ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.104.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 104

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
24 ta' April 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 346/2010 tal-15 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq u r-rekwiżiti ta’ importazzjoni għall-kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-Istati Membri jew partijiet minnhom b’miżuri nazzjonali approvati skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2010 tal-21 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip ( 1 )

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 348/2010 tat-23 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta' L-isoleucine bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali ( 1 )

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2010 tat-23 ta' April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2010 tat-23 ta' April 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċi kollha tal-annimali ( 1 )

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2010 tat-23 ta’ April 2010 implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali rigward id-definizzjonijiet tal-kategoriji tal-gruppi ta' pajjiż tat-twelid, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali sussegwenti u gruppi ta' ċittadinanza ( 1 )

37

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 352/2010 tat-23 ta’ April 2010 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ prodott b’denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pomme de terre de l’île de Ré (DPO)]

40

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 353/2010 tat-23 ta' April 2010 li japprova emendi żgħar fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mirabelles de Lorraine (IĠP)]

45

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2010 tat-23 ta’ April 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

50

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2010 tat-23 ta’ April 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn April 2010 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

52

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/27/UE tat-23 ta' April 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tat-triflumizole bħala sustanza attiva ( 1 )

54

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/28/UE tat-23 ta' April 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-metalaxyl bħala sustanza attiva ( 1 )

57

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/230/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ April 2010 dwar il-finanzjament tal-programm ta’ ħidma 2010 għat-taħriġ dwar is-sikurezza fl-ikel u fl-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali fil-qafas tal-Programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel

60

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 346/2010

tal-15 ta’ April 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq u r-rekwiżiti ta’ importazzjoni għall-kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-Istati Membri jew partijiet minnhom b’miżuri nazzjonali approvati skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 25 u 61(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE li tapprova miżuri nazzjonali biex jillimitaw l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2) li jippermetti ċerti Stati Membri li jimponu rekwiżiti fuq l-introduzzjoni fit-territorji tagħhom jew partijiet minnhom ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali tal-akkwakultura sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni jew biex jikkontrollaw viremija tar-rebbiegħa tal-karpjun (SVC), mard tal-fwied batteriku (BKD), il-vajrus tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) u infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS). Dik id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KE fir-rigward tal-miżuri kontra ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura (3).

(2)

Sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni jew it-tixrid ta’ dak il-mard, il-kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, faċilitajiet ornamentali miftuħa, jew stokkjar mill-ġdid introdotti fi Stat Membru jew parti minnu elenkati fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/221/UE ta’ speċi suxxettibbli għall-mard li għalih l-Istat Membru jew parti minnu jitqies bħala ħieles mill-mard jew li għalih għandu programm ta’ eradikazzjoni, għandu joriġina minn żona bi stat ta' saħħa ekwivalenti.

(3)

Biex jiġi żgurat li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, kunsinni bħal dawn għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jipprovdi ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa.

(4)

Għall-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura fl-Unjoni Ewropea (t-tqegħid fuq is-suq), ċertifikati speċifiċi tas-saħħa tal-annimali huma stabbiliti fid-Deċiżjoni 2004/453/KE. Fl-interess tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-mard kopert mill-miżuri nazzjonali approvati għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxu lista ta' speċi li jgħaddu l-mard (4). L-Anness II ta' dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Iċ-ċertifikati mudelli tas-saħħa tal-annimali rilevanti għall-importazzjonijiet tal-annimali tal-akkwakultura fl-Unjoni, kif stabbilit fir-Regolament (KE) 1251/2008 diġà jinkludu ċertifikazzjonijiet fir-rigward ta’ dak il-mard. Madankollu, dawk iċ-ċertifikazzjonijiet għandhom jiġu emendati biex iqisu l-prinċipji għall-importazzjonijiet tal-annimali tal-akkwakultura stabbiliti fid-Direttiva 2006/88/KE u l-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali (OIE). L-Anness IV ta' dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

It-tqegħid fis-suq u r-rekwiżiti ta’ importazzjonijiet għal kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-Istati Membri u partijiet minnhom bil-miżuri nazzjonali approvati skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE għandhom japplikaw biss għal speċi suxxettibbli għal mard rilevanti. Konsegwentement, lista ta’ speċi suxxettibbli għal dak il-mard għandha tiġi stabbilita fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1251/2008.

(7)

Madankollu, billi ħut ta' kwalunkwe speċi li huma preżenti fl-ilmijiet fejn jinsabu xi ħut ta’ speċi infettati bil-GS, jistgħu jxerdu dik il-marda, it-tqegħid fis-suq tar-rekwiżiti tal-importazzjonijiet relatati mal-GS għandhom japplikaw ukoll għal kunsinni ta’ ħut ta’ kwalunkwe speċi introdotti fl-Istati Membri jew partijiet minnhom imniżżla fid-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala ħielsa minn dik il-marda.

(8)

Billi ċ-ċertifikati mudelli tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008, kif emendati b’dan ir-Regolament, ikopru l-miżuri nazzjonali kollha approvati skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE u d-Deċiżjoni 2004/453/KE hija rrevokata bid-Deċiżjoni 2010/221/UE, l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandu jitħassar.

(9)

Jeħtieġ li jiġu pprovduti miżuri tranżitorji biex l-Istati Membri u l-industrija jiġu permessi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda stipulati f'dan ir-Regolament.

(10)

Biex jiġi żgurat li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jinħarġu b’mod korrett f’dawk il-każijiet fejn ċertu dikjarazzjonijiet taċ-ċertifikati mudelli tas-saħħa tal-annimali stabbiliti bir-Regolament Nru 1251/2008 mhumiex rilevanti u li fħdawk il-każijiet meta jikkonsistu minn iktar minn karta waħda, għandha tingħata iktar kjarifkazzjoni fin-noti ta’ spjegazzjoni. L-Anness V ta' dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ta’ saħħet l-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’:

(i)

annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa. u

(ii)

annimali tal-akwakultura maħsuba għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, faċilitajiet ornamentali miftuħa, jew stokkjar mill-ġdid fi Stati Membri jew partijiet minnhom bil-miżuri nazzjonali approvati bid-Deċiżjoni 2010/221/UE (*);

(*)  ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7.”"

(2)

L-Artikolu 8a li ġej qed jiġi miżjud:

“Artikolu 8a

Annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, faċilitajiet ornamentali miftuħa, jew stokkjar mill-ġdid fi Stati Membri jew partijiet minnhom bil-miżuri nazzjonali approvati bid-Deċiżjoni 2010/221/UE;

1.   Kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, faċilitajiet ornamentali miftuħa, jew stokkjar mill-ġdid għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mimli skont il-mudell stabbilit fil-Parti A tal-Anness II u n-noti ta’ spjegazzjoni fl-Anness V, fejn l-annimali:

(a)

jiġu introdotti fl-Istati Membri jew partijiet minnhom mniżżla fit-tieni u r-raba’ kolonna fit-tabella stipulata fi:

(i)

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala ħielsa minn waħda jew iktar mill-mard imniżżel fl-ewwel kolonna ta’ dik it-tabella; jew

(ii)

l-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala suġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni għal waħda jew iktar mill-mard mniżżel fl-ewwel kolonna ta’ dik it-tabella;

(b)

ġejjin mill-ispeċi li huma mniżżla fil-Parti C tal-Anness II bħala speċi suxxettibbli għal mard, li għalihom l-Istat Membru kkonċernat jew parti minnu jitqies bħala ħieles mill-mard, jew li għalihom japplika programm ta’ eradikazzjoni skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE, kif imsemmi fil-punt (a).

2.   Il-kunsinni tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fiċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u n-noti ta’ spjegazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal kunsinni ta’ ħut ta’ kwalunkwe speċi li ġejjin minn ilmijiet fejn l-ispeċi mniżżla fil-Parti C tal-Anness II bħala speċi suxxettibbli għal infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris, huma preżenti, fejn dawk il-kunsinni huma maħsuba għal Stat Membru jew parti minnu mniżżel fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala ħieles mill-Gyrodactylus salaris (GS).”

(3)

L-Artikolu 18 jitħassar.

(4)

L-Annessi II, IV u V għandhom jiġu emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta’ Lulju 2010, il-kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont il-Partijiet A jew B tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 qabel l-emendi introdotti bir-Regolament preżenti, jistgħu jkomplu jiġu importati ġewwa jew jgħaddu mill-Unjoni.

2.   Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta’ Lulju 2011, il-kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġ skont il-Parti A u B tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 qabel l-emendi introdotti bir-Regolament preżenti, jistgħu jkomplu jiġu importati ġewwa jew jgħaddu mill-Unjoni sakemm ikollhom ċertifikazzjonijiet fir-rigward ta’ viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC), mard tal-fwied batteriku (BKD), il-vajrus tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) u infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS) stipulati fil-Parti II ta’ dawk iċ-ċertifikati mhumiex applikabbli.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-15 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7.

(3)  ĠU L 202, 7.6.2004, p. 4.

(4)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.


ANNESS

L-Annessi II, IV u V huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta' annimali tal-akkwakultura għat-trobbija, żoni ta’ żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, faċilitajiet ornamentali miftuħa u stokkjar mill-ġdid

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(b)

din il-Parti C għandha tiġi miżjuda:

“PARTI C

Lista ta’ speċi suxxettibbli għall-mard li għalih il-miżuri nazzjonali huma approvati skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE

Marda

Speċi suxxettibbli

Il-Viremija tar-Rebbiegħa tal-Karpjun (SVC)

Karpjun ta’ rasu kbira (Aristichthys nobilis), il-ħuta l-ħamra (Carassius auratus), karassju (Carassius carassius), karpjun erbivoru (Ctenopharyngodon idellus), karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio), karpjun fiddieni (Hypophthalmichthys molitrix), sheatfish (Silurus glanis) u tinka (Tinca tinca), Orfe (Leuciscus idus).

Mard batteriku tal-fwied (BKD)

Familja: Salmonidae

Vajrus tan-Nekrożi Pankreatika Infettiva (IPN)

Trota tal-Paċifiku (Oncorhynchus mykiss), trota tax-xmajjar (Salvelinus fontinalis), trota kannella (Salmo trutta), Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar), u Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus spp.), u whitefish (Coregonus lavaretus)

Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris

Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar), trota tal-Paċifiku (Oncorhynchus mykiss), trota tal-Artiku (Salvelinus alpinus), trota tax-xmajjar tal-Amerika ta’ Fuq (Salvelinus fontinalis), grayling (Thymallus thymallus), trota tal-għadajjar tal-Amerika ta’ Fuq (Salvelinus namaycush) u trota kannella (Salmo trutta).”

(2)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

Mudell ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali tal-akkwakultura għat-trobbija, żoni ta' żamma, meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment u faċilitajiet ornamentali miftuħa

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(b)

It-Taqsima B tiġi mibdula b'li ġej:

“PARTI B

Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(3)

L-Anness V jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS V

Noti ta' spjegazzjoni

(a)

Iċ-ċertifikati għandhom jitfasslu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, imsejsa fuq il-mudell xieraq li jidher fl-Anness II u IV ta’ dan ir-Regolament u għandhom iqisu l-post tad-destinazzjoni u l-użu tal-kunsinna wara l-wasla fid-destinazzjoni.

(b)

Fil-konsiderazzjoni tal-istatus tal-post tad-destinazzjoni fir-rigward ta’ mard mhux eżotiku msemmi fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE fl-Istat Membru tal-UE jew mard li għalih il-post tad-destinazzjoni għandu miżuri approvati skont id-Deċiżjoni 2010/221/KE li tapprova miżuri nazzjonali skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE, ir-rekwiżiti speċifiċi xierqa għandhom jiġu inklużi u mimlija fiċ-ċertifikat.

(c)

Il-‘Post tal-oriġini’ għandu jkun il-lok tal-farm jew taż-żona ta’ tkabbir tal-molluski fejn l-annimali tal-akkwakultura kienu mrobbija u laħqu d-daqs kummerċjali tagħhom rilevanti għall-kunsinna koperta b’dan iċ-ċertifikat. Għal annimali akkwatiċi selvaġġi “Post tal-oriġini” għandu jkun il-post tal-ħsad.

(d)

Meta ċ-ċertifikat mudell jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jitniżżlu l-inizjali u t-timbru mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat.

(e)

L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda, jew, fejn aktar test huwa meħtieġ, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(f)

Għal importazzjoni fil-Komunità minn pajjiżi terzi, l-oriġinal taċ-ċertifikat u t-tikketti msemmija fil-mudell taċ-ċertifikat għandhom jimtlew għallinqas f’ilsien wieħed uffiċjali tal-Istat Membru tal-UE fejn issir l-ispezzjoni fuq il-fruntieri tal-Istat Membru tal-UE tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ċ-ċertifikat jitfassal f'lingwa uffiċjali ta' Stat Membru ieħor, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.

(g)

Fejn ikun hemm mehmuża paġni addizzjonali maċ-ċertifikat għal skop ta’ identifikazzjoni ta’ oġġetti li jiffurmaw il-kunsinna, tali paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat, kemm-il darba l-firma u t-timbru tal-ispettur uffiċjali ċertifikanti jidhru fuq kull paġna.

(h)

Meta ċ-ċertifikat, inklużi xi folji addizzjonali kif imsemmi f'(g), ikun fih iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha jkollha numru “–x(numru tal-paġna) ta’ y(numru totali ta’ paġni)–” fil-qiegħ u għandu jkollha in-numru ta' referenza taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti fin-naħa ta’ fuq.

(i)

L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jimtela u jiġi ffirmat minn spettur uffiċjali mhux aktar kmieni minn 72 siegħa qabel it-tagħbija tal-kunsinna, jew mhux aktar minn 24 siegħa f’dawk il-każijiet fejn l-annimali tal-akkwakultura għandhom jiġu spezzjonati fi żmien 24 siegħa mit-tagħbija. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini għandhom jiżguraw li prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 96/93/KE jiġu segwiti.

(j)

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. L-istess regola għandha tapplika għal timbri għajr timbri mqabbżin jew marki tal-ilma.

(k)

Għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi, l-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-UE. Għal kunsinni li tpoġġew fis-suq fi ħdan l-Unjoni, l-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fid-destinazzjoni finali tagħha.

(l)

Ċertifikat maħruġ għal annimali tal-akkwakultura ħajjin għandu jkun validu għal għaxart ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ ġarr bil-vapur, iż-żmien tal-validità jiġi mtawwal biż-żmien tal-vjaġġ fuq il-baħar. Għal dak il-għan, l-oriġinal ta’ dikjarazzjoni mill-kaptan tal-vapur, magħmul skont l-addenda mfassla f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Parti D tal-Anness IV, għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

(m)

Jekk jogħġbok innota li l-kundizzjonijiet ġenerali dwar il-ġarr ta’ annimali stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 jistgħu, fejn ikun applikabbli, jitolbu li jittieħdu miżuri wara d-dħul fl-Unjoni jekk ir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament ma jkunux sodisfatti.”


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 347/2010

tal-21 ta’ April 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), deher li ċerti dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament kellhom jiġu emendati sabiex jiġu evitati impatti mhux maħsuba fuq id-disponibbiltà u l-prestazzjoni tal-prodotti koperti b'dak ir-Regolament.

(2)

Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tiżdied il-koerenza, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti rigward l-informazzjoni dwar il-prodott, bejn min-naħa l-waħda r-Regolament (KE) Nru 245/2009 u min-naħa l-oħra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda (3).

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 245/2009

L-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 245/2009 huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 76, 24.3.2009, p. 17.

(3)  ĠU L 76, 24.3.2009, p. 3.


ANNESS

Emendi fl-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 245/2009

L-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 245/2009 qegħdin jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Eżenzjonijiet”;

(b)

is-sentenza introduttorja fil-punt 1 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Dawn il-bozoz għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-Anness III, bil-kundizzjoni li l-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE jiddikjara liema mill-parametri tekniċi elenkati hawn taħt jipprovdi/u bażi għall-eżenzjoni tagħhom:”;

(c)

il-punti 1(c) u 1(d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

bozoz imħallta (blended) b'discharge ta’ intensità għolja li għandhom:

6 % jew aktar tar-radjazzjoni totali ta' firxa bejn 250 u 780 nm fil-firxa ta' 250 — 400 nm; u

11 % jew aktar tar-radjazzjoni totali ta' firxa bejn 250 u 780 nm fil-firxa ta' 630 — 780 nm; u

5 % jew aktar tar-radjazzjoni totali ta' firxa bejn 250 u 780 nm fil-firxa ta' 640 — 700 nm;

(d)

bozoz imħallta (blended) b'discharge ta’ intensità għolja li għandhom:

il-punt massimu tar-radjazzjoni bejn 315 u 400 nm (UVA) jew 280 u 315 nm (UVB);”;

(d)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Il-prodotti li ġejjin għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-Anness III, bil-kundizzjoni li f'kull tip ta' informazzjoni dwar il-prodott jitniżżel li mhumiex maħsuba għall-użu bħala illuminazzjoni ġenerali fi ħdan it-tifsira ta' dan ir-Regolament, jew li huma maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet elenkati fil-punti (b) sa (e):

(a)

prodotti maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet għajr l-illuminazzjoni ġenerali u l-prodotti inkorporati fi prodotti li ma jipprovdux funzjoni ta' illuminazzjoni ġenerali;

(b)

bozoz koperti bir-rekwiżiti tad-Direttivi 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jew id-Direttiva 1999/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(c)

lampi għal dawl ta' emerġenza u lampi għal sinjali ta' emerġenza skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(d)

ballasts maħsuba għall-użu f'lampi ddefiniti fil-paragrafu (c) u ddisinnjati sabiex iħaddmu l-bozoz f'kundizzjonijiet ta' emerġenza;

(e)

lampi koperti bir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/9/KE, id-Direttiva 1999/92/KE, id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (5), id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE (6) u l-lampi integrati f'tagħmir kopert b'dawn ir-rekwiżiti.

L-iskop maħsub għandu jitniżżel għal kull prodott fl-informazzjoni dwar il-prodott, u l-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mfassal għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandu jelenka l-parametri tekniċi li lid-disinn tal-prodott jagħmluh speċifiku għall-iskop maħsub imniżżel.

(1)  ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1."

(2)  ĠU L 23, 28.1.2000, p. 57."

(3)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10."

(4)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24."

(5)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1."

(6)  ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1.”"

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel sentenza għandha titħassar;

(b)

Għandha tiżdied is-sentenza li ġejja mal-punt 1(c):

“Għall-finijiet tat-Tabella 6 fl-Anness III, l-LSF għandu jitkejjel waqt tħaddim bi frekwenza għolja b'ċiklu ta' swiċċjar ta' 11h/1h.”

(c)

Il-punt li ġej (o) għandu jiżdied mal-punt 3:

“(o)

‘Bozza mħallta’ tfisser lampa li jkun fiha bozza tal-fwar tal-merkurju u filament tal-bozza inkandexxenti konnessi f'serje fl-istess bozza.”

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied qabel it-Tabella 1:

“Bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali ta' kull dijametru ekwivalenit għal jew akbar minn 16 mm (T5) għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 5 għal bozoz ċirkolari T9.”

(b)

It-Tabella 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 2

Valuri minimi tal-effikaċja speċifikata għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda li jaħdmu fuq ballast elettromanjetika jew elettronika

Tubu wieħed parallel żgħir, kappa tal-bozza G23 (2 pinnijiet) jew 2G7 (4 pinnijiet)

Image Image

Tubi doppji paralleli, kappa tal-bozza G24d (2 pinnijiet) jew G24q (4 pinnijiet)

Image Image

Tubi tripli paralleli, kappa tal-bozza GX24d (2 pinnijiet) jew GX24q (4 pinnijiet)

Image Image

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

5

48

10

60

13

62

7

57

13

69

18

67

9

67

18

67

26

66

11

76

26

66

 

4 saqajn fi pjan wieħed, kappa tal-bozza 2G10

(4 pinnijiet)

Image

Tubu wieħed parallel twil, kappa tal-bozza 2G11

(4 pinnijiet)

Image Image

 

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

 

18

61

18

67

 

24

71

24

75

36

78

34

82

 

36

81 ”

(c)

It-Tabella 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 3

Valuri minimi tal-effikaċja speċifikata għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda, li jaħdmu biss fuq ballast elettronika

Tliet tubi paralleli, kappa tal-bozza GX24q

(4 pinnijiet)

Image

Erba' tubi paralleli, kappa tal-bozza GX24q

(4 pinnijiet)

Image

Tubu wieħed parallel twil, kappa tal-bozza 2G11

(4 pinnijiet)

Image Image

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

32

75

57

75

40

83

42

74

70

74

55

82

57

75

 

80

75

70

74 ”

 

(d)

It-Tabella 6 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 6

Perċentwali ta' tnaqqis għall-valuri minimi tal-effikaċja speċifikata għal bozoz fluworexxenti b'temperatura tal-kulur għolja u/jew apparenza tal-kulur għolja u/jew bit-tieni envelowp tal-bozza u/jew ħajja twila

Parametri tal-bozza

Tnaqqis mill-effikaċja ta' luminożità f'25 °C

Tc ≥ 5 000  K

–10  %

95 ≥ Ra > 90

–20  %

Ra > 95

–30  %

It-tieni envelowp tal-bozza

–10  %

Il-Fattur ta' Sopravivenza tal-Bozza ≥ 0,50 wara 40 000 siegħa tixgħel

–5  %”

(e)

Fl-Anness III.1.1.B, is-sentenza

“Il-korrezzjonijiet iddefiniti għall-ewwel stadju (Tabella 6) għandhom jibqgħu japplikaw.”

hija sostitwita bi

“Il-korrezzjonijiet (Tabella 6) u r-rekwiżiti speċifiċi għal bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali definiti għall-ewwel stadju għandhom jibqgħu japplikaw.”;

(f)

It-titolu tat-Tabella 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Tabella 7

Valuri minimi ta' effikaċja speċifikata għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja b'Ra ≤ 60”;

(g)

It-titolu tat-Tabella 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Tabella 8

Valuri minimi ta' effikaċja speċifikata għal Bozoz tal-Alidi tal-Metall b'Ra ≤ 80 u għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja b'Ra > 60”;

(h)

It-tieni paragrafu tal-Anness III.1.1.C huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Lampi fluworexxenti mingħajr ballast integrata għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu ma' ballasts ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-klassi A2 jew ballasts aktar effiċjenti skont il-punt 2.2 tal-Anness III. Barra minn jistgħu jitħaddmu wkoll ma' ballasts ta' klassijiet anqas effiċjenti minn A2.”;

(i)

It-Tabella 11 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 11

Fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda u b'kappa doppja – Stadju 2

Fattur ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza

Sigħat jixegħlu

Tipi ta’ bozoz

2 000

4 000

8 000

16 000

Bozoz Fluworexxenti b’kappa doppja li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja

0,95

0,92

0,90

Bozoz Fluworexxenti T8 b’kappa doppja fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart

0,96

0,92

0,91

0,90

Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa doppja fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart

0,95

0,92

0,90

0,90

Bozoz fluworexxenti ċirkolari b'kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza li ma tkunx għolja, bozoz fluworexxenti b'kappa doppja li għandhom il-forma ta' U tat-tip T8 u bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali ta' kull dijametru ekwivalenti għal jew akbar minn 16 mm (T5)

0,80

0,74

0,72 wara 5 000 siegħa jixegħlu

Bozoz Fluworexxenti ċirkolari b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza għolja

0,85

0,83

0,80

0,75 wara 12 000 siegħa jixegħlu

Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja

0,85

0,78

0,75

Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart

0,90

0,84

0,81

0,78 ”

(j)

Il-frażi introduttorja li ġejja u t-Tabella 11a għandhom jiżdiedu wara t-Tabella 11:

“It-tnaqqis kumulattiv li ġej għandu jiġi applikat lill-valuri fit-Tabella 11:

Tabella 11a

Perċentwali ta' tnaqqis għar-rekwiżiti ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza

Parametri tal-bozza

Tnaqqis mir-rekwiżit ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza

Bozoz b'95 ≥ Ra > 90

Wara sigħat jixegħlu ≤ 8 000 h: – 5 %

Wara sigħat jixegħlu > 8 000 h: – 10 %

Bozoz b'Ra > 95

Wara sigħat jixegħlu ≤ 4 000 h: – 10 %

Wara sigħat jixegħlu > 4 000 h: – 15 %

Bozoz b'temperatura tal-kulur ≥ 5 000 K

–10  %”

(k)

It-Tabella 12 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 12

Fatturi ta' sopravivenza tal-bozza għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda u b'kappa doppja – Stadju 2

Fattur ta' sopravivenza tal-bozza

Sigħat jixegħlu

Tipi ta’ bozoz

2 000

4 000

8 000

16 000

Bozoz Fluworexxenti b’kappa doppja li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja

0,99

0,97

0,90

Bozoz Fluworexxenti b’kappa doppja fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart

0,99

0,97

0,92

0,90

Bozoz fluworexxenti ċirkolari b'kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza li ma tkunx għolja, bozoz fluworexxenti b'kappa doppja li għandhom il-forma ta' U tat-tip T8 u bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali ta' kull dijametru ekwivalenti għal jew akbar minn 16 mm (T5)

0,98

0,77

0,50 wara 5 000 siegħa jixegħlu

Bozoz Fluworexxenti ċirkolari b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza għolja

0,99

0,97

0,85

0,50 wara 12 000 siegħa jixegħlu

Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja

0,98

0,90

0,50

Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart

0,99

0,98

0,88

—”

(l)

It-Tabella 13 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 13

Fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza u fatturi ta' sopravivenza tal-bozza għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja - Stadju 2

Kategorija tal-bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja u sigħat jixegħlu għall-kejl

Fattur ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza

Fattur ta' sopravivenza tal-bozza

P ≤ 75 W

LLMF u LSF li jitkejjel wara 12 000 siegħa jixegħlu

Ra ≤ 60

> 0,80

> 0,90

Ra > 60

> 0,75

> 0,75

il-bozoz kollha retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja

> 0,75

> 0,80

P > 75 W

LLMF u LSF li jitkejjel wara 16 000 siegħa jixegħlu

Ra ≤ 60

> 0,85

> 0,90

Ra > 60

> 0,70

> 0,65

il-bozoz kollha retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja

> 0,75

> 0,55

Ir-rekwiżiti fit-Tabella 13 għall-bozoz retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja għandhom japplikaw sa 6 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.”;

(m)

l-Anness III.1.3(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

It-temperatura ambjentali ġol-lampa, li fiha l-bozza ġiet iddisjinata biex tilħaq il-massimu tal-fluss ta' luminożità. Jekk din it-temperatura tkun 0°C jew anqas jew inkella 50°C jew ogħla, għandu jitniżżel li l-bozza mhijiex adattata għall-użu fuq ġewwa f'temperaturi ambjentali standard.”;

(n)

Il-punt li ġej (j) għandu jiżdied mal-punt 1.3 tal-Anness III:

“(j)

Għal bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, l-indiċi(jiet) tal-effiċjenza fl-enerġija kif iddefinit fit-Tabella 17 li bih/bihom tista' titħaddem il-bozza.”;

(o)

It-Tabella 17 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 17

Rekwiżiti ta' indiċi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għal ballasts li ma jistgħux jitbaxxew għal bozoz fluworexxenti

DEJTA DWAR IL-BOZOZ

EFFIĊJENZA TAL-BALLAST (Bozza P / Input P)

Li ma jistgħux jitbaxxew

It-tip ta' bozza

Wattage Nominali

KODIĊI ILCOS

Wattage speċifikat/tipiku

A2 BAT

A2

A3

B1

B2

50  Hz

HF

W

W

W

 

 

 

 

 

T8

15

FD-15-E-G13-26/450

15

13,5

87,8  %

84,4  %

75,0  %

67,9  %

62,0  %

T8

18

FD-18-E-G13-26/600

18

16

87,7  %

84,2  %

76,2  %

71,3  %

65,8  %

T8

30

FD-30-E-G13-26/900

30

24

82,1  %

77,4  %

72,7  %

79,2  %

75,0  %

T8

36

FD-36-E-G13-26/1200

36

32

91,4  %

88,9  %

84,2  %

83,4  %

79,5  %

T8

38

FD-38-E-G13-26/1050

38,5

32

87,7  %

84,2  %

80,0  %

84,1  %

80,4  %

T8

58

FD-58-E-G13-26/1500

58

50

93,0  %

90,9  %

84,7  %

86,1  %

82,2  %

T8

70

FD-70-E-G13-26/1800

69,5

60

90,9  %

88,2  %

83,3  %

86,3  %

83,1  %

TC-L

18

FSD-18-E-2G11

18

16

87,7  %

84,2  %

76,2  %

71,3  %

65,8  %

TC-L

24

FSD-24-E-2G11

24

22

90,7  %

88,0  %

81,5  %

76,0  %

71,3  %

TC-L

36

FSD-36-E-2G11

36

32

91,4  %

88,9  %

84,2  %

83,4  %

79,5  %

TCF

18

FSS-18-E-2G10

18

16

87,7  %

84,2  %

76,2  %

71,3  %

65,8  %

TCF

24

FSS-24-E-2G10

24

22

90,7  %

88,0  %

81,5  %

76,0  %

71,3  %

TCF

36

FSS-36-E-2G10

36

32

91,4  %

88,9  %

84,2  %

83,4  %

79,5  %

TC-D / DE

10

FSQ-10-E-G24q=1

FSQ-10-I-G24d=1

10

9,5

89,4  %

86,4  %

73,1  %

67,9  %

59,4  %

TC-D / DE

13

FSQ-13-E-G24q=1

FSQ-13-I-G24d=1

13

12,5

91,7  %

89,3  %

78,1  %

72,6  %

65,0  %

TC-D / DE

18

FSQ-18-E-G24q=2

FSQ-18-I-G24d=2

18

16,5

89,8  %

86,8  %

78,6  %

71,3  %

65,8  %

TC-D / DE

26

FSQ-26-E-G24q=3

FSQ-26-I-G24d=3

26

24

91,4  %

88,9  %

82,8  %

77,2  %

72,6  %

TC-T / TE

13

FSM-13-E-GX24q=1

FSM-13-I-GX24d=1

13

12,5

91,7  %

89,3  %

78,1  %

72,6  %

65,0  %

TC-T / TE

18

FSM-18-E-GX24q=2

FSM-18-I-GX24d=2

18

16,5

89,8  %

86,8  %

78,6  %

71,3  %

65,8  %

TC-T / TC-TE

26

FSM-26-E-GX24q=3

FSM-26-I-GX24d=3

26,5

24

91,4  %

88,9  %

82,8  %

77,5  %

73,0  %

TC-DD / DDE

10

FSS-10-E-GR10q

FSS-10-L/P/H-GR10q

10,5

9,5

86,4  %

82,6  %

70,4  %

68,8  %

60,5  %

TC-DD / DDE

16

FSS-16-E-GR10q

FSS-16-I-GR8

FSS-16-L/P/H-GR10q

16

15

87,0  %

83,3  %

75,0  %

72,4  %

66,1  %

TC-DD / DDE

21

FSS-21-E-GR10q

FSS-21-L/P/H-GR10q

21

19,5

89,7  %

86,7  %

78,0  %

73,9  %

68,8  %

TC-DD / DDE

28

FSS-28-E-GR10q

FSS-28-I-GR8

FSS-28-L/P/H-GR10q

28

24,5

89,1  %

86,0  %

80,3  %

78,2  %

73,9  %

TC-DD / DDE

38

FSS-38-E-GR10q

FSS-38-L/P/H-GR10q

38,5

34,5

92,0  %

89,6  %

85,2  %

84,1  %

80,4  %

TC

5

FSD-5-I-G23

FSD-5-E-2G7

5,4

5

72,7  %

66,7  %

58,8  %

49,3  %

41,4  %

TC

7

FSD-7-I-G23

FSD-7-E-2G7

7,1

6,5

77,6  %

72,2  %

65,0  %

55,7  %

47,8  %

TC

9

FSD-9-I-G23

FSD-9-E-2G7

8,7

8

78,0  %

72,7  %

66,7  %

60,3  %

52,6  %

TC

11

FSD-11-I-G23

FSD-11-E-2G7

11,8

11

83,0  %

78,6  %

73,3  %

66,7  %

59,6  %

T5

4

FD-4-E-G5-16/150

4,5

3,6

64,9  %

58,1  %

50,0  %

45,0  %

37,2  %

T5

6

FD-6-E-G5-16/225

6

5,4

71,3  %

65,1  %

58,1  %

51,8  %

43,8  %

T5

8

FD-8-E-G5-16/300

7,1

7,5

69,9  %

63,6  %

58,6  %

48,9  %

42,7  %

T5

13

FD-13-E-G5-16/525

13

12,8

84,2  %

80,0  %

75,3  %

72,6  %

65,0  %

T9-C

22

FSC-22-E-G10q-29/200

22

19

89,4  %

86,4  %

79,2  %

74,6  %

69,7  %

T9-C

32

FSC-32-E-G10q-29/300

32

30

88,9  %

85,7  %

81,1  %

80,0  %

76,0  %

T9-C

40

FSC-40-E-G10q-29/400

40

32

89,5  %

86,5  %

82,1  %

82,6  %

79,2  %

T2

6

FDH-6-L/P-W4,3x8,5d-7/220

 

5

72,7  %

66,7  %

58,8  %

 

 

T2

8

FDH-8-L/P-W4,3x8,5d-7/320

 

7,8

76,5  %

70,9  %

65,0  %

 

 

T2

11

FDH-11-L/P-W4,3x8,5d-7/420

 

10,8

81,8  %

77,1  %

72,0  %

 

 

T2

13

FDH-13-L/P-W4,3x8,5d-7/520

 

13,3

84,7  %

80,6  %

76,0  %

 

 

T2

21

FDH-21-L/P-W4,3x8,5d-7/

 

21

88,9  %

85,7  %

79,2  %

 

 

T2

23

FDH-23-L/P-W4,3x8,5d-7/

 

23

89,8  %

86,8  %

80,7  %

 

 

T5-E

14

FDH-14-G5-L/P-16/550

 

13,7

84,7  %

80,6  %

72,1  %

 

 

T5-E

21

FDH-21-G5-L/P-16/850

 

20,7

89,3  %

86,3  %

79,6  %

 

 

T5-E

24

FDH-24-G5-L/P-16/550

 

22,5

89,6  %

86,5  %

80,4  %

 

 

T5-E

28

FDH-28-G5-L/P-16/1150

 

27,8

89,8  %

86,9  %

81,8  %

 

 

T5-E

35

FDH-35-G5-L/P-16/1450

 

34,7

91,5  %

89,0  %

82,6  %

 

 

T5-E

39

FDH-39-G5-L/P-16/850

 

38

91,0  %

88,4  %

82,6  %

 

 

T5-E

49

FDH-49-G5-L/P-16/1450

 

49,3

91,6  %

89,2  %

84,6  %

 

 

T5-E

54

FDH-54-G5-L/P-16/1150

 

53,8

92,0  %

89,7  %

85,4  %

 

 

T5-E

80

FDH-80-G5-L/P-16/1150

 

80

93,0  %

90,9  %

87,0  %

 

 

T5-E

95

FDH-95-G5-L/P-16/1150

 

95

92,7  %

90,5  %

84,1  %

 

 

T5-E

120

FDH-120-G5-L/P-16/1450

 

120

92,5  %

90,2  %

84,5  %

 

 

T5-C

22

FSCH-22-L/P-2GX13-16/225

 

22,3

88,1  %

84,8  %

78,8  %

 

 

T5-C

40

FSCH-40-L/P-2GX13-16/300

 

39,9

91,4  %

88,9  %

83,3  %

 

 

T5-C

55

FSCH-55-L/P-2GX13-16/300

 

55

92,4  %

90,2  %

84,6  %

 

 

T5-C

60

FSCH-60-L/P-2GX13-16/375

 

60

93,0  %

90,9  %

85,7  %

 

 

TC-LE

40

FSDH-40-L/P-2G11

 

40

91,4  %

88,9  %

83,3  %

 

 

TC-LE

55

FSDH-55-L/P-2G11

 

55

92,4  %

90,2  %

84,6  %

 

 

TC-LE

80

FSDH-80-L/P-2G11

 

80

93,0  %

90,9  %

87,0  %

 

 

TC-TE

32

FSMH-32-L/P-2GX24q=3

 

32

91,4  %

88,9  %

82,1  %

 

 

TC-TE

42

FSMH-42-L/P-2GX24q=4

 

43

93,5  %

91,5  %

86,0  %

 

 

TC-TE

57

FSM6H-57-L/P-2GX24q=5

FSM8H-57-L/P-2GX24q=5

 

56

91,4  %

88,9  %

83,6  %

 

 

TC-TE

70

FSM6H-70-L/P-2GX24q=6

FSM8H-70-L/P-2GX24q=6

 

70

93,0  %

90,9  %

85,4  %

 

 

TC-TE

60

FSM6H-60-L/P-2G8=1

 

63

92,3  %

90,0  %

84,0  %

 

 

TC-TE

62

FSM8H-62-L/P-2G8=2

 

62

92,2  %

89,9  %

83,8  %

 

 

TC-TE

82

FSM8H-82-L/P-2G8=2

 

82

92,4  %

90,1  %

83,7  %

 

 

TC-TE

85

FSM6H-85-L/P-2G8=1

 

87

92,8  %

90,6  %

84,5  %

 

 

TC-TE

120

FSM6H-120-L/P-2G8=1

FSM8H-120-L/P-2G8=1

 

122

92,6  %

90,4  %

84,7  %

 

 

TC-DD

55

FSSH-55-L/P-GRY10q3

 

55

92,4  %

90,2  %

84,6  %”

 

 

(4)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-ewwel paragrafu tal-Anness IV:

“L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta' kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, inklużi l-metodi stabbiliti f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”



24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 348/2010

tat-23 ta’ April 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta' L-isoleucine bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' L-isoleucine prodott minn Escherichia coli (FERM ABP-10641) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija ta' addittivi ta' “addittivi nutrittivi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2009 (2), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li l-L-isoleucine ma għandux effett ħażin fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li din il-preparazzjoni tista' titqies bħala sors ta' isoleucine disponibbli għall-ispeċi kollha tal-annimali. L-opinjoni tal-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurezza tal-utent. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-L-isoleucine turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dan l-addittiv għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi nutrittivi’ u mill-grupp funzjonali ‘amino aċidi, l-imluħa u l-analogi tagħhom’, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  The EFSA Journal 2010; 8(1):1425.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amino, l-imluħ u l-analogi tagħhom

3c3.8.1

L-isoleucine

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

 

L-isoleucine b'purità ta' mill-inqas 93,4 % (fuq materja xotta) prodott minn Escherichia coli FERM ABP-10641

 

≤ 1 % ta' impuritajiet mhux identifikati (bħala materja niexfa)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

L-isoleucine (C6H13NO2)

 

Metodu analitiku:

Metodu għad-determinazzjoni ta' aċidi amino kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (1)

L-ispeċi tal-annimali kollha

1.

Il-kontenut ta' umdità għandu jkun indikat.

2.

Għal raġunijiet ta’ sikurezza: għandha tintuża protezzjoni għar-respirazzjoni matul l-immaniġġjar

l-14 ta’ Mejju 2020


(1)  ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 349/2010

tat-23 ta' April 2010

dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Flimkien mal-applikazzjoni kien hemm id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Mill-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottata fit-12 ta’ Novembru 2009 (2), flimkien ma' dik tas-16 ta’ April 2008 (3), jirriżulta li l-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. Skont l-opinjoni tas-16 ta’ April 2008, l-użu ta' dik il-preparazzjoni jista' jitqies bħala sors ta' ram disponibbli u jissodisfa l-kriterji ta' addittiv nutrittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-opinjoni tal-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurzza tal-utent. Hi ma tikkunsidrax li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1253/2008 tal-15 ta' Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-Ram tal-analogu idroksinu tal-methionine bħala addittiv tal-għalf (4), dik il-preparazzjoni diġà kienet awtorizzata bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin. Dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi revokat.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi, “addittivi nutrittivi”, u mill-grupp funzjonali, “komposti ta’ mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1253/2008 huwa revokat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  The EFSA Journal (2009) 7(11): 1382.

(3)  The EFSA Journal (2008) 693, 1.

(4)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 78.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Cu) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12%

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi

3b4.10

Kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina

 

Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

 

Kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina li fih minimu ta' 18 % ta' ram u 79,5 % - 81 % ta' (2-hydroxy-4-methylthio) butanoic acid Żejt minerali: ≤ 1 %

 

CAS: 292140-30-8

 

Metodu analitiku (1):

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS)

L-ispeċijiet kollha

 

 

Bovini

Il-bovini qabel il-bidu tal-ixtarra inkluż sostituti komplementari tal-ħalib: 15 (totali)

Bovini oħra: 35 (totali).

 

Ovini: 15 (totali)

 

Ħnienes sa massimu ta' 12-il ġimgħa: 170 (totali)

 

Krustaċji: 50 (totali)

 

Annimali oħrajn: 25 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita preliminari.

2.

Għas-sikurezza tal-utent: Għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet tas-sikurezza u ngwanti waqt l-użu.

3.

It-tikketta għandha tinkludi dan il-kliem:

Għall-għalf tan-ngħaġ jekk il-livell tar-ram ikun ogħla minn 10 mg/kg:

“Il-livell tar-ram f'dan l-għalf jista' jikkawża vvelenar f'ċerti razez ta' ngħaġ.”

Għall-għalf tal-bovini wara l-bidu tal-ixtarra jekk il-livell ta' ram fl-għalf ikun inqas minn 20 mg/kg:

“Il-livell tar-ram f'dan l-għalf jista' jikkawża nuqqas tar-ram fil-bovini li jirgħu f'mergħat b'kontenut għoli ta' molibdenu jew kubrit.”

l-14 ta’ Mejju 2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: http://www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 350/2010

tat-23 ta' April 2010

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Mill-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottata fid-9 ta’ Diċembru 2009 (2), li nqrat flimkien mal-opinjonijiet tal-15 ta’ Settembru 2009 (3) u 15 ta' April 2008 (4) jirriżulta li l-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Skont l-opinjoni tal-15 ta’ April 2008, l-użu ta' din il-preparazzjoni jista' jitqies bħala sors ta' manganiż disponibbli u jissodisfa l-kriterji ta' addittiv nutrittiv għall-ispeċi kollha tal-annimali. L-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurezza tal-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (5) dik il-preparazzjoni kienet diġà awtorizzata bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin. Dak ir-Regolament għandu għalhekk ikun imħassar.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “taħlitiet ta' elementi ta’ traċċi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 103/2010 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2010) 8(1): 1424.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 7(9): 1316.

(4)  Il-Ġurnal EFSA (2008) 692, 1.

(5)  ĠU L 35, 6.2.2010, p. 1.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Mn) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12%

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: taħlitiet ta' elementi ta’ traċċi

3b5.10

Kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina

 

Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

 

Kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina li fih 15.5 % - 17 % manganiż u 77 % - 78 % (2-hydroxy-4-methylthio) aċidu butanojku.

 

Żejt minerali: ≤ 1 %

 

Metodu analitiku (1):

Spettrometrija ta' emissjoni atomika bi plażma akkopjata induttivament (ICP-AES) skont EN 15510:2007

L-ispeċi kollha

Ħut: 100 (totali)

Speċi oħra: 150 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel.

2.

Għas-sikurezza tal-utent: protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ingwanti tas-sikurezza għandhom jintlibsu waqt l-użu.

l-14 ta’ Mejju 2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 351/2010

tat-23 ta’ April 2010

implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali rigward id-definizzjonijiet tal-kategoriji tal-gruppi ta' pajjiż tat-twelid, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali sussegwenti u gruppi ta' ċittadinanza

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex ikun żgurat li d-dejta statistiċi differenti u minn sorsi amministrattivi fl-Istati Membri huma komparabbli, kredibbli u li jippermettu li jitfasslu rapporti kredibbli mal-Komunità kollha, il-kategoriji ta' gruppi ta' pajjiż ta' twelid, gruppi ta' pajjiżi tar-residenza abitwali preċedenti, gruppi ta' pajjiżi tar-residenza abitwali sussegwenti u gruppi ta' ċittadinanza għandhom ikunu definiti bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tiddefinixxi l-kategoriji msemmija hawn fuq.

(2)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema Statistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kategoriji ta' gruppi ta' pajjiż ta' twelid, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali sussegwenti u gruppi ta' ċittadinanza kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 862/2007.

Artikolu 2

Għall-kategoriji msemmija hawn fuq, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“pajjiż ta' residenza abitwali preċedenti” tfisser il-pajjiż li fih il-persuna kienet normalment residenti immedjatament qabel l-immigrazzjoni, irrispettivament miċ-ċittadinanza jew il-pajjiż tat-twelid tal-persuna;

(b)

“pajjiż tar-residenza abitwali sussegwenti” tfisser il-pajjiż li fih il-persuna normalment hi residenti wara l-emigrazzjoni, irrispettivament miċ-ċittadinanza jew il-pajjiż tat-twelid tagħha;

(c)

“livell ta' żvilupp” tfisser il-grad relattiv ta' żvilupp ta' pajjiż kif definit mill-miżuri għall-istatistika tal-medja tal-għomor, il-litteriżmu, il-livell ta' edukazzjoni milħuq, u l-Prodott Gross Domestiku (PGD) per capita;

(d)

“nattiv” tfisser persuna li twieldet fil-pajjiż tar-residenza attwali abitwali, irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħha;

(e)

“imwielda barra” tfisser persuna li twieldet barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali attwali , irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħha.

Artikolu 3

Il-gruppi tal-pajjiż ta' twelid, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti, gruppi ta' pajjiż tar-residenza abitwali sussegwenti u gruppi ta' ċittadinanza li dwarhom l-Istati Membri huma obbligati jittrasmettu dejta lill-Kummissjoni huma elenkati fl-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.


ANNESS

Il-gruppi ta' pajjiżi u ċittadinanza huma kif ġej:

gruppi bażiċi,

gruppi addizzjonali oħra ta' pajjiżi u ċittadinanza li m'humiex parti mill-Unjoni Ewropea (UE).

1.   GRUPPI BAŻIĊI TA' PAJJIZI

1.1.   Gruppi ta’ ċittadinanzi

Iċ-“ċittadinanza” għandha tiġi ddefinita skont l-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007.

Persuna li għandha żewġ ċittadinanzi jew aktar għandha tiġi allokata lill-pajjiż wieħed biss ta' ċittadinanza, li għandu jiġi determinat fl-ordni li ġejja ta' preċedenza:

(1)

il-pajjiż li qed jirrapporta jew, jekk il-persuna ma jkollhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta:

(2)

Stat Membru ieħor tal-UE; jew, jekk il-persuna ma jkollhiex iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor tal-UE:

(3)

pajjiż ieħor 'il barra mill-Unjoni Ewropea.

Meta persuna jkollha żewġ ċittadinanzi jew aktar ta' Stati Membri tal-UE iżda meta l-ebda wieħed minn dawn m'hu l-pajjiż li qed jirrapporta, l-Istati Membri jiddeterminaw liema għandu jkun il-pajjiż taċ-ċittadinanza.

Meta persuna jkollha żewġ ċittadinanzi jew aktar ta' pajjiżi li m'humiex membri tal-UE, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema għandu jkun il-pajjiż taċ-ċittadinanza.

Id-dejta stabbilita fl-Artikolu 3(1)(a)(i), u (c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 għandha tkun imqassma mill-gruppi ta' ċittadinanza li ġejjin:

ċittadinanza ta' pajjiż li qed jirrapporta (ċittadini nazzjonali);

ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor tal-UE (ċittadini oħra tal-UE);

ċittadinanza ta' pajjiżi li m'humiex membri tal-UE (ċittadini li m'humiex membri tal-UE), li minnhom:

ċittadinanza tal-pajjiżi tal-EFTA;

ċittadinanza tal-pajjiżi Kandidati;

ċittadinanza ta' pajjjiżi oħra li mhumiex tal-UE;

ċittadinanza mhix magħrufa.

Id-dejta stabbilita fl-Artikolu 3(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 għandha tkun imqassma mill-gruppi ta' ċittadinanza li ġejjin:

ċittadinanza ta' pajjiż li qed jirrapporta (ċittadini nazzjonali);

ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor tal-UE (ċittadini oħra tal-UE);

ċittadinanza ta' pajjiżi li m'humiex membri tal-UE (ċittadini li m'humiex membri tal-UE);

ċittadinanza mhix magħrufa.

1.2.   Gruppi ta' pajjiż tat-twelid

Il-“pajjiż tat-twelid” għandu jiġi definit skont l-Artikolu 2(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007.

Id-dejta stabbilita fl-Artikolu 3(1)(a)(ii) u (c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 għandha tkun imqassma mill-gruppi ta' pajjiż tat-twelid li ġejjin:

pajjiż li jirrapporta (nattiv);

Stati Membri oħra tal-UE (imwieled/da barra iżda fl-UE);

barra mill-UE (imwieled/da barra u barra mill-UE), li minnhom

pajjiżi tal-EFTA,

pajjiżi Kandidati,

pajjiżi oħra li m'humiex fl-UE;

pajjiż tat-twelid mhux magħruf.

1.3.   Gruppi ta’ pajjiżi ta' residenza abitwali preċedenti

Id-dejta stabbilita fl-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 għandha tkun imqassma mill-gruppi ta' pajjiż ta' residenza abitwali preċedenti:

Stati Membri oħra tal-UE;

barra mill-UE, li minnhom

pajjiżi tal-EFTA,

pajjiżi Kandidati,

pajjiżi oħra li m'humiex fl-UE;

pajjiż mhux magħruf ta' residenza abitwali preċedenti.

1.4.   Gruppi ta’ pajjiżi ta' residenza abitwali sussegwenti

Id-dejta stabbilita fl-Artikolu 3(1)(b)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 għandha tkun imqassma mill-gruppi ta' pajjiż ta' residenza abitwali sussegwenti:

Stati Membri oħra tal-UE;

barra mill-UE;

pajjiż mhux magħruf ta' residenza abitwali sussegwenti.

2.   GRUPPI ADDIZZJONALI TA' PAJJIŻI LI M'HUMIEX FL-UE U TA' ĊITTADINANZI SKONT IL-LIVELL TA' ŻVILUPP

Għad-dejta stabbilita fl-Artikolu 3 (1)(a)(i), (ii) u (iii), u (c)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007, dejta relatata ma' pajjiżi oħra li m'humiex fl-UE u ċittadinanzi oħra li m'humiex tal-UE għandhom ukoll ikunu mqassma skont il-gruppi li ġejjin ta' livell ta' żvilupp:

pajjiżi żviluppati ħafna;

pajjiżi b'żvilupp medju;

pajjiżi b'inqas żvilupp.

3.   LISTA TA' PAJJIŻI U ĊITTADINANZI FI GRUPPI

Pajjiż tat-twelid, pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti u pajjiż ta' residenza abitwali sussegwenti għandhom jirreferu għall-pajjiżi definiti mill-konfini internazzjonali eżistenti fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' referenza.

Il-kompożizzjoni tal-UE, EFTA u Pajjiżi Kandidati għandha tkun bħal dik tal-1 ta' Jannar tas-sena ta' referenza.

Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Istati Membri listi ta' pajjiżi u ċittadinanzi li għandhom jiġu inklużi f'kull wieħed mill-gruppi bażiċi. Dawn il-listi tal-gruppi bażiċi għandhom jiġu aġġornati kif meħtieġ.

Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Istati Membri listi ta' pajjiżi u ċittadinanzi li għandhom jiġu inklużi f'kull wieħed mill-gruppi addizzjonali ta' livell ta' żvilupp. Dawn il-listi ta' gruppi addizzjonali għandhom jiġu aġġornati kif meħtieġ.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/40


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 352/2010

tat-23 ta’ April 2010

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ prodott b’denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pomme de terre de l’île de Ré (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 (1), u b’mod partikolari t-tieni frażi tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pomme de terre de l’île de Ré”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1187/2000 (3).

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi iżżid il-varjetà Carrera mal-lista tal-varjetajiet ta’ patata awtorizzata għall-produzzjoni tad-DPO “Pomme de terre de l’île de Ré” fil-kategorija “varjetajiet għall-konsum”. Dawn il-prattiki jiżguraw iż-żamma tal-karatteristiki essenzjali tad-denominazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emendi konċernati u kkonkludiet li huma ġustifikati. Billi l-emendi huma minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovahom mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pomme de terre de l’île de Ré” hija b’dan emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dokument uniku aġġornat jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 133, 6.6.2000, p. 19.


ANNESS I

B'dan huma approvati l-emendi li ġejjin fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pomme de terre de l’île de Ré”

Metodu ta' produzzjoni

It-tieni paragrafu tat-taqsima dwar il-metodu ta' produzzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa emendat bid-dispożizzjonijiet li jsegwu:

minflok

:

“Il-patata li hija intitolata għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Pomme de terre de l’île de Ré’ għandha toriġina mill-varjetajiet ta' patata għall-ikel (Alcmaria, Goulvena, Pénélope, Starlette) u ta' patata għall-ikel ta' laħma soda (Amandine, BF 15, Charlotte, Roseval).”,

jinqara

:

“Il-patata li hija intitolata għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Pomme de terre de l’île de Ré’ għandha toriġina mill-varjetajiet ta' patata għall-ikel (Alcmaria, Goulvena, Pénélope, Starlette, Carrera) u ta' patata għall-ikel ta' laħma soda (Amandine, BF 15, Charlotte, Roseval).”.

Is-seba' paragrafu tat-taqsima dwar il-metodu ta' produzzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa emendat bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

minflok

:

“L-irrigazzjoni hija awtorizzata sal-25 ta' Mejju għall-varjetajiet Alcmaria, Goulvena, Pénélope u Starlette, u sal-15 ta' Ġunju għall-varjetajiet Amandine, BF 15, Charlotte u Roseval.”,

jinqara

:

“L-irrigazzjoni hija awtorizzata sal-25 ta' Mejju għall-varjetajiet Alcamaria, Goulvena, Pénélope, Starlette u Carrera, u sal-15 ta' Ġunju għall-varjetajiet Amandine, BF 15, Charlotte u Roseval.”.

L-għaxar paragrafu tat-taqsima dwar il-metodu ta' produzzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa emendat bid-dispożizzjonijiet li jsegwu:

Minflok

:

“Il-kontenut ta' materja xotta tal-patata għandha tkun bejn 15 u 19 % għall-varjetajiet Alcmaria, Goulvena, Pénélope u Starlette, u 16 sa 19,5 % għall-varjetajiet Amandine, BF 15, Charlotte u Roseval.”,

jinqara

:

“Il-kontenut ta' materja xotta tal-patata għandha tkun bejn 15 u 19 % għall-varjetajiet Alcmaria, Goulvena, Pénélope Starlette u Carrera, u 16 sa 19,5 % għall-varjetajiet Amandine, BF 15, Charlotte u Roseval.”

Rekwiżiti nazzjonali

Minflok

:

“Digriet tal-5 ta' Frar 1998”,

jinqara

:

“Digriet dwar id-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Pomme de terre de l’île de Ré’ ”.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel

“POMME DE TERRE DE L’ILE DE RE”

Nru CE: FR-PDO-0105-0065-14.03.2008

 IĠP Image DPO

1.   Isem tad-DPO

“Pomme de terre de l’île de Ré”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, ipproċessati jew mhumiex

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem tal-punt 1

Il-pomme de terre de l’île de Ré hija patata bikrija ta' daqs żgħir (inqas minn 70 mm).

Il-patata li hija intitolata għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pomme de terre de l’Ile de Ré” għandha toriġina mill-varjetajiet ta' patata għall-ikel (Alcmaria, Goulvena, Pénélope, Starlette, Carrera) u ta' patata għall-ikel ta' laħma soda (Amandine, BF 15, Charlotte, Roseval).

Hija kkaratterizzata minn konsistenza ta' laħma soda kif ukoll aromi speċifiċi tal-pjanti. Il-kontenut ta' materja xotta tal-patata għandha tkun bejn 15 u 19 % għall-varjetajiet Alcmaria, Goulvena, Pénélope, Starlette, Carrera, u bejn 16 u 19,5 % għall-varjetajiet Amandine, BF 15, Charlotte u Roseval.

Tinġabar qabel il-maturità sħiħa, il-ġilda tagħha hija fina u tinqala' faċilment sempliċement bi brix ħafif (tuberi jitqaxxru).

Hija produzzjoni tal-istaġun li ma tistax titqiegħed għall-bejgħ qabel il-31 ta' Lulju (inkluż), tas-sena tal-ġabra u li mhix tajba għall-konservazzjoni fit-tul.

Il-pomme de terre de l’île de Ré hija ħaxixa friska li trid titpoġġa fis-suq malajr wara li tinqala' mill-art.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Mhux rilevanti

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Mhux rilevanti

3.5.   Fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Il-patata tiġi kkoltivata, magħżula, mqassma u ppakkjata fiż-żona.

3.6.   Regoli speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, għat-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

L-ippakkjar fiż-żona tal-pomme de terre de l’île de Ré hija ġustifikata fid-dawl tal-għanijiet li jsegwu:

 

Preżervazzjoni tal-awtentiċità tal-prodott:

L-ippakkjar tal-pommes de terre de l’Ile de Ré fiż-żona isir f'pakketti li ma jistgħux jaqbżu il-25 kg. It-tipi ta' pakkett jiżguraw l-identifikazzjoni tal-lottijiet u tal-oriġini tagħhom, filwaqt li jikkontribwixxu il-garanzija ta' intraċċar tal-patata.

 

Preżervazzjoni tal-karatteristiki tal-patata:

 

Il-pomme de terre de l’île de Ré hija prodott li jitpoġġa frisk biss fis-suq: għalhekk huwa meħtieġ li tgħaddi għall-ippakkjar malajr wara li tinqala' mill-art.

 

Barra minn hekk, il-pomme de terre de l’île de Ré tinġabar qabel il-maturità sħiħa u għalhekk hija prodott fraġli. Għandhom jiġi evitati skossi li jistgħu jbiddlu l-qoxra: daqqiet u tbenġil. Ukoll, il-produtturi jagħtu attenzjoni partikolari fl-istadju tal-ġbir kif ukoll fil-livell ta' tqaxxir u ppakkjar sabiex jinżammu l-karatteristiki tal-patata.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikkettar tal-patata bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pomme de terre de l’île de Ré” fiha kemm l-isem tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini kif ukoll il-kitba “denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew “DPO” li għandha tidher eżatt taħt l-isem tad-denominazzjoni.

4.   Delimitazzjoni taż-żona ġeografika

Iż-żona indikata tal-produzzjoni tal-patata li hija intitolata għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pomme de terre de l’île de Ré” tinsab fuq l’îlede Ré u tikkorrispondi għal ċerti artijiet li jinsabu fit-territorju tal-muniċipalitajiet li jsegwu: Canton d’Ars-en-Ré: Ars-en-Ré, La Couarde-sur-Mer, Loix, Les Portes-en-Ré, Saint-Clément-des-Baleines; Canton de Saint-Martin de Ré; Le Bois-Plage en Ré, La Flotte, Rivedoux-Plage, Sainte-Marie-de-Ré, Saint-Martin de Ré.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

L-Ile de Ré, li tinsab fuq in-naħa tal-Atlantiku, hija sit privileġġjat fuq il-pjan klimatiku, ikkaratterizzat minn:

ħafna xemx u dawl,

xita mhux abbondanti iżda preżenti minn Frar sa Mejju,

esponiment għal riħ sħun u qawwi.

Dawn il-fatturi klimatiċi tipiċi ta' klima Mediterranja, huma favorevoli għall-kultivazzjoni ta' patata bikrija billi tippermetti żvilupp bikri (dawl, sħana, ilma).

L-effetti tal-preċipitazzjoni inferjuri fil-kontinent flimkien mal-evapotraspirazzjoni huma kumpensati mill-eżistenza ta' biżżejjed riżervi idroġeoloġiki li jippermettu l-irrigazzjoni ta' kultivazzjonijiet, b'mod partikolari fil-mument tal-formazzjoni u tat-tkabbir tat-tuberu.

Fuq l’îlede Ré, l-artijiet riżervati għal-kultivazzjoni tal-patata jinsabu fuq artijiet kostali b'ħamrija bil-kalċju u konsistenza mrammla fuq bażi tal-kalċju. Dawn huma artijiet ħfief, nexfin li jiffiltraw u li jwasslu għal tisħin rapidu, li jiffavorixxu l-kultivazzjoni bikrija tal-patata. Il-kultivaturi tal-pommes de terre de l’île de Ré għarfu jisiltu partijiet minn dawn il-vantaġġi klimatiċi u pedoloġiki biex il-kultivazzjoni ta' dan it-tuberu ssir sew, skont il-metodi marbutin mad-drawwiet lokali, L-oriġinalità tal-metodi kulturali huma kkaratterizzzati, partikolarment:

mill-metodi ta' fertilizazzjoni: Użu ta' materja organika fil-ħarifa, partikolarment fil-forma ta' alka (fertilizzant organiku magħmul minn alka tal-baħar miġbura mill-bajjiet ta' l’île). Dan il-fertilizzant organiku, rikkezza ġenwina tal-patrimonju tal-gżira, ilu żmien l-unika riżorsa ta' kompost organiku. L-alka tiddekomponi iktar malajr mid-demel tal-bhejjem tal-ifrat u inqas twassal għall-mard.

permezz tat-tħawwil f'ringieli kompatti, mhux fondi, taħt saff ta' ħamrija ratba. Sabiex tiġi protetta mir-riħ u tiffavorixxi l-ġbir tagħha.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-pomme de terre de l’île de Ré hija magħrufa għal kemm hija bikrija meta mqabbla ma' patata bikrija tal-kontinent.

Hija kkaratterizata minn daqs żgħir, 70 % tal-kwantitajiet miġbura huma bejn 30 u 60 mm.

Hija kkaratterizzata minn laħma ta' konsistenza soda kif ukoll aromi speċifiċi tal-pjanti.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Il-pomme de terre de l’île de Ré hija bikrija minħabba il-klima partikolari tal-île de Ré u għażla ta' artijiet adattati b'mod partikulari.

Il-pomme de terre de l’île de Ré hija aktar bikrija minn dik tal-kontinent mingħajr l-użu ta' kultivazzjoni fis-serer jew għall-kenn, billi l-klima tal-gżira u b'mod notevoli t-temperaturi tajbin tagħha jippermettu kultivazzjoni bikrija li tieħu vantaġġ mid-dawl tax-xemx u klima ħelwa biex tikber malajr.

It-tip ta' art magħżula mill-kultivaturi ukoll twassal biex il-patata timmatura kmieni. L-artijiet ħfief u li jiskulaw jisħnu malajr u jneħħu l-umdità żejda li hija ħażina għall-iżvilupp tal-għeruq tal-patata u l-iżvilupp tat-tuberu.

Sabiex tagħmel użu minn dawn il-kundizzjonijiet favorevoli, il-pommes de terre de l’île de Ré ma tiġix miżrugħa fil-fond.

L-artijiet ħfief jikkontribwixxu għall-kwalità tat-tuberi li, billi jinġabru qabel tmiem il-maturità tagħhom, huma għalhekk fraġli u b'hekk sensittivi għall-inqas skoss anke waqt il-ġbir, mqiegħda f'raba' mrammla u mingħajr.

Il-kultivazzjonijiet huma magħmulin minn densitajiet għolja u ringieli kompatti taħt qoxra dgħajfa li tilqa' r-riħ tal-gżira li xi kultant ikun qawwi.

Dawn il-kundizzjonijiet tal-kultivazzjonijiet, b'mod partikolari d-densità jirriżultaw fid-daqs żgħir li jikkaratterizza il-pomme de terre de l’île de Ré.

Il-karatteristiċi organolettiċi tal-pomme de terre de l’îlede Ré jiddependu kemm mill-għażla ta' varjetajiet kif ukoll tal-karatteristika bikrija ta' din il-patata li, flimkien mat-territorju tal-gżira, jirriżultaw f'patata li tibqa' sħiħa u tagħti aroma ta' ħaxix u tar-rebbiegħa.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

http://www.inao.gouv.fr/repository/editeur/pdf/CDC-AOP/CDCPommeDeTerreDeLIleDeRe.pdf


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 353/2010

tat-23 ta' April 2010

li japprova emendi żgħar fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mirabelles de Lorraine (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Mirabelles de Lorraine”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2)

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjonijiet filwaqt li żżid il-mirabelles ffriżati f'temperatura baxxa ħafna. Diġà saru xi emendi oħra, speċjalment rigward il-prova tal-oriġini u t-tikkettar.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda żgħira skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista' tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Mirabelles de Lorraine” huma b'dan emendati skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dokument sħiħ li jinkludi l-elementi ewlenin ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.


ANNESS I

Fl-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta tal-“Mirabelles de Lorraine”, ġew approvati l-emendi li ġejjin:

Deskrizzjoni

(1)

Żieda tal-paragrafu: “Il-Mirabelles de Lorraine jistgħu jkunu ppakkjati u ppreżentati friski jew iffriżati. Il-mirabelles friski huma mmirati għall-konsum bħala frott individwali jew għall-ipproċessar. Il-mirabelles iffriżati f'temperatura baxxa ħafna huma maħsuba għall-ipproċessar jew għall-konsumatur individwali u jistgħu jkunu ppreżentati f'forom differenti:

(a)

sħaħ bl-għadma

(b)

sħaħ mingħajr għadma

(c)

maqsumin (nofsijiet) mingħajr għadma”

(2)

Deskrizzjoni preċiża tal-prodott tispeċifika l-użu differenti u l-possibbiltajiet għall-preżentazzjoni tal-frott.

(3)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-karatteristiċi tal-prodott għandhom, għal kull kategorija, jikkonformaw mar-regolamentazzjoni li tinsab fis-seħħ.”

(4)

Għandha tiżdied tabella li tiddeskrivi l-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-prodott:

 

Mirabelles de Lorraine

Karatteristiċi

Frott ≥ dijametru ta’ 22 mm

Frott tal-Kategorija I li jittiekel bħala frott individwali

Regoli għall-frott immirat għall-ipproċessar

Couleur ≥ Kulur 4 (ara l-iskala ta’ kuluri AREFE fl-anness 5)

Kontenut medju ta’ zokkor ≥ 16° Brix għall-frott li jittiekel bħala frott individwali u ≥ 15° Brix għall-frott immirat għall-ipproċessar (metodu tat-tħin)

Prova tal-oriġini

(1)

Is-sentenza “Għal kull kunsinna, l-impriżi parteċipanti għandhom jinkludu f'reġistru l-isem tar-razzett fejn tkabbar il-frott, il-kwantità mibgħuta, it-tip ta’ ppakkjar u l-użu aħħari” għandha tiġi sostitwita bil-kliem “Għal kull kunsinna, l-impriżi parteċipanti għandhom japplikaw arranġamenti għat-traċċabbiltà axxendenti u dixxendenti li tippermetti l-identifikazzjoni tal-oriġini, il-kwantità mibgħuta, it-tip ta’ ppakkjar u l-użu aħħari.”

(2)

Il-punti li ġejjin huma mħassra:

(a)

“id-dikjarazzjonijiet tal-istampar u l-użu ta’ ‘aerex crates’, il-banners, it-tikketti jew il-biljetti li jagħmlu riferenza għat-tikketta

(b)

kopja tal-konformità tal-parteċipanti rigward it-tikketti, il-banners u l-biljetti ta’ identifikazzjoni”

(3)

Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

(a)

“Wara l-ippakkjar, kull pakkett individwali ta’ frott li jittiekel bħala frott individwali u kull pelit tal-frott maħsub għall-ipproċessar industrijali għandu jkun identifikat għall-inqas b'kodiċi li jippermetti li wieħed isib l-informazzjoni tal-istadji preċedenti tal-produzzjoni (dan il-kodiċi jista' jikkorrispondi man-numru tal-fajl tal-ipproċessar jew man-numru tal-fajl tal-pelit).

(b)

Meta ssir il-kunsinna, il-fajls tal-produzzjoni għandhom jiġu kompluti bid-data tal-kunsinna u b'isem il-klijent.”

Metodu ta’ produzzjoni

(1)

Dettalji dwar it-tip ta’ ħamrija biż-żieda ta’ “45 % ta’ elementi fini ta’ inqas minn 20 microns (tafal u tajn fin)”.

(2)

Għandha titneħħa din il-parti mill-paragrafu 4.4.2: “huwa possibbli li l-klima tinfluwenza l-kwalità tal-prodott; din ir-rabta bejn il-ħamrija, il-klima u l-kwalità hija attwalment is-suġġett ta’ studju mwettaq mill-AREFE: f'6 snin ġew studjati 20 masġar u l-konklużjonijiet ta’ din l-esperimentazzjoni se jkunu ppubblikati fi żmien tliet snin”.

(3)

Ir-riferenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet reġjonali għat-tħawwil mill-ġdid tal-imsaġar għandhom jitneħħew.

(4)

Ir-riferenza għall-analiżi tal-weraq fil-ħarifa għandha titneħħa.

(5)

Ir-riferenza għad-densità tat-tħawwil minimu ta’ 150 siġra għal kull ettaru għandha titneħħa.

(6)

Il-kriterji għall-analiżi tal-grad ta’ maturità għandhom ikunu emendati.

(7)

Saret riferenza għall-iskala AREFE iktar milli għall-iskala Hunter A.

(8)

Ir-riferenza għar-relazzjoni zokkor / aċidità superjuri jew ekwivalenti għal 4 għandha tkun sostitwita bil-miżura ta’ kontenut ta’ zokkor minimu ta’ 15 Brix.

(9)

Għandhom jiżdiedu l-ispjegazzjonijiet li ġejjin dwar it-total tat-temperaturi: “Total minimu ta’ temperaturi fl-istadju F2 ta’ 1 750 °C (anness 6: protokoll ta’ maturità). Fil-punt meta 50 % tal-fjuri jinfetħu, wieħed jibda jakkumula t-temperaturi medji ta’ kuljum. Jidher li l-varjetà tal-Mirabelle 1510 timmatura f'temperatura ta’ 1 850 °C. Tipi bikrija speċifiċi jimmaturaw f'temperatura ta’ madwar 1 750 °C.”

(10)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej dwar l-iffriżar f'temperaturi baxxi ħafna: “It-teknoloġija tal-iffriżar f'temperaturi baxxi ħafna tikkonsisti fil-ħolqien ta’ skambju ta’ sħana qawwija li jippermetti lit-temperatura massima tinżel malajr ħafna għal –18 °C; teknoloġija li tagħmel l-iffriżar f'temperaturi baxxi ħafna differenti minn iffriżar sempliċi. Iktar ma jkun mgħaġġel dan l-iskambju, iktar joħorġu aħjar il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott. Dan il-metodu ta’ konservazzjoni jippriżerva l-kwalità u l-karatteristiċi organolettiċi tal-mirabelles de Lorraine. L-iffriżar f'temperaturi baxxi ħafna għandu vantaġġi bħal:

(a)

Vantaġġi organolettiċi (id-dehra, il-konsistenza, it-togħma). Mill-proċessi ta’ konservazzjoni kollha, il-kesħa biss tippermetti li jkunu restitwiti l-kwalitajiet organolettiċi kollha tal-prodotti magħżula fl-istat frisk inizjali tagħhom.

(b)

Vantaġġi nutrittivi. L-iffriżar f'temperaturi baxxi ħafna m'għandu l-ebda effett fuq il-valur nuttrittiv. Il-kesħa profonda tistabbilizza l-ikel fi stat partikolari.

(c)

Vantaġġi mikrobijoloġiċi. F'temperatura ta’ inqas minn –18 °C, il-mikroorganiżmi ma jiżviluppawx iktar. In-nuqqas totali tal-ilma (trasformat malajr, u kompletament, f'silġ) huwa wkoll xkiel għall-proliferazzjoni tagħhom”.

(11)

Il-kliem “din iż-żona tikkorrispondi għall-istadji tal-produzzjoni, tal-ħżin qabel l-ippakkjar u tal-ippakkjar tal-frott” għandha tiġi sostitwita bil-kliem “għal frott frisk, il-proċess kollu (il-produzzjoni, it-tqassim, l-użin, l-ippakkjar) għandu jsir fiż-żona ġeografika. Għall-frott iffriżat, l-istadji li ġejjin għandhom isiru fiż-żona ġeografika: il-produzzjoni, it-tqassim, l-użin, it-tneħħija tal-għadma u l-iffriżar.”

Tikkettar:

Tikkettar: miġjub f'konformità mal-iżviluppi regolatorji.

Oħrajn

Isem u kompożizzjoni tal-grupp:

AIAL issa sar AMDL

Isem il-president tħassar

L-ismijiet tal-impriżi membri ġew irtirati

Żdiedu mat-test l-iskop u l-funzjoni tal-assoċjazzjoni

Ingħataw iktar dettalji fuq il-bażi tal-istatut tal-assoċjazzjoni dwar il-funzjoni u r-rwol tagħha fuq il-promozzjoni tal-kwalità

L-aġġornament tal-klassi skont ir-Regolament (KE) Nru 1898/2006


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

MIRABELLES DE LORRAINE

Nru ral-KE: FR-IĠP-0117-0194-10.12.2007

IĠP (X) DPO ( )

1.   Isem

“Mirabelles de Lorraine”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6:

Frott u ħxejjex

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li tapplika għaliha d-denominazzjoni msemmija f’punt 1

Frotta tonda, safra jew dehbiena meta timmatura li għandha għadma żgħira li tinqala’ (dijametru > 22 mm), b’kontenut ta’ zokkor medju ta’ 16° Brix għall-frotta li tittiekel individwalment u ta’ 15° Brix għall-frotta pproċessata li għandha kulur nru 4 fuq l-iskala tal-kuluri AREFE, li hija prodotta mit-taħlit tal-varjetajiet “Mirabelles de Nancy” u “Mirabelles de Metz”, u li kienet irreġistrata fil-katalgu uffiċjali tal-ispeċijiet fl-1961 taħt in-numri 91 291 u 91 290 (il-familja Rosaceae, l-ispeċi Prunus Insistitia).

Il-“mirabelles de Lorraine” huma ppreżentati friski jew iffriżati f’temperaturi baxxi (sħaħ bl-għadma, sħaħ mingħajr għadma jew maqsumin (nofsijiet) mingħajr għadma).

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Għall-frott frisk, il-proċess tal-produzzjoni kollu, it-tqassim, il-kejl tad-daqs (sizing) u l-ippakkjar għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata.

Għall-frott iffriżat, l-istadji tal-produzzjoni, it-tqassim, il-kejl tad-daqs, it-tneħħija tal-għadma u l-iffriżar f’temperaturi baxxi ħafna għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata biss.

Regoli speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, għat-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Minħabba l-fraġilità tal-frotta u r-riskji li l-frotta titgħaffeġ matul it-trasport, l-ippakkjar tal-frott frisk għandu jsir fiż-żona ġeografika identifikata.

B’ippakkjar wieħed jifhem kemm l-imballaġġ individwali, kif ukoll fuq pelits u l-iffriżar f’temperaturi baxxi ħafna.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

“Mirabelles de Lorraine”

Isem u indirizz tal-organizzazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat

Riferenza IĠP u/jew Logo Komunitarju

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-“Mirabelle de Lorraine” tkopri l-muniċipalitajiet kollha tad-départements ta’ la Meuse, la Meurthe-et-Moselle, la Moselle u ta’ les Vosges.

Wieħed ma jistax jistenna mill-indikazzjoni ġeografika protetta tal-“Mirabelles de Lorraine” ħlief frott li jkun ġej mill-imsaġar li jinsabu f’din iż-żona ġeografika.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Ir-reġjun tal-Lorraine huwa ideali għall-kultivazzjoni tal-mirabelles. Dan ir-reġjun jiddistingwi ruħu mill-ħamrija tat-tafal u tal-franka (manjeżju-potassju). L-imsaġar tal-Lorraine huma mħawlin f’ħamrija li fiha 45 % ta’ elementi fini ta’ inqas minn 20 microns (tafal u tajn fin).

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-Mirabelles de Lorraine huma magħmulin minn żewġ varjetajiet lokali: il-varjetajiet Mirabelles ta’ Nancy u l-Mirabelles ta’ Metz.

L-ispeċifiċità tal-Mirabelles de Lorraine hija marbuta mal-mod ta’ kultivazzjoni tagħhom. Sabiex il-frott jikber bl-aħjar mod, id-densità tal-imsaġar ma għandhiex tkun iktar minn 400 siġra għal kull ettaru, il-ġbir tal-frott għandu jsir meta l-frott ikun immatura sew, u għandu jsir f’perjodu qasir (fi żmien 6 ġimgħat mill-bidu t’Awwissu sa nofs Settembru). Il-prodott imfittex huwa frotta safra u ħelwa għall-kuntrarju ta’ mirabelles aħdar u aċiduż li wieħed jista’ jsib f’reġjuni oħra.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-rabta mal-oriġini ġeografika tiddependi mir-reputazzjoni tal-prodott. Din ir-reputazzjoni hija bbażata fuq l-inklużjoni tal-Mirabelle de Lorraine fil-kċina lokali li tinstab fil-letteratura grazzi għar-riferenzi storiċi li jmorru lura għas-seklu 16.

Barra minn hekk, il-festi tradizzjonali li għadhom isiru sal-lum huma xhieda ta’ din ir-reputazzjoni fost il-konsumaturi. Ir-reġjun tal-Lorraine jiżgura fuq kollox bejn 70 % u 80 % tal-produzzjoni Franċiża tal-mirabelles friski.

Il-metodi tradizzjonali ta’ pproċessar: ġamm, ħelu u frott tal-bott li huma parti importanti tal-attività tas-settur tal-Mirabelles de Lorraine. In-numru kbir ta’ riċetti tar-reġjun tal-Lorraine li jinkludu l-mirabelles huma xhieda tal-użu tradizzjonali minbarra l-konsum tal-frott frisk.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

http://www.inao.gouv.fr/repository/editeur/pdf/CDC-IGP/CDC-mirabelle-de-Lorraine.pdf


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/50


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 354/2010

tat-23 ta’ April 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

94,2

MA

85,7

TN

113,3

TR

93,1

ZZ

96,6

0707 00 05

MA

41,9

TR

113,1

ZZ

77,5

0709 90 70

MA

86,8

TR

89,7

ZZ

88,3

0805 10 20

EG

46,5

IL

55,6

MA

51,7

TN

50,4

TR

55,8

ZZ

52,0

0805 50 10

EG

65,6

IL

58,2

TR

61,6

ZA

64,6

ZZ

62,5

0808 10 80

AR

96,8

BR

82,0

CA

113,4

CL

84,3

CN

77,8

MK

26,2

NZ

120,0

US

132,2

UY

78,3

ZA

83,0

ZZ

89,4

0808 20 50

AR

94,2

CL

95,9

CN

76,1

NZ

167,4

ZA

88,0

ZZ

104,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 355/2010

tat-23 ta’ April 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn April 2010 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 tal-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX tar-Regolament imsemmi.

(2)

Għall-finijiet tal-kwoti previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, it-tieni subperjodu huwa x-xahar ta' April.

(3)

Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4130, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' April 2010, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota/i kkonċernata/i.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' April 2010, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, ma jaqbżux [jew huma daqs] il-kwantitajiet disponibbli.

(5)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu ffissati, għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130, il-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(6)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4130 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2010, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont il-koeffiċjent/i ta' allokazzjoni stabbilit/i fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti li jaqgħu taħt in-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2010 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30, provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' April 2010

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2010

(f'kg)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4127

 (1)

16 870 000

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

8 520 395

L-Awstralja

09.4129

 (1)

876 000

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

1,077721  %

0


(1)  l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.


DIRETTIVI

24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/54


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/27/UE

tat-23 ta' April 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tat-triflumizole bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista inkludiet it-triflumizole. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/748/KE (4) ġie deċiż li t-triflumizole ma jkunx inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli minn 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(3)

L-applikazzjoni tressqet lill-Pajjiżi Baxxi, li kienu nħatru bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-utenti sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/748/KE. L-applikazzjoni tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li fadal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(4)

Il-Pajjiżi Baxxi vvalutaw l-informazzjoni l-ġdida u d-dejta mressqa min-notifikant u ħejjew rapport addizzjonali fis-6 ta’ Marzu 2009.

(5)

Ir-rapport addizzjonali ġie rivedut inter pares mill-Istati Membri u mill-EFSA u ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Diċembru 2009 fil-format tal-Konklużjonijiet tal-EFSA għat-triflumizole (6). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-12 ta’ Marzu 2010 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-triflumizole.

(6)

Il-valutazzjoni l-ġdida mir-relatur tal-Istati Membri u l-konklużjoni mill-EFSA kkonċentraw fuq it-tħassib li wassal għan-nuqqas ta' inklużjoni. Dak it-tħassib kien il-valutazzjoni tar-riskju inaċċettabbli għall-operaturi u l-ħaddiema.

(7)

Id-dejta l-ġdida mressqa min-notifikant turi li l-esponiment tal-operaturi u l-ħaddiema tista' titqies bħala aċċettabbli sakemm jintlibes it-tagħmir protettivi addizzjonali.

(8)

Mill-bosta eżamijiet li saru ħareġ li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triflumizole jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrapportati fid-detall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li t-triflumizole jiġi inkluż fl-Anness I, biex jiġi assigurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(9)

Għalhekk jixraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2010. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2010.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 252, 20.9.2008, p. 37.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance triflumizole. Il-Ġurnal EFSA 2009; 7(12):1415. [49 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2009.1415. Disponibbli fuq l-internet: www.efsa.europa.eu


ANNESS

Dan li ġej għandu jiġi inkluż fi tmiem it-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“311

Triflumizole

Nru CAS: 99387-89-0

Nru CIPAC: 730

(E)-4-chloro-α,α,α-trifluoro-N-(1-imidazol-1-yl-2-propoxyethylidene)-o-toluidine

≥ 980 g/kg

Impuritajiet:

Toluene: mhux iktar minn 1 g/kg

l-1 ta’ Lulju 2010

it-30 ta’ Ġunju 2020

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala fungiċida fis-serer fuq substrati artifiċjali.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar it-triflumizole u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta' Marzu 2010.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

is-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema: il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jippreskrivu l-użu ta’ tagħmir protettiv personali adegwat.

l-impatt potenzjali fuq l-organiżmi akkwatiċi u jridu jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/57


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/28/UE

tat-23 ta' April 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-metalaxyl bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-metalaxyl hija waħda mis-sustanzi elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' ħidma li jissemma fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (2).

(2)

B'konswegwenza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Lulju 2007 fil-Każ C-326/05 P Industrias Químicas del Vallés v il-Kummissjoni (3), li annulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/308/KE (4) li tikkonċerna n-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ metalaxyl fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 1313/2007 tat-8 ta' Novembru 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2076/2002 rigward l-estensjoni tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-metalaxyl u (KE) Nru 2024/2006 rigward it-tneħħija tad-deroga dwar il-metalaxyl (5) u r-Regolament (KE) Nru 416/2008 tat-8 ta' Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3600/92 rigward il-valutazzjoni tas-sustanza attiva metalaxyl fil-qafas tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (6).

(3)

L-Artikolu 266 tat-TFUE jobbliga lill-istituzzjoni li l-att tagħha ġie ddikjarat null biex tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Jinħtieġ għalhekk li l-metalaxyl tiġi evalwata għal darb'oħra filwaqt li titqies l-informazzjoni addizzjonali mogħtija.

(4)

Rapport addizzjonali ta' evalwazzjoni tressaq mill-Istat Membru relatur, il-Portugall, li saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni u ġie ffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta' Marzu 2010 fl-għamla ta' rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-metalaxyl.

(5)

Mir-reviżjoni tal-metalaxyl ma ħarġux mistoqsijiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà Alimentari li ħadet ir-rwol tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti.

(6)

Deher mill-bosta eżamijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrappurtati fid-detall fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-metalaxyl jiġi inkluż fl-Anness I, sabiex ikun aċċertat li f'kull Stat Membru l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl jkunu jistgħu jingħataw skont id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessanti jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(8)

Bla ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE konsegwenza tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl sabiex jaċċertaw li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, skont il-każ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(9)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għaldaqstant, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li jinħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, b’mod speċjali l-obbligu li jiġi vverifikat li min ikollu l-awtorizzazzjoni juri aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sal-ġurnata preżenti li jemendaw l-Anness I.

(10)

Għaldaqstant hu xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jgħaddu minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   F’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri għandhom, meta jkun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Sa dik id-data, dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar il-metalaxyl jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-metalaxyl bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jiġu kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-metalaxyl. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-metalaxyl bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih il-metalaxyl bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2014 jew sad-data ffissata għat-tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda hi l-aktar riċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Lulju 2010.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19. 8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(3)  [2007] ECR I -6557.

(4)  ĠU L 113, 7.5.2003, p. 8.

(5)  ĠU L 291, 9.11.2007, p. 11.

(6)  ĠU L 125, 9.5.2008, p. 25.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ir-ringiela li ġejja tiżdied ma' tmiem it-tabella:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“309

Metalaxyl

CAS No 57837-19-1

CIPAC No 365

Methyl N-(methoxyacetyl)-N-(2,6-xylyl)-DL-alaninate

950 g/kg

L-impurità 2,6-dimethylaniline tqieset ta' relevanza tossoloġika u huwa stabbilit livell massimu ta’ 1g/Kg.

L-1 ta’ Lulju 2010

It-30 ta’ Ġunju 2020

PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ valutazzjoni dwar il-metalaxyl, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta’ Marzu 2006 għandhom jiġu kkunsidrati.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma ta' taħt l-art mis-sustanza attiva jew il-prodotti tad-degradazzjoni tagħha CGA 62826 u CGA 108906 meta s-sustanza attiva tiġi applikata fir-reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli. Għandhom jiġu applikati miżuri ta' tnaqqis tar-riskju fejn jixraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ April 2010

dwar il-finanzjament tal-programm ta’ ħidma 2010 għat-taħriġ dwar is-sikurezza fl-ikel u fl-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali fil-qafas tal-Programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel

(2010/230/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjħa r-“Regoli Implimentattivi”), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-Aġenziji Eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(1)(b) u (c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula r-regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali biex tkun ivverifikata l-konformità mar-regoli li jimmiraw, partikolarment, li jwaqqfu, jeliminaw jew inaqqsu għal livelli aċċettabbli r-riskji għall-bnedmin u għall-annimali, li jiggarantixxu prassi ġusta fil-kummerċ tal-għalf u tal-ikel, u li jħarsu l-interessi tal-konsumatur. L-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament jistipula li l-Kummissjoni tista’ torganizza l-korsijiet għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li huma inkarigati biex jieħdu ħsieb il-kontrolli msemmijin fir-Regolament, dawn il-korsijiet jistgħu jkunu miftuħin għall-parteċipanti minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi li qegħdin fi stat ta’ żvilupp. Dawn il-korsijiet jistgħu jinkludu b’mod partikolari t-taħriġ rigward il-liġi tal-Unjoni dwar l-għalf u l-ikel u rigward ir-regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali.

(2)

Il-“Programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel” ġie mwaqqaf mill-Kummissjoni biex jintlaħqu l-miri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2006) 519 finali (5) tistudja l-possibbiltajiet għall-organizzazzjoni tat-taħriġ fil-ġejjieni.

(3)

Il-programm ta’ ħidma 2010 għall-implimentazzjoni ta’ “Programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel” għaldaqstant għandu jiġi adottat.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 (6) tal-Kunsill, waqqfet l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (“l-Aġenzija”).

(5)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2008) 4943 tad-9 ta’ Settembru 2008 ddelegat ċerti ħidmiet ta’ treġija u implimentazzjoni tal-programmi lill-Aġenzija, li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri ta’ taħriġ għas-sikurezza fl-ikel imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Għaldaqstant għandu jingħata sussidju għall-ħidma lill-Aġenzija għas-sena 2010 biex jiffinanzja l-attivitajiet marbutin mal-Programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel.

(6)

Billi l-programm ta’ ħidma tal-2010 huwa qafas iddettaljat biżżejjed, id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 90 tar-regoli implimentattivi.

(7)

Għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jixraq li jitfisser it-terminu “bidla sostanzjali”, fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-regoli implimentattivi.

(8)

Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas tan-nefqa għandhom isiru fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fir-regoli implimentattivi. Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw ukoll iċ-ċirkostanzi li fihom, dawk il-kredituri li jitħallsu b’lura jkunu intitolati li jirċievu l-imgħax fil-każ ta’ nuqqas ta’ pagament impost fuq il-linja li minnha tħallset is-somma ewlenija.

(9)

Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi r-regoli dwar il-pagament tal-imgħaxx fuq pagamenti tardivi li jkunu marbutin ma’ azzjonijiet li huma inklużi fil-programm ta’ ħidma tal-2010,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni fl-2010 tal-Programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel kif stipulat fl-Anness huwa b’dan adottat. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

1.   L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma għandu jkun ta’ EUR 15 370 000, li għandu jiġi ffinanzjat mil-linji baġitarji tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2010:

(a)

:

linja baġitarja nru 17 04 07 01

:

EUR 14 000 000

(b)

:

linja baġitarja nru 17 01 04 05

:

EUR 260 000

(c)

:

linja baġitarja nru 17 01 04 31

:

EUR 1 110 000

2.   L-ammont stipulat fil-paragrafu 1(c) għandu jitħallas lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi u għandu jikkostitwixxi sussidju għall-ħidma.

3.   L-imgħaxx li jkun irid jitħallas fuq il-ħlas tardiv ukoll jista’ jitħallas mill-istess linji baġitarji, skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Artikolu 3

Bidliet kumulattivi tal-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet speċifiċi koperti mill-programm ta’ ħidma li ma jaqbżux l-20 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima prevista mill-Artikolu 2(1) ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, sakemm dawn ma jaffettwawx b’mod sinifikanti n-natura u l-għan tal-programm ta’ ħidma.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jadotta dawn il-bidliet skont il-prinċipji tal-maniġment finanzjarju sod u tal-proporzjonalità.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(5)  SEC(2006) 1163 u SEC(2006) 1164, 20.9.2006.

(6)  ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.


ANNESS

dwar il-finanzjament tal-programm ta’ ħidma 2010 għat-taħriġ dwar is-sikurezza fl-ikel u fl-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali fil-qafas tal-Programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel

1.1.   Introduzzjoni

Dan il-programm ta’ ħidma fih tliet miżuri implimentattivi għall-2010. Abbażi tal-miri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, id-distribuzzjoni tal-baġit u l-azzjonijiet ewlenin huma kif ġej:

1.2.

Għal akkwisti (implimentati f’maniġment iċċentralizzat dirett):

1.2.1.

Taħriġ: kuntratti esterni għat-twettiq ta’ programm ta’ taħriġ

EUR 14 000 000

1.2.2.

Taħriġ: rapport annwali, tagħmir u strumenti tal-IT, materjal promozzjonali, appoġġ tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni

EUR 260 000

1.3.

Azzjonijiet oħra: Sussidju operattiv għall-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika u l-Konsumaturi

EUR 1 110 000

TOTAL

EUR 15 370 000

1.2.   Akkwisti

L-ammont baġitarju globali riżervat għall-kuntratti tal-akkwisti fl-2010 jammonta għal EUR 14 000 000.

1.2.1.   Taħriġ: Kuntratti esterni għat-twettiq tal-programm ta’ taħriġ

BAŻI LEGALI

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 51 u l-Artikolu 66(1)(b)

IL-LINJA BAĠITARJA

Linja baġitarja: 17 04 07 01

NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI

Għal kull waħda mill-kwistjonijiet tekniċi msemmija hawn taħt se jiġi ffirmat kuntratt wieħed, jew aktar, ta’ servizz speċifiku. Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 17-il kuntratt ta’ servizz. Il-kuntratturi esterni jkunu involuti primarjament fl-aspetti organizzattivi u loġistiċi tal-attivitajiet ta’ taħriġ.

IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK IKUN POSSIBBLI)

Għall-2010, l-azzjoni ta’ taħriġ se tkun dwar is-suġġetti li ġejja:

L-ispezzjonijiet ta’ kontroll veterinarju u tas-sikurezza tal-ikel u l-għalf f’Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera (ajruporti, portijiet u toroq/ferroviji),

Iż-żoonożi u kriterji mikrobijoloġiċi fi prodotti tal-ikel,

Il-Benesseri tal-Annimali,

Il-Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti,

Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf: fokus fuq ir-regoli tal-iġjene tal-għalf,

Il-ħarsien minn, il-kontroll u l-qerda tal-Enċefalopatija Sponġiformi li Tinxtered,

Il-kontrolli fuq prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali fil-ħin tal-importazzjoni,

L-iskemi ta’ kwalità tal-UE (agrikoltura organika u indikazzjonijiet ġeografiċi),

Il-verifiki interni tas-sistemi uffiċjali tal-kontroll,

L-appoġġ għall-kontrolli tal-Unjoni fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi,

RASFF/TRACES f’pajjiżi terzi,

L-analiżi tal-OĠM,

Ir-regoli tal-UE dwar l-ikel u r-rekwiżiti tal-UE għall-importazzjoni tal-ikel,

Id-dijanjożi u l-kontroll tal-Influwenza tat-Tjur bi Patoġeniċità Qawwija,

Kwistjonijiet oħra dwar il-benessri u saħħa tal-annimali, kwistjonijiet dwar is-sikurezza tal-għalf u tal-ikel; il-kooperazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali oħra għat-taħriġ u l-istudji l-konferenzi u l-valutazzjonijiet tas-sikurezza fl-ikel.

L-IMPLIMENTAZZJONI

It-EUR 13 320 000 (il-finanzjament ta’ miżuri għas-sikurezza fl-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004) se jkunu amministrati u użati mill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE (1)). Is-EUR 680 000 li jibqa’ se jintużaw mill-Kummissjoni biex ikopru l-programm dwar l-OĠM u fuq studji, konferenzi u stimi.

IL-PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI

Bejn wieħed u ieħor minn April sa Ġunju biex il-kuntratti jkunu ffirmati fl-2010.

AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

EUR 14 000 000.

1.2.2.   Taħriġ: rapport annwali, tagħmir u strumenti tal-IT, materjal promozzjonali, appoġġ tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni

BAŻI LEGALI

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(ċ)

IL-LINJA BAĠITARJA

Linja baġitarja: 17 01 04 05

NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI

Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar tliet kuntratti ta’ servizz.

IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK IKUN POSSIBBLI)

L-azzjonijiet li se jkunu ffinanzjati taħt dan il-baġit jimmiraw li jiffaċiltaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ, tat-tagħmir u l-għodod tal-IT u tat-tagħlim elettroniku, kif ukoll l-appoġġ għall-materjali promozzjonali, għat-tagħrif u għall-komunikazzjoni.

L-IMPLIMENTAZZJONI

Din l-azzjoni se tkun implimentata direttament mid-DĠ SANCO.

IL-PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI

Bejn wieħed u ieħor minn April sa Settembru.

AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

EUR 260 000.

1.3.   Azzjonijiet oħra: Sussidju operattiv għall-Aġenzija Eżekuttiva dwar is-Saħħa Pubblika u l-Konsumaturi

Il-BAŻI LEGALI

Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003, b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu

IL-LINJA BAĠITARJA

Linja baġitarja: 17 01 04 31

L-AMMONT

EUR 1 110 000

ID-DESKRIZZJONI U L-GĦAN TAL-MIŻURA IMPLIMENTATTIVA

Dan il-baġit jiffinanzja s-sussidju operattiv tal-Aġenzija għas-sena 2010 marbut mal-programmi skont l-“FP Intestatura 2”. Il-linja ta’ Baġit 17.01.04.31 tiffinanzja s-sussidju operattiv tal-Aġenzija għall-2010 għall-parti marbuta mal-programm Taħriġ Aħjar għal Aktar Sikurezza fl-Ikel. Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, is-sussidju operattiv għandu jittieħed mill-allokazzjoni finanzjarja għall-progammi tal-Unjoni mmaniġġjati mill-Aġenzija. Żewġ linji ta’ baġit separati nħolqu bil-baġit 2010 għas-sussidju li jrid jitħallas lill-Aġenzija, wieħed għall-programmi skont l-Intestatura 2 u ieħor għal programmi skont l-Intestatura 3b tal-Perspettivi Finanzjarji.


(1)  ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.