ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.102.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 102

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
23 ta' April 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 331/2010 tat-22 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-volumi li fihom jiġu attivati d-dazji addizzjonali għall-ħjar u ċ-ċirasa, minbarra ċ-ċirasa qarsa

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 332/2010 tat-22 ta' April 2010 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2010 tat-22 ta’ April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għal Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd. il-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office ( 1 )

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2010 tat-22 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 721/2008 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 tat-22 ta' April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 336/2010 tal-21 ta’ April 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 337/2010 tat-22 ta’ April 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

27

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 338/2010 tat-22 ta’ April 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

29

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 339/2010 tat-22 ta’ April 2010 li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

33

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 340/2010 tat-22 ta’ April 2010 li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

34

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 341/2010 tat-22 ta’ April 2010 li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

35

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2010 tat-22 ta’ April 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

37

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 343/2010 tat-22 ta’ April 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

39

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 344/2010 tat-22 ta’ April 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

41

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 345/2010 tat-22 ta’ April 2010 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

43

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/227/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2010 dwar il-Bank tad-Dejta Ewropew tal-Mezzi Mediċi (Eudamed) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2363)  ( 1 )

45

 

 

2010/228/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ polpa u konċentrat tal-frott Morinda citrifolia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2397)

49

 

 

2010/229/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2010 rigward l-abbozz tad-Digriet tal-Italja li jwaqqaf l-istandards li jirregolaw it-tikkettar tal-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, tal-ħalib UHT, tal-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u tal-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll tal-prodotti tal-ħalib (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2436)  ( 1 )

52

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 330/2010

tal-20 ta’ April 2010

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 19/65/KEE tat-2 ta' Marzu 1965 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim u prattiċi miftiehma (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta' dan ir-Regolament,

Wara li kkunsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Nru 19/65/KEE jagħti l-poter lill-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (*) permezz ta' regolament għal ċerti kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma korrispondenti li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (2) jiddefinixxi kategorija ta’ akkordji vertikali li l-Kummissjoni kkunsidrat li normalment jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Fid-dawl tal-esperjenza globalment pożittiva fl-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, li jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2010, u b'kunsiderazzjoni għall-esperjenza ulterjuri miksuba mill-adozzjoni tiegħu, huwa xieraq li jiġi adottat regolament ta' eżenzjoni ta’ kategorija ġdid.

(3)

Il-kategorija ta’ akkordji li tista’ titqies li normalment tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat tinkludi akkordji vertikali għax-xiri jew il-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi fejn dawk l-akkordji jiġu konklużi bejn impriżi li ma jikkompetux bejniethom, bejn ċerti kompetituri jew minn ċerti assoċjazzjonijiet ta’ bejjiegħa bl-imnut ta’ oġġetti. Hija tinkludi wkoll akkordji vertikali li jkun fihom dispożizzjonijiet anċillari dwar iċ-ċessjoni jew l-użu ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali. It-terminu “akkordji vertikali” għandu jinkludi l-prattiċi miftiehma korrispondenti.

(4)

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat permezz ta’ regolament, mhuwiex neċessarju li jiġu definiti dawk l-akkordji vertikali li jistgħu jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Fl-istima individwali tal-akkordji taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, għandhom jitqiesu diversi fatturi u, b'mod partikolari, l-istruttura tas-suq min-naħa tal-forniment u tax-xiri.

(5)

Il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b’dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-akkordji vertikali li fir-rigward tagħhom wieħed jista' jassumi b’ċertezza suffiċjenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(6)

Ċerti tipi ta’ akkordji vertikali jistgħu jtejbu l-effiċjenza ekonomika fi ħdan katina ta' produzzjoni jew distribuzzjoni billi jiffaċilitaw koordinament aħjar bejn l-impriżi parteċipanti. B'mod partikolari, jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż ta' tranżazzjoni u distribuzzjoni tal-partijiet u għall-ottimizzar tal-livelli tal-bejgħ u tal-investiment tagħhom.

(7)

Il-probabbiltà li dawn l-effetti li jsaħħu l-effiċjenza jkunu akbar minn kull effett antikompetittiv minħabba restrizzjonijiet li jinsabu f’akkordji vertikali tiddependi fuq il-grad ta' poter fis-suq tal-partijiet fl-akkordju u, għalhekk, fuq safejn dawk l-impriżi jaffaċċjaw kompetizzjoni minn fornituri oħra ta' oġġetti jew servizzi li l-klijenti tagħhom iqisu li jkunu skambjabbli jew sostitwibbli għal xulxin, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet u l-użu maħsub tagħhom.

(8)

Jista’ jkun preżunt li, meta s-sehem mis-suq ta’ kull waħda mill-impriżi li jkunu partijiet fl-akkordju fis-suq rilevanti ma jkunx jaqbeż it-30 %, l-akkordji vertikali li ma jkunux jinkludu ċerti tipi ta' restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni ġeneralment iwasslu għal titjib fil-produzzjoni jew id-distribuzzjoni u jirriżervaw lill-konsumaturi sehem ġust tal-benefiċċji li jirriżultaw.

(9)

’Il fuq mil-limitu tas-sehem mis-suq ta' 30 %, ma jista’ jkun hemm l-ebda preżunzjoni li akkordju vertikali li jaqa' fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat ġeneralment se jwassal għal vantaġġi oġġettivi ta' tali natura u daqs li jkunu jikkumpensaw għall-iżvantaġġi li joħolqu għall-kompetizzjoni. Fl-istess ħin, ma hemm l-ebda preżunzjoni li dawk l-akkordji vertikali jew jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat jew jonqsu milli jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(10)

Dan ir-Regolament ma għandux jeżenta akkordji vertikali li jkunu jinkludu restrizzjonijiet li x’aktarx iwasslu għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni u jikkawżaw dannu lill-konsumaturi jew mhumiex indispensabbli biex jinkisbu l-effetti li jsaħħu l-effiċjenza. B'mod partikolari, akkordji vertikali li jinkludu ċerti tipi ta' restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni bħalma huma prezzijiet minimi jew fissi għall-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll ċerti tipi ta' protezzjoni territorjali, għandhom ikunu esklużi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b'dan ir-Regolament irrispettivament mis-sehem mis-suq tal-impriżi kkonċernati.

(11)

Sabiex ikun assigurat l-aċċess għas-suq rilevanti jew sabiex tiġi impedita l-kollużjoni fih, għandhom jintrabtu ċerti kondizzjonijiet mal-eżenzjoni ta’ kategorija. Għal dan il-għan, l-eżenzjoni ta' obbligi li wieħed ma jikkompetix għandha tkun limitata għal obbligi li ma jissuperawx perjodu ta' żmien definit. Għall-istess raġunijiet, kull obbligu dirett jew indirett li jwaqqaf lill-membri ta' sistema ta' distribuzzjoni selettiva milli jbiegħu prodotti tal-marka ta' fornituri konkorrenti partikolari għandu jkun eskluż mill-benefiċċju ta' dan ir-Regolament.

(12)

Il-limitazzjoni tas-sehem mis-suq, in-nuqqas ta' eżenzjoni ta' ċerti akkordji vertikali u l-kondizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament normalment jiżguraw li l-akkordji li tapplika għalihom l-eżenzjoni ta’ kategorija ma jippermettux lill-impriżi parteċipanti jeliminaw il-kompetizzjoni f'parti sostanzjali tal-prodotti kkonċernati.

(13)

Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (3), meta ssib li f'każ partikolari akkordju li tapplika għalih l-eżenzjoni prevista f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li huma inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(14)

L-awtorità tal-kompetizzjoni ta' Stat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fir-rigward tat-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew parti minnu, meta, f'każ partikolari, akkordju li tapplika għalih l-eżenzjoni prevista f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li jkunu inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, jew f'parti minnu, u fejn tali territorju jkollu l-karetteristiċi kollha ta' suq ġeografiku distint.

(15)

Fid-deċiżjoni dwar jekk il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament għandux jiġi rtirat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, għandhom importanza partikolari l-effetti antikompetittivi li jistgħu jirriżultaw mill-eżistenza ta’ netwerks paralleli ta’ akkordji vertikali b’effetti simili li jirrestrinġu b’mod sinifikanti l-aċċess għas-suq rilevanti jew il-kompetizzjoni fl-istess suq. Tali effetti kumulattivi jistgħu pereżempju jirriżultaw fil-każ ta’ distribuzzjoni selettiva jew obbligi li wieħed ma jikkompetix.

(16)

Sabiex issaħħaħ is-superviżjoni ta' netwerks paralleli ta' akkordji vertikali b’effetti antikompetittivi simili u li jkopru aktar minn 50 % ta’ suq partikolari, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li dan ir-Regolament ma japplikax għal akkordji vertikali li jkun fihom restrizzjonijiet speċifiċi relatati mas-suq ikkonċernat, biex b'hekk l-Artikolu 101 tat-Trattat jerġa' japplika bis-sħiħ għal dawn l-akkordji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“akkordju vertikali” tfisser akkordju jew prattika miftiehma konkluż bejn żewġ impriżi jew aktar li kull waħda minnhom topera, għall-iskopijiet tal-akkordju jew tal-prattika miftiehma, f’livell differenti tal-katina ta’ produzzjoni jew ta’ distribuzzjoni, u li jirrigwarda l-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet jistgħu jixtru, ibiegħu jew ibiegħu mill-ġdid ċerti oġġetti jew servizzi;

(b)

“restrizzjoni vertikali” tfisser restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’akkordju vertikali li taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 10(1) tat-Trattat;

(c)

“impriża konkorrenti” tfisser kompetitur attwali jew potenzjali; “kompetitur attwali” tfisser impriża attiva fl-istess suq rilevanti; “kompetitur potenzjali” tfisser impriża li, fin-nuqqas tal-akkordju vertikali, f'każ li jkun hemm żieda żgħira iżda permanenti fil-prezzijiet relattivi, x’aktarx tagħmel, għal raġunijiet realistiċi u mhux sempliċiment bħala possibbiltà teoretika, fi ħdan perjodu qasir ta' żmien, l-investimenti addizzjonali meħtieġa jew spejjeż oħra meħtieġa għal konverżjoni biex tidħol fis-suq rilevanti;

(d)

“obbligu li wieħed ma jikkompetix” tfisser kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex ix-xerrej ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbiegħx jew ma jbiegħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi li jikkompetu mal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, jew kull obbligu dirett jew indirett fuq ix-xerrej li jixtri mill-fornitur, jew minn impriża oħra nominata mill-fornitur, aktar minn 80% mix-xiri totali tax-xerrej tal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt u oġġetti jew servizzi li jissostitwuhom fis-suq relevanti, ikkalkulat abbażi tal-valur tax-xiri tiegħu fis-sena kalendarja preċedenti;

(e)

“sistema ta’ distribuzzjoni selettiva” tfisser sistema ta’ distribuzzjoni fejn il-fornitur jaċċetta li jbiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, jew direttament jew indirettament, lil distributuri magħżula abbażi ta' kriterji speċifikati biss u fejn dawn id-distributuri jobbligaw ruħhom li ma jbiegħux dawn l-oġġetti jew servizzi lil distributuri li ma jkunux awtorizzati fit-territorju rriżervat mill-fornitur li jopera dik is-sistema;

(f)

“drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” tinkludi d-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, in-know-how, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet assoċjati;

(g)

“know-how” tfisser pakkett ta' informazzjoni prattika li ma tkunx suġġetta għal privattiva, li tirriżulta minn esperjenza u testjar mill-fornitur, li tkun sigrieta, sostanzjali u identifikata: f’dan il-kuntest, “sigrieta” tfisser li n-know-how ma tkunx ġeneralment magħrufa jew faċilment aċċessibbli; “sostanzjali” tfisser li n-know-how tkun sinifikanti u utli għax-xerrej għall-użu, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid tal-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt; “identifikata” tfisser li n-know-how tkun deskritta b’mod komprensiv biżżejjed sabiex ikun possibbli li jkun ivverifikat li tissodisfa l-kriterji ta’ segretezza u sostanzjalità;

(h)

“xerrej” tinkludi impriża li, taħt akkordju li jaqa’ taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, tbiegħ oġġetti jew servizzi f’isem impriża oħra;

(i)

“klijent tax-xerrej” tfisser impriża li ma tkunx parti fl-akkordju li tixtri l-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt minn xerrej li jkun parti fl-akkordju.

2.   Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-termini “impriża”, “fornitur” u “xerrej” għandhom jinkludu l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom.

“Impriżi konnessi” tfisser:

(a)

impriżi li fihom parti fl-akkordju, direttament jew indirettament:

(i)

ikollha s-setgħa li teżerċita iktar minn nofs id-drittijiet tal-vot, jew

(ii)

ikollha s-setgħa li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord ta’ superviżjoni, tal-bord ta' tmexxija jew ta’ korpi li jirrappreżentaw lill-impriża legalment, jew

(iii)

ikollha d-dritt li tiġġestixxi l-affarijiet tal-impriża;

(b)

impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) fuq parti fl-akkordju;

(c)

impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

(d)

impriżi li fihom parti fl-akkordju flimkien ma’ waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

(e)

impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament minn:

(i)

partijiet fl-akkordju jew l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom imsemmija fil-punti (a) sa (d), jew

(ii)

parti waħda jew aktar fl-akkordju jew impriża konnessa waħda jew aktar tagħhom imsemmija fil-punti (a) sa (d) u terz wieħed jew aktar.

Artikolu 2

Eżenzjoni

1.   Skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, qed jiġi ddikjarat li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għal akkordji vertikali.

Din l-eżenzjoni għandha tapplika sa fejn tali akkordji jkunu jinkludu restrizzjonijiet vertikali.

2.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji vertikali konklużi bejn assoċjazzjoni ta' impriżi u l-membri tagħha, jew bejn tali assoċjazzjoni u l-fornituri tagħha, biss jekk il-membri tagħha kollha jkunu bejjiegħa bl-imnut ta' oġġetti u jekk l-ebda membru individwali tal-assoċjazzjoni, flimkien mal-impriżi konnessi tiegħu, ma jkollu fatturat annwali totali ta' aktar minn EUR 50 miljun. Akkordji vertikali konklużi minn tali assoċjazzjonijiet għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat għal akkordji orizzontali konklużi bejn il-membri tal-assoċjazzjoni jew deċiżjonijiet adottati mill-assoċjazzjoni.

3.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji vertikali li jkun fihom dispożizzjonijiet relatati maċ-ċessjoni lix-xerrej jew mal-użu mix-xerrej ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux is-suġġett primarju ta' tali akkordji u jkunu relatati direttament mal-użu, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti jew servizzi mix-xerrej jew mill-klijenti tiegħu. L-eżenzjoni tapplika bil-kundizzjoni li, fil-konfront tal-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, dawk id-disposizzjonijiet ma jkunux jinkludu restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni bl-istess għan bħal restrizzjonijiet vertikali li mhumiex eżentati taħt dan ir-Regolament.

4.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali konklużi bejn impriżi konkorrenti. Madankollu, għandha tapplika meta impriżi konkorrenti jikkonkludu akkordju vertikali li ma jkunx reċiproku u:

(a)

il-fornitur ikun manifattur u distributur ta' oġġetti, filwaqt li x-xerrej ikun distributur u ma jkunx impriża konkorrenti fil-livell tal-manifattura; jew

(b)

il-fornitur ikun jipprovdi servizzi f’bosta livelli tal-kummerċ, filwaqt li x-xerrej ikun jipprovdi l-oġġetti u s-servizzi tiegħu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u ma jkunx impriża konkorrenti fil-livell tal-kummerċ fejn jixtri s-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt.

5.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal akkordji vertikali li s-suġġett tagħhom ikun jaqa’ fl-ambitu ta' xi regolament ta' eżenzjoni ta’ kategorija ieħor, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'tali regolament.

Artikolu 3

Limitu tas-sehem mis-suq

1.   L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika bil-kundizzjoni li s-sehem mis-suq miżmum mill-fornitur ma jaqbiżx it-30% tas-suq rilevanti li fih ibiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt u s-sehem mis-suq miżmum mix-xerrej ma jaqbiżx it-30% tas-suq relevanti li fih jixtri l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt.

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, meta f’akkordju bejn għadd ta' partijiet, impriża tixtri l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt mingħand impriża li tkun parti fl-akkordju u tbiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt lil parti oħra fl-akkordju, is-sehem mis-suq tal-ewwel impriża għandu jirrispetta l-limitu tas-sehem mis-suq previst f’dak il-paragrafu kemm bħala xerrejja kif ukoll bħala fornitriċi sabiex tapplika l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

Restrizzjonijiet li jneħħu l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija - restrizzjonijiet fundamentali

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali li, direttament jew indirettament, waħedhom jew flimkien ma' fatturi oħra taħt il-kontroll tal-partijiet, ikollhom bħala għan:

(a)

ir-restrizzjoni tal-ħila tax-xerrej li jiddetermina l-prezz tal-bejgħ tiegħu, bla ħsara għall-possibbiltà tal-fornitur li jimponi prezz ta’ bejgħ massimu jew li jirrakkommanda prezz ta’ bejgħ, sakemm dawn ma jammontawx għal prezz tal-bejgħ iffissat jew minimu b’riżultat ta’ pressjoni minn, jew inċentivi offruti minn, xi waħda mill-partijiet;

(b)

ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-klijenti li lilhom, xerrej li jkun parti fl-akkordju jkun jista’ jbiegħ l-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, ħlief:

(i)

ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv fit-territorju esklużiv jew lil grupp esklużiv ta' klijenti riżervat għall-fornitur jew allokat mill-fornitur lil xerrej ieħor, fejn din ir-restrizzjoni ma tillimitax il-bejgħ mill-klijenti tax-xerrej,

(ii)

ir-restrizzjoni ta' bejgħ lill-utenti finali minn xerrej li jopera fil-livell tal-kummerċ ta' bejgħ bl-ingrossa,

(iii)

ir-restrizzjoni ta' bejgħ mill-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva lil distributuri mhux awtorizzati fi ħdan it-territorju rriżervat mill-fornitur biex jopera dik is-sistema, u

(iv)

ir-restrizzjoni tal-ħila tax-xerrej li jbiegħ komponenti, fornuti għall-għanijiet ta' inkorporazzjoni, lil klijenti li jridu jużawhom biex jimmanifatturaw l-istess tip ta' oġġetti bħal dawk prodotti mill-fornitur;

(c)

ir-restrizzjoni ta' bejgħ attiv jew passiv lil utenti finali minn membri ta' sistema ta' distribuzzjoni selettiva li topera fil-livell tal-kummerċ ta' bejgħ bl-imnut, bla ħsara għall-possibbiltà li membru tas-sistema jkun projbit milli jopera minn post ta' stabbiliment li ma jkunx awtorizzat;

(d)

ir-restrizzjoni ta' cross-supplies bejn distributuri fi ħdan sistema ta' distribuzzjoni selettiva, inkluż bejn distributuri li joperaw f'livelli differenti tal-kummerċ;

(e)

ir-restrizzjoni, miftiehma bejn fornitur ta’ komponenti u xerrej li jinkorpora dawk il-komponenti, tal-ħila tal-fornitur li jbiegħ il-komponenti bħala spare parts lil utenti finali jew lil min isewwi jew lil fornituri ta’ servizzi oħrajn li ma ġewx fdati mix-xerrej bit-tiswija jew il-manutenzjoni tal-oġġetti tiegħu.

Artikolu 5

Restrizzjonijiet esklużi

1.   L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ma għandhiex tapplika għall-obbligi li ġejjin li jinsabu f’akkordji vertikali:

(a)

kull obbligu dirett jew indirett li wieħed ma jikkompetix, għal perjodu indefinit jew għal perjodu li jissupera l-ħames snin;

(b)

kull obbligu dirett jew indirett li jimponi fuq ix-xerrej li, wara l-iskadenza tal-akkordju, ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbiegħx jew ma jbiegħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi;

(c)

kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex il-membri ta' sistema ta' distribuzzjoni selettiva ma jbiegħux il-prodotti tal-marka ta' fornituri konkorrenti partikolari.

Għall-iskopijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, obbligu li wieħed ma jikkompetix li jiġġedded taċitament lil hinn minn perjodu ta’ ħames snin għandu jitqies li ġie konkluż għal perjodu ta’ żmien indefinit.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1(a), il-limitu ta’ żmien ta’ ħames snin ma għandux japplika fejn l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt jinbiegħu mix-xerrej minn bini u art li jkunu proprjetà tal-fornitur jew mikrija mill-fornitur mingħand terzi li ma jkunux konnessi max-xerrej, sakemm il-perjodu li matulu japplika l-obbligu li wieħed ma jikkompetix ma jissuperax il-perjodu li matulu x-xerrej jokkupa l-bini u l-art.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1(b), l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika għal kull obbligu dirett jew indirett li jimponi fuq ix-xerrej li, wara l-iskadenza tal-akkordju, ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbiegħx jew ma jbiegħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

l-obbligu jkun relatat ma’ oġġetti jew servizzi li jikkompetu mal-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt;

(b)

l-obbligu jkun limitat għall-bini u l-art li minnhom ix-xerrej ikun opera matul il-perjodu tal-kuntratt;

(c)

l-obbligu jkunu indispensabbli biex jipproteġi n-know-how trasferit mill-fornitur lix-xerrej;

(d)

il-perjodu li matulu jkun japplika l-obbligu jkun limitat għal perjodu ta’ sena wara l-iskadenza tal-akkordju.

Il-paragrafu 1(b) huwa bla ħsara għall-possibbiltà li tiġi imposta restrizzjoni li ma jkollhiex limitu ta’ żmien dwar l-użu u l-kxif ta' know-how li ma tkunx daħlet fid-dominju pubbliku.

Artikolu 6

Nuqqas ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Skont l-Artikolu 1a tar-Regolament Nru 19/65/KEE, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li, fejn netwerks paralleli ta’ restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru aktar minn 50% ta’ suq rilevanti, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal akkordji vertikali li jkunu jinkludu restrizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ dak is-suq.

Artikolu 7

Applikazzjoni tal-limitu tas-sehem mis-suq

Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-limiti tas-sehem mis-suq previsti fl-Artikolu 3, għandhom japplikaw r-regoli li ġejjin:

(a)

is-sehem mis-suq tal-fornitur għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ dejta dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq u s-sehem mis-suq tax-xerrej għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ dejta dwar il-valur tax-xiri fis-suq. Jekk ma tkunx disponibbli dejta dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq jew dwar il-valur tax-xiri fis-suq, jistgħu jintużaw stimi bbażati fuq informazzjoni tas-suq oħra li tkun affidabbli, inklużi l-volumi tal-bejgħ u tax-xiri fis-suq, sabiex jiġi stabbilit is-sehem mis-suq tal-impriża kkonċernata;

(b)

l-ishma mis-suq għandhom ikunu kkalkulati abbażi ta' dejta relatata mas-sena kalendarja ta' qabel;

(c)

is-sehem mis-suq tal-fornitur għandu jinkludi kull oġġett jew servizz fornut lil distributuri integrati vertikalment għall-iskopijiet ta' bejgħ;

(d)

jekk is-sehem mis-suq fil-bidu ma jkunx aktar minn 30% iżda sussegwentement jitla’ għal aktar minn dak il-livell mingħajr ma jaqbeż il-35%, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta' sentejn kalendarji konsekuttivi wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba l-limitu tas-sehem mis-suq ta' 30%;

(e)

jekk is-sehem mis-suq fil-bidu ma jkunx aktar minn 30% iżda sussegwentement jitla’ għal aktar minn 35%, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal sena kalendarja wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba il-livell ta' 35%;

(f)

il-benefiċċji tal-punti (d) u (e) ma jistgħux jingħaqdu sabiex jiġi ssuperat perjodu ta' sentejn kalendarji;

(g)

is-sehem mis-suq tal-impriżi msemmijin fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) għandu jitqassam b'mod ugwali lil kull impriża li jkollha d-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2).

Artikolu 8

Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat

1.   Biex jiġi kkalkulat il-fatturat annwali totali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2), il-fatturat miksub matul is-sena finanzjarja preċedenti mill-parti rilevanti fl-akkordju vertikali u l-fatturat miksub mill-impriżi konnessi tagħha fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi kollha, esklużi t-taxxi u d-dazji l-oħra kollha, għandhom jingħaddu flimkien. Għal dan il-għan, m’għandhomx jitqiesu tranżazzjonijiet bejn il-parti fl-akkordju vertikali u l-impriżi konnessi tagħha jew bejn l-impriżi konnessi tagħha.

2.   L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tibqa’ tapplika fejn, għal kwalunkwe perjodu ta' sentejn finanzjarji konsekuttivi, il-limitu tal-fatturat annwali totali jinqabeż b'mhux aktar minn 10%.

Artikolu 9

Perjodu tranżitorju

Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandhiex tapplika matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2010 sal-31 ta' Mejju 2011 fir-rigward ta’ akkordji li jkunu diġà fis-seħħ fil-31 ta' Mejju 2010 u li ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti f'dan ir-Regolament iżda li, fil-31 ta' Mejju 2010, ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 2790/1999.

Artikolu 10

Perjodu ta' validità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2010.

Għandu jiskadi fil-31 ta' Mejju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU 36, 6.3.1965, p. 533.

(*)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikolu 81 tat-Trattat KE sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ Artikoli huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, referenzi għall-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom, fejn xieraq, jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 81 tat-Trattat KE.

(2)  ĠU L 336, 29.12.1999, p. 21.

(3)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 331/2010

tat-22 ta’ April 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-volumi li fihom jiġu attivati d-dazji addizzjonali għall-ħjar u ċ-ċirasa, minbarra ċ-ċirasa qarsa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Urugwaj, u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2007, l-2008 u l-2009, għandhom jiġu adattati l-livelli li fihom jiġu attivati d-dazji addizzjonali fuq il-ħjar u ċ-ċirasa, minbarra ċ-ċirasa qarsa.

(3)

B’riżultat ta' dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jkun emendat.

(4)

Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Bla ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies indikattiva biss. għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-ambitu tad-dazji addizzjonali huwa determinat minn dak tal-kodiċi NM kif kien fi żmien l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu ta' applikazzjoni

Livell tal-iskattar (tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

415 907

78.0020

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

40 107

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

11 879

78.0075

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

18 611

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

8 866

78.0100

0709 90 70

Zukkini

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

55 369

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

355 386

78.0120

0805 20 10

Klementina

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

529 006

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inkluż it-tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

96 377

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

334 680

78.0160

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

62 311

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-ikel

Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

89 140

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

829 840

78.0180

Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

884 648

78.0220

0808 20 50

Lanġas

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

224 927

78.0235

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

38 957

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

5 785

78.0265

0809 20 95

Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

90 511

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

131 459

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

129 925 ”


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 332/2010

tat-22 ta' April 2010

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċċessar u d-distribuzzjoni fl-Unjoni u l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti dderivati minnhom, maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dik id-Direttiva tistipula li għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni għal kull pajjiż terz jew grupp ta' pajjiżi terzi, filwaqt li titqies il-qagħda ta' saħħa tal-annimali tagħhom.

(2)

Id-Direttiva 2009/158/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fl-Unjoni ta' tjur u bajd għat-tfaqqis u l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi. Dik id-Direttiva tistipula li t-tjur għandu jiġi minn pajjiżi terzi ħielsa mill-influwenza tat-tjur jew li, għalkemm ma jkunux ħielsa minn dik il-marda, japplikaw miżuri biex jikkontrollawha li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3), jistipula li l-prodotti koperti b’dak ir-Regolament għandhom ikunu importati biss ġo u jgħaddu mill-Unjoni minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(4)

Skont dak ir-Regolament, fejn isseħħ tifqigħa ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) f'pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment li qabel kien ħieles minn dik il-marda, dak il-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment għandu jerġa’ jitqies bħala ħieles mill-HPAI, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet; dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' politika ta' qerda biex tiġi kkontrollata l-marda, inkluż tindif u diżinfettar adegwat imwettaq fuq l-istabbilimenti kollha li qabel kienu infettati. Barra minn hekk, is-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur trid tkun ġiet imwettqa skont il-Parti II tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament matul perjodu ta' tliet xhur wara t-tlestija tal-politika ta' qerda u tat-tindif u d-diżinfettar.

(5)

L-Iżrael bħalissa jinsab imniżżel fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz ħieles mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet ta' prodotti tat-tjur li għalihom japplika dak ir-Regolament huma awtorizzati mit-territorju kollu ta' dak il-pajjiż terz.

(6)

L-Iżrael innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-territorju tiegħu.

(7)

Minħabba li ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI, it-territorju tal-Iżrael ma jistax jibqa’ jitqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael, għaldaqstant, issospendew il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' ċerti prodotti tat-tjur. L-Iżrael implimenta wkoll politika ta' qerda biex jikkontrolla l-marda u jillimita t-tixrid tagħha.

(8)

It-tagħrif dwar il-miżuri ta' kontroll ġie ppreżentat lill-Kummissjoni. Dak it-tagħrif u s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Iżrael ġew ivvalutati mill-Kummissjoni.

(9)

L-azzjoni deċiżiva u fil-pront meħuda mill-Iżrael biex jikkontrolla l-marda u r-riżultat pożittiv tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika jippermettu li r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni jiġu limitati għal ċerti prodotti tat-tjur għaż-żoni milquta mill-marda, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħa ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja.

(10)

Barra minn hekk, l-Iżrael qed iwettaq attivitajiet ta' sorveljanza għall-influwenza tat-tjur li jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(11)

Meta jitqies l-iżvilupp favorevoli tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-attivitajiet ta' sorveljanza relatati għall-influwenza tat-tjur biex tinstab soluzzjoni għat-tifqigħa, huwa xieraq li l-perjodu ta' żmien li matulu l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tkun sospiża, jiġi limitat sal-1 ta' Mejju 2010.

(12)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(13)

Sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti fl-organizzazzjoni taż-żoni u b'hekk il-kummerċ ikun jista' jerġa’ jibda kemm jista' jkun malajr, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Punt 1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed jitbiddel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mis-26 ta' Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.


ANNESS

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed titbiddel b'dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

A

 

S4

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

L-Istati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

N

 

 

A

 

 

BR-2

L-Istati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

N

 

 

 

S5, ST0

BR-3

Distrito Federal u l-Istati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

N

 

 

 

 

S4

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BY – Il-Bjelorussja

BY-0

Il-pajjiż kollu

EP u E (it-tnejn ‘biss għat-tranżitu minn ġol-UE’)

IX

 

 

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOR, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S1, ST1

DOC, HEP

 

L, N

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CH – L-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

A

 

 (3)

CL – Iċ-Ċili

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CN – Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

Il-Provinċja ta’ Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 

 

S4

GL – Il-Groenlandja

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

It-territorju kollu tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong

EP

 

 

 

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S2, ST0

EP, E, POU, RAT, WGM

 

N

 

 

 

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

IL-1

Parti mill-Iżrael minbarra IL-2

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N

 

 

A

 

S5, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

 

IL-2

Parti mill-Iżrael ġewwa l-fruntieri li ġejjin:

lejn il-punent:

it-triq numru 4.

lejn in-nofsinhar:

it-triq numru 5812 konnessa mat-triq numru 5815

lejn il-lvant:

il-ħajt ta' sigurtà sat-triq numru 6513.

lejn it-tramuntana:

it-triq numru 6513 sal-konnessjoni mat-triq numru 65.

Minn dan il-punt f'linja dritta sad-dħul ta' Givat Nili u minn hemm sal-konnessjoni tat-toroq 652 u 4.

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N, P2

26.1.2010

1.5.2010

A

 

S5, ST1

WGM

VIII

P2

26.1.2010

1.5.2010

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

26.1.2010

1.5.2010

 

 

S4

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS – L-Islanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

KR – Ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

ME – Il-Montenegro

ME-O

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

MY – Il-Malażja

MY-0

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Il-Peninżulari tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

P2

6.2.2004

 

 

 

S4

MK –

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

 

 

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

S4

NC – Il-Kaledonja Ġdida

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ – In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

PM – Saint Pierre u Miquelon

PM-0

It-territorju kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS – Is-Serbja (5)

RS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU – Ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

SG – Singapor

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P2

23.1.2004

 

 

 

 

E, POU, RAT

 

P2

23.1.2004

 

 

 

S4

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

DOR, BPR, BPP, HER

 

 

 

 

 

 

S1, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S3, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4


(1)  Prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta’ 90 jum minn din id-data.

(2)  Dak li hu prodott wara din id-data biss jista’ jiġi importat fl-Unjoni.

(3)  Skont il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo, kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.”


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 333/2010

tat-22 ta’ April 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għal Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd. il-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Flimkien mal-applikazzjoni kien hemm id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi ġiet awtorizzata għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 (2).

(5)

Tressqet dejta ġdida b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħnienes miftuma. Fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2009 (3), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li l-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) ma għandux effett ħażin fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni tista’ ttejjeb il-prestazzjoni tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li hija parti mill-kategorija ta’ addittivi, “addittivi żootekniċi”, u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti tal-batterja fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19.

(3)  The EFSA Journal 2010; 8(1):1426.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU /kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta’ addittivi żuotekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti tal-batterja fil-musrana

4b1820

Calpis Co. Ltd. li-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office, Franza

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) b'minimu ta' 1,0 × 1010 CFU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori vijabbli (CFU) ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

 

Metodu analitiku (1)

 

Enumerazzjoni: il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar fil-matriċijiet kollha fil-mira (EN 15874:2009)

 

L-identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Ħnienes (miftuma)

3 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv, it-taħlita preliminari u l-għalf kompost, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Għall-ħnienes miftuma sa piż approssimattiv ta’ 35 kg.

3.

Għas-sikurezza: għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti waqt l-użu.

13 ta’ Mejju 2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 334/2010

tat-22 ta’ April 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 721/2008 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 721/2008 (2) jawtorizza preparazzjoni tal-batterju li fih ħafna karotenojdi ħomor Paracoccus carotinifaciens bħala addittiv fl-għalf tas-salamun u tat-troti sal-15 ta' Awwissu 2018. Dan l-addittiv fl-għalf huwa kklassifikat fil-kategorija ta' “addittivi sensorji”, grupp funzjonali “a (ii). Koloranti; sustanzi li meta jingħataw lill-annimali jżidu l-kuluri lill-ikel li jkun ġej mill-annimali”.

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni li talbet modifika tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf. Din l-applikazzjoni ntbagħtet flimkien mad-dejta relevanti ta' appoġġ. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità).

(3)

Fl-opinjoni tagħha ta' Jannar 2010, l-Awtorità kkonkludiet li l-modifika mitluba ma kinetx se taffettwa s-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott (3).

(4)

L-evalwazzjoni tal-preparazzjoni mmodifikata turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 721/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 721/2008, fit-tielet kolonna, “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”,

 

il-kliem

“—

10-15 g/kg adonirubin

3-5 g/kg canthaxanthin”

 

jinbidel bil-kliem

“—

7-15 g/kg adonirubin

1-5 g/kg canthaxanthin”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 23.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2010); 8(1):1428.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 335/2010

tat-22 ta' April 2010

dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Mill-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottata fil-11 ta' Novembru 2009 (2) li nqrat flimkien ma' dik tas-16 ta’ April 2008 (3) u tat-2 ta' April 2009 (4) jirriżulta li l-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. Skont l-opinjoni tas-16 ta’ April 2008, l-użu ta' din il-preparazzjoni jista' jitqies bħala sors ta' żingu disponibbli u jissodisfa l-kriterji ta' addittiv nutrittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurezza tal-utent. Ma tikkunsidrax li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (5) din il-preparazzjoni kienet diġà awtorizzata bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin. Dak ir-Regolament għandu jitħassar.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 888/2009 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Il-Ġurnal EFSA (2009) 7(11): 1381.

(3)  Il-Ġurnal EFSA (2008) 694, 1.

(4)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1042:1.

(5)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 71.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Zn) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti mikroelementi

3b6.10

Kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina

 

Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

 

Kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina li fih minimu ta' 17,5 % - 18 % ta' żingu u 81 % (2-hydroxy-4-methylthio) aċidu butanojku

 

Żejt minerali: ≤ 1 %

 

Metodu analitiku (1):

Spettrometrija ta' emissjoni atomika bi plażma akkopjata induttivament (ICP-AES) skont EN 15510:2007

L-ispeċijiet kollha

 

Annimali domestiċi: 250 (totali)

Ħut: 200 (totali)

Speċijiet oħra: 150 (totali)

Sostituti tal-ħalib kompluti u komplementarji: 200 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel.

2.

Għas-sikurezza tal-utent: waqt l-użu għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ngwanti tas-sigurtà.

It-13 ta’ Mejju 2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 336/2010

tal-21 ta’ April 2010

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Disk b’dijametru ta’ approssimament 580 mm u ħxuna ta’ madwar 3 mm, li jikkonsisti minn 2 saffi magħmula minn polyurethane, wieħed minnhom għandu skanalaturi li saru permezz ta’ magni, filwaqt li l-ieħor għandhu kisi li jwaħħal u li hu protett minn folja tal-plastik li tinqala’ (magħrufa bħala “kuxxinett polimeriku”).

Dan l-artikolu hu użat fil-magni għall-manifattura ta’ diski (wafers) tas-silikon u semikondutturi. Hu jiġi ffittjat fuq ir-ras ta’ għodda interkambjabbli ta’ magni bħal dawn u jiġi użat sabiex jillixxa/jiċċatja u jillostra d-diski (wafer).

3919 90 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda u mill-kitba fil-kodiċi NM 3919 u 3919 90 00 .

Il-Klassifikazzjoni taħt intestatura 8486 bħala parti jew aċċessorju ta’ magna ta’ tip użata biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ diski (wafers) semikondutturi hi eskluża peress li l-artikolu m’għandux il-karatteristiċi sabiex jiġi kkunsidrat bħala parti jew aċċessorju ta’ magna bħal din.

Peress li l-artikolu hu oġġett ta’ konsum, għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal li minnu hu magħmul taħt il-kodiċi NM 3919 90 00 bħala lastra jew folja li teħel magħmula mill-plastik.

2.

Disk b’dijametru ta’ approssimament 580 mm u ħxuna ta’ madwar 2 mm, li jikkonsisti minn 2 saffi magħmula minn feltru sintetiku, wieħed minnhom mimli b’ligant polimeriku (polyurethane) (magħruf bħala “kuxxinett poromeriku”). Is-saff l-ieħor għandu kisja li teħel protetta minn folja tal-plastik li tinqalà.

L-artikolu hu użat fil-magni għall-manifattura ta’ diski (wafers) tas-silikon u semikondutturi. Hu jiġi ffittjat fuq ir-ras ta’ għodda interkambjabbli ta’ magni bħal dawn u jiġi użat sabiex jillixxa/jiċċatja u jillostra d-diski (wafer).

5911 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 7(a) għatTaqsima XI, Nota 1(e) għat-Taqsima XVI, Nota 7(b) tal-Kapitolu 59 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 5911 , 5911 90 u 5911 90 90 .

Il-Klassifikazzjoni taħt intestatura 8486 bħala parti jew aċċessorju ta’ magna ta’ tip użata biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ diski (wafers) semikondutturi hi eskluża peress li l-artikolu m’għandux il-karatteristiċi sabiex jiġi kkunsidrat bħala parti jew aċċessorju ta’ magna bħal din.

Il-prodott jikkostitwixxi artikolu għall-użu tekniku skont it-tifsira tan-Nota 1(e) tat-Taqsima XVI, peress li hu użat ma’ magni għall-manifattura tad-diski (wafers) tas-silikon u semikondutturi sabiex jiċċatja/jagħmel livell u jġib ileqq id-diski (wafer).

Għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt kodiċi NM 5911 90 90 bħala artikolu tat-tessut (materjal li minnu hu magħmul) użat għal raġunijiet tekniċi, (ara Nota 7(b) tal-Kapitolu 59).


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 337/2010

tat-22 ta’ April 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

94,2

MA

90,1

TN

106,8

TR

99,1

ZZ

97,6

0707 00 05

MA

45,9

TR

111,1

ZZ

78,5

0709 90 70

MA

86,8

TR

91,8

ZZ

89,3

0805 10 20

EG

45,1

IL

54,0

MA

52,3

TN

48,9

TR

57,7

ZZ

51,6

0805 50 10

EG

65,6

IL

58,2

TR

63,3

ZA

63,4

ZZ

62,6

0808 10 80

AR

94,2

BR

79,8

CA

113,4

CL

86,0

CN

78,5

MK

24,7

NZ

120,7

US

134,1

UY

78,3

ZA

82,2

ZZ

89,2

0808 20 50

AR

95,6

CL

102,2

CN

76,1

NZ

167,4

ZA

93,8

ZZ

107,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 338/2010

tat-22 ta’ April 2010

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), l-aħħar subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-Taqsima XV tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 162 sa 164 u 167 sa 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-ammont tar-rifużjoni jista' jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu minn ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/1359 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5), jipprevedu tnaqqis fir-rifużjoni partikulari fil-każ li l-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni tkun inqas minn 95 % mill-kwantità totali f'piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mingħajr ma tkun inqas minn 85 % mill-istess kwantità.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2010 jitħassar (6) u li jeħodlu postu Regolament ġdid.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet tal-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma ddefiniti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b'mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata tar-rifużjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 titnaqqas b'7 EUR/100 kg.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 62/2010 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(5)  ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.

(6)  ĠU L 17, 22.1.2010, p. 33.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mit-23 ta’ April 2010

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0102 10 10 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0102 10 30 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0201 10 00 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 10 00 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 20 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 30 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 20 50 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

61,0

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

35,9

0201 20 50 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 30 00 9050

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0201 30 00 9060  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

0201 30 00 9100  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

84,7

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

49,8

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

103,4

0201 30 00 9120  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

50,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

29,9

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

62,0

0202 10 00 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 30 9000

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 50 9900

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 90 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 30 90 9100

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0202 30 90 9200  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

1602 50 31 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 31 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

1602 50 95 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 95 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

B00

:

Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità).

B02

:

B04 u destinazzjoni EG .

B03

:

L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (), il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti (id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33 u 42, u, fejn japplika, fl-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1)).

B04

:

It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto.


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).

(2)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).

(3)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).

(4)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008, p. 3).

(5)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

(6)  Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 339/2010

tat-22 ta’ April 2010

li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-20 ta’ April 2010.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fl-20 ta’ April 2010, l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni mhi allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) u (b), u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 340/2010

tat-22 ta’ April 2010

li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-20 ta’ April 2010.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fl-20 ta’ April 2010, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 341/2010

tat-22 ta’ April 2010

li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XIX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet għall-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2), dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' mmarkar definiti bil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont l-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom ikunu jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll dawk definiti fil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mit-23 ta’ April 2010

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità tal-kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0407 00 11 9000

A02

EUR/100 biċċa

0,39

0407 00 19 9000

A02

EUR/100 biċċa

0,20

0407 00 30 9000

E09

EUR/100 kg

0,00

E10

EUR/100 kg

22,00

E19

EUR/100 kg

0,00

0408 11 80 9100

A03

EUR/100 kg

84,72

0408 19 81 9100

A03

EUR/100 kg

42,53

0408 19 89 9100

A03

EUR/100 kg

42,53

0408 91 80 9100

A03

EUR/100 kg

53,67

0408 99 80 9100

A03

EUR/100 kg

9,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:

E09

:

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, Ħong Kong, ir-Russja, it-Turkija.

E10

:

Il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Filippini.

E19

:

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Iżvizzera, u l-gruppi E09 , E10 .


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/37


REGOLAMENTTAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 342/2010

tat-22 ta’ April 2010

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-restituzzjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont fl-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/204 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mit-23 ta’ April 2010

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità ta’ kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0105 11 11 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 19 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 91 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 99 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 12 00 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0105 19 20 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0207 12 10 9900

V03

EUR/100 kg

40,00

0207 12 90 9190

V03

EUR/100 kg

40,00

0207 12 90 9990

V03

EUR/100 kg

40,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

V03 :

A24 , l-Angola, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, il-Jemen, il-Libanu, l-Iraq, l-Iran.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 343/2010

tat-22 ta’ April 2010

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-taqsima XVII tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità tista’ tiġi koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam tal-majjal, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn il-qagħda attwali tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu mill-ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE hekk jitolbu.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet tal-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mit-23 ta’ April 2010

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

0210 11 31 9110

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 11 31 9910

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 19 81 9100

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 19 81 9300

A00

EUR/100 kg

54,20

1601 00 91 9120

A00

EUR/100 kg

19,50

1601 00 99 9110

A00

EUR/100 kg

15,20

1602 41 10 9110

A00

EUR/100 kg

29,00

1602 41 10 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

1602 42 10 9110

A00

EUR/100 kg

22,80

1602 42 10 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

1602 49 19 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje «A » huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 344/2010

tat-22 ta’ April 2010

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

114,5

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

124,2

0

BR

108,7

3

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

217,9

25

BR

223,1

23

AR

291,5

3

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

190,1

7

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

110,3

10

BR

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

146,0

4

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

262,6

10

BR

286,8

3

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

318,2

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

325,9

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

300,8

0

BR

311,4

0

TH

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

531,4

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 345/2010

tat-22 ta’ April 2010

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l- OKS) (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(s) u elenkati fil-Parti XIX tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jaqgħu taħt rifużjoni fuq l-esportazzjoni fejn dawk l-oġġetti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Anness XX ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema tal-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għat-twaqqif ta’ ammont ta’ tali rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li għalihom rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita u li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Annexss XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni tkun stabbilita għal perjodu ta’ żmien tal-istess tul bħal dawk li għalihom rifużjonijiet huma stabbiliti għall-istess prodotti li huma esportati fi stat mhux ipproċessat.

(4)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluża taħt l-Uruguay Round jistipula li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal prodott li jinstab f’oġġett ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr ipproċessar ulterjuri.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 fl-Artikolu 1(1)(s) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti V tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom ikunu stabbiliti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-23 ta’ April 2010 tal-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness ta’ dan it-Trattat

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Destinazzjoni (1)

Rata tar-rifużjoni

0407 00

Bajd ta’ l-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar:

 

 

– Tat-tjur:

 

 

0407 00 30

– – Oħra:

 

 

(a)

Fuq esportazzjoni ta’ ovalbumin tal-kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90

02

0,00

03

22,00

04

0,00

(b)

Fuq esportazzjoni ta’ oġġetti oħra

01

0,00

0408

Bajd ta’ l-għasafar, mhux fil-qoxra u l-isfar tal-bajd, friski, imnixxfa, imsajra permezz tal-fwar jew mgħollija fl-ilma, magħmula f’forma, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk ikun fihom zokkor miżjud jew sustanza oħra li tagħti ħlewwa u kemm jekk le:

 

 

– L-isfar tal-bajd:

 

 

0408 11

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 11 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

84,72

0408 19

– – Oħra:

 

 

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

ex 0408 19 81

– – – – Likwidu:

 

 

Mhux miżjud bi ħlewwa

01

42,53

ex 0408 19 89

– – – – Iffriżat:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

42,53

– Oħra:

 

 

0408 91

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 91 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

53,67

0408 99

– – Oħra:

 

 

ex 0408 99 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

9,00


(1)  Id-destinazzjonijiet huma dawn li ġejjin:

01

Pajjiżi terzi. Għall-Iżvizzera u l-Lichtenstein dawn ir-rati m’humiex applikabbli għall-prodotti imniżżla fit-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972,

02

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, it-Turkija, Ħong Kong SAR, u r-Russja,

03

Il-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini,

04

kull destinazzjoni ħlief l-Iżvizzera u dawk ta’ 02 u 03.


DEĊIŻJONIJIET

23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ April 2010

dwar il-Bank tad-Dejta Ewropew tal-Mezzi Mediċi (Eudamed)

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2363)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/227/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 10b(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 rigward mezzi mediċi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 14a (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 90/385/KEE, 93/42/KEE u 98/79/KE fihom dispożizzjonijiet dwar bank tad-dejta Ewropew għall-mezzi mediċi li jirrikjedu t-twaqqif ta’ dak il-bank tad-dejta.

(2)

L-għan tal-bank tad-dejta Ewropew għall-mezzi mediċi huwa li jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq billi jipprovdi l-awtoritajiet kompetenti b’aċċess rapidu għall-informazzjoni dwar manifatturi u rappreżentanti awtorizzati, mezzi u ċertifikati u għal dejta tal-viġilanza, li tinqasam l-informazzjoni dwar dejta tal-investigazzjonijiet kliniċi, kif ukoll li jikkontribwixxi lejn applikazzjoni uniformi ta’ dawk id-Direttivi, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni.

(3)

Il-bank tad-dejta għandu għalhekk ikun fih id-dejta rikjesta skont id-Direttivi 90/385/KEE, 93/42/KEE u 98/79/KE, partikolarment dwar ir-reġistrazzjoni tal-manifatturi u l-mezzi, dejta marbuta maċ-ċertifikati maħruġa jew imġedda, modifikati, issupplimentati, sospiżi, irtirati jew miċħuda, dejta miksuba skont il-proċedura tal-viġilanza u dejta dwar l-investigazzjonijiet kliniċi.

(4)

Ġie żviluppat bank tad-dejta bħal dan mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mal-Istati Membri bl-isem ta’ “Bank tad-Dejta Ewropew għall-Mezzi Mediċi (Eudamed – European Databank for Medical Devices)” u qed jintuża minn diversi Stati Membri fuq bażi volontarja.

(5)

Id-dejta għandha tiddaħħal fil-bank tad-dejta permezz tal-metodi preskritti għat-trasferiment tad-dejta.

(6)

Jixraq li tintuża nomenklatura rikonoxxuta fuq livell internazzjonali għall-mezzi mediċi meta tiddaħħal id-dejta f’Eudamed sabiex ikun hemm deskrizzjoni uniformi tal-mezzi kkonċernati u jsir użu effiċjenti minn dak il-bank tad-dejta. Billi d-dejta tista’ tiddaħħal fil-lingwi uffiċjali Komunitarji kollha, għandu jintuża kodiċi numeriku għal tiftixa faċli tal-mezzi.

(7)

In-Nomenklatura Globali tal-Mezzi Mediċi li ġiet żviluppata fuq il-bażi ta’ EN ISO 15225:2000 Nomenclature — Specification for a nomenclature system for medical devices for the purpose of regulatory data exchange (Nomenklatura – Speċifikazzjoni għal sistema tan-nomenklatura għall-mezzi mediċi għall-iskambju tad-dejta regolatorja) hija nomenklatura rikonoxxuta fuq livell internazzjonali. Il-ħtieġa li jiġi stabbilit u miżmum Eudamed u li tibda tiġi implimentata in-Nomenklatura Globali tal-Mezzi Mediċi bħala bażi għal dak il-bank tad-dejta tfakkret fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2003 dwar il-Mezzi Mediċi (4).

(8)

Għandu jingħata perjodu tranżizzjonali xieraq biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jħejju għall-użu mandatorju ta’ Eudamed u minħabba l-bidliet introdotti mid-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem, id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar il-mezzi mediċi u d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (5).

(9)

L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati biss idaħħlu d-dejta eżistenti qabel l-1 ta’ Mejju 2011 sal-punt neċessarju għat-tħaddim ta’ Eudamed fil-ġejjieni. Għall-kompletezza ta’ Eudamed hu meħtieġ li tiddaħħal id-dejta eżistenti qabel l-1 ta’ Mejju 2011 dwar il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat u dwar ir-reġistrazzjoni tal-mezz, li huma rikjesti mid-Direttivi 93/42/KEE u 98/79/KE, fl-għamla li fiha din id-dejta hija disponibbli fil-livell nazzjonali.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Mezzi Mediċi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-Bank tad-Dejta Ewropew tal-Mezzi Mediċi (Eudamed) bħala l-bank tad-dejta għall-iskopijiet tal-Artikolu 10b(3) tad-Direttiva 90/385/KEE, l-Artikolu 14a(3) tad-Direttiva 93/42/KEE u l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 98/79/KE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 10b(1) tad-Direttiva 90/385/KEE, fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 14a(1) tad-Direttiva 93/42/KEE u l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 98/79/KE, tiddaħħal f’Eudamed skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Għall-investigazzjonijiet kliniċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li estratt min-notifiki msemmija fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 90/385/KEE u fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 93/42/KEE, kif ukoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(3) u (4) tad-Direttiva 90/385/KEE u fl-Artikolu 15(6) u (7) tad-Direttiva 93/42/KEE jiddaħħal f’Eudamed skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Eudamed għandu juża l-Protokoll Sikurizzat tat-Trasferiment tal-Hypertext (HTTPS) u l-Lingwa Mark-up Estensibbli (XML).

Artikolu 4

Huma u jdaħħlu d-dejta f’Eudamed, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jdaħħlu d-dejta onlajn jew li japplowdjaw il-fajls XML.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma u jdaħħlu d-dejta f’Eudamed, il-mezzi mediċi jiġu deskritti bil-kodiċi ta’ nomenklatura għall-mezzi mediċi rikonoxxuta fuq livell internazzjonali.

Artikolu 5

Fir-rigward tad-dejta li tkun teżisti qabel id-data msemmija fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta fir-reġistrazzjoni tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati u l-mezzi jiddaħħlu f’Eudamed skont l-Artikolu 14a(1)(a) tad-Direttiva 93/42/KEE u l-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 98/79/KE.

Din id-dejta għandha tiddaħħal qabel it-30 ta’ April 2012.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Deċiżjoni mill-1 ta’ Mejju 2011.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.

(2)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.

(4)  ĠU C 20, 24.1.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21.


ANNESS

Tabella bid-dejta mandatorja fil-modulu rispettiv tad-database Eudamed skont l-obbligi li jirriżultaw mid- Direttivi 93/42/KEE, 90/385/KEE u 98/79/KE

Id-Direttiva 93/42/KEE

Dejta minima rikjesta għal entrata tad-dejta f’Eudamed

L-Artikolu 14a(1)(a) u l-Artikolu 14(1) u (2)

1.

Attur (manifattur/rappreżentant awtorizzat):

(a)

isem;

(b)

triq;

(c)

lokalità;

(d)

kodiċi postali;

(e)

pajjiż;

(f)

telefown jew indirizz elettroniku;

(g)

rwol.

2.

Tagħmir:

(a)

kodiċi ta’ nomenklatura rikonoxxuta internazzjonalment (għal dejta ġġenerata wara l-1 ta’ Mejju 2011);

(b)

isem it-tagħmir/ditta jew, fejn mhux disponibbli, isem ġeneriku.

L-Artikolu 14a(1)(b)

3.

Ċertifikat:

(a)

in-numru taċ-ċertifikat;

(b)

it-tip taċ-ċertifikat;

(c)

data tal-ħruġ;

(d)

data tal-iskadenza;

(e)

manifattur u, skont il-każ, ir-rappreżentant awtorizzat (ara t-taqsima f’1. Attur);

(f)

korp notifikat (magħżul mis-sistema);

(g)

deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu u, skont il-każ, id-dettalji dwar it-tagħmir (ara t-taqsimiet fil-punt 2 tagħmir);

(h)

status u, skont il-każ, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-korp notifikat.

L-Artikolu 14a(1)(c) u l-Artikolu 10(3)

4.

Inċident (rapport tal-awtorità kompetenti nazzjonali):

(a)

referenza tal-awtorità kompetenti;

(b)

manifattur u, skont il-każ, ir-rappreżentant awtorizzat (ara t-taqsimiet f’1. Attur);

(c)

dettalji tal-manifattur;

(d)

referenza tal-manifattur/azzjoni korrettiva tas-sikurezza fit-taqsimiet(fsca) nr.;

(e)

tagħmir (ara t-taqsimiet fil-punt 2. Tagħmir), u fejn applikabbli n-numru tal-lott, serjali numru tas-serje, verżjoni tas-softwer;

(f)

korp notifikat (magħżul mis-sistema);

(g)

tagħmir magħruf li jinsab fis-suq ta’;

(h)

kunfidenzjali;

(i)

investigazzjoni sħiħa;

(j)

tagħrif ta’ sfond (deskrizzjoni);

(k)

konklużjoni;

(l)

rakkomandazzjoni;

(m)

azzjoni u deskrizzjoni tal-azzjoni.

L-Artikolu 14a(1)(d) u l-Artikolu 15(1), (6) u (7)

5.

Investigazzjoni klinika:

(a)

manifattur u, skont il-każ, ir-rappreżentant awtorizzat (ara t-taqsimiet f’1. Attur);

(b)

tagħmir (ara t-taqsimiet fil-punt 2. Tagħmir);

(c)

titlu tal-investigazzjoni;

(d)

numru tal-protokoll;

(e)

għan ewlieni;

(f)

kuntatt tal-awtorità kompetenti għal din l-investigazzjoni klinika;

(g)

deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 15(6), id-data tad-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha;

(h)

terminazzjoni bikrija minħabba raġunijiet ta’ sikurezza skont l-Artikolu 15(7), id-data tad-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha.

Id-Direttiva 90/385/KEE

Dejta minima rikjesta għal entrata tad-dejta f’Eudamed

L-Artikolu 10b(1)(a)

6.

Ċertifikat (ara t-taqsimiet fil-punt 3. Ċertifikat)

L-Artikolu 10b(1)(b) u l-Artikolu 8(3)

7.

Inċident (ara t-taqsimiet fil-punt 4. Inċident)

l-Artikolu 10b(1)(c), l-Artikolu 10(1),(3) u (4)

8.

Investigazzjoni Klinika (ara t-taqsimiet fil-punt 5. Investigazzjoni Klinika, (a) sa (f)

(g)

Deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità Kompetenti skont l-Artikolu 10(3), id-data tad-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha;

(b)

Terminazzjoni bikrija minħabba raġunijiet ta’ sikurezza skont l-Artikolu 10(4), id-data tad-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha.

Id-Direttiva 98/79/KE

Dejta minima rikjesta għal entrata tad-dejta f’Eudamed

l-Artikolu 12(1) (a) u l-Artikolu 10(1), (3) u (4) u l-Anness VIII (4)

9.

Attur (għall-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (IVDs) kollha):

L-indirizz tal-manifattur jew, skont il-każ, ir-rappreżentant awtorizzat (ara t-taqsimiet f’1. Attur).

10.

Tagħmir:

Għall-IVDs kollha

(a)

Tagħmir (ara t-taqsimiet f’-Tagħmir 2.);

(b)

Informazzjoni dwar jekk it tagħmir huwiex “ġdid”;

(c)

Twaqqif tat-tqegħid fis-suq.

Ukoll għall-Anness II u għall-awto-ttestjar

(d)

Riżultat tal-evalwazzjoni tar-rendiment, fejn applikabbli;

(e)

Ċertifikati (ara t-taqsimiet fil-punt 3. Ċertifikat)

(f)

Konformità mal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi Komuni, fejn applikabbli;

(g)

identifikazzjoni tat-tagħmir.

L-Artikolu 12(1)(b)

11.

Ċertifikat (ara t-taqsimiet fil-punt 3. Ċertifikat)

L-Artikolu 12(1)(c) u l-Artikolu 11(3)

12.

Inċident (ara t-taqsimiet fil-punt 4. Inċident)


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ April 2010

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ polpa u konċentrat tal-frott Morinda citrifolia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2397)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2010/228/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ April 2006 Tahitian Noni International Inc. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju biex tqiegħed il-polpa u l-konċentrat tal-frott tal-Morinda citrifolia fis-suq bħala ingredjent ġdid għall-ikel.

(2)

Fit-28 ta’ Frar 2007, il-korp kompetenti għall-valutazzjoni tal-ikel tal-Belġju ħareġ l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu. F’dak ir-rapport dan wasal għall-konklużjoni li l-użu tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia bħala ingredjent alimentari kien aċċettabbli.

(3)

Il-Kummissjoni għaddiet dan l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha nhar it-28 ta’ Marzu 2007.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tressqu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont din id-dispożizzjoni.

(5)

Għalhekk, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fis-7 ta’ Novembru 2007.

(6)

Fit-13 ta’ Marzu 2009, l-EFSA fl-“Opinjoni Xjentifika tal-Bord fuq in-Nutriment u l-Allerġiji tal-Prodotti tad-Dieta fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-polpa u l-konċentrat tal-frott ‘Morinda citrifolia (Noni)’ ” bħala ingredjent tal-ikel ġdid waslet għall-konklużjoni li l-polpa u l-konċentrat tal-frott Noni kien sigur għall-popolazzjoni ġenerali.

(7)

Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia (Noni) jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia (Noni) kif speċifikat fl-Anness I jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent alimentari ġdid għall-użi mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 2

L-isem tal-polpa tal-frott Morinda citrifolia awtorizzat minn din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li fihom din il-polpa għandu jkun “polpa tal-frott Morinda citrifolia” jew “polpa tal-frott Noni”.

L-isem tal-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia awtorizzat minn din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan il-konċentrat għandu jkun “konċentrat tal-frott Morinda citrifolia” jew “konċentrat tal-frott Noni”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Tahitian Noni International Inc., 333 West River Park Drive, Provo, Utah 84604, l-Istati Uniti tal-Amerika.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.


ANNESS I

Speċifikazzjonijiet tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia

Deskrizzjoni:

Il-frott Morinda citrifolia nħasad bl-idejn. Iż-żerriegħa u l-qoxra jinfirdu b’mod mekkaniku mill-frott f’polpa. Wara l-pasturizzazzjoni, il-polpa tiġi ppakkjata f’kontenituri li mhumiex settiċi u maħżuna f’kundizzjonijiet kesħin.

Il-konċentrat tal-Morinda citrifolia jitħejja mill-polpa tal-M. citrifolia permezz ta’ trattament b’enżimi pektinolitiċi (50-60 °Ċ għal siegħa-sagħtejn). Imbagħad il-polpa tissaħħan biex tmewwet il-pectinases imbagħad titkessaħ mill-ewwel. Il-meraq jinfired f’karaffa ċentrifuga. Wara, il-meraq jinġabar u jiġi pasturizzat, qabel ma jiġi kkonċentrat f’evaporatur vakwu minn brix ta’ 6 sa 8 għal brix ta’ 49 sa 51 fil-konċentrat finali.

Kompożizzjoni tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia

Indewwa

89 – 93 %

48 – 53 %

Proteina

< 0,6 g/100 g

3 – 3,5 g/100 g

Xaħam

< 0,2 g/100 g

< 0,04 g/100 g

Irmied

< 1 g/100 g

4,5 – 5 g/100 g

Karboidrati totali

5 – 10 g/100 g

37 – 45 g/100 g

Fruttosi

0,5 – 2 g/100 g

9 – 11 g/100 g

Glukożju

0,5 – 2 g/100 g

9 – 11 g/100 g

Fibra tad-dieta

1,5 – 3 g/100 g

1,5 – 5 g/100 g

5,15-dimethylmorindol (*)

0,19 – 0,20 μg/mL

0,11 – 0,77 μg/mL

Lucidin (*)

Ma jistax jinstab

Ma jistax jinstab

Alizarin (*)

Ma jistax jinstab

Ma jistax jinstab

Rubiadin (*)

Ma jistax jinstab

Ma jistax jinstab


(*)  Permezz ta’ metodu HPLC-UV żviluppat u vvalidat mill-applikant għall-analiżi ta’ antrakinoni fil-polpa u l-konċentrat tal-Morinda citrifolia

Il-limiti ta’ detezzjoni: 2,5 ng/mL (5,15 dimethylmorindol); 50,0 ng/mL (lucidin); 6,3 ng/mL (alizarin) u 62,5 ng/mL (rubiadin).


ANNESS II

Użi tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia

Grupp ta’ Użu

Livell ta’ użu massimu tal-frott Morinda citrifolia

polpa

konċentrat

Ħelu

45 g/100 g

10 g/100 g

Bars taċ-ċereali

53 g/100 g

12 g/100 g

Taħlitiet tax-xorb nutrittiv bi trab (piż xott)

53 g/100 g

12 g/100 g

Xorb bil-karbonat

11 g/100 g

3 g/100 g

Ġelat u sorbet

31 g/100 g

7 g/100 g

Jogurt

12 g/100 g

3 g/100 g

Biskuttini

53 g/100 g

12 g/100 g

Pannozzi, kejkijiet u pastini

53 g/100 g

12 g/100 g

Ċereali għall-fatra (qamħ sħiħ)

88 g/100 g

20 g/100 g

Ġammijiet u ġelijiet (preżervati tal-frott)

 (*) 133 g/100 g

30 g/100 g

Pejst tal-ħelu, mili u ġelu

31 g/100 g

7 g/100 g

Zlazi mħawwra, pikles, grejvi u kondimenti

88 g/100 g

20 g/100 g

Supplimenti tal-ikel (skont id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1))

26 g f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur

6 g f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur


(*)  Imsejjes fuq il-kwantità ta’ qabel l-ipproċessar biex jiġi magħmul prodott finali ta’ 100 g.

(1)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ April 2010

rigward l-abbozz tad-Digriet tal-Italja li jwaqqaf l-istandards li jirregolaw it-tikkettar tal-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, tal-ħalib UHT, tal-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u tal-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll tal-prodotti tal-ħalib

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2436)

(Il-verżjoni bil-lingwa Taljana biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/229/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

B’konformità mal-proċedura stipulata fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2000/13/KE, fil-25 ta’ Awwissu 2009, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-abbozz tad-Digriet Ministerjali li jwaqqaf l-istandards li jirregolaw it-tikkettar tal-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, tal-ħalib UHT, tal-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u tal-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll tal-prodotti tal-ħalib.

(2)

Skont l-Artikolu 1 tad-Digriet notifikat, dan japplika għall-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, għall-ħalib UHT, għall-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u għall-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll għall-prodotti tal-ħalib.

(3)

L-Artikolu 2 tad-Digriet notifikat jitlob li t-tikketti tal-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, tal-ħalib UHT, tal-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u tal-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja għandhom juru minn fejn oriġina l-ħalib li jkun ġie ttrattat b’dawn il-modi msemmijin.

(4)

L-Artikolu 3(1) tad-Digriet notifikat jistipula li t-tikketti tal-prodotti tal-ħalib għandhom juru minn fejn oriġina l-ħalib li ġie użat biex isiru dawn il-prodotti.

(5)

L-Artikolu 3(3) tad-Digriet notifikat jistipula li t-tikketti tal-ġobnijiet, inkluża r-rikotta, li jkun fihom sustanzi miksubin mill-ipproċessar tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib għandhom jinkludu lil dawn is-sustanzi fil-lista tal-ingredjenti, u referenza għall-post minn fejn ikun oriġina l-ħalib użat fl-ipproċessar ta’ dawn is-sustanzi.

(6)

L-Artikolu 4 tad-Digriet notifikat jistipula li t-tikketti tal-ġobnijiet miksubin mill-baqta għandhom juru minn fejn oriġina l-ħalib użat fil-baqta.

(7)

Id-Direttiva 2000/13/KE tarmonizza r-regoli li jirregolaw it-tikkettar tal-prodotti tal-ikel billi tipprevedi, min-naħa, l-armonizzazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali u, min-naħa l-oħra, l-arranġamenti għal dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati. L-ambitu tal-armonizzazzjoni huwa mfisser fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, li jelenka l-partikularitajiet li huma obbligatorji fuq it-tikkettar tal-prodotti tal-ikel, skont l-Artikoli 4 sa 17 u soġġetti għall-eċċezzjonijiet li jinsabu fihom.

(8)

B’mod partikolari, skont l-Artikolu 3(1)(8) tad-Direttiva 2000/13/KE, l-indikazzjoni tal-post ta’ oriġini jew tal-provenjenza hija obbligatorja fejn in-nuqqas ta’ dan id-dettall jista’ fi grad materjali jqarraq bil-konsumatur rigward l-oriġini jew il-provenjenza awtentika tal-prodott tal-ikel. Id-dispożizzjoni tistabbilixxi mekkaniżmu xieraq biex jevita r-riskju li l-konsumaturi jitqarrqu f’każijiet fejn xi elementi jimplikaw li xi ikel partikolari jkun oriġina jew għandu provenjenza differenti minn dik ta’ vera.

(9)

Barra minn hekk, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/13/KE jistipula li jistgħu jkunu meħtieġa xi dettalji oħra flimkien ma’ dawk elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva fil-każ ta’ prodotti tal-ikel speċifikati, minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew, fin-nuqqas tagħhom, minn miżuri nazzjonali.

(10)

L-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/13/KE jippermetti l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati jekk ikunu ġġustifikati skont waħda mir-raġunijiet elenkati fih, inklużi inter alia l-prevenzjoni ta’ frodi u l-ħarsien tas-saħħa pubblika, u sakemm ma jkunux ta’ natura li jwaqqfu l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti mid-Direttiva 2000/13/KE. Għaldaqstant, meta fi Stat Membru jkun ġie propost abbozz ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tat-tikkettar, jeħtieġ li tiġi eżaminata l-kompatibilità tagħhom mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq u mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

(11)

L-awtoritajiet Taljani jsostnu li d-Digriet notifikat huwa meħtieġ biex jiddefinixxu u jirregolaw is-sistema ta’ traċċabilità għall-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, għall-ħalib UHT, għall-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u għall-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll għall-prodotti tal-ħalib. Jiddikjaraw ukoll li d-Digriet notifikat huwa meħtieġ għar-regolarizzazzjoni tat-tikketti tal-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Artikolu 1 tiegħu biex jiżgura li jiġu mħarsin l-interessi tal-konsumaturi kemm jista’ jkun possibbli.

(12)

Rigward it-traċċabilità tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tad-Digriet notifikat, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (2), jitlob li, f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni, għandha tiġi stabbilita sistema komprensiva ta’ traċċabilità mill-intrapriżi tal-ikel biex ikun jista’ jsir irtirar iffokat u preċiż, jew ikun jista’ jingħata tagħrif lill-konsumaturi jew lill-uffiċjali tal-kontroll. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 18 tiegħu, l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jidentifikaw il-persuni li fornewlhom kull ikel, u l-intrapriżi li jkunu xtraw il-prodotti mingħandhom. Barra dan, l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi obbligazzjonijiet speċifiċi għall-operaturi tan-negozji tal-ikel. L-indikazzjoni obbligatorja tal-oriġini fuq it-tikketta tal-prodotti lesti kkonċernati mhijiex tagħrif meħtieġ biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ traċċabilità.

(13)

Barra minn hekk, apparti referenza ġenerika lejn il-ħtieġa li jitħarsu l-interessi tal-konsumatur, l-awtoritajiet Taljani ma pprovdew ebda ġustifikazzjoni li twassal għall-konklużjoni li, fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tad-Digriet notifikat, l-indikazzjoni obbligatorja tal-oriġini hija meħtieġa, minbarra fl-obbligu stipulat fl-Artikolu 3(1) punt 8 tad-Direttiva 2000/13/KE.

(14)

Għaldaqstant l-awtoritajiet Taljani ma rnexxielhomx juru li l-indikazzjoni tal-oriġini kif stipulat fid-Digriet notifikat huwa meħtieġ biex jinkiseb wieħed mill-miri elenkati fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/13/KE.

(15)

Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni ressqet opinjoni negattiva dwar id-dispożizzjonijiet tad-Digriet imsemmijin hawn fuq, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 19, tad-Direttiva 2000/13/KE.

(16)

L-awtoritajiet Taljani għandhom, għaldaqstant, jintalbu li ma jadottawx id-dispożizzjonijiet tad-Digriet notifikat ikkonċernat.

(17)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Italja ma għandhiex tadotta l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u (3) u l-Artikolu 4 (sa fejn jikkonċerna l-obbligu li jiġi indikat il-post minn fejn oriġina l-ħalib użat fil-baqta) tad-Digriet notifikat li jwaqqaf l-istandards li jirregolaw it-tikkettar tal-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, tal-ħalib UHT, tal-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u tal-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll tal-prodotti tal-ħalib.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(2)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.