|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.129.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
I Atti leġislattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġislattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/1 |
DEĊIŻJONI Nru 458/2010/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Mejju 2010
li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bit-tneħħija tal-finanzjament ta’ ċerti azzjonijiet Komunitarji u bil-bidla tal-limiti għall-finanzjament ta’ dawn l-azzjonijiet
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Il-politika tal-Unjoni dwar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (is-SEKA), għandha l-għan, skont it-termini tal-Programm tal-Aja, li tistabbilixxi żona komuni ta’ asil, permezz ta’ proċedura armonizzata effettiva li tkun konsistenti mal-valuri u t-tradizzjoni umanitarja tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Sar progress kbir f’dawn l-aħħar snin lejn l-istabbiliment tas-SEKA bis-saħħa tal-introduzzjoni ta’ standards minimi komuni. Madankollu għad hemm diskrepanzi kbar bejn Stat Membru u ieħor fl-għoti tal-protezzjoni internazzjonali u fis-suriet diversi li tali protezzjoni tingħata. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni, fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar l-Asil adottat f’Ġunju 2008, ħabbret l-intenzjoni tagħha li tiżviluppa s-SEKA billi tipproponi reviżjoni tal-istrumenti legali eżistenti sabiex tinkiseb armonizzazzjoni akbar tal-istandards applikabbli u billi ssaħħaħ l-appoġġ għall-koperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri, partikolarment bil-preżentazzjoni ta’ proposta leġislattiva għall-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-Uffiċċju ta’ Appoġġ), sabiex tiżdied il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri għall-implimentazzjoni effikaċi tar-regoli komuni. |
|
(4) |
Fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil, adottat f’Settembru 2008, il-Kunsill Ewropew solennement tenna li kwalunkwe barrani ppersegwitat għandu d-dritt li jikseb għajnuna u protezzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-Konvezjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati, kif emendata bil-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967, u trattati oħra rilevanti. Ġie maqbul ukoll espressament li l-Uffiċċju jiġi stabbilit fl-2009. |
|
(5) |
Il-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-asil għandha l-għan li żżid il-konverġenza u tiżgura li tinżamm il-kwalità attwali tal-proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Istati Membri f’dak is-settur, fi ħdan qafas leġiżlattiv Ewropew. Fis-snin reċenti diġà ttieħed numru sostanzjali ta’ miżuri ta’ kooperazzjoni prattika, notevolment l-adozzjoni ta’ approċċ komuni fir-rigward ta’ informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ oriġini u dwar l-istabbiliment ta’ kurrikulu dwar l-asil Ewropew komuni. L-Uffiċċju ta’ Appoġġ għandu jiġi stabbilit għat-tisħiħ u għall-iżvilupp ta’ dawk il-miżuri ta’ kooperazzjoni. |
|
(6) |
Fl-interess tas-simplifikazzjoni tal-azzjonijiet ta’ appoġġ għall-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-asil, u safejn l-Uffiċċju ta’ Appoġġ għandu jkun responsabbli għal ċerti kompiti li huma attwalment iffinanzjati taħt il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, hu meħtieġ li r-responsabbiltà’ għal ċerti azzjonijiet Komunitarji previsti fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE (2) tiġi trasferita mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati lill-Uffiċċju ta’ Appoġġ sabiex tkun żgurata l-aqwa kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-asil. |
|
(7) |
Sabiex jittieħed kont tat-tnaqqis tal-ambitu tal-azzjonijiet Komunitarji, il-limitu tal-finanzjament tagħhom stabbilit fid-Deċiżjoni 573/2007/KE għandu jitnaqqas minn 10 % tar-riżorsi disponibbli tal-Fond għal 4 %. |
|
(8) |
Huwa xieraq li jitnaqqas il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE sabiex isiru disponibbli r-riżorsi għall-kontribuzzjoni għall-finanzjament tal-Uffiċċju ta’ Appoġġ. |
|
(9) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, fir-rigward tal-ispazju ta’ liberta’, sigurtà’ u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u la hija marbuta biha u lanqas hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 573/2007 KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 12(1) jiġi sostitwit b’li ġej: “1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta’ EUR 614 miljun.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Artikolu 4
Din id- Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ Mejju 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
D. LÓPEZ GARRIDO
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-25 ta’ Frar 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 459/2010
tas-27 ta' Mejju 2010
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal ċerti pestiċidi f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-azoxystrobin, is-cypermethrin, l-indoxacarb, l-isoxaflutole, l-ethephon il-fenitrothion, il-lambda-cyhalothrin, il-methomyl, il-profenofos, il-pyraclostrobin, it-thiacloprid, it-triadimefon, it-triadimenol u t-trifloxystrobin, il-livelli massimi ta’ residwi (LMR) ġew stipulati fil-parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-aminopyralid, il-boscalid, il-buprofezin, il-chlorantraniliprole, is-cyprodinil, id-difenoconazole, il-flusilazole, il-fosetyl, l-imidacloprid, il-mandipropamid, il-metazachlor, il-prothioconazole, l-ispinetoram, l-ispirotetramat, il-kubrit u t-tebuconazole l-LRM kienu stabbiliti fil-parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura, skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2), għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva azoxystrobin għall-użu fuq in-nevew, saret applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-emendi tal-LRM eżistenti. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-aminopyralid, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq il-mergħat. Minħabba dik l-applikazzjoni, jeħtieġ li jiġu mmodifikati l-LRM eżistenti għall-kilwa tal-bovini għaliex permezz tal-mergħa l-pestiċida hija inġestita mill-bhejjem. Saret applikazzjoni għall-użu tal-boscalid fuq il-ħjar żgħir immarinat u z-zukkini. Fir-rigward tal-cyprodinil, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq il-krafes. Fir-rigward tal-difenoconazole, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq il-bużbież, it-tursin, il-weraq tal-karfus u l-maxxita. Saret applikazzjoni għall-użu tal-indoxacarb fuq iċ-ċirasa u l-pitravi taz-zokkor. Fir-rigward tal-isoxaflutole, din l-applikazzjoni saret biex tibdel id-definizzjoni tar-residwu. Fir-rigward tal-fosetyl, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq ir-ravanell. Fir-rigward tal-lambda-cyhalothrin, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq il-qaqoċċ u s-sultanas. Fir-rigward tal-metazachlor, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq iż-żerriegħa tal-kolza, il-kale, il-koboċċi, in-nevew, il-ġdur u ċ-ċereali. Minħabba din l-applikazzjoni, jeħtieġ ukoll li jiġu mmodifikati l-LRM attwali għall-fwied tal-bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż, billi ż-żerriegħa tal-kolza, il-kale, il-koboċċi, in-nevew, il-ġdur u ċ-ċereali jintużaw bħala għalf għal dawn l-annimali. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi mmodifikata d-definizzjoni tar-residwu fuq il-prodotti tal-annimali. Fir-rigward tal-pyraclostrobin, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq il-pitravi, il-ħjar żgħir immarinat u z-zukkini. Fir-rigward tal-spirotetramat, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq il-għajnbaqar u ċ-ċirasa. Fir-rigward tat-tebuconazole, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq in-nevew u l-ġdur. Fir-rigward tat-thiacloprid, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq il-ħass valerjanella, il-krafes u l-bużbież. Fir-rigward tat-trifloxystrobin, din l-applikazzjoni saret għall-użu fuq iz-zunnarija l-bajda, l-għeruq tat-tursin, is-sassefrika, in-nevew u l-ġdur. |
|
(4) |
B’konformità mal-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 saru l-applikazzjonijiet għall-użu tas-spinetoram fuq il-ħawħ (inkluż in-nuċiprisk) u l-berquq. L-użu awtorizzat tas-spinetoram fuq il-ħawħ, in-nuċiprisk u l-berquq fl-Afrika t'Isfel, l-Arġentina, iċ-Ċili, in-New Zealand u l-Iżrael iwasslu għal residwi iktar għolja tal-LRM fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għalhekk, biex ma jkunx hemm ostakoli għall-importazzjoni tal-ħawħ, in-nuċiprisk u l-berquq jeħtieġ LMR ogħla. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew ivvalutati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ valutazzjoni tressqu lill-Kummissjoni. |
|
(6) |
L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, evalwat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' valutazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat opinjonijiet motivati dwar l-LMR proposti (3). Għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
|
(7) |
Fl-opinjonijiet motivati tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti tagħha kollha b’rigward għad-dejta ġew sodisfatti u li l-emendi għall-LMR mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-esportazzjoni tal-konsumatur għal 27 grupp speċifiku ta' konsumaturi Ewropej. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-espożizzjoni tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-espożizzjoni fil-medda qasira ta' żmien minħabba l-konsum estrem tal-prodotti kkonċernati ma wrew li kien hemm riskju li l-konsum aċċetabbli ta' kuljum (DAK) jew li d-doża ta’ referenza akuta (DRA) ma nqabżet. F’xi każijiet l-Awtorità qieset li kien jeħtieġ LMR iktar għoli mil-LMR propost mill-Istat Membru li qed jevalwa. F’dawk il-każijiet huwa xieraq li jiġi permess l-LMR iktar għoli, kif propost mill-Awtorità sakemm l-Awtorità tkun qieset dan l-LMR sikur. F’xi każijiet l-Awtorità qieset li LMR iktar baxx minn dak l-LMR propost mill-Istat Membru li qed jevalwa kien suffiċjenti. F’dawk il-każijiet huwa xieraq li jiġi ffissat l-LMR iktar baxx. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru. 396/2005 l-Awtorità evalwat is-sikurezza tal-LMR attwali għall-etephon (4) u kkonkludiet li l-LMR għal 12-il uċuħ tal-art għandu jiġi ffissat ogħla biex iqis is-CXL eżistenti. |
|
(9) |
Fir-rigrward tal-fenitrothion, il-validità tal-LMR għaċ-ċereali skada fl-1 ta’ Ġunju 2009. Minħabba ċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi indikat l-inqas limitu tad-determinazzjoni analitika (LDA) għal dik il-pestiċida fuq iċ-ċereali fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-kubrit, l-Awtorità rrakkomandat fil-konklużjoni tagħha (5) biex ma tkomplix tiffissa l-LMR għal dak il-pestiċida minħabba t-tossiċità baxxa tagħha. Minħabba dik il-konklużjoni huwa xieraq li jitħassru l-LMR eżistenti għal dik il-pestiċida u tiġi inkluża fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Imsejsa fuq l-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki mitluba għal-LMR jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) u tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(12) |
Fl-4 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni Codex Alimentarius (CAC) adottat is-CXLs għall-azoxystrobin, il-buprofezin, il-chlorantraniliprole, il-cypermethrin, il-flusilazole, l-imidacloprid, il-lambda-cyhalothrin, il-mandipropamid, il-methomyl, il-profenofos, il-prothioconazole, is-spinetoram, is-spirotetramate, it-tebuconazole, it-triadimefon u t-triadimenol. Dawn is-CXLs għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 bħala LMR, minbarra dawk is-CXLs li mhumiex sikuri għall-grupp tal-konsumaturi Ewropej u għal-liema l-Unjoni ppreżentat riżerva għas-CAC. |
|
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-LMR għall-ethephon għandu jibda japplika mit-8 ta' Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli fuq :
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR attwali għall-aminopyralid fuq il-kilwa tal-bovini. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 302, 1.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għall-azoxystrobin fuq in-nevew, il-Ġurnal EFSA 2009. 7(9):1308.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għat-cyprodinil fil-krafes. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 325.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għad-difenoconazole f’bosta ħxejjex bil-weraq. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 337.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar l-emenda tal-LMR attwali għall-indoxacarb fiċ-ċirasa u l-pitravi taz-zokkor. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 324.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR attwali għall-isoxaflutole. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 323.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR attwali għall-fosetyl-al fuq ir-ravanell. Il-Ġurnal EFSA 2009; 7(9):1313.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għal-lambda-cyhalothrin, Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 226 u 330.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR attwali għall-metazachlor fuq il-fwied. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 320.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR attwali għall-pyraclostrobin, Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 342.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR attwali għall-spinetoram fuq il-ħawħ u l-berquq. Il-Ġurnal EFSA 2009; 7(9):1312.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR attwali għas-spirotetramat. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 306.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR attwali għat-tebuconazole fil-mandolin u l-grott tal-passjoni. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 1368.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR attwali għat-thiacloprid. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 307.
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR attwali għat-trifloxystrobin f’diversi uċuh tal-art. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2008) 314.
(4) Reviżjoni ta’ Opinjoni Raġunata ta’ LMR attwali għall-ethephon. Il-Ġurnal EFSA 2009; 7(10):1347.
(5) Il-konklużjoni tar-reviżjoni inter pares dwar il-pestiċidi fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ riskju tas-sustanza attiva tal-kubrit. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2008) 221.
ANNESS
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II l-intestatura “Isoxaflutole (is-somma tal-isoxaflutole, l-RPA 202248 u l-RPA 203328, expressa bħala isoxaflutole)” tinbidel billi titneħħa “u l-RPA 203328”; ir-ringieli għall-azoxystrobin, is-cypermethrin, l-indoxacarb, l-ethephon, il-fenitrothion, il-lambda-cyhalothrin, il-methomyl, il-profenofos, il-pyraclostrobin, it-thiacloprid, it-triadimefon, it-triadimenol u t-trifloxystrobin huma mibdula b’dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
Fl-Anness IV, l-entrata: “kubrit” tiżdied, f’ordni alfabetiku. |
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(*2) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*3) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(3) Għal-lista kompluta ta' prodotti li joriġinaw mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*4) Tindika l-limitu minimu ta' determinazzjoni analitika.
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/50 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 460/2010
tas-27 ta’ Mejju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
|
(2) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2007, l-2008 u l-2009, jeħtieġ li jiġu aġġustati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż n-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda. |
|
(3) |
B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
“ANNESS XVII
DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2
Bla ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies indikattiva biss. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-ambitu tad-dazji addizzjonali huwa determinat minn dak tal-kodiċijiet tan-NM kif kienu fi żmien l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
Numru tas-serje |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu ta’ applikazzjoni |
Livell tal-iskattar (f’tunnellati) |
|
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju |
1 215 526 |
|
78.0020 |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
966 429 |
||
|
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru |
11 879 |
|
78.0075 |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April |
18 611 |
||
|
78.0085 |
0709 90 80 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju |
8 866 |
|
78.0100 |
0709 90 70 |
Zukkini |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru |
55 369 |
|
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju |
355 386 |
|
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementina |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
529 006 |
|
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inkluż it-tanġerini u s-satsumi); il-wilkings u l-ibridi simili taċ-ċitru |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
96 377 |
|
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru |
329 903 |
|
78.0160 |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju |
92 638 |
||
|
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru |
146 510 |
|
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu |
829 840 |
|
78.0180 |
Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru |
884 648 |
||
|
78.0220 |
0808 20 50 |
Lanġas |
Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April |
280 764 |
|
78.0235 |
Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru |
83 435 |
||
|
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju |
49 314 |
|
78.0265 |
0809 20 95 |
Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa |
Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu |
90 511 |
|
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
6 867 |
|
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
57 764 ” |
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/52 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 461/2010
tas-27 ta’ Mejju 2010
dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 19/65/KEE tat-2 ta’ Marzu 1965 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ ftehim u prattiċi miftiehma (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament,
Wara li kkunsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Nru 19/65/KEE jagħti l-poter lill-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (*1) permezz ta’ regolament għal ċerti kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma korrispondenti li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Regolamenti dwar eżenzjoni ta’ kategorija japplikaw għall-akkordji vertikali li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet u jistgħu jkunu ġenerali jew speċifiċi għal settur. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ddefiniet kategorija ta’ akkordji vertikali li hi tqis li normalment jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat u għal dan il-għan adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (2), li jissostitwixxi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 (3). |
|
(3) |
Is-settur tal-vetturi bil-mutur, li jinkludi kemm il-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali, ilu soġġett għal regolamenti dwar eżenzjoni ta’ kategorija speċifiċi mill-1985, l-aktar reċenti huwa r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vettur bil-mutur (4). Ir-Regolament (KE) Nru 2790/1999 iddikjara b’mod espliċitu li ma japplikax għall-akkordji vertikali li jaqgħu fl-ambitu ta’ kwalunkwe regolament ieħor dwar eżenzjoni ta’ kategorija. Is-settur tal-vetturi bil-mutur għalhekk ma jaqax fl-ambitu ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1400/2002 jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2010. Madankollu, is-settur tal-vetturi bil-mutur għandu jkompli jibbenefika minn eżenzjoni ta’ kategorija sabiex jissimplifika l-amministrazzjoni u jnaqqas l-ispejjeż ta’ konformità għall-impriżi konċernati, waqt li jiżgura superviżjoni effettiva tas-swieq skont l-Artikolu 103(2)(b) tat-Trattat. |
|
(5) |
L-esperjenza miksuba mill-2002 fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda, id-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil u l-provvista ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur, tirrendi possibbli d-definizzjoni ta’ kategorija ta’ akkordji vertikali fis-setturi tal-vetturi bil-mutur li tista’ titqies bħala li normalment tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. |
|
(6) |
Din il-kategorija tinkludi akkordji vertikali dwar ix-xiri, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda, akkordji vertikali dwar ix-xiri, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur u akkordji vertikali għall-provvista ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għat-tali vetturi, fejn dawk l-akkordji jiġu konklużi bejn impriżi li mhumiex f’kompetizzjoni, bejn ċerti kompetituri, jew minn ċerti assoċjazzjonijiet ta’ bejjiegħa bl-imnut jew garaxxijiet tat-tiswija. Din tinkludi wkoll akkordji vertikali li jkun fihom dispożizzjonijiet anċillari dwar l-għoti jew l-użu ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. It-terminu “akkordji vertikali” għandu ikun għalhekk iddefinit biex jinkludi kemm akkordji bħal dawn kif ukoll il-prattiċi miftiehma korrispondenti. |
|
(7) |
Ċerti tipi ta’ akkordji vertikali jistgħu jtejbu l-effiċjenza ekonomika fi ħdan katina ta’ produzzjoni jew distribuzzjoni billi jiffaċilitaw koordinazzjoni aħjar bejn l-impriżi parteċipanti. B’mod partikolari, jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ tranżazzjoni u distribuzzjoni tal-partijiet u għal ottimizzazzjoni tal-livelli tal-bejgħ u l-investiment tagħhom. |
|
(8) |
Il-probabbiltà li dawn l-effetti li jsaħħu l-effiċjenza jkunu akbar minn kull effett antikompetittiv minħabba restrizzjonijiet li jinsabu f’akkordji vertikali tiddependi fuq il-grad ta’ poter fis-suq tal-partijiet fl-akkordju u, għalhekk, fuq sa fejn dawk l-impriżi jaffaċċjaw kompetizzjoni minn fornituri oħra ta’ oġġetti jew servizzi li l-klijenti tagħhom iqisu li jkunu skambjabbli jew sostitwibbli għal xulxin, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet u l-użu maħsub tagħhom. Akkordji vertikali li fihom restrizzjonijiet li x’aktarx jirrestrinġu l-kompetizzjoni u jagħmlu ħsara lill-konsumaturi, jew li mhumiex indispensabbli għall-kisba tal-effetti li jsaħħu l-effiċjenza, għandhom jiġu esklużi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija. |
|
(9) |
Sabiex jiġi definit l-ambitu xieraq ta’ regolament dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kondizzjonijiet kompetittivi fis-settur rilevanti. F’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-monitoraġġ fil-fond tas-settur tal-vetturi bil-mutur imsemmija fir-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-operat tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tat-28 ta’ Mejju 2008 (5) u fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Qafas Ġejjieni tal-Liġi tal-Kompetizzjoni applikabbli għas-settur tal-vetturi bil-mutur tat-22 ta’ Lulju 2009 (6) urew li għandha ssir distinzjoni bejn akkordji dwar id-distribuzzoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda u akkordji għall-provvista ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil. |
|
(10) |
Fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda, ma jidhirx li hemm xi nuqqasijiet sinjifikanti ta’ kompetizzjoni li jiddistingwu dan is-settur minn setturi oħra ekonomiċi u li jistgħu jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ regoli differenti u aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 330/2010. Il-limitu tas-sehem mis-suq, in-nuqqas ta’ eżenzjoni ta’ ċerti akkordji vertikali u l-kondizzjonijiet l-oħra stipulati f’dak ir-Regolament normalment jiżguraw li l-akkordji vertikali dwar id-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Għaldaqstant, tali akkordji għandhom jibbenefikaw mill-eżenzjoni mogħtija bir-Regolament (UE) Nru 330/2010, soġġetti għall-kondizzjonijiet kollha stipulati fih. |
|
(11) |
Fir-rigward tal-akkordji dwar id-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil u għall-provvista tas-servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati ċerti karatteristiċi speċifiċi tas-suq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur. B’mod partikolari, l-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002 turi li ż-żidiet fil-prezz għal xogħol ta’ tiswija individwali huma biss parzjalment riflessi fiż-żieda fl-affidabilità ta’ karozzi moderni u t-titwil tal-intervalli bejn is-servizzi ta’ manutenzjoni. Dawn it-tendenzi tal-aħħar huma konnessi mal-evoluzzjoni teknoloġika u mal-kumplessità u affidabilità ogħla ta’ komponenti tal-vetturi bil-mutur li l-manifatturi tal-vetturi jixtru mingħand il-fornituri tat-tagħmir oriġinali. Fornituri bħal dawn ibiegħu l-prodotti tagħhom bħala partijiet tal-bdil fis-suq ta’ wara l-bejgħ kemm permezz tan-netwerks tat-tiswija awtorizzati tal-manifatturi tal-vetturi u permezz ta’ kanali indipendenti, li b’hekk jirrappreżentaw forza kompetittiva importanti fis-suq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur. Il-medja tal-ispejjeż li jeħlu l-konsumaturi fl-Unjoni għas-servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur jirrappreżentaw proporzjon għoli ħafna tal-infiq totali tal-konsumaturi fuq il-vetturi bil-mutur. |
|
(12) |
Il-kondizzjonijiet kompetittivi fis-suq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur ukoll għandhom effett dirett fuq is-sigurezza pubblika, fis-sens li l-vetturi jistgħu jinsaqu b’mod mhux sigur jekk ma jiġux imsewwija korrettament, kif ukoll fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent, minħabba li l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u materjal ieħor li jniġġes l-arja jistgħu jkunu ogħla meta jkunu ġejjin minn vetturi li ma jkunux għaddew minn xogħol ta’ manutenzjoni regolari. |
|
(13) |
Sa fejn jista’ jiġi definit suq ta’ wara l-bejgħ separat, l-eżistenza ta’ kompetizzjoni effettiva fis-swieq għax-xiri u l-bejgħ ta’ partijiet tal-bdil, kif ukoll għall-provvista ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur, tiddependi fuq il-livell ta’ interazzjoni kompetittiva bejn garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati, jiġifieri dawk li joperaw fi ħdan netwerks tat-tiswija stabbiliti direttament jew indirettament minn manifatturi tal-vetturi, kif ukoll bejn operaturi awtorizzati u indipendenti, inklużi fornituri tal-partijiet tal-bdil u garaxxijiet tat-tiswija indipendenti. Il-kapaċità ta’ dawn tal-aħħar li jikkompetu tiddependi fuq aċċess mhux ristrett għal inputs essenzjali bħal partijiet tal-bdil u informazzjoni teknika. |
|
(14) |
Fid-dawl ta’ dawk id-dettalji speċifiċi, ir-regoli li hemm fir-Regolament (UE) Nru 330/2010, inkluż il-limitu tas-sehem mis-suq ta’ 30 %, huma neċessarji iżda mhux suffiċjenti sabiex jiżguraw li l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija jkun riżervat biss għal dawk l-akkordji vertikali dwar id-distribuzzjoni ta’ partiiet tal-bdil u għall-provvista ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni li għalihom jista’ jiġi assunt b’ċertezza suffiċjenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. |
|
(15) |
Għaldaqstant, akkordji vertikali dwar id-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil u għall-provvista ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għandhom jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta’ kategorija biss jekk, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 330/2010, jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar stretti li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti tipi ta’ restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni li jistgħu jillimitaw il-provvista u l-użu ta’ partijiet tal-bdil fis-suq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur. |
|
(16) |
B’mod partikolari, il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija m’għandux jingħata lil akkordji li jirrestrinġu l-bejgħ ta’ partijiet tal-bejgħ minn membri tas-sistema tad-distribuzzjoni selettiva ta’ manifattur tal-vetturi lil garaxxijiet tat-tiswija indipendenti, li jużawhom għall-provvista ta’ servizzi tat-tiswija jew manutenzjoni. Mingħajr aċċess għal dawn l-imsemmija partijiet tal-bdil, dawn is-sewwejja indipendenti ma jkunux jistgħu jikkompetu effettivament ma’ garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati, peress li ma jkunux jistgħu jipprovdu lill-konsumaturi b’servizzi ta’ kwalità tajba li jikkontribwixxu għal funzjonament li hu sigur u affidabbli tal-vetturi bil-mutur. |
|
(17) |
Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq tat-tiswija u l-manutenzjoni u sabiex il-garaxxijiet tat-tiswija jkunu jistgħu joffru lill-utenti finali partijiet tal-bdil konkorrenti, l-eżenzjoni ta’ kategorija m’għandhiex tkopri akkordji vertikali li, għalkemm jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 330/2010, jirrestrinġu l-kapaċità ta’ prodottur ta’ partijiet tal-bdil li jbiegħ tali partijiet lil garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni ta’ manifattur tal-vetturi, distributuri indipendenti ta’ partijiet tal-bdil, garaxxijiet tat-tiswija indipendenti jew utenti finali. Dan ma jaffettwax ir-responsabbiltà tal-produtturi tal-partijiet tal-bdil taħt il-liġi ċivili, jew il-kapaċità tal-manifatturi tal-vetturi li jeħtieġu garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni tagħhom li jużaw biss partijiet tal-bdil li għandhom kwalità ugwali għall-komponenti użati għall-immuntar ta’ vettura bil-mutur partikolari. Barra minn hekk, minħabba l-involviment kuntrattwali dirett tal-manifatturi tal-vetturi fit-tiswijiet taħt il-garanzija, l-isservisjar b’xejn, u l-operazzjonijiet tas-sejħiet lura, l-akkordji li fihom obbligi fuq garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati li jużaw biss partijiet tal-bdil ipprovduti mill-manifattur tal-vettura għal dawk it-tiswijiet għandhom ikunu koperti bl-eżenzjoni. |
|
(18) |
Finalment, sabiex tippermetti garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati u indipendenti u l-utenti finali biex jiddentifikaw il-manifattur tal-komponenti tal-vetturi bil-mutur jew tal-partijiet tal-bdil u biex jagħzlu bejn partijiet alternattivi, l-eżenzjoni ta’ kategorija m’għandhiex tkopri akkordji li permezz tagħhom manifattur ta’ vetturi bil-mutur jillimita l-kapaċità ta’ manifattur ta’ komponenti jew partijiet tal-bdil oriġinali milli jpoġġi t-trejdmark jew logo tiegħu b’mod effettiv u viżibbli fuq dawk il-partijiet. |
|
(19) |
Sabiex jingħata żmien lill-operaturi kollha sabiex jadattaw għal dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002 relatat mal-akkordji vertikali dwar ix-xiri, il-bejgħ u l-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda sal-31 ta’ Mejju 2013. Fir-rigward tal-akkordji vertikali dwar id-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil u għall-provvista ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010 sabiex tkompli tiġi żgurata protezzjoni xierqa tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-vetturi bil-mutur ta’ wara l-bejgħ. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni se tkun qed timmonitorja, fuq bażi kontinwa, l-iżviluppi fis-settur tal-vetturi bil-mutur u se tieħu azzjoni rimedjali xierqa jekk jinħoloq nuqqas ta’ kompetizzjoni li jista’ jwassal għal dannu lill-konsumatur fuq is-suq tad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda jew tal-forniment tal-partijiet tal-bdil jew tas-servizzi ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-benefiċċji ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (7) meta, f’każ partikolari, akkordju li tapplika għalih l-eżenzjoni prevista f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li huma inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. |
|
(22) |
L-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fir-rigward tat-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew parti minnu, meta, f’każ partikolari, akkordju li tapplika għalih l-eżenzjoni prevista f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li jkunu inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew f’parti minnu, u fejn tali territorju jkollu l-karatteristiċi kollha ta’ suq ġeografiku distint. |
|
(23) |
Fid-deċiżjoni dwar jekk il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament għandux jiġi rtirat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, għandhom importanza partikolari l-effetti antikompetittivi li jistgħu jirriżultaw mill-eżistenza ta’ netwerks paralleli ta’ akkordji vertikali b’effetti simili li jirrestrinġu b’mod sinifikanti l-aċċess għal suq rilevanti jew il-kompetizzjoni fl-istess suq. Tali effetti kumulattivi jistgħu, pereżempju, jirriżultaw fil-każ ta’ distribuzzjoni selettiva jew obbligi li wieħed ma jikkompetix. |
|
(24) |
Sabiex issaħħaħ is-superviżjoni ta’ netwerks paralleli ta’ akkordji vertikali b’effetti antikompetittivi simili u li jkopru aktar minn 50 % ta’ suq partikolari, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li dan ir-Regolament ma japplikax għal akkordji vertikali li jkun fihom restrizzjonijiet speċifiċi relatati mas-suq ikkonċernat, biex b’hekk l-Artikolu 101 tat-Trattat jerġa’ japplika bis-sħiħ għal dawn l-akkordji. |
|
(25) |
Huwa xieraq li jitfassal rapport ta’ evalwazzjoni tal-operat ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġu eżaminati l-effetti ta’ dan ir-Regolament fuq il-kompetizzjoni fil-bejgħ bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur, fil-provvista ta’ partijiet tal-bdil u fis-servizzi ta’ manutenzjoni ta’ wara l-bejgħ għall-vetturi bil-mutur fis-suq intern, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“akkordju vertikali” tfisser akkordju jew prattika miftiehma konkluż bejn żewġ impriżi jew aktar li kull waħda minnhom topera, għall-iskopijiet tal-akkordju jew tal-prattika miftiehma, f’livell differenti tal-katina ta’ produzzjoni jew ta’ distribuzzjoni, u li jirrigwarda l-kundizzjonijiet li taħthom il-partijiet jistgħu jixtru, ibiegħu jew ibiegħu mill-ġdid ċerti oġġetti jew servizzi; |
|
(b) |
“restrizzjoni vertikali” tfisser restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’akkordju vertikali li taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat; |
|
(c) |
“garaxx tat-tiswija awtorizzat” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur li jopera fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni stabbilita minn fornitur ta’ vetturi bil-mutur; |
|
(d) |
“distributur awtorizzat” tfisser distributur ta’ partijiet tal-bdil għall-vetturi bil-mutur li jopera fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni stabbilita minn fornitur ta’ vetturi bil-mutur; |
|
(e) |
“garaxx tat-tiswija indipendenti” tfisser:
|
|
(f) |
“distributur indipendenti” tfisser:
|
|
(g) |
“vettura bil-mutur” tfisser vettura awtomotriċi maħsuba għall-użu fuq it-toroq pubbliċi u li għandha tlieta jew aktar roti għat-triq; |
|
(h) |
“partijiet tal-bdil” tfisser oġġetti li għandhom jiġu stallati fi jew fuq vettura bil-mutur ħalli jibdlu komponenti ta’ dik il-vettura, inklużi oġġetti bħal lubrikanti li huma neċessarji għall-użu ta’ vettura bil-mutur, bl-eċċezzjoni tal-karburant; |
|
(i) |
“sistema ta’ distribuzzjoni selettiva” tfisser sistema ta’ distribuzzjoni fejn il-fornitur jaċċetta li jbiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, jew direttament jew indirettament, lil distributuri magħżula abbażi ta’ kriterji speċifikati biss u fejn dawn id-distributuri jobbligaw ruħhom li ma jbiegħux dawn l-oġġetti jew servizzi lil distributuri li ma jkunux awtorizzati fit-territorju rriżervat mill-fornitur sabiex jopera dik is-sistema. |
2. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini “impriża”, “fornitur”, “manifattur” u “xerrej” għandhom jinkludu l-intrapriżi konnessi rispettivi tagħhom.
“Impriżi konnessi” tfisser:
|
(a) |
impriżi li fihom parti fl-akkordju, direttament jew indirettament:
|
|
(b) |
impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) fuq parti fl-akkordju; |
|
(c) |
impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a); |
|
(d) |
impriżi li fihom parti fl-akkordju flimkien ma’ waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a); |
|
(e) |
impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament minn:
|
KAPITOLU II
AKKORDJI VERTIKALI DWAR IX-XIRI, IL-BEJGĦ JEW IL-BEJGĦ MILL-ĠDID TA’ VETTURI BIL-MUTUR ĠODDA
Artikolu 2
Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002
Skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat, mill-1 ta’ Ġunju 2010 sal-31 ta’ Mejju 2013, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għal akkordji vertikali relatati mal-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet jistgħu jixtru, jbiegħu jew jbiegħu mill-ġdid vetturi bil-mutur ġodda li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal eżenzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1400/2002 li huma relatati speċifikament ma’ akkordji vertikali dwar ix-xiri, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda.
Artikolu 3
L-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 330/2010
B’effett mill-1 ta’ Ġunju 2013, ir-Regolament (UE) Nru 330/2010 għandu japplika għal akkordji vertikali relatati max-xiri, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda.
KAPITOLU III
AKKORDJI VERTIKALI DWAR IS-SUQ TA’ WARA L-BEJGĦ TAL-VETTURI BIL-MUTUR
Artikolu 4
Eżenzjoni
Skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għal akkordji vertikali relatati mal-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet jistgħu jixtru, ibiegħu jew ibiegħu mill-ġdid partijiet tal-bdil għall-vetturi bil-mutur jew jipprovdu servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal eżenzjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 330/2010 u ma fihomx kwalunkwe klawżola fundamentali elenkata fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.
Din l-eżenzjoni għandha tapplika sa fejn dawn l-akkordji jkunu jinkludu restrizzjonijiet vertikali.
Artikolu 5
Restrizzjoniijet li jneħħu l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija - restrizzjonijiet fundamentali
L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 4 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali li, direttament jew indirettament, waħedhom jew flimkien ma’ fatturi oħra taħt il-kontroll tal-partijiet, ikollhom bħala għan:
|
(a) |
ir-restrizzjoni tal-bejgħ ta’ partijiet tal-bdil għall-vetturi bil-mutur minn membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva lil garaxxijiet tat-tiswija indipendenti li jużaw dawk il-partijiet għat-tiswija jew manutenzjoni ta’ vettura bil-mutur; |
|
(b) |
ir-restrizzjoni, miftiehma bejn fornitur ta’ partijiet tal-bdil, għodda tat-tiswija jew tagħmir dijanjostiku jew ieħor u manifattur ta’ vetturi bil-mutur, tal-kapaċità tal-fornitur li jbiegħ dawk l-oġġetti lil distributuri awtorizzati jew indipendenti jew lil garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati jew indipendenti jew lill-utenti finali; |
|
(c) |
ir-restrizzjoni, miftiehma bejn manifattur ta’ vetturi bil-mutur li juża komponenti għall-immuntar inizjali ta’ vetturi bil-mutur u l-fornitur ta’ tali komponenti, tal-kapaċità tal-fornitur li jpoġġi t-trejdmark jew il-logo tiegħu b’mod effettiv u faċilment viżibbli fuq il-komponenti forniti jew fuq il-partijiet tal-bdil. |
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 6
Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
Skont l-Artikolu 1a tar-Regolament Nru 19/65/KEE, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li, fejn netwerks paralleli ta’ restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru aktar minn 50 % ta’ suq rilevanti, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal akkordji vertikali li jkunu jinkludu restrizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ dak is-suq.
Artikolu 7
Rapport ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u tfassal rapport dwar it-tħaddim tiegħu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2021, b’kunsiderazzjoni partikolari għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat.
Artikolu 8
Perijodu ta’ validità
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010.
Għandu jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU 36, 6.3.1965, p. 533/65.
(*1) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikolu 81 tat-Trattat KE sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ Artikoli huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, referenzi għall-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom, fejn xieraq, jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 81 tat-Trattat KE.
(2) ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1.
(3) ĠU L 336, 29.12.1999, p. 21.
(4) ĠU L 203, 1.8.2002, p. 30.
(5) SEC(2008) 1946.
(6) COM(2009) 388.
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/58 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 462/2010
tas-27 ta’ Mejju 2010
dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni tal-qamħirrum impurtat lejn Spanja minn pajjiżi terzi għas-sena tal-kwota tal-2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-obbligi internazzjonali tal-Komunità fil-kuntest tan-negozjati multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (2), il-Komunità ħadet l-impenn li timporta ċerta kwantità ta’ qamħirrum fi Spanja. |
|
(2) |
Il-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3) stabbilixxa r-regoli speċifiċi ddettaljati meħtieġa sabiex ikun hemm tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet ipprovduti fl-Artikolu 1(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament ikunu tassew impurtati. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-qagħda tas-suq fi Spanja fl-2010, jeħtieġ li tinfetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum, biex il-kwota tal-importazzjoni tintuża bis-sħiħ. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 (4) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni tal-qamħirrum impurtat lejn Spanja minn pajjiżi terzi sas-17 ta’ Diċembru 2009. Din is-sejħa għall-offerti ttawlet sas-27 ta’ Mejju 2010 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1292/2009 (5). Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 676/2009 għandu jitħassar. |
|
(5) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għandha ssir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju msemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-qamħirrum impurtat fi Spanja.
2. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.
Artikolu 2
Is-sejħa għall-offerti se tibqa’ miftuħa sas-16 ta’ Diċembru 2010. Matul il-perjodu tas-sejħa għall-offerti, għandhom isiru sejħiet parzjali għall-offerti li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti għandhom ikunu stabbiliti fl-avviż tas-sejħa.
Artikolu 3
Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti għandhom ikunu validi għal ħamsin jum mid-data li fiha jinħarġu, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.
Artikolu 4
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 għandu jitħassar.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.
Għandu jiskadi fis-16 ta’ Diċembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2010
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
(3) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/60 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 463/2010
tas-27 ta’ Mejju 2010
dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni tal-qamħirrum impurtat lejn il-Portugall minn pajjiżi terzi għas-sena tal-kwota tal-2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-obbligi internazzjonali tal-Komunità fil-kuntest tan-negozjati multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (2), il-Komunità ħadet l-impenn li timporta ċerta kwantità ta’ qamħirrum fil-Portugall. |
|
(2) |
Il-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3) stabbilixxa r-regoli speċifiċi ddettaljati meħtieġa sabiex ikun hemm tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet ipprovduti fl-Artikolu 1(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament ikunu tassew impurtati. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-qagħda tas-suq fil-Portugall fl-2010, jeħtieġ li tinfetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum, biex il-kwota tal-importazzjoni tintuża bis-sħiħ. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 (4) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni tal-qamħirrum impurtat lejn il-Portugall minn pajjiżi terzi sas-17 ta’ Diċembru 2009. Din is-sejħa għall-offerti ttawlet sas-27 ta’ Mejju 2010 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1292/2009 (5). Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 677/2009 għandu jitħassar. |
|
(5) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għandha ssir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju msemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-qamħirrum impurtat fil-Portugall.
2. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.
Artikolu 2
Is-sejħa għall-offerti se tibqa’ miftuħa sas-16 ta’ Diċembru 2010. Matul il-perjodu tas-sejħa għall-offerti, għandhom isiru sejħiet parzjali għall-offerti li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti għandhom ikunu stabbiliti fl-avviż tas-sejħa.
Artikolu 3
Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti għandhom ikunu validi għal ħamsin jum mid-data li fiha jinħarġu, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.
Artikolu 4
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 għandu jitħassar.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.
Għandu jiskadi fis-16 ta’ Diċembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2010
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
(3) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/62 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 464/2010
tas-27 ta’ Mejju 2010
dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni tas-sorgu impurtat lejn Spanja minn pajjiżi terzi għas-sena tal-kwota tal-2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-obbligi internazzjonali tal-Komunità fil-kuntest tan-negozjati multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (2), il-Komunità ħadet l-impenn li timporta ċerta kwantità ta’ sorgu fi Spanja. |
|
(2) |
Il-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3) stabbilixxa r-regoli speċifiċi ddettaljati meħtieġa sabiex ikun hemm tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet ipprovduti fl-Artikolu 1(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament ikunu tassew impurtati. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-qagħda tas-suq fi Spanja fl-2010, jeħtieġ li tinfetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu, biex il-kwota tal-importazzjoni tintuża bis-sħiħ. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 675/2009 (4) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni tas-sorgu impurtat lejn Spanja minn pajjiżi terzi sas-17 ta’ Diċembru 2009. Din is-sejħa għall-offerti ttawlet sas-27 ta’ Mejju 2010 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1292/2009 (5). Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 675/2009 għandu jitħassar. |
|
(5) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għandha ssir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju msemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-sorgu impurtat fi Spanja.
2. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.
Artikolu 2
Is-sejħa għall-offerti se tibqa’ miftuħa sas-16 ta’ Diċembru 2010. Matul il-perjodu tas-sejħa għall-offerti, għandhom isiru sejħiet parzjali għall-offerti li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti għandhom ikunu stabbiliti fl-avviż tas-sejħa.
Artikolu 3
Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti għandhom ikunu validi għal ħamsin jum mid-data li fiha jinħarġu, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.
Artikolu 4
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 675/2009 għandu jitħassar.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.
Għandu jiskadi fis-16 ta’ Diċembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2010
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
(3) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/64 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 465/2010
tas-27 ta’ Mejju 2010
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett b'dimensjonijiet globali ta' 197 × 90 × 2 cm li jikkonsisti f'16-il strixxa ta' injam mastizz miżmuma flimkien permezz ta' żewġ faxxi tat-tessili mwaħħlin mal-injam permezz ta' stejpils tal-metall. L-istrixxi mhumiex għat-tond, u huma magħmula minn injam tal-pajn mastizz mhux flessibbli. L-artikolu huwa maħsub biex jintuża flimkien ma' qafas ta' sodda bħala appoġġ għal saqqu. |
9404 10 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3(B) ta' Kapitolu 94 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 9404 u 9404 10 00 . Għalkemm l-istrixxi m'huma la għat-tond u lanqas flessibbli, l-artikolu kollu kemm hu huwa konformi mat-termini tal-intestatura 9404 minħabba li huwa ddisinjat bħala appoġġ għal saqqu f'sodda. Klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 9403 90 30 bħala parti minn sodda hija eskluża, minħabba li appoġġ għal saqqu, ippreżentat separatament, m'għandux jiġi kklassifikat bħala partijiet ta' oġġett skont in-Nota 3(B) tal-Kapitolu 94. Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 9404 10 00 bħala appoġġ għal saqqu. |
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/66 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 466/2010
tas-27 ta’ Mejju 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
50,2 |
|
MK |
50,2 |
|
|
TN |
78,3 |
|
|
TR |
66,2 |
|
|
ZZ |
61,2 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
50,2 |
|
MA |
37,3 |
|
|
MK |
70,2 |
|
|
TR |
121,7 |
|
|
ZZ |
69,9 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
104,0 |
|
ZZ |
104,0 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
61,4 |
|
IL |
52,5 |
|
|
MA |
56,2 |
|
|
US |
60,2 |
|
|
ZA |
55,4 |
|
|
ZZ |
57,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
94,7 |
|
BO |
58,6 |
|
|
BR |
112,1 |
|
|
TR |
91,7 |
|
|
ZA |
102,5 |
|
|
ZZ |
91,9 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
78,8 |
|
BR |
77,3 |
|
|
CA |
113,1 |
|
|
CL |
87,0 |
|
|
CN |
106,3 |
|
|
MK |
26,7 |
|
|
NZ |
116,8 |
|
|
US |
141,1 |
|
|
ZA |
99,5 |
|
|
ZZ |
94,1 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
541,2 |
|
US |
328,1 |
|
|
ZZ |
434,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/68 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Mejju 2010
dwar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati
(2010/302/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati dwar ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili (l-ICAO) dwar il-verifiki/l-ispezzjonijiet għas-sigurtà fl-avjazzjoni u kwistjonijiet relatati. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Memorandum ta’ Kooperazzjoni (MtK) mal-ICAO f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati f’konformità mad-direttivi mniżżlin fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati u mal-proċedura ad hoc imniżżla fl-Anness II tagħha. |
|
(3) |
Il-Mtk ġie ffirmat fis-17 ta’ Settembru 2008 f’isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/97/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati (1). |
|
(4) |
Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel notifika lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili (l-ICAO) fir-rigward tal-fatt li l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
|
(5) |
Il-MtK għandu jiġi approvat. |
|
(6) |
Il-Paragrafu 6(3) tal-MtK jipprevedi li l-MtK għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-aħħar miż-żewġ notifiki li bihom il-partijiet ikunu għarrfu lil xulxin dwar it-tmiem tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom. B’hekk, il-President tal-Kunsill għandu jkun awtorizzat li jagħmel in-notifika meħtieġa f’isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni (MtK) bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
2. It-test tal-MtK huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fil-paragrafu 6(3) tal-MtK u li jagħmel din in-notifika:
“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għaldaqstant, ir-referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-MtK għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
Á. GONZÁLEZ-SINDE REIG
|
28.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/69 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2010
li taħtar membru Daniż tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2010/303/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1). |
|
(2) |
Sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Jens Jørgen NYGAARD. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħtur fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membru għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
|
— |
Is-Sur Jan BOYE Rådmand |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.
Ghall-Kunsill
Il-President
M. SEBASTIÁN
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.