ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.112.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 112

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
5 ta' Mejju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2010 tal-4 ta’ Mejju 2010 li jemenda l-Annessi I, II, III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2010 tat-30 ta’ April 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 381/2010 tal-4 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/256/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2010 li temenda d-Deċiżjoni 92/216/KEE fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-lista ta’ awtoritajiet koordinaturi għal kompetizzjonijiet ekwini (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2630)  ( 1 )

8

 

 

2010/257/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2010 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja fir-rigward tal-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2009 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2825)

10

 

 

2010/258/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2010 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2009 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2828)

17

 

 

2010/259/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2010 li tawtorizza r-Repubblika Franċiża tikkonkludi ftehim mal-Prinċipat ta’ Monako dwar trasferimenti ta’ fondi bejn ir-Repubblika Franċiża u l-Prinċipat ta’ Monako sabiex jiġu meqjusa bħala trasferimenti fi ħdan ir-Repubblika Franċiża, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2634)

23

 

 

2010/260/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2010 dwar il-Pjan ta’ Sigurtà għall-operar tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża

25

 

 

2010/261/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2010 dwar il-Pjan tas-Sigurtà għas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni

31

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

2010/262/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat C 14/08 (ex NN 1/08) implimentata mir-Renju Unit għal Northern Rock (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8102)  ( 1 )

38

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 379/2010

tal-4 ta’ Mejju 2010

li jemenda l-Annessi I, II, III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi għandhom jiġu aġġornati biex jieħdu inkonsiderazzjoni għadd ta’ żviluppi reċenti.

(2)

Il-Ftehim bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Uzbekistan fuq il-kummerċ ta’ ċerti tessuti skada fil-31 ta’ Diċembru 2004. Sabiex jiġi inkluż is-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni, is-sistema ta monitoraġġ fuq il-post għandha titneħħa.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tessuti mwaqqaf permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III għar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b’effett mill-5 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I, II, III, tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 huma emendati kif ġej:

1.

In-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna fl-Anness I tinbidel b’dan li ġej:

“(1)

N.B.: Ikopri biss il-kategoriji 1 sa 114, bl-eċċezzjoni tal-Federazzjoni Russa u s-Serbja, li għalihom huma koperti l-kategoriji 1 sa 161.”

2.

L-Anness II jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS II

IL-PAJJIŻI ESPORTATURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Ir-Russja

Is-Serbja”;

3.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 28(6) jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur kif gej:

Is-Serbja

=

RS

żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru destinatarju, jew grupp ta’ Stati Membri bħal dawn, kif ġej:

AT

=

l-Awstrija

BG

=

il-Bulgarija

BL

=

il-Benelux

CY

=

Ċipru

CZ

=

ir-Repubblika Ċeka

DE

=

ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

DK

=

id-Danimarka

EE

=

l-Estonja

GR

=

il-Greċja

ES

=

Spanja

FI

=

il-Finlandja

FR

=

Franza

GB

=

ir-Renju Unit

HU

=

l-Ungerija

IE

=

l-Irlanda

IT

=

l-Italja

LT

=

il-Litwanja

LV

=

il-Latvja

MT

=

Malta

PL

=

il-Polonja

PT

=

il-Portugall

RO

=

ir-Rumanija

SE

=

l-Iżvezja

SI

=

is-Slovenja

SK

=

is-Slovakkja

numru b’ċifra waħda li jidentifika s-sena tal-kwota jew is-sena li matulha l-esportazzjoni kienet reġistrata, fil-każ tal-prodotti mniżżla fit-tabella A ta’ dan l-Anness, jikkorrispondi mal-aħħar ċifra tas-sena inkwistjoni, eż. ‘9’ għall-2009 u ‘0’ għall-2010.

numru b’żewġ ċifri li jidentifika l-uffiċċju tal-ħruġ fil-pajjiż esportatur;

numru b’ħames ċifri li jimxi konsekuttivament minn 00001 sa 99999 allokat lill-Istat Membru ta’ destinazzjoni speċifikat.”

(b)

Tabella A se tinbidel bi:

“TABELLA A

It-Tabella tħassret.”


5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 380/2010

tat-30 ta’ April 2010

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Pilloli ta’ 1 772  mg, li jinbiegħu fil-ħwienet, li fihom (% bil-piż):

Il-karbonat tal-kalċju (li jikkorrispondi għal 630 mg Kalċju)

88,9

Lamtu

3,5

Il-metilċellulosa idrossipropil

2,7

Crospovidone

1,9

Maltodestrina

1,3

Żejt minerali

1,2.

Barra minn hekk pillola waħda għandha kontenut ta’ 7 μg = 284 IU (unitajiet internazzjonali) vitamina D3 (kolecalciferol). Sustanzi oħra huma preżenti fi kwantitajiet iżgħar minn 1,0 % tal-piż

Id-doża ta’ kuljum rakkomandata indikata fuq it-tabella hija ta’ pillola waħda kuljum.

Skont l-informazzjoni li hemm fuq it-tabbella il-prodott jintuża bħala kura preventiv kontra pereżempju l-osteoporosi u għat-tisħiħ tal-għadam.

2106 90 92

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 tal-Kapitolu 28, Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċi NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 .

Minħabba l-preżenza ta’ sustanzi li mhumiex koperti min-Nota 1 (a), (d) jew (e) tal-Kapitolu 28, il-prodott għandu jiġi eskluż minn dak il-Kapitolu.

Il-livell ta’ minerali u vitamini li jiġi kkonsmat (kalċju u vitamina D3) skont id-doża ta’ kuljum rakkomandata fuq it-tabella mhuwiex ogħla b’mod sinifikanti mil-livell ta’ kuljum rakkomandat għall-manteniment tas-saħħa jew il-benessri. Għalhekk il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżit tan-Nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 30, l-aħħar paragrafu, u ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3004 (ara wkoll in-noti ta’ Sjegazzjoni dwar in-Nomenklatura Kombinata (NM EN) għall-Kapitolu 30, Nota Addizzjonali 1, punt 3).

B’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tiegħu, il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat bħala prodott għall-preparazzjoni tal-ikel taħt l-intestatura 2106 .


5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 381/2010

tal-4 ta’ Mejju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

68,6

MA

75,0

TN

121,9

TR

85,4

ZZ

87,7

0707 00 05

MA

64,9

MK

64,0

TR

122,1

ZZ

83,7

0709 90 70

TR

89,0

ZZ

89,0

0805 10 20

EG

40,9

IL

59,0

MA

46,9

TN

47,4

TR

55,5

ZZ

49,9

0805 50 10

TR

70,5

ZA

71,6

ZZ

71,1

0808 10 80

AR

87,9

BR

74,6

CL

80,4

CN

75,4

MK

22,1

NZ

121,7

US

124,1

UY

82,7

ZA

86,8

ZZ

84,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2010

li temenda d-Deċiżjoni 92/216/KEE fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-lista ta’ awtoritajiet koordinaturi għal kompetizzjonijiet ekwini

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2630)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/256/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha;

Billi:

(1)

Id-Direttiva 90/428/KEE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-parteċipazzjoni tagħhom. B’mod partikolari, l-Artikolu 4(2) tagħha jipprovdi għall-possibbiltajiet għall-Istati Membri li jirriżervaw, permezz ta’ entitajiet approvati jew rikonoxxuti uffiċjalment għal dak il-għan, ċertu perċentwal tal-flus tal-premju jew tal-profitti li jista’ jiġi akkumulat minn ċerti kompetizzjonijiet jew tipi ta’ kompetizzjoni msemmija f’dak l-Artikolu għall-ħarsien, l-iżvilupp u t-titjib tar-razza.

(2)

Skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/216/KEE tas-26 ta’ Marzu 1992 fuq il-ġbir ta’ data li tikkonċerna kompetizzjoni għall-equidae kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE (2), l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz tal-awtorità koordinatriċi maħtura biex tiġbor id-dejta meħtieġa dwar il-kompetizzjonijiet u d-distribuzzjoni ta’ fondi kif stipulat fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 90/428/KEE, għall-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi emendat (3), fost l-oħrajn, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 90/428/KEE billi tikkonferixxi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jagħmlu disponibbli t-tagħrif iġġenerat taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

(4)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 90/428/KEE, issa hija r-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru li jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku dwar l-użu tal-possibbiltajiet previsti mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva u tal-kriterji għad-distribuzzjoni tal-fondi previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2).

(5)

Bħal f’oqsma oħra tal-liġi tal-Unjoni Ewropea fejn ġew introdotti proċeduri ta’ tagħrif ibbażat fuq l-Internet mid-Direttiva 2008/73/KE, jitqies meħtieġ għall-Kummissjoni li tgħin lill-Istati Membri u lill-pubbliku biex ikollhom aċċess għal dan it-tagħrif billi tipprovdi websajt li għaliha l-Istati Membri jipprovdu link għall-websajt nazzjonali tagħhom.

(6)

L-Istati Membri għandu jkollhom żmien biżżejjed biex joħolqu l-websajts nazzjonali tagħhom. Għaldaqstant, l-emendi introdotti b’din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Mejju 2010.

(7)

Id-Deċiżjoni 92/216/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żootekniċi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 92/216/KEE, il-paragrafu 2 għandu jitbiddel b’dan li ġej:

“2.   Kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli fuq websajt, l-isem u l-indirizz tal-awtorità koordinatriċi maħtura skont il-paragrafu 1, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku.

3.   Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jagħmlu disponibbli dan it-tagħrif, il-Kummissjoni għandha tipprovdi websajt li għaliha l-Istati Membri għandhom jipprovdu link għall-websajt tagħhom stabbilita skont il-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu dawk il-links lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2010.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 60.

(2)   ĠU L 104, 22.4.1992, p. 77.

(3)   ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.


5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2010

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja fir-rigward tal-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2009

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2825)

(It-testi bl-Estonjan, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Polakk u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)

(2010/257/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 30 u 39 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja fir-rigward tal-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali, akkompanjati mit-tagħrif meħtieġ, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas imsemmijin fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandhom jiġu approvati. L-approvazzjoni tkopri l-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta fid-dawl tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

(2)

Il-limiti ta’ żmien, mogħtijin lill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja msemmijin fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (2) sabiex iressqu d-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 8(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 (3) lill-Kummissjoni, għalqu.

(3)

Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif imressaq u kkomunikat lill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja r-riżultati tas-sejbiet tagħha qabel il-31 ta’ Marzu 2010, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(4)

Għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali, kopert mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (4), ir-riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet għandu jitnaqqas minn jew jiżdied ma’ ħlasijiet sussegwenti li tagħmel il-Kummissjoni.

(5)

Fid-dawl tal-verifiki magħmula, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni, għal ċerti aġenziji tal-ħlas, dwar il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta. Id-dettalji ta’ dawn l-ammonti ġew deskritti fir-Rapport Sommarju li tressaq lill-Kumitat tal-Fond flimkien ma’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Fid-dawl tal-verifiki li saru, it-tagħrif mibgħut minn ċerti aġenziji tal-ħlas jeħtieġ li jsiru aktar mistoqsijiet u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni.

(7)

Għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali kopert bir-Regolament (KE) Nru 27/2004, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati jew li għandhom jitħallsu skont id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, għandhom jitnaqqsu minn jew jiżdiedu ma’ ħlasijiet sussegwenti.

(8)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw infiq fil-qasam tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2009, huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil kull Stat Membri skont din id-Deċiżjoni fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali applikabbli fl-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja huma stipulati fl-Anness I u l-Anness II.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2009, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri fil-qasam ta’ miżuri tal-iżvilupp rurali applikabbli fl-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja, stipulati fl-Anness III, mhumiex approvati f’din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni li għad trid tittieħed fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.

(4)   ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36.


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2009 – L-AMMONT LI NEFQET IL-FAEG GĦALL-IŻVILUPP RURALI FL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA

Ammont li għad irid jiġi rkuprat mingħand jew jitħallas lill-Istat Membru

SM

 

2009 - In-nefqa tal-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma

Total a + b

Tnaqqis

Total

Ħlasijiet provviżorji rrimburżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (*) (*1)

approvati

mhux approvati

= nefqa ddikjarata fid-dikjarazzjoni annwali

= total tal-Ħlasijiet Provviżorji rrimburżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

 

 

a

b

c = a + b

d

e = c + d

f

g = e – f

EE

EUR

 

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

CY

EUR

9 474 074,82

 

9 474 074,82

0,00

9 474 074,82

0,00

9 474 074,82

LV

EUR

2 607 932,10

 

2 607 932,10

0,00

2 607 932,10

0,00

2 607 932,10

LT

EUR

4 033 561,97

 

4 033 561,97

0,00

4 033 561,97

0,00

4 033 561,97

MT

EUR

5 102 120,76

 

5 102 120,76

0,00

5 102 120,76

457 469,86

4 644 650,90

PL

EUR

12 361 738,57

 

12 361 738,57

0,00

12 361 738,57

0,00

12 361 738,57

SK

EUR

7 348 431,19

 

7 348 431,19

0,00

7 348 431,19

0,00

7 348 431,19


SM

Self li jkun ingħata bil-quddiem imma li ma jkunx għadu ġie approvat għall-implimentazzjoni tal-programm [l-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999]

EE

EUR

24 080 000,00

CY

EUR

11 968 000,00

LV

EUR

52 496 000,00

LT

EUR

78 320 000,00

MT

EUR

4 304 000,00

PL

EUR

458 624 000,00

SK

EUR

63 536 000,00


(*1)  Hekk kif il-ħlasijiet laħqu 95 % tal-pjan finazjarju tal-Istati Membri kollha, il-bilanċi se jingħataw fil-fażi meta jkun qed jingħalaq il-programm.


ANNESS II

NEFQA APPROVATA MILL-MIŻURA TAL-IŻVILUPP RURALI LI TTIEĦDET MILL-FAEG FL-2009 GĦALL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA

DIFFERENZI BEJN IL-KONTIJIET ANNWALI U D-DIKJARAZZJONIJIET TAN-NEFQA

ĊIPRU

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Appoġġ għall-investimenti għall-ġestjoni tal-fdal tal-annimali

2 171 324,36

 

2 171 324,36

2

Għajnuna biex isir titjib u żvilupp

2 808 953,00

 

2 808 953,00

3

Għajnuna biex jitwaqqfu gruppi ta' produtturi

100 000,00

 

100 000,00

4

Promozzjoni ta' taħriġ vokazzjonali lill-bdiewa

214 482,99

 

214 482,99

5

Servizz tekniku u ta' konsulenza lill-bdiewa

114 647,20

 

114 647,20

6

Irtirar kmieni

119 962,87

 

119 962,87

7

Appoġġ lill-bdiewa ż-żgħar biex jistabbilixxu lilhom infushom

1 355 000,00

 

1 355 000,00

8

Biex jintlaħqu l-istandards tal-UE

1 059 306,78

 

1 059 306,78

9

Adozzjoni tal-miżuri agri-ambjentali

–35 501,90

 

–35 501,90

10

Azzjonijiet agri-ambjentali għall-protezzjoni tal-valur naturali

–30 271,74

 

–30 271,74

11

Għall-afforestazzjoni

2 371,79

 

2 371,79

12

Għat-titjib tal-infrastruttura għat-trobbija tal-bhejjem

0,00

 

0,00

13

Għaż-żoni inqas vantaġġati

1 040,45

 

1 040,45

14

Appoġġ ta' skemi ta' kwalità

276 389,31

 

276 389,31

15

Appoġġ lill-intrapriżi żgħar u għall-proċessar tradizzjonali

271 178,37

 

271 178,37

16

Ħarsien tal-pajsaġġ agrikolu u tradizzjonali

152 497,44

 

152 497,44

17

Ħarsien min-nirien fil-foresti u diżastri naturali oħra

369 758,71

 

369 758,71

18

Għall-afforestazzjoni ta' art mhux agrikola

295 623,90

 

295 623,90

19

Żvilupp fil-proċess tal-ħsad

– 854,30

 

– 854,30

20

Appoġġ tekniku tal-implimentazzjoni, monitoraġġ

62 239,78

 

62 239,78

21

Appoġġ tekniku tal-inizjattivi kollettivi fil-livell lokali

165 925,81

 

165 925,81

 

Total

9 474 074,82

0,00

9 474 074,82


IL-LATVJA

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Irtirar kmieni

–1 195,73

 

–1 195,73

2

Għall-gruppi tal-produtturi

0,00

 

0,00

3

Appoġġ għall-farms ta' semisussistenza

– 264,78

 

– 264,78

4

Biex jintlaħqu l-istandards

423 612,67

 

423 612,67

5

Agri-ambjentali

1 853 096,73

 

1 853 096,73

6

Għaż-żoni inqas vantaġġati

–13 412,76

 

–13 412,76

7

Assistenza teknika

391 805,87

 

391 805,87

8

Obbligi ttrasferiti minn perjodu ta' programmar preċedenti

0,00

 

0,00

9

Allokazzjonijiet ta' riżorsi għall-ħlas uniku skont l-erja

–45 709,90

 

–45 709,90

 

Total

2 607 932,10

0,00

2 607 932,10


IL-LITWANJA

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Agri-ambjentali

3 561 291,02

 

3 561 291,02

2

Għaż-żoni inqas vantaġġati u żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

–2 954,63

 

–2 954,63

3

Biex jintlaħqu l-istandards

– 204 331,89

 

– 204 331,89

4

Għall-afforestazzjoni tal-art agrikola

30 628,19

 

30 628,19

5

Irtirar kmieni

104 338,87

 

104 338,87

6

Appoġġ għall-farms ta' semisussistenza

–8 179,78

 

–8 179,78

7

Miżuri oħra

96 659,66

 

96 659,66

8

Assistenza teknika

455 049,09

 

455 049,09

9

Ħlasijiet diretti nazzjonali komplementari

1 061,44

 

1 061,44

 

Total

4 033 561,97

0,00

4 033 561,97


MALTA

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Għaż-żoni inqas vantaġġati

–5 448,47

 

–5 448,47

2

Agri-ambjentali

1 635 984,94

 

1 635 984,94

3

Biex jintlaħqu l-istandards

1 098 668,34

 

1 098 668,34

4

Għall-gruppi tal-produtturi

0,00

 

0,00

5

Assistenza teknika

865 308,32

 

865 308,32

6

Għajnuna mill-Istat komplementari

0,00

 

0,00

7

Miżuri ad hoc - Bdiewa/Min irabbi full-time

1 507 607,63

 

1 507 607,63

 

Total

5 102 120,76

0,00

5 102 120,76


IL-POLONJA

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Irtirar kmieni

– 115 562,12

 

– 115 562,12

2

Appoġġ għall-farms ta' semisussistenza

– 782 545,72

 

– 782 545,72

3

Għaż-żoni inqas vantaġġati

–3 314 036,52

 

–3 314 036,52

4

Impriżi agri-ambjentali u għall-benesseri tal-annimali

– 449 096,77

 

– 449 096,77

5

Għall-afforestazzjoni

–68 801,15

 

–68 801,15

6

Biex jintlaħqu l-istandards tal-UE

–2 128 574,31

 

–2 128 574,31

7

Għall-gruppi tal-produtturi

0,00

 

0,00

8

Assistenza teknika

19 304 548,86

 

19 304 548,86

9

Ħlasijiet diretti nazzjonali komplementari

–80 324,22

 

–80 324,22

10

Proġetti approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999

–3 869,48

 

–3 869,48

 

Total

12 361 738,57

0,00

12 361 738,57


IS-SLOVAKKJA

Nru

Miżuri

Nefqa 2009 Anness I kolonna “a”

Tnaqqis Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2009 Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Investimenti għall-impriżi agrikoli

320 353,71

 

320 353,71

2

Għat-taħriġ

8 185,24

 

8 185,24

3

Għaż-żoni inqas vantaġġati u żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

16 450,87

 

16 450,87

4

Biex jintlaħqu l-istandards

405 119,68

 

405 119,68

5

Appoġġ agri-ambjentali

0,00

 

0,00

6

Biex jittejjeb l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

151 516,81

 

151 516,81

7

Għall-ġestjoni tal-foresti

0,00

 

0,00

8

Għall-afforestazzjoni tal-art agrikola

126 911,56

 

126 911,56

9

Għall-konsolidazzjoni tal-art

30 933,37

 

30 933,37

10

Għad-diversifikazzjoi tal-attivitajiet agrikoli

0,00

 

0,00

11

Appoġġ għall-farms ta' semisussistenza

248 306,32

 

248 306,32

12

Għall-gruppi tal-produtturi

1 308 323,39

 

1 308 323,39

13

Assistenza teknika inkluż evalwazzjoni

4 128 723,81

 

4 128 723,81

14

Ħlasijiet diretti komplementari

9 051,97

 

9 051,97

901

Investimenti fl-azjendi agrikoli, Regolament Nru 1268/1999

0,00

 

0,00

905

Appoġġ agri-ambjentali – proġetti approvati skont Regolament Nru 1268/1999

594 554,46

 

594 554,46

907

Għall-ġestjoni tal-foresti – proġetti approvati skont Regolament Nru 1268/1999

0,00

 

0,00

912

Għall-gruppi tal-produtturi – proġett approvat skont Regolament Nru 1268/1999

0,00

 

0,00

 

Total

7 348 431,19

0,00

7 348 431,19


ANNESS III

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2009 – L-AMMONT LI NEFQET IL-FAEG GĦALL-IŻVILUPP RURALI FL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA

Lista tal-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom mhumiex approvati jew huma soġġetti għal deċiżjoni dwar l-approvazzjoni li għad trid tittieħed

Stat Membru

Aġenzija tal-Ħlas

L-Estonja

PRIA


5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2010

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2009

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2828)

(2010/258/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 30 u 32 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward l-integralità, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD [FAEŻR] (2) għas-sena finanzjarja 2009, qiegħda titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2008 u l-15 ta’ Ottubru 2009.

(3)

Il-Kummissjoni ċċekkjat it-tagħrif imressaq mill-Istati Membri u qabel il-31 ta’ Marzu 2010, bagħtet lill-Istati Membri r-riżultati tal-verifiki tagħha, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(4)

Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu lill-Kummissjoni tieħu, għal ċerti aġenziji tal-ħlas, deċiżjoni dwar il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati skont l-Istat Membru u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lill-Istati Membri.

(5)

It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-ħlas oħra jesiġi aktar inkjesti u l-kontjiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-ħlas konċernati.

(6)

Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, kwalunkwe skadenza maqbuża matul Awwissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Xi parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul dawn ix-xhur tas-sena 2009 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha tiffissa t-tnaqqis rilevanti.

(7)

Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ ħlasijiet mensili mad-dħul fil-kontijiet tal-infiq għas-sena finanzjarja 2009. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe rifużjoni prematura jew temporanja tal-ammonti kkonċernati, dawn il-ħlasijiet mensili ma għandhomx jiġu rikonoxxuti f’din id-Deċiżjoni u għandhom jiġu eżaminati iktar skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel tajjeb għal 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex jibagħtu lill-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru li ttieħdu b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (3). L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2010. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(9)

Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit Komunitarju għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru tagħhom u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. L-Istati Membri kkonċernati ma għandhomx jagħmlu tajjeb għal dawn l-ammonti u għalhekk għandhom joħorġu mill-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(10)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa li ma ġietx effettwata skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas, għajr ta’ dawk l-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2, li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2009, huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew imħallsa lil, kull Stat Membru skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2009, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri għan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG, stipulati fl-Anness II, mhumiex approvati f’din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu s-suġġett ta’ Deċiżjoni dwar approvazzjoni fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

GĦAS-SENA FINANZJARJA 2009

NB: In-Nomenklatura tal-2010: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803.

Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand jew jitħallas lill-Istat Membru

SM

 

2009 - Nefqa/Dħul assenjat għall-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma

Total a + b

Tnaqqis u suspensjonijiet għas-sena finanzjarja nru 1 kollha (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 1290/2005 Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005

Total inkluż it-tnaqqis u suspensjonijiet

Ħlasijiet lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand (–) jew jitħallas lill- (+) Istat Membru nru (2)

approvati

separati

= nefqa/dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa/dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet mensili

 

 

a

b

c = a + b

d

e

f = c + d + e

g

h = f – g

BE

EUR

787 979 123,50

0,00

787 979 123,50

– 369 703,64

– 464 520,05

787 144 899,81

787 398 266,69

– 253 366,88

BG

EUR

220 774 471,11

0,00

220 774 471,11

0,00

0,00

220 774 471,11

220 995 609,16

– 221 138,05

CZ

EUR

506 176 216,20

0,00

506 176 216,20

0,00

0,00

506 176 216,20

506 185 267,69

–9 051,49

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

– 805 769,98

– 805 769,98

0,00

– 805 769,98

DK

EUR

924 610 973,79

0,00

924 610 973,79

–3 921,96

0,00

924 607 051,83

924 309 000,47

298 051,36

DE

EUR

5 235 842 777,85

654 682 281,26

5 890 525 059,11

–1 989 043,44

– 461 916,14

5 888 074 099,53

5 888 016 608,23

57 491,30

EE

EUR

54 532 997,07

0,00

54 532 997,07

0,00

0,00

54 532 997,07

54 532 997,07

0,00

IE

EUR

1 319 888 602,56

0,00

1 319 888 602,56

– 133 757,17

– 169 220,35

1 319 585 625,04

1 318 985 522,43

600 102,61

EL

EUR

2 448 777 557,15

0,00

2 448 777 557,15

–8 813 778,63

– 394 282,85

2 439 569 495,67

2 443 278 830,80

–3 709 335,13

ES

EUR

6 068 452 138,54

0,00

6 068 452 138,54

–4 759 740,96

–3 785 162,40

6 059 907 235,18

6 067 513 907,29

–7 606 672,11

FR

EUR

9 040 383 523,43

0,00

9 040 383 523,43

–2 526 945,78

–5 990 134,76

9 031 866 442,89

9 037 172 967,68

–5 306 524,79

IT

EUR

1 945 287 961,84

2 782 810 861,76

4 728 098 823,60

0,00

–2 430 132,07

4 725 668 691,53

4 728 063 868,22

–2 395 176,69

CY

EUR

36 926 483,63

0,00

36 926 483,63

– 320 385,91

0,00

36 606 097,72

36 606 097,72

0,00

LV

EUR

109 931 833,57

0,00

109 931 833,57

0,00

0,00

109 931 833,57

109 975 523,36

–43 689,79

LT

LTL

0,00

0,00

0,00

0,00

–18,50

–18,50

0,00

–18,50

LT

EUR

221 723 843,05

0,00

221 723 843,05

0,00

0,00

221 723 843,05

221 715 676,12

8 166,93

LU

EUR

34 886 290,40

0,00

34 886 290,40

0,00

–4 560,61

34 881 729,79

34 693 249,95

188 479,84

HU

EUR

930 754 775,93

0,00

930 754 775,93

0,00

0,00

930 754 775,93

930 434 925,76

319 850,17

MT

EUR

3 563 547,18

0,00

3 563 547,18

0,00

0,00

3 563 547,18

3 564 387,18

– 840,00

NL

EUR

1 046 983 725,26

0,00

1 046 983 725,26

0,00

– 677 834,96

1 046 305 890,30

1 046 370 034,94

–64 144,64

AT

EUR

708 684 112,26

0,00

708 684 112,26

0,00

– 169 195,85

708 514 916,41

708 571 648,36

–56 731,95

PL

EUR

1 855 200 357,31

0,00

1 855 200 357,31

0,00

0,00

1 855 200 357,31

1 855 245 584,31

–45 227,00

PT

EUR

724 724 520,34

0,00

724 724 520,34

– 382 516,50

–8 047 049,82

716 294 954,02

723 611 900,95

–7 316 946,93

RO

EUR

0,00

575 930 420,08

575 930 420,08

0,00

0,00

575 930 420,08

575 930 420,08

0,00

SI

EUR

102 542 439,28

0,00

102 542 439,28

0,00

0,00

102 542 439,28

102 613 790,15

–71 350,87

SK

EUR

252 970 915,01

0,00

252 970 915,01

0,00

0,00

252 970 915,01

252 901 885,76

69 029,25

FI

EUR

599 673 974,61

0,00

599 673 974,61

0,00

–10 920,77

599 663 053,84

599 685 951,54

–22 897,70

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

– 107 975,40

– 107 975,40

0,00

– 107 975,40

SE

EUR

724 143 091,81

0,00

724 143 091,81

–13 177,13

0,00

724 129 914,68

724 281 824,45

– 151 909,77

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

–86 696,06

–86 696,06

0,00

–86 696,06

UK

EUR

3 292 001 049,95

0,00

3 292 001 049,95

–3 779 242,68

0,00

3 288 221 807,27

3 294 688 038,59

–6 466 231,32


SM

 

Nefqa nru (3)

Dħul assenjat nru (3)

Fond taz-Zokkor

Artikolu 32 (=e)

Total (=h)

Nefqa nru (4)

Dħul assenjat nru (4)

05 07 01 06

6701

05 02 16 02

6803

6702

 

 

i

j

k

l

m

n = i + j + k + l + m

BE

EUR

211 153,17

0,00

0,00

0,00

– 464 520,05

– 253 366,88

BG

EUR

–6 044,39

– 215 093,66

0,00

0,00

0,00

– 221 138,05

CZ

EUR

–9 051,49

0,00

0,00

0,00

0,00

–9 051,49

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

– 805 769,98

– 805 769,98

DK

EUR

298 051,36

0,00

0,00

0,00

0,00

298 051,36

DE

EUR

519 407,44

0,00

0,00

0,00

– 461 916,14

57 491,30

EE

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

IE

EUR

1 988 434,35

–1 219 111,39

0,00

0,00

– 169 220,35

600 102,61

EL

EUR

–3 313 301,75

–1 750,53

0,00

0,00

– 394 282,85

–3 709 335,13

ES

EUR

–3 782 850,58

–38 659,13

0,00

0,00

–3 785 162,40

–7 606 672,11

FR

EUR

683 609,97

0,00

0,00

0,00

–5 990 134,76

–5 306 524,79

IT

EUR

34 955,38

0,00

0,00

0,00

–2 430 132,07

–2 395 176,69

CY

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

LV

EUR

–41 844,99

–1 844,80

0,00

0,00

0,00

–43 689,79

LT

LTL

0,00

0,00

0,00

0,00

–18,50

–18,50

LT

EUR

8 166,93

0,00

0,00

0,00

0,00

8 166,93

LU

EUR

193 040,45

0,00

0,00

0,00

–4 560,61

188 479,84

HU

EUR

319 850,17

0,00

0,00

0,00

0,00

319 850,17

MT

EUR

0,00

– 840,00

0,00

0,00

0,00

– 840,00

NL

EUR

613 690,32

0,00

0,00

0,00

– 677 834,96

–64 144,64

AT

EUR

112 463,90

0,00

0,00

0,00

– 169 195,85

–56 731,95

PL

EUR

–42 965,36

–2 261,64

0,00

0,00

0,00

–45 227,00

PT

EUR

730 102,89

0,00

0,00

0,00

–8 047 049,82

–7 316 946,93

RO

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

SI

EUR

–71 350,87

0,00

0,00

0,00

0,00

–71 350,87

SK

EUR

69 071,36

–42,11

0,00

0,00

0,00

69 029,25

FI

EUR

–11 976,93

0,00

0,00

0,00

–10 920,77

–22 897,70

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

– 107 975,40

– 107 975,40

SE

EUR

– 151 909,77

0,00

0,00

0,00

0,00

– 151 909,77

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

–86 696,06

–86 696,06

UK

EUR

–6 175 353,20

– 290 878,12

0,00

0,00

0,00

–6 466 231,32


(1)  It-tnaqqis u s-suspensjonijiet huma dawk li jitqiesu fis-sistema tal-ħlas, li magħhom qed jiżdiedu, b'mod partikolari, il-korrezzjonijiet minħabba li ma jiġux irrispettati l-iskadenzi stabbiliti għall-ħlas f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2009.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand jew jitħallas lill-Istat Membru, l-ammont li jitqies, huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali tan-nefqa approvata (kolonna a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet mensili għan-nefqa separata (kolonna b).

Ir-rata tal-kambju applikabbli: Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(3)  Jekk parti mid-dħul assenjat hija f'vantaġġ għal Stat Membru, din għandha tiġi ddikjarata taħt il-kodiċi NM 05 07 01 06.

(4)  Jekk parti mid-dħul assenjat tal-Fond taz-Zokkor, tinsab f'vantaġġ tal-Istat Membru, din għandha tiġi ddikjarata taħt il-kodiċi NM 05 02 16 02.

NB: In-Nomenklatura tal-2010: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803.


ANNESS II

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

GĦAS-SENA FINANZJARJA 2009 – FAEG

Lista tal-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma separati u soġġetti għal deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet li għad trid tittieħed

Stat Membru

Aġenzija tal-Ħlas

Il-Ġermanja

Baden-Württemberg

Hessen

IBH

Helaba

L-Italja

AGEA

ARBEA

Ir-Rumanija

PIAA


5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Mejju 2010

li tawtorizza r-Repubblika Franċiża tikkonkludi ftehim mal-Prinċipat ta’ Monako dwar trasferimenti ta’ fondi bejn ir-Repubblika Franċiża u l-Prinċipat ta’ Monako sabiex jiġu meqjusa bħala trasferimenti fi ħdan ir-Repubblika Franċiża, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2634)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2010/259/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-applikazzjoni tar-Repubblika Franċiża,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Novembru 2007, ir-Repubblika Franċiża talbet deroga skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 għat-trasferimenti ta’ fondi bejn il-Prinċipat ta’ Monako u r-Repubblika Franċiża.

(2)

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006, it-trasferimenti ta’ fondi bejn il-Prinċipat ta’ Monako u r-Repubblika Franċiża ġew provviżorjament meqjusa bħala trasferimenti ta’ fondi fi ħdan ir-Repubblika Franċiża sa mill-4 ta’ Diċembru 2007.

(3)

L-Istati Membri ġew mgħarrfa waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu tat-17 ta’ Diċembru 2009 li l-Kummissjoni qieset li kienet irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tevalwa t-talba tar-Repubblika Franċiża.

(4)

Il-Prinċipat ta’ Monako ma jagħmilx parti mit-territorju tal-Komunità kif iddeterminat skont l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iżda kkonkluda Ftehim Monetarju mal-Komunità Ewropea rappreżentat mir-Repubblika Franċiża. Abbażi tal-Ftehim tas-26 ta’ Diċembru 2001, il-Prinċipat ta’ Monako huwa intitolat li juża l-euro bħala munita uffiċjali u li jagħti status ta’ valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro. Għalhekk il-Prinċipat ta’ Monako jikkonforma mal-kriterju stipulat fl-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

(5)

Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament fil-Prinċipat ta’ Monako jipparteċipaw b’mod dirett fis-sistemi ta’ pagament u ta’ kumpens fir-Repubblika Franċiża kemm jekk tkun CORE, Target2-Banque de France kif ukoll jekk tkun ESES France (the Euro Settlement for Euronext-zone Securities). Għaldaqstant huma konformi mal-kriterju stipulat fl-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

(6)

Il-Prinċipat ta’ Monako daħħal dispożizzjonijiet fis-sistema legali tiegħu li jikkorrispondu ma’ dawk tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006, partikolarment permezz tal-Ordni Sovrana Nru 1630 tat-30 ta’ April 2008 li temenda l-Ordni Sovrana Nru 631 tal-10 ta’ Awwissu 2006 dwar il-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.

(7)

L-Ordnijiet Sovrani Nru 1674 u Nru 1675 tal-10 ta’ Ġunju 2008 li jirrigwardaw l-iffriżar ta’ assi notevolment fil-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu jiżguraw li –implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa fil-Prinċipat ta’ Monako li jimponu pieni finanzjarji fir-rigward tal-entitajiet jew il-persuni mniżżla min-Nazzjonijiet Uniti jew l-Unjoni Ewropea.

(8)

L-Att Nru 1362 tat-3 ta’ Awwissu 2009 li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu u l-korruzzjoni (Loi no 1362 du 3 août 2009 relative à la lutte contre le blanchiment de capitaux, le financement du terrorisme et la corruption) ħassar u ħa post l-Att Nru 1162 tas-7 ta’ Lulju 1993 li jirrigwarda l-parteċipazzjoni ta’ impriżi finanzjarji fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Dan l-Att il-ġdid, flimkien mal-Ordni Sovrana Nru 2318 tat-3 ta’ Awwissu 2009, jindirizza n-nuqqasijiet identifikati fir-Rapport tal-2008 dwar il-Valutazzjoni Reċiproka ta-Tielet Ċiklu mill-Kumitat ta’ Esperti dwar il-Valutazzjoni tal-Miżuri ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu – MONEYVAL – li jikkonċerna l-Prinċipat ta’ Monako; dan jiżgura li fil-Prinċipat ta’ Monako jeżisti reġim ta’ kontra l-ħasil tal-flus li huwa ekwivalenti għal dak applikat fit-Territorju Franċiż fir-rigward tat-trasferimenti tal-fondi.

(9)

Għalhekk, il-Prinċipat ta’ Monako adotta l-istess regoli bħal dawk stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 u jeżiġu li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament rispettivi tagħhom japplikawhom u b’hekk jissodisfaw il-kriterju stipulat fl-Artikolu 17(1)(c) ta’ dak ir-Regolament.

(10)

Huwa għalhekk xieraq li r-Repubblika Franċiża tingħata d-deroga mitluba.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Franċiża għandha tingħata l-awtorizzazzjoni li tikkonkludi ftehim mal-Prinċipat ta’ Monako sabiex it-trasferimenti ta’ fondi bejn il-Prinċipat ta’ Monako u r-Repubblika Franċiża jiġu meqjusa bħala trasferimenti ta’ fondi fi ħdan ir-Repubblika Franċiża għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.


5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Mejju 2010

dwar il-Pjan ta’ Sigurtà għall-operar tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża

(2010/260/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (il-VIS) u l-iskambju tad-dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament tal-VIS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jipprevedi li l-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikseb l-għanijiet fil-qasam tas-sigurtà preskritti fl-Artikolu 32(2) rigward l-operar tal-VIS, inkluż l-addozzjoni ta’ pjan ta’ sigurtà.

(2)

L-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) 767/2008 jipprovdi li matul perjodu tranżizzjonali qabel ma l-Awtorità tal-Ġestjoni tieħu r-responsabbiltajiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operazzjonali tal-VIS.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni meta twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha fil-ġestjoni operazzjonali tal-VIS.

(4)

L-Artikolu 26(7) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jipprovdi li fejn il-Kummissjoni tiddelega r-responsabbiltajiet tagħha matul il-perjodu tranżizzjonali qabel ma l-Awtorità tal-Ġestjoni tieħu r-responsabilitajiet tagħha, hija għandha tiżgura li din id-delegazzjoni ma taffettwax b’mod negattiv xi mekkaniżmu ta’ kontroll effettiv taħt l-liġi tal-Unjoni, kif ukoll tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri jew is-Superviżur Ewropew tal-Ħarsien tad-Dejta.

(5)

L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-pjan ta’ sigurtà tagħha f’relazzjoni mal-VIS la darba tkun ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/602/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-arkitettura fiżika u r-rekwiżiti tal-interfaces nazzjonali u tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-interfaces nazzjonali għall-fażi tal-iżvilupp (3) iddeskriviet is-servizzi ta’ sigurtà meħtieġa applikabbli għan-netwerk tal-VIS.

(7)

L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jipprovdi li l-VIS ċentrali prinċipali, li twettaq funzjonijiet ta’ superviżjoni u amministrazzjoni teknika, għandha tkun ippustjata fi Strasburgu (Franza) u l-VIS Ċentrali ta’ riżerva (backup), li tkun kapaċi tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tal-VIS Ċentrali prinċipali f’każ ta’ ħsara fis-sistema, għandha tkun ippustjata f’Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija).

(8)

Ir-rwoli tal-uffiċjali tas-sigurtà għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat rispons effiċċjenti u immedjat għall-inċidenti tas-sigurtà u r-rappurtar tagħhom.

(9)

Għandha titwaqqaf Politika tas-Sigurtà li tiddeskrivi d-dettalji tekniċi u organizzazzjonali kollha f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Il-miżuri għandhom jiġu definiti biex jiżguraw livell adatt ta’ sigurtà tal-operar tal-VIS,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi l-miżuri u l-organizzazzjoni ta’ sigurtà (pjan ta’ sigurtà) fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

KAPITOLU II

ORGANIZZAZZJONI, RESPONSABBILTAJIET U ĠESTJONI TAL-INĊIDENTI

Artikolu 2

Kompiti tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta u tissorvelja l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà tagħha għall-VIS ċentrali u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni msemmija f’din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha taħtar Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema minn fost l-uffiċjali tagħha. L-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema għandu jinħatar mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni. Il-ħidmiet tal-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a)

it-tħejjija, l-aġġornar u r-reviżjoni tal-Politika tas-Sigurtà kif deskritti fl-Artikolu 7 ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

monitoraġġ tal-effettività tal-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ sigurtà tal-VIS ċentrali u tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni;

(c)

kontribut għat-tħejjija tar-rappurtar relatat mas-sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 50(3) u 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(d)

twettiq ta’ ħidmiet ta’ koordinazzjoni u assistenza fil-verifiki mwettqa mis-Superviżur Ewropew għall-Ħarsien tad-Dejta msemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(e)

monitoraġġ li din id-Deċiżjoni u l-Politika tas-Sigurtà jiġu applikati sewwa u b’mod sħiħ mill-kuntrattur inkluż is-sottokuntratturi involuti b’kull mod fil-ġestjoni u l-operar tal-VIS;

(f)

li jżomm lista ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali uniċi għas-sigurtà tal-VIS u jaqsamha mal-Uffiċjali għas-Sigurtà Lokali għall-VIS Ċentrali u għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

Artikolu 3

L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS Ċentrali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha taħtar Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali minn fost l-uffiċjali tagħha. Il-kunflitti ta’ interess bejn id-dover tal-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali u kull dover uffiċjali ieħor għandhom jiġu evitati. L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali għandu jinħatar mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni.

2.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali għandu jiżgura li l-miżuri ta’ sigurtà msemmija f’din id-Deċiżjoni jiġu implimentati u l-proċeduri ta’ sigurtà jiġu segwiti fil-VIS prinċipali ċentrali. Rigward il-VIS ċentrali ta’ riżerva, l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali għandu jiżgura li l-miżuri ta’ sigurtà msemmija f’din id-Deċiżjoni, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 10, jiġu implimentati u l-proċeduri ta’ sigurtà relatati jiġu segwiti.

3.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali jista’ jassenja waħda jew uħud mill-ħidmiet tiegħu jew tagħha lill-persunal subordinat. Il-kunflitti ta’ interess bejn id-dover li jeżegwixxi dawk il-ħidmiet u kull dover uffiċjali ieħor għandhom jiġu evitati. Numru tat-telefon u indirizz uniku għandhom jippermettu lill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali li jikkuntattja lis-subordinat/a tiegħu/tagħha f’kwalunkwe ħin.

4.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali għandu jwettaq il-ħidmiet li jirriżultaw mill-miżuri ta’ sigurtà li għandhom jittieħdu fis-siti tal-VIS ċentrali prinċipali u ta’ riżerva, fi ħdan il-limiti tal-paragrafu 1, inkluż b’mod partikolari:

(a)

il-ħidmiet ta’ sigurtà operazzjonali lokali jinkludu verifiki tal-firewalls, testjar regolari tas-sigurtà, verifiki u rappurtar;

(b)

monitoraġġ tal-effettività tal-pjan tal-kontinwità tal-attività u żgurar li jitwettqu l-eżerċizzji regolari;

(c)

il-kisba tal-evidenza, u rappurtar lill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema, ta’ kull aċċident li jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-VIS ċentrali jew l-infrastruttura tal-komunikazzjoni;

(d)

li jiġi infurmat l-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema jekk il-Politika tas-Sigurtà tkun teħtieġ tiġi emendata;

(e)

monitoraġġ li din id-Deċiżjoni u l-Politika tas-Sigurtà jiġu applikati minn kwalunkwe kuntrattur inkluż is-sottokuntratturi involuti b’kull mod fil-ġestjoni u l-operar tal-VIS ċentrali;

(f)

li jiġi żgurat li l-persunal ikun konxju tal-obbligi u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Politika tas-Sigurtà;

(g)

monitoraġġ tal-iżviluppi tas-sigurtà tal-IT u li jiġi żgurat li l-persunal jiġi mħarreġ b’mod adegwat;

(h)

tħejjija tal-informazzjoni u l-għażliet bażiċi għat-twaqqif, aġġornament u r-reviżjoni tal-Politika tas-Sigurtà skont l-Artikolu 7.

Artikolu 4

L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha taħtar Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni minn fost l-uffiċjali tagħha. Il-kunflitti ta’ interess bejn id-dover tal-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali u kull dover uffiċjali ieħor għandhom jiġu evitati. L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandu jinħatar mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni.

2.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandu jissorvelja l-funzjonament tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni u jiżgura li l-miżuri tas-sigurtà jiġu implimentati u l-proċeduri tas-sigurtà segwiti.

3.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni jista’ jassenja waħda jew uħud mill-ħidmiet tiegħu jew tagħha lill-persunal subordinat. Il-kunflitti ta’ interess bejn id-dover li jeżegwixxi dawk il-ħidmiet u kull dover uffiċjali ieħor għandhom jiġu evitati. Numru tat-telefon u indirizz uniku għandhom jippermettu lill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali li jikkuntattja lis-subordinat/a tiegħu/tagħha f’kwalunkwe ħin.

4.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandu jwettaq il-ħidmiet li jirriżultaw mill-miżuri ta’ sigurtà relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjonim inkluż b’mod partikolari:

(a)

il-ħidmiet ta’ sigurtà operazzjonali kollha relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni bħal, firewalls, testjar regolari tas-sigurtà, verifiki u rappurtar;

(b)

monitoraġġ tal-effettività tal-pjan tal-kontinwità tal-attività u żgurar li jitwettqu l-eżerċizzji regolari;

(c)

il-kisba tal-evidenza, u rappurtar lill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema, ta’ kull aċċident li jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni jew fuq il-VIS ċentrali jew fuq is-sistemi nazzjonali;

(d)

li jiġi infurmat l-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema jekk il-Politika tas-Sigurtà tkun teħtieġ tiġi emendata;

(e)

monitoraġġ li din id-Deċiżjoni u l-Politika tas-Sigurtà jiġu applikati minn kwalunkwe kuntrattur inkluż is-sottokuntratturi involuti b’kull mod fil-ġestjoni tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni;

(f)

li jiġi żgurat li l-persunal ikun konxju tal-obbligi u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Politika tas-Sigurtà;

(g)

monitoraġġ tal-iżviluppi tas-sigurtà tal-IT u li jiġi żgurat li l-persunal jiġi mħarreġ b’mod adegwat;

(h)

tħejjija tal-informazzjoni u l-għażliet bażiċi għat-twaqqif, l-aġġornament u r-reviżjoni tal-Politika tas-Sigurtà skont l-Artikolu 7.

Artikolu 5

Inċidenti tas-sigurtà

1.   Kull avveniment li jkollu jew jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-operar tal-VIS u li jista’ jikkawża dannu jew telf għall-VIS għandu jitqies bħala inċident tas-sigurtà, speċjalment fejn seta’ kien hemm aċċess għad-dejta jew fejn tkun ġiet kompromessa d-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta.

2.   Il-Politika tas-Sigurtà għandha tistabbilixxi l-proċeduri għall-irkupru minn inċident. L-inċidenti tas-sigurtà għandhom jiġu ġestiti biex ikun żgurat rispons mgħaġġel, effettiv u adatt f’konformità mal-Politika tas-Sigurtà.

3.   L-informazzjoni rigward inċident tas-sigurtà li għandu jew jista’ jkollu impatt fuq l-operar tal-VIS fi Stat Membru jew dwar id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta tal-VIS imdaħħla minn Stat Membru, għandha tiġi provduta lill-Istat Membru konċernat. L-inċidenti tas-sigurtà għandhom jiġu notifikati lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Kummissjoni.

Artikolu 6

Ġestjoni tal-inċidenti

1.   Il-persunal u l-kuntratturi kollha involuti fl-iżvilupp, fil-ġestjoni u l-operar tal-VIS għandhom ikunu meħtieġa jinnutaw u jirrapportaw kull dgħjufija fis-sigurtà osservata jew suspettata fl-operar tal-VIS lill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema jew l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali jew lill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni, kif adatt.

2.   F’każ ta’ sejba ta’ xi inċident li għandu jew li jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-operar tal-VIS, l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali jew l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandu jinforma malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċjal tas-Sigurtà tas-Sistema u, fejn adatt, il-punt ta’ kuntratt nazzjonali uniku għas-sigurtà tal-VIS, jekk jeżisti tali punt ta’ kuntatt fl-Istat Membru in kwestjoni, jew bil-miktub, jew f’każ ta’ urġenza estrema, permezz ta’ kanali oħra ta’ komunikazzjoni. Ir-rapport għandu jkun fih deskrizzjoni tal-inċident tas-sigurtà, il-livell ta’ riskju, il-konsegwenzi possibbli u l-miżuri li ttieħdu jew li kellhom jittieħdu biex jitnaqqas ir-riskju.

3.   Kull evidenza f’relazzjoni mal-inċident tas-sigurtà għandha tiġi miġbura immedjatament mill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali jew l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni, kif xieraq. Sakemm huwa possibbli taħt id-dispożizzjonijiet tal-ħarsien tad-dejta applikabbli, tali evidenza għandha mbagħad issir disponibbli lill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema fuq talba mingħandu.

4.   Proċessi ta’ feedback għandhom jiġu implimentati biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar ir-riżultati tiġi komunikata, ladarba l-inċident ikun ġie trattat u magħluq.

KAPITOLU III

MIŻURI TA’ SIGURTÀ

Artikolu 7

Il-Politika tas-Sigurtà

1.   Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà għandu jistabbilixxi, jaġġorna u regolarment jirrevedi Politika ta’ Sigurtà vinkolanti f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Il-Politika tas-Sigurtà għandha tipprovdi għal proċeduri dettaljati u miżuri biex tipproteġi kontra theddid għad-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-VIS, inkluż pjanijiet ta’ emerġenza, sabiex jiġi żgurat livell adatt ta’ sigurtà kif preskritt minn din id-Deċiżjoni. Il-Politika tas-Sigurtà għandha tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Politika tas-Sigurtà għandha tkun bażata fuq valutazzjoni tar-riskju. Il-miżuri deskritti mill-Politika tas-Sigurtà għandhom ikunu proporzjonali mar-riskji identifikati.

3.   Il-valutazzjoni tar-riskju u l-Politika tas-Sigurtà għandhom ikunu aġġornati jekk il-bidliet teknoloġiċi, l-identifikazzjoni ta’ theddid ġdid jew xi ċirkostanzi oħra jagħmluha neċessarju. Il-Politika tas-Sigurtà għandha tkun riveduta f’kwalunkwe każ fuq bażi annwali biex jiġi żgurat li għadha adatta biex twieġeb għall-aħħar valutazzjoni tar-riskju jew għall-bidliet, theddid jew ċirkostanzi kollha relevanti ġodda identifikati fit-teknoloġija.

4.   Il-Politika tas-Sigurtà għandha titħejja mill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali, b’koordinazzjoni mal-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS u l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

Artikolu 8

Implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà

1.   L-implimentazzjoni tal-ħidmiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u fil-Politika tas-Sigurtà, inkluż il-ħidma tal-ħatra tal-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali, jistgħu jingħataw b’kuntratt jew jiġu afdati f’idejn korpi pubbliċi jew privati.

2.   F’dan il-każ il-Kummissjoni għandha tiżgura permezz ta’ ftehim li jorbot legalment li jkun hemm konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u fil-Politika tas-Sigurtà. Fil-każ ta’ delegazzjoni jew kuntrattar tal-ħidmiet lil Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali maħtur, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tiġi konsultata, permezz ta’ ftehim li jorbot legalment, dwar il-persuna li trid tinħatar bħala Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali.

Artikolu 9

Kontroll għall-aċċess tal-faċilitajiet

1.   Għandhom jintużaw perimetri tas-sigurtà b’barrieri adatti u kontroll tad-dħul biex jiġu protetti żoni li jkun fihom faċilitajiet għall-ipproċessar tad-dejta.

2.   Fi ħdan il-perimetri tas-sigurtà, iż-żoni siguri għandhom ikunu definiti biex iħarsu l-komponenti fiżiċi (l-assi), inkluż hardware, midja u consoles tad-dejta, pjanijiet u dokumenti oħra fuq il-VIS kif ukoll uffiċċji u postijiet oħra tax-xogħol ta’ persunal involut fl-operar tal-VIS. Dawn iż-żoni siguri huma mħarsa minn kontrolli tad-dħul adatti biex jiżguraw li jkun biss persunal awtorizzat li jkollu aċċess. Ix-xogħol fiż-żoni siguri għandu jkun soġġett għal regoli dettaljati tas-sigurtà stabbiliti fil-Politika tas-Sigurtà.

3.   Sigurtà fiżika għall-uffiċċji, kmamar u faċilitajiet għandha tkun prevista u installata. Il-punti tal-aċċess bħaż-żoni ta’ forniment u tagħbija u punti oħra fejn il-persuni mhux awtorizzati jistgħu jidħlu fil-bini għandhom ikunu kontrollati u, jekk possibbli, iżolati mill-faċilitajiet tal-ipproċessar tad-dejta biex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat.

4.   Protezzjoni fiżika tal-perimetri tas-sigurtà kontra ħsara minn diżastri naturali jew kawżati mill-bniedem għandha titfassal u tiġi applikata b’mod proporzjonali mar-riskju.

5.   It-tagħmir għandu jiġi mħares minn theddid fiżiku u ambjentali u minn opportunitajiet ta’ aċċess mhux awtorizzat.

6.   Jekk tali informazzjoni tkun disponibbli għall-Kummissjoni, għandha żżid mal-lista msemmija fl-Artikolu 2(2)(f) punt uniku ta’ kuntatt għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu fil-post fejn tkun tinsab il- VIS ċentrali ta’ riżerva.

Artikolu 10

Midja tad-dejta u kontroll tal-assi

1.   Midja trasferibbli li jkun fihom id-dejta għandhom ikunu protetti kontra l-aċċess mhux awtorizzat, l-użu ħażin jew it-tħassir, u l-integrità tad-dejta għandha tkun żgurata matul il-perjodu sħiħ li fuqhom ikun hemm id-dejta.

2.   Il-midja għandhom jintremew b’mod sigur meta ma jkunux aktar meħtieġa, skont il-proċeduri dettaljati u stabbiliti fil-Politika tas-Sigurtà.

3.   L-inventarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-post tal-ħażna, il-perjodu ta’ żamma applikabbli u l-aċċess għall-awtorizzazzjonijiet ikunu disponibbli.

4.   L-assi kollha importanti tal-VIS ċentrali u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandhom ikunu identifikati, sabiex ikunu jistgħu jiġu mħarsa skont l-importanza tagħhom. Għandu jinżamm reġistru aġġornat tat-tagħmir rilevanti tal-IT.

5.   Għandha tkun disponibbli dokumentazzjoni aġġornata tal-VIS ċentrali u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni. Tali dokumentazzjoni għandha tkun imħarsa kontra l-aċċess mhux awtorizzat.

Artikolu 11

Kontroll tal-ħażna

1.   Għandhom jittieħdu miżuri adatti biex jiżguraw ħażna adatta tal-informazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat.

2.   L-oġġetti kollha tat-tagħmir li jkun fihom il-midja tal-ħażna għandhom jiġu verifikati biex jiġi żgurat li d-dejta sensittiva tkun tneħħiet jew tkun ġiet kompletament sostitwita, qabel tintrema, jew inkella tinqered b’mod sigur.

Artikolu 12

Kontroll tal-password

1.   Il-Passwords għandhom jinżammu b’mod sigur u jitqiesu bħala kunfidenzjali. F’każ ta’ sospett li password partikolari ma tkunx baqgħet sigrieta, il-password għandha tinbidel immedjatament jew il-kont tal-utent għandu jiġi deattivat. Għandhom jintużaw identitajiet tal-utenti uniċi u individwali.

2.   Fil-Politika tas-Sigurtà, għandhom jiġu definiti l-proċeduri dwar kif wieħed jidħol u joħroġ fis-sistema (logging) sabiex jiġi evitat kull dħul mhux awtorizzat.

Artikolu 13

Kontroll tal-Aċċess

1.   Il-Politika tas-Sigurtà għandha tistabbilixxi reġistrazzjoni formali tal-persunal u proċedura ta’ tneħħija tar-reġistrazzjoni li tkun fis-seħħ sabiex tagħti aċċess u tirtira l-aċċess għall-hardware u s-software tal-VIS fil-VIS ċentrali għall-fini tal-ġestjoni operazzjonali. L-allokazzjoni u l-użu ta’ kredenzjali adegwati tal-aċċess (passwords jew mezzi adatti oħra) għandhom ikunu kontrollati permezz ta’ proċess formali tal-ġestjoni kif stabbilit fil-Politika tas-Sigurtà.

2.   L-aċċess għall-hardware u s-software tal-VIS fil-VIS ċentrali għandu jkun:

(i)

ristrett għal persuni awtorizzati;

(ii)

jkun limitat għal każijiet fejn l-iskop leġittimu skont l-Artikoli 42 u 50(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 ikun jista’ jiġi identifikat;

(iii)

ma jaqbiżx il-perjodu u l-iskop neċessarju għall-fini tal-aċċess; kif ukoll

(iv)

iseħħ biss skont il-politika ta’ kontroll tal-aċċess li trid tiġi definita fil-Politika tas-Sigurtà.

3.   Jintużaw biss software u l-consoles awtorizzati mill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali, fil-VIS ċentrali. L-użu ta’ utilitajiet tas-sistema li jistgħu jkunu kapaċi jevitaw il-kontrolli tas-sistema u tal-applications għandu jkun ristrett u kontrollat. Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri għall-kontroll tal-installazzjoni tas-software.

Artikolu 14

Kontroll tal-komunikazzjoni

L-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha tiġi sorveljata sabiex tipprovdi disponibbiltà, integrità u kunfidenzjalità għall-iskambji tal-informazzjoni. Għandhom jintużaw mezzi kriptografiċi biex iħarsu d-dejta trażmessa permezz tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

Artikolu 15

Kontroll tad-dejta tar-rekordjar

Il-kontijiet għall-persuni awtorizzati biex jidħlu fis-software tal-VIS mill-VIS ċentrali għandhom ikunu sorveljati mill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-VIS ċentrali. L-użu ta’ dawk il-kontijiet, inkluż il-ħin u l-identità tal-utent għandhom ikunu reġistrati.

Artikolu 16

Kontroll tat-trasport

1.   Fil-Politika tas-Sigurtà għandhom jiġu definiti miżuri adatti biex jevitaw qari, aċċess, modifikar jew tħassir mhux awtorizzat tad-dejta personali matul it-trażmissjoni lejn jew mill-VIS jew matul it-trasport tal-midja tad-dejta. Id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu elenkati fil-Politika tas-Sigurtà fir-rigward tat-tipi ta’ ammissibbiltà għal trażmissjoni jew trasport kif ukoll fir-rispett tal-proċeduri ta’ responsabbiltà għat-trasport ta’ oġġetti u l-wasla tagħhom fil-post tad-destinazzjoni. Il-medium tad-dejta m’għandu jkun fih ebda dejta oħra apparti dik li qed tintbagħat.

2.   Is-servizzi mwassla minn partijiet terzi li jinvolvu aċċess, proċessar, komunikazzjoni jew immaniġġjar tal-faċilitajiet għall-ipproċessar tad-dejta jew li jżidu prodotti jew servizzi f’faċilitajiet għall-ipproċessar tad-dejta għandu jkollhom il-kontrolli tas-sigurtà integrati adatti.

Artikolu 17

Is-sigurtà tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni

1.   L-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha tiġi ġestita u kontrollata b’mod adegwat sabiex titħares minn tħeddid u biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni nfisha u tal-VIS ċentrali, inkluż id-dejta skambjata permezz tagħha.

2.   Il-karatteristiċi tas-sigurtà, il-livelli ta’ servizzi u l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tas-servizzi kollha tan-netwerk għandhom jiġu identifikati mal-fornitur tas-servizz fil-ftehim għas-servizz tan-netwerk.

3.   Apparti l-protezzjonijiet tal-punti tal-aċċess tal-VIS, kull servizz addizzjonali li jintuża mill-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandu jiġi mħares ukoll. Miżuri adatti għandhom jiġu definiti fil-Politika tas-Sigurtà.

Artikolu 18

Sorveljanza

1.   Il-logs li jirrekordjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 relatati ma’ kull aċċess u mal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-dejta fil-VIS ċentrali għandhom jinżammu f’post sigur, u jkunu aċċessibbli mill-postijiet fejn jinsabu il-VIS ċentrali prinċipali u ta’ riżerva, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

2.   Il-proċeduri li jissorveljaw l-użu jew id-difetti fil-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni huma stabbiliti fil-Politika tas-Sigurtà u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza jiġu riveduti regolarment. Jekk ikun meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni xierqa.

3.   Il-faċilitajiet ta’ logging u logs għandhom jitħarsu biex ma jiġux imbagħbsa u għandhom jitħarsu wkoll mill-aċċess mhux awtorizzat b’tali mod li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ġbir u ż-żamma tal-evidenza għall-perjodu tal-ħażna.

Artikolu 19

Miżuri kriptografiċi

Miżuri kriptografiċi għandhom jintużaw fejn ikun adatt għall-ħarsien tal-informazzjoni. L-użu tagħhom, flimkien mal-iskopijiet u l-kundizzjonijiet, irid ikun approvat bil-quddiem mill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema.

KAPITOLU IV

SIGURTÀ TAR-RIŻORSI UMANI

Artikolu 20

Profili tal-persunal

1.   Il-Politika tas-Sigurtà għandha tiddefenixxi l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jidħlu fil-VIS, inkluż l-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

2.   Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tas-sigurtà tal-persunal tal-Kummissjoni, tal-kuntratturi tal-persunal involut fil-ġestjoni operazzjonali għandhom ikunu definiti, dokumentati u komunikati lill-persuni konċernati. Id-deskrizzjoni tal-impjieg u l-għanijiet għandhom jelenkaw dawk ir-rwoli u responsabbiltajiet għall-persunal tal-Kummissjoni; il-ftehimiet dwar il-kuntratti jew is-servizzi għandhom jelenkawhom għall-kuntratturi.

3.   Ftehimiet ta’ kunfidenzjalità u segretezza għandhom isiru mal-persuni kollha li għalihom japplikaw ir-regoli tas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri. Il-persunal obbligat li jaħdem fid-dejta tal-VIS għandu jkollu l-approvazzjoni neċessarja jew iċ-ċertifikazzjoni skont il-proċeduri dettaljati li għandhom jiġu stabbiliti fil-Politika tas-Sigurtà.

Artikolu 21

Informazzjoni lill-persunal

1.   Il-persunal kif ukoll, fejn rilevanti, il-kuntratturi għandhom jirċievu t-taħriġ adatt fil-qasam tal-kuxjenza dwar is-sigurtà, obbligi legali, politiki u proċeduri, f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħol tagħhom.

2.   Fit-tmiem tal-impjieg jew tal-kuntratt tagħhom, ir-responsabbiltajiet relatati mal-bidla fl-impjieg jew it-tmiem tal-impjieg għandhom ikunu definiti għall-persunal u l-kuntratturi fil-Politika tas-Sigurtà, kif ukoll il-proċeduri biex jiġi mmaniġġjat ir-ritorn tal-assi u t-tneħħija tad-drittijiet tal-aċċess.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 22

L-applikabbiltà

1.   Din id-Deċiżjoni għandha ssir applikabbli mid-data determinata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi meta l-Awtorità tal-Ġestjoni tieħu r-responsabbiltajiet tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(2)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)   ĠU L 194, 23.7.2008, p. 3.


5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Mejju 2010

dwar il-Pjan tas-Sigurtà għas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni

(2010/261/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/533/JHA tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar it-twaqqif, l-operar u l-użu tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 (a) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA jipprovdu li l-Awtorità ta’ Ġestjoni, f’relazzjoni mas-SIS II Ċentrali, u l-Kummissjoni, f’relazzjoni mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, għandha tadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan ta’ sigurtà.

(2)

L-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 15(4) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA jipprovdi li matul perjodu tranżizzjonali qabel ma l-Awtorità tal-Ġestjoni tieħu r-responsabilitajiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operazzjonali tas-SIS II Ċentrali.

(3)

Minħabba li l-Awtorità tal-Ġestjoni għadha ma ġietx stabbilita, il-pjan tas-sigurtà li jrid jiġi adottat mill-Kummissjoni għandu jkun applikabbli wkoll għas-SIS II Ċentrali għal perjodu tranżizzjonali.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni meta twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha fil-ġestjoni operazzjonali tas-SIS II.

(5)

L-Artikolu 15(7) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 15(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA jipprovdu li fejn il-Kummissjoni tiddelega r-responsabbiltajiet tagħha matul il-perjodu tranżizzjonali qabel ma l-Awtorità tal-Ġestjoni tieħu r-responsabilitajiet tagħha, hija għandha tiżgura li din id-delegazzjoni ma taffettwax b’mod negattiv xi mekkaniżmu ta’ kontroll effettiv taħt l-Unjoni, jiġifieri il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri jew is-Superviżur Ewropew tal-Ħarsien tad-Dejta.

(6)

L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-pjan ta’ sigurtà tagħha f’relazzjoni mas-SIS II Ċentrali la darba tkun ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha. Dan il-pjan ta’ sigurtà għandu għalhekk jiskadi, sa fejn għandu x’jaqsam mas-SIS II Ċentrali, meta l-Awtorità tal-Ġestjoni terfa’ r-responsabbiltajiet tagħha.

(7)

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA jipprovdu li s-CS-SIS, li twettaq amministrazzjoni u superviżjoni teknika, ser tkun tinsab fi Strasburgu (Franza) u CS-SIS ta’ riżerva (backup), kapaċi li tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tas-CS-SIS prinċipali f’każ ta’ ħsara f’din is-sistema, ser tkun tinsab f’Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija).

(8)

Il-pjan ta’ sigurtà għandu jipprevedi Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema wieħed li jwettaq ħidmiet relatati mas-sigurtà rigward kemm is-SIS II Ċentrali kif ukoll l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni u żewġ Uffiċjali għas-Sigurtà Lokali li jwettqu ħidmiet relatati mas-sigurtà fir-rigward tas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, rispettivament. Ir-rwoli tal-uffiċjali tas-sigurtà għandhom jiġu stabbilitu sabiex jiġi żgurat rispons effiċjenti u immedjat għall-inċidenti tas-sigurtà u r-rappurtar tagħhom.

(9)

Għandha titwaqqaf Politika tas-Sigurtà li tiddeskrivi d-dettalji tekniċi u organizzazzjonali kollha f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Il-miżuri għandhom jiġu definiti biex jiżguraw livell adatt ta’ sigurtà tal-operazzjoni tas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-miżuri tas-sigurtà (il-pjan tas-sigurtà) għall-ħarsien tas-SIS II Ċentrali u d-dejta proċessata minnha kontra theddid għad-disponibbiltà, integrità u kunfidenzjalità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA dwar it-twaqqif, l-operat u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) matul perjodu tranżizzjonali, sakemm l-Awtorità ta’ Ġestjoni tieħu r-responsabbiltajiet tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-miżuri tas-sigurtà (il-pjan tas-sigurtà) għall-ħarsien tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni kontra theddid għad-disponibbiltà, integrità u kunfidenzjalità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA dwar it-twaqqif, l-operat u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) tat-tieni ġenerazzjoni.

KAPITOLU II

ORGANIZZAZZJONI, RESPONSABBILTAJIET U ĠESTJONI TAL-INĊIDENTI

Artikolu 2

Kompiti tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta u tissorvelja l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà tagħha għas-SIS II imsemmija f’din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta u tissorvelja l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà tagħha għall-Infrastruttura tal-Kummissjoni msemmija f’din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha taħtar Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema minn fost l-uffiċjali tagħha. L-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema għandu jinħatar mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni. Il-ħidmiet tal-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a)

it-tħejjija tal-Politika tas-Sigurtà kif deskritta fl-Artikolu 7 ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

monitoraġġ tal-effettività tal-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ sigurtà tas-SIS II Ċentrali;

(c)

monitoraġġ tal-effettività tal-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ sigurtà tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni;

(d)

kontribut għat-tħejjija tar-rappurtar relatat mas-sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66 tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA;

(e)

koordinazzjoni u twettiq ta’ ħidmiet ta’ assistenza fil-verifiki mwettqa mis-Superviżur Ewropew għall-Ħarsien tad-Dejta msemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 61 tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA, kif ukoll notifikazzjoni tal-inċidenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(2) tal-Uffiċjal għall-Ħarsien tad-Dejta tal-Kummissjoni;

(f)

monitoraġġ li din id-Deċiżjoni u l-Politika tas-Sigurtà jiġu applikati sewwa u b’mod sħiħ mill-kuntrattur inkluż is-sottokuntratturi involuti b’kull mod fil-ġestjoni tas-SIS II Ċentrali;

(g)

monitoraġġ li din id-Deċiżjoni u l-Politika tas-Sigurtà jiġu applikati sewwa u b’mod sħiħ mill-kuntrattur inkluż is-sottokuntratturi involuti b’kull mod fil-ġestjoni tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni;

(h)

li jżomm lista ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali uniċi għas-sigurtà tas-SIS II u jaqsamha mal-Uffiċjali għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni;

(i)

li jaqsam il-lista msemmija f’(h) mal-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali.

Artikolu 3

L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha taħtar Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali minn fost l-uffiċjali tagħha. Il-kunflitti ta’ interess bejn id-dover tal-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali u kull dover uffiċjali ieħor għandhom jiġu evitati. L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali għandu jinħatar mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni.

2.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali għandu jiżgura li l-miżuri ta’ sigurtà msemmija f’din id-Deċiżjoni jiġu implimentati u l-proċeduri ta’ sigurtà jiġu segwiti fis-CS-SIS prinċipali. Rigward ir-riżerva tas-CS-SIS, l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali għandu jiżgura li l-miżuri ta’ sigurtà msemmija f’din id-Deċiżjoni, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 9, jiġu implimentati u l-proċeduri ta’ sigurtà relatati jiġu segwiti.

3.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali jista’ jassenja waħda jew uħud mill-ħidmiet tiegħu jew tagħha lill-persunal subordinat. Il-kunflitti ta’ interess bejn id-dover li jeżegwixxi dawk il-ħidmiet u kull dover uffiċjali ieħor għandhom jiġu evitati. Numru tat-telefon u indirizz uniċi għandhom jippermettu lill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali li jikkuntattja lis-subordinat/a tiegħu/tagħha f’kwalunkwe ħin.

4.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali għandu jwettaq il-ħidmiet li jirriżultaw mill-miżuri ta’ sigurtà li għandhom jittieħdu fis-siti fejn hemm is-CS-SIS prinċipali u ta’ riżerva, fi ħdan il-limiti tal-paragrafu 1, inkluż b’mod partikolari:

(a)

il-ħidmiet ta’ sigurtà operazzjonali lokali jinkludu verifiki tal-firewalls, testjar regolari tas-sigurtà, verifiki u rappurtar;

(b)

monitoraġġ tal-effettività tal-pjan tal-kontinwità tal-attività u żgurar li jitwettqu l-eżerċizzji regolari;

(c)

il-kisba tal-evidenza, u rappurtar lill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema, ta’ kull inċident fis-SIS II Ċentrali li jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tas-SIS II Ċentrali jew fuq l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni;

(d)

li jiġi infurmat l-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema jekk il-Politika tas-Sigurtà tkun teħtieġ tiġi emendata;

(e)

monitoraġġ li din id-Deċiżjoni u l-Politika tas-Sigurtà jiġu applikati minn kwalunkwe kuntrattur inkluż is-sottokuntratturi li b’xi mod huma involuti fil-ġestjoni operazzjonali tas-SIS II Ċentrali;

(f)

li jiġi żgurat li l-persunal ikun konxju tal-obbligi u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Politika tas-Sigurtà;

(g)

monitoraġġ tal-iżviluppi tas-sigurtà tal-IT u li jiġi żgurat li l-persunal jiġi mħarreġ b’mod adegwat;

(h)

tħejjija tal-informazzjoni u l-għażliet bażiċi għat-twaqqif, aġġornament u r-revizjoni tal-Politika tas-Sigurtà skont l-Artikolu 7.

Artikolu 4

L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha taħtar Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni minn fost l-uffiċjali tagħha. Il-kunflitti ta’ interess bejn id-dover tal-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali u kull dover uffiċjali ieħor għandhom jiġu evitati. L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandu jinħatar mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni.

2.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandu jissorvelja l-funzjonament tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni u jiżgura li l-miżuri tas-sigurtà jiġu implimentati u l-proċeduri tas-sigurtà segwiti.

3.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni jista’ jassenja waħda jew uħud mill-ħidmiet tiegħu jew tagħha lill-persunal subordinat. Il-kunflitti ta’ interess bejn id-dover li jeżegwixxi dawk il-ħidmiet u kull dover uffiċjali ieħor għandhom jiġu evitati. Numru tat-telefon u indirizz uniku għandhom jippermettu lill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali li jikkuntattja lis-subordinat/a tiegħu/tagħha f’kwalunkwe ħin.

4.   L-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandu jwettaq il-ħidmiet li jirriżultaw mill-miżuri ta’ sigurtà relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, inkluż b’mod partikolari:

(a)

il-ħidmiet ta’ sigurtà operazzjonali kollha relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bħal, verifiki tal-firewalls, testjar regolari tas-sigurtà, verifiki u rappurtar;

(b)

monitoraġġ tal-effettività tal-pjan tal-kontinwità tal-attività u żgurar li jitwettqu l-eżerċizzji regolari;

(c)

il-kisba tal-evidenza, u rappurtar lill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema, ta’ kull inċident fl-Infrastruttura tal-Kumunikazzjoni li jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tas-SIS II Ċentrali jew l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni;

(d)

li jiġi infurmat l-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema jekk il-Politika tas-Sigurtà tkun teħtieġ tiġi emendata;

(e)

monitoraġġ li din id-Deċiżjoni u l-Politika tas-Sigurtà jiġu applikati minn kwalunkwe kuntrattur inkluż is-sottokuntratturi involuti b’kull mod fil-ġestjoni tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni;

(f)

li jiġi żgurat li l-persunal ikun konxju tal-obbligi u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Politika tas-Sigurtà;

(g)

monitoraġġ tal-iżviluppi tas-sigurtà tal-IT u li jiġi żgurat li l-persunal jiġi mħarreġ b’mod adegwat;

(h)

tħejjija tal-informazzjoni u l-għażliet bażiċi għat-twaqqif, aġġornament u r-reviżjoni tal-Politika tas-Sigurtà skont l-Artikolu 7.

Artikolu 5

Inċidenti tas-sigurtà

1.   Kull avveniment li jkollu jew jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tas-SIS II u li jista’ jikkawża dannu jew telf għas-SIS II għandu jitqies bħala inċident tas-sigurtà, speċjemant fejn seta’ kien hemm aċċess għad-dejta jew fejn tkun ġiet jew setgħet ġiet kompromessa d-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta.

2.   L-inċidenti tas-sigurtà għandhom jiġu ġestiti biex ikun żgurat rispons mgħaġġel, effettiv u adatt f’konformità mal-Politika tas-Sigurtà. Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-irkupru minn inċident.

3.   L-informazzjoni rigward inċident tas-sigurtà li għandu jew jista’ jkollu impatt fuq l-operar tas-SIS II fi Stat Membru jew dwar id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta mdaħħla jew mibgħuta minn Stat Membru, għandha tiġi provduta lill-Istat Membru konċernat. L-inċidenti tas-sigurtà għandhom jiġu notifikati lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Kummissjoni.

Artikolu 6

Ġestjoni tal-inċidenti

1.   Il-persunal u l-kuntratturi kollha involuti fl-iżvilupp, fil-ġestjoni u l-operar tas-SIS II għandhom ikunu meħtieġa jinnutaw u jirrapportaw kull dgħufija osservata jew suspettata fis-sigurtà tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni lill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema jew l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.

2.   F’każ ta’ sejba ta’ xi inċident li għandu jew li jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tas-SIS II, l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandu jinforma malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċjal tas-Sigurtà tas-Sistema kif ukoll, fejn adatt, il-punt ta’ kuntatt nazzjonali uniku għas-sigurtà tas-SIS II, jekk jeżisti tali punt ta’ kuntatt fl-Istat Membru in kwestjoni, jew bil-miktub, jew f’każ ta’ urġenza estrema, permezz ta’ kanali oħra ta’ komunikazzjoni. Ir-rapport għandu jkun fih deskrizzjoni tal-inċident tas-sigurtà, il-livell ta’ riskju, il-konsegwenzi possibbli u l-miżuri li ttieħdu jew li kellhom jittieħdu biex jitnaqqas ir-riskju.

3.   Kull evidenza f’relazzjoni mal-inċident tas-sigurtà għandha tinġabar immedjatament mill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. Sakemm huwa possibbli taħt id-dispożizzjonijiet tal-ħarsien tad-dejta applikabbli, tali evidenza għandha mbagħad issir disponibbli lill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema fuq talba mingħandu.

4.   Il-proċessi ta’ feedback għandhom jiġu definiti fil-Politika tas-Sigurtà biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar it-tip, l-immaniġġjar u r-riżultat tal-inċident tas-sigurtà jiġi komunikat lill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema u lill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, ladarba l-inċident ikun ġie indirizzat u m’għadux għaddej.

5.   Il-paragrafi (1) sa (4) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal inċidenti fis-SIS II Ċentrali. Għal dak il-għan, kull referenza għall-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni fil-paragrafi (1) sa (4) għandha tinqara bħala referenza għall-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali.

KAPITOLU III

MIŻURI TA’ SIGURTÀ

Artikolu 7

Il-Politika tas-Sigurtà

1.   Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà għandu jistabbilixxi, jaġġorna u regolarment jirrevedi Politika ta’ Sigurtà vinkolanti f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Il-Politika tas-Sigurtà għandha tipprovdi għal proċeduri dettaljati u miżuri biex tipproteġi kontra theddid għad-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, inkluż pjanijiet ta’ emerġenza, sabiex jiġi żgurat livell adatt ta’ sigurtà kif preskritt minn din id-Deċiżjoni. Il-Politika tas-Sigurtà għandha tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Politika tas-Sigurtà għandha tkun bażata fuq valutazzjoni tar-riskju. Il-miżuri deskritti mill-Politika tas-Sigurtà għandhom ikunu proporzjonali mar-riskji identifikati.

3.   Il-valutazzjoni tar-riskju u l-Politika tas-Sigurtà għandhom ikunu aġġornati, jekk il-bidliet tekonoloġiċi, l-identifikazzjoni ta’ theddid ġdid jew xi ċirkostanzi oħra jagħmluha neċessarju. Il-Politika tas-Sigurtà għandha tkun riveduta f’kwalunkwe każ fuq bażi annwali biex jiġi żgurat li għadha adatta biex twieġeb għall-aħħar valutazzjoni tar-riskju jew għall-bidliet, theddid jew ċirkostanzi kollha rilevanti ġodda identifikati fit-teknoloġija.

4.   Il-Politika tas-Sigurtà għandha titħejja mill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali, b’koordinazzjoni mal-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali u l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.

5.   Il-paragrafi (1) sa (4) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Politika tas-Sigurtà għas-SIS II Ċentrali. Għal dak il-għan, kull referenza għall-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni fil-paragrafi (1) sa (4) għandha tinqara bħala referenza għall-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali.

Artikolu 8

Implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà

1.   L-implimentazzjoni tal-ħidmiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u fil-Politika tas-Sigurtà, inkluż il-ħidma tal-ħatra tal-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali, jistgħu jingħataw b’kuntratt jew jiġu afdati f’idejn korpi pubbliċi jew privati.

2.   F’dan il-każ il-Kummissjoni għandha tiżgura permezz ta’ ftehim li jorbot legalment li jkun hemm konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u fil-Politika tas-Sigurtà. Fil-każ ta’ delegazzjoni jew kuntrattar tal-ħidmiet lil Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali maħtur, il-Kummissjoni għandha tiżgura permezz ta’ ftehim li jorbot legalment li tiġi konsultata dwar il-persuna li trid tinħatar bħala Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali.

Artikolu 9

Kontroll għall-aċċess tal-faċilitajiet

1.   Għandhom jintużaw perimetri tas-sigurtà b’barrieri adatti u kontroll tad-dħul biex jiġu protetti żoni li jkun fihom faċilitajiet għall-ipproċessar tad-dejta.

2.   Fi ħdan il-perimetri tas-sigurtà, iż-żoni siguri għandhom ikunu definiti biex iħarsu l-komponenti fiżiċi (l-assi), inkluż hardware, midja u consoles tad-dejta, pjanijiet u dokumenti oħra fuq is-SIS II kif ukoll uffiċċji u postijiet oħra tax-xogħol ta’ persunal involut fl-operar tas-SIS II. Dawn iż-żoni siguri għandhom jitħarsu minn kontrolli tad-dħul adatti biex jiżguraw li jkun biss persunal awtorizzat li jkollu aċċess. Ix-xogħol fiż-żoni siguri għandu jkun soġġett għal regoli dettaljati tas-sigurtà stabbiliti fil-Politika tas-Sigurtà.

3.   Sigurtà fiżika għall-uffiċċji, kmamar u faċilitajiet għandha tkun prevista u installata. Il-punti tal-aċċess bħaż-żoni ta’ forniment u tagħbija u punti oħra fejn il-persuni mhux awtorizzati jistgħu jidħlu fil-bini għandhom ikunu kontrollati u, jekk possibbli, iżolati mill-faċilitajiet tal-ipproċessar tad-dejta biex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat.

4.   Protezzjoni fiżika tal-perimetri tas-sigurtà kontra ħsara minn diżastri naturali jew kawżati mill-bniedem għandha titfassal u tiġi applikata b’mod proporzjonali mar-riskju.

5.   It-tagħmir għandu jiġi mħares minn theddid fiżiku u ambjentali u minn opportunitajiet ta’ aċċess mhux awtorizzat.

6.   Jekk tali informazzjoni tkun disponibbli għall-Kummissjoni, għandha żżid mal-lista msemmija fl-Artikolu 2(3)(h) punt uniku ta’ kuntatt għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu fil-post fejn ikun jinsab CS-SIS ta’ riżerva.

Artikolu 10

Midja tad-dejta u kontroll tal-assi

1.   Midja trasferibbli li jkun fihom id-dejta għandhom ikunu protetti kontra l-aċċess mhux awtorizzat, l-użu ħażin jew tħassir, u l-integrità tagħhom għandha tkun żgurata matul il-perjodu sħiħ li fuqhom ikun hemm id-dejta.

2.   Il-midja għandhom jintremew b’mod sigur meta ma jkunux aktar meħtieġa, skont il-proċeduri dettaljati u stabbiliti fil-Politika tas-Sigurtà.

3.   L-inventarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-post tal-ħażna, il-perjodu ta’ żamma applikabbli u l-aċċess għall-awtorizzazzjonijiet ikunu disponibbli.

4.   L-assi kollha importanti tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandhom ikunu identifikati, sabiex ikunu jistgħu jiġu mħarsa skont l-importanza tagħhom. Għandu jinżamm reġistru aġġornat tat-tagħmir rilevanti tal-IT.

5.   Għandha tkun disponibbli dokumentazzjoni aġġornata tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. Tali dokumentazzjoni għandha tkun imħarsa kontra l-aċċess mhux awtorizzat.

6.   Il-paragrafi (1) sa (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-SIS II Ċentrali. Għal dak il-għan, kull referenza għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandha tinqara bħala referenza għas-SIS II Ċentrali.

Artikolu 11

Kontroll tal-ħażna

1.   Għandhom jittieħdu miżuri adatti biex jiżguraw ħażna adatta tad-dejta u l-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat.

2.   L-oġġetti kollha tat-tagħmir li jkun fihom il-midja tal-ħażna għandhom jiġu verifikati biex jiġi żgurat li d-dejta sensittiva tkun tneħħiet jew tkun ġiet kompletament sostitwita, qabel tintrema, jew inkella tinqered b’mod sigur.

Artikolu 12

Kontroll tal-password

1.   Il-Passwords għandhom jinżammu b’mod sigur u jitqiesu bħala kunfidenzjali. F’każ ta’ sospett li password partikolari ma tkunx baqgħet sigrieta, il-password għandha tinbidel immedjatament jew inkella l-kont relevanti għandu jiġi deattivat. Għandhom jintużaw identitajiet tal-utenti uniċi u individwali.

2.   Fil-Politika tas-Sigurtà, għandhom jiġu definiti l-proċeduri dwar kif wieħed jidħol u joħroġ fis-sistema (logging) sabiex jiġi evitat kull dħul mhux awtorizzat.

Artikolu 13

Kontroll tal-Aċċess

1.   Il-Politika tas-Sigurtà għandha tistabbilixxi reġistrazzjoni formali tal-persunal u proċedura ta’ tneħħija tar-reġistrazzjoni li tkun fis-seħħ sabiex tagħti aċċess u tirtira l-aċċess għall-hardware u s-software tas-SIS II għall-fini tal-ġestjoni operazzjonali. L-allokazzjoni u l-użu ta’ kredenzjali adegwati tal-aċċess (passwords jew mezzi adatti oħra) għandhom ikunu kontrollati permezz ta’ proċess formali tal-ġestjoni kif stabbilit fil-Politika tas-Sigurtà.

2.   L-Aċċess għall-hardware u s-software tas-SIS II fis-CS-SIS għandu jkun:

(i)

ristrett għal persuni awtorizzati;

(ii)

jkun limitat għal każijiet fejn skop leġittimu skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 61 tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA, jew mal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(2) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA, ikun jista’ jiġi identifikat;

(iii)

ma jaqbiżx il-perjodu u l-iskop neċessarju għall-fini tal-aċċess; kif ukoll

(iv)

iseħħ biss skont il-politika ta’ kontroll tal-aċċess li trid tiġi definita fil-Politika tas-Sigurtà.

3.   Jintużaw biss software u l-consoles awtorizzati mill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali, fis-CS-SIS. L-użu ta’ utilitajiet tas-sistema li jistgħu jkunu kapaċi jevitaw il-kontrolli tas-sistema u tal-application għandu jkun ristrett u kontrollat. Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri għall-kontroll tal-installazzjoni tas-software.

Artikolu 14

Kontroll tal-komunikazzjoni

L-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandha tiġi sorveljata sabiex tipprovdi disponibbiltà, integrità u kunfidenzjalità għall-iskambji tal-informazzjoni. Għandhom jintużaw mezzi kriptografiċi biex iħarsu d-dejta trażmessa permezz tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

Artikolu 15

Kontrolli tal-input

Il-kontijiet għall-persuni awtorizzati biex jidħlu fis-software tas-SIS II mis-CS-SIS għandhom ikunu sorveljati mill-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali għas-SIS II Ċentrali. L-użu ta’ dawk il-kontijiet, inkluż il-ħin u l-identità tal-utent għandu jkun reġistrat.

Artikolu 16

Kontroll tat-trasport

1.   Fil-Politika tas-Sigurtà għandhom jiġu definiti miżuri adatti biex jevitaw qari, aċċess, modifikar jew tħassir mhux awtorizzat tad-dejta personali matul it-trażmissjoni lejn jew mis-SIS II jew matul it-trasport tal-midja tad-dejta. Id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu elenkati fil-Politika tas-Sigurtà fir-rigward tat-tipi ta’ ammissibbiltà għal trażmissjoni jew trasport kif ukoll fir-rispett tal-proċeduri ta’ responsabbiltà għat-trasport ta’ oġġetti u l-wasla tagħhom fil-post tad-destinazzjoni. Il-medium tad-dejta m’għandu jkun fih ebda dejta oħra apparti dik li qed tintbagħat.

2.   Is-servizzi mwassla minn partijiet terzi li jinvolvu aċċess, proċessar, komunikazzjoni jew immaniġġjar tal-faċilitajiet għall-ipproċessar tad-dejta jew li jżidu prodotti jew servizzi f’faċilitajiet għall-ipproċessar tad-dejta għandu jkollhom il-kontrolli tas-sigurtà integrati adatti.

Artikolu 17

Is-sigurtà tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni

1.   L-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandha tiġi ġestita u kontrollata b’mod adegwat sabiex titħares minn tħeddid u biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni nfisha u tas-SIS II Ċentrali, inkluż id-dejta skambjata permezz tagħha.

2.   Il-karatteristiċi tas-sigurtà, il-livelli ta’ servizzi u l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tas-servizzi kollha tan-netwerk għandhom jiġu identifikati mal-fornitur tas-servizz fil-ftehim għas-servizz tan-netwerk.

3.   Apparti l-protezzjonijiet tal-punti tal-aċċess tas-SIS II, kull servizz addizzjonali li jintuża mill-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandu jiġi mħares ukoll. Miżuri adatti għandhom jiġu definiti fil-Politika tas-Sigurtà.

Artikolu 18

Sorveljanza

1.   Il-logs li jirrekordjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 18(1) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA relatati ma’ kull aċċess u kull skambju ta’ dejta personali fi ħdan is-CS-SIS għandhom jinżammu maħżuna b’mod sigur u aċċessibbli mill-post fejn, is-CS-SIS prinċipali u CS-SIS ta’ riżerva jinsabu għall-perjodu massimu msemmi fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 18(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA.

2.   Il-proċeduri li jissorveljaw l-użu jew id-difetti fil-faċilitajiet tal-ipproċessar tad-dejta huma stabbiliti fil-Politika tas-Sigurtà u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza jiġu riveduti regolarment. Jekk ikun meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni xierqa.

3.   Il-faċilitajiet ta’ logging u logs għandhom jitħarsu biex ma jiġux imbagħbsa u mill-aċċess mhux awtorizzat biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ġbir u ż-żamma tal-evidenza għall-perjodu tal-ħażna.

Artikolu 19

Miżuri kriptografiċi

Miżuri kriptografiċi għandhom jintużaw fejn ikun adatt għall-ħarsien tal-informazzjoni. L-użu tagħhom, flimkien mal-iskopijiet u l-kundizzjonijiet, irid ikun approvat bil-quddiem mill-Uffiċjal għas-Sigurtà tas-Sistema.

KAPITOLU IV

SIGURTÀ TAR-RIŻORSI UMANI

Artikolu 20

Profili tal-persunal

1.   Il-Politika tas-Sigurtà għandha tiddefenixxi l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jidħlu fis-SIS II Ċentrali.

2.   Il-Politika tas-Sigurtà għandha tiddefenixxi l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jidħlu fl-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.

3.   Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tas-sigurtà tal-persunal tal-Kummissjoni, tal-kuntratturi tal-persunal involut fil-ġestjoni operazzjonali għandhom ikunu definiti, dokumentati u komunikati lill-persuni konċernati. Id-deskrizzjoni tal-impjieg u l-għajnijiet għandhom jelenkaw dawk ir-rwoli u responsabbiltajiet għall-persunal tal-Kummissjoni; il-ftehimiet dwar il-kuntratti jew is-servizzi għandhom jelenkawhom għall-kuntratturi.

4.   Ftehimiet ta’ kunfidenzjalità u segretezza għandhom isiru mal-persuni kollha li għalihom japplikaw ir-regoli tas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri. Il-persunal obbligat li jaħdem fid-dejta tas-SIS II għandu jkollu l-approvazzjoni neċessarja jew iċ-ċertifikazzjoni skont il-proċeduri dettaljati li għandhom jiġu stabbiliti fil-Politika tas-Sigurtà.

Artikolu 21

Informazzjoni lill-persunal

1.   Il-persunal u l-kuntratturi għandhom jirċievu t-taħrip adatt fil-qasam tal-kuxjenza dwar is-sigurtà, obbligi legali, politiki u proċeduri, f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħol tagħhom.

2.   Fit-tmiem tal-impjieg jew tal-kuntratt tagħhom, ir-responsabbiltajiet relatati mal-bidla fl-impjieg jew it-tmiem tal-impjieg għandhom ikunu definiti għall-persunal u l-kuntratturi fil-Politika tas-Sigurtà, kif ukoll il-proċeduri biex jiġi mmaniġġjat ir-ritorn tal-assi u t-tneħħija tad-drittijiet tal-aċċess.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 22

L-applikabilità

1.   Din id-Deċiżjoni għandha ssir applikabbli mid-data ffissata mill-Kunsill skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA.

2.   L-Artikoli 1(1), 2(1), 2(3)(b), (d), (f) u (i), 3, 6(5), 7(5), 9(6), 10(6), 13(2) u (3), 15, 18 u 20(1) għandhom jiskadu meta l-Awtorità tal-Ġestjoni tieħdu r-responsabbiltajiet tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 381 28.12.2006 p. 4.

(2)   ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

(3)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Ottubru 2009

dwar l-għajnuna mill-Istat C 14/08 (ex NN 1/08) implimentata mir-Renju Unit għal Northern Rock

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8102)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/262/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 88(2),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel (1) (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 (3) (minn hawn ‘il quddiem “id-deċiżjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007”) il-Kummissjoni sabet li l-faċilità ta’ likwidità implimentata mill-Bank of England (minn hawn ‘il quddiem “BoE”) fl-14 ta’ Settembru 2007 favur Northern Rock (minn hawn ‘il quddiem “NR”) ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat. Barraminnhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li l-garanziji fuq id-depożiti bl-imnut mogħtija mill-awtoritajiet tar-RU bejn is-17 u l-20 ta’ Settembru u d-9 ta’ Ottubru 2007 kien fihom għajnuna mill-Istat li kienet kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna tas-salvataġġ għal sitt xhur, sas-17 ta’ Marzu 2008, b’konformità mal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà (4) (minn hawn ‘il quddiem “il-Linji Gwida R&R”). Fid-Deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni insistiet ukoll fuq is-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar fi żmien sitt xhur jew il-ħlas lura tal-għajnuna.

(2)

Permezz tal-ittra tal-21 ta’ Diċembru 2007, l-awtoritajiet tar-RU infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-estensjoni ta’ dawk l-arranġamenti ta’ garanzija. Fit-8 ta’ Jannar, l-24 ta’ Jannar, is-6 ta’ Frar, it-13 ta’ Frar u l-10 ta’ Marzu 2008 saru laqgħat bejn ir-rappreżentanti tar-Renju Unit u l-Kummissjoni.

(3)

Fis-17 ta’ Frar 2008 l-awtoritajiet tar-RU ħabbru li n-NR kien se jiġi nazzjonalizzat. Permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Marzu 2008, ir-Renju Unit bagħat lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar għan-NR u għarrafha dwar miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li kienu se jakkompanjaw dak il-pjan u jippermettu li jiġi implimentat. Permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Marzu 2008, ir-Renju Unit bagħat pjan ta’ ristrutturar aktar dettaljat u bi ftit emendi.

(4)

Permezz ta’ ittra bid-data tat-2 ta’ April 2008, il-Kummissjoni infurmat lir-Renju Unit li kienet iddeċidiet tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-miżuri ta’ għajnuna (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tal-ftuħ”).

(5)

Id-Deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Il-Kummissjoni invitat lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna.

(6)

Permezz ta’ ittra tat-2 ta’ Mejju 2008, ir-Renju Unit irrisponda d-Deċiżjoni tal-ftuħ. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll il-kummenti tal-partijiet interessati. Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Lulju 2008, li rċeviet fil-31 ta’ Lulju 2008, hi bagħtet dawk il-kummenti lir-Renju Unit, li ngħata l-opportunità jirreaġġixxi; il-kummenti tiegħu ntbagħtu permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Awwissu 2008.

(7)

Permezz tal-ittra tal-25 ta’ April 2008, il-Kummissjoni bagħtet mistoqsijiet dwar il-pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-31 ta’ Marzu 2008. Ir-Renju Unit ta t-tweġibiet tiegħu permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Ġunju 2008. Fit-30 ta’ Ġunju 2008, saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-RU. Wara dik il-laqgħa, l-awtoritajiet tar-RU ipprovdew informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittri tat-8 ta’ Lulju u t-13 ta’ Awwissu 2008.

(8)

Fil-5 ta’ Awwissu 2008, il-gvern tar-RU ħabbar pubblikament li kellu l-ħsieb li jikkonverti sa 3 biljun GBP ta’ self lin-NR f’ekwità. L-awtoritajiet tar-RU kienu avżaw preċedentement lill-Kummissjoni dwar din it-tħabbira.

(9)

Fil-11 ta’ Novembru 2008, il-15 ta’ Jannar 2009 u l-4 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet tar-RU avżaw lill-Kummissjoni li kienu qed jikkunsidraw pjanijiet għar-ristrutturar tan-NR li, minħabba l-impatt tal-kriżi finanzjarja, kienu jvarjaw b’mod sinifikanti minn dawk imħabbra f’Marzu 2008 u taw deskrizzjoni ta’ dawk il-pjanijiet.

(10)

Fl-20 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet tar-RU taw informazzjoni addizzjonali dwar il-ħsieb li n-NR jinqasam fi tnejn. Pjan aktar dettaljat ġie notifikat permezz tal-ittri tal-31 ta’ Marzu 2009 u t-2 ta’ April 2009.

(11)

Permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni avżat lir-Renju Unit li kienet iddeċidiet testendi l-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat biex tkopri l-pjan ta’ ristrutturar emendat li kien ġie sottomess lilha f’Marzu (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni ta’ estensjoni”).

(12)

Id-Deċiżjoni ta’ estensjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) u l-partijiet interessati ntalbu jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna.

(13)

Ir-RU irreaġixxa għad-Deċiżjoni ta’ estensjoni permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Ġunju 2009. Barraminnhekk, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti minn terzi partijiet. Permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Awwissu 2009, dawk il-kummenti ntbagħtu lir-Renju Unit, li ngħata l-opportunità jirreaġġixxi. Ir-Renju Unit issottometta l-kummenti tiegħu permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Awwissu 2009.

(14)

Fl-10 ta’ Ġunju, ir-Renju Unit ipprovda pjan ta’ ristrutturar aġġornat għan-NR, li ġie diskuss mal-Kummissjoni fil-laqgħat li saru fis-26 ta’ Ġunju u l-21 ta’ Awwissu 2009. Ir-Renju Unit ipprovda ukoll aktar informazzjoni fit-22 ta’ Ġunju, is-26 ta’ Ġunju, il-15 ta’ Lulju, is-17 ta’ Awwissu, it-18 ta’ Awwissu, l-4 ta’ Settembru, is-17 ta’ Settembru, it-18 ta’ Settembru, il-21 ta’ Settembru, it-22 ta’ Settembru u t-30 ta’ Settembru 2009.

2.   DESKRIZZJONI TAL-GĦAJNUNA

2.1.   IL-BENEFIĊJARJU U D-DIFFIKULTAJIET TIEGĦU

(15)

Qabel ma bdew id-diffikultajiet fit-tieni nofs tal-2007, in-NR kien il-ħames l-akbar bank tas-self b’ipoteka tar-RU b’total tal-karta tal-bilanċ ta’ 113,5 biljun GBP fit-30 ta’ Ġunju 2007 u 109,3 biljun GBP fl-aħħar tal-2007. Fl-2006, kellu total tal-karta tal-bilanċ ta’ 101 biljun GBP, waqt li d-dħul mill-imgħax kien jammonta għal kważi 5 biljun GBP. In-NR irreġistra profitt ta’ 443 miljun GBP matul l-2006. Il-bank kellu personal ta’ 6 000 persuna fl-2006, kellu 77 fergħa mar-Renju Unit kollu u kien preżenti fl-Irlanda, fid-Danimarka u fil-Guernsey.

(16)

Is-self b’ipoteka fuq proprjetà residenzjali kien u jibqa’ l-attività prinċipali tan-NR. Dan jirrapreżenta aktar minn 90 % tas-self kollu lill-klijenti li għad irid jitħallas. Fl-ewwel nofs tal-2007, il-bank kellu sehem tas-suq tas-self b’ipoteka gross tar-RU ta’ 9,7 % u tas-self b’ipoteka nett ta’ 18,9 % (7). In-NR iffinanzja l-maġġoranza tas-self b’ipoteka fit-tul bil-ħruġ ta’ Titoli Garantiti b’Ipoteki fuq Proprjetà Residenzjali u bonds koperti, waqt li sehem dejjem jonqos tal-fondi tiegħu twettaq permezz ta’ depożiti bl-imnut. Fit-30 ta’ Ġunju 2007, id-depożiti bl-imnut ammontaw għal 24 biljun GBP biss minn total tal-karta tal-bilanċ ta’ 113 biljun GBP. F’Marzu tal-2001 in-NR waqqaf struttura ta’ titolarizzazzjoni ta’ “master trust” magħrufa bħala “Granite” li għamel użu estensiv minnha minn dak iż-żmien. Aktar informazzjoni dwar in-NR hija rreġistrata fl-Artikolu 2.1 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ tat-2 ta’ April 2008.

(17)

Id-dipendenza tan-NR fuq fondi bl-ingrossa kkawża diffikultajiet fit-tieni nofs tal-2007 meta s-suq tat-titolarizzazzjoni tal-ipoteki waqa’, kif deskritt f’aktar dettall fl-Artikolu 2.2 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ. Il-problemi tal-fondi tan-NR wasslu lill-awtoritajiet tar-RU biex jipprovdu self u garanziji, li ġew approvati mill-Kummissjoni bħala għajnuna ta’ salvataġġ sas-17 ta’ Marzu 2008 permezz tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007. L-Artikolu 2.3.1 tad-Deċiżjoni ta’ ftuħ jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi li wasslu lill-Istat biex jipprovdi garanziji addizzjonali fit-18 ta’ Diċembru 2007, li ġew approvati mill-Kummissjoni bħala għajnuna ta’ salvataġġ kompatibbli (Artikolu 4.5.2 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ).

(18)

Fil-bidu tal-2008, NR u l-awtoritajiet tar-RU ippruvaw isibu soluzzjoni fis-settur privat. Bħala riżultat, ġew sottomessi pjanijiet kummerċjali għal NR lill-gvern minn Virgin u mid-diriġenti ta’ NR, li ġew stabbiliti fl-Artikoli 2.3.2 u 2.3.3 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ. L-attentat biex tinsab soluzzjoni fis-settur privat falla u sussegwentement NR ġie nazzjonalizzat fit-22 ta’ Frar 2008 fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjoni introdotta fil-ġranet preċedenti (Artikolu 2.3.4 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ) (8).

(19)

It-tkabbir tal-kriżi finanzjarja globali wara l-waqgħa ta’ Lehman Brothers u l-kriżi ekonomika u l-kriżi fis-suq tad-djar li segwew wasslu għal żieda fl-inadempjenza fuq is-self dovut ta’ NR u sfurzaw lil NR jieħu ħlas għad-danni fuq it-telf mis-self fl-2008 u matul l-ewwel nofs tal-2009 konsiderevolment ogħla mill-medja ta’ banek oħra. Dan hu minħabba l-fatt li NR kien għamel ħafna self riskjuż, b’mod partikolari permezz ta’ self b’valur proporzjonalment għoli (minn hawn ‘il quddiem “LTV”), li parti konsiderevoli minnu kienu Together loans (ipoteki bl-LTV […] (*1) 125 % kombinati ma’ self mhux assigurat).

(20)

Il-ħlas għad-danni fuq it-telf mis-self li kellu jagħmel NR affettwa ħażin il-proporzjonijiet tal-kapital tiegħu tant li f’Lulju 2008 kiseb konċessjoni mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji tar-RU (minn hawn ‘il quddiem “FSA”) biex jinkludi l-kapital Tier 2 kollu disponibbli fir-riżorsi kapitali ta’ NR mingħajr restrizzjoni sabiex jilħaq ir-rekwiżiti minimi regolatorji tal-kapital tiegħu. Din il-konċessjoni ngħatat wara li t-Teżor tar-RU (minn hawn ‘il quddiem “HMT”) ta garanzija lill-FSA li NR kien se jopera ‘l fuq mir-rekwiżiti minimi ta’ kapital.

(21)

Fir-rapporti tiegħu dwar l-ewwel kwart tal-2009, NR irrapporta li kien qed jistenna telf sostanzjali fl-2009. Bħala riżultat, il-bażi kapitali tiegħu tnaqqset sa livell aktar baxx mir-rekwiżiti regolatorji minimi. Fl-1 ta’ Lulju 2009, NR ħabbar li l-FSA kienet ikkonfermat li, b’kunsderazzjoni tal-impenn tal-HMT li jipprovdi livell xieraq ta’ kapital, ma kellhiex ħsieb li tirrestrinġi l-attivitajiet ta’ NR.

(22)

It-Tabella 1 fiha informazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja ta’ NR bejn l-2006 u t-tmiem tal-ewwel nofs tal-2009.

Tabella 1

Riżultati finanzjarji ta’ Northern Rock għall-perjodu 2006-2008  (9) u l-ewwel nofs tal- 2009  (10)

f’biljuni GBP

 

2006

2007

2008

1H2009

Total tal-karta tal-bilanċ

101,0

109,3

104,3

88,7

Bilanċi tad-depożiti bl-imnut

22,6

10,5

19,6

18,4

Self ġdid gross

32,9

32,3

3,0

1,3

Self ġdid nett

16,6

12,2

(25,4)

(5,0)

Dħul mill-imgħax

4,9

6,9

5,7

1,1

Profitt (telf) nett

0,443

(0,199)

(1,3)

(0,269)

2.2.   IL-PJANIJIET TA’ RISTRUTTURAR

IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR INIZJALI

(23)

Wara n-nazzjonalizzazzjoni ta’ NR fi Frar tal-2008, l-awtoritajiet tar-RU issottomettew pjan ta’ ristrutturar (minn hawn ‘il quddiem “pjan ta’ ristrutturar inizjali”), liema kontenut ġie deskritt f’aktar dettall fl-Artikolu 2.3.5 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ u wkoll fl-Artikolu 2.2 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni. Fil-qosor, il-pjan ta’ ristrutturar inizjali pprovda:

(i)

għat-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ ta’ NR minn 109.3 biljun GBP fl-2007 għal 48-53 biljun GBP fl-aħħar tal-2011 permezz ta’ programm redenzjoniattiv għall-amortizzazzjoni tas-self b’ipoteka u għal self ġdid limitat;

(ii)

l-ibbilanċjar mill-ġdid tat-taħlita ta’ fondi permezz ta’ żieda fid-depożiti bl-imnut minn 15-20 % fl-2008 għal 48-52 % fl-2012;

(iii)

l-għeluq tal-operat Daniż tan-NR;

(iv)

ir-rimborż rapidu tas-self mill-gvern u r-rilaxx tal-garanziji tal-gvern sal-aħħar tal-2011; u,

(v)

impenji relatati mal-aġir inkluż limitu fuq il-ħolqien ta’ self b’ipoteka ġdid, Qafas Kompetittiv (11) u rtirar minn self personali u self kummerċjali mhux assigurati matul il-perjodu ta’ ristrutturar.

(24)

Il-programm redenzjoniattiv għall-amortizzazzjoni ta’ self b’ipoteka, il-limitazzjonijiet fuq is-self ġdid, l-għeluq tal-operat Daniż ta’ NR u l-impenji relatati mal-aġir ġew implimentati mir-Renju Unit immedjatament mingħajr ma stenna l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjan ta’ ristrutturar.

IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR EMENDAT

(25)

Il-peġġorament tas-swieq finanzjarji u l-ekonomija reali fl-ewwel kwart tal-2008 affettwa ħażin ħafna lil NR, għalhekk kien meħtieġ li l-awtoritajiet tar-RU jirrevedu l-pjan ta’ ristrutturar inizjali. L-awtoritajiet tar-RU għalhekk issottomettew pjan ta’ ristrutturar ġdid (minn hawn ‘il quddiem “pjan ta’ ristrutturar emendat”) lill-Kummissjoni, li ġie deskritt fid-dettalli fl-Artikolu 2.3 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni. Il-pjan ta’ ristrutturar emendat jikkonsisti bażikament mill-qsim ta’ NR f’:

(i)

“BankCo” li fih kellhom jiġu trasferiti dawn l-assi ta’ NR: il-kont ta’ depożiti bl-imnut (madwar 19,5 biljun GBP), imqabbel ma’ madwar [9-12] biljun GBP f’assi kontanti (12) u madwar [7-10] biljun GBP f’assi bl-aħjar riżultati ta’ self b’ipoteka mhux ostakolat ta’ Northern Rock; depożiti bl-ingrossa, li attwalment jammontaw għal madwar [0,5-3] biljun GBP, imqabbla b’assi kontanti; il-pjattaforma ta’ oriġini u ta’ ġestjoni ta’ self b’ipoteka ta’ Northern Rock, il-fergħat ta’ NR, il-persunal u s-sistemi rilevanti, u l-kontijiet tal-GIC (13) imqabbla b’assi kontanti ta’ valur ugwali (madwar [3,5-6] biljun GBP). Il-karta tal-bilanċ tal-ftuħ ta’ BankCo kellha tkun ta’ [22-26] biljun GBP;

(ii)

“AssetCo” ser tkun il-kumpanija eżistenti, NR, li ser titħalla bl-ammont ta’ self residenzjali b’ipoteka u l-istrumenti ta’ fondi bl-ingrossa ta’ Northern Rock (l-interessi tagħha fit-titolarizzazzjoni ta’ Granite u d-djun taħt il-bond kopert u l-programmi EMTN (14), flimkien ma’ hedging assoċjat) flimkien mar-responsabbiltajiet assoċjati u l-kapital ibridu. AssetCo ser iżomm ir-responsabbiltà għas-self eżistenti mill-Gvern lil NR, li ser jiżdied b’madwar 10 biljun GBP sa total ta’ 23 biljun GBP biex jgħin fl-implimentazzjoni tar-ristrutturar. Barraminnhekk, AssetCo ser ikun ipprovdut bil-faċilità ta’ kapital imħaddem sa 5 biljun GBP biex ikun żgurat li jkollu likwidità adegwata […]. Il-karta tal-bilanċ (tal-ftuħ) ta’ AssetCo se tkun ta’ [82-85] biljun GBP.

(26)

Il-pjan ġdid ta’ ristrutturar ippreveda wkoll injezzjonijiet kapitali f’BankCo u AssetCo, bidla fl-istrateġija ta’ self, abbandun tal-programm attiv għall-amortizzazzjoni tas-self b’ipoteka u bidliet fil-Qafas Kompetitiiv, li kellhom jippermettu lil NR iżid is-self tiegħu fl-2009 u fl-2010 b’total ta’ 14 biljun GBP.

PJAN TA’ RISTRUTTURAR FINALI

(27)

Wara li ġiet addottata d-Deċiżjoni ta’ estensjoni, il-pjan ta’ ristrutturar emendat ġie modifikat mir-Renju Unit sabiex jindirizza uħud mid-dubji li esprimew il-Kummissjoni u terzi partijiet (minn hawn ‘il quddiem “il-pjan ta’ ristrutturar finali”). Bħala riżultat, il-bilanċ tal-ftuħ tal-assi kontanti ta’ BankCo għandu jitnaqqas b’[1,7-4.2] biljun GBP meta mqabbel mal-aġġornament tal-pjan ta’ ristrutturar emendat tal-10 ta’ Ġunju 2009, permezz tat-tneħħija ta’ [1,5-3] biljun GBP mill-kontijiet GIC u t-trasferiment ta’ [0,2-0,8] biljun GBP ta’ self b’ipoteka addizzjonali minn AssetCo għal BankCo. BankCo għandu jkollu karta tal-bilanċ tal-ftuħ ta’ [21-24] biljun GBP fl-2009 li tikber għal [31-34] biljun GBP fl-2013 meta mqabbla ma’ [22-26] biljun GBP u [38-41] biljun GBP rispettivament taħt il-pjan ta’ ristrutturar emendat. Barraminnhekk, [600-900] miljun GBP tas-self ġdid ippjanat inizjalment minn BankCo fl-2009 għandu jiġi sostitwit minn back book (15) ta’ kwalità aktar baxxa. Bħala riżultat, il-medja mwieżna ta’ LTV ta’ BankCo għandha tkun ugwali għal [62-67 %], magħmula mill-medja ta’ LTV tal-kontijiet tas-self b’ipoteka eżistenti ([66-69 %]) u self ġdid fl-2009 ([58-61 %]). Il-Graff A tillustra l-karti tal-bilanċ tal-ftuħ ta’ BankCo u AssetCo wara l-qsim, waqt li t-Tabella 2 fiha l-indikaturi finanzjarji l-aktar rilevanti għal BankCo.

(28)

BankCo, mill-qsim ‘il quddiem, għandu jħallas ukoll tariffi aġġustati għall-garanziji kontinwi fuq id-depożiti bl-imnut u bl-ingrossa (ara l-Artikolu 2.3).

Tabella 2

Indikaturi finanzjarji ewlenien ta’ BankCo wara l-qsim (każ bażi)

f’biljuni GBP

 

2009

2010

2011

2012

2013

Total tal-karta tal-bilanċ

[21-24]

[23-25]

[27-30]

[28-31]

[31-34]

Dħul mill-imgħax nett

m/a

[0-0,7]

[0-0,7]

[0-0,7]

[0-0,7]

Self ġdid gross

m/a

[6-9]

[6-8]

[6-8]

[6-8]

Kontijiet tas-self b’ipoteka

[7-11]

[13-20]

[19-25]

[22-26]

[23-28]

Depożiti bl-imnut

19,3

[18-21]

[19-22]

[22-25]

[24-27]

Depożiti bl-ingrossa

[1-3]

[1-7]

[3-10]

[3-8]

[2-8]

Graff A:

Karta tal-bilanċ tal-ftuħ ta’ BankCo u AssetCo wara l-qsim

(…)

(29)

Ir-Renju Unit barraminnhekk ipprovda dawn l-impenji:

(i)

impenn li tinkiseb separazzjoni operattiva sħiħa bejn BankCo u AssetCo kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard minn tmiem l-2010;

(ii)

impenn li BankCo jillimita s-self ġdid għal 4 biljun GBP fl-2009, 9 biljun GBP fl- 2010 u 8 biljun GBP fl-2011; fil-każ li BankCo jibqa’ fis-Sjieda Pubblika Temporanja (minn hawn ‘il quddiem “TPO”) wara l-2011, il-limitu fuq is-self ta’ 8 biljun GBP fl-2011 jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2013 jew sal-ħruġ mit-TPO, skont liema jseħħ l-ewwel.

(iii)

impenn li BankCo jillimita l-bilanċi tad-depożiti bl-imnut madwar ir-Renju Unit, l-Irlanda u Guernsey għal 20 biljun GBP sal-31 ta’ Diċembru 2011; fil-każ li BankCo jibqa fit-TPO fl-2012 u 2013, il-limitu fuq id-depożiti bl-imnut għandu jkun ta’ 23 biljun GBP fl-2012 u 26 biljun GBP fl-2013;

(iv)

impenn li BankCo ma jiġix klassifikat fost l-ogħla tlett kategoriji ta’ self b’ipoteka ta’ Moneyfacts għal self b’ipoteka fiss jew varjabbli għal 2, 3, jew 5 snin (minbarra self b’ipoteka bi proporzjon ta’ LTV akbar minn 80 % u prodotti għal xerrejja ġodda) sal-31 ta’ Diċembru 2011 jew sal-ħruġ mit-TPO, skont liema jseħħ l-ewwel;

(v)

impenn li r-Renju Unit joħroġ mis-sjieda ta’ maġġoranza ta’ BankCo […]. F’dan il-kuntest, ikun meqjus li jkun sar ħruġ mit-TPO jekk ir-Renju Unit ikun biegħ mill-anqas 50 % + 1 tal-ishma ta’ BankCo lil entità (jew entitajiet) mhux tal-Istat jew ikkontrollati minnu u r-Renju Unit ikun tilef il-kontroll fuq BankCo skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (16);

(vi)

impenn li […] BankCo jagħti notifika pubblika li l-garanzija fuq id-depożiti bl-imnut tar-RU għandha tiġi rilaxxata sal-[…] u li l-arranġamenti tal-garanziji bl-ingrossa relatati ma’ BankCo jitneħħew mir-Renju Unit sal-31 ta’ Diċembru 2010;

(vii)

impenn li s-self subordinat eżistenti jibqa’ f’AssetCo u li sakemm AssetCo […]AssetCo ma jħallas l-ebda somma kapitali jew kupuni fuq strumenti tad-dejn subordinat fejn jista’ jagħmel hekk skont il-kuntratt;

(viii)

impenn li BankCo, sakemm taħt it-TPO, u AssetCo, […], ma jimpenjawx ruħhom f’akkwisti ta’ ishma f’impriżi oħra jew jippromwovu l-arranġamenti ta’ garanziji jew sjieda tal-Gvern;

(ix)

impenn li AssetCo ma jibdix attivitajiet ekonomiċi ġodda minbarra attivitajiet meħtieġa għall-provvista ta’ appoġġ operattiv lil BankCo sakemm tiġi kompletata s-separazzjoni operattiva, […].

2.3.   IL-MIŻURI TAL-ISTAT EVALWATI F’DIN ID-DEĊIŻJONI

(30)

NR irċeva diversi miżuri ta’ għajnuna li huma (17):

(i)

il-faċilità ta’ likwidità tal-BoE li aktar ‘il quddiem saret HMT (minn hawn ‘il quddiem “faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT”);

(ii)

il-garanzija tal-gvern fuq dawk id-depożiti bl-imnut ta’ NR mhux koperti mill-Iskema ta’ Kumpens għall-Istabbiltà Finanzjarja tar-Renju Unit (minn hawn ‘il quddiem “FSCS”);

(iii)

il-garanzija tal-gvern fuq id-depożiti bl-ingrossa ta’ NR.

 

Għal NR:

(iv)

l-applikazzjoni retroattiva ta’ tariffa aktar baxxa fuq il-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT mill-1 ta’ April 2008 ‘il quddiem u r-rimborż sussegwenti lil NR ta’ 156,4 miljun GBP wara d-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni (18);

(v)

l-impenn mill-HMT lill-FSA li NR (jiġifieri, is-suċċessuri tiegħu) kellhom joperaw ‘il fuq mir-rekwiżiti kapitali regolatorji (19).

 

Għal BankCo:

(vi)

il-kontinwazzjoni wara l-qsim tal-garanziji fuq id-depożiti bl-imnut u bl-ingrossa (jiġifieri l-miżuri msemmija fil-punti (ii) u (iii) tal-Artikolu (30) fl-2010 għal BankCo b’kundizzjonijiet riveduti (20);

(vii)

ir-rikapitalizzazzjoni ta’ 1.4 biljun GBP ta’ BankCo wara l-qsim, forma ta’ ishma ordinarji (21);

(viii)

il-faċilità ta’ likwidità kontinġenti ta’ 1.5 biljun GBP.

 

Għal AssetCo:

(ix)

il-kontinwazzjoni wara l-qsim tal-garanzija bl-ingrossa (jiġifieri l-miżura (iii)) […] (22);

(x)

il-kontinwazzjoni u ż-żieda tal-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT (jiġifieri, il-miżura (i)) b’10 biljun GBP sa 23 biljun GBP (23);

(xi)

ir-rikapitalizzazzjoni ta’ sa 1.6 biljun GBP forma ta’ konverżjoni tad-dejn f’ekwità (24);

(xii)

il-faċilità ta’ kapital imħaddem ta’ 2.5 biljun GBP (25).

(31)

Fir-rigward tal-miżuri (i)-(ii), il-Kummissjoni tosserva li dawn diġà ġew evalwati mill-Kummissjoni fil-kuntest tad-Deċiżjonijiet li ttieħdu qabel f’dan il-każ u ġew kwalifikati bħala għajnuna ta’ salvataġġ (26). Minbarra l-miżuri ta’ salvataġġ, ir-Renju Unit avża lill-Kummissjoni dwar miżuri addizzjonali li huma maħsuba biex jippermettu r-ristrutturar ta’ NR, il-miżuri (iv)-(xii).

(32)

Il-miżuri tal-għajnuna ta’ salvataġġ (il-miżuri (i)-(iii)), għandhom jitkomplew wara l-qsim. Madankollu, l-entitajiet li għalihom huma maħsuba għandhom ikunu s-suċċessuri ta’ NR u l-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawk il-miżuri għandhom jinbidlu.

(33)

Fir-rigward tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit fil-kuntest tar-ristrutturar ta’ NR (il-miżuri (iv) u (v)), it-tariffa mħallsa minn NR għall-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT għandha titbaxxa retroattivament. Bħala konsegwenza, NR għandu jirċievi rimborż retroattiv ta’ 156,4 miljun GBP tat-tariffi li ħallas għall-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT. Dan ir-rimborż isegwi mir-reviżjoni tat-tariffi li għamel ir-Renju Unit f’April 2008. Barraminnhekk, l-HMT ipprovda assigurazzjoni lill-FSA li n-NR għandu jopera ‘l fuq mir-rekwiżiti kapitali, li jippermettilu jkompli jopera taħt ir-rekwiżiti kapitali regolatorji.

(34)

Il-miżuri ta’ ristrutturar għal BankCo (il-miżuri (vi)-(viii)) jinkludu l-kontinwazzjoni tal-garanziji fuq id-depożiti bl-imnut u bl-ingrossa […]. It-tariffi u l-kliem ta’ dawk il-garanziji, madankollu għandhom jitbiddlu meta jitqabblu mal-għajnuna ta’ salvataġġ approvata. Għall-garanzija fuq dawk id-depożiti bl-imnut li mhumiex koperti mill-FSCS tar-Renju Unit, BankCo għandu jħallas tariffa bażi ta’ [15-70] punti bażi (minn hawn ‘il quddiem “bps”). Għall-garanzija fuq id-depożiti bl-ingrossa BankCo għandu jħallas tariffa skont l-iskema ta’ garanzija fuq il-kreditu tar-Renju Unit (minn hawn ‘il quddiem “CGS”) (27). Barraminnhekk, BankCo għandu jirċievi rikapitalizzazzjoni ta’ 1,2 biljun GBP wara l-qsim forma ta’ ishma ordinarji u faċilità ta’ likwidità kontinġenti ta’ 2,5 biljun GBP. Għall-faċilità ta’ likwidità kontinġenti għandu jħallas tariffa obbligatorja fix-xahar ta’ [80-150] bps fuq il-bilanċ mhux użat. Fil-każ li BankCo jagħmel użu mill-faċilità, dan għandu jħallas tariffa tal-użu ta’ darba ta’ [120-240] bps fuq kwalunkwe ammont miġbud u rata tal-imgħax ta’ LIBOR ta’ xahar + [200-600] bps fuq il-bilanċ miġbud.

(35)

AssetCo għandu jkompli jgawdi minn garanzija fuq id-depożiti bl-ingrossa sal- […] (il-miżura (ix)). L-ebda bidliet ma huma pjanati għat-tariffa li AssetCo għandu jkompli jħallas għall-garanzija. AssetCo għandu jikseb ukoll żieda fil-faċilità ta’ likwidità tal- BoE/HMT (il-miżura (x)) ta’ sa 10 biljun GBP (l-ammont totali tal-faċilità għandu jkun ta’ 23 biljun GBP) flimkien ma’ bidla fil-kundizzjonijiet tal-faċilità (LIBOR + [10-60] bps minflok ir-rata bażi tal-BoE + 150 bps + 10 bps tariffa tal-faċilità). AssetCo għandu jirċievi wkoll faċilità ta’ kapital imħaddem ta’ 2,5 biljun GBP (il-miżura (xii)) li għaliha għandu jħallas LIBOR ta’ xahar + [10-60] bps u potenzjalment rikapitalizzazzjoni ta’ sa 1,6 biljun GBP forma ta’ konverżjoni tad-dejn f’ekwità (il-miżura (xii)).

(36)

Minħabba li l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lil NR tikkonsisti fil-kontinwazzjoni tal-miżuri kombinati ma’ miżuri addizzjonali, dawn għandhom jiġu evalwati flimkien ma’ din id-Deċiżjoni. It-Tabella 3 tistabbilixxi kemm il-miżuri li jkomplu kif ukoll dawk addizzjonali.

Tabella 3

Deskrizzjoni qasira tal-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lil NR, BankCo u AssetCo

Nru

Tip ta’ miżura

ammont

remunerazzjoni

 

Salvataġġ

i

Faċilitajiet ta’ likwidità tal-Bank of England/HMT

25 biljun GBP

rata BoE+150bps + tariffa tal-faċilità ta’ 10 bps

ii

Garanzija fuq id-depożiti bl-imnut ta’ NR mhux koperti bl-FSCS

mass ta’ 20 biljun GBP (*2)

[15-70 bps] fuq depożiti ta’ ammonti aggregati

iii

Garanzija fuq depożiti bl-imnut ta’ NR

madwar 10 biljun GBP

tariffa ta’ kull xahar ta’ £[0,5-3] miljun

 

Ristrutturar

 

Northern Rock

iv

Applikazzjoni ta’ tariffa iżjed baxxa tal-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT u rimborż retroattiv ta’ NR

156,4 miljun GBP

m/a

v

Assigurazzjoni lil FSA minn HMT li NR għandu jopera 'l fuq mir-rekwiżiti kapitali

m/a

m/a

 

BankCo

vi

Garanzija ta’ kontinwazzjoni fuq id-depożiti bl-imnut

mass ta’ 20 biljun GBP (*2)

[15-70] bps tariffa fissa

 

Garanzija ta’ kontinwazzjoni fuq id-depożiti bl-ingrossa

1,6 biljun GBP

konformi ma’ CGS

vii

Rikapitalizzazzjoni ta’ BankCo wara l-qsim

1,4 biljun GBP

ishma ordinarji

viii

Faċilità ta’ likwidità kontinġenti għal BankCo

1,5 biljun GBP

tariffa ta’ impenn ta’ kull xahar ta’ [80-150] bps + tariffa ta’ użu ta’ darba ta’ [120-240] bps fuq kwalunkwe ammont irtirat + rata tal-interess ta’ xahar LIBOR + [200-600]bps fuq il-bilanċ irtirat

 

AssetCo

ix

Garanzija ta’ kontinwazzjoni fuq id-depożiti bl-ingrossa

Madwar 8,3 biljun GBP

£[0.5-3] tariffa minima ta’ kull xahar

x

Kotinwazzjoni u żieda tal-faċilità ta’ likwidità tal-Bank of England/HMT

Total ta’ 23 biljun GBP

xahar LIBOR + [10-60] bps

xi

Rikapitalizzazzjoni ta’ AssetCo f’każ ta’ stress (tpartit ta’ debitu-ekwità)

1,6 biljun GBP

ishma ordinarji

xii

Faċilità ta’ kapital ta’ ħidma għal AssetCo

2,5 biljun GBP

xahar LIBOR + [10-60]bps

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(37)

Il-Kummissjoni fetħet għall-ewwel darba l-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-pjan ta’ ristrutturar inizjali f’dan il-każ fit-2 ta’ April 2008. Minn hemm ‘il quddiem, il-pjan ta’ ristrutturar inizjali nbidel materjalment mill-awtoritajiet tar-RU. Bħala konsegwenza, kien meħtieġ li l-Kummissjoni testendi l-proċedura biex tkopri l-pjan ta’ ristrutturar emendat. Il-maġġoranza tad-dubji espressi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ kienu speċifikament dwar il-pjan ta’ ristrutturar inizjali. Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, dawk id-dubji biss li jibqgħu rilevanti għall-evalwazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar emendat għandhom jiġu diskussi fl-Artikolu 3.1 ta’ din id-Deċiżjoni.

3.1.   ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA

(38)

Fl-Artikolu 91 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tindika li l-ittra tal-HMT lill-FSA, li permezz tagħha l-HMT jikkonferma l-ħsieb tiegħu li jiżgura li NR jopera ‘l fuq mir-rekwiżit kapitali minimu, tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(39)

L-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ jindika li r-rimborż retrospettiv pjanat tat-tariffi żejda li żamm ir-Renju Unit fil-perjodu bejn is-17 ta’ Marzu 2008 u d-Deċiżjoni finali jidher li jikkostitwixxi għajnuna addizzjonali għar-ristrutturar.

AMMONT TA’ GĦAJNUNA

(40)

L-Artikolu 96 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ iqajjem dubji dwar jekk l-għajnuna tistax tiġi kwantifikata bl-użu ta’ livelli ta’ referenza bħall-prezzijiet tat-tpartit tal-kreditu li ma tħallasx ta’ NR jew ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilitajiet tal-kreditu offruti minn NR lill-banek privati wara s-17 ta’ Settembru 2007 minħabba li dawn diġà jikkunsidraw is-salvataġġ tal-bank mill-Istat.

3.2.   ID-DEĊIŻJONI TA’ ESTENSJONI

EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA

(41)

Il-Kummissjoni indikat fl-Artikoli 47 u 48 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni li l-qsim jista’ jitqabbel ma’ miżura ta’ salvataġġ tal-assi fi ħdan l-ambitu tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Trattament ta’ Assi Danneġġati fis-Settur Bankarju Komunitarju (28) (minn hawn ‘il quddiem “IAC”). Għalhekk stiednet lill-awtoritajiet tar-RU biex jipprovdu informazzjoni dwar din il-kwistjoni.

RESTORAZZJONI TAL-VIJABILITÀ FIT-TUL

(42)

Fl-Artikolu 58 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni l-Kummissjoni nnotat b’mod pożittiv li BankCo jidher li sar bank vijabbli bħala riżultat tal-miżuri proposti mir-Renju Unit u ma jirriskjax li jiffaċċja l-istess problemi ta’ likwidità bħal NR. Madankollu, hi osservat ukoll li ma ġie sottomess l-ebda pjan kummerċjali li juri kif BankCo għandu jsir entità vijabbli fuq perjodu taż-żmien medju sa twil u għalhekk ma setgħetx tintwera l-vijabbilità ta’ BankCo.

GĦAJNUNA LIMITATA GĦALL-KONTRIBUZZJONI MINIMA/AWTOKONTRIBUZZJONI

(43)

Il-Kummissjoni osservat fl-Artikoli 59 u 58 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni li l-għajnuna li għandha tingħata lil BankCo kienet ta’ tip u fi kwantità li kienet teħles lil BankCo mis-self riskjuż kollu li kien sar minn NR fil-passat u mill-obbligu ta’ rimborż tas-self tal-gvern, waqt li kien jirċievi assi ta’ kwalità tajba u ammont konsiderevoli ta’ flus. Barraminnhekk, il-Kummissjoni nnotat li l-awtoritajiet tar-RU jaċċettaw li jiffinanzjaw kompletament it-telf ta’ AssetCo, li l-kontijiet tas-self b’ipoteka tiegħu huma valutati għall-valur kontabbli minflok għall-valur ekonomiku reali. Għalhekk il-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar jekk l-għajnuna kienetx limitata għall-minimu.

(44)

Fir-rigward tal-awtokontribuzzjoni ta’ NR, il-Kummissjoni esprimiet dubji fl-Artikolu 60 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni dwar jekk din kienetx se tkun suffiċjenti minħabba li uħud mill-miżuri fl-ewwel pjan ta’ ristrutturar li setgħu ġew meqjusa bħala awtokontribuzzjoni ġew abbandunati fil-pjan emendat ta’ ristrutturar, b’mod partikolari l-politika attiva ta’ redenzjoniamortizzazzjoni u l-limitu fuq self ġdid.

LIMITAZZJONI TAL-EFFETTI NEGATTIVI MIFRUXA/MIŻURI LI JILLIMITAW IT-TFIXKIL TAL-KOMPETIZZJONI

(45)

Fl-Artikolu 62 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni l-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-fondi disponibbli għal BankCo wara l-qsim ta’ NR kienux jippermettulu jkollu vantaġġ fuq il-kompetituri fis-suq tas-self b’ipoteka, li b’hekk iwassal għal effetti negattivi mifruxa.

(46)

Fir-rigward ta’ miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni esprimiet serji fl-Artikoli 63 sa 66 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni dwar jekk il-miżuri proposti kienux biżżejjed. L-ewwelnett il-Kummissjoni nnotat li wara l-qsim ta’ NR, BankCo għandu jsir bank b’saħħtu u kompetittiv ħafna mingħajr is-self riskjuż li ta NR fil-passat. Il-Kummissjoni għalhekk kellha dubji dwar jekk il-fatt li BankCo se jkun bank b’karta tal-bilanċ żgħira huwiex se jikkumpensa għat-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(47)

Barraminnhekk, il-Kummissjoni nnotat li, meta jiġi kkunsidrat l-ammont kbir ta’ għajnuna li rċieva NR, ma kienx hemm ċertezza li jistgħu jiġu implimentati miżuri suffiċjenti sabiex jiġi evitat tfixkil eċċessiv tal-kompetizzjoni li jipperikola l-vijabbiltà ta’ NR. Fl-aħħar osservat li uħud mill-miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni ġew emendati jew abbandunati.

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(48)

Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti ta’ terzi partijiet wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ u d-Deċiżjoni ta’ estensjoni.

(49)

Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti minn Unite the Union, il-Building Societies Association (minn hawn ‘il quddiem “BSA”), SRM Global Master Fund LP, Alliance & Leicester Building Society, il-British Banking Association, Jim Cousins (UK MP), Doug Henderson (UK MP) u l-awtoritajiet ta’ Newcastle. Għalkemm dawn il-kummenti mhumiex marbuta mal-pjan emendat ta’ ristrutturar li kien is-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni, jistgħu jkunu rilevanti fil-kuntest aktar wiesa’ ta’ dan il-każ u jiġu ttrattati fil-qosor fl-Artikolu 4.1 ta’ din id-Deċiżjoni safejn huma ta’ natura ġenerali.

(50)

Il-Kummenti ta’ terzi partijiet dwar id-Deċiżjoni ta’ estensjoni ngħataw minn Leeds Building Society, il-BSA u ċittadin Brittaniku.

4.1.   DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(51)

Il-kummenti rċevuti minn terzi partijiet dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ iffukaw l-aktar fuq it-tfixkil tal-kompetizzjoni kkawżati mill-garanziji fuq id-depożiti bl-imnut u bl-ingrossa ta’ NR. Iż-żieda fil-bażi tad-depożiti bl-imnut ta’ NR fl-ewwel xhur tal-2008 ikkawżat tħassib partikolari minħabba li terzi partijiet indikaw li NR kien qed joffri rati ta’ tfaddil ogħla waqt li kellu l-għajnuna ta’ garanzija tal-gvern, li hekk iwassal għal żvantaġġ kompettiv għall-kompetituri ta’ NR. It-terzi partijiet innotaw li l-Qafas Kompetittiv deher li jimmitiga parti minn dan it-tħassib. Kummenti oħra kienu dwar l-importanza ta’ NR bħala impjegatur kbir fil-grigal tal-Ingilterra u l-kumpens li l-azzjonisti ta’ NR għandhom jirċievu minħabba n-nazzjonalizzazzjoni li saret mir-Renju Unit.

4.2.   DEĊIŻJONI TA’ ESTENSJONI

(52)

Leeds Building Society, fis-sottomissjoni tagħha esprimiet it-tħassib tagħha dwar it-tfixkil tal-kompetizzjoni potenzjalment ikkawżat minn NR, u enfasizzat li fl-opinjoni tagħha, l-awtokontribuzzjoni minn NR ma kienetx biżżejjed u li l-Qafas Kompetittiv eżistenti jimpedixxi t-tfixkil tal-kompetizzjoni minn NR sa ċertu punt biss. Din hija tal-fehma wkoll li l-karta tal-bilanċ żgħira ta’ BankCo wara l-qsim mhux se tikkumpensa għat-tfixkil tal-kompetizzjoni, minħabba li BankCo ma jkollux jassorbi t-telf ikkawżat mis-self riskjuż fil-passat ta’ NR u se jkollu aċċess għall-benefiċċji tal-karta tal-bilanċ ta’ AssetCo.

(53)

Il-BSA ssottomettiet kummenti dettaljati. Din tqis li hemm probabbiltà kbira li BankCo jkun bank vijabbli fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil minħabba li se jkollu pożizzjoni b’saħħitha fis-suq tas-self b’ipoteka tar-RU wara l-qsim b’self mhux imħaddem limitat u ħafna fondi għall-ħruġ ta’ self ġdid. Il-BSA enfasizzat id-differenza bejn is-soċjetajiet tal-bini u l-banek (limiti fuq attivitajiet ta’ finanzjament u self għas-soċjetajiet tal-bini mhux preżenti għall-banek). Il-BSA indikat ukoll li l-Qafas Kompetittiv probabbli mhux se jkun effettiv biżżejjed biex jimpedixxi t-tfixkil tal-kompetizzjoni. Barraminnhekk, tat suġġerimenti dwar miżuri possibbli li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni:

(i)

BankCo għandu jħallas għall-protezzjoni li kiseb mit-twaqqif ta’ AssetCo; alternattivament, il-kont tas-self inizjali ta’ BankCo għandu jkollu karatteristiċi li huma qrib dawk ta’ kompetitur medju;

(ii)

il-garanziji tal-Istat fuq id-depożiti bl-imnut u bl-ingrossa għandhom jitneħħew kemm jista’ jkun malajr; alternattivament, BankCo għandu jħallas prezz proporzjonali għal dak li banek oħra qed iħallsu meta jużaw l-iskema tal-gvern ta’ garanziji fuq il-kreditu;

(iii)

jekk il-miżuri ssuġġeriti fil-punti (i) u (ii) ma jistgħux jiġu implimentati, jistgħu jkunu meħtieġa kontrolli aktar diretti fuq l-attivitajiet ta’ BankCo;

(iv)

BankCo għandu jagħmel proporzjon sostanzjali tas-self il-ġdid tiegħu f’partijiet tas-suq tas-self b’ipoteka fejn fil-preżent mhux qed jitwettaq self mill-finanzjaturi tas-settur privat (pereżempju, fi proporzjonijiet ta’ LTV għolja, jew speċifikament lil xerrejja ġodda);

(v)

fl-oqsma tas-suq tas-self b’ipoteka fejn BankCo qed jikkompeti mal-finanzjaturi tas-settur privat għandha tiġi limitata l-kompetittività tiegħu fir-rigward tal-prezzijiet, possibbiliment billi jibqa’ barra mit-tabelli tal-aħjar xiri ta’ Moneyfacts għas-self b’ipoteka, jiġifieri, li ma jiġix klassifikat mal-ogħla ħames finanzjaturi;

(vi)

sakemm titneħħa l-garanzija li tkopri d-depożiti bl-imnut, BankCo m’għandux jiġi klassifikat mal-ogħla ħames kontijiet tat-tfaddil fit-tabelli tal-aħjar xiri ta’ Moneyfacts.

(54)

Fl-aħħar, il-kummenti ta’ ċittadin Brittaniku kienu dwar il-ħlas ta’ kupuni fuq strumenti tad-dejn subordinat maħruġa minn NR u l-effett li twaqqif ta’ dak il-ħlas għandu jkollu fuq individwi li jkollhom dawk l-istrumenti.

5.   KUMMENTI MIR-RENJU UNIT

(55)

Il-kumment ta’ terzi partijiet dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ li ġew deskritti f’din id-Deċiżjoni huma relatati biss ma’ kwistjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti għall-evalwazzjoni emendata tal-pjan ta’ ristrutturar. Il-kummenti mir-Renju Unit li hemm fl-Artikolu 5.1 dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ għalhekk għandhom jiġu limitati ukoll għal dawk il-kwistjonijiet.

5.1.   IL-KUMMENTI TAR-RENJU UNIT DWAR ID-DUBJI LI TQAJMU FID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA

(56)

Fir-rigward tad-dubji li ġew espressi fl-Artikolu 91 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet tar-RU jgħidu li […]. Għalhekk ma jistax jitqies bħala għajnuna. Anki kieku kien il-każ, ma jistax jiġi deskritt bħala mingħajr limitu.

(57)

Fir-rigward tal-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet tar-RU ma jikkontestawx li t-treġġigħ lura tad-data għall-1 ta’ April 2008 – wara l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat – tal-arranġmenti l-ġodda tal-imgħax u t-tariffi tas-self għandhom jikkostitwixxu għajnuna addizzjonali ta’ ristrutturar. Madankollu, jgħidu li dan huwa l-minimu meħtieġ biex jiġi żgurat li NR ikompli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju tiegħu.

AMMONT TA’ GĦAJNUNA

(58)

Fir-rigward tad-dubji espressi fl-Artikolu 96 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, ir-Renju Unit l-ewwel jgħid li jkun artifiċjali li l-ammont tal-għajnuna jitqies bħala l-valur sħiħ tal-faċilitajiet tal-Istat u tal-ammonti koperti mill-garanziji tal-Istat. Fil-fatt, NR jibqa jipposjedi assi ta’ kwalità għolja u li għandu jitqies il-kollateral ta’ kwalità tajba li tħallas lill-Istat fiż-żmien meta ġew ipprovduti l-arranġamenti tal-faċilità u tal-garanziji. Ir-Renju Unit jemmen li l-metodoloġija l-inqas artifiċjali hija li jiġu kwantifikati l-miżuri bl-użu ta’ livelli ta’ referenza bħal proposti finanzjarji li saru, ir-rati tat-Tpartit tal-Kreditu mhux Imħallas u t-tifrix tad-dejn subordinat. L-aktar nett, il-kwantum tal-għajnuna jista’ jiġi kkalkulat bl-użu tar-rata ta’ referenza uffiċjali tal-Kummissjoni li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

5.2.   IL-KUMMENTI TAR-RENJU UNIT DWAR ID-DUBJI LI TQAJMU FID-DEĊIŻJONI TA’ ESTENSJONI

EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA

(59)

Fir-rigward tal-applikabilità tal-IAC għall-qsim, l-awtoritajiet tar-RU indikaw li ma jaċċettawx l-analiżi tal-Kummissjoni għal dawn ir-raġunijiet. L-ewwel nett, NR hu possedut kompletament mill-gvern, u bħala konsegwenza, b’differenza minn każijiet oħra fejn l-Istat jieħu t-telf fuq l-assi danneġġati minn bank privat jew billi jixtrihom jew billi jiggarantihom, ir-Renju Unit ma jistax jixtri l-assi danneġġati għaliex huma diġà fil-pussess tiegħu. It-tieni nett, l-awtoritajiet tar-RU huma tal-fehma li l-IAC huwa maħsub primarjament biex jittratta sitwazzjonijiet fejn teżisti ħafna inċertezza dwar l-esponiment tal-banek għal assi danneġġati kumplessi u mhux trasparenti. Il-prodotti tas-self b’ipoteka, it-titoli b’garanzija fuq ipoteki u l-assi tat-Teżor tal-NR, skont ir-Renju Unit, ma jaqgħux f’din il-kategorija. Finalment, l-awtoritajiet tar-Renju Unit jargumentaw li l-IAC jiffoka fuq il-prinċipju ta’ qsim tal-piżijiet, primarjament billi l-bank jieħu ċertu element tal-ewwel telf. Fil-każ tan-NR dan mhux possibbli għaliex l-Istat diġà għandu fil-pussess tiegħu l-assi kollha ta’ qabel il-qsim.

RESTORAZZJONI TAL-VIJABBILTÀ FIT-TUL

(60)

L-awtoritajiet tar-RU jindikaw fil-kummenti tagħhom li taw lill-Kummissjoni informazzjoni li turi l-vijabbiltà ta’ BankCo fil-pjan kummerċjali sottomess lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Ġunju 2009 (29). Fil-pjan kummerċjali, il-vijabbiltà ta’ BankCo ġiet ittestjata għall-istress f’xenarju ta’ riċessjoni qawwija (qgħad li jitla’ għal 3,6 miljun fl-2011 u prezzijiet tad-djar li jaqgħu għal 50 % tal-ogħla prezzijiet tagħhom). It-test tal-istress juri l-vijabbiltà ta’ BankCo anki f’xenarju ta’ riċessjoni qawwija.

L-GĦAJNUNA LIMITATA GĦALL-KONTRIBUZZJONI MINIMA/AWTOKONTRIBUZZJONI

(61)

Fir-rigward tad-dubji tal-Kummissjoni dwar jekk l-għajnuna mogħtija lin-NR hijiex limitata għall-minimu meħtieġ, ir-Renju Unit iddisputa li l-pjan emendat ta’ ristrutturar joħloq bank ġdid superkompetittiv. Ir-Renju Unit jenfasizza li l-istruttura kapitali u l-finanzjament ta’ BankCo ġew ippjanati b’attenzjoni sabiex ikun vijabbli anki f’każ ta’ stress.

(62)

Skont ir-Renju Unit, mhuwiex il-każ li l-Istat għandu jaċċetta li jiffinanzja u jappoġġja kompletament it-telf ta’ AssetCo. Ir-Renju Unit jenfasizza li ma ngħatat l-ebda garanzija mill-Istat għall-assi ta’ AssetCo. Madankollu, l-awtoritajiet tar-RU indikaw li, […], jista’ jkun meħtieġ aktar appoġġ […].

(63)

Fir-rigward tal-awtokontribuzzjoni ta’ NR għar-ristrutturar, l-awtoritajiet tar-RU jenfasizzaw li l-limiti fuq is-self u l-politika redenzjoniattiva ta’ amortizzazzjoni fil-pjan inizjali ta’ ristrutturar kienu maħsuba bħala miżuri kompensatorji aktar milli bħala awtokontribuzzjoni. Fir-rigward tal-limitu fuq is-self b’ipoteka, ir-Renju Unit jargumenta li s-suq tas-self b’ipoteka tar-RU għandu l-kapaċità ristretta minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika u li ż-żieda proposta fis-self minn BankCo hija limitata u ma taffettwax ħażin il-kompetituri tiegħu. Fir-rigward tal-programm attiv ta’ redenzjoniamortizzazzjoni tas-self b’ipoteka, dan kien qed ikabbar iżżejjed il-limiti fil-provvista ta’ self b’ipoteka fis-suq tar-RU (li jammonta għal 40 % tat-tnaqqis fis-self ġdid). Ir-Renju Unit huwa tal-opinjoni li NR ikkontribwixxa għar-ristrutturar permezz tal-bejgħ tal-portafoll tiegħu tas-Self b’Ipoteka bir-Rilaxx tal-Ekwità tad-Dar (minn hawn ‘il quddiem “HERM”) għal madwar 2.2 biljun GBP, tat-telf tar-ristrutturar li sofra u […].

LIMITAZZJONI TAL-EFFETTI NEGATTIVI MIFRUXA/MIŻURI LI JILLIMITAW IT-TFIXKIL TAL-KOMPETIZZJONI

(64)

Ir-Renju Unit jindika fis-sottomissjoni tiegħu li jemmen li ż-żieda fis-self imbassra għal BankCo probabbilment mhux se jkollha effett fuq is-suq tas-self b’ipoteka jew il-kompetituri ta’ BankCo minħabba li l-kapaċità fis-suq hija ristretta. Iż-żieda fil-kapaċità tas-self ta’ BankCo għandha tnaqqas daqsxejn dan it-tħassib, iżda għandha tħalli biżżejjed domanda għall-oħrajn. Ir-Renju Unit jikkunsidra wkoll bħala improbabbli li BankCo iżid is-self b’mod rapidu, wara l-qsim u l-ħruġ mit-TPO, minħabba li jkun xorta jrid jikseb il-finanzjament meħtieġ biex jiffinanzja s-self il-ġdid. Fl-aħħar ir-Renju Unit jinnota li BankCo m’għandux ikollu aċċess privileġġat għall-pool ta’ klijenti li jibqa’ f’AssetCo.

(65)

Fir-rigward tal-ammont ta’ għajnuna, ir-Renju Unit ma jaċċettax is-suġġeriment tal-Kummissjoni li dan jista’ jiġi determinat bit-tnaqqis tal-valur fis-suq tal-assi ta’ AssetCo mill-valur tal-kontijiet tagħhom. Din il-metodoloġija, fl-opinjoni tar-Renju Unit, tagħti stima żejda tal-ammont ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija lil BankCo. Ir-Renju Unit iqis li għandha ssir differenza bejn l-għajnuna mogħtija lil BankCo u dik mogħtija lil AssetCo u li l-għajnuna lil AssetCo mhux neċessarjament tibbenefika lil BankCo. L-ammont tal-għajnuna għal BankCo għandu jirrifletti l-impatt kompetittiv ta’ BankCo fuq il-kompetituri tiegħu, ħaġa li mhijiex riflessa fil-metodoloġija proposta mill-Kummissjoni.

(66)

Fir-rigward ta’ AssetCo, il-metodoloġija proposta mill-Kummissjoni, skont ir-Renju Unit, hija bbażata fuq l-ipoteżi li r-Renju Unit se jkopri d-differenza bejn il-valur tal-kontijiet u l-valur fis-suq tal-assi. Dan mhux korrett għaliex il-garanziji tar-Renju Unit ikopru d-differenza bejn il-valur aħħari tal-assi ta’ AssetCo u l-valur tal-kontijiet tal-obbligazzjonijiet tiegħu (jiġifieri, jekk l-assi ma jrendux biżżejjed biex ikopru l-obbligazzjonijiet kollha, ir-Renju Unit ikopri d-differenza).

(67)

Skont ir-Renju Unit, il-metodoloġija korretta għall-istima tal-ammont ta’ għajnuna mogħti lil BankCo hija s-somma tal-valur tal-kontijiet ta’ kwalunkwe injezzjonijiet diretti ta’ kapital flimkien mal-valur ta’ kwalunkwe garanziji eżistenti meta jitqiesu t-tariffi mħallsa għalihom flimkien mal-valur tal-benefiċċju li kiseb BankCo mill-kont tas-self b’ipoteka ta’ kwalità għolja flimkien mal-valur inkrementali għal BankCo tat-teħid tal-kont tad-depożiti bl-imnut ta’ NR.

(68)

L-ammont ta’ għajnuna mogħtija lil AssetCo, skont ir-Renju Unit, hija d-differenza bejn il-valur totali tal-għajnuna mogħtija lil NR, neqes l-għajnuna mogħtija lil BankCo permezz ta’ AssetCo.

5.3.   IL-KUMMENTI TAR-RENJU UNIT DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI FID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(69)

Fir-rigward tat-tħassib tat-terzi partijiet dwar iż-żieda fid-depożiti bl-imnut, ir-Renju Unit issottometta dawn il-kummenti.

(70)

Skont ir-Renju Unit, il-kummenti tat-terzi partijiet dwar il-prezzijiet tal-prodotti tat-tfaddil ma jikkunsidrawx it-tnaqqis fil-bażi tad-depożiti bl-imnut ta’ NR wara l-ħatfa tal-bank f’Settembru 2007. Sabiex tiġi stabbilizzata l-karta tal-bilanċ ta’ NR, dan għandu jitħalla jibni l-bażi tad-depożiti bl-imnut tiegħu. Ir-Renju Unit jenfasizza li jeżisti limitu tas-sehem tas-suq tar-RU ta’ 1,5 % fuq id-depożiti bl-imnut. Dan il-limitu għandu jevita li NR jipprezza f’mod aggressiv iżżejjed u għandu fl-istess ħin jillimita l-impatt li NR għandu jkollu fuq is-suq tat-tfaddil. Ir-Renju Unit qal ukoll li NR ma segwix strateġija ta’ prezzar aggressiva fil-prodotti tad-depożitu bl-imnut tiegħu, xhieda ta’ dan hu l-fatt li NR ma ġiex fost l-ogħla 3 fit-tabella tat-tfaddil ta’ Moneyfacts minn meta ġie introdott il-Qafas Kompetittiv.

(71)

Barraminnhekk, ir-Renju Unit jargumenta li t-twaqqif ta’ limiti addizzjonali fuq l-ipprezzar tal-prodotti tat-tfaddil tiegħu għandu jimpedixxi lil NR milli jikseb il-finanzjament meħtieġ biex jappoġġja s-self ġdid ippjanat. Dan għandu jhedded ukoll il-kapaċità ta’ NR li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt it-TPO u għandu jimpedixxi lil NR milli jirreaġġixxi għal avvenimenti li jistgħu jaffettwaw ħażin il-pożizzjoni ta’ finanzjament tiegħu.

(72)

Fir-rigward tal-Qafas Kompetittiv, fis-seħħ mill-31 ta’ Marzu 2008, l-awtoritajiet tar-RU indikaw li r-restrizzjonijiet fuq l-aġir fil-Qafas jillimitaw b’mod suffiċjenti lil NR fil-mod li jikkompeti fis-swieq tar-RU.

5.4.   KUMMENTI TAR-RENJU UNIT DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI FID-DEĊIŻJONI TA’ ESTENSJONI

(73)

Sabiex jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni u l-kummenti ta’ terzi partijiet, l-awtoritajiet tar-RU bidlu l-pjan emendat ta’ ristrutturar. Dawk il-bidliet ġew spjegati f’aktar dettall fl-Artikolu 2.2 ta’ din id-Deċiżjoni (premessi 27, 28 u 29).

6.   EVALWAZZJONI

6.1.   EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA

(74)

Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-miżuri introdotti jew modifikati bil-pjan emendat ta’ ristrutturar jikkostitwux għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 87(1) tat-Trattat jipprovdi li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat f’kwalunkwe forma li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti hija, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, inkompatibbli mas-suq komuni.

(75)

Fir-rigward tal-miżuri approvati diġà mill-Kummissjoni bħala għajnuna ta’ salvataġġ fiż-żewġ Deċiżjonijiet preċedenti li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-każ (jiġifieri, l-miżuri (i), (ii) u (iii) kif imsemmi fil-premessa 30; il-garanziji fuq id-depożiti bl-imnut u bl-ingrossa u l-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT), il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li dawk il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur NR. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li BankCo se jkollu aċċess għall-iskemi li r-Renju Unit introduċa għall-banek matul il-kriżi finanzjarja u li diġà ġew approvati mill-Kummissjoni safejn dawk l-iskemi għadhom fis-seħħ wara l-qsim (30).

(76)

Il-miżuri li għandhom jiġu evalwati f’din id-Deċiżjoni sabiex jiġi determinat jekk jikkostitwux għajnuna mill-Istat diġà ġew deskritti fil-premessa 30 ta’ din id-Deċiżjoni. Il-miżuri rilevanti huma għal NR il-miżuri (iv) u (v), għal BankCo il-miżuri (vi), (vii) u (viii) u, għal AssetCo, il-miżuri (ix)-(xii).

RIŻORSI TAL-ISTAT

(77)

Dawk il-miżuri kollha ġew finanzjati permezz tar-riżorsi tal-Istat minħabba li l-miżuri jikkonsistu f’self tal-gvern, fondi u garanziji finanzjati mill-Istat (31).

SELETTIVITÀ

(78)

Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk il-miżuri jagħtux vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju jew il-benefiċjarji tal-għajnuna. Il-miżuri konċernati huma selettivi għaliex jibbenefikaw biss lil NR, BankCo u AssetCo.

VANTAĠĠ

(79)

Il-miżuri jagħtu vantaġġ lill-attività ekonomika ta’ NR kif immexxija minnu sal-qsim u s-suċċessuri tiegħu BankCo u AssetCo minn hemm ‘il quddiem.

(80)

NR għandu jagħmel profitt mill-applikazzjoni retroattiva ta’ tariffi aktar baxxi għall-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT u r-rimborż sussegwenti ta’ 156.4 miljun GBP lil NR wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni (miżura (iv)). Dan jagħti vantaġġ lil NR għaliex dawk it-tariffi huma taħt il-prezz tas-suq.

(81)

NR jibbenefika wkoll b’mod sinifikanti mill-impenn tal-HMT lejn l-FSA li għandu jopera ‘l fuq mir-rekwiżiti kapitali (miżura (v)) minħabba li, bħala riżultat, l-FSA: (1) ma talbitx lil NR jikkapitalizza mill-ġdid wara n-nazzjonalizzazzjoni, (2) ippermettiet lil NR jinkludi kapital Tier-2 fil-pożizzjoni kapitali regolatorja tiegħu f’Ġunju tal-2008 u (3) sussegwentement ippermettietlu jopera taħt ir-rekwiżiti tal-kapital regolatorju minn Lulju tal-2009 ‘il quddiem sal-qsim.

(82)

Fir-rigward tal-miżuri favur BankCo, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-garanzija fuq id-depożiti bl-imnut (il-miżura (vi)) tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha, f’dan il-każ BankCo, meta tiġi approvata bħala għajnuna ta’ salvataġġ lil NR. Għalkemm il-garanzija għandha titneħħa […], il-vantaġġ għal BankCo xorta jibqa’ sakemm tibqa’ effettiva l-garanzija. Il-bidla fit-tariffa li għandha titħallas minn BankCo mhijiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. F’dan ir-rigward, il-firxa tas-CDS ta’ NR hija ferm ogħla minn 50 bps. Għaldaqstant għandu jiġi konkluż li l-miżura tagħti vantaġġ lil BankCo.

(83)

Fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-garanziji bl-ingrossa għal BankCo wara l-qsim sal-31 ta’ Diċembru 2010 (il-miżura (vi)), il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li din ikkostitwiet vantaġġ meta ġiet approvata bħala għajnuna ta’ salvataġġ lil NR. Fir-rigward tal-bidliet fit-tariffa, mal-qsim, BankCo għandu jħallas rimunerazzjoni li hija konformi mar-rimunerazzjoni mħallsa minn banek oħra fil-kuntest tas-CGS tar-RU. Minħabba li r-rimunerazzjoni aċċettata mill-Kummissjoni fis-CGS hija taħt il-prezz tas-suq (iżda konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew) din tagħti vantaġġ lil BankCo.

(84)

Barraminnhekk, l-injezzjoni tal-kapital ta’ 1,4 biljun GBP forma ta’ ishma ordinarji f’BankCo (il-miżura (vii)) tagħti vantaġġ lilu, minħabba li, mingħajr dak il-kapital, BankCo ma kienx ikun jista’ jibda l-attivitajiet tiegħu.

(85)

Il-faċilità ta’ likwidità kontinġenti ta’ 1,5 biljun GBP ipprovduta lil BankCo (il-miżura (viii)) tagħti vantaġġ minħabba li din għandha tagħti lil BankCo sors ieħor ta’ likwidità li mhux disponibbli għal banek oħra. Il-faċilità ta’ likwidità kontinġenti hija maħsuba biex tipprovdi lil BankCo sorsi suffiċjenti ta’ finanzjament sakemm jinbiegħ mir-Renju Unit jew sakemm jiġu identifikati linji oħra ta’ finanzjament.

(86)

Fir-rigward ta’ AssetCo, il-Kummissjoni kkonkludiet fid-Deċiżjonijiet tal-ftuħ u ta’ estensjoni li l-garanziji bl-ingrossa (il-miżura (ix)) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. L-estensjoni tal-garanzija bl-ingrossa […] għalhekk hija vantaġġ ieħor għal AssetCo.

(87)

Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fid-Deċiżjonijiet preċedenti tagħha (32) li l-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT tikkostitwixi għajnuna mill-Istat. Dik il-konklużjoni tapplika wkoll fiċ-ċirkostanzi ġodda ta’ żieda fl-ammont ta’ self mill-Istat lil AssetCo ta’ sa 10 biljun GBP u ż-żieda tal-perjodu tiegħu sa wara l-2020 (il-miżura (x)). Fir-rigward tar-rimunerazzjoni mħallsa għall-faċilità, AssetCo għandu jħallas rimunerazzjoni aktar baxxa għaliha (LIBOR + [10-60] bps, meta mqabbla mar-rata bażi tal-BoE + 150 bps + 10 bps tariffa tal-faċilità ta’ qabel), li hija aktar baxxa mill-prezz tas-suq u għalhekk tagħti vantaġġ lil AssetCo. Barraminnhekk, BankCo għandu jibbenefika miż-żieda fil-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT minħabba li ammont sinifikanti taż-żieda għandu jiġi trasferit minn AssetCo lil BankCo bħala flus kontanti.

(88)

L-injezzjoni ta’ kapital proposta f’AssetCo ta’ 1,6 biljun GBP (il-miżura (xi)) forma ta’ konverżjoni tad-dejn f’ekwità tagħti vantaġġ lil AssetCo.

(89)

Barraminnhekk, il-faċilità tal-kapital ta’ ħidma ta’ 2,5 biljun GBP (il-miżura (xii)) għandha tkun ta’ benefiċċju għal AssetCo minħabba li dan se jkollu likwidità biżżejjed […] biex jissodisfa l-obbligi tiegħu meta jkunu dovuti. AssetCo għandu jħallas xahar wieħed LIBOR +[10-60] bps għall-faċilità, li huwa ferm taħt ir-rata tas-suq peress li AssetCo huwa bank kważi mingħajr kapital.

(90)

Fl-aħħarnett, il-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq ma japplikax għal dawk il-miżuri peress li jsegwu diversi miżuri ta’ għajnuna ta’ salvataġġ favur NR. Barraminnhekk, kieku kien applikabbli, dak it-test ma kienx jiġi sodisfatt għaliex l-ebda investitur fis-suq kapitali ma kien jieħu dawk il-miżuri kollha biex iħaffef il-qsim ta’ BankCo u […] AssetCo. L-ebda operatur fl-ekonomija tas-suq li jkun f’sitwazzjoni bħall-Istat ma kien ikun kapaċi jżomm l-attività ekonomika (ta’ NR) mingħajr ma jikseb żieda sinifikanti ta’ kapital (l-FSA naqqset ir-rekwiżiti ta’ kapital normali tagħha biss għaliex l-Istat ikkommetta ruħu li jipprovdi kapital). Meta wieħed iqis is-sitwazzjoni fis-swieq, ma kienx ikun possibbli għal operatur tas-suq li jikseb dan il-finanzjament. Dan huwa konfermat mill-offerti għax-xiri ta’ NR sottomessi kemm minn Virgin kif ukoll mid-diriġenti ta’ NR fi Frar tal-2008 u li ġew deskritti f’aktar detall fid-Deċiżjoni tal-ftuħ. Iż-żewġ offerti kienu jiddependu fuq il-kontinwazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, li jindika li mingħajr għajnuna mill-Istat l-ebda investitur privat ma kien ikun lest jixtri lil NR.

TFIXKIL TAL-KOMPETIZZJONI U EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN STATI MEMBRI

(91)

Ġie konkluż ukoll li l-miżuri (iv)-(xii) fil-premessa 30 jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(92)

Il-miżuri jippermettu […] ta’ ċerti assi ta’ NR, li jitpoġġew f’AssetCo, li hija kundizzjoni meħtieġa għall-ħolqien ta’ BankCo u l-implimentazzjoni tal-pjan kummerċjali tiegħu. BankCo, bħala suċċessur ta’ NR, ikun jista’ jkompli l-attivitajiet ta’ NR mingħajr il-piż tad-danni possibbli fuq l-assi ta’ kwalità aktar baxxa, peress li dawn tal-aħħar jibqgħu fil-karta tal-bilanċ ta’ AssetCo. Bħala riżultat, BankCo għandu vantaġġ fuq il-kompetituri tiegħu li huma ffaċċjati b’danni fuq l-assi ta’ kwalità aktar baxxa, li jridu jassorbu, li jillimita l-kapital disponibbli għas-self ġdid. BankCo, għall-kuntrarju, mhux se jkollu tnaqqis fil-bażi kapitali tiegħu minħabba dawn id-danni u t-tnaqqis fil-valur tal-portafoll tas-self b’ipoteka tiegħu. Dan huwa vantaġġ meta wieħed iqis l-ispiża għolja fil-preżent tas-self fis-swieq finanzjari. Barraminnhekk, BankCo se jkollu ħafna flus kontanti biex jiffinanzja s-self ġdid. Għalhekk ġie konkluż li l-miżuri (iv)-(xii) fil-premessa 30 iwasslu għal tfixkil tal-kompetizzjoni.

(93)

BankCo se jkun ukoll bank li jikkompeti fuq, fost affarijet oħra, is-suq tad-depożiti bl-imnut tar-RU u s-suq tas-self b’ipoteka tar-RU. F’dawk iż-żewġt iswieq, ċerti kompetituri huma sussidjarji ta’ banek barranin. Il-miżuri għalhekk jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

IDENTIFIKAZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU TAL-GĦAJNUNA

(94)

Il-Kummissjoni nnotat li r-Renju Unit għandu l-ħsieb li jintroduċi miżuri ta’ għajnuna ġodda u jemenda dawk eżistenti. Dawk il-miżuri għandhom jippermettu l-qsim ta’ NR f’żewġ entitajiet legali, BankCo u AssetCo. Mingħajr l-għajnuna provduta lil AssetCo, ma jkunx possibbli li jiġi trasferit il-portafoll ta’ self ta’ NR lilu. Bħala riżultat tal-għajnuna lil AssetCo, BankCo jista’ jkompli l-attività ekonomika ta’ NR, ħieles mill-piż tal-maġġoranza tal-portafoll tas-self ta’ NR li għandu jibqa’ f’AssetCo. Barraminnhekk għandu jirċievi ammont kbir ta’ flus kontanti minn AssetCo (li rċieva dan mill-Istat). BankCo għalhekk jista’ jitqies bħala l-benefiċjarju tal-miżuri kollha tal-Istat, inklużi dawk li jiffavorixxu lil AssetCo.

(95)

Taħt il-pjan emendat ta’ ristrutturar, AssetCo għandu jwettaq biss self limitat meħtieġ mill-obbligi kuntrattwali eżistenti, li jillimita sal-minimu s-sitwazzjonijiet fejn ikun qed jikkompeti ma’ banek oħra. Il-liċenzja bankarja tiegħu għandha tiġi rtirata wara l-qsim, u wara għandu jkompli jopera taħt liċenzja ta’ finanzjatur tas-self b’ipoteka. Dan għandu jippermetilu jopera taħt rekwiżiti ta’ kapital regolatorju aktar baxxi (1 %) meta mqabbla mal-banek. AssetCo għandu, skont l-awtoritajiet tar-RU, jirrealizza biss l-assi tiegħu kif jimmaturaw jew billi jbiegħhom fis-suq. AssetCo għandu juża l-qligħ minn dak il-bejgħ biex iħallas lura d-dejn tiegħu kif ikun dovut u jiffinanzja l-ispejjeż operattivi kontinwi tiegħu kif ukoll kwalunkwe obbligazzjonijiet tal-passat li jkun żamm.

(96)

Sabiex jiġi faċilitat […], AssetCo għandu jmexxi attivitajiet ekonomiċi, bħall-bejgħ tal-assi tiegħu u l-ġestjoni tad-dejn fuq il-portafoll tiegħu. Barraminnhekk, […] għandu għal perjodu ta’ żmien (sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2010) jipprovdi servizzi lil […]. Dan huwa meħtieġ, minħabba li wara l-qsim […] se jkun nieqes minn ċerti funzjonijiet operattivi li jibqgħu ma’ […] bħall-ġestjoni ta’ self b’ipoteka (wara l-ikkompletar), il-ġestjoni tad-dejn u l-infrastruttura u l-appoġġ tal-IT. Dawk is-servizzi għandhom jiġu provduti minn […] li […] fuq bażi kummerċjali (jiġifieri, […] għandu jħallas tariffa lil […]) u indirettament. […] Għalhekk ġie konkluż li AssetCo għandu jkompli ċerti attivitajiet ekonomiċi limitati wara l-qsim u għadaqstant għandu jitqies bħala benefiċjarju tal-miżuri ta’ għajnuna.

(97)

Fir-rigward ta’ NR, qabel il-qsim maħsub, NR seta’ jkompli jopera bl-għajnuna tal-garanziji fuq id-depożiti bl-imnut u bl-ingrossa tiegħu, faċilità ta’ likwidità tal-gvern u l-impenn mill-awtoritajiet tar-RU lill-FSA li jiżguraw li NR jopera ‘l fuq mir-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju. Dan l-impenn mir-Renju Unit ippermetta lil NR jopera temporanjament taħt ir-rekwiżiti regolatorji sakemm twettaq il-qsim. NR għalhekk huwa l-benefiċjarju ta’ dawk il-miżuri. Kif indikat fuq fil-premessa 92, l-attivitajiet ekonomiċi ta’ NR għandhom jitkomplew minn BankCo.

KONKLUŻJONI

(98)

Abbażi ta’ dak imsemmi, ġie konkluż li l-miżuri (iv)-(xii) fil-premessa 30 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

6.2.   AMMONT TA’ GĦAJNUNA

(99)

Fir-rigward tal-ammont ta’ għajnuna, l-awtoritajiet tar-RU għamlu diversi sottomissjonijiet dwar kif l-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi kkalkulat fit-tweġibiet tagħhom għad-Deċiżjoni tal-ftuħ u d-Deċiżjoni ta’ estensjoni. Rigward is-suġġeriment mibgħut mir-Renju Unit dwar l-ammont ta’ għajnuna fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tosserva li dawk is-sottomissjonijiet huma parzjalment ibbażati fuq il-miżuri ta’ għajnuna li hemm fil-pjan inizjali ta’ ristrutturar. Is-suġġerimenti mibgħuta mir-Renju Unit li jinkludu l-użu ta’ tifrix tas-CDS u tifrix fuq dejn subordinat, ukoll jonqsu milli jikkunsidraw li dak it-tifrix diġà jikkunsidra l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil NR u n-nazzjonalizzazzjoni sussegwenti tiegħu. Dak it-tifrix għalhekk ma jirriflettix ir-riskju intrinżiku ta’ NR, mingħajr l-appoġġ sinifikanti tal-Istat.

(100)

Fir-rigward tas-suġġerimenti tar-Renju Unit dwar kif jiġi kkalkulat l-ammont ta’ għajnuna fit-tweġiba tiegħu għad-Deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni tinnota li dawk is-suġġerimenti ma jidhrux li jikkunsidraw is-sitwazzjoni kurrenti fis-swieq finanzjarji.

(101)

F’dak il-kuntest, l-ebda wieħed mill-partijiet ma jikkontestaw li NR u s-suċċessuri tiegħu rċevew u għandhom jirċievu ammont konsiderevoli sew ta’ għajnuna, li jirrifletti l-bżonn għal ristrutturar estensiv u għal tnaqqis sinifikanti tal-preżenza tiegħu fis-suq.

6.3.   KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

6.3.1.   BAŻI LEGALI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ

(102)

Kif indikat fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni (Artikolu 4.2.1), il-Kummissjoni ma applikatx l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat fid-Deċiżjoni tagħha tal-5 ta’ Diċembru 2007 fir-rigward tal-għajnuna ta’ salvataġġ mogħtija lil NR (33) jew fid-Deċiżjoni tal-ftuħ. Fil-fatt, l-għajnuna mogħtija dak iż-żmien ma tidhirx li kienet tittratta rvell fi Stat Membru sħiħ, iżda minflok kienet immirata speċifikament biex tindirizza problemi individwali speċifiċi għas-sitwazzjoni ta’ NR (34). F’dawk iċ-ċirkostanzi u skont il-każistika (35), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat ma kienx applikabbli.

(103)

Madankolu, minn dak iż-żmien, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kriżi finanzjarja globali tista’ toħloq irvell serju fl-ekonomija tal-Istati Membri u li miżuri li jappoġġjaw il-banek kienu xierqa għall-irmedjar ta’ dan l-irvell fil-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri li jittieħdu b’rabta ma’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali attwali (36) (minn hawn ‘il quddiem “Komunikazzjoni Bankarja”) tagħha, il-Komunikazzjoni dwar ir-rikapitalizzazjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u salvagwardji kontra tfixkil tal- kompetizzjoni mhux xierqa (37) (minn hawn ‘il quddiem “Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni”), l-IAC u l-Komunikazzjoni rigward ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-evalwazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (minn hawn ‘il quddiem “Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) (38) tagħha. Għar-Renju Unit dan ġie konfermat fid-diversi approvazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-miżuri li ttieħdu mir-Renju Unit biex jiġġieled il-kriżi finanzjarja (39). Għalhekk, kif indikat fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni, il-bażi legali għall-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna għandha tkun l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat.

6.3.2.   EVALWAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ

(104)

Il-Kummissjoni stabbiliet li NR, BankCo u AssetCo għandhom igawdu minn diversi miżuri ta’ għajnuna mill-Istat. Dawk il-miżuri huma ta’ tipi differenti. Il-qsim ta’ NR jista’ jitqabbel ma’ miżura għal assi danneġġjati, waqt li l-injezzjonijiet tal-kapital huma rikapitalizzazzjonijiet. Qabel ma tevalwa l-pjan finali ta’ ristrutturar sottomess mir-Renju Unit li jinkludi dawk il-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel għandha tevalwa l-qsim ta’ NR fil-kuntest tal-IAC u r-rikapitalizzazzjonijiet fid-dawl tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni bil-għan li tivverifika jekk humiex konformi ma’ dawk il-Komunikazzjonijiet.

L-applikazzjoni tal-IAC

(105)

Fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni l-Kummissjoni indikat li l-qsim ta’ NR jista’ jidher bħala tip ta’ miżura ta’ salvataġġ tal-assi li tibbenefika l-attivitajiet ekonomiċi ta’ NR li jibqgħu fis-suq permezz ta’ BankCo. Ir-Renju Unit issottometta numru ta’ osservazzjonijiet f’dan ir-rigward fil-kummenti tiegħu dwar id-Deċiżjoni ta’ estensjoni. B’mod partikolari qal li NR ġie nazzjonalizzat 100 %, li l-pjan tal-qsim ġie maħsub fi stadju aktar tard u li qabel il-qsim l-assi kienu fil-pussess tal-gvern. Dawk il-fatti, madankollu, ma jimpedixxux l-applikazzjoni tal-IAC, minħabba li l-effett tal-miżuri ta’ għajnuna meħuda mir-Renju Unit irriżultaw fil-ħolqien ta’ bank (BankCo) li huwa ħieles mill-assi danneġġjati tal-predeċessur tiegħu (NR).

(106)

Il-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi huma stabbiliti fl-IAC (40). Skont l-Artikolu 5.2 tal-IAC, miżura ta’ salvataġġ tal-assi teħtieġ trasparenza ex-ante u għandha tipprovdi għal qsim xieraq tal-piżijiet segwit mill-istima korretta tal-assi eliġibbli u r-rimunerazzjoni korretta tal-Istat għall-miżura ta’ salvataġġ tal-assi sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-azzjonisti.

(107)

It-trasparenza ex-ante timplika identifikazzjoni ċara tal-assi u tal-esponiment. Dan huwa meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna fil-miżura ta’ salvataġġ tal-attività u biex jiġi aċċertat jekk l-għajnuna tkunx meħtieġa biex tindirizza problema temporanja jew jekk il-bank in kwistjoni jkunx teknikament insolventi.

(108)

Fir-rigward tal-istima tal-assi danneġġjati, l-Artikolu 38 tal-IAC jistipula li fejn l-istima tal-assi tidher partikolarment kumplessa, approċċi alternattivi jistgħu jiġu kkunsidrati bħall-ħolqien ta’ “bank tajjeb” jew sjieda pubblika ta’ bank (inkluża n-nazzjonalizzazzjoni). Fl-aħħar xenarju l-ebda stima ex-ante tal-assi ma tkun meħtieġa sakemm l-istima ssir maż-żmien fil-kuntest tar-ristrutturar jew tal-likwidazzjoni.

(109)

NR fil-fatt ġie nazzjonalizzat u b’hekk ta lir-Renju Unit, bħala sid ta’ NR, l-opportunità li jirrevedi u jinvestiga l-assi kollha ta’ NR.

(110)

Skont l-IAC, l-għan tal-istima hu li jiġi kkalkulat l-ammont ta’ għajnuna u b’hekk il-livell ta’ tfixkil tal-kompetizzjoni sabiex jiġi determinat kemm għandu jkun estensiv ir-ristrutturar. F’dan il-każ, ir-ristrutturar jista’ jitqies bħala estensiv “ħafna”. Stima ex-ante tal-assi, f’dan il-każ, m’għandhiex twassal għall-impożizzjoni ta’ rekwiżiti addizjonali mill-Kummissjoni fir-rigward tal-estent ta’ ristrutturar.

(111)

Minħabba dawn iż-żewġ elementi, mhux meħtieġ li ssir stima qabel il-qsim. Fir-rigward tal-istima tal-assi maż-żmien, il-[…] għandu jwassal għal stima ta’ dawk l-assi mis-suq maż-żmien.

(112)

L-Artikolu 41 tal-IAC jgħid fir-rigward tal-valur tat-trasferiment tal-assi danneġġjati li l-valur tat-trasferiment għax-xiri tal-assi jew il-miżuri ta’ assigurazzjoni tal-assi għandhom ikunu bbażati fuq il-valur ekonomiku veru tagħhom. Barraminnhekk, ir-rimunerazzjoni xierqa għall-Istat għandha tkun assigurata. Meta l-Istati Membri jqisu li jkun meħtieġ – l-aktar sabiex tiġi evitata l-insolvenza teknika – li jużaw valur ta’ trasferiment tal-assi li jaqbeż il-valur ekonomiku veru tagħhom, l-element ta’ għajnuna li hemm fil-miżura għandu jkun proporzjonalment akbar. Jista’ jiġi aċċettat biss jekk ikun akkumpanjat minn ristrutturar estensiv u l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet li jippermettu l-irkuprar ta’ din l-għajnuna addizzjonali fi stadju aktar tard, pereżempju permezz ta’ mekkaniżmi ta’ treġġigħ lura. It-trasferiment tal-assi minn NR għal AssetCo għandu jsir skont il-valur tal-kontijiet. Il-valur ekonomiku veru tal-assi bħala riżultat tad-danni ikun aktar baxx mill-valur tat-trasferiment. Għalhekk l-effett ta’ salvataġġ tal-attività huwa konsiderevoli minħabba li BankCo ma jġorrx il-piżijiet ta’ dak it-telf. Skont l-Artikolu 41 tal-IAC, b’konsegwenza huwa meħtieġ ristrutturar estensiv tal-bank.

(113)

F’dan il-kuntest, mhux disputabbli li mingħajr għajnuna NR kien ikun teknikament insolventi. NR ġie nazzjonalizzat meta falla l-attentat tar-Renju Unit li jbiegħ lil NR lil terzi partijiet. Xhieda addizzjonali ta’ dan huma l-konċessjonijiet miksuba minn NR mill-FSA, l-ewwelnett biex jiġi inkluż il-kapital Tier-2 kollu tiegħu mal-pożizzjoni ta’ kapital regolatorju tiegħu u sussegwentement biex jopera taħt ir-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju. Mis-sottomissjoni tal-awtoritajiet tar-RU jidher li kieku l-bank ma ġiex maqsum, kienet tkun meħtieġa injezzjoni ta’ kapital ta’ mill-anqas 6 biljun GBP (bħala paragun, qabel il-kriżi, il-kapital tal-bank kien anqas minn 2 biljun GBP) sabiex il-bank ikun vijabbli. Mingħajr l-intervent tal-Istat, il-qsim ta’ NR u l-kontinwazzjoni sussegwenti tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu minn BankCo ma kienux ikunu possibbli. Il-fatt li l-maġġoranza tal-assi ta’ NR jibqgħu f’AssetCo jippermetti lil BankCo jevita t-telf fuq dawk l-assi u t-tnaqqis sussegwenti tal-kapital tiegħu.

(114)

Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 41 tal-IAC jiġu sodisfatti billi jinkiseb ristrutturar estensiv (41) minħabba li l-attivitajiet ekonomiċi ta’ NR li jitkomplew minn BankCo għandhom jonqsu b’aktar minn 75 %. Barraminnhekk, ir-Renju Unit innazzjonalizza l-bank fi Frar tal-2008, u għalhekk jipposjedi 100 % tal-ishma. Permezz tat-tneħħija mill-bank it-tajjeb tas-self b’ipoteka ħażin, l-Istat iżid il-valur tal-bank it-tajjeb, li jippjana li jbiegħ fi […]. Bħala riżultat l-Istat għandu jgawdi mill-anqas parzjalment mis-salvataġġ tal-assi billi jbiegħ il-bank it-tajjeb għal prezz ogħla.

(115)

Fir-rigward tat-taqsim tal-piżijiet tal-ispejjeż relatati mal-assi danneġġjati bejn l-Istat, l-azzjonisti u l-kredituri, kemm l-azzjonisti ta’ qabel kif ukoll id-detenturi tal-kapital ibridu għandhom jikkontribwixxu għar-ristrutturar tal-bank sal-massimu possibbli minħabba li dawk ta’ qabel tneħħew (jiġifieri tilfu ammont sostanzjali tal-investiment tagħhom) bħala riżultat tan-nazzjonalizzazzjoni ta’ NR. Id-dententuri tal-kapital ibridu għandhom […] AssetCo. Bħala konsegwenza dawn mhux se jirċievu kupuni li huma diskreti u […]. Għalhekk mhux meħtieġ qsim addizzjonali tal-piżijiet (ara wkoll il-premessi 150 u 151).

(116)

Fir-rigward tar-rimunerazzjoni mħallsa għas-salvataġġ tal-assi, l-IAC jitlob li l-banek iħallsu xi forma ta’ rimunerazzjoni għas-salvataġġ tal-kapital miksub permezz tal-miżuri għall-assi danneġġjati. L-għan ta’ rimunerazzjoni mandatarja huwa doppju: biex jiżgura l-qsim tal-piżijiet u jiġi minimizzat it-tfixkil tal-kompetizzjoni. F’dan il-każ, il-qsim tal-piżijiet jinkiseb minħabba n-nazzjonalizzazzjoni ta’ NR (ara wkoll il-premessi 148 u 149). Fir-rigward tat-tieni għan, it-tfixkil tal-kompetizzjoni jista’ jitqies bħala minimizzat bħala riżultat tat-tnaqqis fid-daqs ta’ NR fil-kuntest tar-ristrutturar estensiv (ara wkoll il-premessi 156 et seq). Barraminnhekk, kwalunkwe benefiċċju li jista’ jgawdi BankCo bħala riżultat tal-miżura ta’ salvataġġ tal-assi għandu jiġi rkuprat mill-anqas parzjalment permezz tal-bejgħ tiegħu għal prezz ogħla. F’dawn il-kundizzjonijiet eċċezzjonali, huwa aċċettabbli li d-dħul mill-bejgħ tal-bank ikun forma ta’ rimunerazzjoni għall-Istat sal-punt li jnaqqas l-ispejjeż totali ta’ salvataġġ.

(117)

L-assi danneġġjati li jibqgħu f’AssetCo għandhom jiġu ġestiti esklussivament minn AssetCo, li għandu jkun separat u organizzazzjonalment indipendenti minn BankCo.

(118)

Għalhekk ġie konkluż li, minħabba r-ristrutturar estensiv previst, is-salvataġġ tal-assi favur BankCo huwa konformi mal-IAC.

L-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni

(119)

Ir-rikapitalizzazzjonijiet huma previsti kemm għal BankCo kif ukoll għal AssetCo. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, għandha titħallas rimunerazzjoni xierqa għar-rikapitalizzazzjonijiet.

(120)

Fil-każ ta’ BankCo, dan għandu jirċievi injezzjoni ta’ kapital ta’ 1,4 biljun GBP forma ta’ ishma ordinarji. Fir-rigward tar-rimunerazzjoni li trid titħallas għall-ishma ordinarji, ir-Renju Unit ikun diġa azzjonist ta’ 100 % tal-ishma ta’ BankCo meta jseħħ il-qsim. Injezzjoni addizzjonali ta’ kapital forma ta’ ishma ordinarji mhux se tbiddel il-parteċipazzjoni azzjonarja tar-Renju Unit f’BankCo. Kif diġà ġie osservat fir-rigward tal-miżura ta’ salvataġġ tal-assi fil-premessa 114, ir-Renju Unit innazzjonalizza lil NR u għalhekk jippossjedi 100 % tal-ishma. Barraminnhekk, il-fondi injettati għandhom jiġu rkuprati mill-anqas parzjalment permezz tar-rimunerazzjoni tal-ishma u l-bejgħ ta’ BankCo.

(121)

AssetCo se jkollu bżonn ta’ injezzjoni ta’ kapital ta’ 1.6 biljun GBP fix-xenarju ta’ każ ta’ stress biss. Dan m’għandux iħallas tariffa għar-rikapitalizzazzjoni, jekk din isseħħ. Bħala AssetCo […], għandu jbiegħ l-assi tiegħu fis-suq. Għandu juża d-dħul minn dak il-bejgħ biex iħallas lura lill-Istat, li huwa wieħed mill-kredituri prinċipali tiegħu permezz tal-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT. Id-dħul mhux se jibbenefika l-attività ekonomika ta’ AssetCo. Għalhekk, ir-rimunerazzjoni tal-Istat hija inerenti […].

(122)

Bħala konsegwenza, ġie konkluż li r-rikapitalizzazzjonijiet huma konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

L-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni

(123)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tistabbilixxi r-regoli tal-għajnuna mill-Istat applikabbli għar-ristrutturar tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex ikun kompatibbli mal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat, ir-ristrutturar ta’ istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali jrid:

(i)

iwassal għar-ritorn tal-vijabbiltà tal-bank;

(ii)

jinkludi awtokontribuzzjoni suffiċjenti mill-benefiċjarju (qsim ta’ piżijiet);

(iii)

ikun fih miżuri suffiċjenti li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(i)   Restorazzjoni tal-vijabbiltà fit-tul

(124)

L-Artikoli 9, 10 u 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxu li l-Istat Membru għandu jipprovdi pjan ta’ ristrutturar komprensiv u dettaljat li għandu jipprovdi informazzjoni kompleta dwar il-mudell kummerċjali. Il-pjan għandu jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet iffaċċjati minn istituzzjoni finanzjarja u l-alternattivi għall-pjan ta’ ristrutturar propost.

(125)

L-informazzjoni sottomessa mir-Renju Unit tissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar għaliex tipprovdi informazzjoni dwar id-diffikultajiet iffaċċjati minn NR, il-kawża tad-diffikultajiet u informazzjoni dwar il-mudell kummerċjali ta’ BankCo.

(126)

Fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni l-Kummissjoni indikat li jidher li BankCo għandu jkun bank vijabbli wara l-qsim. Madankollu minħabba li ma kinitx irċeviet pjan kummerċjali li juri b’mod effettiv il-vijabbiltà ta’ BankCo, ma setgħetx tasal għal konklużjoni f’dan ir-rigward. Ir-Renju Unit issottometta pjan kummerċjali dettaljat fl-10 ta’ Ġunju 2009.

(127)

Skont il-pjan kummerċjali, BankCo għandu jkun bank vijabbli wara l-qsim kemm fix-xenarju tal-każ bażi kif ukoll dak ta’ stress. Dan għandu jibda’ b’karta tal-bilanċ konsiderevolment iżgħar ta’ [21-24] biljun GBP, paragunata ma’ dik ta’ NR ta’ GBP (104,3 biljun GBP fl-aħħar tal-2008), li għandha tikber għal [31-34] biljun GBP fl-2013. Il-karta tal-bilanċ fiha assi ta’ kwalità għolja ([9-12] biljun GBP ta’ flus kontanti u self b’ipoteka mhux mgħobbi li jiswa [7-11] biljun GBP). Il-portafoll ta’ self b’ipoteka trasferit lil BankCo għandu jkollu medja tal-LTV ta’ [62-67] %. L-obbligazzjonijiet ta’ BankCo jikkonsistu l-aktar mid-depożiti bl-imnut ta’ NR (19,3 biljun GBP) u depożiti bl-ingrossa limitati ħafna ([1-3] biljun GBP).

(128)

L-istrateġija kummerċjali ta’ BankCo għandha tkun aktar konservattiva minn dik ta’ NR. Din għandha tiffoka biss fuq is-suq bl-imnut tar-RU. BankCo għandu jopera bħala bank tas-self b’ipoteka u tat-tfaddil. It-teħid ta’ riskji tiegħu għandu jkun konservattiv, konformi mal-istrateġija kummerċjali tiegħu. BankCo għandu jimmira lejn klassifikazzjoni A/P1 waħda.

(129)

Fir-rigward tal-preżenza ta’ BankCo fis-suq tat-tfaddil u tas-self b’ipoteka tar-RU, BankCo m’għandux iżid il-preżenza tiegħu fis-suq. Bħala riżultat tar-ristrutturar, BankCo għandu jkun terz tad-daqs oriġinali ta’ NR. Is-self ġdid tiegħu għandu jkun limitat għal 9 biljun GBP fl-2010 paragunat ma’ 32,2 biljun GBP fl-2007, li jirrapreżenta sehem tas-suq ta’ madwar 1,5 %. Is-sehem tas-suq ta’ BankCo tas-self gross għandu jkun madwar [3-6] % paragunat ma’ 9,7 % qabel l-intervent tal-Istat.

(130)

Il-fondi użati għas-sottoskrizzjoni tas-self b’ipoteka residenzjali għandhom ikunu bbażati l-aktar fuq depożiti bl-imnut, li jibdew b’madwar [92-95] % tal-fondi totali bħala depożiti fl-2009 u jonqsu għal minimu ta’ madwar [68-71] % fl-2013 (paragunat ma’ anqas minn 30 % qabel il-kriżi). Id-dipendenza ta’ BankCo fuq il-finanzjament bl-ingrossa għandu jkun limitat għal madwar [22-35] % tal-assi tal-ipoteki tiegħu.

(131)

Barraminnhekk, l-LTV medju kkalkulat fil-mira ta’ BankCo fir-rigward tas-self ġdid għandu jkun ta’ <[68-71] %, bl-ebda self ma jaqbeż [94-97] % LTV. Dan għandu jiffoka fuq self residenzjali, għal proprjetà okkupata mis-sid (madwar […] % tas-self totali) u għandu jwettaq ukoll xi self għal xiri ta’ proprjetà għall-kiri (madwar […] %). M’għandux jibqa’ jbiegħ il-prodotti Together (self b’ipoteka bl-LTV […] 125 % kombinat ma’ self mhux assigurat) u m’għandux iwettaq self kummerċjali. Is-self ta’ BankCo, mingħajr ma jitqies kwalunkwe impenn relatat mal-aġir, għandu jkun limitat mid-dipendenza tiegħu fuq id-depożiti bl-imnut għall-finanzjament tas-self tiegħu. BankCo għandu l-ħsieb li jsellef [6-9] biljun GBP fl-2010 u [6-8] biljun GBP kull sena fl-2011, l-2012 u l-2013.

(132)

BankCo, skont il-pjan kummerċjali sottomess mir-Renju Unit, hu mistenni li jerġa jsir profitabbli fil- […] bi dħul nett mill-imgħax f’każ ta’ bażi li jiżdied minn […] miljun GBP fl-2009 għal […] miljun GBP fl-2013, profitt (telf) wara t-taxxa ta’ madwar -[…] miljun GBP fl-2009 li jiżdied għal […] miljun GBP fl-2013 u dħul fuq ekwità (minn hawn ‘il quddiem “ROE”) wara t-taxxa ta’ -[…] % fl-2009 li jiżdied għal madwar [9-12] % fl-2013. F’każ ta’ stress id-dħul nett mill-imgħax għandu jiżdied minn […] miljun GBP fl-2009 għal [0,1-0,6] miljun GBP fl-2013, il-profitt (telf) wara t-taxxa għandu jinbidel minn -[…] miljun GBP fl-2009 għal […] miljun GBP fl-2013 u l-ROE għandu jinbidel minn -[…] % fl-2009 għal madwar […] % fl-2013. Barraminnhekk, skont ir-Renju Unit, dawk il-figuri mhumiex ‘il fuq mill-medja ġenerata mis-soċjetajiet tal-bini, il-kompetituri ewlenin ta’ BankCo.

(133)

Fir-rigward tal-pożizzjoni tal-kapital regolatorju tiegħu, BankCo għandu jkun kapitalizzat biżżejjed permezz tar-rikapitalizzazzjoni ta’ 1,4 biljun GBP wara l-qsim. Dan, flimkien mal-ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti li għandu jirċievi, għandu jirriżulta fi proporzjon ta’ kapital ta’ Tier-1 ta’ aktar minn [48-53] % fiż-żmien tal-qsim, u jonqos għal madwar [16-21] % fl-2013 għaliex BankCo ikun żied is-self tiegħu bl-użu tal-ammont kbir ta’ flus kontanti li jkun irċieva u billi jtella’ finanzjament ġdid. BankCo huwa wkoll kapitalizzat biżżejjed […]. Skont il-pjan kummerċjali, BankCo jista’ […] ta’ […] biljun GBP-[…] biljun GBP f’xenarju diffiċli – waqt li jibqa’ vijabbli.

(134)

Fl-aħħar fir-rigward tal-likwidità, BankCo għandu l-ħsieb li jżomm proporzjon ta’ likwidità (flus kontanti fuq assi) ta’ ‘l fuq minn [19-22] % fl-2009-2013, li skont ir-Renju Unit huwa konformi mal-proporzjon miżmum mis-soċjetajiet tal-bini u ‘l fuq mill-medja għall-banek aktar diversifikati tar-RU (proporzjon ta’ likwidità ta’ bejn 5-10 %). Il-likwidità ewlenija miżmuma minn BankCo għandha tkopri [17-20] % tad-depożiti bl-imnut u madwar [3-6] xhur tal-maturitajiet bl-ingrossa.

(135)

Il-pjan fih ukoll informazzjoi dwar il-ħruġ ta’ BankCo mit-TPO, li għandu jkollu bħala konsegwenza l-possibbiltà għall-Istat li jirkupra parti minn jew il-flus kollha injettati f’ NR, BankCo u AssetCo.

(136)

Abbażi ta’ dak imsemmi, id-dubji tal-Kummissjoni li jibqgħu dwar il-vijabbiltà ta’ BankCo ġew ipplakati. Din il-konklużjoni hija konformi mal-evalwazzjoni inizjali tal-Kummissjoni u l-kummenti li rċeviet minn terzi partijiet fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni.

(ii)   Awtokontribuzzjoni/qsim ta’ piżijiet

(137)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika li kontribuzzjoni xierqa mill-benefiċjarju hija meħtieġa sabiex l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu u sabiex jiġu indirizzati t-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-periklu morali. Għal dak il-għan: a) kemm l-ispejjeż tar-ristrutturar kif ukoll l-ammont ta’ għajnuna għandhom jiġu limitati u b) hija meħtieġa awtokontribuzzjoni sinifikanti.

(138)

Il-prinċipji dwar l-awtokontribuzzjoni tal-bank benefiċjarju fl-istadju ta’ ristrutturar huma stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Dan jitlob (i) li l-għajnuna għar-ristrutturar tiġi limitata għall-minimu biex tkopri l-ispejjeż meħtieġa għar-restorazzjoni tal-vijabbiltà; (ii) li l-bank benefiċjarju għandu juża safejn possibbli r-riżorsi tiegħu biex jiffinanzja r-ristrutturar, pereżempju, permezz tal-bejgħ tal-assi u (iii) li l-ispejjeż assoċjati mar-ristrutturar iħallsuhom ukoll kif xieraq dawk li investew fil-bank billi jassorbu t-telf bil-kapital disponibbli u billi jħallsu rimunerazzjoni xierqa għall-interventi tal-Istat. L-għan tal-qsim tal-piżijiet huwa doppju: biex jiġi limitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni u biex jiġi indirizzat il-periklu morali (42).

Limitazzjoni tal-ispejjeż ta’ ristrutturar

(139)

Id-dubji tal-Kummissjoni dwar jekk l-għajnuna hijiex limitata għall-minimu meħtieġ għar-restorazzjoni tal-vijabbiltà fit-tul ta’ NR (BankCo) ġew sollevati (ara wkoll il-premessa 141). Fil-fatt, il-pjan ta’ ristrutturar finali ma jbassar kwalunkwe self ġdid ‘il fuq mil-livelli ta’ qabel il-kriżi jew kwalunkwe akkwisti ta’ negozji ġodda.

(140)

Il-flus kontanti trasferiti lil BankCo minn AssetCo mal-qsim għandhom jintużaw l-aktar għall-kisba ta’ mira ta’ self fl-2010 ta’ [6-9] biljun GBP. Ir-Renju Unit iqis li l-kisba ta’ dan il-livell ta’ self hija meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tas-self b’ipoteka tar-RU, li ilu jsofru minn restrizzjonijiet ta’ provvista (notevolment bħala riżultat tas-self nett negattiv ta’ NR minħabba l-programm attiv tiegħu ta’ redenzjoni tas-self b’ipoteka), li b’hekk kabbar it-tnaqqis fil-prezzijiet tad-djar fir-RU. Il-mira ta’ self ta’ BankCo għall-2011 għandha tonqos ukoll għal [6-8] biljun GBP. Meta jitqies dan, l-ispejjeż ta’ ristrutturar jiġu limitati għall-minimu meħtieġ.

Limitazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna, awtokontribuzzjoni sinifikanti

Awtokontribuzzjoni

(141)

Fit-tfassil tal-pjan ta’ ristrutturar, ir-Renju Unit għażel soluzzjoni li teħtieġ anqas għajnuna minn dik imbassra fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali. Kif imsemmi fil-premessa 23, l-alternattiva għall-qsim ta’ NR kienet tkun il-kontinwazzjoni ta’ NR, li kienet teħtieġ injezzjoni ta’ kapital ta’ mill-anqas 6 biljun GBP (paragunat ma’ massimu ta’ 3 biljun GBP f’każ ta’ stress fil-pjan ta’ ristrutturar finali). Permezz tal-qsim, huwa meħtieġ anqas kapital għal BankCo u AssetCo flimkien, minħabba li AssetCo għandu jopera biss bħala finanzjatur tas-self b’ipoteka u bħala riżultat ta’ dan għandu jkun soġġett għal rekwiżiti ta’ kapital regolatorju aktar baxxi paragunat ma’ bank regolari. Il-qsim għalhekk jillimita l-għajnuna meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ NR.

(142)

Barraminnhekk, bħala riżultat tal-qsim, il-portafoll tas-self b’ipoteka ta’ BankCo għandu jkollu proporzjon ta’ LTV li jkun ogħla minn dak tal-maġġoranza tas-soċjetajiet tal-bini, li jistgħu jitqiesu bħala r-rivali l-aktar qrib tiegħu, u l-ROE ta’ BankCo għandu jibqa’ ferm taħt dak tal-banek u s-soċjetajiet tal-bini tar-RU sal-2013.

(143)

Barraminnhekk, fil-kondizzjonijiet tas-suq attwali r-riżultati tat-testijiet tal-istress għandhom jitqiesu sabiex tiġi aċċertata l-vijabbiltà tal-bank (43). F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet tar-RU kkonfermaw li l-1,4 biljun GBP għal BankCo huwa r-rekwiżit ta’ kapital regolatorju minimu tal-FSA. Barraminnhekk, BankCo […]. Ir-Renju Unit wera li kieku kellhom jiġu trasferiti aktar assi danneġġjati lil BankCo, dan ikun jeħtieġ kontrabilanċ permezz ta’ injezzjoni ta’ kapital addizzjonali li tiġi provduta mill-Istat sabiex ma titpoġġiex fil-periklu l-vijabbiltà fit-tul tal-bank waqt li jkompli jagħti self limitat lill-ekonomija reali.

(144)

L-ispejjeż tar-ristrutturar jitħallsu mill-bank stess sal-massimu possibbli permezz tar-redenzjoni u d-disponiment tal-assi. L-ewwelnett, NR illimita l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa billi inkoraġġixxa attivament lill-klijenti eżistenti jħallsu d-dejn tagħhom u jiffinanzjawhom mill-ġdid mal-kompetituri fil-perjodu minn April tal-2008 sal-bidu tal-2009. Permezz ta’ dan, NR tilef klijenti ta’ kwalità għolja, jiġifieri, dawk li kienu kapaċi jsibu bank li jsellifhom. Id-dħul li rriżulta mill-programm attiv ta’ redenzjoni tas-self b’ipoteka intuża għall-ħlas lura lill-Istat. Bħala riżultat, il-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT naqset minn 27 biljun GBP (fi tmien l-2007) għal 14,5 biljun GBP (fit-30 ta’ Ġunju 2009).

(145)

It-tieni, NR biegħ il-portafoll tal-HERM tiegħu għal madwar 2,2 biljun GBP. Din il-miżura ġġenerat fondi li ntużaw biex titħallas lura parti mill-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT. Id-dħul ta’ fondi huwa ċert għaliex il-miżura diġà twettqet.

(146)

NR naqqas ukoll l-għajnuna meħtieġa billi oriġina ammont baxx ħafna ta’ self b’ipoteka ġdid fl-2008 u l-2009 (3 biljun GBP u 1,3 biljun GBP sat-30 ta’ Ġunju 2009 rispettivament paragunat ma’ 32,3 biljun GBP fl-2007).

(147)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi, ġie konkluż li d-dubji tal-Kummissjoni dwar jekk l-għajnuna kienetx limitata ġew sollevati u li l-awtokontribuzzjoni ta’ NR hija biżżejjed.

Qsim ta’ piżijiet

(148)

Fir-rigward tal-qsim ta’ piżijiet, il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar titlob li l-ispejjeż tar-restrutturar ma jitħallsux biss mill-Istat iżda wkoll mill-investituturi u l-azzjonisti preċedenti tal-bank.

(149)

Rigward NR, il-bank ġie nazzjonalizzat u l-azzjonisti preċedenti tiegħu għandhom jitħallsu biss abbażi tal-valur tal-kumpanija mingħajr kwalunkwe appoġġ mill-Istat (44). Bħala konsegwenza, dan il-kumpens probabbli għandu jkun viċin iż-żero. Dan ifisser li l-azzjonisti preċedenti tneħħew u għalhekk jistgħu jitqiesu li appoġġjaw b’mod suffiċjenti l-konsegwenzi tal-falliment ta’ NR.

(150)

Barraminnhekk, id-detenturi tad-dejn subordinat ta’ NR għandhom jibqgħu ma’ AssetCo. Dan ifisser li għandhom jiġu kumpensati permezz tal-ammonti rkuprati mill-assi ta’ AssetCo. Bħala detenturi tad-dejn subordinat, […]. L-Istat, min-naħa l-oħra, għandu jkun kreditur prinċipali permezz tas-self (faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT u l-faċilità tal-kapital imħaddem) li pprovda lil AssetCo. Għalhekk, […]. Barraminnhekk, NR riċentement iddeċieda li jiddiferixxi l-ħlas ta’ kupuni u l-ħlas fuq is-somma kapitali tal-istrumenti Tier 2 u Tier-1 relatati kumulattivi fejn ikollu d-diskrezzjoni li jagħmel dan. Ir-Renju Unit, barraminnhekk, impenja ruħu li AssetCo għandu jkompli jiddiferixxi dak il-ħlas wara l-qsim. […].

(151)

Bħala konsegwenza, il-periklu morali jiġi indirizzat b’mod xieraq permezz tal-awtokontribuzzjoni tad-detenturi preċedenti tal-kapital tal-bank.

(152)

Għaldaqstant ġie konkluż li NR u s-sidien tal-kapital tiegħu kkontribwew għar-ristrutturar sal-punt massimu.

(iii)   Miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni

(153)

Il-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni ta’ estensjoni tagħha, esprimiet dubji dwar jekk il-miżuri proposti mir-Renju Unit biex jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni kienux biżżejjed biex ipaċu t-tfixkil tal-kompetizzjoni kkawżat mill-preżenza kontinwa tal-attivitajiet ekonomiċi ta’ NR fis-suq permezz ta’ BankCo. Dan it-tħassib inħass ukoll minn terzi partijiet, li ġibdu l-attenzjoni lejn il-pożizzjoni b’saħħitha ta’ BankCo fis-suq tas-self b’ipoteka u tat-tfaddil tar-RU u ssuġġerew miżuri biex jiġi rimedjat it-tfixkil tal-kompetizzjoni kkawżat minn BankCo.

(154)

Fir-rigward tal-miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni, il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika li l-Kummissjoni għandha tqis fl-evalwazzjoni tagħha l-ammont ta’ għajnuna, il-livell ta’ qsim ta’ piżijiet u l-pożizzjoni li l-istituzzjoni finanzjarja għandha jkollha fis-suq wara r-ristrutturar. Abbażi ta’ dik l-analiżi, għandhom jitwaqqfu miżuri kompensatorji xierqa.

(155)

It-tfixkil tal-kompetizzjoni kkawżat minn NR huma sinifikanti. Is-suċċessur ta’ NR, BankCo għandu jkun finanzjat sew u ħieles mill-piż tas-self riskjuż li għamel NR fil-passat. Sabiex NR baqa’ jopera minn Settembru tal-2007 u sabiex jiġi faċilitat il-qsim, ammont kbir ta’ għajnuna kienet u se tkun meħtieġa. Madankollu, NR għandu jkun bank ferm iżgħar u r-RU waqqaf miżuri sinifikanti li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(156)

L-ewwelnett, NR mhux se jibqa’ jkun l-istess entità ekonomika bħal ma kien qabel l-intervent tal-Istat. Dan ġie soġġett għal nazzjonalizzazzjoni u ristrutturar estensiv sew. Bħala riżultat, bank ferm iżgħar minn NR, BankCo, għandu jikkompeti fis-suq bl-imnut tar-RU. Wara l-qsim il-karta ta’ bilanċ ta’ BankCo għandha tkun madwar [17-22] % tal-karta tal-bilanċ ta’ NR tal-2007. Madankollu, minħabba li fi żmien il-qsim, il-bank għandu jkollu ħafna flus kontanti u jkun kważi esklussivament finanzjat minn depożiti bl-imnut li jippermettulu jikber malajr fl-ewwel snin, huwa aktar ġust li tintuża s-sitwazzjoni “stabbilizzata” fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar sabiex jiġi evalwat id-daqs tat-tnaqqis fil-kobor. F’dak iż-żmien, il-karta tal-bilanċ għandha tkun inqas minn [30-35] % tad-daqs oriġinali ta’ NR fl-2007. Fir-rigward tad-daqs tal-bank fis-swieq wara r-ristrutturar, is-sehem tas-suq (abbażi tas-self ġdid gross) fuq is-suq tas-self b’ipoteka residenzjali għandu jkun madwar [3-6] % ([6-9] biljun GBP) sal-2013 paragunat ma’ 8 % fl-2007 (32,2 biljun GBP). Fis-suq tad-depożiti bl-imnut tar-RU, is-sehem ta’ BankCo m’għandux jaqbeż 1,5 % sa wara l-2013 (23 biljun GBP) paragunat ma’ 1,9 % qabel ma nqabad il-bank f’Settembru tal-2007. Dan juri li BankCo għandu jkun bank relattivament żgħir, mhux mexxej tas-suq. Jekk titnaqqas iżjed il-preżenza ta’ BankCo fis-suq tas-self b’ipoteka u tat-tfaddil tar-RU dan jipperikola l-vijabbiltà tiegħu.

(157)

Fl-2008 u l-2009 NR naqqas volontarjament is-self tiegħu sa livelli baxxi ħafna (3 biljun GBP fl-2008 u 1,3 biljun GBP matul l-ewwel nofs tal-2009 paragunat ma’ 32,2 biljun GBP fl-2007, ara t-Tabella 1) minħabba l-limiti fuq is-self tiegħu stabbiliti fil-Qafas Kompetittiv u billi nkoraġġixxa l-klijenti jittrasferixxu s-self tagħhom għand il-kompetituri permezz tal-programm attiv tiegħu ta’ self b’ipoteka. Dan tal-aħħar ikkawża tnaqqis fis-self nett matul l-2008 ta’ 25,4 biljun GBP. Bħala konklużjoni, NR naqqas il-preżenza tiegħu fis-suq tas-self b’ipoteka malli tħabbar il-Qafas Kompetittiv fl-aħħar tal-ewwel kwart tal-2008.

(158)

It-tieni nett, ir-Renju Unit, paragunat mal-pjan ta’ ristrutturar emendat, ħa l-miżuri biex iċekken il-karta tal-bilanċ ta’ BankCo, b’inqas flus kontanti u aktar assi riskjużi, billi naqqasha b’madwar 4 biljun GBP. BankCo għandu jkollu anqas kontanti u aktar self b’ipoteka u ta’ kwalità aktar baxxa. B’anqas flus kontanti, BankCo għandu jkun limitat fil-kapaċità li jislef. Il-bidliet li saru fil-karta tal-bilanċ mir-Renju Unit jikkontribwixxu biex jiġi ndirizzat it-tħassib espress minn terzi partijiet (ara l-Artikolu 4.2).

(159)

It-tielet nett, ir-Renju Unit ħa diversi impenji mal-Kummissjoni, bil-għan li tiġi limitata l-preżenza fis-suq ta’ BankCo, li ġew deskritti f’aktar dettall fl-Artikolu 5.4. Twaqqfu limiti fuq id-depożiti bl-imnut u s-self b’ipoteka ta’ BankCo. Dawn il-limiti għandhom jibqgħu fis-seħħ mill-anqas sa tmiem l-2011, irrispettivament minn jekk BankCo joħroġx mit-TPO, u possibbilment anki aktar jekk il-ħruġ mit-TPO iseħħ wara l-2011. Il-limiti jrażżnu l-kapaċità ta’ BankCo li jespandi b’mod aggressiv fis-suq.

(160)

F’dak il-kuntest, jenħtieġ li dawk il-limiti jibqgħu anki jekk il-ħruġ mit-TPO iseħħ qabel l-2011, waqt li BankCo jibqa’ jgawdi mill-għajnuna mill-Istat mogħtija lilu u lil AssetCo sabiex jiġi faċilitat il-qsim ta’ NR. L-għajnuna provduta tiżgura li BankCo ikollu pożizzjoni ta’ bidu tajba wara l-qsim. Ikun ħieles mis-self riskjuż tal-passat u jkun irċieva ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti. BankCo għandu jkompli jgawdi mill-għajnuna wara l-qsim. Il-ħruġ bikri mit-TPO ma jikkumpensax totalment għat-tfixkil tal-kompetizzjoni minn BankCo, u b’hekk jiġġustifika għaliex il-limiti għandhom jibqgħu fis-seħħ mill-anqas sal-aħħar tal-2011.

(161)

Fir-rigward tat-tħassib li qajmu terzi partijiet dwar il-kapaċità ta’ BankCo li jirbaħ kontra l-kompetituri permezz ta’ strateġiji ta’ prezzar aggressiv, ir-Renju Unit impenja ruħu li BankCo jibqa’ barra mill-ogħla 3 tabelli ta’ Moneyfacts fir-rigward tas-self b’ipoteka dominanti (minbarra self b’ipoteka bi proporzjon ta’ LTV akbar minn 80 % jew prodotti għal xerrejja ġodda). It-tabelli ta’ Moneyfacts jinkludu dejta dwar l-ogħla 5 self b’ipoteka f’diversi segmenti li huma meqjusal-aħjar xirjiet fis-suq fil-mument konċernat. Għal banek iżgħar, huwa importanti li jkunu viżibbli fit-tabella ta’ Moneyfacts għaliex dan huwa mod effettiv kif jagħmlu kuntatt mal-klijenti. L-impenn tar-Renju Uni jiżgura li BankCo, għalkemm jibqa’ viżibbli, ma jistax joffri l-aħjar prezz fis-suq. Għaldaqstant, ir-rebħa potenzjali kontra l-kompetituri tiġi limitata matul is-snin meta BankCo jkun qed jiddependi l-aktar fuq l-għajnuna mill-Istat.

(162)

Barraminnhekk, ir-Renju Unit impenja ruħu li jbiegħ lil BankCo […]. Il-bejgħ ta’ BankCo għandu jippermetti lill-Istat jirkupra (parti mill-) fondi injettati f’NR. Ukoll, il-ħruġ fiż-żmien opportun mit-TPO jiżgura li terzi partijiet ikollhom il-possibbiltà li jixtru lil BankCo. F’dak ir-rigward, il-kompetituri ta’ NR ilmentaw, l-aktar, li waqt li jkun fit-TPO, ikun aktar faċli għal NR li jattira depożiti bl-imnut għaliex il-klijenti ikunu konxji li l-bank huwa appoġġjat mill-Istat. It-tmiem tat-TPO għandu jneħħi dan it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

(163)

Ir-Renju Unit impenja ruħu wkoll li jneħħi l-garanziji fuq id-depożiti bl-imnut u bl-ingrossa għal BankCo sa […]. Bħala riżultat, BankCo m’għandux jibqa jgawdi pożizzjoni aktar vantaġġuża meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu fir-rigward tad-depożiti bl-imnut u bl-ingrossa. Dan l-impenn għalhekk jindirizza t-tħassib tat-terzi partijiet dwar il-kontinwazzjoni tal-garanziji.

(164)

Fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-aġir, BankCo għandu jkun limitat fl-attivitajiet tiegħu permezz ta’ projbizzjoni fuq l-akkwisti u projbizzjoni fuq il-promozzjoni tal-garanziji tal-Istat u t-TPO. Dawn il-miżuri għandhom ikomplu sat-tmiem tat-TPO.

(165)

L-irtirar ta’ NR mid-Danimarka jista’ jitqies bħala miżura li tillimita t-tfixkil tal-kompetizzjoni, għaliex NR u bħala konsegwenza BankCo m’għandhomx jibqgħu jikkompetu f’dan is-suq.

(166)

Fl-aħħar nett, kwalunkwe tfixkil tal-kompetizzjoni minn AssetCo bħala riżultat tal-kontinwazzjoni tiegħu li jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati ikun limitat, kif ġie ikkonfermat mill-impenn tar-Renju Unit fil-punt (ix) tal-premessa 29. […], l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu għandhom jonqsu u għaldaqstant jonqos ukoll it-tfixkil potenzjali tal-kompetizzjoni.

Monitoraġġ

(167)

L-Artikolu 46 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jindika li, sabiex jiġi verifikat jekk il-pjan ta’ ristrutturar ikunx qed jiġi implimentat sew, jenħtieġu rapporti regolari u dettaljati mill-Istat Membru. Għaldaqstant, ir-Renju Unit għandu jipprovdi lill-Kumissjoni b’dawn ir-rapporti kull sitt xhur, mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.

7.   KONKLUŻJONI

(168)

Il-kontinwazzjoni tal-miżuri (i)-(iii) wara l-qsim ta’ NR kif ukoll il-miżuri (iv)-(xii) stabbiliti fl-Artikolu 30 jitqiesu bħala assistenza fir-ristrutturar li għandha tiġi dikjarata kompatibbli mal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat.

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din l-għajnuna li r-Renju Unit implimenta favur Northern Rock, BankCo u AssetCo, hija kompatibbli mas-suq komuni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2:

(i)

l-applikazzjoni retroattiva ta’ tariffa aktar baxxa fuq il-faċilità ta’ likwidità tal-Bank of England li aktar tard saret it-Teżor tar-RU (“il-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT”) u r-rimborż tat-tariffi żejda lil Northern Rock wara l-qsim ta’ Northern Rock f’BankCo u AssetCo;

(ii)

l-assigurazzjoni mit-Teżor tar-RU lill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji li Northern Rock għandu jopera ‘l fuq mir-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju;

(iii)

il-kontinwazzjoni tal-garanzija tal-Istat fuq id-depożiti bl-imnut ta’ BankCo;

(iv)

il-kontinwazzjoni tal-garanzija tal-Istat fuq id-depożiti bl-ingrossa ta’ BankCo;

(v)

ir-rikapitalizzazzjoni ta’ 1,4 biljun GBP ta’ BankCo;

(vi)

il-faċilità ta’ likwidità kontinġenti ta’ 1,5 biljun GBP għal BankCo;

(vii)

il-kontinwazzjoni tal-garanzija tal-Istat fuq id-depożiti bl-ingrossa ta’ AssetCo;

(viii)

iż-żieda fil-faċilità ta’ likwidità tal-BoE/HMT b’sa 10 biljun GBP sa massimu ta’ 23 biljun GBP;

(ix)

ir-rikapitalizzazzjoni ta’ 1,6 biljun GBP ta’ AssetCo; u

(x)

il-faċilità tal-kapital imħaddem ta’ 2,5 biljun GBP għal AssetCo.

Artikolu 2

Il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu għandhom ikunu dawn:

(i)

għandu jkun hemm separazzjoni operattiva sħiħa bejn BankCo u AssetCo kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn tmiem l-2010;

(ii)

self ġdid minn BankCo għandu jkun limitat għal 4 biljun GBP fl-2009, 9 biljun GBP fl-2010 u 8 biljun GBP fl-2011; fil-każ li BankCo jibqa’ fi Sjieda Pubblika Temporanja (minn hawn ‘il quddiem “TPO”) wara l-2011, limitu fuq is-self ta’ 8 biljun GBP għandu jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2013 jew sal-ħruġ mit-TPO, skont liema jseħħ l-ewwel;

(iii)

il-bilanċi tad-depożiti bl-imnut ta’ BankCo mar-Renju Unit, l-Irlanda u Guernsey għandhom jiġu limitati għal 20 biljun GBP sal-31 ta’ Diċembru 2011; fil-każ li BankCo jibqa’ fit-TPO fl-2012 u l-2013, il-limitu fuq id-depożiti bl-imnut għandu jkun 23 biljun GBP għall-2012 u 26 biljun GBP għall-2013 jew sal-ħruġ mit-TPO;

(iv)

BankCo m’għandux ikun fost l-ogħla tlett kategoriji ta’ self b’ipoteka ta’ Moneyfacts għal self b’ipoteka fissi jew varjabbli ta’ sentejn, 3 snin jew 5 snin (minbarra self b’ipoteka bi proporzjon tas-self għall-valur ta’ aktar minn 80 % u prodotti għal xerrejja ġodda) sal-31 ta’ Diċembru 2011 jew sal-ħruġ mit-TPO, skont liema jseħħ l-ewwel;

(v)

il-gvern tar-RU għandu joħroġ mis-sjieda ta’ maġġoranza ta’ BankCo […]; f’dan il-kuntest, jitqies li jkun hemm ħruġ mit-TPO jekk ir-RU ikun biegħ mill-anqas 50 % + 1 tal-ishma ta’ BankCo lil entità (jew entitatjiet) li mhumiex proprjetà ta’ jew ikkontrollati mill-Istat u r-RU ikun tilef il-kontroll fuq BankCo skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 139/2004;

(vi)

BankCo […] għandu jagħti notifika pubblika li l-garanzija fuq id-depożiti bl-imnut tar-RU għandha tiġi rilaxxata sa […] u li l-arranġamenti tal-garanziji bl-ingrossa relatati ma’ BankCo se jitneħħew mir-Renju Unit sal-31 ta’ Diċembru 2010;

(vii)

id-dejn subordinat eżistenti għandu jibqa’ f’AssetCo u l-ebda somma kapitali jew kupuni m’għandhom jitħallsu fuq l-istrumenti tad-dejn subordinat fejn AssetCo jista’ tagħmel dan kuntrattwalment, […];

(viii)

BankCo u AssetCo m’għandhomx iwettqu akkwisti ta’ ishma f’intrapriżi oħra jew jippromwovu l-arranġementi ta’ garanzija jew is-sjieda tal-Gvern;

(ix)

AssetCo m’għandux iwettaq kwalunkwe attività ekonomika ġdida minbarra l-attivitajiet meħtieġa għall-provvista ta’ appoġġ operattiv lil BankCo sakemm tiġi kompletata s-separazzjoni operattiva bejn BankCo u AssetCo […].

Artikolu 3

Ir-Renju Unit għandu jinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri meħuda għall-konformità magħha. Barraminnhekk, ir-Renju Unit għandu, mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jissottometti rapporti dettaljati kull sitt xhur dwar il-miżuri meħuda għall-konformità magħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2009.

Ghall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 135, 3.6.2008, p. 21.

(2)   ĠU C 149, 1.7.2009, p. 16.

(3)   ĠU C 43, 16.2.2008, p. 1

(4)   ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(5)  Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(6)  Ara n-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna.

(7)  Is-self gross hu s-self antiċipat totali, u s-self nett hu s-self antiċipat nieqes l-amortizzazzjonijiet u l-ħlas lura.

(8)  L-informazzjoni deskrittiva kollha inkluża fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, għalkemm mhux ripetuta f’din id-Deċiżjoni, ġiet meqjusa fl-evalwazzjoni li ssegwi f’din id-Deċiżjoni.

(*1)  Sigriet kummerċjali. Fejn possibbli, il-figuri ġew sostitwiti b’meded fil-[].

(9)  Konsolidat.

(10)  Mhux verifikat.

(11)  Il-Qafas Kompetittiv ġie implimentat minn NR wara n-nazzjonalizzazzjoni mill-awtoritajiet tar-RU. L-għan ta’ dan huwa li jiġi żgurat li NR ma jkunx jista’ juża l-appoġġ tal-Gvern sabiex jikkompeti b’mod inġust fis-suq. Il-Qafas fih impenji minn NR li jillimitaw il-preżenza tiegħu fis-suq ipotekarju u tat-tfaddil tar-RU. Ara wkoll id-deskrizzjoni tal-Qafas Kompetittiv fil-Punt 81 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ (nota tal-qiegħ tal-paġna 1).

(12)  Minn hawn ‘il quddiem “assi kontanti”, li jikkonsistu fi flus kontanti u l-investimenti tat-Teżor, għandhom jissejħu “assi kontanti” jew “flus”.

(13)  Dawn huma kontijiet tal-bank f’isem l-istruttura ta’ titolarizzazzjoni Granite li huma miżmuma f’NR.

(14)  Programm ta’ bonds koperti li jikkonsisti minn diversi porzjonijiet ta’ self mogħti.

(15)  Portafoll tas-self b’ipoteka mibdi fil-passat minn NR.

(16)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(17)  Il-Kummissjoni għandha, għaċ-ċarezza, tirreferi għan-numri użati fid-deskrizzjoni tal-miżuri fil-premessi 30 u 31 meta tkun qed tevalwa l-miżuri.

(18)  Ara l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.

(19)  Ara l-Artikolu 91 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ u l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni.

(20)  Ara l-Artikoli 32 u 39 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni.

(21)  Ara l-Artikoli 26 u 49 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni.

(22)  Ara l-Artikoli 33 u 46 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni.

(23)  Ara l-Artikolu 22(ii) tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni.

(24)  Ara l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni.

(25)  Ara n-nota fil-qiegħ tal-paġna 23.

(26)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 70/07, Northern Rock (ĠU C 43, 16.2.2008, p. 1), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 14/08 (ex NN 1/08), Għajnuna ta’ ristrutturar għal Northern Rock (ĠU C 135, 3.6.2008, p. 21) (Deċiżjoni tal-ftuħ) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 14/08, Għajnuna ta’ ristrutturar għal Northern Rock (ĠU C 149, 1.7.2009, p. 16).

(27)  It-tariffa ġiet approvata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha fil-Każ N 507/08, Miżuri ta’ appoġġ finanzjarju għall-industrija bankarja fir-Renju Unit (ĠU C 290, 13.11.2008, p. 4).

(*2)  L-ammont dikjarat jirrifletti l-ammont totali ta’ depożiti bl-imnut u ma jikkunsidrax l-FSCS.

(28)   ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

(29)  Il-pjan ta’ negozju ġie aġġornat fit-18 ta’ Settembru 2009 biex jikkunsidra t-tħassib espress mill-Kummissjoni u terzi partijiet fir-rigward tat-tfixkil tal-kompetizzjoni kawżat mill-għajnuna.

(30)  Pereżempju s-CGS, ara n-nota fil-qiegħ tal-paġna 15 fuq.

(31)  Fir-rigward tal-impenn tal-HMT lejn l-FSA li NR għandu jopera ‘l fuq mir-rekwiżiti tal-kapital, dan jista’ jitqies bħala ekwivalenti għal impenn li jiġi kapitalizzat il-bank fil-ġejjieni li għandu jimmaterjalizza f’ injezzjoni ta’ kapital f’BankCo wara l-qsim.

(32)  Ara n-nota fil-qiegħ tal-paġna 14.

(33)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 70/07, Northern Rock, ĠU C 43, 16.2.2008, p. 1

(34)  L-Artikoli 100 u 101 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.

(35)  Ara Cf. fil-każ prinċipali Każijiet Konġunti T-132/96 u T-143/96 Freistaat Sachsen and Volkswagen AG v Commission [1999] ECR II-3663, Artikolu 167. Dan l-approċċ ġie applikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/490/KE fil-Każ C47/96, Crédit Lyonnais, ĠU L 221, 8.8.1998, p. 28 (Artikolu 10.1), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/345/KE fil-Każ C28/02, Bankgesellschaft Berlin, (ĠU L 116, 4.5.2005, p. 1) (Artikoli 153 et seq) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/263/KE fil-Każ C50/06, BAWAG (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 7) (Artikolu 166). Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 70/07, Northern Rock, (ĠU C 043, 16.2.2008, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 25/08, Għajnuna ta’ salvataġġ għal WestLB (ĠU C 189, 26.7.2008, p. 3).

(36)  Komunikazzjoni Bankarja (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8).

(37)  Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2.

(38)  Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(39)  Ara fost oħrajn id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Każ N 507/08, Miżuri ta’ appoġġ finanzjarju għas-settur bankarju fir-Renju Unit, ĠU C 290, 13.11.2008, p. 1, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 650/08, Notifika ta’ modifiki fil-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju lill-industrija bankarja fir-Renju Unit (ĠU C 054, 7.3.2009, p. 3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 193/09, Estensjoni tal-iskema ta’ garanzija fuq il-kreditu (CGS) (ĠU C 145, 25.6.2009, p. 3).

(40)  L-IAC jipprovdi l-kriterji għall-istima tal-miżura ta’ salvataġġ tal-assi kemm fix-xenarju ta’ salvataġġ kif ukoll ta’ ristrutturar. F’xenarju ta’ salvataġġ, meta miżura temporanja li tkun limitata fl-ammont tkun meħtieġa biex il-bank jiġġieled kontra l-kriżi, huwa preżunt li l-bank jista’ jirritorna għall-vijabbiltà malli s-sitwazzjoni fis-swieq tistabbilizza ruħha u li dan ma jeħtieġ kwalunkwe aġġustamenti strutturali jew ristrutturar. Għall-kuntrarju, fil-każijiet fejn il-bank jeħtieġ ammonti sinifikanti ta’ għajnuna jew ma jistax jipprovdi għal qsim xieraq tal-piżijiet, ikun meħtieġ “ristrutturar estensiv” tal-bank. Fil-każ tal-aħħar, l-Artikolu 6 tal-IAC jistabbilixxi rekwiżiti aktar speċifiċi fir-rigward tal-kundizzjoni għall-qsim tal-piżijiet.

(41)  Għall-evalwazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar ara l-premessi 123 et seq.

(42)  Ara l-punt 22 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(43)  Ara l-punt 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(44)  Ara l-punt 90 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.