ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.094.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 94

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
15 ta' April 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2010 tad-9 ta’ April 2010 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-2-phenylphenol f’ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2010 tal-14 ta’ April 2010 li jibdel l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2010 tal-14 ta’ April 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pecorino Toscano (DPO)]

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2010 tal-14 ta' April 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Monti Iblei (DPO)]

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 308/2010 tal-14 ta’ April 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto di Carpegna (DPO)]

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 309/2010 tad-9 ta’ April 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 310/2010 tad-9 ta’ April 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

27

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 311/2010 tal-14 ta’ April 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

29

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2010 tal-14 ta’ April 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

31

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/216/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2010 li temenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar ( 1 )

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 304/2010

tad-9 ta’ April 2010

li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-2-phenylphenol f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

It-2-phenylphenol hija sustanza attiva li tagħmel parti mir-raba’ stadju tal-programm ta’ reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għal-liema ġie ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni fid-19 ta’ Diċembru 2008 fil-format tar-Rapport Xjentfiku tal-EFSA għat-2-phenylphenol (3). Dan ir-rapport jinkludi l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Ikel, minn hawn ‘il quddiem ‘l-Awtorità’, dwar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-LMR għal dik is-sustanza attiva skont l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u proposta għal-LMR bħal dawn.

(2)

L-Awtorità eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u l-annimali. L-awtorità evalwat l-użu rappreżentattiv bħala fungiċida ta’ wara l-ħsad fuq iċ-ċitru u l-lanġas u kkonkludiet li, ibbażat fuq l-informazzjoni disponibbli, livell massimu ta’ residwu (LMR) ta’ 5 mg/kg għandu jiġi ffissat provviżorjament għall-użu notifikat fuq il-frott taċ-ċitru permezz ta’ applikazzjoni bit-tixrib. Sabiex tikkonferma l-valutazzjoni tar-riskju, l-Awtorità talbet konferma li l-metodu analitiku applikat fil-provi tar-residwu jikkwantifika b’mod korrett ir-residwi tat-2-phenylphenol, 2-phenylhydroquinone u l-konjugati tagħhom. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-notifikant għandu jissottometti żewġ provi ta’ residwu addizzjonali fuq il-frott taċ-ċitru u studji validi dwar l-istabbiltà tal-ħżin. Fir-rigward l-użu notifikat fuq il-lanġas, l-Awtorità ma setgħetx tipproponi l-ebda LMR minħabba li d-dejta tar-residwu ssottomessa ma kinitx aċċettabbli. Fl-assenza ta’ LMR speċifiku, għandu japplika l-iktar limitu baxx ta’ determinazzjoni analitika.

(3)

Il-valutazzjoni tar-riskju mwettaq mill-Awtorità qieset l-informazzjoni l-iktar reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tat-2-phenylphenol. Din uriet li LMR ta’ 5 mg/kg huwa aċċettabbli għall-frott taċ-ċitru fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ta’ espożizzjoni tal-konsumatur għal 27 grupp speċifiku ta’ konsumaturi Ewropej. L-evalwazzjoni tal-espożizzjoni tul il-ħajja permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista’ jkun fihom it-2-phenylphenol wriet li ma hemm l-ebda riskju li l-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (DAK) qed jinqabeż. Billi mhijiex meħtieġa doża akuta ta’ referenza (DAR) għat-2-phenylphenol, ma hemm l-ebda ħtieġa li tiġi evalwata l-espożizzjoni fit-terminu l-qasir.

(4)

Il-Kummissjoni stiednet in-notifikant biex jissottometti l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport Xjentifiku tal-EFSA għat-2-phenylphenol, inklużi l-LMR proposti. In-notifikant ippreżenta l-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa.

(5)

Imsejsa fuq ir-Rapport Xjentifiku tal-Awtorità u b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki mitluba għal-LMR jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 217, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva 2-phenylphenol (iffinalizzata fid-19 ta’ Diċembru 2008).


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tiżdied ir-ringiela li ġejja għat-2-phenylphenol:

Residwu ta’ pestiċida u livelli massimi ta’ residwu (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-LMR (1)

Is-somma ta’ 2-Phenylphenol, l-imluħ u l-konjugati tiegħu, expressi bħala 2-phenylphenol

100000

1.

FROTT FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠWIEŻ

 

110000

(i)

Frott taċ-ċitru

5 (ft)

110010

Grejpfrut

 

110020

Larinġ

 

110030

Lumi

 

110040

Lajm

 

110050

Mandolin

 

110990

Oħrajn

 

120000

(ii)

Lewż tas-siġar (bil-qoxra jew bla qoxra)

0,1 (*)

120010

Lewż

 

120020

Ġewż tal-Brażil

 

120030

Ġewż tal-anakardju

 

120040

Qastan

 

120050

Ġewż tal-Indi

 

120060

Ġellewż

 

120070

Makadamja

 

120080

Ġwież tal-Pekan

 

120090

Ġwież tal-arznu

 

120100

Pistaċċi

 

120110

Ġewż

 

120990

Oħrajn

 

130000

(iii)

Frott taż-żerriegħa

0,05 (*)

130010

Tuffieħ

 

130020

Lanġas

 

130030

Sfarġel

 

130040

Naspli

 

130050

Naspla tal-Ġappun

 

130990

Oħrajn

 

140000

(iv)

Frott tal-għadma

0,05 (*)

140010

Berquq

 

140020

Ċirasa

 

140030

Ħawħ

 

140040

Għanbaqar

 

140990

Oħrajn

 

150000

(v)

Frott tal-bosk (berries) u frott żgħir ieħor

0,05 (*)

151000

(a)

Għeneb tal-mejda u tal-inbid

 

151010

Għeneb tal-ikel

 

151020

Għeneb tal-inbid

 

152000

(b)

Frawli

 

153000

(c)

Frott tal-kannamiela

 

153010

Tut

 

153020

Ċawsli iswed [Dewberries]

 

153030

Lampun

 

153990

Oħrajn

 

154000

(d)

Frott tal-bosk (berries) u frott żgħir ieħor

 

154010

Blueberries

 

154020

Cranberries

 

154030

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

 

154040

Gooseberries

 

154050

Warda Skoċċiża

 

154060

Tut (arbutus berry)

 

154070

Azarole (naspli tal-meditterran)

 

154080

Il-frott tas-sebuqa

 

154990

Oħrajn

 

160000

(vi)

Frott diversi

0,05 (*)

161000

(a)

Qoxra li tittiekel

 

161010

Tamar

 

161020

Tin

 

161030

Żebbuġ tal-mejda

 

161040

Kumquats

 

161050

Carambola

 

161060

Persimmon

 

161070

Jambolan (java plum)

 

161990

Oħrajn

 

162000

(b)

Qoxra li ma tittikilx, żgħira

 

162010

Kiwi

 

162020

Lychee (Litchi)

 

162030

Frott tal-passjoni

 

162040

Bajtar tax-xewk (frott tal-kaktus)

 

162050

Star apple

 

162060

Frotta tal-kaki (American Persimmon) (Virginia kaki)

 

162990

Oħrajn

 

163000

(c)

Qoxra li ma tittikilx, kbira

 

163010

Avokado

 

163020

Banana

 

163030

Mango

 

163040

Papaja

 

163050

Rummien

 

163060

Cherimoya (Custard apple, sugar apple (sweetsop), llama u Annonnaceae oħra ta’ daqs medju)

 

163070

Gwava

 

163080

Ananas

 

163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

163100

Durian

 

163110

Il-frotta tal-annona (guanbana),

 

163990

Oħrajn

 

200000

2.

ĦAXIX FRISK JEW IFFRIŻAT

0,05 (*)

210000

(i)

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

 

211000

(a)

Patata

 

212000

(b)

Ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

 

212010

Kassava

 

212020

Patata ħelwa

 

212030

 

 

212040

Ararut

 

212990

Oħrajn

 

213000

(c)

Ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitrava zokkrija

 

213010

Pitrava

 

213020

Karrotti

 

213030

Krafes

 

213040

L-għerq mustarda

 

213050

Artiċokks

 

213060

Zunnarija bajda

 

213070

Tursin tal-għeruq

 

213080

Ravanell

 

213090

Sassefrika

 

213100

Nevew

 

213110

Ġdur

 

213990

Oħrajn

 

220000

(ii)

Ħxejjex ikkaboċċjati

 

220010

Tewm

 

220020

Basal

 

220030

Xalotti

 

220040

Spring onions

 

220990

Oħrajn

 

230000

(iii)

Ħxejjex li huma l-frotta tal-pjanta

 

231000

(a)

Solanacea

 

231010

Tadam

 

231020

Bżar

 

231030

Brunġiel

 

231040

Okra, lady’s fingers

 

231990

Oħrajn

 

232000

(b)

Kukurbiti – tal-qoxra li tittiekel

 

232010

Ħjar

 

232020

Ħjar żgħir għall-immarinat (Gherkins)

 

232030

Zukkini (Summer squash, qara’ (patisson))

 

232990

Oħrajn

 

233000

(c)

Kukurbiti – tal-qoxra li ma tittikilx

 

233010

Bettieħ

 

233020

Qargħa ħamra

 

233030

Dulliegħ

 

233990

Oħrajn

 

234000

(d)

Qamħirrum ħelu

 

239000

(e)

Ħxejjex tal-frott oħra

 

240000

(iv)

Ħxejjex brassika

 

241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

241010

Brokkli

 

241020

Pastard

 

241990

Oħrajn

 

242000

(b)

Brassika bir-ras

 

242010

Brussels Sprouts

 

242020

Kaboċċa bir-ras

 

242990

Oħrajn

 

243000

(c)

Brassika bil-weraq

 

243010

Kaboċċa Ċiniża

 

243020

Kale

 

243990

Oħrajn

 

244000

(d)

Ġidra

 

250000

(v)

Ħxejjex tal-weraq u ħwawar friski

 

251000

(a)

Ħass u pjanti oħra tal-insalata inkluż il-Brassicacea

 

251010

Varjanella

 

251020

Ħass

 

251030

Scarole

 

251040

Krexxuni

 

251050

Krexxun

 

251060

Insalata, rukola

 

251070

Mustarda ħamra

 

251080

Weraq u nebbieta tal-Brassika spp.

 

251990

Oħrajn

 

252000

(b)

Spinaċi u simili (weraq)

 

252010

Spinaċi

 

252020

Purslane

 

252030

Weraq tal-pitravi (chard)

 

252990

Oħrajn

 

253000

(c)

Weraq tad-dielja (weraq tal-għeneb)

 

254000

(d)

Krexxuni tal-ilma

 

255000

(e)

Witloof

 

256000

(f)

Ħaxix aromatiku

 

256010

Maxxita

 

256020

Kurrat salvaġġ

 

256030

Weraq tal-krafes

 

256040

Tursin

 

256050

Salvja

 

256060

Klin

 

256070

Sagħtar

 

256080

Ħabaq

 

256090

Rand

 

256100

Stragun

 

256990

Oħrajn

 

260000

(vi)

Legumi (friski)

 

260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

260020

Fażola (mingħajr imżiewed)

 

260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

260040

Piżelli (mingħajr imżiewed)

 

260050

Għads

 

260990

Oħrajn

 

270000

(vii)

Ħxejjex biz-zokk (friski)

 

270010

Spraġ

 

270020

Kardun

 

270030

Karfus

 

270040

Bużbież

 

270050

Qaqoċċ tond

 

270060

Kurrat

 

270070

Rabarbru

 

270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

270090

Qlub tal-palmi

 

270990

Oħrajn

 

280000

(viii)

Faqqiegħ

 

280010

Ikkultivat

 

280020

Selvaġġ

 

280990

Oħrajn

 

290000

(ix)

Algi

 

300000

3.

ŻRIERAGĦ TAL-LEGUMI, MNIXXFA

0,05 (*)

300010

Fażola

 

300020

Għads

 

300030

Piżelli

 

300040

Lupini

 

300990

Oħrajn

 

400000

4.

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

401000

(i)

Żrieragħ taż-żejt

0,1 (*)

401010

Żerriegħa tal-kittien

 

401020

Karawett

 

401030

Żerriegħa tal-peprin

 

401040

Żerriegħa tal-ġulġlien

 

401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

401060

Iż-żerriegħa tal-kolza

 

401070

Żerriegħa tas-sojja

 

401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

401090

Żerriegħa tal-qoton

 

401100

Żerriegħa tal-qargħa ħamra

 

401110

Għosfor

 

401120

Fidloqqom

 

401130

Kamelina

 

401140

Qanneb

 

401150

Żerriegħa tar-riġnuwa

 

401990

Oħrajn

 

402000

(ii)

Frott taż-żejt

 

402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

0,05 (*)

402020

Ġewż tal-palm (qlub biż-żejt tal-palm, kernels)

0,1 (*)

402030

Frott il-palm

0,1 (*)

402040

Kapok

0,1 (*)

402990

Oħrajn

0,1 (*)

500000

5.

ĊEREALI

0,05 (*)

500010

Ix-xgħir

 

500020

Qamħ saraċin

 

500030

Il-qamħirrun

 

500040

Millieġ

 

500050

Ħafur

 

500060

Ross

 

500070

Segala

 

500080

Sorgu

 

500090

Qamħ

 

500990

Oħrajn

 

600000

6.

TÈ, KAFE, INFUŻJONIJIET ERBALI U KAKAW

0,1 (*)

610000

(i)

Tè (weraq u zkuk imnixxfa, iffermentat jew mhux tal-Camellia sinensis)

 

620000

(ii)

Żrieragħ tal-kafe

 

630000

(iii)

Infużjonijiet tal-ħxejjex (imnixxfa)

 

631000

(a)

Fjuri

 

631010

Fjuri tal-kamomilla

 

631020

Fjuri tal-ħibiskus

 

631030

Petali tal-ward

 

631040

Fjuri tal-ġiżimin

 

631050

Lime (linden)

 

631990

Oħrajn

 

632000

(b)

Weraq

 

632010

Weraq tal-frawli

 

632020

Weraq tar-rooibos

 

632030

Maté

 

632990

Oħrajn

 

633000

(c)

Għeruq

 

633010

Għerq il-valerjana

 

633020

Għerq il-ġinseng

 

633990

Oħrajn

 

639000

(d)

Infużjonijiet tal-ħxejjex oħra

 

640000

(iv)

Kakaw (kafeni ffermentati)

 

650000

(v)

Ħarrub (St Johns bread)

 

700000

7.

ĦOPS (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta’ trab mhux ikkonċentrat

0,1 (*)

800000

8.

ĦWAWAR

0,1 (*)

810000

(i)

Żrieragħ

 

810010

Ħlewwa

 

810020

Ħlewwa sewda

 

810030

Żerriegħa tal-karfus

 

810040

Żerriegħa tal-kosbor

 

810050

Kemmun

 

810060

Żerriegħa tax-xibt

 

810070

Żerriegħa tal-bużbies

 

810080

Żerriegħa tal-fienu

 

810090

Noċemuskata

 

810990

Oħrajn

 

820000

(ii)

Frott u berries

 

820010

Bżar tal-Ġamajka (allspice)

 

820020

Bżar tal-ħlewwa (Bżar tal-Ġappun)

 

820030

Ħlewwa (Caraway)

 

820040

Kardamom

 

820050

Ġnibru

 

820060

Bżar, iswed u abjad

 

820070

Imżiewed tal-vanilla

 

820080

Tamarind (tamar tal-Indja)

 

820990

Oħrajn

 

830000

(iii)

Qoxra tas-siġar

 

830010

Kannella

 

830990

Oħrajn

 

840000

(iv)

Għeruq jew riżomi

 

840010

Għud is-sus/likwirizja

 

840020

Żinżel

 

840030

Żagħfran tal-Indja (Kurkuma)

 

840040

L-għerq mustarda

 

840990

Oħrajn

 

850000

(v)

Rimi

 

850010

Imsiemer tal-qronfol

 

850020

Kappar

 

850990

Oħrajn

 

860000

(vi)

Stigma tal-fjuri

 

860010

Żagħfran

 

860990

Oħrajn

 

870000

(vii)

Aril

 

870010

Qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

870990

Oħrajn

 

900000

9.

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,05 (*)

900010

Pitravi taz-zokkor (għeruq)

 

900020

Kannamiela

 

900030

Għeruq taċ-ċikwejra

 

900990

Oħrajn

 

1000000

10.

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TAL-ART

0,05 (*)

1010000

(i)

Laħam, preparazzjonijiet tal-laħam, ġewwieni, demm, xaħam tal-annimali frisk, mkessaħ jew iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat jew ipproċessat bħala dqiq jew ikel. Prodotti pproċessati oħra bħaz-zalzett u preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn.

 

1011000

(a)

Majjal

 

1011010

Laħam

 

1011020

Xaħam mingħajr dgħif

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel

 

1011990

Oħrajn

 

1012000

(b)

Bovini

 

1012010

Laħam

 

1012020

Xaħam

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel

 

1012990

Oħrajn

 

1013000

(c)

Nagħaġ

 

1013010

Laħam

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel

 

1013990

Oħrajn

 

1014000

(d)

Mogħoż

 

1014010

Laħam

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel

 

1014990

Oħrajn

 

1015000

(e)

Żwiemel, ħmir, bgħula jew hinnies

 

1015010

Laħam

 

1015020

Xaħam

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel

 

1015990

Oħrajn

 

1016000

(f)

Tjur tar-razzett -tiġieġ, wiżż, papri, dundjani u fargħuni, ngħam, ħamiem

 

1016010

Laħam

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel

 

1016990

Oħrajn

 

1017000

(g)

Annimali oħra tar-razzett/farm

 

1017010

Laħam

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel

 

1017990

Oħrajn

 

1020000

(ii)

Ħalib u krema, mhux ikkonċentrati, u lanqas ma fihom zokkor jew ħlewwiet miżjuda, butir jew xaħmijiet oħra li ġejjin mill-ħalib, mill-ġobon jew mill-baqta.

 

1020010

Bovini

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

(iii)

Bajd tat-tjur, friski, ippreżervati jew imsajra. Bajd bil-qoxra u isfar tal-bajd friski, imnixxfa, imsajra bil-fwar jew mgħollija fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew ippreżervati mod ieħor, fihom jew ma fihomx zokkor jew ħlewwiet miżjuda

 

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn

 

1040000

(iv)

Għasel

 

1050000

(v)

Anfibi u rettili

 

1060000

(vi)

Bebbux

 

1070000

(vii)

Prodotti minn annimali tal-art oħra

 


(1)  Għal-lista kompluta ta’ prodotti li ġejjin mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-LMR, ara l-Anness I.

(*)  Tindika l-limitu aktar baxx tad-determinazzjoni analitika.

(ft)  LMR validu sat-30 ta’ Settembru 2012 sakemm jaslu s-sottomissjonijiet u l-valutazzjonijiet ta’ żewġ provi tar-residwi addizzjonali fuq il-frott taċ-ċitru u studji validi ta’ stabbiltà ta’ imballaġġ.”


15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 305/2010

tal-14 ta’ April 2010

li jibdel l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (1), b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konsegwenza tal-falliment min-naħa tal-Istati Uniti biex iġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta’ 15 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika mill-1 ta’ Mejju 2005. B’konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni ta’ konċessjonijiet fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell ta’ sospensjoni kull sena għal-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat mis-CDSOA lill-Unjoni Ewropea f’dak iż-żmien.

(2)

Il-ħlasijiet tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm dejta disponibbli għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni ta’ dazji kompensatorji u ta’ anti-dumping miġbura matul is-Sena Fiskali 2009 (mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009). Fuq il-bażi tad-dejta ppubblikata mid-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat lill-Unjoni Ewropea huwa kkalkulat li jammonta għal USD 95,83 miljun.

(3)

Billi l-livell ta’ tixjin jew ħsara u konsegwentement ta’ sospensjoni żdied, l-ewwel 19-il prodott tal-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005.

(4)

L-effett ta’ dazju tal-importazzjoni addizzjonali ad valorem ta’ 15 % fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I emendat jirrappreżenta, fuq sena, valur ta’ kummerċ li ma jaqbiżx il-USD 95,83 miljun.

(5)

L-Artikoli 6(1) u 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 jinkludu eżenzjonijiet speċifiċi mid-dazju tal-importazzjoni addizzjonali. Billi l-applikabbiltà ta’ dawk l-eżenzjonijiet tiddependi fuq li jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet qabel id-dħul fis-seħħ jew fid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 673/2005, l-eżenzjonijiet ma jistgħux fil-prattika japplikaw għall-importazzjonijiet tad-19-il prodott miżjuda minn dan ir-Regolament mal-lista fl-Anness I. Għaldaqstant, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi biex dawn l-eżenzjonijiet isiru effettivi għall-importazzjonijiet ta’ dawk il-prodotti.

(6)

Biex tiġi evitata l-evażjoni tad-dazju addizzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(7)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat għar-ritaljazzjoni fil-kummerċ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 qed jitbiddel bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 qed jitbiddel bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Prodotti li għalihom tkun inħarġet liċenzja tal-importazzjoni b’eżenzjoni minn, jew tnaqqis tad-dazju, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ma għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju addizzjonali sakemm ikunu kklassifikati taħt wieħed minn dawn il-kodiċijiet NM li ġejjin (2): 9406 00 38, 6101 30 10, 6102 30 10, 6201 12 10, 6201 13 10, 6102 30 90, 6201 92 00, 6101 30 90, 6202 93 00, 6202 11 00, 6201 13 90, 6201 93 00, 6201 12 90, 6204 42 00, 6104 43 00, 6204 49 10, 6204 44 00, 6204 43 00, 6203 42 31.

2.   Prodotti li għalihom jista’ jintwera li kienu diġà qed jiġu trasportati lejn l-Unjoni Ewropea jew f’ħażna temporanja jew f’żona ħielsa jew maħżen ħieles jew fi proċedura ta’ sospensjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 84(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3) fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u li d-destinazzjoni tagħhom ma tistax tinbidel, ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju addizzjonali sakemm ikunu klassifikati taħt wieħed minn dawn il-kodiċijiet NM li ġejjin (4): 9406 00 38, 6101 30 10, 6102 30 10, 6201 12 10, 6201 13 10, 6102 30 90, 6201 92 00, 6101 30 90, 6202 93 00, 6202 11 00, 6201 13 90, 6201 93 00, 6201 12 90, 6204 42 00, 6104 43 00; 6204 49 10, 6204 44 00, 6204 43 00, 6203 42 31.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1.

(2)  Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(4)  Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).


ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw id-dazji addizzjonali huma identifikati permezz tal-kodiċi NM tagħhom bi tmien numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1) kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (2).

 

4820 10 50

 

6204 63 11

 

6204 69 18

 

6204 63 90

 

6104 63 00

 

6203 43 11

 

6103 43 00

 

6204 63 18

 

6203 43 19

 

6204 69 90

 

6203 43 90

 

0710 40 00

 

9003 19 30

 

8705 10 00

 

9406 00 38

 

6101 30 10

 

6102 30 10

 

6201 12 10

 

6201 13 10

 

6102 30 90

 

6201 92 00

 

6101 30 90

 

6202 93 00

 

6202 11 00

 

6201 13 90

 

6201 93 00

 

6201 12 90

 

6204 42 00

 

6104 43 00

 

6204 49 10

 

6204 44 00

 

6204 43 00

 

6203 42 31.


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1.


ANNESS II

Il-prodotti f’dan l-Anness huma identifikati permezz tal-kodiċi NM tagħhom bi tmien numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċi tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005.

6204 62 31.


15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 306/2010

tal-14 ta’ April 2010

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pecorino Toscano (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4)(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1)(1) u skont l-Artikolu (17)(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pecorino Toscano”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Ladarba l-emendi konċernati mhumiex minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emendi, skont l-Artikolu 6(2)(1), tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)  ĠU C 188, 11.8.2009, p. 30.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

L-ITALJA

Pecorino Toscano (DPO)


15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 307/2010

tal-14 ta' April 2010

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Monti Iblei (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu (17)(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Monti Iblei”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2325/97 (3).

(2)

Ladarba l-emendi kkonċernati mhumiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) skont l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, tal-istess Regolament. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament b'dan huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 322, 25.11.1997, p. 33.

(4)  ĠU C 198, 22.8.2009, p. 23.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Il-klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

L-ITALJA

Monti Iblei (DPO)


15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 308/2010

tal-14 ta’ April 2010

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto di Carpegna (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4)(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1)(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Prosciutto di Carpegna”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Ladarba l-emendi konċernati mhumiex minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emendi, skont l-Artikolu 6(2)(1), tal-istess Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)  ĠU C 189, 12.8.2009, p. 23.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.2   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

L-ITALJA

Prosciutto di Carpegna (DPO)


15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 309/2010

tad-9 ta’ April 2010

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Pannell tal-injam żnuber bi tliet filati b’qisien ġenerali ta’ 1 000  × 500 × 27 mm.

Il-filati ta’ barra huma wesgħin 8,5 mm u magħmulin minn biċċiet tal-injam imwaħħlin bil-kolla xifer ma' xifer, b'tali mod li huma paralleli ma’ xluxin.

Il-filata ta’ ġewwa, li l-qagħda tagħha hija perpendikulari mal-vina tal-filati ta' barra, hija wiesgħa 10 mm u magħmula minn biċċiet tal-injam (blokkok/strixxi) imwaħħlin bil-kolla xifer ma' xifer, b'tali mod li huma paralleli ma' xulxin.

Il-filati ta’ barra u t-truf huma miksija bir-reżina.

Ara l-istampa (*).

4412 94 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kitba fil-kodiċi NM 4412 , 4412 94 u 4412 94 90 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 4418 bħala xogħol ta' mastrudaxxa magħmul mill-injam, b'mod aktar speċifiku, xatters għall-kostruzzjoni bil-konkos hija eskluża, peress li l-prodott ma għandu l-ebda karatteristika oħra minn barra l-kisja tar-reżina li permezz tagħha jista’ jitqies li ġie diżinjat għall-finijiet ta’ kostruzzjoni. Ara wkoll is-Sistema Armonizzata tan-Noti ta’ Spjegazzjoni għall-intestatura 4418 (b’mod partikolari l-aħħar sentenza tal-paragrafu 3). Għalhekk, l-użu maħsub ta' xuttering għall-kostruzzjoni mhuwiex marbut direttament mal-prodott. Għaldaqstant, il-prodott ma għandux il-karatteristiċi u l-kwalitajiet obbjettivi biex jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 4418 .

Fid-dawl tal-karatteristiċi tiegħu, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 4412 94 90 bħala blokkboard, laminboard u battenboard oħra (Ara wkoll is-Sistema Armonizzata tan-Noti ta’ Spjegazzjoni għall-intestatura 4412 , (3)).

Image

(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 310/2010

tad-9 ta’ April 2010

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja (1) u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf l-Kodiċi Doganali tal-Komunità. (2)

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat li jidher bħal arkata li wieħed jgħaddi minnha fil-punti ta’ sigurtà fl-ajruport (l-hekk imsejjaħ “spetrometru tal-massa”). Huwa maħsub biex jagħraf sustanzi illeċiti, bħall-esplussivi u narkotiċi, billi juża t-tekonoloġija ta’ Spetrometru tal-Mobilità Jonika bi Trappola (ITMS-Ion Trap Mobility Spectrometer).

L-analiżi hi bbażata fuq kampjuni tal-arja li jgħaddu minn membrana semi-permeabbli u jidħlu f’kompartiment ta’ jonizzazzjoni fejn sors ta’ jonizzazzjoni jitfa’ partiċelli beta li jwasslu fil-formazzjoni tal-jonji fil-fażi gassuża. L-ijonizzazzjoni hija mbagħad mgħoddija permezz ta’ pulsazzjonijiet f’tubu ta’ propogazzjoni fejn kamp elettriku jaċċelera l-ijonji lejn elettrodu kollettur. Il-kampjun huwa mbagħad analizzat abbażi tal-ħin li jieħdu l-ijonji biex jilħqu l-kollettur. Konsegwentament, l-apparat jissepara l-fwar ijonizzat u mbagħad ikejjel il-mobilità tal-ijonji f’kamp elettriku.

L-apparat ma jużax radjazzjoni ottika.

9027 80 17

Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda u mill-kliem tal-kodiċi NM 9027 , 9027 80 u 9027 80 17 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9022 bħala apparat ibbażat fuq l-użu tar-radjazzjoni beta hija eskluża, minħabba li r-radjazzjoni hija użata biss f’pass ta’ tħejjija, qabel l-analiżi, biex jonizza il-kampjun. Ir-radjazzjoni hija biss stadju inizjali tal-proċess ta’ analiżi kimika li tuża t-teknoloġija tal-ispettrometrija.

Dan l-apparat għall-analiżi fiżika u kimika – spettrometri – huwa speċifikament imsemmi taħt l-intestatura 9027 .

Ladarba l-apparat ma jużax ir-radjazzjoni ottika (UV, viżibbli, IR), huwa għalhekk ikklassifikat taħt il-kodiċi ta’ NM 9027 80 17 bħal apparat ieħor għall-analiżi fiżika u kimika.


15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 311/2010

tal-14 ta’ April 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

87,5

MA

94,5

TN

129,2

TR

116,6

ZZ

107,0

0707 00 05

MA

62,1

TR

108,2

ZZ

85,2

0709 90 70

MA

39,9

TR

105,9

ZZ

72,9

0805 10 20

EG

50,9

IL

50,6

MA

52,2

TN

56,6

TR

63,4

ZZ

54,7

0805 50 10

EG

66,0

IL

66,2

TR

66,8

ZA

67,9

ZZ

66,7

0808 10 80

AR

84,6

BR

84,7

CA

80,0

CL

92,3

CN

78,3

MK

22,1

NZ

94,6

US

131,4

UY

72,7

ZA

81,6

ZZ

82,2

0808 20 50

AR

91,1

CL

109,6

CN

96,9

ZA

104,3

ZZ

100,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 312/2010

tal-14 ta’ April 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 92, 13.4.2010, p. 8.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-15 ta’ April 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

35,27

0,70

1701 11 90  (1)

35,27

4,32

1701 12 10  (1)

35,27

0,57

1701 12 90  (1)

35,27

4,03

1701 91 00  (2)

39,56

5,60

1701 99 10  (2)

39,56

2,47

1701 99 90  (2)

39,56

2,47

1702 90 95  (3)

0,40

0,28


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

15.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ April 2010

li temenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/216/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Fil-produzzjoni tal-Istatistika Ewropea għandu jkun hemm bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-utenti u l-piż fuq dawk li jwieġbu.

(2)

Twettqet analiżi teknika f’livell Ewropew tad-dejta eżistenti miġbura skont il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar kif ukoll tal-politika ta’ tixrid biex tipproponi soluzzjonijiet tekniċi possibbli għas-simplifikazzjoni, kemm jista’ jkun, tal-attivitajiet varji meħtieġa għall-produzzjoni statistiċi, waqt li żżomm ir-riżultat finali f’konformità mal-ħtiġijiet preżenti u previsti tal-utenti.

(3)

Bħala riżultat ta’ din l-analiżi, l-istatistika eżistenti ta’ kull tliet xhur għat-trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin u l-istatistika eżistenti ta’ kull tliet xhur għat-traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej ewlenin għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) u mxerrda fuq bażi annwali, filwaqt li l-varjabbli relatat mad-dimensjoni ta’ klassifika “n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti” fl-istatistika eżistenti ta’ kull tliet xhur għat-trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin għandha tinġabar mill-Istati Membri fuq bażi volontarja.

(4)

Jeħtieġ li n-nomenklatura taż-żoni kostali marittimi u n-nomenklatura tan-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi.

(5)

Id-Direttiva 2009/42/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċizjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sistema Statistika Ewropea, stipulat bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi IV, V u VIII tad-Direttiva 2009/42/KE huma ssostitwiti bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-ewwel sena ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tkun l-2009, li tkopri d-dejta tal-2009.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 141, 6.6.2009, p. 29.

(2)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.


ANNESS

ANNEX IV

IŻ-ŻONI KOSTALI MARITTIMI

In-nomenklatura li għandha tiġi użata hija l-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri) (1) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-dejta.

Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), għajr il-pajjiżi li huma maqsuma f’żewġ żoni kostali marittimi jew aktar, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero (minn 1 sa 7), bħal hawn isfel:

Kodici

Żoni kostali marittimi

FR01

Franza: l-Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana

FR02

Franza: il-Mediterran

FR03

Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi: il-Guyana Franċiża

FR04

Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi: Martinique u Gaudeloupe

FR05

Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi: Réunion

DE01

il-Ġermanja: il-Baħar tat-Tramuntana

DE02

il-Ġermanja: il-Baltiku

DE03

il-Ġermanja: Intern

GB01

ir-Renju Unit

GB02

l-Isle of Man

GB03

iċ-Channel Islands

ES01

Spanja: l-Atlantiku (it-tramuntana)

ES02

Spanja: il-Mediterran u l-Atlantiku (in-nofs in-nhar) inlużi l-Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji

SE01

l-Iżvezja: il-Baltiku

SE02

l-Iżvezja: il-Baħar tat-Tramuntana

TR01

it-Turkija: il-Baħar l-Iswed

TR02

it-Turkija: il-Mediterran

RU01

ir-Russja: il-Baħar l-Iswed

RU03

ir-Russja: l-Ażja

RU04

ir-Russja: il-Baħar ta’ Barents u l-Baħar l-Abjad

RU05

ir-Russja: il-Baltiku, il-Golf tal-Finlandja biss

RU06

ir-Russja: il-Baltiku, eskluż il-Golf tal-Finlandja

RU07

ir-Russja: il-kanali interni Ewropej, inkluż il-Baħar Kaspju

MA01

il-Marokk: il-Mediterran

MA02

il-Marokk: l-Afrika tal-Punent

EG01

l-Eġittu: il-Mediterran

EG02

l-Eġittu: il-Baħar l-Aħmar

IL01

l-Iżrael: il-Mediterran

IL02

l-Iżrael: il-Baħar l-Aħmar

SA01

l-Arabja Sawdita: il-Baħar l-Aħmar

SA02

l-Arabja Sawdita: il-Golf

US01

l-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (it-Tramuntana)

US02

l-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (in-nofs in-nhar)

US03

l-Istati Uniti tal-Amerika: il-Golf

US04

l-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (in-nofs in-nhar)

US05

l-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (it-tramuntana)

US06

l-Istati Uniti tal-Amerika: Great Lakes

US07

Puerto Rico

CA01

il-Kanada: l-Atlantiku

CA02

il-Kanada: Great Lakes u Upper Saint Lawrence

CA03

il-Kanada: il-Kosta tal-Punent

CO01

il-Kolombja: il-Kosta tat-Tramuntana

CO02

il-Kolombja: il-Kosta tal-Punent

Bil-kodiċijiet addizzjonali

ZZ01

Installazzjonijiet barra mix-xtut li mhuma speċifikati mkien oħra

ZZ02

Aggregati u postijiet li mhuma speċifikati mkien ieħor

ANNESS V

NAZZJONALITÀ TAR-REĠISTRAZZJONI TAL-BASTIMENTI

In-nomenklatura li għandha tiġi użata hija l-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri) (2) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-dejta.

Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija hawn fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), għajr għal pajjiżi b’aktar min reġistru wieħed, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero, bħal hawn isfel:

FR01

Franza

FR02

it-Territorju Antartiku Franċiż (inklużi l-Gżejjer Kerguelen) [ir-reġistru twaqqaf fl-aħħar ta’ April 2007]

FR03

Franza (RIF) [reġistru ġdid introdott f’Mejju 2007]

IT01

l-Italja – l-ewwel reġistru

IT02

l-Italja – ir-reġistru internazzjonali

GB01

ir-Renju Unit

GB02

l-Isle of Man

GB03

iċ-Channel Islands

GB04

Ġibiltà

DK01

id-Danimarka

DK02

id-Danimarka (DIS)

PT01

il-Portugall

PT02

il-Portugall (MAR)

ES01

Spanja

ES02

Spanja (Rebeca)

NO01

in-Norveġja

NO02

in-Norveġja (NIS)

US01

l-Istati Uniti tal-Amerika

US02

Puerto Rico

ANNEX VIII

L-ISTRUTTURA GĦAL SETTIJIET TA’ DEJTA STATISTIKA

Is-settijiet ta’ dejta speċifikati f’dan l-Anness jiddefinixxu l-frekwenza għall-istatistika tat-trasport marittimu meħtieġa mill-Komunità. Kull sett ta’ dejta jiddefinixxi klassifika inkroċjata ta’ sett limitat ta’ qisien fuq livelli differenti tan-nomenklaturi, aggregati tul il-qisien l-oħrajn kollha, li għalihom tkun meħtieġa statistika ta’ kwalità tajba.

Il-kondizzjonijiet għal ġbir tas-sett ta’ dejta B1 għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni fid-dawl tar-riżultati tal-istudji bi prova mwettqa tul perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/64/KE u dwar il-fattibilità u l-ispiża lill-Istati Membri u lil dawk li jirrispondu għal ġbir ta’ dawn il-punti ta’ tagħrif.

STATISTIKA FIL-QOSOR U DDETTALJATA

Is-settijiet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija u l-passiġġieri huma A1, A2, B1, C1, D1, E1, F1 u/jew F2.

Is-settijiet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija iżda mhux għall-passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, E1, F1 u/jew F2.

Is-settijiet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-passiġġieri iżda mhux għall-merkanzija huma A3, D1, F1 u/jew F2.

Is-sett ta’ dejta li għandu jiġi pprovdut għal portijiet magħżula u għal portijiet li mhumiex magħżula (la għall-merkanzija u lanqas għall-passiġġieri) huwa A3.

Sett ta’ dejta A1

:

Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin, bil-port, tip ta’ merkanzija u relazzjoni

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

:

ta’ kull tliet xhur


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Dimensjonijiet

Sett ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

A1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Karattru wieħed alfanumeriku

Tip ta’ merkanzija, Anness II

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Sett ta’ dejta A2

:

Trasport bil-baħar b’tagħbija bla unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija u r-relazzjoni

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

:

ta’ kull tliet xhur


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Dimensjonijiet

Sett ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

A2

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija (tagħbija bla unitajiet biss), Anness II (subkategoriji 1X, 11, 12, 13, 19, 2X, 21, 22, 23, 29, 9X, 91, 92 u 99)

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Sett ta’ dejta A3

:

Dejta meħtieġa kemm għal portijiet magħżula kif ukoll għal dawk li għalihom l-istatistika dettaljata mhijiex meħtieġa (ara l-Artikolu 4(3))

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

:

annwali


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Dimensjonijiet

Sett ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

A3

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames karattri alfanumeriċi

Il-Portijiet kollha fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.

Numru ta’ passiġġieri (ħlief passiġġieri fuq kroċieri).

Numru ta’ passiġġieri fuq kroċieri li jibdew u jtemmu kroċiera.

Numru ta’ passiġġieri tal-kroċieri fuq eskursjoni: direzzjoni: ‘il ġewwa (1) biss - (mhux obbligatorju).


Sett ta’ dejta B1

:

Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, il-prodotti u r-relazzjoni

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

:

annwali


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Dimensjonijiet

Sett ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

B1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija, Anness II

Prodott

Żewġ karattri alfanumeriċi

Nomenklatura tal-merkanzija, Anness III

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Sett ta’ dejta C1

:

Trasport bil-baħar b’tagħbija b’unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, ir-relazzjoni u l-istat tat-tagħbija

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

:

kull tliet xhur


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Dimensjonijiet

Sett ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

C1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija (kontejner, ro-ro biss), l-Anness II (subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69)

Dejta: Il-piż gross tal-prodotti f’tunnellati (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69).

Numru ta’ unitajiet (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69).

Numru ta’ unitajiet mingħajr merkanzija (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 59, 6X, 61, 63 u 69).


Sett ta’ Dejta D1

:

Trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin, skont ir-relazzjoni u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

:

annwali


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Dimensjonijiet

Sett ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

D1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment (mhux obbligatorju)

Erba’ karattri alfanumeriċi

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, Anness V

Dejta: Numru ta’ passiġġieri għajr passiġġieri fuq kroċieri li jibdew u jtemmu kroċiera u passiġġieri tal-kroċieri fuq eskursjoni.


Sett ta’ dejta E1

:

Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, ir-relazzjoni u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

:

annwali


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Dimensjonijiet

Sett ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

E1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Karattru wieħed alfanumeriku

Tip ta’ merkanzija, Anness II

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Erba’ karattri alfanumeriċi

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, Anness V

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Sett ta’ dejta F1

:

Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej, fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni għall-passiġġieri tal-kroċieri)

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

:

annwali


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Dimensjonijiet

Sett ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

F1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

Tip ta’ bastiment

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ bastiment, Anness VI

Daqs tal-bastiment DWT

Żewġ karattri alfanumeriċi

Klassijiet tad-daqs f’tunnellati ta’ piż, Anness VII

Dejta: Numru ta’ bastimenti.

Il-piż tal-bastimenti f’tunnellati.


Sett ta’ dejta F2

:

Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej, fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni għall-passiġġieri tal-kroċieri)

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta

:

annwali


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Dimensjonijiet

Sett ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

F2

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

‘Il ġewwa, ‘il barra (1, 2)

Tip ta’ bastiment

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ bastiment, Anness VI

Daqs tal-bastiment GT

Żewġ karattri alfanumeriċi

Klassijiet tad-daqs f’tunnellaġġ gross, Anness VII

Dejta: Numru ta’ bastimenti.

Tunnellaġġ gross tal-bastimenti.


(1)  Il-verżjoni attwalment fis-seħħ hija stilupata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

(2)  Il-verżjoni attwalment fis-seħħ hija stilupata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).