn jindika li ntlaħqet pożizzjoni stabbli wara li ntreħa l-piż. Trid tingħata attenzjoni sabiex ikun assigurat li l-ebda piż esterjuri ’l isfel jew lejn il-ġenb ma jkun applikat lill-magna 3-D H. Jekk ikun neċessarju aġġustament ieħor tal-livell tal-magna 3-D H, dawwar id-daħla fid-dahar ’il quddiem, erġa’ llivella, u rrepeti l-proċedura mill-paragrafu 4.12.

4.14.   Ħu l-kejl kollu:

4.14.1.

Il-koordinati tal-punt “H” jitkejlu skond is-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

4.14.2.

L-angolu reali tat-torso jinqara fil-kwadrant tal-angolu tad-dahar tal-magna 3-D H bis-sonda f’pożizzjoni kompletament lejn in-naħa ta’ wara.

4.15.   Jekk tkun mixtieqa ripetizzjoni tal-installazzjoni tal-magna 3-D H, l-immuntar tas-sit għandu jibqa’ mhux mgħobbi għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel ir-ripetizzjoni. Il-magna 3-D H m’għandhiex titħalla mgħobbija fuq l-immuntar tas-sit għal aktar ħin minn dak neċessarju sabiex jitwettaq it-test.

4.16.   Jekk is-sits fl-istess filliera jistgħu jitqjiesu bħala simili (sit ta’ wara f’vettura għal tnejn minn-nies jew aktar, sits identiċi, eċċ.) punt “H” wieħed u “angolu reali tat-torso” wieħed biss għandhom ikunu ddeterminati għal kull filliera ta’ sits, il-magna 3-D H deskritta fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness titqiegħed bilqiegħda f’post meqjus bħala rappreżentattiv għal dik il-filliera. Dan il-post għandu jkun:

4.16.1.

fil-każ tal-filliera ta’ quddiem, is-sit tas-sewwieq;

4.16.2.

fil-każ tal-filliera jew tal-fillieri ta’ wara, sit fuq in-naħa ta’ barra.


(1)  Fi kwalunkwe post bilqiegħda barra mis-sîts ta’ quddiem fejn il-punt “H” ma jistax ikun iddeterminat bl-użu tal-“Magna tridimensjonali tal-punt ‘H’ ” jew bil-proċeduri, bil-punt “R” indikat mill-manifattur jista’ jittieħed bħala referenza fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità kompetenti.

(2)  L-angolu ta’ inklinazzjoni, id-differenza fl-għoli ma’ l-immuntar tas-sît, il-konsistenza tal-wiċċ, eċċ.

Appendiċi 1

ID-DESKRIZZJONI TAL-MAGNA TRIDIMENSJONALI TAL-PUNT “H”  (*)

(il-magna 3-D H)

1.   Id-daħliet fid-dahar u fis-sits

Id-daħliet fid-dahar u fis-sits huma magħmula minn plastik rinfurzat u metall; huma jirriproduċu b’mod artifiċjali t-torso u l-koxxa ta’ bniedem u huma impernjati b’mod mekkaniku fil-punt “H”. Kwadrant huwa marbut mas-sonda li hija impernjata fil-punt “H” sabiex tkejjel l-angolu reali tat-torso. Żbarra tal-koxxa li tista’ tiġi aġġustata, imwaħħla mad-daħla fis-sit, tistabbilixxi l-linja taċ-ċentru tal-koxxa u sservi bħala linja ta’ bażi għall-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn.

2.   L-elementi tal-ġisem u tar-riġlejn

Is-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel jintrabtu ma’ l-immuntar tad-daħla fis-sit mat-T-bar li tgħaqqad l-irkopptejn, li hija estensjoni laterali tal-iżbarra tal-koxxa li tista’ tiġi aġġustata. Il-kwadranti huma inkorporati fis-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel biex ikejlu l-angoli tal-irkopptejn. L-immuntar taż-żarbun u tas-saqajn huma kkalibrati biex ikejlu l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw l-istrument fl-ispazju. Piżijet tal-elementi tal-ġisem jitqiegħdu fiċ-ċentri ta’ gravità korrispondenti sabiex jipprovdu dħul ’il ġewwa tas-sit ekwivalenti għal raġel ta’ 76 kg. Il-ġogi kollha tal-magna 3-D H iridu jkunu kkontrollati għall-moviment liberu mingħajr ma jkun hemm l-ebda frizzjoni tidher. Back pan – Id-daħla fid-dahar; Torso weight hanger – Post fejn jiddendel il-piż tat-torso; Back angle level – Il-livell tal-angolu tad-dahar; Hip angle quadrant – Il-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn; Seat pan – Id-daħla fis-sit; Thigh weight pad – Post fejn jitqiegħed il-piż tal-koxxa; T-Bar joining the knees – It-T-bar li tgħaqqad l-irkopptejn; Head room probe – Is-sonda tar-ras; Back angle quadrant – Il-kwadrant tal-angolu tad-dahar; H-point sight button – “Sight button” tal-punt “H”; H-point pivot – Pern tal-punt “H”; Lateral level – Livell laterali; Thigh bar – L-iżbarra tal-koxxa; Knee angle quadrant – Il-kwadrant tal-angolu tal-irkoppa; Foot angle quadrant – Il-kwadrant tal-angolu tas-sieq Dimensions in millimetres – Dimensjonijiet f’millimetri;Direction and point of application of load – Id-direzzjoni u l-punt fejn jiġi applikat il-piż; Variable from 108 to 424 – Ivarja minn 108 għal 424; Torso weight – Il-piż tat-torso; Buttock weight – Il-piż tan-nâtka; Thigh weight – Il-piż tal-koxxa; Leg weight – Il-piż tar-riġel

Figura 1

tfassila tal-magna 3-D H

Image

Test ta 'immaġni

Figura 2

Dimensjonijiet tal-elementi tal-magna 3-D H u d-distribuzzjoni tat-tagħbija

Image

Test ta 'immaġni

(*)  Għad-dettalji tal-kostruzzjoni tal-magna 3-D H irreferi għas-Society of Automobile Engineers (SAE), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, United States of America.

Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-ISO Standard 6549-1980.

Appendiċi 2

IS-SISTEMA TA’ REFERENZA TRIDIMENSJONALI

1.

Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali hija ddefinita minn tliet pjani ortogonali stabbiliti mill-manifattur tal-vettura (ara l-figura). (*)

2.

Zero X plane (vertical transverse zero plane) – Il-pjan X żero (il-pjan żero vertikali trasversali); Zero Y plane (vertical longitudinal zero plane) – Il-pjan Y żero (il-pjan żero vertikali lonġitudinali);

3.

Zero Z plane (horizontal zero plane) – Il-pjan Z żero (il-pjan żero orizzontali); Supporting surface – Il-wiċċ ta’ appoġġ

Image

Test ta 'immaġni

(*)  Is-sistema ta’ referenza tikkorrispondi għall-ISO standard 4130, 1978.

Appendiċi 3

ID-DATA TA’ REFERENZA LI TIKKONĊERNA L-POŻIZZJONIJIET BILQIEGĦDA

1.   Il-kodifikazzjoni tad-data ta’ referenza

Id-data ta’ referenza hija elenkata b’mod konsekuttiv għal kull pożizzjoni bilqiegħda. Dawn il-pożizzjonijiet huma identifikati b’kodiċi li fih żewġ numri. L-ewwel numru huwa numru Għarbi u jindika l-filliera tas-sits, meta wieħed jgħodd minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni numru huwa ittra kapitali li tindika l-pożizzjoni bilqiegħda f’filliera, kif jidher fid-direzzjoni tal-moviment ’il quddiem tal-vettura; għandhom jintużaw dawn l-ittri:

L= xellug

C= ċentru

R= lemin

2.   Id-deskrizzjoni tal-pożizzjoni sabiex titkejjel il-vettura

2.1.   Il-koordinati tal-marki ta’ riferiment

 

X …

 

Y …

 

Z …

3.   Il-lista tad-data ta’ referenza

3.1.   Il-pożizzjoni bilqiegħda: …

3.1.1.   Il-koordinati tal-punt “R”

 

X …

 

Y …

 

Z …

3.1.2.   L-angolu tat-torso skond id-disinn: …

3.1.3.   L-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tas-sit (*)

 

orizzontali: …

 

vertikali: …

 

angulari: …

 

angolu tat-torso: …

Nota: Elenka d-data ta’ referenza għal aktar pożizzjonijiet bilqiegħda taħt 3.2, 3.3, eċċ.


(*)  Aqta’ fejn ma japplikax.


ANNESS 7

IL-PROĊEDURA TAT-TEST BIT-TROLI

1.   L-INSTALLAZZJONI U L-PROĊEDURA TAT-TEST

1.1.   It-Tròli

It-tròli għandu jkun mibni b’tali mod li l-ebda deformazzjoni permanenti m’għandha tidher wara t-test. Għandu jkun iggwidat b’tali mod li, matul il-fażi tal-impatt, id-devjazzjoni fil-pjan vertikali ma teċċedix il-5° u ż-2° fil-pjan orizzontali.

1.2.   L-istat tal-istruttura

1.2.1.   Ġenerali

L-istruttura ttestjata għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni f’serje tal-vetturi konċernati. Uħud mill-komponenti jistgħu jkunu sostitwiti jew imneħħija fejn tali sostituzzjoni jew tneħħija jidher biċ-ċar li m’hu se jkollha l-ebda effett fuq ir-riżultati tat-test.

1.2.2.   Aġġustamenti

L-aġġustamenti għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-paragrafu 1.4.3. tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, skond dak li huwa ddikjarat fil-paragrafu 1.2.1.

1.3.   It-twaħħil tal-istruttura

1.3.1.   L-istruttura għandha tkun imwaħħla sew mat-tròli b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda spostament relattiv waqt it-test.

1.3.2.   Il-metodu użat għall-irbit tal-struttura mat-tròli m’għandux ikollu l-effett li jsaħħaħ l-ankoraġġi tas-sits jew l-istrumenti tat-trażżin, jew li jipproduċi kwalunkwe deformazzjoni mhux normali tal-istruttura.

1.3.3.   L-istrument għat-twaħħil irrikkmandat huwa dak fejn struttura tistrieħ fuq appoġġi mqiegħda bejn wieħed u ieħor fl-assi tar-roti jew, jekk huwa possibbli, fejn l-istruttura hija marbuta mat-tròli bl-irbit tas-sistema tas-suspenxin.

1.3.4.   L-angolu bejn l-assi lonġitudinali tal-vettura u d-direzzjoni tal-moviment tat-tròli għandha tkun ta’ 0° ± 2°.

1.4   Il-manikini

Il-manikini u l-pożizzjoni tagħhom għandhom jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet fil-paragrafu 2 tal-Anness 3.

1.5.   L-apparat għall-kejl

1.5.1.   Tnaqqis fil-veloċità tal-istruttura

Il-pożizzjoni tat-transducers (apparati maħsuba biex jikkonvertu l-enerġija) li jkejlu it-tnaqqis fil-veloċità tal-istruttura waqt l-impatt għandha tkun parallela ma’ l-assi lonġitudinali tat-tròli skond l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness 8 (CFC ta’ 180).

1.5.2.   Qisien li jridu jsir fuq il-manikini

Il-qisien kollha neċessarji għall-kontroll tal-kriterji elenkati huwa ddikjarat fil-paragrafu 5 tal-Anness 3,.

1.6.   Il-kurva tat-tnaqqis fil-veloċità tal-istruttura

Il-kurva tat-tnaqqis fil-veloċità tal-istruttura matul il-fażi tal-impatt għandha tkun tali li l-kurva tal-“varjazzjoni fil-veloċità relatata mal-ħin”, miksuba mill-integrazzjoni, fl-ebda punt ma tvarja b’iktar minn ± 1 m/s mill-kurva ta’ referenza tal-“varjazzjoni fil-veloċità relatata mal-ħin” tal-vettura konċernata, kif iddefinita fl-appendiċi ta’ dan l-Anness. Spostament fl-assi tal-ħin tal-kurva ta’ referenza jista’ jintuża biex tinkiseb il-veloċità tal-istruttura fil-kuritur.

1.7.   Il-kurva ta’ referenza ÿV = f(t) tal-vettura kkonċernata

Din il-kurva ta’ referenza tinkiseb bl-integrazzjoni tal-kurva tat-tnaqqis fil-veloċità tal-vettura konċernata mkejla fit-test tal-kolliżjoni frontali kontra ostaklu kif ipprovdut fil-paragrafu 6 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

1.8.   Metodu ekwivalenti

It-test jista’ jitwettaq b’xi metodu ieħor differenti minn dak tat-tnaqqis fil-veloċità tat-tròli, sakemm tali metodu huwa konformi mal-kundizzjoni meħtieġa li tikkonċerna l-marġni ta’ varjazzjoni fil-veloċità deskritt fil-paragrafu 1.6.

Appendiċi

Il-kurva ta’ ekwivalenza – il-limitu ta’ tolleranza għall-kurva δv = f(t)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 8

IT-TEKNIKA TAL-KEJL F’TESTIJIET TAL-KEJL: L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

1.   ID-DEFINIZZJONIJIET

1.1.   Il-kanal tad-data

Kanal tad-data jinkludi l-istrumenti kollha tal-kejl minn transducer (jew transducers multipli li l-prodotti tagħhom huma magħquda b’xi mod speċifikat) sa, u inkluża, kwalunkwe proċedura ta’ analiżi li tista’ tbiddel il-kontenut ta’ frekwenza jew il-kontenut ta’ estensjoni tad-data.

1.2.   It-transducer

L-ewwel strument f’kanal tad-data użat biex jikkonverti kwantità fiżika li trid titkejjel fi kwantità oħra (bħal per eżempju vultaġġ elettriku) li jista’ jkun ipproċessat mill-bqija tal-kanal.

1.3.   Il-klassi tal-estensjoni tal-kanal: CAC

L-isem għal kanal tad-data li jilħaq ċerti karatteristiċi ta’ estensjoni kif speċifikati f’dan l-Anness. In-numru tal-CAC huwa daqs, b’mod numeriku, għal-limitu ta’ fuq tal-marġni tal-kejl.

1.4.   Il-frekwenzi karatteristiċi FH, FL, FN

Dawn il-frekwenzi huma ddefiniti fil-Figura 1.

1.5.   Il-klassi ta’ frekwenzi tal-kanali: CFC

Il-klassi ta’ frekwenza tal-kanal hija indikata minn numru li juri li r-reazzjoni tal- frekwenza tal-kanal tinsab fil-limiti speċifikati fil-Figura 1. Dan in-numru u l-valur tal-frekwenza FH f’Hz huma ndaqs b’mod numeriku.

1.6.   Il-ko-effiċjent tas-sensittività

Iż-żerżieqa tal-linja dritta li tirrapreżenta bl-aqwa mod il-valuri tal-kalibrar iddeterminati mill-metodu tal-inqas kwadru fil-klassi tal-estensjoni tal-kanal.

1.7.   Il-fattur tal-kalibrar ta’ kanal tad-data

Il-valur medju tal-ko-effiċjenti tas-sensitività kkalkulat fuq frekwenzi li huma mqassmin b’mod bilanċjat tul skala logaritmika bejn FL u FH/2,5

1.8.   Żball fil-kwalità lineari

Il-proporzjon, f’persentaġġ, tad-differenza massima bejn il-valur tal-kalibrar u l-valur korrispondenti li jinqara mil-linja dritta ddefinita fil-paragrafu 1.6. fil-limitu ta’ fuq tal-klassi tal-estensjoni tal-kanal.

1.9.   Is-sensitività trażversali

Il-proporzjon tas-sinjal prodott għas-sinjal tal-input, meta jkun applikat kurrent elettriku lit-transducer b’mod perpendikulari għall-assi tal-kejl. Dan huwa rrapreżentat bħala persentaġġ tas-sensittività tul l-assi tal-kejl.

1.10.   Il-ħin ta’ dewmien il-fażi

Il-ħin ta’ dewmien il-fażi ta’ kanal tad-data huwa daqs idewmien il-fażi (f’unitajiet ta’ angoli li huma ugwali għall-angolu fiċ-ċentru ta’ ċirku, radians) ta’ sinjal sinusojdali, diviż mill-frekwenza angulari ta’ dak is-sinjal (f’unitajiet ta’ angoli li huma ugwali għall-angolu fiċ-ċentru ta’ ċirku/sekonda).

1.11.   L-ambjent

Is-somma, f’mument speċifikat, tal-kundizzjonijiet u l-influwenzi esterni kollha li għalihom huwa suġġett il-kanal tad-data.

2.   IL-KUNDIZZJONIJIET TA' RENDIMENT MEĦTIEĠA

2.1.   Żball fil-kwalità lineari

Il-valur assolut tal-iżball fil-kwalità lineari tal-kanal tad-data fi kwalunkwe frekwenza fil-CFC, għandha tkun daqs għal jew inqas minn 2,5 fil-mija tal-valur tal-CAC, fuq il-marġni kollu tal-kejl.

2.2.   L-estensjoni kontra l-frekwenza

Ir-reazzjoni tal-frekwenza ta’ kanal tad-data għandu jkun fil-kurvi li jillimitaw li jidhru fil-Figura 1. Il-linja dB żero hija ddeterminata mill-fattur tal-kalibrar.

2.3.   Il-ħin ta’ dewmien il-fażi

Il-ħin ta’ dewmien il-fażi bejn is-sinjal tal-input u s-sinjal ta’ dak li ġie prodott ta’ kanal tad-data għandu jkun iddeterminat u m’għandux ivarja b’iktar minn 1/10 FH sekondi bejn 0,03 FH u FH.

2.4.   Il-ħin

2.4.1.   Il-bażi tal-ħin

Bażi ta’ ħin għandha tkun irreġistrata u għandha tagħti tal-inqas 1/100 s b’eżattezza ta’ 1 fil-mija.

2.4.2.   Id-dewmien relattiv fil-ħin

Id-dewmien relattiv fil-ħin bejn is-sinjal ta’ żewġ kanali tad-data jew aktar, mingħajr ma jingħata kas tal-klassi tal-frekwenza tagħhom, m’għandux jeċċedi 1 ms eskluż id-dewmien ikkawżat minn bidla fil-fażi.

Żewġ kanali tad-data jew aktar li s-sinjali tagħhom ingħaqdu flimkien għandu jkollhom l-istess klassi ta’ frekwenza u m’għandux ikollhom dewmien relattiv fil-ħin ta’ aktar minn 1/10 FH sekondi.

Din il-kundizzjoni meħtieġa tapplika għas-sinjali analogi u wkoll għall-vibrazzjonijiet ta’ sinkronizzazzjoni u għas-sinjali diġitali.

2.5.   Is-sensitività trażversali tat-transducer

Is-sensitività trażversali tat-transducer għandha tkun ta’ inqas minn 5 fil-mija fi kwalunkwe direzzjoni.

2.6.   Il-kalibrar

2.6.1.   Ġenerali

Kanal tad-data għandu jkun ikkalibrat mill-inqas darba fis-sena ma’ tagħmir ta’ referenza traċċabbli għal standards magħrufa. Il-metodi użati biex isir paragun ma’ tagħmir ta’ referenza m’għandux jintroduċi żball akbar minn 1 fil-mija tal- CAC. L-użu ta’ tagħmir ta’ referenza huwa llimitat għall-marġni ta’ frekwenza li għalih ġew ikkalibrati. Is-sottosistemi ta’ kanal tad-data jistgħu jkunu vvalutati b’mod individwali u r-riżultati jinqasmu f’fatturi jew komponenti fl-eżattezza tal-kanal tad-data totali. Dan jista’ jsir, per eżempju, b’sinjal elettriku ta’ estensjoni magħrufa li jirriproduċi b’mod artifiċjali is-sinjal tal-prodott tat-transducer li jippermetti li jsir kontroll tal-fattur tal-amplifikazzjoni tal-kanal tad-data, minbarra t-transducer.

2.6.2.   L-eżattezza tat-tagħmir ta’ referenza għall-kalibrar

L-eżattezza tat-tagħmir ta’ referenza għandu jkun iċċertifikat jew approvat minn servizz ta’ metroloġija uffiċjali.

2.6.2.1.   Il-kalibrar statiku

2.6.2.1.1.   L-aċċellerazzjonijiet

L-iżbalji għandhom ikunu inqas minn ± 1,5 fil-mija tal-klassi tal-estensjoni tal-kanal.

2.6.2.1.2.   Il-forzi

L-iżball għandu jkun ta’ inqas minn ± 1 fil-mija tal-klassi tal-estensjoni tal-kanal.

2.6.2.1.3.   L-ispostamenti

L-iżball għandu jkun ta’ inqas minn ± 1 fil-mija tal-klassi tal-estensjoni tal-kanal.

2.6.2.2.   Il-kalibrar dinamiku

2.6.2.2.1.   L-aċċellerazzjonijiet

L-iżball fl-aċċellerazzjonijiet ta’ referenza rrapreżentati bħala persentaġġ tal-klassi tal-estensjoni tal-kanal għandu jkun ta’ inqas minn ± 1,5 fil-mija ’l isfel minn 400 Hz, inqas minn ± 2 fil-mija bejn 400 Hz u 900 Hz, u inqas minn ± 2,5 fil-mija ’l fuq minn 900 Hz.

2.6.2.3.   Il-ħin

L-iżball relattiv fil-ħin ta’ referenza għandu jkun ta’ inqas minn 10-5.

2.6.3.   Il-ko-effiċjent ta’ sensitività u l-iżball fil-kwalità lineari

Il-ko-effiċjent ta’ sensitività u l-iżball fil-kwalità lineari għandhom ikunu ddeterminati billi jitkejjel is-sinjal tal-prodott tal-kanal tad-data meta mqabbel ma’ sinjal ta’ input magħruf għal valuri differenti ta’ dan is-sinjal. Il-kalibrar tal-kanal tad-data għandu jkopri l-marġni kollu tal-klassi tal-estensjoni.

Għall-kanali b’żewġ direzzjonijiet, għandhom jintużaw kemm il-valuri pożittivi u kemm dawk negattivi.

Jekk it-tagħmir tal-kalibrar ma jistax jipproduċi l-input meħtieġ minħabba l-valuri wisq għolja tal-kwantità li trid titkejjel, il-kalibrar għandu jsir fil-limiti tal-istandards tal-kalibrar u dawn il-limiti għandhom ikunu rreġistrati fir-rapport tat-test.

Kanal totali tad-data għandu jkun ikkalibrat bi frekwenza jew b’firxa ta’ frekwenzi li għandhom valur sinifikanti bejn FL u (FH/2,5)

2.6.4.   Il-kalibrar tar-reazzjoni tal-frekwenza

Il-kurvi tar-reazzjoni tal-fażi u tal-estensjoni mqabbla mal-frekwenza għandhom ikunu ddeterminati billi jitkejlu s-sinjali tal-prodott tal-kanal tad-data f’termini ta’ fażi u estensjoni meta mqabbla ma’ sinjal ta’ input magħruf, għal valuri differenti ta’ dan is-sinjal li jvarjaw bejn FL u 10 darbiet il-CFC jew 3 000 Hz, liema minnhom huwa l-aktar baxx.

2.7.   L-effetti tal-ambjent

Għandu jsir kontroll regolari sabiex tkun identifikata kwalunkwe influwenza mill-ambjent (bħal fluss elettriku jew manjetiku, veloċità tal-kejbil, eċċ.). Dan jista’ jsir, per eżempju, billi tkun irrekordjata l-produzzjoni ta’ kanali żejda mgħammra bi transducers finti. Jekk jinkisbu sinjali ta’ produzzjoni sinifikanti għandha tittieħed azzjoni korrettiva, per eżempju billi jinbidlu l-kejbils.

2.8.   L-għażla u l-indikazzjoni tal-kanal tad-data

Il-CAC u l-CFC jiddefinixxu kanal tad-data.

Il-CAC għandu jkun 1, 2 jew 5 immultiplikat bih innifsu għal għaxar darbiet.

3.   L-IMMUNTAR TAT-TRANSDUCERS

It-transducers għandhom ikunu mwaħħlin sew ħalli l-irrekordjar tagħhom ikunu affettwati l-inqas possibbli mill-vibrazzjoni. Kwalunkwe immuntar li għandu l-iktar frekwenza baxxa ta’ reżonanza daqs, mill-inqas, 5 darbiet il-frekwenza FH tal-kanal tad-data kkunsidrat għandu jitqies validu. It-transducers tal-aċċellerazzjoni, b’mod partikolari, għandhom ikunu mmuntati b’tali mod li l-angolu inizjali tal-assi tal-kejl reali ma’ l-assi korrispondenti tas-sistema tal-assi ta’ referenza ma jkunx ikbar minn 5°, sakemm ma ssirx valutazzjoni analitika jew sperimentali tal-effett tal-immuntar fuq id-data miġbura. Meta għandhom jitkejlu l-aċċellerazzjonijiet ta’ diversi assi f’punt wieħed, kull assi ta’ transducer tal-aċċellerazzjoni għandu jgħaddi mhux aktar minn 10 mm minn dak il-punt, u ċ-ċentru tal-massa sismika ta’ kull aċċelerometru trid tkun ta’ mhux aktar minn 30 mm minn dak il-punt.

4.   L-IRREĠISTRAR

4.1.   Ir-rekorder analogu manjetiku

Il-veloċità tat-tejp trid tkun stabbli sa mhux aktar minn 0,5 fil-mija tal-veloċità tat-tejp użata. Il-proporzjon tas-sinjal għal tfixkil tar-rekorder irid ikun ta’ mhux inqas minn 42 dB fil-veloċità massima tat-tejp. It-tagħwiġ armoniku totali irid ikun ta’ mhux inqas minn 3 fil-mija u l-iżball tal-kwalità lineari jrid ikun inqas minn 1 fil-mija tal-marġni tal-kejl.

4.2.   Ir-rekorder diġitali manjetiku

Il-veloċità tat-tejp trid tkun stabbli sa mhux aktar minn 10 fil-mija tal-veloċità tat-tejp użata.

4.3.   It-tejprikorder tal-karti

F’każ ta’ reġistrazzjoni diretta tad-data l-veloċità tal-karta f’mm/s trid tkun ta’ mill-inqas 1,5 drabi tan-numru li jirrappreżenta FH f’Hz. F’każijiet oħra, il-veloċità tal-karta għandha tkun tali li tintlaħaq riżoluzzjoni ekwivalenti.

5.   L-IPROĊESSAR TAD-DATA

5.1.   L-iffiltrar

L-iffiltrar li jikkorrispondi għall-frekwenzi tal-klassi tal-kanal tad-data jista’ jsir jew matul ir-reġistrazzjoni jew l-ipproċessar tad-data. Madankollu, qabel ir-reġistrazzjoni, għandu jsir iffiltrar analoġiku f’livell ogħla mill-CFC sabiex jintuża mill-inqas 50 fil-mija tal-limitu dinamiku tar-rekorder u biex jitnaqqas ir-riskju li r-rekorder ma jlaħħaqx ma’ frekwenzi għolja jew li dawn iwasslu għal żbalji li jġibu tagħwiġ statiku fil-ħoss diġitali minħabba r-rata baxxa ta’ teħid ta’ kampjun.

5.2.   Il-konverżjoni f’sinjal diġitali

5.2.1.   Il-frekwenza tal-ġbir ta’ kampjuni

Il-frekwenza tal-ġbir ta’ kampjuni għandha tkun daqs, mill-inqas, 8 FH. Fil-każ ta’ reġistrazzjoni analoġika, meta l-veloċitajiet tal-irreġistrar u tal-qari huma differenti, il-frekwenza tal-ġbir ta’ kampjuni tista’ tkun diviża bil-proporzjon tal-veloċità.

5.2.2.   Ir-riżoluzzjoni tal-estensjoni

Id-daqs tal-kliem diġitali m’għandux ikun ta’ inqas minn 7 bits u bit ta’ parità (il-kwalità biż-żewġ jew bil-fart tan-numri 1 jew 0 f’kowd binarju, ta’ spiss użat biex tkun iddeterminata l-integrità tad-data, l-aktar wara t-trażmissjoni).

6.   IL-PREŻENTAZZJONI TAR-RIŻULTATI

Ir-riżultati jridu jkunu ppreżentati fuq karta ta’ daqs A4 (ISO/R 216). Ir-riżultati ppreżentati bħala dijagrammi għandu jkollhom l-assi skont il-qisien b’unità ta’ kejl li tikkorrispondi għal multiplu xieraq tal-unità magħżula (per eżempju, 1, 2, 5, 10, 20 millimetri). Għandhom jintużaw unitajiet SI, minbarra għall-veloċità tal-vettura, fejn jista’ jintuża km/s, u għal aċċellerazzjonijiet kkawżati minn impatt fejn tista’ tintuża g, b’g = 9,81 m/s2.

Figura 1

Il-kurva tar-rispons tal-frekwenza

Image


ANNEX 9

ID-DEFINIZZJONI TAL-OSTAKLU LI JISTA’ JIĠI DDEFORMAT

1.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-KOMPONENTI U GĦALL-MATERJALI

Id-dimensjonijiet tal-ostaklu jintwerew fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness. Id-dimensjonijiet tal-komponenti individwali tal-ostaklu huma elenkati b’mod separat aktar ’l isfel.

1.1.   Il-blokka prinċipali tal-arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali

Dimensjonijiet:

Għoli

:

650 mm (fid-direzzjoni tal-assi taż-żagarella tal-arranġament tas-sezzjonijiet eżagonali)

Wisa’

:

1 000 mm

Fond

:

450 mm (fid-direzzjoni tal-assi taċ-ċellula tal-arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali)

Id-dimensjonijiet kollha t’hawn fuq għandhom jippermettu tolleranza ta’ ± 2,5 mm

Materjal

:

Aluminju 3003 (ISO 209, Part 1)

Ħxuna tal-fojl

:

0,076 mm ± 15 %

Daqs taċ-ċellula

:

19,1 mm ± 20 %

Densità

:

28,6 kg/m3 ± 20 %

Saħħa tat-tfarrik

:

0,342 MPa + 0 % – 10 % (1)

1.2.   L-element tal-bamper

Dimensjonijiet:

Għoli

:

330 mm (fid-direzzjoni tal-assi taż-żagarella tal-arranġament tas-sezzjonijiet eżagonali)

Wisa’

:

1 000 mm

Fond

:

90 mm (fid-direzzjoni tal-assi taċ-ċellula tal-arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali)

Id-dimensjonijiet kollha t’hawn fuq għandhom jippermettu tolleranza ta’ ± 2,5 mm

Materjal

:

Aluminju 3003 (ISO 209, Part 1)

Ħxuna tal-fojl

:

0,076 mm ± 15 %

Daqs taċ-ċellula

:

6,4 mm ± 20 %

Densità

:

82,6 kg/m3 ± 20 %

Saħħa tat-tfarrik

:

1,711 MPa + 0 % – 10 % (1)

1.3.   Il-folja ta’ wara

Dimensjonijiet

Għoli

:

800 mm ± 2,5 mm

Wisa’

:

1 000 mm ± 2,5 mm

Ħxuna

:

2,0 mm ± 0,1 mm

1.4.   Il-folja tal-kisi

Dimensjonijiet

Tul

:

1 700 mm ± 2,5 mm

Wisa’

:

1 000 mm ± 2,5 mm

Ħxuna

:

0,81 ± 0,07 mm

Materjal

:

Aluminju 5251/5052 (ISO 209, parti 1)

1.5.   Il-folja ta’ kisi tal-bamper

Dimensjonijiet

Għoli

:

330 mm ± 2,5 mm

Wisa’

:

1 000 mm ± 2,5 mm

Ħxuna

:

0,81 mm ± 0,07 mm

Materjal

:

Aluminju 5251/5052 (ISO 209, parti 1)

Is-sustanza li twaħħal

Is-sustanza li twaħħal, li għandha tintuża matul il-proċess trid tkun poliuretejn f’żewġ partijiet (bħal, per eżempju, ir-reżina Ciba-Geigy XB5090/1 bis-sustanza li twebbes XB5304, jew ekwivalenti).

2.   IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-ALUMINJU F’ARRANĠAMENT TA’ SEZZJONIJIET EŻAGONALI

Proċedura sħiħa tal-ittestjar għaċ-ċertifikazzjoni ta’ aluminju f’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali tingħata f’ NHTSA TP-214D. Dan li ġej huwa ġabra fil-qosor tal-proċedura li trid tkun applikata għall-materjali għall-ostaklu tal-impatt frontali, b’dawn il-materjali jkollhom saħħa tat-tfarrik ta’ 0,342 MPa u 1,711 MPa rispettivament.

2.1.   Fejn jinsabu l-kampjuni

Sabiex tkun assigurata uniformità ta’ saħħa tat-tfarrik mal-faċċata kollha tal-ostaklu, għandhom jittieħdu tmien kampjuni minn erba’ postijiet spazjati b’mod uniformi mal-blokka b’arranġament tas-sezzjonijiet eżagonali. Biex il-blokka tgħaddi miċ-ċertifikazzjoni, seba’ minn dawn it-tmien kampjuni għandhom jissodisfaw l-obbligi tas-saħħa ta’ tfarrik tas-sezzjonijiet li ġejjin.

Fejn jinsabu l-kampjuni jiddependi mid-daqs tal-blokka b’arranġament tas-sezzjonijiet eżagonali. L-ewwelnett, erba’ kampjuni, kull wieħed b’daqs ta’ 300 mm × 300 mm × 50 mm ta’ ħxuna għandhom jitqattgħu mill-blokka tal-materjal tal-faċċata tal-ostaklu. Jekk jogħġbok irreferi għall-Figura 2 sabiex tara kif issib fejn qegħdin dawn is-sezzjonijiet fil-blokka b’arranġament tas-sezzjonijiet eżagonali. Kull wieħed minn dawn il-kampjuni aktar kbar għandu jitqatta’ f’kampjuni għall-ittestjar ta’ ċertifikazzjoni (150 mm × 150 mm × 50 mm). Iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ittestjar ta’ żewġ kampjuni minn kull wieħed minn dawn l-erba’ postijiet. It-tnejn l-oħra jridu jkunu disponibbli għall-applikant, meta jintalbu.

2.2.   Id-daqs tal-kampjun

Għandhom jintużaw kampjuni b’dawn id-daqsijiet għall-ittestjar:

Tul

:

150 mm ± 6 mm

Wisa’

:

150 mm ± 6 mm

Ħxuna

:

50 mm ± 2 mm

Il-ġnub ta’ ċelluli mhux kompluti madwar it-tarf tal-kampjun għandhom ikunu mnaqqsa kif ġej:

 

Fid-direzzjoni “W”, il-borduri m’għandhomx ikunu akbar minn 1,8 mm (ara l-Figura 3).

 

Fid-direzzjoni “L”, nofs it-tul ta’ ġenb ta’ ċellula waħda marbuta (fid-direzzjoni taż-żagarella) għandu jitħalla f’kull tarf tal-kampjun (ara l-Figura 3).

2.3.   Il-kejl tal-erja

It-tul tal-kamjun għandu jitkejjel fi tliet postijiet, 12.7 mm minn kull tarf u fin-nofs, u rreġistrat bħala L1, L2 u L3 (il-Figura 3). Bl-istess mod, il-wisa’ għandha titkejjel u tkun irreġistrata bħala W1, W2 u W3 (il-Figura 3). Dawn il-qisien għandhom jitkejlu mil-linja taċ-ċentru tal-ħxuna. L-erja tat-tfarrik għandha għalhekk tkun ikkalkulata bħala:

Formula

2.4.   Ir-rata u d-distanza tat-tfarrik

Il-kampjun għandu jkun imfarrak b’rata ta’ mhux inqas minn 5,1 mm/min u mhux aktar minn 7,6 mm/min. id-distanza minima ta’ tifrik għandha tkun ta’ 16,5 mm.

2.5.   Il-ġbir tad-data

Id-data dwar il-forza kontra l-liwi għandha tinġabar jew f’forma analoga jew f’forma diġitali għal kull kampjun ittestjat. Jekk tinġabar data analoga allura għandu jkun disponibbli mezz kif din tinqaleb għal forma diġitali. Id-data diġitali kollha għandha tinġabar b’rata ta’ mhux inqas minn 5 Hz (5 punti għal kull sekonda).

2.6.   Id-determinazzjoni tas-saħħa ta’ tfarrik

Injora kull data ta’ qabel is-6,4 mm ta’ tfarrik u wara s-16,5 mm ta’ tfarrik. Iddividi d-data li tibqa’ fi tliet sezzjonijiet jew intervalli ta’ spostament (n = 1, 2, 3) (ara l-Figura 4) kif ġej:

(1)

06,4 mm - 09,7 mm inklużi,

(2)

09,7 mm - 13,2 mm esklużi,

(3)

13,2 mm - 16,5 mm inklużi.

Sib il-medja għal kull sezzjoni kif ġej:

Formula

fejn m tirrapreżenta n-numru ta’ punti ta’ data mkejla f’kull wieħed mit-tliet intervalli. Ikkalkula s-saħħa tat-tfarrik ta’ kull sezzjoni kif ġej:

Formula

2.7.   L-ispeċifikazzjoni għas-saħħa tat-tfarrik tal-kampjun

Sabiex kampjun b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali jgħaddi minn din iċ-ċertifikazzjoni, għandhom jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

0,308 MPa ≤ S(n) ≤ 0,342 MPa għal 0,342 MPa materjal

 

1,540 MPa ≤ S(n) ≤ 1,711 MPa għal 1,711 MPa materjal

n = 1, 2, 3.

2.8.   L-ispeċifikazzjoni għas-saħħa tat-tfarrik tal-blokka

Tmien kampjuni jridu jiġu ttestjati minn erba’ postijiet, spazjati b’mod uniformi tul il-blokka. Sabiex blokka tgħaddi miċ-ċertifikazzjoni, sebgħa mit-tmien kampjuni għandhom jilħqu l-ispeċifikazzjoni ta’ saħħa tat-tfarrik tas-sezzjoni ta’ qabel.

3.   IL-PROĊEDURA TAL-IRBIT B’SUSTANZA LI TWAĦĦAL

3.1.   Immedjatament qabel jintrabtu, l-uċuh tal-folji tal-aluminju li jridu jintrabtu għandhom jitnaddfu sew bl-użu ta’ solvent xieraq, bħall-1-1-1 Trichloroethane. Dan għandu jsir mill-inqas darbtejn jew kemm ikun meħtieġ sabiex jitneħħew depożiti ta’ griż jew ħmieġ. L-uċuh imnaddfa mbagħad għandhom jinbarxu bl-użu ta’ karta għall-brix biż-żrar 120. M’għandhiex tintuża karta tal-brix Metallika/Karbur tas-Silikon. L-uċuh għandhom jinbarxu sew u l-karta tal-brix għandha tinbidel b’mod regolari matul il-proċess sabiex ikun evitat li jistaddu, li jista’ jwassal biex l-uċuh ikunu llustrati. Wara l-brix, l-uċuh għandhom jitnaddfu sew għal darb’oħra, kif imsemmi hawn fuq. B’kollox, l-uċuh għandhom jitnaddfu permezz ta’ solvent għal mill-inqas erba’ darbiet. Il-ħmieġ u d-depożiti kollha li jibqgħu mill-proċess tal-brix għandhom jitneħħew, għaliex dawn jaffetwaw l-irbit b’mod ħażin.

3.2.   Is-sustanza li twaħħal għandha tkun applikata ma’ faċċata waħda biss, bl-użu ta’ romblu tal-lastku bil-linji mqabbża ’l barra. Fil-każi fejn arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali ser tintrabat ma’ folja tal-aluminju, is-sustanza li twaħħal għandha tkun applikata biss fuq il-folja tal-aluminju.

Għandu jkun applikat b’mod uniformi massimu ta’ 0,5 kg/m2 fuq il-faċċata, li jagħti ħxuna massima tal-filament ta’ 0,5 mm.

4.   IL-KOSTRUZZJONI

4.1.   Il-blokka prinċipali b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali għandha tintrabat mal-folja ta’ wara b’sustanza li twaħħal tali li l-assi taċ-ċelluli jkunu perpendikulari għall-folja. Il-kisi għandu jitwaħħal mal-faċċata ta’ quddiem tal-blokka b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali. L-uċuh ta’ fuq u t’isfel tal-folja tal-kisi m’għandhomx jintrabtu mal-blokka b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali prinċipali imma għandhom jitiqiegħdu qribha. Il-folja tal-kisi għandha tintrabat b’sustanza li twaħħal mal-folja ta’ wara mal-flanġi tal-immuntar.

4.2.   L-element tal-bamper għandu jintrabat permezz ta’ sustanza li twaħħal mal-parti ta’ quddiem tal-folja tal-kisi b’tali mod li l-assi taċ-ċelluli jkunu perpendikulari għall-folja. Il-qiegħ tal-element tal-bamper għandu jkun flaxx mal-wiċċ tal-qiegħ tal-folja tal-kisi. Il-folja tal-kisi tal-bamper għandha tintrabat b’sustanza li twaħħal mal-parti ta’ quddiem tal-element tal-bamper.

4.3.   L-element tal-bamper għandu mbagħad jitqassam fi tliet sezzjonijiet indaqs permezz ta’ żewġ xquq orizzontali. Dawn ix-xquq għandhom jinqatgħu tul il-fond kollu tas-sezzjoni tal-bamper u jestendu għall-wisa’ kollu tal-bamper. L-ixquq għandhom jinqatgħu permezz ta’ serrieq; il-wisa’ tagħhom għandha tkun il-wisa’ tax-xafra użata u m’għandhiex tkun aktar minn 4,0 mm.

4.4.   It-toqob biex jiġi mmuntat l-ostaklu għandhom jittaqqbu bit-trapan fil-flanġi tal-immuntar (kif muri fil-Figura 5). It-toqob għandu jkollhom dijametru ta’ 9,5mm. Għandhom jittaqqbu bit-trapan ħames toqbiet fil-flanġ ta’ fuq f’distanza ta’ 40 mm mix-xifer ta’ fuq u ħamsa fil-flanġ t’isfel, 40 mm mix-xifer tal-qiegħ ta’ dak il-flanġ. It-toqob għandhom ikunu f’100 mm, 300 mm, 500 mm, 700 mm, 900 mm minn kull naħa tal-ostaklu. It-toqob kollha għandhom jittaqqbu bit-trapan b’varjazzjoni ta’ ± 1 mm mid-distanzi nominali. Il-postijiet tat-toqob li ngħataw huma biss rakkomandazzjoni. Jistgħu jintużaw pożizzjonijiet alternattivi li tal-inqas joffru saħħa għall-immuntar u sigurtà pprovduta mill-ispeċifikazzjonijiet għall-immuntar imsemmija hawn fuq

5.   L-IMMUNTAR

5.1.   L-ostaklu li jista’ jiġi ddeformat għandu jitwaħħal sew tant li ma jiċċaqlaqx mat-tarf ta’ massa ta’ mhux inqas minn 7 × 104 kg jew ma’ xi struttura mwaħħla ma’ dan. It-twaħħil tal-faċċata tal-ostaklu għandha tkun tali li l-vettura m’għandha tidħol f’kuntatt ma’ l-ebda parti tal-istruttura għal aktar minn 75 mm mis-wiċċ ta’ fuq tal-ostaklu (eskluż il-flanġ ta’ fuq) matul kwalunkwe stadju tal-impatt (2) o u perpendikulari b’varjazzjoni ta’ ± 1o għall-assi tal-mogħdija tar-rankatura. Il-wiċċ imwaħħal m’għandux ikun imċaqilqa minn postha b’iktar minn 10 mm matul it-test. Jekk ikun neċessarju, għandu jintuża aktar ankoraġġ jew tagħmir li jwaqqaf sabiex ma jħallix li l-blokka tal-konkrit tiċċaqlqa minn postha. It-tarf tal-ostaklu li jista’ jiġi ddeformat għandu jinġieb f’linja mat-tarf tal-blokka tal-konkrit xierqa għall-ġenb tal-vettura li ser ikun ittestjat.

5.2.   L-ostaklu li jista’ jiġi ddeformat għandu jitwaħħal mal-blokka tal-konkrit permezz ta’ għaxar viti, ħamsa fil-flanġ tal-immuntar ta’ fuq u ħamsa f’tal-qiegħ. Dawn il-viti għandu jkollhom dijametru ta’ mill-inqas 8 mm. Strixxi tal-azzar li jrossu b’morsa għandhom jintużaw kemm għall-flanġi tal-immuntar ta’ fuq u kemm għal dawk t’isfel (ara l-Figuri 1 u 5). Dawn l-istrixxi għandhom ikunu għoljin 60 mm u wesgħin 1 000 mm u jkollhom ħxuna ta’ mill-inqas 3 mm. It-truf tal-istrixxili jrossu b’morsa għandhom ikunu llixxati sabiex l-ostaklu ma jitqattax ma’ l-istrixxa waqt l-impatt. It-tarf tal-istrixxa għandu jitqiegħed mhux aktar minn 5 mm ’il fuq mill-bażi tal-flanġ li jiġi mmuntat fuq il-parti ta’ fuq tal-ostaklu, jew 5 mm ’l isfel mill-parti ta’ fuq tal-flanġ li jiġi mmuntat fuq il-parti t’isfel tal-ostaklu. Ħames toqob biex jiġi mmuntat l-ostaklu b’dijametru ta’ 9,5 mm iridu jittaqqbu bit-trapan fiż-żewġ strixxi sabiex jikkorrispondu ma’ dawk fil-flanġ tal-immuntar ta’ fuq l-ostaklu (ara l-paragrafu 4). L-istrixxa tal-immuntar u t-toqob tal-flanġ tal-ostaklu jistgħu jitwessgħu minn 9,5 mm sa massimu ta’ 25 mm sabiex jikkumpensaw għad-differenzi fl-arranġamenti tal-pjanċa ta’ wara u/jew il-konfigurazzjonijiet tat-toqob fil-ħajt taċ-ċelluli tal-piż. L-ebda wieħed mill-apparat m’għandu jfalli fit-test tal-impatt. L-ebda wieħed mill-apparat m’għandu jfalli fit-test tal-impatt. Fil-każ fejn l-ostaklu li jista’ jiġi ddeformat huwa mmuntat fuq ħajt taċ-ċelluli tal-piż (LCW) ta’ min jinnota li l-kundizzjonijiet meħtieġa għad-dimensjonijiet tal-immuntar t’hawn fuq huma maħsuba bħala l-minimu. Fejn huwa preżenti LCW, l-istrixxi tal-immuntar jistgħu jkunu estiżi sabiex jiġu adatti t-toqob tal-immuntar għola għall-viti. Jekk hemm bżonn li l-istrixxi jkunu estiżi, allura għandu jintuża azzar eħxen skond il-ħtieġa, b’tali mod li l-ostaklu ma jinġibidx mill-ħajt, jitgħawweġ jew jitqatta’ matul l-impatt. Jekk jintuża metodu alternattiv għall-immuntar tal-ostaklu, għandu jkun tal-inqas żgur daqs dak speċifikat fil-paragrafi t’hawn fuq.

Figura 1

L-ostaklu li jista’ jiġi ddeformat għall-ittestjar ta’ impatt frontali

Image

Figura 2

Fejn jinsabu l-kampjuni għaċ-ċertifikazzjoni

Image

Image

Figura 3

L-assi tal-arranġament b’sezzjonijiet eżagonali u d-dimensjonijiet imkejla

Image

Figura 4

Il-forza tat-tfarrik u l-ispostament

Image

Figura 5

Il-pożizzjonijiet tat-toqob biex jiġi mmuntat ostaklu

Image


(1)  Skond il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness.

(2)  Massa, li t-tarf tagħha huwa għoli bejn 125 mm u 925 mm u hija fonda tal-inqas 1 000 mm, titqies bħala li tissodisfa din il-kundizzjoni meħtieġa.


ANNESS 10

IL-PROĊEDURA TA’ ĊERTIFIKAZZJONI GĦALL-PARTI T’ISFEL TAR-RIĠEL U TA’ SIEQ IL-MANIKIN

1.   IT-TEST TAL-IMPATT TAL-PARTI TA’ FUQ TAS-SIEQ

1.1.   L-għan ta’ dan it-test huwa li titkejjel ir-reazzjoni tas-sieq u tal-għaksa tal- Hybrid III għall-impatti frontali qawwija b’moviment ta’ pendlu li huma ddefiniti sew.

1.2.   L-immuntar komplet tal-parti t’isfel tar-riġel tal-Hybrid III, tax-xellug (86-5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammar bl-immuntar tas-sieq u tal-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), għandu jintuża, inkluż l-immuntar tal-irkoppa.

Is-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija (78051-319 Rev A) għandu jintuża biex jorbot sew l-immuntar tal-irkoppa (79051-16 Rev B) mal-apparat tat-test.

1.3.   Il-proċedura tat-test

1.3.1.   Kull immuntar tar-riġel għandu jinżamm (imxarrab) għal erba’ sigħat qabel it-test f’temperatura ta’ 22 ± 3°C u f’umdità relattiva ta’ 40 ± 30 fil-mija. Il-perjodu biex jixxarrab m’għandux jinkludi l-ħin neċessarju biex jintlaħqu kundizzjonijiet ta’ stat stabbli.

1.3.2.   Naddaf il-wiċċ tal-impatt tal-ġilda u wkoll il-faċċata tal-apparat tal-impatt b’ bl-alkoħol isopropyl jew ekwivalenti qabel it-test. Ferrex it-terra.

1.3.3.   Qiegħed l-aċċelerometru tal-apparat tal-impatt f’linja mal-assi sensittiv tiegħu parallel għad-direzzjoni tal-impatt f’kuntatt mas-sieq.

1.3.4.   Immonta l-immuntar tar-riġel mal-apparat muri fil-Figura 1. L-apparat tat-test għandu jintrabat sew sabiex ma jkunx hemm moviment matul l-impatt. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija tal-wirk (78051-319) għandha tkun vertikali b’tolleranza ta’ ± 0,5o. Aġġusta l-immuntar b’mod li l-linja li tgħaqqad il-ġog tal-parti forma ta’ “U” irkoppa u s-sokra li bih titwaħħal l-għaksa tkun orizzontali b’tolleranza ta’ ± 3o, bl-għarqub jistrieħ fuq żewġ folji b’wiċċ ċatt ta’ frizzjoni baxxa (folja PTFE). Assigura ruħek li l-mili tal-qasba tas-sieq jitqiegħed kompletament lejn in-naħa tal-irkoppa tal-qasba tas-sieq. Aġġusta l-għaksa b’mod li l-pjan tal-qiegħ tas-sieq ikun vertikali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt b’tolleranza ta’ ± 3o u sabiex il-pjan saġittali tan-nofs tas-sieq jinġieb f’linja mad-driegħ tal-pendlu. Aġġusta l-ġog tal-irkoppa għal marġni ta’ 1,5 ± 0,5 g qabel kull test. Aġġusta l-ġog tal-għaksa ħalli dan ikun liberu u imbagħad issikka biżżejjed sabiex is-sieq tinżamm stabbli fuq il-folja PTFE.

1.3.5.   L-apparat riġidu tal-impatt jinkludi ċilindru orizzontali b’dijametru ta’ 50 ± 2 mm u driegħ li jsostni l-pendlu b’dijametru ta’ 19 ± 1 mm (il-Figura 4). Iċ-ċilindru għandu massa ta’ 1,25 ± 0,02 kg li tinkludi l-istrumenti għall-kejl u kwalunkwe parti mid-driegħ li jsostni fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta’ 285 ± 5 g. Il-massa ta’ kwalunkwe parti li ddur tal-fus li miegħu huwa mqabbad id-driegħ li jsostni m’għandhiex tkun akbar minn 100 g. It-tul bejn l-assi ċentrali orizzontali taċ-ċilindru tal-apparat tal-impatt u l-assi ta’ rotazzjoni tal-pendlu kollu għandu jkun ta’ 1 250 ± 1 mm. Iċ-ċilindru tal-impatt huwa mmuntat bl-assi lonġitudinali tiegħu orizzontali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt. Il-pendlu għandu jolqot il-qiegħ tas-sieq, f’distanza ta’ 185 ± 2 mm mill-bażi tal-għarqub li jistrieħ fuq il-pjattaforma orizzontali riġida, sabiex il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tad-driegħ tal-pendlu taqa’ b’varjazzjoni ta’ 1o minn linja vertikali ma’ l-impatt. L-apparat tal-impatt għandu jkun iggwidat sabiex jeskludi moviment sinifikanti laterali, vertikali jew ta’ rotazzjoni.

1.3.6.   Ħalli perjodu ta’ mill-inqas 30 minuta bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess riġel.

1.3.7.   Is-sistema tal-kisba ta’ data, inklużi t-transducers, għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-CFC 600, kif deskritt fl-Anness 8.

1.4.   L-ispeċifikazzjoni tar-rendiment

1.4.1.   Meta kull ballun tas-sieq jintlaqat b’6,7 (± 0,1) m/s skont il-paragrafu 1,3, il-momentum massimu tal-liwja tal-parti t’isfel tal-qasba tas-sieq madwar l-assi y (My) għandu jkun ta’ 120 ± 25 Nm.

2.   IT-TEST TAL-IMPATT TAL-PARTI T’ISFEL TAS-SIEQ MINGĦAJR ŻARBUNA

2.1.   L-għan ta’ dan it-test huwa li titkejjel ir-reazzjoni tal-ġilda u l-inserzjoni tas-sieq tal-Hybrid III għal impatti frontali qawwija b’moviment ta’ pendlu li huma ddefiniti sew.

2.2.   L-immuntar komplet tal-parti t’isfel tar-riġel tal-Hybrid III, tax-xellug (86-5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammar bl-immuntar tas-sieq u tal-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), għandu jintuża, inkluż l-immuntar tal-irkoppa.

Is-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija (78051-319 Rev A) għandu jintuża biex jorbot sew l-immuntar tal-irkoppa (79051-16 Rev B) mal-apparat tat-test.

2.3.   Il-proċedura tat-test

2.3.1.   Kull immuntar tar-riġel għandu jinżamm (imxarrab) għal erba’ sigħat qabel it-test f’temperatura ta’ 22 ± 3 °C u f’umdità relattiva ta’ 40 ± 30 fil-mija. Il-perjodu biex jixxarrab m’għandux jinkludi l-ħin neċessarju biex jintlaħqu kundizzjonijiet ta’ stat stabbli.

2.3.2.   Naddaf il-wiċċ tal-impatt tal-ġilda u wkoll il-faċċata tal-apparat tal-impatt b’ bl-alkoħol isopropyl jew ekwivalenti qabel it-test. Farfar bit-terra. Ikkontrolla li m’hemm l-ebda dannu viżibbli fl-inserzjoni li tassorbi l-enerġija fl-għarqub.

2.3.3.   Qiegħed l-aċċelerometru tal-apparat tal-impatt f’linja mal-assi sensittiv tiegħu b’mod li jkun parallel għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-apparat tal-impatt.

2.3.4.   Immonta l-immuntar tar-riġel mal-apparat muri fil-Figura 2. L-apparat tat-test għandu jintrabat sew sabiex ma jkunx hemm moviment matul l-impatt. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija tal-wirk (78051-319) għandha tkun vertikali b’tolleranza ta’ ± 0,5o. Aġġusta l-immuntar b’mod li l-linja li tgħaqqad il-ġog tal-parti forma ta’ “U” irkoppa u s-sokra li bih titwaħħal l-għaksa tkun orizzontali b’tolleranza ta’ ± 3o, bl-għarqub jistrieħ fuq żewġ folji b’wiċċ ċatt ta’ frizzjoni baxxa (folja PTFE). Assigura ruħek li l-mili tal-qasba tas-sieq jitqiegħed kompletament lejn in-naħa tal-irkoppa tal-qasba tas-sieq. Aġġusta l-għaksa b’mod li l-pjan tal-qiegħ tas-sieq ikun vertikali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt b’tolleranza ta’ ± 3o u sabiex il-pjan saġittali tan-nofs tas-sieq jinġieb f’linja mad-driegħ tal-pendlu. Aġġusta l-ġog tal-irkoppa għal marġni ta’ 1,5 ± 0,5 g qabel kull test. Aġġusta l-ġog tal-għaksa ħalli dan ikun liberu u imbagħad issikka biżżejjed sabiex is-sieq tinżamm stabbli fuq il-folja PTFE.

2.3.5.   L-apparat riġidu tal-impatt jinkludi ċilindru orizzontali b’dijametru ta’ 50 ± 2 mm u driegħ li jsostni l-pendlu b’dijametru ta’ 19 ± 1 mm (il-Figura 4). Iċ-ċilindru għandu massa ta’ 1,25 ± 0,02 kg li jinkludi l-istrumenti għall-kejl u kwalunkwe parti mid-driegħ li jsostni fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta’ 285 ± 5 g. Il-massa ta’ kwalunkwe parti li ddur tal-fus li miegħu huwa mqabbad id-driegħ li jsostni m’għandhiex tkun akbar minn 100 g. It-tul bejn l-assi ċentrali orizzontali taċ-ċilindru tal-apparat tal-impatt u l-assi ta’ rotazzjoni tal-pendlu kollu għandu jkun 1 250 ± 1 mm. Iċ-ċilindru tal-impatt huwa mmuntat bl-assi lonġitudinali tiegħu orizzontali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt. Il-pendlu għandu jolqot il-qiegħ tas-sieq, f’distanza ta’ 62 ± 2 mm mill-bażi tal-għarqub li jistrieħ fuq il-pjattaforma orizzontali riġida, sabiex il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tad-driegħ tal-pendlu taqa’ b’varjazzjoni ta’ 1o minn linja vertikali mal-impatt. L-apparat tal-impatt għandu jkun iggwidat sabiex jeskludi moviment sinifikanti laterali, vertikali jew ta’ rotazzjoni.

2.3.6.   Ħalli perjodu ta’ mill-inqas 30 minuta bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess riġel.

2.3.7.   Is-sistema tal-kisba ta’ data, inklużi t-transducers, għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-CFC 600, kif deskritt fl-Anness 8.

2.4.   L-ispeċifikazzjoni tar-rendiment

2.4.1.   Meta kull għarqub tas-sieq jintlaqat b’4,4 ± 0,1 m/s skont il-paragrafu 2,3, l-aċċellerazzjoni massima tal-apparat tal-impatt għandha tkun ta’ 295 ± 50 g.

3.   IT-TEST TA’ IMPATT TAL-PARTI T’ISFEL TAS-SIEQ (BIŻ-ŻARBUNA)

3.1.   L-għan ta’ dan it-test huwa li tkun ikkontrollata r-reazzjoni taż-Żarbun u l-ġilda tal-għarqub u l-ġog tal-għaksa tal-Hybrid III ma’ impatti frontali qawwija b’moviment ta’ pendlu li huma ddefiniti sew.

3.2.   L-immuntar komplet tal-parti t’isfel tar-riġel tal-Hybrid III, tax-xellug (86-5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammar bl-immuntar tas-sieq u tal-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), għandu jintuża, inkluż l-immuntar tal-irkoppa. Is-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija (78051-319 Rev A) għandu jintuża biex jorbot sew l-immuntar tal-irkoppa (79051-16 Rev B) mal-apparat tat-test. Is-sieq għandha tkun mgħammra biż-żarbuna speċifikata fil-paragrafu 2.9.2 tal-Anness 5.

3.3.   Il-proċedura tat-test

3.3.1.   Kull immuntar tar-riġel għandu jinżamm (imxarrab) għal erba’ sigħat qabel it-test f’temperatura ta’ 22 ± 3 °C u f’umdità relattiva ta’ 40 ± 30 fil-mija. Il-perjodu biex jixxarrab m’għandux jinkludi l-ħin neċessarju biex jintlaħqu kundizzjonijiet ta’ stat stabbli.

3.3.2.   Naddaf il-wiċċ tal-impatt tal-qiegħ taż-żarbuna b’biċċa nadifa u l-faċċata tal-apparat tal-impatt bl-alkoħol isopropyl jew ekwivalenti qabel it-test. Ikkontrolla li m’hemm l-ebda dannu viżibbli fl-inserzjoni li tassorbi l-enerġija fl-għarqub.

3.3.3.   Qiegħed l-aċċelerometru tal-apparat tal-impatt f’linja mal-assi sensittiv tiegħu b’mod li jkun parallel għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-apparat tal-impatt.

3.3.4.   Immonta l-immuntar tar-riġel mal-apparat muri fil-Figura 3. L-apparat tat-test għandu jintrabat sew sabiex ma jkunx hemm moviment matul l-impatt. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija tal-wirk (78051-319) għandha tkun vertikali b’tolleranza ta’ ± 0,5o. Aġġusta l-muntatura sabiex il-linja li tgħaqqad il-parti forma ta’ “U” tal-irkoppa u s-sokra li minnha titwaħħal l-għaksa tkun orizzontali b’tolleranza ta’ ± 3o, bl-għarqub taż-żarbuna jistrieħ fuq żewġ folji b’wiċċ ċatt ta’ frizzjoni baxxa (folja PTFE). Assigura ruħek li l-mili tal-qasba tas-sieq jitqiegħed kompletament lejn in-naħa tal-irkoppa tal-qasba tas-sieq. Aġġusta l-għaksa sabiex pjan f’kuntatt mal-għarqub u mal-pett tal-qiegħ taż-żarbuna jkun vertikali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt b’tolleranza ta’ ± 3o u sabiex il-pjan saġittali tan-nofs tas-sieq u taż-żarbuna jinġieb f’linja mad-driegħ tal-pendlu. Aġġusta l-ġog tal-irkoppa għal marġni ta’ 1,5 ± 0,5 g qabel kull test. Aġġusta l-ġog tal-għaksa ħalli dan ikun liberu u imbagħad issikka biżżejjed sabiex is-sieq tinżamm stabbli fuq il-folja PTFE.

3.3.5.   L-apparat riġidu tal-impatt jinkludi ċilindru orizzontali b’dijametru ta’ 50 ± 2 mm u driegħ li jsostni l-pendlu b’dijametru ta’ 19 ± 1 mm (il-Figura 4). Iċ-ċilindru għandu massa ta’ 1,25 ± 0,02 kg inklużi l-istrumenti għall-kejl u kwalunkwe parti mid-driegħ li jsostni fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta’ 285 ± 5 g. Il-massa ta’ kwalunkwe parti li ddur tal-fus li miegħu huwa mqabbad id-driegħ li jsostni m’għandhiex tkun akbar minn 100 g. It-tul bejn l-assi ċentrali orizzontali taċ-ċilindru tal-apparat tal-impatt u l-assi ta’ rotazzjoni tal-pendlu kollu għandu jkun ta’ 1 250 ± 1 mm. Iċ-ċilindru tal-impatt huwa mmuntat bl-assi lonġitudinali tiegħu orizzontali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt. Il-pendlu għandu jolqot l-għarqub taż-żarbuna fi pjan orizzontali li huwa f’distanza ta’ 62 ± 2 mm ’il fuq mill-bażi tal-għarqub tal-manikin meta ż-żarbuna tistrieħ fuq il-pjattaforma orizzontali riġida, sabiex il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tad-driegħ tal-pendlu taqa’ fi grad wieħed minn linja vertikali mal-impatt. L-apparat tal-impatt għandu jkun iggwidat sabiex jeskludi moviment sinifikanti laterali, vertikali jew ta’ rotazzjoni.

3.3.6.   Ħalli perjodu ta’ mill-inqas 30 minuta bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess riġel.

3.3.7.   Is-sistema tal-kisba ta’ data, inklużi t-transducers, għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-CFC 600, kif deskritt fl-Anness 8.

3.4.   L-ispeċifikazzjoni tar-rendiment

3.4.1.   Meta l-għarqub taż-żarbun jintlaqat b’6,7 ± 0,1 m/s skont il-paragrafu 3.3, il-forza ta’ kompressjoni massima tal-qasba tas-sieq (Fz) għandha tkun ta’ 3,3 ± 0,5 kN.

Figura 1

It-test tal-impatt tal-parti ta’ fuq tas-sieq

L-ispeċifikazzjonijiet biex isir it-test

Image

Figura 2

It-test tal-impatt tal-parti t’isfel tas-sieq (mingħajr żarbun)

L-ispeċifikazzjonijiet biex isir it-test

Image

Figura 3

It-test tal-impatt tal-parti t’isfel tas-sieq (biż-żarbuna)

L-ispeċifikazzjonijiet biex isir it-test

Image

Figura 4

Il-pendlu tal-apparat tal-impatt

Image