|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.086.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 275/2010
tat-30 ta’ Marzu 2010
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistiċi strutturali kummerċjali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2)(j) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trasmissjoni u l-valutazzjoni ta’ statistiċi Ewropej fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tan-negozji fl-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Għall-finijiet ta’ tqabbil tal-benefiċċji tad-disponibilità tad-dejta mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju, speċjalment fuq l-intrapriżi żgħar, għandha titwettaq valutazzjoni ta’ kwalità skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 295/2008. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ valutazzjoni ta’ kwalità u l-indikaturi ewlenin. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità u l-kontenuti tar-rapporti tal-kwalità li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Id-dejta u l-metadejta mogħtija għar-rapporti tal-kwalità għandhom jiġu trasmessi jew imtella’ fil-format elettroniku għall-punt ta’ aċċess uniku għad-dejta fil-Kummissjoni (Eurostat) minn kwalunkwe organizzazzjoni maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali. It-trasmissjoni għandha tkun konformi ma’ standard xieraq ta’ inter-kambju speċifikat mill-Eurostat.
Artikolu 3
L-ewwel rapport ta’ kwalità, għad-dejta għas-sena ta’ referenza 2008, għandu jingħata sal-31 ta’ Marzu 2011. Ingħataw tliet xhur żejda għat-trasmissjoni tar-rapporti tal-kwalità għas-sena ta’ referenza 2008 lill-Belġju, Ċipru, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Lussemburgu, Malta, ir-Rumanija u r-Renju Unit. Rapporti sussegwenti għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn 27 xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza li għalih tkun inġabret id-dejta.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta mibgħuta u għandha tipprepara u tippubblika rapporti dwar il-kwalità tal-Istatistiċi Ewropej.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Rapporti tal-kwalità u kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistiċi strutturali kummerċjali
TAQSIMA I
Rapporti ta’ kwalità
Gwida supplimentarja dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji komuni ta’ kwalità hija stipulata fil-Manwal ta’ Statistiċi Strutturali Kummerċjali magħmul mill-Kummissjoni (Eurostat) f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Ir-rapport ta’ kwalità għandu jinkludi kemm informazzjoni kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi r-riżultati għal dawk l-indikaturi kwantitattivi li jistgħu jiġu kkalkulati minn dejta mogħtija mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jikkummentaw dwar l-indikaturi u jassistu lill-Eurostat bl-interpretazzjoni tagħhom, fid-dawl tal-ġabra ta’ metodoloġija tagħhom, u għandhom jipprovdu l-indikaturi kwantitattivi residwi kif ukoll l-informazzjoni kwalitattiva.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu:
|
— |
Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Annessi minn I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 295/2008. Jekk meqjus neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu rapporti separati dwar l-Annessi I, II, III u IV ta’ dak ir-Regolament; |
|
— |
Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 295/2008; |
|
— |
Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 295/2008; |
|
— |
Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 295/2008; |
|
— |
Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 295/2008. Jekk l-informazzjoni meħtieġa biex tinġabar l-istatistika tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament hija miġbura mill-istess stħarriġ li minnu nġabret l-informazzjoni għall-Annessi minn I sa IV, ma għandux ikun provdut rapport separat dwar l-aspetti kwalitattivi tal-Anness VIII; |
|
— |
Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008. |
TAQSIMA II
L-iskeda
Kull sena mill-2011, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri, sa tmiem ix-xahar ta’ Jannar, b’rapporti ta’ kwalità dwar is-sena ta’ referenza t-3, parzjalment mimlija bl-indikaturi kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni (l-Eurostat)
Kull sena, sal-31 ta’ Marzu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) r-rapporti tal-kwalità kompluti.
TAQSIMA III
Il-kriterji ta’ kwalità
Id-dejta trasmessa mill-Istati Membri dwar l-istatistiċi tal-Annessi minn I sa IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 għandha tiġi valutata fid-dawl tal-kriterji ta’ kwalità elenkati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jiġifieri r-rilevanza, l-eżattezza, il-prontezza, il-puntwalità, l-aċċessibilità, il-ċarezza, il-komparabilità u l-koerenza.
1. Rilevanza
Ir-rilevanza tfisser il-grad ta’ kemm l-istatistika tilħaq il-ħtiġijiet attwali u potenzjali tal-utenti.
2. Eżattezza
L-Eżattezza tfisser kemm l-estimi jqarrbu lejn il-valuri reali mhux magħrufa.
3. Koerenza
Il-koerenza’ tfisser l-adegwatezza tad-dejta li tkun marbuta b’mod kredibbli b’modi differenti u għal użu varju.
4. Komparabbiltà
Il-kumparabilità tfisser il-kejl tal-impatt tad-differenzi fil-kunċetti tal-istatistika, l-għodod tal-kejl u l-proċeduri applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew matul iż-żmien.
5. Tempestività u puntwalità
It-tempestività tfisser il-perjodu bejn id-disponibilità tat-tagħrif u l-avveniment jew il-fenomenu li dan jiddeskrivi. Il-puntwalità tfisser id-dewmien bejn id-data tar-rilaxx tad-dejta u d-data mmirata (id-data sa meta d-dejta kellha tkun provduta).
6. Aċċessibbiltà u ċarezza
L-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza jirriferu għall-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id-dejta.
TAQSIMA IV
Serje ta’ indikaturi kwantittativi li għandhom jiġu provduti mill-Istati Membri dwar l-eżattezza (u l-kredibbiltà)
L-indikaturi kwantitattivi deskritti f’din it-taqsima jridu jiġu provduti biss għall-istatistiċi elenkati fl-Annessi minn I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 295/2008, kif speċifikat hawn taħt. Id-dejta għandha tkun trasmessa bl-użu tal-format tekniku deskritt fit-Taqsima V tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
1. Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni
L-informazzjoni li ġejja trid tiġi provduta biss jekk jiġu wżati kampjuni ta’ stħarrig jew kombinazzjoni ta’ kampjuni ta’ stħarriġ u dejta amministrattiva:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni fuq il-karatteristiċi, il-livelli u s-serje speċifikati hawn taħt. L-aspetti li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għandhom ikunu iktar definiti b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Deskrizzjoni tal-metodu wżat għall-kalkolu tal-koeffiċjenti ta’ varjazzjoni (inkluż is-softwer) għandha tkun inkluża fir-rapport ta’ kwalità.
|
(a) |
Għall-istatistika annwali tal-intrapriża dwar l-attivitajiet koperti min-NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa J u minn L sa N, u d-diviżjoni 95 (id-dejta provduta taħt is-serje 1 A, 2 A, 3 A u 4 A, kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 (2)), il-koeffiċjent ta’ varjazzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin (kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 (3)) għandhom jiġu provduti fil-livell ta’ dettall tal-analiżi tal-attività speċifikata hawn taħt:
|
|
(b) |
Għall-istatistika annwali ta’ intrapriżi mqassma skont il-klassijiet tad-daqs tal-impjieg fuq l-attivitajiet koperti min-NACE Rev. 2, mit-Taqsimiet minn C sa J u minn L sa N u mid-diviżjoni 95 (dejta provduta taħt is-serje 1b, 2b, 3b u 4B), il-koeffiċjent ta’ varjazzjoni għandu jiġi provdut fil-livell ta’ dettall tal-analiżi ta’ attività u għall-klassijiet tad-daqs ta’ impjieg speċifikati hawn taħt:
|
2. Nuqqas ta’ tweġiba mill-unitajiet
L-informazzjoni li ġejja trid tiġi provduta biss jekk jiġu wżati kampjuni ta’ stħarrig, kombinazzjoni ta’ kampjuni ta’ stħarriġ u dejta amministrattiva jew dejta amministrattiva biss. L-aspetti li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tan-nuqqas ta’ tweġiba tal-unità għandhom jkunu iktar definiti b’kooperazzjoni mal-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni preġudikata tan-nuqqas ta’ tweġiba mill-unità dwar l-attivitajiet koperti min-NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa J u minn L sa N, u d-diviżjoni 95 fil-livell ta’ tliet numri NACE Rev. 2. Jekk huma wżati diversi sorsi ta’ stħarriġ/amministrazzjoni għall-karatteristiċi 11110, 12110, 12150, 13310, 15110 u 16110, għandhom jiġu trasmessi indikaturi separati tan-nuqqas ta’ tweġiba mill-unità, li jsemmu n-numru varjabbli fil-qasam konċernat. In-nuqqas ta’ tweġiba mill-unità għandu jitwieżen, preferibilment skont in-numru ta’ persuni impjegati. Inkella, jista’ jintuża t-turnover.
TAQSIMA V
Format tekniku għat-trasmissjoni tar-rapport tal-kwalità u l-indikaturi ta’ kwalità
Għat-trasmissjoni tar-rapport u s-serje ta’ indikaturi ta’ kwalità, għandhom jintużaw l-identifikaturi apposta għall-ġabra ta’ dejta. Il-kontenut dettaljat tar-rapporti ta’ kwalità għandu jiġi miftiehem f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ilestu r-rapporti ta’ kwalità mimlija minn qabel u jirritornawhom lill-Kummissjoni (Eurostat). Għar-rapportaġġ taż-żewġ indikaturi ta’ kwalità (koeffiċjenti ta’ varjazzjoni u nuqqas ta’ tweġiba tal-unità), għandha tiġi wżata l-istruttura tad-dokumentazzjoni definita hawn taħt, li hija simili għall-format tekniku għat-trasmissjoni ta’ statistiċi strutturali tan-negozju.
1. Identifikatur tal-ġabra ta’ dejta
L-identifikaturi tal-ġabra ta’ dejta li ġejjin għandhom ikunu wżati għar-rappurtaġġ dwar il- kriterji ta’ kwalità għall-istatistiċi strutturali tan-negozju:
|
Tip tas-sensiela |
Isem |
Identifikatur tal-ġabra ta’ dejta |
|
Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 12110 f’livell ta’ tliet ċifri NACE għal NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa J u minn L sa N, u d-diviżjoni 95 |
QAG |
RSBSQUAL_QAG_A |
|
Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 11110, 12110, 12150, 13310, 15110 u 16110 fit-taqsima ta’ livell NACE Rev. 2 għat-Taqsimiet minn B sa J u minn L sa N u wkoll fil-livell ta’ diviżjoni NACE Rev. 2 għad-diviżjonijiet 45, 46, 47 u 95 |
QAS |
RSBSQUAL_QAS_A |
|
Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 11110, 12110, 12150 u 16110 fil-livell ta’ sezzjoni NACE Rev. 2 għat-Taqsimiet minn H sa J u minn L sa N u wkoll fil-livell ta’ diviżjoni NACE Rev. 2 għad-diviżjoni 95 u skont id-daqs tal-klassi |
Q1B |
RSBSQUAL_ Q1B _A |
|
Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 11110, 12110, 12150 u 16110 għal NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa E, li jagħtu dettalji mit-taqsima tan-NACE u skont id-daqs tal-klassi |
Q2B |
RSBSQUAL_ Q2B _A |
|
Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 11110, 12110, 12150 u 16110 għall-NACE Rev. 2, it-Taqsima G, li jagħtu dettalji mis-sezzjoni NACE u skont id-daqs tal-klassi |
Q3B |
RSBSQUAL_ Q3B _A |
|
Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 11110, 12110, 12150 u 16110 għal NACE Rev. 2, it-Taqsima F, li jagħtu dettalji mit-taqsima tan-NACE u skont id-daqs tal-klassi |
Q4B |
RSBSQUAL_ Q4B _A |
|
Ir-rati preġudikati tan-nuqqas ta’ risposta tal-unità għan-NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa N u minn L sa N |
QN |
RSBSQUAL_QN_A |
|
Ir-rapport ta’ kwalità |
QR |
RSBSQUAL_QR_A |
2. Struttura tal-ġabra ta’ dejta
Dan il-paragrafu jistipula l-istruttura tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi provduta Il-kodiċijiet li għandhom jintużaw għandhom ikunu dawk li jinsabu fil-listi ta’ kodiċi standard għal database ta’ referenza. Dawn il-listi ta’ kodiċi għandhom ikunu inklużi fil-Manwal ta’ Statistiċi Strutturali Kummerċjali mill-inqas xahrejn qabel l-ewwel trasmissjoni ta’ dejta. Il-listi ta’ kodiċi għandhom iservu biss biex jiġu stabbiliti l-kodiċijiet li għandhom jintużaw għat-trasmissjoni tad-dejta u t-tibdil ma jistgħu bl-ebda mod iżidu l-livell ta’ dettall mitlub mir-Regolament (KE) Nru 251/2009. Il-format tekniku għat-trasmissjoni tad-dejta kwantitattiva meħtieġa b’dan ir-Regolament għandu jiġi wkoll stabbilit fil-Manwal ta’ Statistiċi Strutturali Kummerċjali.
|
Qasam |
Deskrizzjoni |
|
Sensiela |
Kodiċi għas-serje QAG, QAS, Q1B, Q2B, Q3B, Q4B or QN |
|
Sena |
Kodiċi għas-sena ta’ referenza |
|
Unità territorjali |
Tikkorrispondi għall-kodiċi tal-pajjiż |
|
Daqs tal-klassi |
Kodiċi għall-qies tal-klassi |
|
Attività ekonomika |
Kodiċi NACE Rev. 2: Taqsimiet, diviżjonijiet jew gruppi |
|
Fatturi varjabbli |
Kodiċi għall-karatteristiċi marbuta mal-indikatur ta’ kwalità |
|
Indikatur |
Kodiċi għall-indikatur ta’ kwalità |
|
Valur tal-indikatur |
Valur numeriku tal-indikatur; valur numeriku tal-indikatur ta’ kwalità mmultiplikat b’10 u sussegwentement aġġustat għall-eqreb numru sħiħ |
(1) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 276/2010
tal-31 ta’ Marzu 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), fir-rigward tal-Anness XVII (id-diklorometan, iż-żjut tal-lampi u l-fluwidi tal-lajter tal-grill u l-komposti organostanniċi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Dicembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) tal-Kummissjoni b’mod partikulari l-Artikolu 131 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (2) stabbiliet fl-Anness I tagħha r-restrizzjonijiet għal ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi. Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ħassar u ħa post id-Direttiva 76/769/KEE b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2009. L-Anness XVII ta’ dan ir-Regolament jieħu post l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 455/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-diklorometan (3) ġiet adottata fis-6 ta’ Mejju 2009. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/424/KE li temenda, għall-għan tal-addattament għall-progress tekniku, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u l-użu taż-żjut tal-lampi u l-fluwidi tal-lajter tal-grill (4) ġiet adottata fit-28 ta’ Mejju 2009. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/425/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE fir-rigward tar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti komposti organostanniċi bl-għan li l-Anness I tagħha jiġi adattat għall-progress tekniku (5) ġiet adottata fit-28 ta’ Mejju 2009. |
|
(5) |
Wara d-dispożizzjonijiet dwar miżuri tranżitorji fl-Artikolu 137 tar-REACH, jixraq li jiġi emendat l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bil-għan li jiġu inkorporati r-restrizzjonijiet previsti mid-Deċiżjonijiet 455/2009/KE, 2009/424/KE u 2009/425/KE. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b’mod urġenti biex dawn ir-restrizzjonijiet jiġu inklużi fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-aktar fis possibbli. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat b’mod konformi mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
ANNESS
Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, it-tabella li tiffissa d-deżinjazzjoni tas-sustanzi, il-gruppi ta’ sustanzi u t-taħlitiet u l-kundizzjonijiet ta’ restrizzjoni hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-iskrizzjoni 3 hija sostitwita permezz ta’ dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Entratura 20, il-paragrafi li ġejjin 4, 5 u 6 jiżdiedu mat-tieni kolonna:
|
|
(3) |
L-entratura 59 li ġejja tiġi miżjuda:
|
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 277/2010
tal-31 ta’ Marzu 2010
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tal-irziezet għas-simna u t-tgħammir għajr għad-dundjani għas-simna, għat-tjur tal-irziezet għall-bajd u għall-ħnieżer għajr dawk femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni Royal Oy)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-enzima 6-phytase (KE 3.1.3.26) manifatturata mit-Trichoderma reesei (CBS 122001) bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tal-irziezet għas-simna u t-tgħammir għajr għad-dundjani għas-simna, għat-tjur tal-irziezet għall-bajd u għall-ħnieżer għajr dawk femminili, li għandha tiġi klassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żuotekniċi”. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Novembru 2009 (2), li is-6-phytase (KE 3.1.3.26) immanifatturata minn Trichoderma reesei (CBS 122001) ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jista’ jtejjeb il-prestazzjoni tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żuotekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Il-Ġurnal tal-EFSA 2009; 7(11):1380.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi żuotekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
4a12 |
Roal Oy |
6-phytase KE 3.1.3.26 |
|
Tjur tal-irziezet għat-tismin u t-tgħammir għajr id-dundjani għat-tismin |
— |
250 PPU |
— |
|
21.4.2020 |
||||||||||||||||||||||
|
tjur tal-irziezet għall-bajd |
125 PPU |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħnieżer għajr dawk femminili |
250 PPU |
||||||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 PPU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 μmol ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f’pH = 5.0 u 37 °C.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 278/2010
tal-31 ta' Marzu 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1276/2008 dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra u r-Regolament (KE) Nru 612/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 170(c) u 194(a), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2008 (2) l-uffiċċju tad-dwana għandu jniżżel it-tagħrif dwar il-verifiki fiżiċi, dwar l-eżenzjoni mill-verifiki fiżiċi, dwar il-verifiki tas-siġilli, jew dwar verifiki ta' sostituzzjoni fuq il-kopji ta' kontroll T5 jew dokumenti ekwivalenti, kif stipulat fl-Annessi III sa VII għal dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġu ffissati l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3) jipprovdi li għal ċerti oġġetti elenkati fl-Anness IV tiegħu, għandha ssir analiżi sabiex tiġi ddeterminata jekk dawn il-prodotti humiex eliġibbli għal rifużjoni. L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jniżżel li saret analiżi. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (4), l-uffiċċju tad-dwana għandu jagħmel verifiki viżivi tal-konformità tal-prodotti mad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni u jniżżel il-verifiki li saru fil-kaxxa D tal-kopja ta' kontroll T5 jew dokument ekwivalenti billi juża waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Jidher li n-noti meħieġa jafu jkunu diffiċli biex jinqraw jew jinftiehmu mill-awtoritajiet involuti minħabba l-verżjonijiet lingwistiċi differenti u t-tipi ta' kitba. Għalhekk jixraq li l-proċeduri jiġu simplifikati billi n-noti miktubin bl-idejn fuq il-kopji ta' kontroll T5 jinbidlu b'kodiċijiet uniformi. |
|
(5) |
Dawk il-verifiki fiżiċi u l-verifiki ta' sostituzzjoni għandhom isiru abbażi tal-ġestjoni tar-riskju, li tfisser li r-reputazzjoni professjonali tal-esportatur hija waħda mill-elementi li jridu jitqiesu. It-tagħrif meħtieġ skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1276/2008 u (KE) Nru 612/2009 f'kopja ta' kontroll T5 iservi, fost l-oħrajn, biex javża lill-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja ta' kontroll T5, il-miżuri tal-verifika li ttieħdu. Jidher li f'dawk li każijiet fejn il-kopja ta' kontroll T5 ma kinetx mimlija kif suppost, il-proċess tal-għażla bbażat fuq ir-riskju, imwettaq mill-uffiċċju tad-dwana, tal-miżuri tal-verifika kien diffiċli. Dan għaliex kopja ta' kontroll T5 mimlija kif suppost hija waħda mill-indikaturi tal-professjonalità tal-esportatur u tal-konformità tiegħu mar-regoli applikabbli, u għalhekk jixraq li l-imperfezzjonijiet tal-kopja ta' kontroll T5 jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet responsabbli għall-aġġustament tal-profil tar-riskju tal-esportatur fl-Istat Membru fejn inħarġet il-kopja ta' kontroll T5. |
|
(6) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1276/2008 u (KE) Nru 612/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1276/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 15 Kopja tal-kontroll T5 1. Għall-iskopijiet tal-Artikolu 912c(3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, meta applikabbli, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom iniżżlu fuq il-kopja tal-kontroll T5, jew id-dokument ekwivalenti li jakkumpanja l-prodotti, il-kodiċijiet tal-verifika rilevanti stipulati fl-Anness IIa għal dan ir-Regolament, skont ir-regoli li ġejjin:
2. L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 għandu jniżżel ukoll fil-kaxxa J tal-kopja tal-kontroll T5, in-numru ta' Referenza tal-Uffiċċju tad-Dwana tiegħu kif jissemma fil-punt 8 tal-Anness 37c għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Fil-każ li jissemma fil-paragrafu 1(c)(ii), l-uffiċċju tad-dwana kkonċernat għandu, hekk kif tiġi finalizzata l-verifika, iniżżel is-sejbiet ta' din il-verifika fil-kaxxa J ta' kopja tal-kopja tal-kontroll T5 mibgħuta qabel, billi juża l-kodiċi tal-verifika rilevanti li tissemma fil-paragrafu 1(c). Fil-każ li jissemma fil-paragrafu 1(c)(iv), l-uffiċċju tad-dwana li għamel is-sejbiet għandu:
3. Jekk il-proċeduri tal-għażla għall-verifiki tal-integrità tas-siġilli msemmija fl-Artikolu 7, jew għall-verifiki sostituttivi msemmija fl-Artikolu 8, jew verifiki sostituttivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9, u għalhekk l-applikazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju, ikunu diffiċli, minħabba indikazzjoni ta' tagħrif mhux komplut fil-kopja tal-kontroll T5, l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 għandu jniżżel fil-kaxxa J, waħda mill-kodiċijiet tal-verifika elenkati fil-Parti 4 tal-Anness IIa bħala tagħrif supplimentari. 4. L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 għandu jieħu passi biex f'kull ħin ikunu disponibbli għall-Kummissjoni, id-dettalji tal-għadd ta':
Għandha tibqa' fl-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 jew dokument ekwivalenti, duplikazzjoni jew kopja tad-dokument, skont il-każ, u din għandha tkun aċċessibbli għal konsultazzjoni. 5. Kull verifika sostituttiva u verifika sostituttiva speċifika msemmija fl-Artikoli 8 u 9 għandhom ikunu suġġetti għal rapport imfassal mill-uffiċjal tad-dwana li jwettaqhom. Ir-rapport għandu jippermetti l-monitoraġġ tal-verifiki mwettqa u għandu jkollu d-data u l-isem tal-uffiċjal tad-dwana. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006, dan għandu jkun aċċessibbli għal konsultazzjoni għal tliet snin mis-sena ta' esportazzjoni fl-uffiċċji tad-dwana li jkun wettaq il-verifika, jew f'post wieħed fl-Istat Membru. |
|
(3) |
L-Annessi III u VII għandhom jitħassru. |
|
(4) |
Għandu jiddaħħal Anness IIa ġdid li t-test tiegħu huwa stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 612/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 5(8), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Qabel ma jitwaħħlu s-siġilli, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jagħmel verifika viżiva għall-konformità mad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni, tal-prodotti. L-għadd ta’ verifiki viżivi ma għandux ikun anqas minn 10% tal-għadd tad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni, minbarra dawk id-dikjarazzjonijiet li jkopru prodotti li ġew ivverifikati fiżikament jew li ntagħżlu għall-verifika fiżika skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008. L-uffiċċju tad-dwana għandu jniżżel din il-verifika fil-kaxxa D tal-kopja tal-kontroll T5 jew dokument ekwivalenti billi juża l-kodiċi tal-verifika fit-tifsira tal-Artikolu 2(m) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 u kif inhu stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.” |
|
(2) |
L-Anness II jinbidel bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, fil-31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 53.
ANNESS I
“ANNESS IIa
Kodiċijiet tal-kontroll dwar verifiki li saru mill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni, l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5
PARTI 1
|
Sejbiet tal-verifika kif jissemma fl-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 |
Kodiċi tal-kontroll |
|
Saret verifika fiżika fuq ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 |
A1000 |
|
Saret analiżi skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 |
A1100 |
|
Hija esportazzjoni ta' għajnuna għall-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 2298/2001, eżentata mill-verifika fiżika. |
A1200 |
PARTI 2
|
Sejbiet tal-verifika kif jissemma fl-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 |
Kodiċi tal-kontroll |
|
Is-siġill huwa konformi jew in-nuqqas ta' siġill huwa ġustifikat kif jissemma fl-Artikolu 5(8) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 |
A2000 |
|
Is-siġill huwa nieqes jew kien miksur |
A2100 |
PARTI 3
|
Sejbiet tal-verifika kif jissemma fl-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 |
Kodiċi tal-kontroll |
|
Is-sejbiet tal-verifika sostituttiva msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 huma konformi |
A3000 |
|
Ittieħed kampjun skont il-verifika sostituttiva msemmija fl-Artikolu 8 jew il-verifika sostituttiva speċifika msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008, imma s-sejbiet għadhom mhumiex disponibbli għaliex għadha għaddejja l-verifika tal-analiżi tal-laboratorju |
A3100 |
|
Is-sejbiet tal-verifika sostituttiva speċifika msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 huma konformi |
A3200 |
|
Is-sejbiet tal-verifika sostituttiva msemmija fl-Artikolu 8 jew tal-verifika sostituttiva speċifika msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 mhumiex konformi |
A3300 |
PARTI 4
|
Sejbiet tal-verifika kif jissemma fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 |
Kodiċi tal-kontroll |
|
L-applikazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju hija diffiċli għaliex ir-rata tar-rifużjoni ma kinetx imsemmija fuq il-kopja tal-kontroll T5 jew dokument ekwivalenti mingħajr ma kien eżentat l-esportatur skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 |
A4000 |
|
L-applikazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju hija diffiċli għaliex il-kopja tal-kontroll T5 jew dokument ekwivalenti ma semmewx l-entratura msemmija fl-Artikolu 8 u l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 612/2009 |
A4100 |
|
L-applikazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju hija diffiċli għaliex il-kopja tal-kontroll T5 jew dokument ekwivalenti ma kinux mimlijin sew jew kompletament f'aspetti oħrajn |
A4200” |
ANNESS II
“ANNESS II
|
Tipi ta' verifiki u riżultati |
Kodiċi tal-verifika |
|
L-Artikolu 5(8) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 Il-konformità tal-prodotti ġiet verifikata b'verifika viżiva qabel ma twaħħal is-siġill skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 |
A1300” |
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 279/2010
tal-31 ta' Marzu 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, (1) u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/186/PESK (2) temenda l-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK (3). L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1284/2009 qiegħed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
João VALE DE ALMEIDA
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jitħassru:
|
|
Isem (u psewdonimi eventwali) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni (data u post ta' twelid (d.d.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità eċċ.) |
Raġunijiet |
|
2. |
Maġġur-Ġeneral Mamadouba (psewdonomu Mamadou) Toto CAMARA |
d.t.t: 01/01/46 Pass: R00009392 |
Ministru għas-Sigurtà u l-Protezzjoni Ċivili |
|
3. |
Ġeneral Sékouba KONATÉ |
d.t.t: 01/01/64 |
Ministru għad-Difiża |
|
16. |
Kmandant Kelitigui FARO |
d.t.t: 03/08/72 Pass: R0003410 |
|
|
43. |
Sur Kabinet (psewdonomu Kabiné) KOMARA |
data tat-twelid: 08/03/50 PASS: R0001747 |
Prim Ministru |
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 280/2010
tal-31 ta’ Marzu 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
174,7 |
|
JO |
92,7 |
|
|
MA |
159,0 |
|
|
TN |
159,0 |
|
|
TR |
125,7 |
|
|
ZZ |
142,2 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
64,0 |
|
MA |
87,9 |
|
|
MK |
87,5 |
|
|
TR |
126,1 |
|
|
ZZ |
91,4 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
135,1 |
|
TR |
113,9 |
|
|
ZZ |
124,5 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
48,9 |
|
IL |
54,7 |
|
|
MA |
50,9 |
|
|
TN |
55,1 |
|
|
TR |
65,6 |
|
|
ZZ |
55,0 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
63,7 |
|
IL |
91,6 |
|
|
TR |
62,3 |
|
|
ZA |
71,7 |
|
|
ZZ |
72,3 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
78,3 |
|
BR |
85,6 |
|
|
CA |
74,4 |
|
|
CL |
83,3 |
|
|
CN |
70,8 |
|
|
MK |
23,6 |
|
|
US |
137,8 |
|
|
UY |
71,4 |
|
|
ZA |
119,2 |
|
|
ZZ |
82,7 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
97,5 |
|
CL |
96,2 |
|
|
CN |
87,6 |
|
|
MX |
100,0 |
|
|
UY |
106,8 |
|
|
ZA |
96,7 |
|
|
ZZ |
97,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 281/2010
tal-31 ta’ Marzu 2010
li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ April 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ April 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ April 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS I
Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ April 2010
|
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju tal-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 00 00 |
SEGALA |
39,03 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
16,98 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
16,98 |
|
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
39,03 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
|
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed, |
|
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
17.3.2010-30.3.2010
|
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 282/2010
tal-31 ta’ Marzu 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 264/2010 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-1 ta’ April 2010
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
35,27 |
0,70 |
|
1701 11 90 (1) |
35,27 |
4,32 |
|
1701 12 10 (1) |
35,27 |
0,57 |
|
1701 12 90 (1) |
35,27 |
4,03 |
|
1701 91 00 (2) |
38,59 |
5,94 |
|
1701 99 10 (2) |
38,59 |
2,76 |
|
1701 99 90 (2) |
38,59 |
2,76 |
|
1702 90 95 (3) |
0,39 |
0,29 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DIRETTIVI
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/29 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/26/UE
tal-31 ta’ Marzu 2010
li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 97/68/KE tas-16 ta’ Diċembru 1997 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (1), b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 14a tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 14a tad-Direttiva 97/68/KE jistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura sabiex ikun estiż il-perjodu msemmi fl-Artikolu 9a(7) ta’ dik id-Direttiva. L-istudji li saru skont l-Artikolu 14a tad-Direttiva 97/68/KE jindikaw li hemm diffikultajiet tekniċi sostanzjali sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-istadju II għall-makkinarju mobbli ta’ użu professjonali li jitqiegħed f’diversi pożizzjonijiet u li jintuża bl-idejn, li fih jiġu installati magni tal-klassijiet SH:2 u SH:3. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-perjodu msemmi fl-Artikolu 9a (7) jiġi estiż sal-31 ta’ Lulju 2013. |
|
(2) |
Minn mindu d-Direttiva 97/68/KE ġiet emendata fl-2004, sar progress tekniku fid-disinn tal-magni li jaħdmu bid-diżil sabiex ikunu konformi mal-limiti ta’ emissjonijiet tal-egżost għall-istadji III B u IV. Ġew żviluppati wkoll magni li huma kkontrollati b’mod elettroniku, li fil-parti l-kbira tagħhom qed jissostitwixxu sistemi ta’ injezzjoni tal-karburant (fuel injection) u ta’ kontroll li huma kkontrollati b’mod mekkaniku. Għalhekk, ir-rekwiżiti ġenerali preżenti għall-approvazzjoni tat-tip previsti fl-Anness I għad-Direttiva 97/68/KE għandhom jiġu adattati kif jixraq filwaqt li għandhom jiġu introdotti r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-istadji III B u IV. |
|
(3) |
L-Anness II għad-Direttiva 97/68/KE jispeċifika d-dettalji tekniċi tad-dokumenti ta’ informazzjoni li jridu jiġu sottomessi mill-fabbrikant lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-magna. Id-dettalji speċifikati fir-rigward ta’ apparat ieħor ta’ kontra t-tniġġiż huma ġeneriċi u għandhom jiġu adattati għas-sistemi speċifiċi tat-trattament wara, li jridu jintużaw sabiex il-magni jikkonformaw mal-limitu tal-emissjoni ta’ egżost tal-istadji III B u IV. Għandha tiġi sottomessa aktar informazzjoni dettaljata dwar l-apparat tat-trattament wara li jiġi installat fil-magni sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ikunu jistgħu jevalwaw il-kapaċità tal-magna li tikkonforma mal-istadji III B u IV. |
|
(4) |
L-Anness III għad-Direttiva 97/68/KE jistabbilixxi l-metodu li jittestja l-magni u jistabbilixxi l-livell tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u tal-partikuli tagħhom. Il-proċedura li tittestja l-approvazzjoni tat-tip tal-magni sabiex turi l-konformità mal-limiti ta’ emissjonijiet ta’ egżost tal-istadju III B u IV għandha tiżgura li tintwera l-konformità simultanja mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ gass (monossidu tal-karbonju, idrokarburi, ossidi tan-nitroġenu) u ma’ dawk tal-emissjonijiet tal-partikuli. Iċ-Ċiklu Fiss għall-Magni mhux tat-Triq (Non-Road Steady Cycle - NRSC) u ċ-Ċiklu Temporanju għall-Magni mhux tat-Triq (Non-Road Transient Cycle - NRTC) għandhom jiġu adattati kif jixraq. |
|
(5) |
Il-punt 1.3.2 tal-Anness III għad-Direttiva 97/68/KE jipprevedi l-modifikazzjoni tas-simboli (it-Taqsima 2.18 tal-Anness I), is-sekwenza tat-test (Anness III) kif ukoll l-ekwazzjonijiet tal-kalkolazzjoni (Appendiċi III għall-Anness III), qabel l-introduzzjoni tas-sekwenza tat-test kompost bi startjar fil-kesħa/sħun. Il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip sabiex tkun ippruvata l-konformità mal-limiti tal-emissjoni ta’ egżost tal-istadju III B u IV teħtieġ l-introduzzjoni ta’ deskrizzjoni dettaljata taċ-ċiklu bi startjar fil-kesħa. |
|
(6) |
It-Taqsima 3.7.1 tal-Anness III għad-Direttiva 97/68/KE tistabbilixxi ċ-ċiklu tat-test għall-ispeċfikazzjonijiet ta’ apparat differenti. Iċ-ċiklu tat-test skont il-punt 3.7.1.1 (speċifikazzjoni A) jeħtieġ li jiġi adattat sabiex ikun iċċarat liema veloċità tal-magna trid tintuża fil-metodu għall-kalkolazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi adattata r-referenza għall-verżjoni aġġornata tal-istandard tat-test internazzjonali tal-ISO 8178-4:2007. |
|
(7) |
It-Taqsima 4.5 tal-Anness III għad-Direttiva 97/68/KE tagħti ħarsa lejn kif għandu jsir it-test tal-emissjonijiet. Din it-Taqsima teħtieġ tkun adattata sabiex jiġi kkunsidrat iċ-ċiklu bi startjar fil-kesħa. |
|
(8) |
L-Appendiċi 3 tal-Anness III għad-Direttiva 97/68/KE jistabbilixxi l-kriterji għall-evalwazzjoni tad-dejta u għall-kalkolazzjoni tal-emissjonijiet tal-gass u l-partikuli, kemm għat-test NRSC kif ukoll għat-test NRTC, li huma stabbiliti fl-Anness III. L-approvazzjoni tat-tip tal-magni skont l-istadju III B u IV teħtieġ l-adattament tal-metodu tal-kalkolazzjoni għat-test NRTC. |
|
(9) |
L-Anness XIII għad-Direttiva 97/68/KE jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-magni li jitpoġġew fis-suq taħt “skema flessibbli”. Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni bla problemi tal-istadju III B, din l-iskema ta’ flessibbiltà tista’ tkun meħtieġa aktar. Għaldaqstant, l-adattament għall-progress tekniku sabiex tkun tista’ sseħħ l-introduzzjoni ta’ magni konformi mal-Istadji III B irid ikun akkumpanjat b’miżuri sabiex jiġi evitat li l-użu tal-iskema ta’ flessibbiltà jkun imfixkel b’rekwiżiti ta’ notifika li ma għadhomx adattati aktar għall-introduzzjoni ta’ dawn il-magni. Il-miżuri għandu jkollhom l-għan li jissimplifikaw ir-rekwiżiti ta’ notifika kif ukoll l-obbligi tar-rappurtar, u li dawn isiru aktar iffokati u mfasslin apposta għall-ħtiġijiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex ikunu jistgħu jilqgħu għall-użu miżjud tal-iskema ta’ flessibbiltà li għandha tirriżulta mill-introduzzjoni tal-Istadju III B. |
|
(10) |
Minħabba li mill-1 ta’ Jannar 2010, id-Direttiva 97/68/KE tipprevedi l-approvazzjoni tat-tip tal-magni tal-Istadju III B (il-Kategorija L), huwa meħtieġ li jkun ipprovdut għall-possibbiltà li tingħata l-approvazzjoni tat-tip minn dik id-data. |
|
(11) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl Artikolu15(1) tad-Direttiva 97/68/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 97/68/KE
Id-Direttiva 97/68/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 9a(7), jiżdied is-sottoparagrafu li ġej: “Minkejja l-ewwel subparagrafu, qiegħda tingħata estensjoni għall-perjodu tad-deroga sal-31 ta’ Lulju 2013, fil-kategorija ta’ magni b’manku minn fuq, għal trimmers ta’ sisien tal-ħaxix ta’ użu professjonali, li jistgħu jitqiegħdu f’pożizzjonijiet differenti, li jinżammu bl-idejn u għal lupi ta’ żamma tas-siġar b’manku minn fuq, li fihom jiġu installati magni tal-klassijiet SH:2 u SH:3.” |
|
(2) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I għal din id-Direttiva. |
|
(3) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Direttiva. |
|
(4) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness III għal din id-Direttiva. |
|
(5) |
L-Anness V huwa emendat skont l-Anness IV għal din id-Direttiva. |
|
(6) |
L-Anness XIII huwa emendat skont l-Anness V għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni tranżizzjonali
B’effett mill-jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali, l-Istati Membri jistgħu jikkonċedu l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward ta’ magni kkontrollati b’mod elettroniku li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I, II, III, V u XIII għad-Direttiva 97/68/KE, kif emendata b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi mad-Direttiva fi żmien tnax-il xahar wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet kif ukoll it-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet.
Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-31 ta’ Marzu 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li dawn jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
It-Taqsima 8 li ġejja ġiet miżjuda mal-Anness I għad-Direttiva 97/68/KE:
“8. IR-REKWIŻITI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP GĦALL-ISTADJI III B U IV
8.1. Din it-Taqsima għandha tapplika għall-approvazzjoni tat-tip ta’ magni kkontrollati b’mod elettroniku, fejn jintuża kontroll elettroniku sabiex jiġu stabbiliti kemm il-kwantità kif ukoll il-waqt meta jiġi injettat il-karburant (minn hawn aktar ’il quddiem, ’magna’). Din it-Taqsima għandha tapplika irrispettivament mit-teknoloġija applikata għal dawn il-magni sabiex ikunu konformi mal-valuri tal-limitu ta’ emissjoni stabbiliti fit-taqsimiet 4.1.2.5. u 4.1.2.6. ta’ dan l-Anness.
8.2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
8.2.1. ’ strateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet ’ tfisser kombinazzjoni ta’ sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet bi strateġija waħda għall-kontroll tal-emissjonijiet u b’sett wieħed ta’ strateġji awżiljarji għall-kontroll tal-emissjonijiet, inkorporati fid-disinn ġenerali tal-magna jew f’makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih tiġi installata l-magna.
8.2.2. ’ reaġent ’ tfisser kwalunkwe mezz konsumibbli jew li ma jistax jiġi rkuprat li jkun meħtieġ u li jintuża għall-applikazzjoni effikaċi tas-sistema ta’ trattament wara tal-egżost.
8.3. Rekwiżiti ġenerali
8.3.1. Rekwiżiti għall-istrateġija bażi għall-kontroll tal-emissjonijiet
8.3.1.1. L-istrateġija bażi għall-kontroll tal-emissjonijiet, applikata matul il-medda operattiva tal-veloċità u t-torque tal-magna, għandha tkun imfassla b’tali mod li tippermetti li l-magna tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
8.3.1.2. Kwalunkwe strateġija bażi għall-kontroll tal-emissjonijiet li tista’ tiddistingwi t-tħaddim tal-magna bejn test standardizzat tal-approvazzjoni tat-tip u kundizzjonijiet operattivi oħrajn, u li sussegwentement tnaqqas il-livell tal-kontroll tal-emissjonijiet meta din ma tkunx qiegħda taħdem taħt kundizzjonijiet inklużi sostanzjalment fil-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip, hija pprojbita.
8.3.2. Rekwiżiti għall-istrateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet
8.3.2.1. Strateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet tista’ tintuża minn magna jew minn magna mobbli mhux tat-triq, sakemm l-istrateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet, meta tiġi applikata, timmodifika l-istrateġija bażi għall-kontroll tal-emissjonijiet b’reazzjoni għal sett speċifiku ta’ kundizzjonijiet tal-ambjent u/jew tal-operat, iżda ma tnaqqasx b’mod permanenti l-effikaċja tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet.
|
(a) |
fejn l-istrateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet tiġi applikata matul it-test tal-approvazzjoni tat-tip, it-taqsimiet 8.3.2.2. u 8.3.2.3. ma għandhomx japplikaw. |
|
(b) |
fejn l-istrateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet ma tiġix applikata matul it-test tal-approvazzjoni tat-tip, irid jintwera li l-istrateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet għandha tkun attiva biss sakemm ikun meħtieġ għall-finijiet identifikati fit-Taqsima 8.3.2.3. |
8.3.2.2. Il-kundizzjonijiet tal-kontroll li japplikaw għal din it-Taqsima huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
għoli ta’ mhux aktar minn 1 000 metru (jew pressjoni atmosferika ekwivalenti ta’ 90 kPa); |
|
(b) |
temperatura tal-ambjent fil-medda ta’ bejn 275 K sa 303 K (2 °C sa 30 °C); |
|
(c) |
temperatura tal-likwidu li jkessaħ il-magna ta’ aktar minn 343 K (70 °C). |
Fejn l-istrateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet tiġi applikata meta l-magna tkun qed taħdem skont il-kundizzjonijiet tal-kontroll stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c), l-istrateġija għandha tiġi applikata b’mod eċċezzjonali biss.
8.3.2.3. Strateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet tista’ tiġi applikata b’mod partikolari għall-finijiet li ġejjin:
|
(a) |
b’sinjali abbord, biex tiġi protetta l-magna mill-ħsara (inkluż il-mekkaniżmu li jittratta l-arja) u/jew il-makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih tkun ġiet installata l-magna; |
|
(b) |
għas-sikurezza u strateġiji ta’ tħaddim; |
|
(c) |
għall-prevenzjoni ta’ emissjonijiet eċċessivi, meta din tistartja kiesħa jew meta tkun qed tisħon, jew meta tintefa; |
|
(d) |
jekk tintuża biex tibbilanċja l-kontroll ta’ inkwinant regolat wieħed taħt kundizzjonijiet ta’ ambjent jew ta’ tħaddim speċifiċi, biex jinżamm kontroll tal-inkwinanti regolati l-oħrajn kollha, fil-medda tal-valuri tal-limitu ta’ emissjoni li huma xierqa għall-magna kkonċernata. L-għan huwa li jkun hemm kumpens għal fenomeni li jseħħu b’mod naturali, b’mod li jipprovdi kontroll aċċettabbli tal-kostitwenti kollha tal-emissjoni. |
8.3.2.4. Waqt it-test tal-approvazzjoni tat-tip, il-fabbrikant għandu juri lis-servizz tekniku li l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe strateġija awżiljarja tal-emissjoni hija konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 8.3.2. It-turija għandha tikkonsisti mill-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li hemm referenza għaliha fit-Taqsima 8.3.3.
8.3.2.5. Kwalunkwe applikazzjoni ta’ strateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet li ma tkunx konformi mat-Taqsima 8.3.2. hija pprojbita.
8.3.3. Ir-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni
8.3.3.1. Il-fabbrikant għandu jipprovdi pakkett ta’ informazzjoni li jakkumpanja l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip meta din tiġi sottomessa lis-servizz tekniku, li jagħti aċċess għal kwalunkwe element tad-diżinn u tal-istrateġija tal-kontroll tal-emissjonijiet kif ukoll il-mezzi li bihom l-istrateġija awżiljarja tikkontrolla direttament jew indirettament il-varjabbli tal-output. Il-pakkett ta’ informazzjoni għandu jkun magħmul disponibbli f’żewġ partijiet:
|
(a) |
il-pakkett ta’ dokumentazzjoni, mehmuż mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, irid jinkludi ħarsa ġenerali sħiħa lejn l-istrateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet. Irid ikun hemm xhieda li l-outputs permessi minn matriċi miksuba mill-firxa ta’ kontroll tal-unitajiet individwali tal-inputs, ikunu ġew identifikati. Din ix-xhieda għandha tkun mehmuża mal-pakkett ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Anness II |
|
(b) |
il-materjal addizzjonali, li jiġi ppreżentat lis-servizz tekniku iżda ma jkunx mehmuż mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, għandu jinkludi l-parametri mmodifikati kollha minn kwalunkwe strateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-madwar li fihom taħdem din l-istrateġija u b’mod partikolari:
|
8.3.3.2. Il-materjal addizzjonali msemmi fil-punt (b) tat-Taqsima 8.3.3.1. għandu jiġi ttrattat bħala strettament kunfidenzjali. Dan għandu jkun disponibbli lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir talba. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tittratta dan il-materjal bħala wieħed kunfidenzjali.
8.4. Ir-rekwiżiti biex ikun żgurat it-tħaddim korrett tal-miżuri ta’ kontroll NOx
8.4.1. Il-fabbrikant għandu jipprovdi informazzjoni li tiddeskrivi b’mod sħiħ il-karatteristiċi funzjonali tal-operat tal-miżuri ta’ kontroll NOx, billi juża d-dokumenti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Appendiċi 1 għall-Anness II u fit-Taqsima 2 tal-Appendiċi 3 għall-Anness II.
8.4.2. Jekk is-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet tkun teħtieġ reaġent, il-karatteristiċi ta’ dak ir-reaġent, inkluż it-tip ta’ reaġent, l-informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni meta r-reaġent ikun fis-soluzzjoni, il-kundizzjonijiet tat-temperatura waqt it-tħaddim kif ukoll ir-referenza għall-istandards internazzjonali fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-kwalità għandhom jiġu speċifikati mill-fabbrikant, fit-Taqsima 2.2.1.13. tal-Appendiċi 1 u fit-Taqsima 2.2.1.13. tal-Appendiċi 3 għall-Anness II.
8.4.3. L-istrateġija tal-kontroll tal-emissjonijiet mill-magna għandha tiġi applikata taħt il-kundizzjonijiet ambjentali kollha li jappartjenu b’mod regolari fit-territorju tal-Komunità, b’mod partikolari f’temperaturi ambjentali baxxi.
8.4.4. Il-fabbrikant għandu juri li l-emissjoni ta’ ammonja matul iċ-ċiklu tat-test tal-emissjoni applikabbli tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip, meta jintuża reaġent, ma tkunx aktar mill-valur medju ta’ 25 ppm.
8.4.5. Jekk jiġu installati kontenituri separati tar-reaġent fi jew imqabbdin ma’ makkinarju mobbli mhux tat-triq, għandu jkun hemm mezz biex jittieħed kampjun tar-reaġent li jkun hemm fil-kontenituri. Il-punt tat-teħid tal-kampjuni għandu jkun aċċessibbli faċilment mingħajr il-ħtieġa li jintużaw għodda jew apparat speċjalizzat.
8.4.6. Rekwiżiti ta’ użu u manutenzjoni
8.4.6.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun waħda kundizzjonali, skont l-Artikolu 4(3), fuq li kull operatur tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq jingħata struzzjonijiet bil-miktub li jinkludu dawn li ġejjin:
|
(a) |
twissijiet dettaljati, li jispjegaw funzjonament ħażin possibbli li jista’ jiġi ġġenerat bit-tħaddim, l-użu jew bil-manutenzjoni ħażina tal-magna installata, akkumpanjati bil-miżuri ta’ korrezzjoni rispettivi; |
|
(b) |
twissijiet dettaljati dwar l-użu mhux korrett tal-makkinarju li jwassal għall-funzjonament ħażin tal-magna, liema twissijiet għandhom ikunu akkumpanjati bil-miżuri ta’ korrezzjoni rispettivi; |
|
(c) |
informazzjoni dwar l-użu korrett tar-reaġent, akkumpanjata bi struzzjoni dwar il-mili mill-ġdid tar-reaġent bejn intervalli ta’ manutenzjoni normali; |
|
(d) |
twissija ċara, li ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, maħruġ għat-tip ta’ magna kkonċernata, huwa validu biss meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
|
L-istruzzjonijiet għandhom ikunu miktubin b’mod ċar u b’mod mhux tekniku, fejn jintuża l-istess lingwaġġ li jintuża fil-manwal tal-operatur tal-makkinarju mobbli jew tal-magni mhux tat-triq.
8.4.7. Il-kontroll tar-reaġent (fejn japplika)
8.4.7.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tkun waħda kundizzjonali, skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 3 tal-Artikolu 4, fuq li jiġu fornuti indikaturi jew mezzi xierqa oħra, skont il-konfigurazzjoni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jinfurmaw lill-operatur dwar:
|
(a) |
l-ammont tar-reaġent li jifdal fil-kontentinur tal-ħażna tar-reaġent u b’sinjal speċifiku addizzjonali, meta r-reaġent li jifdal ikun inqas minn 10 % tal-kapaċità tal-kontenitur mimli; |
|
(b) |
Meta l-kontenitur tar-reaġent jiżvojta, jew ikun kważi vojt; |
|
(c) |
Meta r-reaġent fit-tank tal-ħażna ma jkunx konformi mal-karatteristiċi ddikjarati u rreġistrati fit-Taqsima 2.2.1.13. tal-Appendiċi 1 u t-Taqsima 2.2.1.13. tal-Appendiċi 3 għall-Anness II, skont il-mezzi ta’ valutazzjoni installati. |
|
(d) |
Meta l-attività tad-dożaġġ tar-reaġent tiġi interrotta, f’każijiet għajr dawk li jsiru mill-ECU tal-magna jew mill-kontrollur tad-dożaġġ, filwaqt li dan jirreaġixxi għall-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-magna fejn id-dożaġġ ma jkunx meħtieġ, sakemm dawn il-kundizzjonijiet tat-tħaddim ikunu disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
8.4.7.2. Bl-għażla tal-fabbrikant, ir-rekwiżiti tal-konformità tar-reaġent mal-karatteristiċi ddikjarati u mat-tolleranza tal-emissjoni NOx assoċjata għandhom jiġu ssodisfati permezz ta’ wieħed minn dawn il-mezzi:
|
(a) |
mezzi diretti, bħall-użu ta’ senser għall-kwalità tar-reaġent. |
|
(b) |
mezzi indiretti, bħall-użu tas-senser NOx fl-egżost sabiex tiġi evalwata l-effikaċja tar-reaġent. |
|
(c) |
kwalunkwe mezz ieħor, sakemm l-effikaċja tiegħu tkun mill-inqas ugwali għal dik li tirriżulta mill-użu tal-mezzi tal-punti (a) jew (b) u r-rekwiżiti ewlenin ta’ din it-Taqsima jinżammu.” |
ANNESS II
L-Anness II għad-Direttiva 97/68/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima 2 tal-Appendiċi 1 hija mibdula b’dan li ġej: “2. MIŻURI MEĦUDIN KONTRA T-TNIĠĠIŻ TAL-ARJA 2.1. Apparat għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-kisi tal-krank: iva/le (*1) … 2.2. Apparat ieħor għal kontra t-tniġġiż (jekk ikun hemm, u jekk ma jkunx kopert b’intestatura oħra) 2.2.1. Konvertitur katalitiku: iva/le (*1) 2.2.1.1. Għamla(iet): … 2.2.1.2. Tip(i): … 2.2.1.3. Numru ta’ konvertituri katalitiċi u elementi: … 2.2.1.4. Dimensjonijiet u volum tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi): … 2.2.1.5. Tip ta’ azzjoni katalitika: … 2.2.1.6. Ċarġ totali ta’ metalli prezzjużi: … 2.2.1.7. Konċentrazzjoni relattiva: … 2.2.1.8. Substrat (struttura u materjal): … 2.2.1.9. Densità taċ-ċellola: … 2.2.1.10. Tip ta’ kisi għall-konvertitur(i) katalitiku(ċi): … 2.2.1.11. Il-pożizzjoni tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi) (post(ijiet) u d-distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): … 2.2.1.12. Medda ta’ tħaddim normali (K): … 2.2.1.13. Reaġent konsumibbli (fejn xieraq): … 2.2.1.13.1. It-tip u l-konċentrazzjoni tar-reaġent meħtieġ għall-azzjoni katalitika: … 2.2.1.13.2. Il-medda tat-temperatura operattiva normali tar-reaġent: … 2.2.1.13.3. Standard internazzjonali (fejn jixraq): … 2.2.1.14. Senser NOx: iva/le (*1) 2.2.2. Senser tal-ossiġnu: iva/le (*1) 2.2.2.1. Għamla(iet): … 2.2.2.2. Tip: … 2.2.2.3. Lokazzjoni: … 2.2.3. Injezzjoni tal-arja: iva/le (*1) 2.2.3.1. Tip (arja pulsata, pompa tal-arja, eċċ.): … 2.2.4. EGR: iva/le (*1) 2.2.4.1. Karatteristiċi (imkessaħ/mhux imkessaħ, pressjoni għolja/pressjoni baxxa, eċċ.): … 2.2.5. Nassa tal-partikuli: iva/le (*1) 2.2.5.1. Dimensjonijiet u kapaċità tan-nassa tal-partikuli: … 2.2.5.2. Tip u diżinn tan-nassa tal-partikuli: … 2.2.5.3. Lokazzjoni (post(ijiet) u d-distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): … 2.2.5.4. Metodu jew sistema ta’ riġenerazzjoni, deskrizzjoni u/jew diżinn: … 2.2.5.5. Temperatura tat-tħaddim normali (K) u medda ta’ pressjoni (kPa): … 2.2.6. Sistemi oħrajn: iva/le (*1) 2.2.6.1. Deskrizzjoni u tħaddim: … (*1) Ingassa dak li ma japplikax”." (*1) Ingassa dak li ma japplikax”." (*1) Ingassa dak li ma japplikax”." (*1) Ingassa dak li ma japplikax”." (*1) Ingassa dak li ma japplikax”." (*1) Ingassa dak li ma japplikax”." (*1) Ingassa dak li ma japplikax”." (*1) Ingassa dak li ma japplikax”." |
|
(2) |
It-Taqsima 2 tal-Appendiċi 3 hija mibdula b’dan li ġej: “2. MIŻURI MEĦUDIN KONTRA T-TNIĠĠIŻ TAL-ARJA 2.1. Apparat għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-kisi tal-krank: iva/le (*2) … 2.2. Apparat ieħor għal kontra t-tniġġiż (jekk ikun hemm, u jekk ma jkunx kopert b’intestatura oħra) 2.2.1. Konvertitur katalitiku: iva/le (*2) 2.2.1.1. Għamla(iet): … 2.2.1.2. Tip(i): … 2.2.1.3. Numru ta’ konvertituri katalitiċi u elementi: … 2.2.1.4. Dimensjonijiet u volum tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi): … 2.2.1.5. Tip ta’ azzjoni katalitika: … 2.2.1.6. Ċarġ totali ta’ metalli prezzjużi: … 2.2.1.7. Konċentrazzjoni relattiva: … 2.2.1.8. Sottostrat (struttura u materjal): … 2.2.1.9. Densità taċ-ċellola: … 2.2.1.10. Tip ta’ kisi għall-konvertitur(i) katalitiku(ċi): … 2.2.1.11. Il-pożizzjoni tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi) (post(ijiet) u d-distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): … 2.2.1.12. Medda ta’ tħaddim normali (K… 2.2.1.13. Reaġent konsumibbli (fejn xieraq): … 2.2.1.13.1. It-tip u l-konċentrazzjoni tar-reaġent meħtieġ għall-azzjoni katalitika: … 2.2.1.13.2. Il-medda tat-temperatura operattiva normali tar-reaġent: … 2.2.1.13.3. Standard internazzjonali (fejn xieraq): … 2.2.1.14. Senser NOx: iva/le (*2) 2.2.2. Senser tal-ossiġnu: iva/le (*2) 2.2.2.1. Għamla(iet): … 2.2.2.2. Tip: … 2.2.2.3. Lokazzjoni: … 2.2.3. Injezzjoni tal-arja: iva/le (*2) 2.2.3.1. Tip (arja pulsata, pompa tal-arja, eċċ.): … 2.2.4. EGR: iva/le (*2) 2.2.4.1. Karatteristiċi (imkessaħ/mhux imkessaħ, pressjoni għolja/pressjoni baxxa, eċċ.): … 2.2.5. Nassa tal-partikuli: iva/le (*2) 2.2.5.1. Dimensjonijiet u kapaċità tan-nassa tal-partikuli: … 2.2.5.2. Tip u diżinn tan-nassa tal-partikuli: … 2.2.5.3. Lokazzjoni (post(ijiet) u d-distanza(i) massima(i)/minima(i) mill-magna): … 2.2.5.4. Metodu jew sistema ta’ riġenerazzjoni, deskrizzjoni u/jew diżinn: … 2.2.5.5. Temperatura operattiva normali (K) u medda ta’ pressjoni (kPa): … 2.2.6. Sistemi oħrajn: iva/le (*2) 2.2.6.1. Deskrizzjoni u tħaddim: … (*2) Ingassa dak li ma japplikax”." (*2) Ingassa dak li ma japplikax”." (*2) Ingassa dak li ma japplikax”." (*2) Ingassa dak li ma japplikax”." (*2) Ingassa dak li ma japplikax”." (*2) Ingassa dak li ma japplikax”." (*2) Ingassa dak li ma japplikax”." (*2) Ingassa dak li ma japplikax”." |
(*1) Ingassa dak li ma japplikax”.
(*2) Ingassa dak li ma japplikax”.”
ANNESS III
L-Anness III għad-Direttiva 97/68/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima 1.1. hija mibdula b’dan li ġej: 1.1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-metodu sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikuli mill-magna li tkun se tiġi ttestjata. Iċ-ċikli tat-test li ġejjin għandhom japplikaw:
(1) IMO: Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali." (2) MARPOL: Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti.” " |
|
(2) |
It-Taqsima 1.3.2. hija mibdula b’dan li ġej: “1.3.2. It-test NRTC Iċ-ċiklu tat-test temporanju preskritt, ibbażat ħafna fuq il-kundizzjonijiet tat-tħaddim ta’ magni diżil installati f’makkinarju mhux tat-triq, isir darbtejn:
Matul din is-sekwenza tat-test, għandhom jiġu eżaminati l-inkwinanti msemmija hawn fuq. Is-sekwenza tat-test tikkonsisti minn ċiklu ta’ startjar fil-kesħa wara li l-magna tintefa b’mod naturali jew sfurzat, minn perjodu ta’ tqegħid fis-sħana u minn ċiklu ta’ startjar fis-sħana, li jwasslu għall-kalkolazzjoni ta’ emissjonijiet komposti. Permezz tal-użu tat-torque tal-magna kif ukoll tas-sinjali tar-rispons tal-veloċità tad-dinamometru tal-magna, il-qawwa tiġi integrata fir-rigward tal-ħin taċ-ċiklu, u dan jirriżulta fix-xogħol imwettaq mill-magna matul iċ-ċiklu. Il-konċentrazzjonijiet tal-komponenti gassużi għandhom jiġu stabbiliti matul iċ-ċiklu, jew fil-gass tal-egżost mhux trattat bl-integrazzjoni tas-sinjal tal-analizzatur skont l-Appendiċi 3 għal dan l-Anness, jew fil-gass tal-egżost dilwit ta’ sistema ta’ dilwizzjoni bi fluss sħiħ CVS, bl-integrazzjoni jew bil-kampjunar bil-borża skont l-Appendiċi 3 għal dan l-Anness. Għall-partikuli, għandu jinġabar kampjun proporzjonali mill-gass tal-egżost dilwit fuq filtru speċifiku jew permezz ta’ dilwizzjoni bi fluss parzjali jew permezz ta’ dilwizzjoni bi fluss sħiħ. Skont il-metodu li jintuża, ir-rata tal-fluss tal-gass tal-egżost dilwit jew mhux dilwit għandha tiġi stabbilita matul iċ-ċiklu biex jiġu kkalkolati l-valuri tal-emissjoni tal-massa tal-inkwinanti. Il-valuri tal-emissjoni tal-massa għandhom ikunu relatati max-xogħol tal-magna biex jipprovdu l-grammi ta’ kull inkwinant emess f’kull kilowatt-siegħa. L-emissjonijiet (g/kWh) għandhom jitkejlu kemm matul iċ-ċiklu ta’ startjar fil-kesħa kif ukoll matul dak ta’ startjar fis-sħana. L-emissjonijiet peżati komposti għandhom jinħadmu billi r-riżultati tal-istartjar fil-kesħa jingħataw valur ta’ 10 % filwaqt li dawk tal-istartjar fis-sħana jingħataw valur ta’ 90 %. Ir-riżultati komposti peżati għandhom jissodisfaw il-limiti.” |
|
(3) |
It-Taqsima 3.7.1. hija mibdula b’dan li ġej: 3.7.1. L-ispeċifikazzjoni tal-apparat skont it-Taqsima 1.A. tal-Anness I: 3.7.1.1. Għall-magni koperti bil-punti (i) u (iv) tat-Taqsima 1.A. tal-Anness I, il-magna li titqiegħed għall-prova għandha tiġi segwita fi tħaddim b’dinamometru matul iċ-ċiklu ta’ 8 modalitajiet li ġej (3)
3.7.1.2. Għall-magni koperti bil-punt (ii) tat-Taqsima 1.A. tal-Anness I, il-magna li titqiegħed għall-prova għandha tiġi segwita fi tħaddim b’dinamometru matul iċ-ċiklu ta’ 5 modalitajiet li ġej (4)
Iċ-ċifri tat-tagħbija huma valuri perċentwali tat-torque li jikkorrispondu mas-saħħa ewlenija ratata definita bħala l-qawwa massima disponibbli matul sekwenza ta’ qawwa varjabbli, li tista’ tibqa’ għaddejja għal numru bla limitu ta’ sigħat kull sena, bejn l-intervalli tal-manutenzjoni ddikjarata u skont il-kundizzjonijiet ambjentali ddikjarati, fejn il-manutenzjoni titwettaq kif preskritt mill-fabbrikant. 3.7.1.3. Għall-magni ta’ propulsjoni (5) intenzjonati biex jintużaw fuq bastimenti li jbaħħru fil-passaġġi tal-ilma interni, għandha tintuża l-proċedura tat-test tal-ISO kif speċifikat mill-ISO 8178-4:2002 u l-IMO MARPOL 73/78, Anness VI (Kodiċi NOx). Il-magni ta’ propulsjoni li jaħdmu skont kurva ta’ skrun b’intensità fissa għandhom jiġu ttestjati fuq dinamometru permezz ta’ ċiklu ta’ 4 modalitajiet fi stat fiss (6) żviluppat sabiex jirrappreżenta t-tħaddim f’kundizzjonijiet ta’ użu ta’ magni tal-baħar kummerċjali li jaħdmu bid-diżil.
Magni ta’ propulsjoni ta’ veloċità fissa għall-passaġġi tal-ilma interni b’intensità varjabbli jew skrejjen li jkunu mqabbdin bl-elettriku għandhom jiġu ttestjati fuq dinamometru li juża ċ-ċiklu ta’ 4 modalitajiet ta’ stat fiss (7) ikkaratterizzat bl-istess fatturi ta’ tagħbija u ta’ piż bħaċ-ċiklu msemmi fuq, iżda bil-magna mħaddma f’kull mod b’veloċità ratata:
3.7.1.4. Għall-magni koperti bil-punt (v) tat-Taqsima 1.A. tal-Anness I, il-magna li titqiegħed għall-prova għandha tiġi segwita fi tħaddim b’dinamometru matul iċ-ċiklu ta’ 3-modalitajiet li ġej (8)
(3) B’mod identiku għaċ-ċiklu C1 kif deskritt fil-paragrafu 8.3.1.1. tal-istandard tal-ISO 8178-4:2007 (verżjoni rettifikata 2008-07-01)." (4) B’mod identiku għaċ-ċiklu D2 kif deskritt fil-paragrafu 8.4.1. tal-istandard tal-ISO 8178-4: 2002(E)." (5) Magni awżiljarji b’veloċità kostanti jridu jiġu ċċertifikati għaċ-ċiklu ta’ ħidma ISO D2, jiġifieri ċ-ċiklu ta’ 5 modalitajiet fi stat fiss speċifikat fit-Taqsima 3.7.1.2., filwaqt li magni awżiljarji b’veloċità varjabbli jridu jiġu ċċertifikati għaċ-ċiklu ta’ ħidma ISO C1, jiġifieri ċ-ċiklu ta’ 8 modalitajiet fi stat fiss speċifikat fit-Taqsima 3.7.1.1." (6) B’mod identiku għaċ-ċiklu E3 kif deskritt fit-Taqsimiet 8.5.1, 8.5.2. u 8.5.3. tal-istandard tal-ISO 8178-4: 2002(E). L-erba’ modalitajiet jippresupponu kurva tal-qawwa medja tal-iskrun ibbażata fuq kejl f’kundizzjonijiet ta’ ħidma." (7) B’mod identiku għaċ-ċiklu E2 kif deskritt fit-Taqsimiet 8.5.1, 8.5.2. u 8.5.3. tal-istandard tal-ISO 8178-4: 2002(E)." (8) B’mod identiku għaċ-ċiklu F tal-istandard tal-ISO 8178-4: 2002(E).’ " |
|
(4) |
It-Taqsima 4.3.1. hija mibdula b’dan li ġej: “4.3.1. Veloċità ta’ referenza Il-veloċità ta’ referenza (nref) tikkorrispondi għall-valuri tal-veloċità normalizzati ta’ 100 % li huma speċifikati fl-iskeda tad-dinamometru tal-magna tal-Appendiċi 4 tal-Anness III. Iċ-ċiklu attwali tal-magna li jirriżulta minn denormalizzazzjoni għall-veloċità ta’ referenza jiddependi ħafna fuq l-għażla tal-veloċità ta’ referenza xierqa. Il-veloċità ta’ referenza għandha tiġi stabbilita permezz ta’ din il-formula: nref = lveloċità baxxa + 0,95 x (veloċità għolja – veloċità baxxa) (il-veloċità għolja hija l-ogħla veloċità tal-magna fejn tiġi pprovduta 70 % tal-qawwa ratata, filwaqt li l-veloċità baxxa hija l-iktar veloċità baxxa tal-magna fejn tiġi pprovduta 50 % tal-qawwa ratata). Jekk il-veloċità ta’ referenza mkejla tkun fil-firxa ta’ +/-3 % tal-veloċità ta’ referenza kif speċifikat mill-fabbrikant, il-veloċità ta’ referenza ddikjarata tista’ tintuża għat-test tal-emissjonijiet. Jekk it-tolleranza tinqabeż, il-veloċità ta’ referenza mkejla għandha tintuża għat-test tal-emissjonijiet (9). (9) Dan huwa konsistenti mal-istandard tal-ISO 8178-11:2006.” " |
|
(5) |
It-Taqsima 4.5. hija mibdula b’dan li ġej: “4.5. Prova tat-test tal-emissjonijiet Il-dijagramma sekwenzjali li ġejja turi s-sekwenza tat-test: Preparazzjoni tal-magna, il-kejl u l-kalibrazzjonijiet ta’ qabel it-test ↓ NRTC ↓ Mappa tal-magna tal-ġenerazzjoni (kurva tat-torquemassimu) Iġġenera ċiklu tat-test ta’ referenza ↓ Agħmel ċiklu ta’ prattika wieħed jew aktar skont kif meħtieġ biex tivverifika l-magna/iċ-ċellola tat-test/is-sistemi tal-emissjonijiet ↓ Tberrid naturali jew sfurzat ↓ Is-sistemi tat-teħid tal-kampjuni (inkluż il-kalibrar tal-analizzatur) u tal-ġbir tad-dejta lesti kollha ↓ Il-fażi tal-emissjoni tal-egżost f’ċiklu ta’ startjar fil-kesħa ↓ Tqegħid fis-sħana ↓ Il-fażi tal-emissjoni tal-egżost f’ċiklu ta’ startjar fis-sħana Jista’ jsir ċiklu ta’ prattika wieħed jew aktar, skont kemm ikun meħtieġ, biex jiġu kkontrollati l-magna, iċ-ċellola tat-test u s-sistemi tal-emissjonijiet qabel iċ-ċiklu tal-kejl. 4.5.1. Il-preparazzjoni tal-filtri tat-teħid tal-kampjuni Minn tal-inqas siegħa qabel it-test, kull filtru għandu jitpoġġa f’dixx petri, li jiġi protett minn kull kontaminazzjoni minn trab u li jippermetti il-bdil tal-arja, u jitpoġġa f’kompartiment tal-użin sabiex jistabbilizza. Fl-aħħar tal-perjodu tal-istabbilizzazzjoni, kull filtru għandu jintiżen u l-piż għandu jiġi rreġistrat. Imbagħad, il-filtru għandu jinħażen f’dixx petri magħluq jew f’kontenitur tal-filtru issiġillat sakemm ikun meħtieġ għall-ittestjar. Il-filtru għandu jintuża fi żmien tmien sigħat minn meta jitneħħa mill-kompartiment tal-użin. Il-piż tara għandu jiġi rreġistrat. 4.5.2. L-installazzjoni tal-apparat tal-kejl Is-sondi tal-istrumentazzjoni u kampjunar għandhom jiġu installati kif meħtieġ. Il-parti ta’ wara tal-pajp (tailpipe) għandha tkun imqabbda mas-sistema ta’ dilwizzjoni ta’ fluss sħiħ, jekk tintuża. 4.5.3. L-istartjar tas-sistema ta’ dilwizzjoni Is-sistema ta’ dilwizzjoni għandha tiġi startjata. Il-fluss totali ta’ gass tal-egżost dilwit ta’ sistema ta’ dilwizzjoni bi fluss sħiħ jew il-fluss tal-gass tal-egżost dilwit li jgħaddi minn sistema ta’ dilwizzjoni bi fluss parzjali għandhom jiġu ssettjati sabiex tiġi eliminata l-kondensazzjoni tal-ilma fis-sistema, u sabiex tinkiseb temperatura tal-wiċċ tal-filtru ta’ bejn 315 K (42 °C) u 325 K (52 °C). 4.5.4. L-istartjar tas-sistema ta’ kampjunar tal-partikuli Is-sistema ta’ kampjunar tal-partikuli għandha tiġi startjata u titħaddem fuq il-bypass. Il-livell ta’ partikuli fl-isfond tal-arja ta’ dilwizzjoni jista’ jiġi determinat billi jittieħed kampjun tal-arja ta’ dilwizzjoni qabel id-dħul tal-gass tal-egżost fil-mina ta’ dilwizzjoni. Ikun aħjar jekk il-kampjun tal-partikuli fl-isfond jittieħed matul iċ-ċiklu tranżitorju jekk ikun hemm sistema oħra ta’ teħid ta’ kampjuni PM. Inkella tista’ tintuża s-sistema ta’ kampjunar li tintuża għall-ġbir matul iċ-ċiklu tranżitorju PM. Jekk tintuża arja ta’ dilwizzjoni ffiltrata, kejl wieħed biss jista’ jittieħed, qabel jew wara t-test. Jekk l-arja tad-dilwizzjoni ma tkunx iffiltrata, il-kejl għandu jittieħed qabel il-bidu u wara t-tmiem taċ-ċiklu filwaqt li tiġi stabbilita l-medja tal-valuri. 4.5.5. Verifika tal-analizzaturi L-analizzaturi tal-emissjonijiet għandhom ikunu ssettjati fuq żero u jkunu mqassma matul it-test. Il-boroż tal-kampjuni, jekk jintużaw, għandhom jitbattlu. 4.5.6. Rekwiżiti għat-tberrid Tista’ tiġi applikata proċedura ta’ tberrid naturali jew sfurzat. Għal tberrid sfurzat, irid ikun hemm ippjanar ta’ inġinerija tajba sabiex is-sistemi jiġu ssettjati ħalli jitfgħu arja li tkessaħ mal-magna kollha, biex iwasslu żejt li jkessaħ mas-sistema kollha tal-lubrikazzjoni tal-magna, biex jeliminaw is-sħana mil-likwidu li jkessaħ li jkun hemm fis-sistema li tkessaħ il-magna, u biex tiġi eliminata s-sħana mis-sistema ta’ trattament wara tal-egżost. Fil-każ ta’ tberrid sfurzat wara t-trattament, l-arja li tkessaħ ma għandhiex tiġi applikata sakemm is-sistema tat-trattament wara tkun kesħet taħt it-temperatura tal-attivazzjoni katalitika tagħha. Kwalunkwe proċedura ta’ tkessiħ li tirriżulta f’emissjonijiet mhux rappreżentattivi mhijiex permessa. It-test tal-emissjoni tal-egżost f’ċiklu bi startjar fil-kesħa jista’ jibda wara tberrid biss meta ż-żejt tal-magna, il-likwidu li jkessaħ kif ukoll it-temperaturi tat-trattament wara jkunu ġew stabbilizzati bejn l-20 °C u t-30 °C għal mill-inqas ħmistax-il minuta. 4.5.7. Prova taċ-ċiklu 4.5.7.1. Is-sekwenza tat-test għandha tibda b’ċiklu ta’ startjar fil-kesħa wara li jintemm it-tberrid meta r-rekwiżiti kollha speċifikati fit-Taqsima 4.5.6. ikunu ġew sodisfatti. Il-magna għandha tiġi startjata skont il-proċedura tal-istartjar rakkomandata mill-fabbrikant fil-manwal tal-utent, jew permezz ta’ mutur starter tal-produzzjoni jew permezz tad-dinamometru. Hekk kif jiġi stabbilit li l-magna hija startjata, ibda timer ‘free idle’. Ħalli l-magna taħdem mhux ingranata mingħajr tagħbija għal 23 ± 1 s. Agħti bidu għaċ-ċiklu temporanju tal-magna b’tali mod li l-ewwel reġistrazzjoni taċ-ċiklu non-idle isseħħ fi 23 ± 1 s. Il-ħin free idle huwa inkluż fit-23 ± 1 s. It-test għandu jsir skont iċ-ċiklu ta’ referenza stabbilit fl-Anness III, Appendiċi 4. Il-punti stabbiliti tal-veloċità tal-magna u tal-kmand tat-torque għandhom jingħataw f’5 Hz (10 Hz irrakkomandat) jew akbar. Il-punti stabbiliti għandhom jiġu kkalkolati b’interpolazzjoni lineari bejn il-punti stabbiliti ta’ 1 Hz taċ-ċiklu ta’ referenza. Il-veloċità u t-torque ta’ feedback tal-magna għandhom jiġu rreġistrati għallinqas darba kull sekonda matul iċ-ċiklu tat-test, u s-sinjali jistgħu jiġu ffiltrati b’mod elettroniku. 4.5.7.2. Fil-bidu tas-sekwenza tat-test, l-apparat ta’ kejl għandu jiġi startjat, fl-istess waqt:
Jekk jintuża kejl tal-egżost mhux trattat, il-konċentrazzjonijiet ta’ emissjonijiet (NM)HC, CO u NOx) u r-rata tal-fluss tal-massa tal-gass tal-egżost għandhom jitkejlu kontinwament u jinħażnu għall-inqas b’rata ta’ 2 Hz fis-sistema tal-kompjuter. Id-dejta l-oħra kollha tista’ tiġi rreġistrata b’rata ta’ kampjun ta’ mill-inqas 1 Hz. Għal analizzaturi analogi, ir-rispons għandu jiġi rreġistrat u d-dejta ta’ kalibrar tista’ tiġi applikata online jew offline matul l-evalwazzjoni tad-dejta. Jekk tintuża sistema ta’ dilwizzjoni bi fluss sħiħ, l-HC u l-NOx għandhom jitkejlu kontinwament fil-mina tad-dilwizzjoni bi frekwenza ta’ mill-inqas 2 Hz. Il-konċentrazzjonijiet medji għandhom jiġu determinati bl-integrazzjoni tas-sinjali tal-analizzatur matul iċ-ċiklu tat-test. Il-ħin ta’ reazzjoni tas-sistema ma għandux ikun itwal minn 20 s, u għandu jkun koordinat mal-oxxillazzjonijiet tal-fluss tas-CVS u mal-bilanċi tal-ħin tal-kampjunar/taċ-ċiklu tat-test, jekk ikun hemm bżonn. Is-CO u CO2 għandhom jiġu stabbiliti bl-integrazzjoni jew bl-analiżi tal-konċentrazzjonijiet fil-borża ta’ kampjunar miġbura matul iċ-ċiklu. Il-konċentrazzjonijiet tal-inkwinanti gassużi fl-arja tad-dilwizzjoni għandhom jiġu stabbiliti bl-integrazzjoni jew bil-ġbir fil-borża tal-isfond. Il-parametri l-oħrajn kollha li jeħtieġu jitkejlu għandhom jiġu rreġistrati b’minimu ta’ kejl wieħed kull sekonda (1 Hz). 4.5.7.3. Meta tinxtegħel il-magna, is-sistema ta’ kampjunar ta’ partikuli għandha tinqeleb minn bypass għall-ġbir ta’ partikuli. Jekk tintuża sistema ta’ dilwizzjoni bi fluss parzjali, il-pompa(i) ta’ kampjunar għandha tiġi kkontrollata, sabiex ir-rata ta’ fluss tul is-sonda tal-kampjunar ta’ partikuli jew it-tubu ta’ trasferiment tinżamm proporzjonali għar-rata tal-fluss tal-massa tal-egżost. Jekk tintuża sistema ta’ dilwizzjoni bi fluss sħiħ, il-pompa/pompi tal-kampjun għandhom jiġu aġġustati sabiex ir-rata tal-fluss tul is-sonda tal-kampjun tal-partikuli jew it-tubu tat-trasferiment tinżamm f’valur fil-limiti ta’ ±5 % tar-rata tal-fluss stabbilita. Jekk jintuża kumpens għall-fluss (jiġifieri kontroll proporzjonali tal-fluss tal-kampjun), għandu jintwera li l-proporzjon tal-fluss tal-mina prinċipali għall-fluss tal-kampjun tal-partikuli ma jinbidilx b’aktar minn ±5 % tal-valur stabbilit tiegħu (minbarra l-ewwel 10 sekondi tal-kampjunar). NOTA: Għal operazzjoni ta’ dilwizzjoni doppja, il-fluss tal-kampjun huwa d-differenza netta bejn ir-rata tal-fluss minn ġol-filtri tal-kampjun u r-rata tal-fluss tal-arja tad-dilwizzjoni sekondarja. It-temperatura u l-pressjoni medji fil-miter(s) tal-gass jew fil-bokka tal-istrumentazzjoni tal-fluss għandhom jiġu rreġistrati. Jekk ir-rata stabbilita tal-fluss ma tistax tinżamm matul iċ-ċiklu kollu (fil-limiti ta’ ± 5 %) minħabba tagħbija għolja ta’ partikuli fuq il-filtru, it-test għandu jkun magħmul null. It-test għandu jsir mill-ġdid bl-użu ta’ rata aktar baxxa tal-fluss tal-kampjun u/jew filtru b’dijametru akbar. 4.5.7.4. Jekk il-magna tieqaf f’xi waqt matul iċ-ċiklu tat-test ta’ startjar fil-kesħa, il-magna għandha tiġi prekondizzjonata, u wara tiġi ripetuta l-proċedura tat-tberrid; fl-aħħarnett il-magna għandha tiġi startjata mill-ġdid, u t-test jiġi ripetut. Jekk ikun hemm xi funzjonament ħażin fl-apparat meħtieġ għat-test matul iċ-ċiklu tat-test, it-test jiġi magħmul null. 4.5.7.5. Mat-tlestija taċ-ċiklu ta’ startjar fil-kesħa tat-test, il-kejl tar-rata tal-fluss tal-massa tal-gass tal-egżost, il-volum tal-gass tal-egżost dilwit, il-fluss tal-gass fil-boroż tal-ġbir u l-pompa tal-kampjunar tal-partikuli għandhom jitwaqqfu. Fil-każ ta’ sistema ta’ analizzatur integranti, il-kampjunar għandu jitkompla sakemm il-ħinijiet ta’ rispons tas-sistema jkunu skadew. Il-konċentrazzjonijiet tal-boroż tal-ġbir, jekk jintużaw, għandhom jiġu analizzati mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 20 minuta wara t-tmiem taċ-ċiklu tat-test. Wara t-test tal-emissjoni, għandhom jintużaw gass żero u l-istess medda tal-gass għall-kontroll mill-ġdid tal-analizzaturi. It-test jitqies bħala aċċettabbli jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta’ qabel it-test u ta’ wara t-test tkun inqas minn 2 fil-mija tal-valur tal-firxa tal-gass. Il-filtri tal-partikuli għandhom jiġu ritornati lura lejn il-kompartiment tal-użin sa mhux aktar tard minn siegħa wara t-tlestija tat-test. Dawn għandhom jiġu kkundizzjonati f’dixx petri, li jkun protett minn kull kontaminazzjoni ta’ trab u li jippermetti l-bdil tal-arja, għal mill-inqas siegħa, u wara jintiżnu. Il-piż gross tal-filtri għandu jiġi reġistrat. 4.5.7.6 Minnufih wara li tintefa l-magna, il-fann(ijiet) li jkessaħ/ikessħu l-magna għandhom jintfew jekk ikunu qed jintużaw, kif ukoll il-blower tas-CVS (jew skonnettja s-sistema tal-egżost mis-CVS), jekk jintuża. Ħalli l-magna fis-sħana għal 20 ± 1 minuta. Lesti l-magna u d-dinamometru għat-test ta’ startjar fis-sħana. Waħħal il-boroż tal-ġbir tal-kampjuni mitfugħin mas-sistemi tal-egżost dilwit u tal-ġbir tal-kampjun tal-arja dilwita. Startja s-CVS (jekk ikun qed jintuża jew jekk ikun għadu mhux mixgħul) jew qabbad is-sistema tal-egżost mas-CVS (jekk ikun skonnettjata). Startja l-pompi tal-kampjun (ħlief il-pompa(i) tal-kampjun tal-partikuli, il-fann(ijiet) li jkessaħ/ikessħu l-magna kif ukoll is-sistema tal-ġbir tad-dejta. L-iskambjatur tas-sħana tal-apparat tal-kampjunar tal-volum kostanti (jekk se jintuża) u l-komponenti msaħħna ta’ kwalunkwe sistema(i) ta’ kampjunar kontinwu (jekk japplika) għandhom jissaħħnu minn qabel sat-temperaturi stabbiliti għalihom qabel ma jibda t-test. Aġġusta r-rati tal-fluss tal-kampjun għar-rata ta’ fluss mixtieqa u ssettja l-apparat li jkejjel il-fluss tal-gass CVS għal żero. Installa b’attenzjoni filtru nadif tal-partikuli f’kull wieħed mill-ħolders tal-filtri u installa l-ħolders tal-filtri li jkunu armati fil-linja tal-fluss tal-kampjun. 4.5.7.7. Hekk kif jiġi stabbilit li l-magna hija startjata, ixgħel timer ‘free idle’. Ħalli l-magna taħdem mhux ingranata b’mod liberu bla tagħbija għal 23 ± 1 s. Ibda ċ-ċiklu temporanju tal-magna b’tali mod li l-ewwel reġistrazzjoni non-idle taċ-ċiklu sseħħ fit-23 ± 1 s. Il-ħin free idle huwa inkluż fit-23 ± 1 s. It-test għandu jsir skont iċ-ċiklu ta’ referenza stabbilit fl-Appendiċi 4 għall-Anness III. Il-punti stabbiliti tal-veloċità tal-magna u tal-kmand tat-torque għandhom jingħataw f’5 Hz (10 Hz irrakkomandat) jew akbar. Il-punti stabbiliti għandhom jiġu kkalkolati b’interpolazzjoni lineari bejn il-punti stabbiliti ta’ 1 Hz taċ-ċiklu ta’ referenza. Il-veloċità u t-torque tal-feedback tal-magna għandhom jiġu rreġistrati għall-inqas darba kull sekonda matul iċ-ċiklu tat-test, u s-sinjali jistgħu jiġu ffiltrati b’mod elettroniku. Imbagħad, il-proċedura deskritta fit-taqsimiet preċedenti 4.5.7.2. u 4.5.7.3. għandha tiġi ripetuta. 4.5.7.8. Jekk il-magna tieqaf x’imkien matul iċ-ċiklu tat-test ta’ startjar fis-sħana, il-magna għandha tintefa u għandha titqiegħed fis-sħana mill-ġdid għal 20 minuta. Imbagħad, iċ-ċiklu ta’ startjar fis-sħana jista’ jerġa’ jsir mill-ġdid. Ċiklu ta’ tqegħid mill-ġdid fis-sħana jew ta’ startjar fis-sħana wieħed biss huwa awtorizzat. 4.5.7.9. Mat-tlestija taċ-ċiklu ta’ startjar fis-sħana, il-kejl tar-rata tal-fluss tal-piż tal-gass tal-egżost, il-volum tal-gass tal-egżost dilwit, il-fluss tal-gass fil-boroż tal-ġbir u l-pompa tal-kampjunar tal-partikuli għandhom jitwaqqfu. Fil-każ ta’ sistema ta’ analizzatur integranti, il-kampjunar għandu jitkompla sakemm il-ħinijiet ta’ reazzjoni tas-sistema jkunu għaddew. Il-konċentrazzjonijiet tal-boroż tal-ġbir, jekk jintużaw, għandhom jiġu analizzati mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 20 minuta wara t-tmiem taċ-ċiklu tat-test. Wara t-test tal-emissjoni, għandhom jintużaw gass żero u l-istess medda tal-gass għall-kontroll mill-ġdid tal-analizzaturi. It-test jitqies bħala aċċettabbli jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta’ qabel it-test u ta’ wara t-test tkun inqas minn 2 % tal-valur tal-medda tal-gass Il-filtri tal-partikuli għandhom jintroddu lura fil-kompartiment tal-użin sa mhux aktar tard minn siegħa wara t-tlestija tat-test. Dawn jiġu kkundizzjonati f’dixx petri, li huwa protett minn kull kontaminazzjoni ta’ trab u li jippermetti l-bdil tal-arja, għal mill-inqas siegħa, u wara jintiżnu. Il-piż gross tal-filtri għandu jiġi rreġistrat.” |
|
(6) |
L-Appendiċi 3 huwa emendat kif ġej:
|
(1) IMO: Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
(2) MARPOL: Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti.”
(3) B’mod identiku għaċ-ċiklu C1 kif deskritt fil-paragrafu 8.3.1.1. tal-istandard tal-ISO 8178-4:2007 (verżjoni rettifikata 2008-07-01).
(4) B’mod identiku għaċ-ċiklu D2 kif deskritt fil-paragrafu 8.4.1. tal-istandard tal-ISO 8178-4: 2002(E).
(5) Magni awżiljarji b’veloċità kostanti jridu jiġu ċċertifikati għaċ-ċiklu ta’ ħidma ISO D2, jiġifieri ċ-ċiklu ta’ 5 modalitajiet fi stat fiss speċifikat fit-Taqsima 3.7.1.2., filwaqt li magni awżiljarji b’veloċità varjabbli jridu jiġu ċċertifikati għaċ-ċiklu ta’ ħidma ISO C1, jiġifieri ċ-ċiklu ta’ 8 modalitajiet fi stat fiss speċifikat fit-Taqsima 3.7.1.1.
(6) B’mod identiku għaċ-ċiklu E3 kif deskritt fit-Taqsimiet 8.5.1, 8.5.2. u 8.5.3. tal-istandard tal-ISO 8178-4: 2002(E). L-erba’ modalitajiet jippresupponu kurva tal-qawwa medja tal-iskrun ibbażata fuq kejl f’kundizzjonijiet ta’ ħidma.
(7) B’mod identiku għaċ-ċiklu E2 kif deskritt fit-Taqsimiet 8.5.1, 8.5.2. u 8.5.3. tal-istandard tal-ISO 8178-4: 2002(E).
(8) B’mod identiku għaċ-ċiklu F tal-istandard tal-ISO 8178-4: 2002(E).’
(9) Dan huwa konsistenti mal-istandard tal-ISO 8178-11:2006.” ”
(*1) Il-veloċità ta’ referenza hija definita fit-Taqsima 4.3.1. tal-Anness III
ANNESS IV
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
It-tieni ringiela tat-tabella tal-Anness, bit-titlu “KARBURANT TA’ REFERENZA TAL-MAKKINARJU MOBBLI MHUX TAT-TRIQ GĦAL TIP TA’ MAGNI CI APPROVATI BIEX JISSODISFAW IL-VALURI TAL-LIMITU TAL-ISTADJU III B U IV”, hija emendata biex taqra:
|
“Densità ta’ 15 °C |
Kg/m3 |
833 |
865 |
EN-ISO 3675” |
ANNESS V
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsimiet 1.5. u 1.6. huma mibdulin b’li ġej:
|
|
(2) |
It-Taqsima 1.7. hija mħassra. |
DEĊIŻJONIJIET
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Marzu 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2009/1/KE li tagħti deroga mitluba mir-Repubblika tal-Bulgarija skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1987)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(2010/194/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (2), u partikolarment l-Artikolu 2(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/1/KE (3), ir-Repubblika tal-Bulgarija kienet awtorizzata li tippostponi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/477/KE fit-tramuntana tal-Bulgarija sal-31 ta’ Diċembru 2009 u fin-nofsinhar tal-Bulgarija sal-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni li minħabba tnaqqis mhux previst fid-dħul baġitarju fl-2009 b’konsegwenza tal-kriżi ekonomika, ir-riżorsi finanzjarji neċessarji ma kinux disponibbli għar-rilaxx sad-data tal-iskadenza stipulata mid-Deċiżjoni Nru 2009/1/KE, tal-medda ta’ frekwenza bejn 2 500-2 690 MHz, sabiex din tkun allokata u disponibbli fuq bażi mhux esklussiva, għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għalhekk, din il-medda ta’ frekwenza għadha okkupata fuq bażi esklussiva minn tagħmir mobbli tal-komunikazzjoni elettronika użat għal bżonnijiet ta’ sigurtà nazzjonali fil-Bulgarija. |
|
(3) |
Permezz tal-ittra tal-25 ta’ Novembru 2009, ir-Repubblika tal-Bulgarija għalhekk talbet estensjoni ta’ sena rad-deroga tranżitorja mogħtija mid-Deċiżjoni Nru 2009/1/KE. Il-Bulgarija pprovdiet ukoll rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru: 2008/477/KE. |
|
(4) |
Il-Bulgarija pprovdiet biżżejjed ġustifikazzjoni għat-talba tagħha għal estensjoni tad-deroga tranżizzjonali. Il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni li fl-2009, hija kienet ħadet il-miżuri preparatorji mhux finanzjarji neċessarji biex talloka frekwenzi ġodda għas-sigurtà nazzjonali sabiex tkun sostitwita l-medda tal-frekwenza 2 500-2 690 MHz u li r-riżorsi finanzjarji neċessarji se jkunu disponibbli fl-2010 biex jintużaw għal sistema mobbli u ġdida ta’ komunikazzjoni bir-radju li għandha tintuża għal skopijiet ta’ sigurtà nazzjonali. |
|
(5) |
Il-membri tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju indikaw, fil-laqgħa tal-Kumitat tal-10-11 ta’ Diċembru 2009, li huma ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni tad-deroga tranżizzjonali. |
|
(6) |
L-estensjoni mitluba la għandha tiddeferixxi bla ħtieġa l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE u lanqas toħloq differenzi għalxejn bejn l-Istati Membri rigward sitwazzjonijiet ta’ kompetittività jew ta’ regolamentazzjoni. It-talba hija ġġustifikata u estensjoni tad-deroga tranżizzjonali b’sena għandha tkun xierqa biex tiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni Nru 2008/477/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2009/1/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, “31 ta’ Diċembru 2009” hija sostitwita b’“31 ta’ Diċembru 2010” u “31 ta’ Diċembru 2010” hija sostitwita b’“31 ta’ Diċembru 2011”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, “16 ta’ Jannar 2010” hija sostitwita b’“16 ta’ Jannar 2011” u “16 ta’ Jannar 2011” hija sostitwita b’“16 ta’ Jannar 2012”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Viċi President
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.