ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.114.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
7.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 387/2010
tas-6 ta’ Mejju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1121/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, fir-rigward tar-rekwiżit tal-erja minima għall-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex f’Ċipru u l-iskema ta’ pagament uniku għall-bdiewa fil-Polonja u s-Slovakkja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolai l-Artikolu 142(c) u (e) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (2), il-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex msemmija fl-Artikolu 1(1)(g) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jingħataw biss fl-erjas li kienu suġġetti għal applikazzjoni tal-għajnuna għal mill-inqas 0,3 ettaru. Permezz tal-ittri tat-18 ta’ Frar 2010 u l-1 ta’ Marzu 2010, Ċipru għarraf lill-Kummissjoni dwar id-daqs speċifiku tal-impriżi agrikoli u l-istruttura tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-pagamenti tranżizzjonali tal-frott u l-ħxejjex mogħtija għall-frott taċ-ċitru. B’riżultat ta’ dawn, l-erja minima li għaliha se jingħata dan il-pagament trid tonqos għal 0,1 ettaru. |
(2) |
L-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistipula ir-regoli li jiffissaw l-erja agrikola tal-Istati Membri l-ġodda taħt l-iskema ta’ pagament uniku pprovduta fl-Artikolu 122 ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009, l-erja agrikola għall-Polonja u l-erja agrikola għas-Slovakkja qegħdin stipulati fl-Anness VIII għal dak ir-Regolament. |
(4) |
Permezz tal-ittra tal-1 ta’ Diċembru 2009, il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni li għamlet reviżjoni tal-erja agrikola utilizzata li hija eliġibbli għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif jissemma fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Ir-reviżjoni saret wara l-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula agrikoli msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li wriet li l-parti tal-erja agrikola utilizzata li hija miżmuma f’kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta’ Ġunju 2003 kienet iżgħar minn kemm kienet stmata qabel. L-erja agrikola għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għalhekk għandha tonqos għal 14 137 000 ettaru. |
(5) |
Permezz tal-ittra tal-4 ta’ Jannar 2010, is-Slovakkja għarrfet lill-Kummissjoni li għamlet reviżjoni tal-erja agrikola utilizzata li hija eliġibbli għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif jissemma fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Ir-reviżjoni hija konsegwenza tal-esperjenza miksuba fis-snin riċenti mill-verifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-pagament uniku skont l-erja taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, li wriet li l-parti tal-erja agrikola utilizzata li hija miżmuma f’kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta’ Ġunju 2003 kienet iżgħar minn kemm kienet stmata qabel. L-erja agrikola għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għalhekk għandha tonqos għal 1 865 000 ettaru. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(7) |
L-emenda proposta permezz ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika għall-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2010. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Fil-każ tal-Greċja u Ċipru, il-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħxejjex imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(g) għandhom jingħataw biss għall-erjas, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni għal talanqas 0.1 ettaru, fejn kull raba’ agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membru fi ħdan il-limitu provdut bl-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.” |
(2) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbutin mal-perjodi tal-primjum li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(2) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.
7.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 388/2010
tas-6 ta’ Mejju 2010
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ moviment mhux kummerċjali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u r-regoli li japplikaw għall-kontrolli ta’ movimenti ta’ dan it-tip. Japplika għall-movimenti bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi ta’ annimali domestiċi tal-ispeċji elenkati fl-Anness I tiegħu. Il-klieb, il-qtates u l-inmsa huma elenkati fil-Partijiet A u B ta’ dan l-Anness. |
(2) |
Ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 ivarjaw skont jekk l-annimali domestiċi jiġux imċaqalqa minn Stat Membru għal ieħor jew minn pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, ikomplu d-differenzi fir-rekwiżiti għall-movimenti minn pajjiżi terzi, bejn il-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u dawk il-pajjiżi terzi li huma elenkati fil-Parti C ta’ dan l-Anness. |
(3) |
Il-pajjiżi terzi li japplikaw għar-regoli ta’ moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi li jkunu tal-inqas ekwivalenti għar-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni, li mhumiex soġġetti għall-kondizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali preskritti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2) ġeneralment tapplika għall-kummerċ. |
(5) |
Biex ikun evitat li movimenti kummerċjali jintwerew bil-qerq bħala movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament jistipula li l-kondizzjonijiet u l-kontrolli stipulati fid-Direttiva 92/65/KEE għandhom japplikaw għall-moviment ta’ iktar minn ħames annimali domestiċi meta l-annimali jiddaħħlu fil-Komunità minn pajjiż terż li mhuwiex elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
L-esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 wriet li hemm riskju għoli ta’ movimenti kummerċjali ta’ klieb, qtates, u inmsa li qegħdin jintwerew bil-qerq bħala movimenti mhux kummerċjali, meta dawn l-annimali jiddaħħlu fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terż elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Biex jiġu evitati dawn il-modi ta’ aġir u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, tinħtieġ stipulazzjoni li twaqqaf l-istess regoli għal meta l-klieb, il-qtates u l-inmsa jinġarru minn Stat Membru għal ieħor, jew minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kondizzjonijiet u l-kontrolli msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandhom japplikaw għall-moviment tal-annimali domestiċi tal-ispeċji elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fejn in-numru totali tal-annimali li qed jiddaħħlu fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jaqbeż il-ħamsa.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.
(2) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
7.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 389/2010
tas-6 ta’ Mejju 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd f’ċerti reġjuni mill-aktar imbiegħda ta’ Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi [ir-reġjuni l-aktar imbiegħda] tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 1(2) u 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 (2) jistipula regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 li għandu x’jaqsam mal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati lir-reġjuni ultraperiferali [ir-reġjuni l-aktar imbiegħda]. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2007 (3) rreveda l-livelli ta’ referenza għall-flotot fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, stipulati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2104/2004, wara d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni fil-Kunsill tas-Sajd tas-27 ta’ Lulju 2006 (4). |
(3) |
Fil-każ ta’ ċerti taqsimiet tal-flotta tad-Dipartimenti Franċiżi l-aktar imbiegħda, ir-Regolament (KE) Nru 1274/2007 fittex ir-regolarizzazzjoni ta’ għadd importanti ta’ bastimenti li wettqu attivitajiet tas-sajd qabel il-31 ta’ Diċembru 2006, u li kienu attivi mingħajr ma kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Flotot tal-UE. Din ir-regolarizzazzjoni tqieset bħala estensjoni tal-pjanijiet ta’ żvilupp li kienu tressqu għar-reġjunijiet ikkonċernati l-aktar imbiegħda. |
(4) |
Inventarju aktar riċenti u aktar sħiħ tal-flotot fuq skala żgħira li joperaw fl-iktar żoni mbiegħda tat-territorji Franċiżi l-aktar imbiegħda tal-Gujana u Martinique, imfassal mill-awtoritajiet Franċiżi, wera li fi żmien ir-reviżjoni msemmija hawn fuq tal-livelli ta’ referenza, l-għadd ta’ bastimenti li jeħtieġu r-regolarizzazzjoni ġie sottovalutat. Franza talbet li ssir regolarizzazzjoni ġdida għall-bastimenti li ma tqisux bħala parti mill-pjanijiet ta’ żvilupp imressqa fl-2007 għall-Gujana u Martinique. |
(5) |
It-taqsimiet tal-flotta kkonċernati mit-talba għal żieda fil-livell ta’ referenza jiffukaw l-attivitajiet tagħhom fuq ir-riżorsi tal-ħut max-xatt, li skont l-aktar tagħrif xjentifiku riċenti, ma jurux problemi ta’ konservazzjoni. |
(6) |
Għaldaqstant, bħala kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd fl-iktar reġjuni mbiegħda, jaqbel li jitqies il-bżonn ta’ regolarizzazzjoni tal-bastimenti kkonċernati fil-qafas tal-pjanijiet ta’ żvilupp ikkonċernati, u li jiżdiedu l-livelli ta’ referenza korrispondenti sabiex dawk il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Flotot tal-UE. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2104/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2014/2004 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 365, 10.12.2004, p. 19.
(3) ĠU L 284, 30.10.2007, p. 6.
(4) Id-Dokument tal-Kunsill Nru 11823/06 ADD 1, l-20 ta’ Lulju 2006.
ANNESS
Fit-Taqsima “Franza” tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2104/2004, l-entrati li jikkonċernaw it-taqsima tal-flotta “Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m” u t-taqsima tal-flotta “Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m” jinbidlu b’li ġej:
Franza |
|||
Taqsima tal-flotta |
Kodiċi tat-taqsima |
GT |
kW |
“Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m |
4FF |
903 |
11 644 ” |
“Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4FK |
1 046 |
3 294 ” |
7.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 390/2010
tas-6 ta' Mejju 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Hopfen aus der Hallertau (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Hopfen aus der Hallertau” tiġi rreġistrata, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 223, 16.9.2009, p. 20.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.8 Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
IL-ĠERMANJA
Hopfen aus der Hallertau (IĠP)
7.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 391/2010
tas-6 ta’ Mejju 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
JO |
68,6 |
MA |
68,1 |
|
TN |
123,7 |
|
TR |
109,7 |
|
ZZ |
92,5 |
|
0707 00 05 |
MA |
58,3 |
MK |
59,4 |
|
TR |
119,6 |
|
ZZ |
79,1 |
|
0709 90 70 |
TR |
98,2 |
ZZ |
98,2 |
|
0805 10 20 |
EG |
43,6 |
IL |
57,1 |
|
MA |
52,7 |
|
TN |
47,4 |
|
TR |
49,3 |
|
US |
67,7 |
|
ZZ |
53,0 |
|
0805 50 10 |
TR |
73,6 |
ZA |
73,4 |
|
ZZ |
73,5 |
|
0808 10 80 |
AR |
86,0 |
BR |
76,8 |
|
CL |
85,0 |
|
CN |
78,2 |
|
CR |
59,1 |
|
NZ |
117,8 |
|
US |
120,8 |
|
UY |
81,7 |
|
ZA |
87,2 |
|
ZZ |
88,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
7.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 392/2010
tas-6 ta’ Mejju 2010
li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-4 ta’ Mejju 2010. |
(3) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fl-4 ta’ Mejju 2010, l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni mhi allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) u (b), u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.
(3) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.
7.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 393/2010
tas-6 ta’ Mejju 2010
li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-4 ta’ Mejju 2010. |
(3) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fl-4 ta’ Mejju 2010, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.
(3) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.
7.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 394/2010
tas-6 ta’ Mejju 2010
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Mejju 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2010 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 374/2010 (3). |
(2) |
Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji tal-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji tal-importazzjoni ffissati bir-Regolament (UE) Nru 374/2010. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 374/2010 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 374/2010 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika fis-7 ta’ Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
(3) ĠU L 110, 1.5.2010, p. 26.
ANNESS I
Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-7 ta’ Mejju 2010
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju tal-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
1002 00 00 |
SEGALA |
31,76 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
10,17 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
10,17 |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
31,76 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed, |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
30.4.2010-5.5.2010
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].