ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.110.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 110

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
1 ta' Mejju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2010 tas-16 ta’ April 2010 li jissostitwixxi l-Annessi V, X, XV u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturin (Direttiva Kwadru) ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 372/2010 tat-30 ta' April 2010 li jemenda għall-126 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

22

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2010 tat-30 ta’ April 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

24

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 374/2010 tat-30 ta’ April 2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2010

26

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/246/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2010 li taħtar disa’ membri tal-Qorti tal-Awdituri

29

 

 

2010/247/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2010 li taħtar membru Pollakk u membru Pollakk supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

30

 

 

2010/248/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2010 li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE u d-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

31

 

 

2010/249/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2010 dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament għal azzjoni preparatorja rigward il-postijiet ta’ kontroll għall-2010

32

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2010/250/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2010 dwar l-inizjattiva ta’ programmazzjoni konġunta ta’ riċerka Dieta tajba għal ħajja b’saħħitha

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 371/2010

tas-16 ta’ April 2010

li jissostitwixxi l-Annessi V, X, XV u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturin (Direttiva Kwadru)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 41(6), 11(5) u 39(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati l-ġodda kollha. B’mod partikolari, din tinkludi deskrizzjoni tal-proċeduri li wieħed irid isegwi fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip, inklużi l-miżuri prattiċi li jridu jittieħdu sabiex ikun żgurat li l-vetturi huma prodotti skont id-dokumentazzjoni tagħhom dwar l-approvazzjoni tat-tip kif ukoll dispożizzjonijiet dwar kif għandhom isiru t-testijiet sabiex tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

(2)

Meta kien qed jeżamina l-oqsma ta’ politika ewlenija li jħallu impatt fuq il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-vetturi tat-triq, il-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21, stabbilit mill-Kummissjoni fl-2005 biex ifassal it-triq lejn l-iżvilupp sostenibbli ta’ industrija Ewropea kompetittiva tal-vetturi tat-triq, laħaq ftehim dwar numru ta’ rakkomandazzjonijiet li jimmiraw li jsaħħu l-kompetittività globali u l-impjiegi tal-industrija filwaqt li jsostnu iktar progress fejn tidħol is-sigurtà u l-ambjent. Fil-qasam tas-simplifikazzjoni l-Grupp irrakkomanda l-introduzzjoni tal-possibbiltà fejn manifattur iwettaq testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni huwa stess, xi ħaġa li tkun timplika l-ħatra tiegħu bħala servizz tekniku (minn hawn "il quddiem “awtottestjar”). Il-Grupp irrakkomanda wkoll il-possibbiltà li jintużaw simulazzjonijiet bil-kompjuter minflok ma jitwettqu testijiet fiżiċi (minn hawn "il quddiem “ittestjar virtwali”).

(3)

Wieħed mill-fatturi ewlenin tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip jikkonsisti fil-livell għoli ta’ fiduċja li jrid ikun hemm bejn l-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi li din tkun appuntat. Għaldaqstant huwa importanti li d-dokumenti li jgħaddu bejn is-servizzi tekniċi u l-awtorità tal-approvazzjoni jiżguraw trasparenza u ċarezza. Għal din ir-raġuni, il-format tar-rapporti tat-test kif ukoll l-informazzjoni li jeħtieġ tkun inkluża magħhom għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar fl-Anness V tad-Direttiva 2007/46/KE dwar il-proċeduri li wieħed irid isegwi fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip.

(4)

Il-verifika tal-konformità tal-vetturi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tul il-proċess kollu tal-produzzjoni huwa mekkaniżmu essenzjali tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip. Wieħed mill-modi kif tiġi vverifikata l-konformità jikkonsisti fit-twettiq ta’ testijiet fiżiċi fuq il-vetturi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati meħuda mill-produzzjoni sabiex ikun żgurat li dawn ikomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi. Anki meta jkunu ntużaw metodi ta’ test virtwali għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip, irid ikun iċċarat li meta l-awtorità tagħżel kampjuni addoċċ, ikunu jistgħu jitwettqu biss testijiet fiżiċi.

(5)

It-testijiet meħtieġa bil-għan li tingħata l-approvazzjoni tat-tip jitwettqu biss minn servizzi tekniċi nnotifikati kif xieraq mill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri wara li jiġu eżaminati l-ħiliet u l-kompetenza tagħhom skont standards internazzjonali relevanti. Dawn l-istandards ikun fihom ir-rekwiżiti neċessarji li jippermettu li manifattur, jew subkuntrattur li jaġixxi f’ismu, jingħata l-kariga ta’ servizz tekniku mill-awtorità tal-approvazzjoni fil-kuntest tad-Direttiva 2007/46/KE. Madankollu huwa importanti li jkunu speċifikati fiex jikkonsistu r-responsabbiltajiet tal-manifatturi sabiex wieħed jilqa' kontra kunflitt potenzjali ta’ interess, partikolarment meta t-testijiet ikunu subkuntrattati.

(6)

Lista tal-atti regolatorji li għalihom manifattur jista' jinħatar bħala s-servizz tekniku hija inkluża fl-Anness XV tad-Direttiva 2007/46/KE. Biex ikun hemm konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 jeħtieġ li din il-lista tiġi emendata.

(7)

Tul il-proċess tal-inġinerija tintuża l-għajnuna bil-kompjuter, partikolarment l-iddisinjar tal-kunċetti u t-tqassim tal-komponenti u tat-tagħmir, is-saħħa u l-analiżi dinamika tal-immuntar, kif ukoll id-definizzjoni tal-metodi tal-immanifatturar. Is-softwer li hu disponibbli jagħmilha possibbli li jintużaw metodi ta’ ttestjar virtwali li jistrieħu fuq dawk l-aspetti tekniċi u li l-introduzzjoni tagħhom kienet identifikata mill-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 bħala mezz kif jitnaqqsu l-ispejjeż tal-manifatturi billi jitneħħa l-obbligu li jinbnew prototipi għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip. Biex ikun hemm konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp, jeħtieġ li tiġi stabbilita lista tal-atti regolatorji li għalihom huwa awtorizzat l-ittestjar virtwali.

(8)

Metodu virtwali ta’ ttestjar għandu joffri l-istess livell ta’ fiduċja fir-riżultati bħal test fiżiku. Għaldaqstant huwa f’loku li jkunu stipulati kundizzjonijiet relevanti biex ikun żgurat li qed issir validazzjoni xierqa tal-mudelli matematiċi.

(9)

Huwa f’loku, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip, li jiġu aġġornati l-Annessi tad-Direttiva 2007/46/KE biex jiġu adattati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku. Minħabba li d-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-annessi huma dettaljati biżżejjed u ma jeħtiġux aktar miżuri ta’ traspożizzjoni mill-Istati Membri, ikun f’loku li dawn jinbidlu permezz tar-regolament skont l-Artikolu 39(8) tad-Direttiva 2007/46/KE.

(10)

L-Annessi V, X, XV u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku– Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2007/46/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Anness V huwa mibdul bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.

L-Anness X huwa mibdul bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.

L-Anness XV huwa mibdul bit-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

4.

L-Anness XVI huwa mibdul bit-test fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-29 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.


L-ANNESS I

ANNESS V

PROĊEDURI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI FIR-RIGWARD TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ VETTURA

0.   Għanijiet u ambitu

0.1.

Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri għat-tħaddim xieraq tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9.

0.2.

Dan jinkludi wkoll:

(a)

lista tal-istandards internazzjonali li huma ta’ relevanza għall-għażla tas-servizzi tekniċi skont l-Artikolu 41;

(b)

id-deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi skont l-Artikolu 42;

(c)

ir-rekwiżiti ġenerali għall-abbozzar ta’ rapporti tat-test mis-servizzi tekniċi.

1.   Proċess tal-approvazzjoni tat-tip

Meta tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:

(a)

tivverifika li ċ-ċertifikati kollha ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE maħruġa skont l-atti regolatorji li huma applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi jkopru t-tip ta’ vettura u jikkorrispondu mar-rekwiżiti preskritti;

(b)

b’referenza għad-dokumentazzjoni tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura u d-dejta miżmuma fil-Parti I tad-dokument ta’ informazzjoni tal-vettura huma inklużi fid-dejta fil-pakketti ta’ informazzjoni u fiċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tal-atti regolatorji relevanti;

(c)

meta numru ta’ punt f’Parti I tad-dokument ta’ informazzjoni mhux inkluż fil-pakkett ta’ informazzjoni ta’ kwalunkwe att regolatorju, tikkonferma li l-parti jew il-karatteristika relevanti tikkonforma mad-dettalji fil-pakkett tal-informazzjoni;

(d)

fuq kampjun magħżul ta’ vetturi mit-tip li għandu jiġi approvat twettaq jew tirranġa biex jitwettqu spezzjonijiet ta’ partijiet u sistemi tal-vettura biex tivverifika li l-vettura(i) hi/huma mibnija skont id-dejta relevanti miżmuma fil-pakkett ta’ informazzjoni awtorizzat fir-rigward taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE relevanti;

(e)

twettaq jew tirranġa biex jitwettqu kontrolli ta’ installazzjoni relevanti fir-rigward ta’ unitajiet tekniċi separati, fejn applikabbli;

(f)

twettaq jew inkella tagħmel arranġamenti biex jitwettqu kontrolli neċessarji fir-rigward tal-preżenza tat-tagħmir previst fin-noti f’qiegħ il-paġna (1) u (2) tal-Parti I tal-Anness IV fejn applikabbli;

(g)

twettaq jew inkella tagħmel arranġamenti biex jitwettqu verifiki neċessarji sabiex tiżgura li jkunu sodisfatti r-rekwiżiti pprovduti fin-nota f’qiegħ il-paġna (5) tal-Parti I tal-Anness IV.

2.   Kumbinazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi

In-numru ta’ vetturi li jitressqu għandu jkun suffiċjenti biex jippermetti l-kontroll xieraq tat-taħlitiet varji li jitressqu għall-approvazzjoni tat-tip skont il-kriterji li ġejjin:

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Kategorija tal-vettura

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

Magna

X

X

X

X

X

X

Gear box

X

X

X

X

X

X

Numru ta’ fusijiet

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Fusijiet motorizzati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni)

X

X

X

X

X

X

Fusijiet ikkwartjati (numru u pożizzjoni)

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Stili ta’ body

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Numru ta’ bibien

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Id tas-sewqan

X

X

X

X

X

X

Numru ta’ sedili

X

X

X

X

X

X

Livell ta’ tagħmir

X

X

X

X

X

X

3.   Dispożizzjonijiet speċifiċi

Fil-każ fejn mhu disponibbli l-ebda ċertifikat ta’ approvazzjoni għal kwalunkwe att regolatorju relevanti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:

(a)

tirranġa għat-testijiet u kontrolli neċessarji kif jitlob kull wieħed mill-atti regolatorji relevanti;

(b)

tivverifika li l-vettura tikkonforma mad-dettalji fil-pakkett ta’ informazzjoni tal-vettura u li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi ta’ kull wieħed mill-atti regolatorji relevanti;

(c)

twettaq jew inkella tagħmel arranġamenti biex jitwettqu kontrolli ta’ installazzjoni relevanti fir-rigward ta’ unitajiet tekniċi separati, fejn applikabbli;

(d)

twettaq jew inkella tagħmel arranġamenti biex jitwettqu kontrolli neċessarji fir-rigward tal-preżenza tat-tagħmir previst fin-noti f’qiegħ il-paġna (1) u (2) tal-Parti I tal-Anness IV, fejn applikabbli;

(e)

twettaq jew inkella tagħmel arranġamenti biex jitwettqu verifiki neċessarji sabiex tiżgura li jkunu sodisfatti r-rekwiżiti pprovduti fin-nota ta’ qiegħ il-paġna (5) tal-Parti I tal-Anness IV.

Appendiċi 1

Standards li għandhom jikkonformaw magħhom l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 41

1.   Attivitajiet relatati mal-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip, li għandhom jitwettqu skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV:

1.1.

Il-Kategorija A (testijiet imwettqa fil-faċilitajiet tagħhom):

 

EN ISO/IEC 17025:2005 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar.

 

Servizz tekniku magħżul għal attivitajiet tal-Kategorija A jista’ jwettaq jew jagħmel superviżjoni tat-testijiet previsti fl-atti regolatorji li għalihom ġie magħżul, fil-faċilitajiet tal-manifattur jew ta’ parti terza.

1.2.

Il-Kategorija B (superviżjoni ta’ testijiet imwettqa fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta’ parti terza:

 

EN ISO/IEC 17020:2004 dwar il-kriterji ġenerali għall-operazzjoni ta’ varji tipi ta’ entitajiet li jwettqu spezzjoni.

 

Qabel iwettqu jew jagħmlu superviżjoni għal kwalunkwe test fil-faċilitajiet ta’ manifattur jew ta’ parti terza, is-servizz tekniku għandu jiċċekkja li l-faċilitajiet tat-test u t-tagħmir ta’ qies jikkonformaw mar-rekwiżiti xierqa tal-istandard imsemmi fil-punt 1.1.

2.   Attivitajiet relatati mal-Konformità ta’ Produzzjoni

2.1.

Il-Kategorija C (proċedura għall-Valutazzjoni Inizjali u verifiki ta’ sorveljanza tas-sistema ta’ mmaniġġjar tal-kwalità tal-manifattur):

EN ISO/IEC 17021:2006 dwar ir-rekwiżiti tal-bodies li jipprovdu verifika u ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’mmaniġġjar.

2.2.

Il-Kategorija D (spezzjoni jew ittestjar ta’ kampjuni ta’ produzzjoni jew superviżjoni tagħhom):

EN ISO/IEC 17020:2004 dwar il-kriterji ġenerali għall-operazzjoni ta’ varji tipi ta’ entitajiet li jwettqu spezzjoni.

Appendiċi 2

Proċedura għall-valutazzjoni tas-servizzi tekniċi

1.   Skop ta’ dan l-Appendiċi

1.1.

Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom għandha titwettaq il-proċedura ta’ valutazzjoni tas-servizzi tekniċi mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 42.

1.2.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-servizzi tekniċi kollha, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom (organizzazzjoni indipendenti, manifattur jew awtorità tal-approvazzjoni li taġixxi bħala servizz tekniku).

2.   Prinċipji ta’ valutazzjoni

Il-valutazzjoni għandha tistrieħ fuq għadd ta’ prinċipji:

l-indipendenza, li hi l-bażi għall-imparzjalità u l-oġġettività tal-konklużjonijiet,

approċċ ibbażat fuq l-evidenza, li jiggarantixxi konklużjonijiet kredibbli u riproduċibbli.

L-awdituri għandhom juru fiduċja u integrità. Għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità u d-diskrezzjoni.

Huma għandhom jirrappurtaw b’mod onest u preċiż il-fatti misjuba u l-konklużjonijiet.

3.   Ħiliet meħtieġa tal-awdituri

3.1.

Il-valutazzjonijiet jistgħu jitwettqu biss minn awdituri li jkollhom l-għarfien tekniku u amministrattiv xieraq għal tali skopijiet.

3.2.

L-awdituri jridu jkunu tħarrġu speċifikiment għall-attivitajiet ta’ valutazzjoni. Flimkien ma’ dan, huma għandu jkollhom l-għarfien speċifiku tal-qasam tekniku li fih is-servizz tekniku se jeżerċita l-attivitajiet tiegħu.

3.3.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punti 3.1 u 3.2 ta’ dan l-Appendiċi, il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 42 għandha titwettaq minn awdituri indipendenti mill-attivitajiet li għalihom qed titwettaq il-valutazzjoni.

4.   Applikazzjoni għall-ħatra

4.1.

Rappreżentant tas-servizz tekniku, awtorizzat kif xieraq, li jressaq applikazzjoni, għandu jagħmel applikazzjoni formali lill-awtorità kompetenti li tinkludi dan li ġej:

(a)

karatteristiċi ġenerali tas-servizz tekniku, inklużi l-entità korporata, l-isem, l-indirizzi, l-istatus legali u r-riżorsi tekniċi;

(b)

deskrizzjoni dettaljata li tinkludi curriculum vitae tal-persunal inkarigat mill-ittestjar u tal-persunal maniġerjali kif jixhdu l-ħiliet edukattivi kif ukoll professjonali;

(c)

barra minn dan ta’ hawn fuq, is-servizzi tekniċi li jużaw metodi ta’ ttestjar virtwali għandhom jipprovdu xhieda tal-abbiltà tagħhom li jaħdmu f’ambjent megħjun bil-kompjuter;

(d)

informazzjoni ġenerali li tikkonċerna s-servizz tekniku bħall-attivitajiet tiegħu, ir-relazzjoni tiegħu f’entità korporata akbar, jekk hemm, u l-indirizzi tal-post(ijiet) fiżiċi kollha li jridu jiġu koperti mill-ambitu tal-għażla;

(e)

ftehim biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti għall-ħatra u l-obbligi l-oħra tas-servizz tekniku kif applikabbli fid-direttivi relevanti;

(f)

deskrizzjoni tas-servizzi ta’ valutazzjoni tal-konformità li s-servizz tekniku jimpenja ruħu għalihom fil-qafas tal-atti regolatorji applikabbli u lista tal-atti regolatorji li għalihom is-servizz tekniku japplika biex jingħażel, inkluż il-limiti tal-kapaċità fejn applikabbli;

(g)

kopja tal-manwal ta’ kwalità tas-servizz tekniku.

4.2.

L-awtorità kompetenti għandha tirrevedi għall-adegwatezza l-informazzjoni fornita mis-servizz tekniku.

5.   Reviżjoni tar-riżorsi

L-awtorità kompetenti għandha tirrevedi l-abbiltà tagħha biex twettaq valutazzjoni tas-servizz tekniku, f’termini tal-politika tagħha, il-kompetenza tagħha u d-disponibbiltà ta’ awdituri u esperti xierqa.

6.   Is-subkuntrattar tal-valutazzjoni

6.1.

L-awtorità kompetenti tista’ tagħti b’subkuntratt partijiet tal-valutazzjoni lil awtorità magħżula oħra jew titlob għal sostenn minn esperti tekniċi provduti minn awtoritajiet kompetenti oħra. Is-subkuntratturi u l-esperti għandhom jiġu aċċettati mis-servizz tekniku li qed japplika.

6.2.

L-awtorità kompetenti għandha tqis iċ-ċertifikati ta’ akkreditazzjoni skont ambitu adegwat sabiex tiffinalizza l-valutazzjoni globali tas-servizz tekniku.

7.   Tħejjija għall-valutazzjoni

7.1.

L-awtorità kompetenti għandha formalment taħtar tim ta’ valutazzjoni. Tal-ewwel għandha tiżgura li l-kompetenza marbuta ma’ kull kompitu hi xierqa. B’mod partikolari, fl-intier tiegħu t-tim:

(a)

għandu jkollu għarfien xieraq tal-ambitu speċifiku li għalih hemm bżonn tal-ħatra; u

(b)

għandu jkun intiż biżżejjed biex ikun jista’ jagħmel valutazzjoni kredibbli tal-kompetenza tas-servizz tekniku biex jopera skont l-ambitu tal-ħatra.

7.2.

L-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi b’mod ċar il-kompitu mogħti lit-tim ta’ valutazzjoni. Il-kompitu tat-tim ta’ valutazzjoni hu li jirrevedi d-dokumenti miġbura mis-servizz tekniku li qed japplika u li jwettaq valutazzjoni fuq il-post.

7.3.

L-awtorità kompetenti għandha taqbel, flimkien mas-servizz tekniku u t-tim ta’ valutazzjoni assenjata, dwar id-data u l-iskeda għall-valutazzjoni. Madankollu, tibqa’ r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tfittex data li hi konformi mal-pjan ta’ sorveljanza u rivalutazzjoni.

7.4.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-tim ta’ valutazzjoni hu fornut bid-dokumenti ta’ kriterji xierqa, rekords ta’ valutazzjonijiet preċedenti, u d-dokumenti relevanti u r-rekords tas-servizz tekniku.

8.   Valutazzjoni Fuq il-Post

It-tim ta’ valutazzjoni għandu jwettaq il-valutazzjoni tas-servizz tekniku fil-bini tas-servizz tekniku li minnu titwettaq attività ewlenija waħda jew iżjed u, fejn relevanti, għandu jixhed f’postijiet oħra magħżula minn fejn jopera s-servizz tekniku.

9.   Analiżi tar-rapport dwar is-sejbiet u l-valutazzjoni

9.1.

It-tim ta’ valutazzjoni għandu janalizza l-informazzjoni u l-evidenza relevanti kollha miġbura matul ir-reviżjoni tad-dokumenti u r-rekords u l-valutazzjoni fuq il-post. Din l-analiżi għandha tkun biżżejjed biex tippermetti lit-tim biex jiddetermina sa fejn jaslu l-kompetenza u l-konformità tas-servizz tekniku mar-rekwiżiti għall-ħatra.

9.2.

Il-proċeduri ta’ rappurtar tal-awtorità kompetenti għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti.

9.2.1.

Għandha ssir laqgħa bejn it-tim ta’ valutazzjoni u s-servizz tekniku qabel jitilqu minn fuq il-post. F’din il-laqgħa, it-tim ta’ valutazzjoni għandu jipprovdi rapport bil-miktub/orali dwar is-sejbiet miksuba mill-analiżi. Għandha tiġi pprovduta opportunità għas-servizz tekniku biex jagħmel mistoqsijiet dwar is-sejbiet, inkluż in-nuqqasijiet ta’ konformità, jekk hemm, u l-bażi tagħhom.

9.2.2.

Rapport bil-miktub dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni għandu jitressaq mill-ewwel għall-attenzjoni tas-servizz tekniku. Dan ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jinkludi kummenti dwar il-kompetenza u l-konformità, u għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta’ konformità, jekk hemm, li jridu jiġu riżolti sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti kollha tal-ħatra.

9.2.3.

Is-servizz tekniku għandu jiġi mistieden jirrispondi għar-rapport ta’ valutazzjoni u jiddeskrivi l-azzjonijiet speċifiċi meħuda jew ippjanati li jittieħdu, fi żmien definit, biex kwalunkwe nuqqas ta’ konformità identifikat jiġi riżolt.

9.3.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rispons tas-servizz tekniku biex jiġu riżolti n-nuqqasijiet ta’ konformità jkun rivedut biex tara jekk l-azzjonijiet jidhrux li huma suffiċjenti u effettivi. Jekk ir-rispons tas-servizz tekniku jinsab li mhuwiex biżżejjed, għandha tintalab informazzjoni ulterjuri. B’żieda ma’ dan, tista’ tintalab xhieda ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ azzjonijiet meħuda, jew tista’ titwettaq valutazzjoni b’segwitu biex tivverifika implimentazzjoni effettiva ta’ azzjonijiet korrettivi.

9.4.

Ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

identifikazzjoni unika tas-servizz tekniku;

(b)

data(i) tal-valutazzjoni fuq il-post;

(c)

isem(ismijiet) tal-awditur(i) u/jew esperti involuti fil-valutazzjoni;

(d)

identifikazzjoni unika tal-postijiet kollha valutati;

(e)

l-ambitu propost tal-ħatra li ġiet valutata;

(f)

dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza tal-organizzazzjoni u l-proċeduri interni adottati mis-servizz tekniku biex jagħti fiduċja fil-kompetenza tiegħu, kif iddeterminat permezz tal-issodisfar tar-rekwiżiti għall-ħatra;

(g)

informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tan-nuqqasijiet kollha ta’ konformità;

(h)

rakkomandazzjoni ta’ jekk l-applikant għandux jintgħażel jew konfermat bħala servizz tekniku u, jekk iva, l-ambitu tal-għażla.

10.   L-għoti/il-konferma tal-għażla

10.1.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu d-deċiżjoni dwar jekk tagħtix, tikkonfermax jew testendix in-nomina ta’ servizz tekniku fuq il-bażi ta’ rapport(i) u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

10.2.

L-awtorità li tapprova għandha tipprovdi ċertifikat lis-servizz tekniku. Dan iċ-ċertifikat għandu jidentifika dan li ġej:

(a)

ll-identità u l-logo tal-awtorità tal-approvazzjoni;

(b)

l-identità unika tas-servizz tekniku magħżul;

(c)

id-data effettiva tal-għoti tal-ħatra u d-data tal-iskadenza;

(d)

indikazzjoni fil-qosor jew referenza tal-ambitu tal-ħatra (direttivi applikabbli, regolamenti jew parti minnhom);

(e)

dikjarazzjoni ta’ konformità u referenza għad-direttiva preżenti.

11.   Rivalutazzjoni u sorveljanza

11.1.

Rivalutazzjoni hi simili għal valutazzjoni inizjali iżda hawn trid titqies l-esperjenza miksuba matul il-valutazzjonijiet ta’ qabel. Valutazzjonijiet ta’ sorveljanza fuq il-post huma anqas komprensivi minn rivalutazzjonijiet.

11.2.

L-awtorità kompetenti għandha tfassal il-pjan tagħha għar-rivalutazzjoni u s-sorveljanza ta’ kull servizz tekniku magħżul biex jiġu eżaminati, fuq bażi regolari, kampjuni rappreżentattivi tal-firxa tal-għażla.

L-intervall bejn valutazzjonijiet fuq il-post, kemm ir-rivalutazzjonijiet u kemm is-sorveljanza, jiddependi fuq l-istabbiltà, b’xhieda għaliha, li jkun laħaq is-servizz tekniku.

11.3.

Meta, waqt is-sorveljanza jew ir-rivalutazzjonijiet, jiġu identifikati nuqqasijiet ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi limiti ta’ żmien stretti biex jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi.

11.4.

Meta l-azzjonijiet korrettivi jew ta’ titjib ma jkunux twettqu fil-qafas ta’ żmien miftiehem jew jitqiesu li mhumiex suffiċjenti, l-awtorità kompetenti għandha tadotta miżuri xierqa bħal, twettiq ta’ valutazzjoni ulterjuri, is-sospensjoni/irtirar tal-ħatra għal waħda jew iżjed mill-attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku ġie magħżul.

11.5.

Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tissospendi jew tirtira l-ħatra ta’ servizz tekniku, hi għandha tinforma lil dan tal-aħħar permezz ta’ ittra reġistrata. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tadotta l-miżuri kollha neċessarji biex tiżgura l-kontinwità tal-attivitajiet diġà mibdija mis-servizz tekniku.

12.   Rekords ta’ servizzi tekniċi magħżula

12.1.

L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekords dwar is-servizzi tekniċi biex turi li r-rekwiżiti għall-ħatra, inkluża l-kompetenza, kienu sodisfatti tassew.

12.2.

L-awtorità kompetenti għandha żżomm ir-rekords dwar is-servizzi tekniċi sikuri biex tiżgura l-kunfidenzjalità.

12.3.

Ir-rekords dwar is-servizzi tekniċi għandhom tal-anqas jinkludu:

(a)

il-korrispondenza relevanti;

(b)

ir-rekords u r-rapporti tal-valutazzjoni;

(c)

kopji taċ-ċertifikati tal-ħatra.

Appendiċi 3

Rekwiżiti ġenerali dwar il-format tar-rapporti tat-test

1.

Għal kull att regolatorju elenkat fil-Parti I tal-Anness IV, ir-rapport tat-test għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Istandard EN ISO/IEC 17025:2005. B’mod partikoalri, dan għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-punt 5.10.2, inkluża n-nota f’qiegħ il-paġna nru 1 ta’ dak l-Istandard.

2.

It-template ta’ dawn ir-rapporti tat-test għandha tiġi stabbilita mill-awtorità tal-approvazzjoni b’konformità mar-regoli u l-aqwa prassi tagħha.

3.

Għandu jsir abbozz tar-rapport tat-test fil-lingwa uffiċjali tal-Komunità stabbilita mill-awtorità tal-approvazzjoni.

4.

barra minn hekk, din għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identifikazzjoni tal-vettura, il-komponenti jew l-unità teknika separata li ġew ittestjati;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi tal-vettura, il-komponenti jew l-unità teknika separata b’rabta mal-att regolatorju;

(c)

ir-riżultati tal-qies speċifikat fl-atti regolatorji relevanti u, meta meħtieġ, il-limiti li jridu jiġi rrispettati;

(d)

fir-rigward ta’ kull qies imsemmi fil-punt 4(c), il-deċiżjoni relevanti: għaddiet jew weħlet;

(e)

stqarrija dettaljata ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet varji li għndhom jitħarsu, jiġifieri d-dispożizzjonijiet li għalihom ma hemmx bżonn jingħata qies.

Eżempju mit-Taqsima 3.2.2 tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE (1):

‘Iċċekkja li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura jitpoġġa f’pożizzjoni fejn la jkun jista’ jitħassar u lanqas jiddeterjora’

ir-rapport għandu jinkludi stqarrija bħal: ‘il-post fejn jiġi stampat in-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima 3.2.2 tal-Anness I’;

(f)

meta jkunu awtorizzati metodui ta’ ttestjar oħrajn apparti minn dawk preskritti fl-atti regolatorji, ir-rapport għandu jinkludi deskrizzjoni tal-metodu ta’ ttestjar fit-twettiq tat-test

L-istess jgħodd meta jkunu jistgħu jintużaw dispożizjonijiet alternattivi fl-atti regolatorji;

(g)

ritratti meħuda waqt l-ittestjar, li n-numru tagħhom trid tiddeċidih l-awtorità tal-approvazzjoi.

Fil-każ tal-ittestjar virtwali, flok ir-ritratti jistgħu jintużaw l-iscreen prints jew evidenza adattata oħra;

(h)

il-konklużjonijiet milħuqa;

(i)

meta tingħata opinjoni u interpretazzjoni, dawn għandhom jiġu ddokumentati b’mod xieraq u jiġu mmarkati bħala tali fir-rapport tat-test.

5.

Meta jsiru t-testijiet fuq vettura, komponent jew unità teknika li tikkombina numru ta’ fatturi tabilħaqq negattivi fir-rigward tal-livell mitlub ta’ prestazzjoni li għandha tilħaq (jiġifieri l-agħar każ possibbli), ir-rapport tat-test għandu jinkludi referenza li tispjega kif tkun saret l-għażla mill-manifattur bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni.


(1)  ĠU L 24, 30.1.1976, p. 1.


ANNESS II

“ANNESS X

KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TA’ PRODUZZJONI

0.   Għanijiet

0.1.

Il-konformità tal-proċedura ta’ produzzjoni timmira li tiżgura li kull vettura prodotta, sistema, komponent u unità teknika separata tkun f’konformità mat-tip approvat.

0.2.

Il-proċeduri jinkludu, b’mod komplet, il-valutazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, imsemmija hawn taħt bħala ‘il-valutazzjoni inizjali’ u flimkien mal-verifika tas-suġġett ta’ approvazzjoni u l-kontrolli relatati mal-prodott li hemm referenza għalihom bħala ‘l-arranġamenti tal-konformità tal-prodott’.

1.   Valutazzjoni inizjali

1.1.

L-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv biex hekk il-komponenti, is-sistemi, l-unitajiet tekniċi separati jew il-vetturi, meta jkunu qed jiġu prodotti, jikkonformaw mat-tip approvat.

1.2.

Gwida dwar kif jitwettqu l-valutazzjonijiet tinsab fi Standard EN ISO 19011:2002 – Linjigwida għall-verifiki tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità u/jew dawk ambjentali.

1.3.

Ir-rekwiżiti fil-punt 1.1 għandhom jiġu verifikati għas-sodisfazzjoni tal-awtorità li tkun qed tagħti l-approvazzjoni tat-tip.

Dik l-awtorità għandha tkun sodisfatta bil-valutazzjoni inizjali u l-arranġamenti ta’ konformità tal-prodott inizjali fit-Taqsima 2 hawn taħt, filwaqt li tqis neċessarju wieħed mill-arranġamenti deskritti fil-punti minn 1.3.1 sa 1.3.3, jew kombinazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti b’mod sħiħ jew parzjali skont il-każ.

1.3.1.

Il-valutazzjoni inizjali nnifisha u/jew il-verifika tal-arranġamenti ta’ konformità tal-prodott għandhom jitwettqu mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun qed tagħti l-approvazzjoni jew entità maħtura li taġixxi f’isem l-awtorità tal-approvazzjoni.

1.3.1.1.

Filwaqt li tqis sa fejn għandha tasal il-valutazzjoni inizjali, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tqis l-informazzjoni disponibbli relatata ma’:

(a)

iċ-ċertifikazzjoni tal-manifattur deskritta fil-punt 1.3.3 hawn taħt, li ma ġietx kwalifikata jew rikonoxxuta taħt dak il-punt;

(b)

fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata, il-valutazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità mwettqa fil-proprjetà tal-manifattur tal-komponent jew tal-unità teknika separata mill-manifattur tal-vettura(i), u dan skont waħda jew aktar mill-ispeċifikazzjonijiet tal-industrija tas-settur li jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-istandard armonizzat EN ISO 9001: 2008.

1.3.2.

Il-valutazzjoni inizjali nnifisha u/jew il-verifika tal-arranġamenti ta’ konformità tal-prodott jistgħu jitwettqu wkoll mill-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew mill-entità maħtura nominata għal dan il-għan mill-awtorità tal-approvazzjoni.

1.3.2.1.

F’dak il-każ, l-awtorità tal-approvazzjoni tal-Istat Membru l-ieħor għandha tħejji dikjarazzjoni ta’ konformità li fiha tispjega l-oqsma u l-faċilitajiet ta’ produzzjoni li hi tkun kopriet bħala relevanti għall-prodott(i) li jrid/u jiġi/u approvati għat-tip u għall-atti regolatorji li skonthom iridu jiġu approvati dawn il-prodotti.

1.3.2.2.

Meta tirċievi applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ konformità mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ta’ Stat Membru li tagħti approvazzjoni tat-tip, l-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għandha tibgħat minnufih id-dikjarazzjoni ta’ konformità jew tavża li mhix f’pożizzjoni li tipprovdi tali dikjarazzjoni.

1.3.2.3.

L-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

Grupp jew kumpanija

(eż. XYZ Automotive)

(b)

Organizzazzjoni partikolari

(eż. Id-Diviżjoni Ewropea)

(c)

Impjanti/Siti

(eż. Impjant ta’ Magna 1 (ir-Renju Unit) — Impjant ta’ Vettura 2 (il-Ġermanja))

(d)

Il-Kategorija tal-Vettura/Komponent

(eż. Il-mudelli kollha tal-kategorija M1)

(e)

Oqsma valutati

(eż. l-assemblaġġ tal-magna, ippressar u assemblaġġ tal-body, assemblaġġ tal-vettura)

(f)

Dokumenti eżaminati

(eż. Il-manwal u proċeduri ta’ kwalità tal-kumpanija u tas-sit)

(g)

Data tal-valutazzjoni

(eż. Il-verifiki mwettqa mit-18 sat-30 ta’ Mejju 2009)

(h)

Żjara ta’ sorveljanza ppjanata

(eż. Ottubru 2010)

1.3.3.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha taċċetta wkoll iċ-ċertifikazzjoni adegwata mill-manifattur marbuta mal-istandard armonizzat EN ISO 9001:2008 jew standard armonizzat ekwivalenti bħala li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni inizjali tal-punt 1.3. Il-manifattur irid jipprovdi d-dettalji tar-reġistrazzjoni u jiggarantixxi li jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni b’kull reviżjoni għall-validità jew ambitu li ssirilha.

1.4.

Għall-fini tal-approvazzjoni tat-tal-vettura, il-valutazzjonijiet inizjali mwettqa għall-għoti ta’ approvazzjonijiet ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi tal-vettura ma hemmx għalfejn jiġu ripetuti, iżda għandhom jiġu kkompletati b’valutazzjoni li tkopri l-postijiet u l-attivitajiet relatati mal-assemblaġġ tal-vettura sħiħa mhux koperti mill-valutazzjonijiet preċedenti.

2.   Arranġamenti ta’ konformità tal-prodott

2.1.

Kull vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata approvata skont din id-Direttiva jew Direttiva separata għandhom ikunu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew ta’ Direttiva jew l-atti regolatorji applikabbli elenkati fl-Anness IV.

2.2.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ta’ Stat Membru għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti adegwati u pjanijiet ta’ kontroll dokumentati, li jridu jiġu miftiehma mal-manifattur għal kull approvazzjoni, biex f’intervalli speċifikati jitwettqu dawk it-testijiet jew il-kontrolli assoċjati meħtieġa għall-verifika ta’ konformità kontinwa mat-tip approvat inklużi, speċifikament, it-testijiet fiżiċi speċifikati fl-atti regolatorji.

2.3.

Id-detentur tal-approvazzjoni tat-tip għandu, b’mod partikolari:

2.3.1.

Jiżgura l-eżistenza u l-applikazzjoni tal-proċeduri għall-kontroll effettiv tal-konformità tal-prodotti (vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati) mat-tip approvat;

2.3.2.

Ikollu aċċess għall-ittestjar jew tagħmir adatt ieħor meħtieġ għall-kontroll tal-konformità ma’ kull tip approvat;

2.3.3.

Jiżgura li d-data tar-riżultati ta’ ttestjar u kontrolli huma reġistrati u li dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu li jrid jiġi determinat bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Dan il-perjodu ma jistax jaqbeż l-10 snin;

2.3.4.

Janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test jew kontroll, sabiex tkun verifikata u żgurata l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li jkun hemm allowance għal varjazzjoni ta’ produzzjoni industrijali;

2.3.5.

Jiżgura li għal kull tip ta’ prodott, jiġu magħmulin, tal-anqas, il-kontrolli previsti f’din id-Direttiva u t-testijiet preskritti fl-atti regolatorji applikabbli elenkati fl-Anness IV;

2.3.6.

Jiżgura li kwalunkwe sett ta’ kampjuni jew bċejjeċ ta’ testijiet, li jipprovdu evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità fit-tip ta’ test jew kontroll inkwistjoni jwassal għal teħid ulterjuri ta’ kampjuni u ttestjar jew kontrolli ulterjuri. Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa kollha biex tiġi restawrata l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti;

2.3.7.

Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, il-kontrolli msemmija fil-punt 2.3.5 għandhom tal-anqas jikkonsistu fl-ivverifikar tal-ispeċifikazzjonijiet korretti tal-kostruzzjoni b’rabta mal-approvazzjoni u l-informazzjoni mitluba għaċ-ċertifikati tal-konformità mogħtija fl-Anness IX.

3.   Arranġamenti ta’ verifika kontinwi

3.1.

L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip fi kwalunkwe żmien tista’ tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni.

3.1.1.

L-arranġamenti normali għandhom isiru biex tiġi ssorveljata l-effettività kontinwa tal-proċeduri stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 (valutazzjoni inizjali u arranġamenti għall-konformità tal-prodott) ta’ dan l-Anness.

3.1.1.1.

Attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa mis-servizzi tekniċi (kwalifikat jew rikonoxxut kif mitlub fil-punt 1.3.3) iridu jkun aċċettati bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 3.1.1 fir-rigward tal-proċeduri stabbiliti fil-valutazzjoni inizjali.

3.1.1.2.

Il-frekwenza normali tal-verifiki mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip (minbarra dawk li hemm referenza għalihom fil-punt 3.1.1.1) għandha tkun tali li tiżgura li l-kontrolli relevanti applikati skont it-Taqsimiet 1 u 2 ikunu riveduti matul perjodu konsistenti mal-klima ta’ fiduċja stabbilita mill-awtorità tal-approvazzjoni.

3.2.

F’kull reviżjoni, ir-rekords tat-testijiet jew il-kontrolli jew ir-rekords ta’ produzzjoni għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispettur; b’mod partikolari, ir-rekords ta’ dawk it-testijiet jew kontrolli dokumentati kif mitlub mill-punt 2.2.

3.3.

L-ispettur jista’ jagħżel kampjuni addoċċ biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur jew fil-faċilitajiet tas-servizz tekniku. F’dak il-każ għandhom jitwettqu biss testijiet fiżiċi. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess.

3.4.

Fejn il-livell ta’ kontroll jidher li mhux sodisfaċenti, jew jkun jidher li jeħtieġ tiġi verifikata l-validità tat-testijiet imwettqa b’applikazzjoni tal-punt 3.2, l-ispettur irid jagħżel kampjuni li jridu jintbagħtu lis-servizz tekniku biex iwettaq it-testijiet fiżiċi.

3.5.

F’każijiet fejn, matul spezzjoni jew reviżjoni ta’ monitoraġġ, joħorġu riżultati mhux sodisfaċenti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi restawrata l-konformità ta’ produzzjoni kemm jista’ jkun malajr.”


ANNESS III

ANNESS XV

ATTI REGOLATORJI LI GĦALIHOM MANIFATTUR JISTA’ JINĦATAR BĦALA SERVIZZ TEKNIKU

0.   Għanijiet u ambitu

0.1.

Dan l-Anness jistabbilixxi lista ta’ atti regolatorji li għalihom manifattur jista’ jinħatar bħala servizz tekniku skont l-Artikolu 41(6).

0.2.

L-Anness jinkludi wkoll dispożizzjonijiet xierqa li jikkonċernaw il-ħatra ta’ manifattur bħala servizz tekniku, biex dan jiġi applikat fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li tintlaqat mill-Parti tal-Anness IV.

0.3.

Madankollu, dan ma japplikax għal manifatturi li japplikaw għal approvazzjoi ta’ serje żgħira skont l-Artikolu 22.

1.   Ħatra ta’ manifattur bħala servzz tkeniku

1.1.

Manifattur maħtur bħala servizz tekniku huwa manifattur li nħatar mill-awtorità tal-approvazzjoni bħala laboratorju ta’ ttestjar biex iwettaq testijiet ta’ approvazzjoni f’isimha, fil-kuntest tal-punt 31 tal-Artikolu 3.

Skont l-Artikolu 41(6), manifattur jista’ biss jinħatar bħala servizz tekniku għall-attivitajiet tal-Kategorija A.

1.2.

L-espressjoni “biex iwettaq test” mhix ristretta għall-qies ta’ prestazzjonijiet iżda tkopri wkoll ir-reġistrazzjoni tar-riżultati tat-test, it-tressiq ta’ rapport lill-awtorità tal-approvazzjoni inkluż il-konklużjonijiet relevanti.

Dan ikopri l-ittestjar tal-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet li mhux bilfors kienu jinvolvu qies. Dan huwa l-każ għall-valutazzjoni tad-disinn skont ir-rekwiżiti leġiżlattivi.

Pereżempju, “ittestja l-konformità tal-post fejn qiegħed it-tank tal-fjuwil f’vettura mad-dispożizzjonijiet tal-punt 5.10 tal-Anness I tad-Direttiva 70/221/KEE” għandha tinftiehem bħala parti minn “biex twettaq test”.

2.   Lista ta’ atti regolatorji u restrizzjonijiet

 

Referenza tal-att regolatorju

Suġġett

4.

Id-Direttiva 70/222/KEE

Spazju tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara

7.

Id-Direttiva 70/388/KEE

Twissija li tinstema’

18.

Id-Direttiva 76/114/KEE

Pjanċi (statutorji)

20.

Id-Direttiva 76/756/KEE

Stallazzjoni ta’ dwal u apparati ta’ sinjalar tad-dwal

27.

Id-Direttiva 77/389/KEE

Ganċijiet tal-irmunkar

33.

Id-Direttiva 78/316/KEE

Identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi

34.

Id-Direttiva 78/317/KEE

Ta’ kontra l-iffriżar/ta’ kontra t-titpin

35.

Id-Direttiva 78/318/KEE

Ħasil/Timsiħ

36.

Id-Direttiva 2001/56/KE

Sistemi tat-tisħin

Għajr għad-dispożizzjonijiet fl-Anness VIII marbuta mar-rekwiżiti tal-istallazzjoni tas-sistemi tat-tisħin bl-LPG fil-vettura.

37.

Id-Direttiva 78/549/KEE

Pjanċi għall-protezzjoni tar-roti

44.

Id-Direttiva 92/21/KEE

Mases u dimensjonijiet (karrozzi)

45.

Id-Direttiva 92/22/KEE

Ħġieġ tas-sikurezza

Ristrett għad-dsipożizzjonijiet inklużi fl-Anness 21 tar-Regolament 43 tan-NU/KEE

46.

Id-Direttiva 92/23/KEE

Tajers

48.

Id-Direttiva 97/27/KE

Mases u dimensjonijiet (għajr għal vetturi msemmija fil-punt 44)

49.

Id-Direttiva 92/114/KEE

Projezzjonijiet esterni ta’ kabini

50.

Id-Direttiva 94/20/KE

Igganċjar

Ristrett għad-dsipożizzjonijiet inklużi fl-Anness V (sat-Taqsima 8 u inkluża din) u l-Anness VII

61.

Id-Direttiva 2006/40/KE

Sistemi ta’ arja kkundizzjonata

Appendiċi

Ħatra ta’ manifattur bħala servizz tekniku

1.   Ġenerali

1.1.

Il-ħatra u n-notifika ta’ manifattur bħala servizz tekniku għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 41, 42 u 43 kif ukoll skont il-miżuri prattiċi inklużi f’dan l-Appendiċi.

1.2.

Il-manifattur irid jiġi akkreditat skont Standard EN ISO/IEC 17025:2005 — Rekwiżiti ġenerali dwar il-kompetenza tal-laboratorji ta’ ttestjar u kkalibrar.

2.   Is-subkuntrattar

2.1.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(6), l-ewwel subparagrafu, manifattur jista’ jinnomina subkuntrattur biex iwettaq it-testijiet f’ismu.

B’subkuntrattur wieħed għandu jifhem:

a)

jew sussidjarju li jingħata l-inkarigu li jwettaq attivitajiet ta’ ttestjar mill-manifattur ġewwa l-organizzazzjoni nnifisha jew

b)

parti terza b’kuntratt mal-manifattur biex twettaq attivitajiet ta’ ttestjar.

2.2.

Li wieħed jitlob is-servizzi ta’ subkuntrattur ma jneħħix l-obbligu tal-manifattur li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-ħiliet tas-servizzi tekniċi u l-konformità ma’ Standard EN ISO/IEC 17025:2005.

2.3.

It-Taqsima 1 tal-Anness XV għandha tapplika għas-subkuntrattur.

3.   Rapport tat-test

L-abbozz tar-rapporti tat-test għandu jsir skont ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Appendiċi 3 tal-Anness V tad-Direttiva 2007/46/KE.


ANNESS IV

ANNESS XVI

KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI MITLUBA MILL-METODI TA’ TTESTJAR VIRTWALI U MILL-ATTI REGOLATORJI LI GĦALIHOM JISTGĦU JINTUŻAW METODI TA’ TTESTJAR VIRTWALI MINN MANIFATTUR JEW SERVIZZ TEKNIKU

0.   Għanijiet u ambitu

L-Anness jistabbilixxi dispożizzjonijiet xierqa li jikkonċernaw l-ittestjar virtwali skont l-Artikolu 11(3).

Dan li ġej huwa miżjud mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2).

1.   Lista ta’ atti regolatorji

Nru

Referenza tal-att regolatorju

Suġġett

3.

Id-Direttiva 70/221/KEE

Tankijiet tal-fjuwil/tagħmir protettiv ta’ wara

6.

Id-Direttiva 70/387/KEE

Lukketti u ċappetti tal-bibien

8.

Direttiva 2003/97/KE

Tagħmir għal vista indiretta

12.

Id-Direttiva 74/60/KEE

Aċċessorji ta’ ġewwa

16.

Id-Direttiva 74/483/KEE

Projezzjonijiet ta’ barra

20.

Id-Direttiva 76/756/KEE

Stallazzjoni ta’ dwal u apparati ta’ sinjalar tad-dwal

27.

Id-Direttiva 77/389/KEE

Ganċijiet tal-irmunkar

32.

Id-Direttiva 77/649/KEE

Medda ta’ viżibilità ta’ quddiem

35.

Id-Direttiva 78/318/KEE

Ħasil/Timsiħ

37.

Id-Direttiva 78/549/KEE

Pjanċi għall-protezzjoni tar-roti

42.

Id-Direttiva 89/297/KEE

Protezzjoni laterali

49.

Id-Direttiva 92/114/KEE

Projezzjonijiet esterni ta’ kabini

50.

Id-Direttiva 94/20/KE

Igganċjar

52.

Id-Direttiva 2001/85/KE

Karozzi tal-linja u kowċis

57.

Id-Direttiva 2000/40/KE

Protezzjoni tal-under-run ta’ quddiem

Appendiċi 1

Kundizzjonijiet ġenerali mitluba minn metodi ta’ ttestjar virtwali

1.   Disinn ta’ test virtwali

L-iskema li ġejja għandha tintuża bħala struttura tal-bażi biex jiġi deskritt u jitmexxa l-ittestjar virtwali:

(a)

skop;

(b)

mudell tal-istruttura;

(c)

kundizzjonijiet tal-konfini;

(d)

suppożizzjonijiet ta’ tagħbija;

(e)

kalkolu:

(f)

valutazzjoni;

(g)

dokumentazzjoni.

2.   Prinċipji ewlenin ta’ simulazzjoni u kalkolu bil-kompjuter

2.1.   Mudell matematiku

Il-mudell matematiku għandu jinħareġ mill-manifattur. għandu jirrifletti l-kumplessità tal-istruttura tal-vettura, is-sistema u l-komponenti li jkunu se jiġu ttestjati b’relazzjoni mar-rekwiżiti tal-att regolatorju u l-kundizzjonijiet tal-konfini.

L-istess dispożizzjonijiet gaħndhom japplikaw mutatis mutandis għall-ittestjar ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi indipendentement mill-vettura.

2.2.   Il-proċess ta’ validazzjoni tal-mudell matematiku

Il-mudell għandu jiġi vvalidat b’paragun mal-kundizzjonijiet tat-test innifsu.

Għal dan il-għan, għandu jsir test fiżiku għall-finijiet li jiġu pparagunati r-riżultati miksuba meta jintuża l-mudell matematiku mar-riżultati ta’ test fiżiku. Għandha tingħata xhieda tal-paragun tar-riżultati tat-test. Il-manifattur jew is-servizz tekniku għandu jressaq abbozz tar-rapport tal-validazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni.

Kull bidla li ssir lill-mudell matematiku jew lis-softwer li probabbilment tinvalida r-rapport ta’ validazzjoni għandha titressaq għall-attenzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni li tista’ titlob li jitwettaq proċess ta’ validazzjoni ġdid.

Il-grafika tal-istadji tal-proċess tal-validazzjoni qed tingħata fl-Appendiċi 3.

2.3.   Dokumentazzjoni

Id-dejta u l-għodda awżiljarja użata għas-simulazzjoni u l-kalkolu għndha tkun disponibbli mill-manifattur u tkun dokumentata b’mod xieraq.

3.   Għodod u sostenn

Fuq talba tas-servizz tekniku, il-manifattur għandu jforni jew jipprovdi aċċess għall-għodod neċessarji, inkluż is-softwer xieraq.

Barra minn hekk, irid jipprovdi sostenn f’loku lis-servizz tekniku.

Il-provvediment tal-aċċess u s-sostenn lil servizz tekniku ma jneħħix l-obbligu tas-servizz tekniku fejn tidħol il-ħila tal-persunal tiegħu, il-ħlas tad-drittijiet tal-liċenzja u r-rispett tal-kunfidenzjalità.

Appendiċi 2

Kundizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw metodi ta’ ttestjar virtwali

1.

Lista ta’ atti regolatorji

 

Referenza tal-att regolatorju

Anness u paragrafu

Kundizzjonijiet speċifiċi

3.

Id-Direttiva 70/221/KEE

L-Anness II (Il-protezzjoni tal-under-run ta’ wara)

Il-Punt 5.4.5.

 

6.

Id-Direttiva 70/387/KEE

L-Anness II

Il-Punt 4.3.

 

8.

Id-Direttiva 2003/97/KE

L-Anness III

Id-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsimiet 3, 4 u 5.

Il-firxiet tal-vista preskritti tal-mirja li juru wara.

12.

Id-Direttiva 74/60/KEE

L-Anness I

Id-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima 5 (‘Speċifikazzjonijiet’).

Il-qies tar-raġġi kollha tal-kurvatura u tal-projezzjonijiet kollha għajr għal dawk ir-rekwiżiti fejn trid tiġi applikata l-forza sabiex tiġi vverifikata l-konformità mad-dispożizzjonijiet.

L-Anness II

Determinazzjoni taż-żona fejn hemm l-impatt tar-ras.

16.

Id-Direttiva 74/483/KEE

L-Anness I

Id-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima 5 (‘Speċifikazzjonijiet ġenerali’) u t-Taqsima 6 (‘Speċifikazzjonijiet partikolari’).

Il-qies tar-raġġi kollha tal-kurvatura u tal-projezzjonijiet kollha għajr għal dawk ir-rekwiżiti fejn trid tiġi applikata l-forza sabiex tiġi vverifikata l-konformità mad-dispożizzjonijiet.

20.

Id-Direttiva 76/756/KEE

It-Taqsima 6 (‘Speċifikazzjonijiet individwali’) tar-Regolament 48 tan-NU/KEE.

Il-prova ta’ sewqan stipulata fil-Punt 6.22.9.2.2 għandha ssir fuq vettura reali.

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness 4, 5 u 6 tar-Regolament 48 tan-NU/KEE.

 

27.

Id-Direttiva 77/389/KEE

L-Anness II, it-Taqsima 2

 

32.

Id-Direttiva 77/649/KEE

It-Taqsima 5 (‘Speċifikazzjonijiet’) tal-Anness I.

 

35.

Id-Direttiva 78/318/KEE

L-Anness I.

Il-Punt 5.1.2. Il-qies taż-żona tal-frizzjoni (is-swept area) biss.

37.

Id-Direttiva 78/549/KEE

It-Taqsima 2 (‘Rekwiżiti speċjali’) tal-Anness I.

 

42.

Id-Direttiva 89/297/KEE

L-Anness I, il-punt 2.8.

Reżistenza taħt forza orizzontali u qies ta’ bidla fid-direzzjoni (deflection).

49.

Id-Direttiva 92/114/KEE

L-Anness I

Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 (‘Rekwiżiti speċifiċi’).

Fejn jidħlu l-vetturi N1 għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet msemmija fil-punt 16 ta’ dan l-Appendiċi.

Il-qies tar-raġġi kollha tal-kurvatura u tal-projezzjonijiet kollha għajr għal dawk ir-rekwiżiti fejn trid tiġi applikata l-forza sabiex tiġi vverifikata l-konformità mad-dispożizzjonijiet.

50.

Id-Direttiva 94/20/KE

L-Anness V ‘Rekwiżiti għat-tagħmir tal-igganċjar mekkaniku’

Id-dispożizzjonijiet kollha tat-Taqsimiet minn 1 sa 8, bihom inklużi.

L-Anness VI, il-punt 1.1

It-testijiet tas-saħħa fuq l-igganċjar mekkaniku ta’ disinn sempliċi jistgħu jiġu sostitwiti b’testijiet virtwali.

It-Taqsima 4 tal-Anness VI ‘L-ittestjar tat-tagħmir tal-igganċjar mekkaniku’

Il-punti 4.5.1. (test tas-saħħa), 4.5.2. (reżistenza għat-tagħwiġ/il-buckling) u 4.5.3. (reżistenza għall-mument tal-liwja) biss.

52.

Id-Direttiva 2001/85/KE

L-Anness I

Il-Punt 7.4.5. Test ta’ stabbiltà taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi tal-Anness I

L-Anness IV Is-Saħħa tas-superstruttura

L-Appendiċi 4 - Verifika tas-saħħa tas-superstruttura bil-kalkolu

57.

Id-Direttiva 2000/40/KE

It-Taqsima 3 tal-Anness 5 tar-Regolament 93 tan-NU/KEE

Reżistenza taħt forza orizzontali u qies ta’ bidla fid-direzzjoni (deflection).

Appendiċi 3

Proċess ta’ validazzjoni

Image

1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 372/2010

tat-30 ta' April 2010

li jemenda għall-126 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7a(1) (2) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-22 ta’ April 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni naturali fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u li titneħħa persuna naturali waħda mil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni,

f'isem il-President,

João VALE DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

“Mohamed Belkalem (magħruf ukoll bħala (a) Abdelali Abou Dher, (b) El Harrachi). Data tat-twelid: 19.12.1969. Post tat-twelid: Hussein Dey, Alġeri, l-Alġerija. Ċittadinanza: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Maħsub li qiegħed fil-Mali, (b) isem il-missier huwa Ali Belkalem, isem l-omm huwa Fatma Saadoudi; (c) Membru tal-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.4.2010.”

(b)

“Tayeb Nail (magħruf ukoll bħala (a) Djaafar Abou Mohamed, (b) Abou Mouhadjir, (c) Mohamed Ould Ahmed Ould Ali). Data tat-twelid: (a) Madwar l-1972, (b) 1976 (Mohamed Ould Ahmed Ould Ali). Post tat-twelid: Faidh El Batma, Djelfa, l-Alġerija. Ċittadinanza: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Maħsub li qiegħed fil-Mali, (b) isem il-missier kien Benazouz Nail, isem l-omm huwa Belkheiri Oum El Kheir; (c) Membru tal-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.4.2010.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja għandha titneħħa minn taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Ahmed Said Zaki Khedr (magħruf ukoll bħala (a) Ahmed Said Al Kader, (b) Abdul Rehman Khadr Al-Kanadi, (c) Shaikh Said Abdul Rehman, (d) Al-Kanadi, Abu Abd Al-Rahman). Data tat-twelid: 1.3.1948. Post tat-twelid: Il-Kajr, l-Eġittu. Ċittadinanza: Kanadiża. Tagħrif ieħor: allegatament miet f'Ottubru tal-2003.”


1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 373/2010

tat-30 ta’ April 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

82,9

MA

90,4

TN

107,3

TR

91,6

ZZ

93,1

0707 00 05

MA

64,9

TR

120,2

ZZ

92,6

0709 90 70

TR

91,1

ZZ

91,1

0805 10 20

EG

45,5

IL

61,6

MA

54,7

TN

47,1

TR

60,5

ZZ

53,9

0805 50 10

TR

70,0

ZA

67,9

ZZ

69,0

0808 10 80

AR

90,7

BR

79,3

CA

80,5

CL

81,4

CN

76,5

MK

22,1

NZ

117,0

US

126,4

UY

93,0

ZA

89,8

ZZ

85,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 374/2010

tat-30 ta’ April 2010

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Mejju 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

31,76

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

16,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

16,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

31,76


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

16.4.2010-29.4.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

157,20

105,53

Prezz FOB USA

133,24

123,24

103,24

72,80

Tariffa fuq il-Golf

14,06

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

18,66

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

26,43  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

57,46  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DEĊIŻJONIJIET

1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2010

li taħtar disa’ membri tal-Qorti tal-Awdituri

(2010/246/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Opinjonijiet tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandati tas-Sur Jan KINŠT, is-Sinjura Kersti KALJULAID, is-Sur Igors LUDBORŽS, is-Sinjura Irena PETRUŠKEVIČIENĖ, is-Sur Gejza HALÁSZ, is-Sur Josef BONNICI, is-Sur Jacek UCZKIEWICZ, is-Sur Vojko Anton ANTONČIČ u s-Sur Július MOLNÁR jiskadu fis-6 ta’ Mejju 2010.

(2)

Għaldaqstant għandhom isiru ħatriet ġodda,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin bħala membri tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mis-7 ta’ Mejju 2010 sas-6 ta’ Mejju 2016:

Is-Sur Jan KINŠT,

Is-Sinjura Kersti KALJULAID,

Is-Sur Igors LUDBORŽS,

Is-Sinjura Rasa BUDBERGYTĖ,

Is-Sur Szabolcs FAZAKAS,

Is-Sur Louis GALEA,

Is-Sur Augustyn KUBIK,

Is-Sur Milan Martin CVIKL,

Is-Sur Ladislav BALKO.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  Opinjonijiet mogħtija fil-25 ta’ Marzu 2010 (għadhom mhumiex ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).


1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2010

li taħtar membru Pollakk u membru Pollakk supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2010/247/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Pollakk,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU u 2010/29/EU li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Tadeusz WRONA, membru tal-Kumitat tar-Reġjuni. Post ta’ membru supplenti sar vakanti wara l-ħatra tas-Sur Jan BRONŚ bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jibqa’ validu sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Jan BRONŚ, Sindku ta’ Oleśnica (bidla ta’ mandat),

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Zbigniew PODRAZA, Sindku ta’ Dąbrowa Górnicza.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2010

li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE u d-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

(2010/248/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 41(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE (1) u l-Artikolu 15(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE (2) jipprevedu li l-allowances ta’ kuljum u ta’ kull xahar għandhom jiġu aġġustati kull sena, mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi tal-adattament tas-salarji bażiċi ta’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi Brussell u l-Lussemburgu.

(2)

Fit-23 ta’ Diċembru 2009 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom (3), li japplika aġġustament ta’ 1,85 %,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE, l-ammonti EUR 30,75 u EUR 122,97 għandhom jinbidlu b’EUR 31,32 u EUR 125,25 rispettivament.

2.   Fl-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE t-tabella għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Distanza bejn il-post ta’ oriġini u l-post tas-sekondament

(f’km)

Ammont f’EUR

0-150

0,00

> 150

80,50

> 300

143,12

> 500

232,59

> 800

375,71

> 1 300

590,40

> 2 000

706,72 ”

3.   Fl-Artikolu 15(4) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE l-ammont EUR 30,75 għandu jinbidel b’EUR 31,32.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 160, 28.6.2003, p. 72.

(2)  ĠU L 327, 13.12.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 10.


1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2010

dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament għal azzjoni preparatorja rigward il-postijiet ta’ kontroll għall-2010

(2010/249/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 49(6) u l-Artikolu 75(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ir-“Regoli Implimentattivi”), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar Pjan ta’ Azzjoni Komunitarja dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2006-2010 (3) tidentifika bħala qasam wieħed ta’ azzjoni t-titjib tal-istandards minimi attwali għall-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali skont evidenza xjentifika ġdida u valutazzjonijiet soċjo-ekonomiċi kif ukoll l-iżgurar ta’ infurzar effiċjenti.

(2)

Sabiex jittejjeb il-benesseri ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali li jinġarru, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi rekwiżiti dwar il-ħinijiet massimi tal-ivvjaġġar, li kif jiskadu, l-annimali għandhom jinħattu, jingħalfu u jingħataw l-ilma u jistrieħu. Waqfiet obligatorji ta’ dan it-tip waqt il-ġarr tal-annimali fuq distanzi twal iseħħu f’postijiet ta’ kontroll, kif imfissra fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ kontroll (4).

(3)

Iż-żieda fl-għadd tal-annimali li qed jinġarru bit-triq fi vjaġġi twal wassal għall-ħtieġa li jittejbu l-postijiet ta’ kontroll. Huwa neċessarju li jiġu ddeterminati, billi jiġu kkonsultati partijiet interessati u bl-użu ta’ esperti tekniċi, il-kriterji ta’ kwalità għal postijiet ta’ kontroll u liema strateġiji għandhom jiġu żviluppati fl-Unjoni.

(4)

Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ postijiet ta’ kontroll f’ċerti lokalitajiet u għadd ta’ postijiet ta’ kontroll eżistenti għandhom kwalità baxxa. Għaldaqstant għandha titwettaq azzjoni preparatorja li tinkludi l-bini jew it-tiġdid ta’ ċerti postijiet ta’ kontroll.

(5)

Fl-2008, il-Kummissjoni ppubblikat sejħa għal proposti għal azzjoni preparatorja simili, iżda l-ebda waħda mill-proposti li rċeviet ma ssodisfat l-kriterji minimi tas-sejħa, minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti kif ukoll is-sors tal-kofinanzjament.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/755/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament lejn azzjoni preparatorja fuq il-postijiet ta’ kontroll għall-2009 (5) stabbiliet żewġ fażijiet tal-azzjoni preparatorja għall-2009. L-ewwel studju preliminari bi proċedura ta’ ksib u t-tieni waħda b’għotjiet.

(7)

Fl-2009, l-istudju preliminari previst fid-Deċiżjoni 2009/755/KE ngħata bidu biex tinġabar l-informazzjoni dwar l-istatus kurrenti tal-postijiet ta’ kontroll kif ukoll biex jiddefinixxi l-kriterji ta’ kwalità għal postijiet ta’ kontroll ta’ kwalità għolja. Dak l-istudju se jistabbilixxi wkoll kriterji ekonomiċi biex jiġu pprovduti sussidji biex il-postijiet ta’ kontroll jiġu rinnovati b’mod xieraq jew jinbnew bi kwalità għolja. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju huma mistennija sa Mejju 2010 u l-proċedura għall-għotjiet prevista bid-Deċiżjoni 2009/755/KE se tingħata bidu abbażi tal-kriterji stabbiliti f’dan l-istudju.

(8)

Jixraq li jiġi pprovdut finanzjament mill-Unjoni għal dik l-azzjoni preparatorja. Fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2010, l-awtorità baġitarja allokat EUR 2 000 000 għal azzjoni preparatorja dwar il-postijiet ta’ kontroll.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u skont l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

(10)

Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas tan-nefqa għandhom isiru fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fir-Regoli Implimentattivi.

(11)

Għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jixraq li jitfisser it-terminu “bidla sostanzjali”, fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-azzjoni preparatorja, kif iffissata fl-Anness, (“l-azzjoni preparatorja”) hija permezz ta’ dan adottata.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tapplika d-definizzjoni ta’ “post ta’ waqfien” fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/97.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-azzjoni preparatorja hija ffissata għal EUR 2 000 000, li għandhom jiġu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 17 04 03 03 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2010.

Artikolu 4

1.   L-uffiċjal awtorizzanti jista’ jadotta kwalunke bidliet għal din id-Deċiżjoni li ma jitqisux sostanzjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, skont il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda u tal-proporzjonalità.

2.   Bidliet kumulattivi tal-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet koperti mill-azzjoni preparatorja li ma jaqbżux l-10 % tal-kontribuzzjoni massima prevista mill-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, sakemm dawn ma jaffettwawx b’mod sinifikanti n-natura u l-għan tal-azzjoni preparatorja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(3)  COM(2006) 13 finali.

(4)  ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1.

(5)  ĠU L 269, 14.10.2009, p. 26.


ANNESS

AZZJONI PREPARATORJA GĦALL-POSTIJIET TA’ KONTROLL GĦALL-2010

1.1.   Introduzzjoni

Din l-azzjoni preparatorja fiha miżura implimentattiva għall-2010.

Abbażi tal-objettivi mogħtija fl-azzjoni preparatorja, l-allokazzjoni tal-baġit hi għall-għotjiet għall-bini u r-rinovazzjoni tal-postijiet ta’ kontroll (li se tiġi implimentata f’ġestjoni ċentralizzata diretta) u ffissata għal: EUR 2 000 000.

1.2.   Għotjiet għall-bini jew ir-rinnovazzjoni tal-postijiet ta’ kontroll

L-għotjiet għandhom jingħataw permezz ta’ ftehim bil-miktub (“ftehim tal-għotja”).

Il-BAŻI LEGALI

Azzjoni preparatorja skont it-tifsira tal-Artikolu 49(6)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

LINJA BAĠITARJA

17 04 03 03

IL-PRIJORITAJIET GĦAS-SENA, L-OBJETTIVI LI GĦANDHOM JINTLAĦQU U R-RIŻULTATI PPJANATI

Iż-żieda fl-għadd tal-annimali li se jinġarru bit-triq fi vjaġġi twal żiedet il-ħtieġa għal postijiet ta’ kontroll imtejba fejn l-annimali jkunu jistgħu jistrieħu. Fl-interess tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali jeħtieġ li jiddaħħlu miżuri speċifiċi biex jiġi evitat l-istress fuq l-annimali u t-tixrid tal-mard infettiv. L-objettiv tal-azzjoni preparatorja huwa ż-żieda fl-użu tal-postijiet ta’ kontroll u l-promozzjoni ta’ postijiet ta’ kontroll ta’ kwalità għolja. Din l-azzjoni preparatorja se ssegwi azzjoni preparatorja preċedenti prevista fid-Deċiżjoni 2009/755/KE.

ID-DESKRIZZJONI U L-GĦAN TAL-MIŻURA IMPLIMENTATTIVA

L-azzjoni preparatorja għandha tikkonsisti fil-bini jew ir-rinnovar ta’ postijiet ta’ kontroll ta’ kwalità għolja biex tiġi vvalidata skema ta’ ċertifikazzjoni sperimentali msejsa fuq ir-riżultati tal-istudju tal-fattibbiltà mnedija fl-2009 skont id-Deċiżjoni 2009/755/KE. L-azzjoni preparatorja hi mistennija tħeġġeġ skema ta’ ċertifikazzjoni vijabbli ekonomikament għal postijiet ta’ kontroll ta’ kwalità għolja biex jittejjeb il-benesseri tal-annimali li jinġarru fi vjaġġi twal.

IMPLIMENTAZZJONI

L-implimentazzjoni għandha titwettaq direttament mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi.

SKEDA TA’ ŻMIEN U AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-PROPOSTI/GĦOTJA DIRETTA

Għandha tiġi ppubblikata sejħa waħdanija għall-proposti ta’ EUR 2 000 000.

L-azzjoni preparatorja għandha titwettaq fi żmien 24 xahar mid-data tal-iffirmar tal-ftehim tal-għotja.

Is-sejħa għall-proposti għandha titnieda wara li jitlesta l-istudju dwar il-valutazzjoni tal-fattibbiltà, imsemmi fit-Taqsima 1.2 tad-Deċiżjoni 2009/755/KE previst sal-aħħar ta’ Mejju 2010.

RATA MASSIMA POSSIBBLI TA’ KOFINANZJAMENT

70 %

IL-KRITERJI ESSENZJALI TAL-GĦAŻLA U TAL-GĦOTJA

Kriterji tal-għażla

Il-kapaċità finanzjarja tal-applikant:

L-applikanti jridu juru li għandhom il-kapaċità finanzjarja li jwettqu l-azzjoni li trid tiġi ffinanzjata,

L-applikanti jridu jipprovdu xhieda tad-disponibilità tar-riżorsi proprji meħtieġa għall-kofinanzjament tal-Unjoni rikjest u li jkunu jamministraw il-fluss finanzjarju neċessarju għall-amministrazzjoni tal-proġett. L-ammont tal-għotja mogħti lil benefiċjarju ma jistax jaqbeż id-dejn fit-tul u l-ammont totali tal-kapital proprju tiegħu/tagħha.

Il-kapaċità teknika u professjonali tal-applikant:

L-applikanti jrid ikollhom il-kapaċità teknika u l-ħila professjonali li jwettqu l-azzjoni li trid tiġi kofinanzjata. Huma jridu jipprovdu xhieda tal-għarfien u l-esperjenza tagħhom fil-qasam tal-infrastruttura relatata mal-annimali u l-operat ta’ ġarr tal-annimali. Huma għandhom jipprovdu ċertifikazzjoni u deskrizzjonijiet ta’ proġetti u attivitajiet imwettqa minnhom tliet snin qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom u b’mod aktar partikolari ta’ proġetti marbuta ma’ kwistjonijiet relatati (trasport jew iż-żamma tal-annimali, il-bini ta’ infrastruttura relatata mal-annimali). Iridu jipprovdu “curriculum vitae” ddettaljat ta’ kull membru tat-tim tagħhom u juru l-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tad-direttur tal-proġett, inkluż l-isfond ta’ edukazzjoni, il-lawrji u d-diplomi, l-esperjenza professjonali, ix-xogħol ta’ riċerka u l-pubblikazzjonijiet tiegħu jew tagħha,

L-applikanti jridu juru li l-organizzazzjonijiet li japplikaw għall-azzjoni jkollhom impenn lejn l-għanijiet tal-proġett u jkunu jappoġġjaw il-prinċipju tal-introduzzjoni tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni għall-postijiet ta’ kontroll li għandha tiġi implimentata bl-azzjoni. Iridu jipprovdu evidenza tal-kuntatti u l-partijiet interessati li biħsiebhom jikkonsultaw, b’mod partikolari dwar ċertifikazzjoni, u li biħsiebhom iserħu fuq ir-riżorsi tagħhom fl-andament tal-eżekuzzjoni tal-azzjoni preparatorja.

Kriterji tal-għotja

Għandhom japplikaw il-kriterji ġenerali ta’ għoti li ġejjin:

Is-solidità tal-istrateġija (20 %)

L-organizzazzjoni tax-xogħol u l-grad ta’ involviment ta’ awtoritajiet/organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri koperti b’din l-azzjoni (30 %)

Ir-relevanza tal-proġett fil-livell tal-Unjoni u l-effett multiplikattiv (30 %)

Il-proporzjon tal-effettività tal-ispejjeż tal-proġett (20 %).

IL-FORMA TAL-GĦOTJA

Ftehim bil-miktub


RAKKOMANDAZZJONIJIET

1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/36


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ April 2010

dwar l-inizjattiva ta’ programmazzjoni konġunta ta’ riċerka “Dieta tajba għal ħajja b’saħħitha”

(2010/250/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 181(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-saħħa taċ-ċittadini hija essenzjali għat-tkabbir u l-prosperità fl-Unjoni.

(2)

Fl-aħħar tliet deċenji, il-livelli ta’ piż żejjed u obeżità fil-popolazzjoni tal-Unjoni żdiedu drammatikament, b’mod partikolari fost it-tfal.

(3)

It-tendenza ta’ dieta fqira u ftit li xejn attività fiżika fost il-popolazzjoni tal-Unjoni qed tmur għall-agħar.

(4)

Qed tiżdied il-prevalenza ta’ għadd ta’ kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari, pressjoni għolja, dijabete tat-tip 2, puplesiji, ċerti kanċers, mard muskoloskeletali u saħansitra sensiela ta’ kundizzjonijiet tas-saħħa mentali.

(5)

Kieku kellhom ikunu eliminati fatturi ta’ riskju komuni relatati mal-istil ta’ għixien fost l-oħrajn dawk relatati mad-dieta, madwar 80 % tal-każijiet ta’ mard tal-qalb, puplesiji u dijabete tat-tip 2, u 40 % tal-kanċers, jistgħu jkunu evitati.

(6)

Matul il-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill dwar il-Kompetittività rrikonoxxa “Is-saħħa, l-ikel u l-prevenzjoni ta’ mard relatat mad-dieta” (it-titolu iktar tard inbidel għal “Dieta tajba għal ħajja b’saħħitha”) bħala qasam fejn l-ipprogrammar konġunt jipprovdi valur addizzjonali għall-isforzi ta’ riċerka frammentati li bħalissa qed jagħmlu l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jirrikonoxxu l-bżonn li titvara inizjattiva ta’ pprogrammar konġunta dwar is-suġġett filwaqt li stieden lill-Kummissjoni biex tikkontribwixxi fil-preparazzjoni ta’ dik l-inizjattiva. Il-Kunsill reġa’ afferma wkoll li l-ipprogrammar konġunt huwa proċess immexxi mill-Istati Membri, bil-Kummissjoni taġixxi bħala medjatur.

(7)

L-ipprogrammar konġunt tar-riċerka fil-qasam tal-ikel u tas-saħħa jipprovdi għall-koordinazzjoni ta’ riċerka dwar l-impatt fuq is-saħħa tal-istili tal-ħajja u tad-dieta, jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ħolqien ta’ Żona ta’ Riċerka Ewropea li taħdem b’mod sħiħ fuq il-prevenzjoni ta’ mard relatat mad-dieta u jsaħħaħ it-tmexxija u l-kompetittività tal-attivitajiet ta’ riċerka f’dan il-qasam.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-isforzi konġunti tal-Istat Membri fil-qasam tal-ikel u tas-saħħa, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw aġenda strateġika ta’ riċerka bbażata fuq approċċ komuni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ mard relatat mad-dieta.

(9)

Bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-azzjoni konġunta li għandha tittieħed, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu struttura ta’ ġestjoni komuni li jkollha s-setgħa tistabbilixxi kundizzjonijiet, regoli u proċeduri komuni għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni u sabiex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika ta’ riċerka.

(10)

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti b’din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni billi jesploraw inizjattivi possibbli tal-Kummissjoni sabiex jgħinu lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw l-aġenda strateġika ta’ riċerka.

(11)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw regolament lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar fuq dan l-ipprogrammar konġunt.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

(1)

L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw viżjoni komuni dwar kif il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-qasam tar-riċerka fuq livell tal-Unjoni jistgħu jgħinu biex titjieb il-prevenzjoni tal-mard relatat mad-dieta.

(2)

L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw aġenda strateġika ta’ riċerka li tistabbilixxi bżonnijiet u objettivi ta’ riċerka għal perjodu ta’ żmien minn medju sa twil fil-qasam tal-prevenzjoni ta’ mard relatat mad-dieta. L-aġenda strateġika ta’ riċerka għandha tinkludi pjan ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-prijoritajiet u meta dawn għandhom jintlaħqu u li jispeċifika l-azzjonijiet, l-istrumenti u r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħha.

(3)

L-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu l-azzjonijiet li ġejjin, bħala parti mill-aġenda strateġika ta’ riċerka u tal-pjan ta’ implimentazzjoni:

(a)

jiġi identifikat u skambjat it-tagħrif dwar il-programmi nazzjonali u l-attivitajiet ta’ riċerka rilevanti;

(b)

jiġu identifikati oqsma jew attivitajiet ta’ riċerka li jistgħu jibbenefikaw mill-koordinazzjoni, mis-sejħiet konġunti għal proposti jew mill-ippuljar flimkien ta’ riżorsi;

(c)

jiġu skambjati tagħrif, riżorsi, l-aħjar prattiki, metodi u linjigwida b’mod partikolari meta jkunu qed jiġu stabbiliti oqsma kbar u studji kliniċi;

(d)

jiġu ddefiniti l-proċeduri, inklużi l-kriterji ta’ kwalità għar-riċerka li għandhom jitwettqu b’mod konġunt fl-oqsma msemmija fil-punt (b);

(e)

tiġi mqassma, fejn xieraq, l-infrastruttura tar-riċerka eżistenti u jiġu żviluppati faċilitajiet ġodda bħal bażijiet ta’ dejta ikkoordinati, bijobanek jew mudelli għall-estrapolazzjoni ta’ dejta għall-bniedem;

(f)

jiġi esportat u ppropogat it-tagħrif, l-innovazzjoni u l-approċċi interdixxiplinarji u jkun żgurat użu effikaċi tar-riżultati ta’ riċerka biex jissaħħu l-kompetittività u t-tfassil tal-politiki Ewropej;

(g)

tiġi mħeġġa u appoġġjata kollaborazzjoni iktar mill-qrib bejn is-settur pubbliku u privat flimkien mal-innovazzjoni miftuħa bejn setturi differenti tan-negozju;

(h)

jinħoloq netwerk bejn ċentri eżistenti li jispeċjalizzaw b’mod partikolari fix-xjenza tal-konsumatur, fin-nutrizzjoni u fit-teknoloġiji tal-ipproċessar.

(4)

L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu struttura ta’ ġestjoni komuni fil-qasam tal-prevenzjoni ta’ mard relatat mad-dieta li jkollha s-setgħa tistabbilixxi kundizzjonijiet komuni, regoli u proċeduri għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni u biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ riċerka strateġika.

(5)

L-Istati Membri huma mħeġġa jimplimentaw flimkien l-aġenda ta’ riċerka strateġika, inkluż permezz tal-programmi ta’ riċerka nazzjonali tagħhom jew attivitajiet ta’ riċerka nazzjonali oħra.

(6)

L-Istati Membri huma mħeġġa jikkooperaw mal-Kummissjoni bl-għan li jesploraw inizjattivi possibbli tal-Kummissjoni biex l-Istati Membri jkunu mgħejjuna fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ aġenda ta’ riċerka strateġika u bl-għan li jikkoordinaw il-programmi konġunti b’inizjattivi oħra tal-Unjoni f’dan il-qasam.

(7)

L-Istati Membri huma mħeġġa jirrappurtaw b’mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress li jsir fuq din l-inizjattiva ta’ pprogrammar konġunt.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Máire GEOGHEGAN-QUINN

Membru tal-Kummissjoni