ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.088.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 88

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
8 ta' April 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/199/PESK tat-22 ta’ Marzu 2010 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar il-parteċipazzjoni tal-Montenegro fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Operazzjoni Atalanta)

1

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar il-parteċipazzjoni tal-Montenegro fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Operazzjoni Atalanta)

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 291/2010 tal-31 ta’ Marzu 2010 li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 437/2009, (KE) Nru 438/2009 u (KE) Nru 1064/2009 dwar il-proċedura tal-użu aħħari prevista għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli taħt kwoti tariffarji

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 292/2010 tas-7 ta’ April 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/200/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

13

 

 

2010/201/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

14

 

 

2010/202/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

15

 

 

2010/203/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

16

 

 

2010/204/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

17

 

 

2010/205/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2010 dwar il-kwestjonarju ta’ rappurtar li jirrigwarda r-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1955)  ( 1 )

18

 

 

2010/206/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2010 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida FEN 560 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1974)  ( 1 )

21

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

2010/207/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2009 dwar Pożizzjoni Komunitarja fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/199/PESK

tat-22 ta’ Marzu 2010

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar il-parteċipazzjoni tal-Montenegro fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Operazzjoni Atalanta)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 218(5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (operazzjoni Atalanta).

(2)

L-Artikolu 10(3) ta’ dik l-Azzjoni Konġunta jipprevedi li l-modalitajiet dettaljati għall-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehimiet li jridu jiġu konklużi konformement mal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(3)

B’segwitu għad-Deċiżjonijiet mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tal-21 ta’ April 2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni (ATALANTA/2/2009) (2) u dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri (ATALANTA/3/2009) (3), ġie nnegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar il-parteċipazzjoni tal-Montenegro fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Operazzjoni Atalanta) (“il-Ftehim”).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar il-parteċipazzjoni tal-Montenegro fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Operazzjoni Atalanta) (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina il-persuna/i mogħtija s-setgħa tiffirma/jiffirmaw l-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 109, 30.4.2009, p. 52.

(3)  ĠU L 112, 6.5.2009, p. 9 u addendum f’ĠU L 119, 14.5.2009, p. 40.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat tal-Kunsill.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar il-parteċipazzjoni tal-Montenegro fl-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Operazzjoni Atalanta)

L-UNJONI EWROPEA (UE),

minn naħa waħda, u

IL-MONTENEGRO

min-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem imsejħin il-“Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW:

l-adozzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (operazzjoni Atalanta), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/907/PESK (2),

l-istedina mill-UE lill-Montenegro biex jipparteċipa fl-operazzjoni mmexxija mill-UE,

it-twettiq b’suċċess tal-proċess ta’ Ġenerazzjoni ta’ Forza u r-rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u mill-Kumitat Militari tal-UE li jkun hemm qbil dwar il-parteċipazzjoni tal-forzi tal-Montenegro fl-operazzjoni mmexxija mill-UE,

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 tal-21 ta’ April 2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (3) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 tal-21 ta’ April 2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (4), liema żewġ Deċiżjonijiet ġew emendati mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/7/2009 (5),

id-deċiżjoni tal-Montenegro tat-13 ta’ Awwissu 2009 li tipparteċipa fl-operazzjoni Atalanta,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Parteċipazzjoni fl-operazzjoni

1.   Il-Montenegro għandu jassoċja ruħu mal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (operazzjoni Atalanta), kif emendata mid-Deċiżjoni 2009/907/PESK u bi kwalunkwe Deċiżjoni ulterjuri li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-operazzjoni, konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u kull arranġament implimentattiv meħtieġ.

2.   Il-kontribut tal-Montenegro lill-Forza Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR) hu mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Montenegro għandu jiżgura li l-forzi u l-persunal tiegħu li jipparteċipaw fl-operazzjoni Atalanta jwettqu l-missjoni tagħhom konformement ma’:

Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK u l-emendi sussegwenti possibbli;

il-Pjan tal-Operazzjoni;

miżuri implimentattivi.

4.   Il-forzi u l-persunal issekondati għall-operazzjoni mill-Montenegro għandhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom u jġibu ruħhom biss bl-interess tal-operazzjoni Atalanta f’moħħhom.

5.   Il-Montenegro għandu fi żmien debitu jinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE b’kull bidla fil-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni.

Artikolu 2

Status tal-forzi

1.   L-istatus tal-forzi u l-persunal issekondati għall-operazzjoni Atalanta mill-Montenegro għandu jkun irregolat bil-ftehim dwar l-istatus tal-forzi konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u s-Somalja, Ġibuti jew kwalunkwe pajjiż ieħor fir-reġjun li miegħu jkun ġie konkluż tali ftehim għall-finijiet tal-operazzjoni, jew bid-dikjarazzjoni unilaterali dwar l-istatus tal-forzi maħruġ mill-Kenja, is-Seychelles jew kwalunkwe pajjiż fir-reġjun li jkun ħareġ tali dikjarazzjoni għall-finijiet tal-operazzjoni.

2.   L-istatus tal-forzi u l-persunal issekondati għall-kwartieri ġenerali jew għall-elementi ta’ kmand li jinsabu ‘l barra miż-żona tal-operazzjonijiet konġunti għandu jkun irregolat minn arranġamenti bejn l-Istat Ospitanti tal-kwartieri ġenerali u l-elementi ta’ kmand ikkonċernati u l-Montenegro.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet u d-dikjarazzjonijiet dwar l-istatus tal-forzi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Montenegro għandu jeżerċita ġurisdizzjoni fuq il-forzi u l-persunal tiegħu li jipparteċipaw fl-operazzjoni Atalanta.

4.   Il-Montenegro għandu jkun responsabbli biex iwieġeb għal kull pretensjoni marbuta mal-parteċipazzjoni fl-operazzjoni Atalanta, minn jew dwar il-forzi u l-persunal tiegħu. Il-Montenegro għandu jkun responsabbli biex iressaq kull azzjoni, b’mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra membri tal-forzi u l-persunal tiegħu, konformement mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

5.   Il-Montenegro jintrabat li jagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja tal-pretensjonijiet kontra kull Stat parteċipanti fl-operazzjoni Atalanta, u li jagħmel dan meta jiffirma dan il-Ftehim.

6.   L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jintrabtu li jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja tal-pretensjonijiet, għall-parteċipazzjoni tal-Montenegro fl-operazzjoni Atalanta, u li jagħmlu dan meta jiffirmaw dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet għat-trasferiment ta’ persuni arrestati u detenuti bil-ħsieb ta’ prosekuzzjoni

Jekk il-Montenegro jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq persuni li kkommettew jew huma suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija, jew atti ta’ serq bl-użu tal-armi f’ilmijiet territorjali ta’ Stat kostali, fiż-żona tal-Operazzjoni, it-trasferiment tal-persuni arrestati bil-ħsieb tal-prosekuzzjoni tagħhom u detenuti mill-EUNAVFOR u tal-beni sekwestrati li jkunu fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lejn il-Montenegro, għandu jsir skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness, li jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Informazzjoni klassifikata

1.   Il-Montenegro għandha tieħu miżuri adatti biex tiżgura li l-informazzjoni klassifikata tal-UE tiġi protetta f’konformità mar-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (6) dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata tal-UE, u f’konformità ma’ gwida ulterjuri maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

2.   Fejn l-UE u l-Montenegro jkunu kkonkludew ftehim dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni kklassifikata, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-operazzjoni Atalanta.

Artikolu 5

Linja ta’ kmand

1.   Il-forzi u l-persunal kollha li jipparteċipaw fl-operazzjoni Atalanta għandhom jibqgħu taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kmand u/jew il-kontroll Operattiv u Tattiku tal-forzi u l-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE huwa intitolat li jiddelega l-awtorità tiegħu.

3.   Il-Montenegro għandu jkollu l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ tmexxija ta’ kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri parteċipanti tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jista’, wara konsultazzjonijiet mal-Montenegro, fi kwalunkwe ħin jitlob l-irtirar tal-kontribut tal-Montenegro.

5.   Rappreżentant Militari Għoli (SMR) għandu jiġi maħtur mill-Montenegro biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tiegħu fl-operazzjoni Atalanta. L-SMR għandu jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza tal-UE dwar il-kwistjonijiet kollha li jolqtu l-operazzjoni u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta’ kuljum tal-kontinġent.

Artikolu 6

Aspetti finanzjarji

1.   Il-Montenegro għandu jassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni sakemm l-ispejjeż mhumiex soġġetti għal finanzjament komuni kif previst fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Ftehim, kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/975/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) (7).

2.   L-Operazzjoni Atalanta għandha tipprovdi appoġġ loġistiku lill-kontinġent Montenegrin fuq bażi ta’ rimborż tal-ispejjeż bil-kondizzjonijiet previsti fl-arranġamenti implimentattivi msemmija fl-Artikolu 7. L-amministrazzjoni tan-nefqa relatata għandha tkun fdata lill-Athena.

3.   F’każ ta’ mewt, korriment, telf jew dannu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) fejn titwettaq l-operazzjoni, il-Montenegro għandu, meta r-responsabbiltà tiegħu tkun ġiet stabbilita, iħallas kumpens konformement mal-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim dwar l-istatus tal-forzi, jekk disponibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 7

Arranġamenti għall-implementazzjoni tal-Ftehim

Kull arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ sabiex jiġi implimentat dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-awtoritajiet adatti tal-Montenegro.

Artikolu 8

Nuqqas ta’ konformità

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha stabbiliti fl-Artikoli preċedenti, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tagħti pre-avviż ta’ xahar.

Artikolu 9

Riżoluzzjoni ta’ disputi

Disputi marbuta mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b’mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan l-għan.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat proviżorjament mid-data tal-iffirmar.

3.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm idum il-kontribut tal-Montenegro lill-operazzjoni.

4.   It-tmiem ta’ dan il-Ftehim ma jaffettwax kwalunkwe benefiċċju jew obbligu li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim qabel tali tmiem, inkluż il-benefiċċji għal kwalunkwe persuna trasferita sakemm tkun fil-kustodja jew tkun qiegħda tiġi pproċessata mill-Montenegro.

Wara t-tmiem tal-Operazzjoni, il-benefiċċji kollha tal-EUNAVFOR skont dan l-Anness għal dan il-Ftehim jistgħu jiġu eżerċitati minn kwalunkwe persuna jew entità maħtura mill-Istat li jeżerċita l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE. Kull persuna jew entità maħtura tista’, fost l-oħrajn, tkun aġent diplomatiku jew uffiċjal konsulari ta’ dak l-Istat akkreditat lill-Montenegro. Wara t-tmiem tal-Operazzjoni, in-notifiki kollha li kienu ser isiru lill-EUNAVFOR taħt dan l-istrument ser isiru lill-Istat li jeżerċita l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.

Magħmul fi Brussell, fl-erbgħa u għoxrin jum ta’ Marzu tal-elfejn u għaxra, f’żewġ oriġinali fil-lingwa Ingliża.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Montenegro


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33, kif korreġuta permezz ta’ ĠU L 253, 25.9.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 322, 9.12.2009, p. 27.

(3)  ĠU L 109, 30.4.2009, p. 52.

(4)  ĠU L 112, 6.5.2009, p. 9 u addendum f’ĠU L 119, 14.5.2009, p. 40.

(5)  ĠU L 270, 15.10.2009, p. 19.

(6)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.

(7)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 96.

ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET U MODALITAJIET DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TRASFERIMENT TA’ PERSUNI SSUSPETTATI LI KKOMMETTEW ATTI TA’ PIRATERIJA, JEW ATTI TA’ SERQ BL-UŻU TAL-ARMI F’BAĦAR TERRITORJALI TA’ STAT KOSTALI, FIŻ-ŻONA TAL-OPERAZZJONI, U DETENUTI MILL-FORZA NAVALI MMEXXIJA MILL-UNJONI EWROPEA (EUNAVFOR), U PROPRJETÀ SSEKWESTRATA FIL-PUSSESS TAL-EUNAVFOR, MILL-EUNAVFOR LEJN IL-MONTENEGRO U GĦAT-TRATTAMENT TAGĦHOM WARA TALI TRASFERIMENT

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“Piraterija” tfisser piraterija kif iddefinita fl-Artikolu 101 tal-UNCLOS;

(b)

“Serq bl-użu tal-armi” tfisser atti kif iddefiniti fil-paragrafu (a) meta jitwettqu fil-baħar territorjali ta’ Stat kostali fiż-żona tal-Operazzjoni;

(c)

“Persuna ttrasferita” tfisser kull persuna ssuspettata li għandha intenzjoni li twettaq, li qiegħda twettaq, jew li wettqet, atti ta’ piraterija jew serq bl-użu tal-armi ttrasferita mill-EUNAVFOR lejn il-Montenegro bis-saħħa ta’ dan il-Ftehim.

2.   Prinċipji ġenerali

(a)

Il-Montenegro jista’ jaċċetta, fuq it-talba tal-EUNAVFOR, it-trasferiment ta’ persuni detenuti mill-EUNAVFOR b’konnessjoni ma’ piraterija jew serq bl-użu tal-armi u proprjetà assoċjata ssekwestrata mill-EUNAVFOR u li jippreżenta lil tali persuni u proprjetà lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu għall-iskop ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni.

(b)

L-EUNAVFOR ma għandhiex, meta taġixxi taħt dan il-Ftehim, tittrasferixxi persuni ħlief lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kompetenti tal-Montenegro.

(c)

Il-Montenegro jikkonferma li l-persuni ttrasferiti taħt dawn id-dispożizzjonijiet, kemm qabel kif ukoll wara t-trasferiment, għandhom jiġu ttrattati b’mod uman u konformi mal-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu l-projbizzjoni tat-tortura u ta’ trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti, il-projbizzjoni ta’ detenzjoni arbitrarja u konformement mar-rekwiżit ta’ proċess xieraq.

3.   Trattament, prosekuzzjoni u proċess ta’ persuni ttrasferiti

(a)

Kull persuna ttrasferita għandha tiġi ttrattata b’mod uman u ma għandhiex tkun soġġetta għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, għandha tingħata akkomodazzjoni u ikel li jkunu adegwati, aċċess għal kura medika u għandha tkun tista’ twettaq osservanza reliġjuża.

(b)

Kull persuna ttrasferita għandha titressaq fil-pront quddiem imħallef jew uffiċjal ieħor awtorizzat bil-liġi biex jeżerċita poter ġudizzjarju, li għandu jiddeċiedi bla dewmien dwar il-legalità tad-detenzjoni tagħha u għandu jordna li tinħeles jekk id-detenzjoni tkun illegali.

(c)

Kull persuna ttrasferita għandu jkollha d-dritt ta’ proċess fi żmien raġonevoli jew li tinħeles.

(d)

Meta tiġi ddeterminata akkuża kriminali kontriha, kull persuna ttrasferita għandu jkollha d-dritt ta’ smigħ xieraq u pubbliku minn tribunal kompetenti, indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi.

(e)

Kull persuna ttrasferita akkużata b’reat kriminali għandha titqies innoċenti sakemm ma tiġix ippruvata ħatja skont il-liġi.

(f)

Fl-iddeterminar ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontriha, kull persuna għandu jkollha d-dritt għall-garanziji minimi li ġejjin, f’ugwaljanza sħiħa:

(1)

li tkun mgħarrfa minnufih u fid-dettall b’lingwa li tifhem bin-natura u l-kawża tal-akkuża kontriha;

(2)

li jkollha biżżejjed żmien u faċilitajiet biex tipprepara d-difiża tagħha u tikkomunika mal-avukat tal-għażla tagħha;

(3)

li l-kawża tagħha tinstema’ mingħajr dewmien bla bżonn;

(4)

li l-kawża tinstema’ fil-preżenza tagħha, u li tiddefendi ruħha personalment jew permezz tal-assistenza legali tal-għażla tagħha; li tkun mgħarrfa, jekk ma għandhiex assistenza legali, b’dan id-dritt; u li jkollha assistenza legali assenjata lilha, f’kull każ fejn l-interessi tal-ġustizzja jeħtieġu hekk, u mingħajr ħlas minnha f’każ li ma jkollhiex mezzi suffiċjenti biex tħallas għaliha;

(5)

li teżamina, jew tiġi eżaminata għaliha, l-evidenza kollha kontriha, inklużi affidavits ta’ xhieda li wettqu l-arrest, u li tikseb l-attendenza u l-eżami ta’ xhieda f’isimha taħt l-istess kondizzjonijiet bħal tax-xhieda kontriha;

(6)

li jkollha assistenza b’xejn ta’ interpretu jekk ma tkunx tifhem jew titkellem il-lingwa użata fil-qorti;

(7)

li ma tkunx imġiegħla tixhed kontriha stess jew tammetti l-ħtija.

(g)

Kull persuna ttrasferita li tiġi kkundannata b’delitt għandu jkollha d-dritt għal reviżjoni jew għal appell tal-kundanna u s-sentenza tagħha quddiem tribunal ogħla konformement mal-liġi tal-Montenegro.

(h)

Il-Montenegro ma għandu jittrasferixxi lil ebda persuna lejn ebda Stat ieħor għall-finijiet ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel mill-EUNAVFOR.

4.   Piena tal-mewt

L-ebda persuna ttrasferita ma għandha tiġi kkundannata jew tkun suġġetta għall-piena tal-mewt jew tkun is-suġġett ta’ applikazzjoni għall-piena tal-mewt.

5.   Rekords u notifiki

(a)

Kull trasferiment ser ikun is-suġġett ta’ dokument adatt iffirmat minn rappreżentant tal-EUNAVFOR u rappreżentant tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Montenegro.

(b)

L-EUNAVFOR għandha tipprovdi rekords ta’ detenzjoni lill-Montenegro rigward kull persuna ttrasferita. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu, sa kemm ikun possibbli, il-kundizzjoni fiżika tal-persuna ttrasferita waqt id-detenzjoni, il-ħin tat-trasferiment lill-awtoritajiet tal-Montenegro, ir-raġuni għad-detenzjoni tagħha, il-ħin u l-post meta bdiet id-detenzjoni tagħha, u kull deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tad-detenzjoni tagħha.

(c)

Il-Montenegro għandu jkun responsabbli għaż-żamma ta’ rekord preċiż ta’ kull persuna ttrasferita, inkluż iżda mhux biss iż-żamma ta’ rekords dwar kull proprjetà ssekwestrata, il-kundizzjoni fiżika tal-persuna, il-post fejn hija miżmuma f’detenzjoni, l-akkużi kontriha u kull deċiżjoni importanti li ttieħdet matul il-prosekuzzjoni u l-proċess tagħha.

(d)

Dawn ir-rekords għandhom ikunu disponibbli għar-rappreżentanti tal-UE u tal-EUNAVFOR fuq talba bil-miktub lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Montenegro.

(e)

Barra minn hekk, il-Montenegro għandha tinnotifika lill-EUNAVFOR bil-post tad-detenzjoni ta’ kwalunkwe persuna ttrasferita taħt dan il-Ftehim, b’kull deterjorament tal-kondizzjoni fiżika tagħha u b’kull allegazzjoni ta’ trattament mhux xieraq. Ir-rappreżentanti tal-UE u tal-EUNAVFOR għandu jkollhom aċċess għal kwalunkwe persuna trasferita taħt dan il-Ftehim sakemm tali persuni jkunu fil-kustodja u għandhom ikunu intitolati li jinterrogawhom.

(f)

Fuq talba tagħhom, l-aġenziji umanitarji nazzjonali u internazzjonali għandhom jitħallew iżuru lill-persuni ttrasferiti taħt dan il-Ftehim.

(g)

Sabiex ikun żgurat li l-EUNAVFOR tkun tista’ tipprovdi assistenza f’waqtha lill-Montenegro, bl-attendenza ta’ xhieda mill-EUNAVFOR u l-għoti ta’ evidenza rilevanti, il-Montenegro għandu jinnotifika lill-EUNAVFOR bl-intenzjoni tiegħu li jibda proċedimenti ta’ proċess kriminali kontra kull persuna ttrasferita u l-iskeda ta’ żmien għall-għoti tal-evidenza, u s-smigħ tal-evidenza.

6.   Assistenza tal-EUNAVFOR

(a)

L-EUNAVFOR, fil-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, għandha tipprovdi l-assistenza kollha lill-Montenegro bil-ħsieb tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-persuni ttrasferiti.

(b)

B’mod partikolari, l-EUNAVFOR għandha:

(1)

tikkonsenja r-rekords tad-detenzjoni mfassla bis-saħħa tal-paragrafu 5(b) ta’ dawn id-dispożizzjonijiet;

(2)

tipproċessa kull evidenza konformement mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Montenegro kif miftiehem fl-arranġamenti tal-implimentazzjoni deskritti fil-paragrafu (8);

(3)

tfittex li tipproduċi dikjarazzjonijiet ta’ xhieda jew affidavits mill-persunal tal-EUNAVFOR involut fi kwalunkwe inċident marbut mat-trasferiment ta’ persuni taħt dawn id-dispożizzjonijiet;

(4)

tikkonsenja kull proprjetà ssekwestrata rilevanti fil-pussess tal-EUNAVFOR.

7.   Relazzjoni ma’ drittijiet oħra ta’ persuni ttrasferiti

Ma hemm xejn f’dawn id-dispożizzjonijiet li huwa intenzjonat li jidderoga jew li jista’ jkun interpretat li jidderoga minn kwalunkwe dritt li persuna ttrasferita jista’ jkollha taħt il-liġi nazzjonali jew internazzjonali applikabbli.

8.   Arranġamenti implimentattivi

(a)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, kwistjonijiet operattivi, amministrattivi u tekniċi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ arranġamenti implimentattivi li għandhom jiġu approvati bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Montenegro minn naħa waħda u l-awtoritajiet kompetenti tal-UE kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati li jipprovdu kontinġent nazzjonali għall-EUNAVFOR min-naħa l-oħra.

(b)

L-arranġamenti implimentattivi jistgħu jkopru fost l-oħrajn:

(1)

L-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Montenegro li l-EUNAVFOR tista’ tittrasferilhom persuni.

(2)

Il-faċilitajiet ta’ detenzjoni fejn ser jinżammu l-persuni ttrasferiti.

(3)

L-immaniġġar tad-dokumenti, inklużi dawk relatati mal-ġbir ta’ evidenza, li għandhom jiġu kkonsenjati lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Montenegro meta jsir it-trasferiment ta’ persuna.

(4)

Il-punti ta’ kuntatt għan-notifiki.

(5)

Il-formoli li għandhom jintużaw għat-trasferimenti.


REGOLAMENTI

8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 291/2010

tal-31 ta’ Marzu 2010

li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 437/2009, (KE) Nru 438/2009 u (KE) Nru 1064/2009 dwar il-proċedura tal-użu aħħari prevista għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli taħt kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja Komunitarja għall-importazzjoni ta’ annimali bovini maskili ta’ età żgħira maħsuba għat-tismin (2), l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez Alpini u tal-muntanji (3) u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1064/2009 tal-4 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tax-xgħir tal-maltu minn pajjiżi terzi (4) jipprovdu għal superviżjoni doganali taħt il-proċedura tal-użu aħħari msemmija fl-Artikolu 166 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 450/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (5).

(2)

Kif indikat fit-tabella tal-korrelazzjoni li tidher bħala Anness għar-Regolament (KE) Nru 450/2008, l-għan tal-Artikolu 166 imsemmi huwa li jissostitwixxi l-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (6) li pprovda wkoll għas-superviżjoni doganali fil-kuntest tal-użu aħħari partikolari tal-merkanzija importata. Madankollu, l-Artikolu 188(2), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 jipprevdi li minkejja d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet implimentattivi previsti fl-ewwel inċiż tal-paragrafu msemmi, l-Artikolu 166 tar-Regolament imsemmi f’dan il-paragrafu huwa applikabbli mhux aktar tard mill-24 ta’ Ġunju 2013. B’konsegwenza ta’ dan, l-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jibqa’ applikabbli sal-implimentazzjoni tal-Artikolu 166 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008.

(3)

Ir-referenza fir-Regolamenti (KE) Nru 437/2009, (KE) Nru 438/2009 u (KE) Nru 1064/2009 għall-Artikolu 166 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 għandha għalhekk tinbidel b’referenza għall-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

(4)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 437/2009, (KE) Nru 438/2009 u (KE) Nru 1064/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(5)

Biex tkun żgurata ġestjoni effikaċi tal-kwoti tariffarji kkonċernati u billi d-dispożizzjonijiet rilevanti għadhom japplikaw, jeħtieġ li din l-emenda tkun tapplika fid-dati ta’ meta jidħlu fis-seħħ ir-Regolamenti emendati.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 437/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Skont l-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (*), l-annimali importati għandhom ikunu soġġetti għal supervizjoni doganali biex jiġi ggarantit li jissemmnu matul perjodu ta’ mill-anqas mija u għoxrin jum f’unitajiet ta’ produzzjoni li għandhom jiġu indikati mill-importatur fix-xahar ta’ wara dak tar-rilaxx tal-annimali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Artikolu 2

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 438/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Skont l-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (**), l-annimali importati għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni sabiex jiġi ggarantit li ma jinqatlux fl-ewwel erba’ xhur mir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Artikolu 3

Fl-Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż tar-Regolament (KE) Nru 1064/2009, l-ewwel sentenza għandha tinbidel bit-test li ġej:

“F’konformità mal-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (***), ix-xgħir importat taħt din it-tariffa għandu jkun soġġett għal superviżjoni doganali, sabiex jiġi żgurat li:

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1 u 2 għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2009.

L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 128, 27.5.2009, p. 54.

(3)  ĠU L 128, 27.5.2009, p. 57.

(4)  ĠU L 291, 7.11.2009, p. 14.

(5)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1


8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 292/2010

tas-7 ta’ April 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

160,8

JO

96,4

MA

143,8

TN

131,6

TR

133,9

ZZ

133,3

0707 00 05

JO

92,1

MA

106,5

TR

134,8

ZZ

111,1

0709 90 70

MA

71,9

TR

102,7

ZZ

87,3

0805 10 20

EG

54,6

IL

55,9

MA

45,0

TN

47,0

TR

67,7

ZZ

54,0

0805 50 10

IL

66,0

TR

60,4

ZA

71,7

ZZ

66,0

0808 10 80

AR

94,0

BR

83,8

CA

101,3

CL

90,8

CN

83,9

MK

23,6

US

131,3

UY

74,3

ZA

79,7

ZZ

84,7

0808 20 50

AR

94,6

CL

111,5

CN

52,3

ZA

102,5

ZZ

90,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/13


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2010/200/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie mwaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Il-Litwanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' sensji fl-industrija tal-kostruzzjoni tal-bini, fit-23 ta' Settembru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 1 118 893.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mil-Litwanja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 118 893 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, id-9 ta’ Marzu 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/14


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2010/201/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie mwaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-FEG ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Il-Ġermanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji fis-settur tal-karrozzi, fit-13 ta' Awwissu 2009 u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali sat-23 ta' Ottubru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 6 199 341.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 6 199 341 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Marzu 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/15


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2010/202/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-FEG ġie estiż għall-applikazzjonijiet preżentati mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jingħataw is-senja bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Il-Litwanja preżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji fi “Snaigė” plc u tnejn mill-fornituri tagħha, fit-23 ta' Lulju 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontributi finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 258 163.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni ppreżentata mil-Litwanja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 258 163 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Marzu 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/16


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2010/203/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Il-Litwanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji fis-settur tal-manifattura tal-għamara, fit-23 ta' Settembru 2009 u ssupplimentatha b'tagħrif addizzjonali li wasal fis-16 ta' Ottubru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 662 088.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa mil-Litwanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 662 088 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/17


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2010/204/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ġie estiż għall-applikazzjonijiet preżentati mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Il-Litwanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji fis-settur tat-tessuti, fit-23 ta' Settembru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontributi finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 523 481.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni ppreżentata mil-Litwanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 523 481 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Marzu 2010

dwar il-kwestjonarju ta’ rappurtar li jirrigwarda r-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1955)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/205/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tat-18 ta’ Jannar 2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (1), u b’mod parikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991, biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti direttivi fuq l-ambjent (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 jeħtieġ rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament, ibbażat fuq it-tagħrif mill-aħħar tliet snin ta’ rappurtar, biex jiġi stabbilit skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

(2)

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 jeħtieġ illi r-rapport jitfassal fuq il-bażi ta’ kwestjonarju abbozzat mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament.

(3)

L-ewwel rapport ikopri l-perjodu mis-sena 2007 sas-sena 2009 inklużi.

(4)

Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni espressa mill-Kumitat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju ta’ rappurtar, stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, bħala bażi għat-tfassil tar-rapport li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.


ANNESS

KWESTJONARJU TA’ RAPPURTAR

Tagħrif addizzjonali li jrid jiġi rrappurtat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE

Noti ġenerali:

Dan il-kwestjonarju fih mistoqsijiet li l-Istati Membri huma meħtieġa jwieġbu dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament E-PRTR matul l-aħħar tliet snin ta’ rappurtar.

L-Istati Membri se jaraw li t-tweġibiet ta’ dan il-kwestjonarju ikunu disponibbli f’format elettroniku.

1.   DESKRIZZJONI ĠENERALI

Ipprovdi tagħrif fil-qosor dwar il-proċess li bih ġie ppreparat dan ir-rapport, inkluż tagħrif dwar it-tip ta’ awtoritajiet pubbliċi li taw il-kontribut tagħhom.

2.   IL-MIŻURI LEGALI LI JISTABBILIXXU S-SISTEMA PRTR (L-ARTIKOLI 5, 20)

Agħmel lista leġiżlattiva, regolatorja u miżuri oħra li jistabbilixxu r-reġistru integrat tar-rilaxx u t-trasferiment tal-inkwinanti.

B’mod partikolari, iddeskrivi l-miżuri adottati mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 biex jiżguraw li r-regoli jew il-penali huma effettivi, proporzjonati u konvinċenti u x’kienet l-esperjenza tal-applikazzjoni tagħhom.

3.   IR-REKWIŻITI TAR-RAPPURTAR, L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-FAĊILITAJIET, L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U D-DEJTA LI TRID TIĠI RRAPPURTATA (L-ARTIKOLU 5)

Agħmel lista leġiżlattiva, regolatorja u miżuri oħra li jistabbilixxu r-rekwiżiti tar-rappurtar għal PRTR.

B’mod partikolari, iddeskrivi l-awtoritajiet kompetenti maħsuba biex jidentifikaw il-faċilitajiet tal-E-PRTR u biex jiġbru t-tagħrif dwar ir-rilaxxi tal-inkwinanti minn sorsi prinċipali. Jekk jogħġbok iddeskrivi r-rekwiżiti tar-rappurtar u indika l-proċess tal-ġbir tad-dejta tal-PRTR f’pajjiżek, elenka it-tip ta’ istituzzjonijiet involuti u għal liema parti tal-operazzjonijiet tal-validazzjoni huma responsabbli biex jużaw it-tabella ta’ hawn taħt:

 

Il-Validazzjoni tal-Proċess tal-Istituzzjoni minn din l-istituzzjoni

 

Faċilità: …

 

Awtoritajiet lokali: …

 

Awtorità reġjonali: …

 

Awtorità nazzjonali: …

 

Ministeru tal-Ambjent: …

4.   IL-PRATTIKA TAR-RAPPURTAR TAL-PRTR (L-ARTIKOLU 5)

Għal kull ċiklu ta’ rappurtar mill-aħħar kwestjonarju ta’ rappurtar, jekk jogħġbok indika:

(a)

Id-data tal-iskadenza għar-rappurtar mill-awtorità kompetenti;

(b)

Id-diffikultajiet biex tintlaħaq id-data tal-iskadenza, jekk id-diversi dati tal-iskadenza għar-rappurtar mill-faċilitajiet u biex it-tagħrif ikun aċċessibbli pubblikament fuq ir-reġistru intlaħqux fil-prattika; u jekk kienu tard, ir-raġunijiet għal dan;

(c)

Il-proporzjon tar-rappurtar elettroniku meta mqabbel mad-dejta bil-miktub li intbagħtet mill-operaturi u deskrizzjoni tar-rappurtar u l-għodod disponibbli kemm għall-operaturi kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti;

(d)

Id-diffikultajiet prinċipali għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti dwar ir-rappurtar tad-dejta PRTR (jekk jogħġbok wieġeb mil-lat tal-awtoritajiet).

5.   L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ U L-VALUTAZZJONI TAD-DEJTA (L-ARTIKOLU 9(1), (2) U (3))

Iddeskrivi r-regoli, il-proċeduri u l-miżuri li jiżguraw il-kwalità tad-dejta rrappurtata skont l-E-PRTR u xi żvelaw dawn dwar il-kwalità tad-dejta rrappurtata.

B’mod partikolari, ipprovdi t-tagħrif dwar:

(a)

Il-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibbiltà tad-dejta pprovduta mill-operaturi;

(b)

Il-metodoloġiji u l-proċeduri adottati mill-awtoritajiet kompetenti, li rriżultaw fis-sottomissjoni ta’ dejta ta’ kwalità ogħla.

6.   L-AĊĊESS PUBBLIKU GĦAD-DEJTA TAL-PRTR (L-ARTIKOLU 10(2))

Iddeskrivi il-mod(i) kif l-aċċess pubbliku għat-tagħrif li jinsab fir-reġistru huwa ffaċilitat.

B’mod partikolari, ipprovdi t-tagħrif dwar:

Fejn it-tagħrif li jinsab fir-reġistru tal-PRTR Ewropew mhuwiex faċilment aċċessibbli għall-pubbliku b’mezzi diretti elettroniċi, liema miżura ttieħdet biex tiffaċilita l-aċċess għar-reġistru f’postijiet aċċessibbli pubblikament.

7.   IL-KUNFIDENZJALITÀ (L-ARTIKOLI 7(2), 11)

Fejn kwalunkwe tagħrif huwa miżmum b’mod kunfidenzjali, agħti indikazzjoni tat-tipi ta’ tagħrif, ir-raġuni għaliex u l-frekwenza li biha qed jinżammu kunfidenzjali. B’mod partikolari iddeskrivi fil-qosor:

(a)

Liema tip ta’ dejta inżammet kunfidenzjali;

(b)

Ir-raġunijiet prinċipali li ngħataw għat-talba ta’ kunfidenzjalità;

(c)

L-għadd ta’ faċilitajiet għal kull Attività tal-Anness I bid-dejta kunfidenzjali u l-għadd totali ta’ faċilitajiet tar-rappurtar għal kull Attività tal-Anness I.

Jekk jogħġbok ipprovdi l-kummenti dwar l-esperjenza fil-prattika u l-isfidi li ltqajtu magħhom fir-rigward tat-trattament tat-talbiet għall-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, partikolarment fir-rigward tat-tagħrif dwar ir-rilaxxi u t-trasferimenti kif definit fl-Anness III.


8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ April 2010

li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida FEN 560

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1974)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/206/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Ġunju 2003 Franza rċeviet applikazzjoni mingħand is-Société occitane de fabrications et de technologies, għall-inklużjoni tas-sustanza attiva FEN 560 fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/131/KE (2) ikkonfermat li d-dossier kien sħiħ u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni fl-Annessi II u III ta' dik id-Direttiva.

(2)

Kien hemm il-ħtieġa ta’ konferma li d-dossier kien sħiħ biex setgħu jiġu eżaminati dawk is-sustanzi attivi fid-dettall u biex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għal perjodi sa tliet snin, għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kundizzjoni dwar il-valutazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati minn dik id-Direttiva.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew evalwati, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 (2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur ressaq l-abbozz tar-rapport evalwattiv lill-Kummissjoni fit-18 ta’ Frar 2005.

(4)

Wara li tressaq l-abbozz tar-rapport evalwattiv mill-Istat Membru relatur, instab li hemm il-ħtieġa li tintalab aktar informazzjoni mingħand l-applikant u li l-Istat Membru relatur jeżamina dik l-informazzjoni u jressaq il-valutazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-eżaminar tad-dossier għadu għaddej u mhux se jkun possibbli li l-valutazzjoni tintemm fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, moqrija mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/353/KE (3).

(5)

Minħabba li l-valutazzjoni sa issa għadha ma identifikat l-ebda raġuni ta’ tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva kkonċernata għal perjodu ta’ 24 xahar b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE b’mod li jkun jista’ jitkompla l-eżaminar tad-dossier. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta' deċiżjoni dwar il-possibbiltà li l-FEN 560 tiġi inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, jitlestew fi żmien 24 xahar.

(6)

Fl-istess waqt id-Deċiżjoni 2008/353/KE, għandha tiġi rrevokata, billi ma għadhiex valida.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-FEN 560 għal perjodu li ma jaqbiżx is-6 ta' April 2012.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/353/KE hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fis-6 ta' April 2012.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 37, 10.2.2004, p. 34.

(3)  ĠU L 117, 1.5.2008, p. 45.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Novembru 2009

dwar Pożizzjoni Komunitarja fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE

(2010/207/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment it-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2008, u ġie applikat b’mod provviżorju mid-29 ta’ Diċembru 2008.

(2)

L-Artikolu 232(2) tal-Ftehim jipprevedi għal Kunsill Konġunt CARIFORUM-KE (minn hawn ‘il quddiem “il-Kunsill Konġunt”), biex jiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat”), bil-għan li tkun żgurata rappreżentanza wiesgħa tal-partijiet interessati kollha.

(3)

Huwa kruċjali li jiġi żgurat l-istabbiliment rapidu tal-istituzzjonijiet previsti fil-Ftehim, u partikolarment il-Kumitat, fid-dawl tar-rwol tiegħu fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(4)

Għandha tiġi stabbilita proċedura interna għall-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE.

(5)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew esprima r-rieda tiegħu biex jgħin fl-identifikazzjoni u l-għażla ta’ rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fis-soċjetà ċivili Ewropea, u biex inizjalment jieħu responsabbiltà tas-segretarjat tal-Kumitat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni Komunitarja fid-dawl tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt li twassal għall-għażla ta’ membri permanenti tal-Kumitat previst mill-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet Ewropej definiti fl-Artikolu 1.1(a) tal-Anness għandhom ikunu proposti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew b’konsultazzjoni u qbil mal-Kummissjoni għall-approvazzjoni mill-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-KE (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp”). Ir-rappreżentanti proposti għandhom ikunu tliet rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ trade unions, tliet rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tliet rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw interessi soċjali u ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet tal-bdiewa u tal-konsumaturi, u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1.1. tal-Anness.

2.   Għandu jkun hemm erba’ rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet Ewropej definiti fl-Artikolu 1.1(c) tal-Anness u żewġ rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet Ewropej definiti fl-Artikolu 1.1(b) tal-Annness. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ser jintalab biex jistabbilixxi rosters tal-organizzazzjonijiet definiti fl-Artikoli 1.1(b) u 1.1(c) tal-Anness. Dan għandu jseħħ billi tiġi ppubbliċizzata estensivament is-sejħa għall-wiri ta’ interess li għandha tiġi inkluża f’roster bħal din. Fit-tweġiba għal sejħa bħal din kull organizzazzjoni interessata għandha tiddeskrivi kif tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness. Ir-rosters għandhom jibqgħu miftuħa għal kull organizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik id-dispożizzjoni li għandha tiġi inkluża. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-organizzazzjonijiet li jitolbu li jiġu inklużi fir-roster jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li organizzazzjoni li tkun applikat biex tiġi inkluża fir-roster ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti, hija għandha tinforma lill-organizzazzjoni li tagħmel l-applikazzjoni fi żmien xahrejn mid-data tal-applikazzjoni.

3.   L-organizzazzjonijiet inklużi fir-rosters għandhom jinżammu infurmati bil-ħidma tal-Kumitat u għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fiha bħala osservaturi bi spejjeż tagħhom.

4.   Fis-sejħa għall-wiri ta’ interess, l-organizzazzjonijiet għandhom ukoll jiġu mistiedna jesprimu interess f’wieħed mir-rappreżentanti tagħhom biex iservi bħala membru permanenti tal-Kumitat. L-organizzazzjonijiet inklużi fir-rosters għandhom jiġu msejħa sussegwentement biex japprovaw il-kandidatura ta’ mhux aktar minn żewġ rappreżentanti permanenti għall-Kumitat, fost dawk li jkunu wrew interess bħal dan u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness. Il-Parti tal-KE għandha tipproponi lill-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp bħala membri permanenti għall-kategoriji 1.1(b) u 1.1(c) lil dawk ir-rappreżentanti li jkunu rċevew l-aktar approvazzjonijiet sakemm ir-rekwiżiti tal-Artikolu 1 tal-Anness jiġu rrispettati.

5.   Għandha ssir sejħa għall-wiri ta’ interess biex iservu bħala membri permanenti tal-Kumitat erba’ xhur qabel l-iskadenza tal-mandat tal-membri li qed iservu fil-Kumitat. In-nomina għandha ssegwi l-istess proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 4.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.


ANNESS

DEĊIŻJONI Nru …/20.. TAL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-KE

stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE

IL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), iffirmat fi Bridgetown, Barbados fil-15 ta’ Ottubru 2008, u partikolarment l-Artikolu 232(2) tiegħu,

Billi:

Fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, u l-impenn lejn il-monitoraġġ tiegħu previst fl-Artikolu 5 tiegħu, huwa l-każ li jiġi stabbilit mingħajr dewmien il-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat”),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-partiċipazzjoni fil-Kumitat għandha tkun magħmula minn 40 membri permanenti li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, 25 li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet li jinsabu fl-Istati tal-CARIFORUM u 15 li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet li jinsabu fil-Parti tal-KE.

Fost kull wieħed ta’ dawn iż-żewġ gruppi għandu jkun hemm mill-inqas żewġ rappreżentanti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw rispettivament:

(a)

is-sħab soċjali u ekonomiċi,

(b)

il-komunità akkademika, inklużi istituzzjonijiet indipendenti ta’ riċerka, u

(c)

organizzazzjonijiet mhux governattivi, inklużi organizzazzjonijiet tal-iżvilupp u ambjentali.

Il-membri permanenti għandhom jibqgħu fil-kariga għal sentejn, soġġett għal tiġdid. Għarfien espert rilevanti u rappreżentanza ġeografika u settorjali wiesgħa għandhom jiġu żgurati.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, “organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili” għandha tfisser assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet u istituzzjonijiet privati oħra mingħajr skop ta’ qligħ ta’ utilità internazzjonali u li jkunu kapaċi li jikkontribwixxu għarfien espert jew parir fi kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim, jew li jirrappreżentaw elementi importanti ta’ opinjoni pubblika dwar kwistjonijiet koperti mill-Ftehim. Ir-rekwiżit ta’ nuqqas ta’ skop ta’ qligħ jista’ jiġi rinunċjat fil-każ ta’ istituzzjonijiet akkademiċi b’għarfien espert speċifiku f’materji koperti minn dan il-Ftehim.

3.   Organizzazzjoni għandha titqies li tinsab fit-territorju jew ta’ Stati tal-CARIFORUM jew ta’ Parti tal-KE jekk tali organizzazzjoni jkollha l-post ta’ attività prinċipali u l-amministrazzjoni u l-kontroll ċentrali fit-territorju tal-Istati tal-CARIFORUM jew tal-Parti tal-KE, skont il-każ.

Artikolu 2

Il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-KE (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp”),għandu jiddiskuti u japprova mingħajr dewmien il-lista tal-membri permanenti proposti mill-Istati tal-CARIFORUM u l-Parti tal-KE rispettivament, u t-tiġdid tiegħu.

Artikolu 3

Kwalunkwe organizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 1(2) u (3) tista’ tattendi l-laqgħat tal-Kumitat bħala osservatur. Il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp għandu japprova kull sena l-lista ta’ osservaturi proposti mill-Istati tal-CARIFORUM u l-Parti tal-KE rispettivament.. Il-Kumitat jista’ jistieden esperti biex jikkontribwixxu għall-ħidma tiegħu. Il-modalitajiet għall-parteċipazzjoni ta’ esperti u osservaturi għandhom ikunu stabbiliti fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat.

Artikolu 4

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jservi bħala s-segretarjat tal-Kumitat għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2010. Dan il-perjodu għandu jiġi mġedded awtomatikament sakemm il-Partijiet jew il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ma jaqblux u jagħtu pre-notifika bil-quddiem u raġonevoli.

Artikolu 5

L-arranġamenti ta’ finanzjament għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp. Membri permanenti biss tal-Kumitat jistgħu jirċievu assistenza finanzjarja għat-twettiq ta’ dmirijiethom fi ħdan il-Kumitat.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […]

Magħmula fi …