ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.080.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 80

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
26 ta' Marzu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 254/2010 tal-10 ta’ Marzu 2010 li japprova programm ta’ kontroll għas-Salmonella fit-tjur f’ċerti pajjiżi terzi b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-istat ta’ kontroll tas-Salmonella ta’ ċerti pajjiżi terzi ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 256/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Alubia de La Bañeza-León (IĠP)]

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel ( 1 )

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 258/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li timponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjonijiet tal-guar gum li joriġina jew li jasal mill-Indja minħabba r-riskji ta’ kontaminazzjoni mill-pentachlorophenol u mid-dijossini u li jneħħi d-Deċiżjoni 2008/352/KE ( 1 )

28

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 259/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Colline Pontine (DPO)]

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 260/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chirimoya de la Costa tropical de Granada-Málaga (DPO)]

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 261/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward tal-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni

36

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 262/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jemenda għall-122 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

40

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 263/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

44

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 264/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

46

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/179/PESK tal-11 ta’ Marzu 2010 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC fil-kontroll ta’ armi fil-Balkani tal-Punent, fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u tal-munizzjon tagħhom

48

 

 

2010/180/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2008/911/KE li tistabbilixxi lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1867)  ( 1 )

52

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 254/2010

tal-10 ta’ Marzu 2010

li japprova programm ta’ kontroll għas-Salmonella fit-tjur f’ċerti pajjiżi terzi b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-istat ta’ kontroll tas-Salmonella ta’ ċerti pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intraKomunitarju, u l-importazzjonijiet ta’ tajr u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u partikolarment l-Artikolu 21(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm fl-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3) jipprovdi li l-prodotti koperti minn dak ir-Regolament għandhom ikunu importati biss fl-Unjoni jew fi tranżitu minnha mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti elenkati fl-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, jistipula r-regoli għall-kontroll tas-Salmonella f’popolazzjonijiet tat-tjur differenti tal-Unjoni. Ammissjoni jew preservazzjoni fil-lista ta’ pajjiżi terzi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li minnha l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw annimali koperti minn dak ir-Regolament hija soġġetta għal preżentazzjoni lill-Kummissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat ta’ programm ta’ kontroll għas-Salmonella b’garanziji ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-programi ta’ kontroll nazzjonali għas-Salmonella fl-Istati Membri.

(3)

B’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2008 (4), programmi ta’ kontroll tas-Salmonella li jikkonċernaw tjur produttiv u għat-tnissil ta’ dundjani, il-bajd li jfaqqsu tagħhom, flieles tad-dundjani ta’ ġurnata u tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid ta’ dundjani stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010 fi ħdan l-Unjoni.

(4)

Il-Kanada, l-Iżrael u l-Istati Uniti bagħtu lill-Kummissjoni programm ta’ kontroll għas-Salmonella f’qatgħat ta’ dundjani għat-tnissil, bajd li jfaqqas tagħhom u flieles tad-dundjani ta’ ġurnata. Dawn il-programmi jipprovdu l-garanziji mitluba skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u għalhekk għandhom jiġu approvati.

(5)

Ċerti pajjiżi terzi li bħalissa huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għadhom ma ressqu l-ebda programm ta’ kontroll għas-Salmonella f’qatgħat ta’ dundjani lill-Kummissjoni, jew alternattivament il-programmi mressqa minnhom ma jipprovdux garanziji ekwivalenti għal dawk meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Importazzjonijiet ta’ tjur produttiv u għat-tnissil ta’ dundjani, bajd tagħhom li jfaqqsu, flieles tad-dundjani ta’ ġurnata u tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid ta’ dundjani għalhekk m’għandhomx jibqgħu jkunu awtorizzati minn dawk il-pajjiżi terzi mill-1 ta’ Jannar 2010.

(6)

L-Iżrael bagħtet lill-Kummissjoni programm ta’ kontroll għas-Salmonella fi flieles ta’ Gallus gallus ta’ ġurnata, maħsuba għall-qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu u brojlers, li jissupplimenta l-programm ta’ kontroll tal-Iżrael approvat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/843/KE (5). Il-programmi ta’ kontroll għas-Salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ għat-tnissil u bajd li jfaqqsu tagħhom u flieles ta’ ġurnata ta’ Gallus gallus intbagħtu wkoll mill-Brażil. Dawn il-programmi jipprovdu l-garanziji mitluba mir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u għalhekk għandhom jiġu approvati.

(7)

Il-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ tjur produttiv u għat-tnissil, flieles ta’ ġurnata u bajd li jfaqqas stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-programm ta’ kontroll skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa b’dan approvat fir-rigward tas-Salmonella

(a)

f’qatgħat ta’ dundjani għat-tnissil, bajd li jfaqqas tagħhom u flieles tad-dundjani ta’ ġurnata mibgħuta mill-Kanada, l-Iżrael u l-Istati Uniti;

(b)

fi flieles ta’ ġurnata tal-Gallus gallus maħsuba għal qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu jew brojlers mibgħuta mill-Iżrael;

(c)

f’tiġieġ għat-tnissil tal-Gallus gallus, bajd li jfaqqas tagħhom u flieles ta’ ġurnata mibgħuta mill-Brażil.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.

(2)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 81.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

A

 

S4

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

L-Istati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

N

 

 

A

 

 

BR-2

L-Istati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

N

 

 

 

S5, ST0

BR-3

Distrito Federal u l-Istati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

N

 

 

 

 

S4

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BY – Il-Bjelorussja

BY - 0

Il-pajjiż kollu

EP u E (it-tnejn ‘biss għat-tranżitu minn ġol-UE’)

IX

 

 

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOR, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S1, ST1

DOC, HEP

 

L, N

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CH – L-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

A

 

 (3)

CL –Iċ-Ċili

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CN –Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

Il-Provinċja ta’ Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 

 

S4

GL – Il-Groenlandja

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

It-territorju kollu tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong

EP

 

 

 

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S2, ST0

EP, E, POU, RAT, WGM

 

N

 

 

 

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N

 

 

A

 

S5, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

KR –

Ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

ME – Il-Montenegro

ME-O

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

MY –Il-Malażja

MY-0

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Il-Peninżulari tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

P2

6.2.2004

 

 

 

S4

MK –

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

 

 

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

S4

NC –

Il-Kaledonja l-Ġdida

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ –

In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

PM –

Saint Pierre u Miquelon

PM-0

It-territorju kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS – Is-Serbja (5)

RS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU – Ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

SG – Singapor

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P2

23.1.2004

 

 

 

 

E, POU, RAT

 

P2

23.1.2004

 

 

 

S4

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

DOR, BPR, BPP, HER

 

 

 

 

 

 

S1, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S3, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

fit-Taqsima dwar il-“programm ta’ kontroll tas-Salmonella”, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

“ ‘S5’

Projbizzjoni biex jiġu esportati lejn l-Unjoni tjur produttiv u għat-tnissil ta’ Gallus gallus (BPP), tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid (SRP) ta’ Gallus gallus għax ma ntbagħatx programm ta’ kontroll tas-Salmonella skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 lill-Kummissjoni jew ma ġiex approvat minnha.

‘ST0’

Il-projbizzjoni biex jiġu esportati lejn l-Unjoni tjur produttiv jew għat-tnissil (BPP) tad-dundjani, flieles tad-dundjani ta’ ġurnata (DOC), tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid (SRP) tad-dundjani u bajd li jfaqqsu (HEP) tad-dundjani għax ma ntbagħatx programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 lill Kummissjoni jew ma ġiex approvat minnha.

‘ST1’

Projbizzjoni biex jiġu esportati lejn l-Unjoni tjur produttiv u għat-tnissil (BPP) ta’ dundjani, tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid (SRP) ta’ dundjani għax ma ntbagħatx programm ta’ kontroll rilevanti tas-Salmonella skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 lill-Kummissjoni jew ma ġiex approvat minnha.”

(b)

fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal tjur produttiv u għat-tnissil ħlief ratiti (BPP), in-nota 6 tal-Parti II tinbidel b’dan li ġej:

“(6)

Din il-garanzija tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus u għad-dundjani.”

(c)

fil-mudell taċ-ċertifikat għal flieles ta’ ġurnata ħlief ratiti (DOC), in-nota 6 tal-Parti II tinbidel b’dan li ġej:

“(6)

Din il-garanzija tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus u għad-dundjani.”

(d)

fil-mudell taċ-ċertifikat għall-bajd li jfaqqas ħlief ratiti (HEP), in-nota 5 tal-Parti II tinbidel b’dan li ġej:

“(5)

Din il-garanzija tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus u għad-dundjani.”

(e)

fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid tal-provvista tat-tjur ħlief ratiti (SRP), in-nota 6 tal-Parti II tinbidel b’dan li ġej:

“(6)

Din il-garanzija tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus u għad-dundjani.”


(1)  Prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, prodotti qabel din id-data jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta’ 90 jum minn din id-data.

(2)  Dak li hu prodott wara din id-data biss jista’ jiġi impurtat fl-Unjoni.

(3)  Skont il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Zvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo, kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.”


26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 255/2010

tal-25 ta’ Marzu 2010

li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni hija meħtieġa tistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (minn hawn ‘il quddiem ATFM) bil-ħsieb li tottimizza l-kapaċità disponibbli fl-użu tal-ispazju tal-ajru u ttejjeb il-proċessi ATFM.

(2)

L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurezza tan-Navigazzjoni talAjru (Eurocontrol) ingħatat il-mandat skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2) biex tiżviluppa regoli ta’ implimentazzjoni għall-ATFM. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq dak li rriżulta mir-rapport tal-mandat tas-7 ta’ Diċembru 2007.

(3)

L-applikazzjoni uniformi ta’ regoli u proċeduri speċifiċi fi ħdan l-ispazju tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew hija essenzjali għall-kisba tal-użu ottimali tal-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru disponibbli permezz tal-ġestjoni u l-operazzjoni effiċjenti tal-funzjoni tal-ATFM.

(4)

Dan ir-Regolament m’għandux ikopri l-operazzjonijiet u t-taħriġ militari msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004. Madankollu, l-inġenji tal-ajru militari li jkunu qed joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali għandhom ikunu suġġetti għall-miżuri tal-ATFM meta joperaw jew ikollhom l-intezjoni li joperaw fi spazju tal-ajru jew ajruporti li għalihom japplikaw il-miżuri tal-ATFM.

(5)

Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-interessi essenzjali tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika tas-sigurtà jew tad-difiża għandhom jiġu salvagwardjati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ATFM.

(6)

Ġiet stabbilita unità ċentrali unika għall-ATFM, mill-Eurocontrol, sabiex ikollha kontroll tal-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-miżuri ATFM, fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM tottimizza l-effetti globali tal-miżuri ATFM fuq in-Netwerk Ewropew ta’ Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (minn hawn ‘il quddiem EATMN).

(7)

Il-miżuri ATFM iridu jkunu bbażati fuq prinċipji stabbiliti mill-ICAO u l-partijiet kollha fis-sistema ATFM għandhom jikkonformaw ruħhom mar-regoli li jiżguraw li l-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru tintuża b’mod sigur u sal-limitu massimu possibbli.

(8)

Il-miżuri ATFM iridu jieħdu inkunsiderazzjoni d-disponibbiltà ta’ rotot u spazju tal-ajru permezz tal-applikazzjoni tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru mill-partijiet rilevanti kollha inkluża ċ-ċellola ta’ ġestjoni tal-ispazju tal-ajru prevista fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (3).

(9)

Sabiex tiġi ottimizzata l-kapaċità disponibbli tal-EATMN, inklużi l-ajruporti, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri mmirati lejn iż-żieda fil-konsistenza bejn is-slots tal-ajruporti u l-pjanijiet tat-titjiriet.

(10)

Huwa xieraq li l-Istati Membri u l-partijiet involuti fi proċessi ATFM jingħataw żmien suffiċjenti sabiex jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżiti għall-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (minn hawn ‘il quddiem ATFM) sabiex jottimizza l-kapaċità disponibbli tan-Netwerk Ewropew ta’ Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (minn hawn ‘il quddiem EATMN) u jtejjeb il-proċessi ATFM.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika ġewwa l-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 għal:

(a)

it-titjiriet kollha intiżi sabiex joperaw jew li qed joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali u skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (minn hawn ‘il quddiem IFR) kollha jew parti minnhom;

(b)

il-fażijiet kollha tat-titjiriet imsemmija fil-punt (a) u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-partijiet li ġejjin, jew għall-aġenti li jaġixxu f’isimhom, involuti fil-proċessi ATFM:

(a)

l-operaturi tal-inġenji tal-ajru,

(b)

l-unitajiet tas-servizz tat-traffiku tal-ajru (minn hawn ‘il quddiem ATS), inklużi l-uffiċċji tar-rappurtar ATS u s-servizzi tal-kontroll tal-ajrudrom;

(c)

is-servizzi tat-tagħrif ajrunawtiku;

(d)

l-entitajiet involuti fil-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru;

(e)

il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport;

(f)

l-unità ċentrali għall-ATFM;

(g)

l-unitajiet ATFM lokali;

(h)

il-koordinaturi tas-slots tal-ajruporti koordinati.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (4) għandhom japplikaw.

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1)

“miżura ta’ ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM)” tfisser l-azzjonijiet meħuda għat-twettiq tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru u l-ġestjoni tal-kapaċità;

(2)

“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża impenjata fi jew li toffri li timpenja ruħha f’operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru;

(3)

“regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR)” tfisser ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti kif definit fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tal-1944 (minn hawn ‘il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”);

(4)

“uffiċċju tar-rappurtar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS)” tfisser unità ATS stabbilita għall-iskop li tirċievi rapporti li jikkonċernaw l-ATS u pjanijiet tat-titjira mressqa qabel ma tingħata l-ewwel approvazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru;

(5)

“unità lokali ta’ ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM)” tfisser entità ta’ ġestjoni tal-fluss li topera f’isem entità waħda jew aktar ta’ ġestjoni tal-fluss bħala l-interface bejn l-unità ċentrali għall-ATFM u unità tal-ATS jew grupp ta’ tali unitajiet;

(6)

“avveniment kritiku” tfisser sitwazzjoni mhux tas-soltu jew kriżi li tinvolvi telf kbir tal-kapaċità EATMN, jew żbilanċ kbir bejn il-kapaċità EATMN u t-talba, jew nuqqas kbir fil-fluss tat-tagħrif f’parti waħda jew f’diversi partijiet tal-EATMN;

(7)

“slot tat-tluq tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM)” tfisser ħin tat-tluq ikkalkulat attribwit mill-unità ċentrali għall-ATFM b’tolleranza tal-ħin amministrata mill-unità ATS lokali;

(8)

“orjentazzjoni tar-rotot u tat-traffiku” tfisser politiki u proċeduri għall-użu tar-rotot mill-inġenji tal-ajru;

(9)

“pjan tat-titjira multiplu” tfisser iktar minn pjan tat-titjira wieħed għall-istess titjira intenzjonata bejn żewġ ajruporti;

(10)

“konfigurazzjoni tas-settur tal-unità tas-servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS)” tfisser id-deskrizzjoni ta’ erba’ dimensjonijiet ta’ settur tal-ispazju tal-ajru ta’ unità ATS, jew grupp ta’ setturi, li jistgħu jiġu operati fuq bażi permanenti jew temporanja;

(11)

“il-ħin taċ-ċirkulazzjoni fl-ajrudrom” tfisser il-valur tal-ħin predeterminat mill-preparament għat-titjira sat-tluq proprju, espress f’minuti u validu matul l-operazzjonijiet normali tal-ajruport;

(12)

“pożizzjoni aġġornata tat-titjira” tfisser il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru, aġġornata bid-dejta ta’ sorveljanza, id-dejta tal-pjan tat-titjira jew ir-rapporti tal-pożizzjoni;

(13)

“approvazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru” tfisser l-awtorizzazzjoni għall-inġenju tal-ajru biex jipproċedi taħt il-kondizzjonijiet speċifikati minn unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru;

(14)

“sospensjoni tal-pjan tat-titjira” tfisser il-proċess inizjat minn entità li tkun qed twettaq l-ATFM biex tiżgura li ssir tibdila fil-pjan tat-titjira mill-operatur qabel l-eżekuzzjoni tat-titjira;

(15)

“servizz tal-ajru” tfisser titjira jew serje ta’ titjiriet li jġorru passiġġieri, tagħbija jew posta, bi ħlas jew kiri;

(16)

“reġistru tal-operazzjoni” tfisser reġistru tas-sistema ATFM, konvertit f’bażi tad-dejta biex jippermetti li d-dejta ATFM tinstab malajr.

Artikolu 3

Qafas tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

1.   L-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-miżuri ATFM mill-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ICAO speċifikati fl-Anness.

2.   L-ATFM għandha tkun regolata mill-prinċipji li ġejjin:

(a)

Il-miżuri ATFM għandhom:

(i)

jimpedixxu talba eċċessiva għat-traffiku tal-ajru meta mqabbla mal-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) iddikjarata tas-setturi u l-ajruporti;

(ii)

jużaw il-kapaċità EATMN sal-limitu massimu possibbli sabiex tottimizza l-effiċjenza tal-EATMN u timminimizza l-effetti avversi fuq l-operaturi;

(iii)

jottimizzaw il-kapaċità EATMN li hija disponibbli permezz tal-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-kapaċità meħuda mill-unitajiet ATS;

(iv)

jappoġġaw il-ġestjoni ta’ avvenimenti kritiċi;

(b)

l-unitajiet ATFM lokali u l-unità ċentrali għall-ATFM għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti mill-funzjoni tal-ATFM.

3.   L-allokazzjoni tas-slots tat-tluq tal-ATFM għandha tagħti prijorità lit-titjiriet skont l-ordni tal-entrata ppjanata tagħhom fil-lok fejn se tapplika l-miżura ATFM, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi speċifiċi li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ regola ta’ prijorità differenti li tkun formalment maqbula u li tkun ta’ benefiċċju għall-EATMN.

L-ewwel subparagrafu jista’ japplika għal titjiriet li ma jistgħux jaċċettaw l-għażla ta’ rotta mill-ġdid biex jiġu evitati jew jitħaffu ż-żoni b’ħafna traffiku, fid-dawl tal-lok u l-estensjoni taż-żona b’ħafna traffiku.

Artikolu 4

Obbligi ġenerali tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjoni tal-ATFM tkun disponibbli għall-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) matul l-24 siegħa kollha.

2.   Id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ATFM għandhom ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tas-sigurtà u tad-difiża tal-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza fl-ippjanar, fl-allokazzjoni u fl-użu tal-ispazju tal-ajru għall-benefiċċju tal-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3).

3.   Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri konsistenti għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet involuti fil-funzjoni tal-ATFM, l-unitajiet ATS u l-entitajiet involuti fil-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru, sabiex jiġi ottimizzat l-użu tal-ispazju tal-ajru.

4.   Għandu jinħoloq dokument ta’ referenza komuni li jkun fih il-politiki, il-proċeduri u deskrizzjoni għall-orjentazzjoni tar-rotot u tat-traffiku. Fejn applikabbli, il-pubblikazzjoni tad-disponibbiltà tar-rotot fil-pubblikazzjonijiet tat-tagħrif ajrunawtiku nazzjonali għandha tkun kompletament konsisteni ma’ dan id-dokument ta’ referenza komuni.

5.   Għandhom jitħejjew proċeduri komuni għat-talba għal eżenzjoni minn slot tat-tluq tal-ATFM skont id-dispożizzjonijiet tal-ICAO speċifikati fl-Anness. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu koordinati mal-unità ċentrali għall-ATFM u ppubblikati fil-pubblikazzjonijiet tat-tagħrif ajrunawtiku nazzjonali.

Artikolu 5

Obbligi tal-Istati Membri rigward l-unità ċentrali għall-ATFM

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM:

(a)

tottimizza l-effetti kumplessivi tal-prestazzjoni fuq l-EATMN permezz tal-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ATFM;

(b)

tikkonsulta mal-operaturi dwar id-definizzjoni tal-miżuri ATFM;

(c)

tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ATFM, flimkien mal-unitajiet ATFM lokali;

(d)

f’koordinazzjoni mal-unitajiet ATFM lokali tidentifika rotot alternattivi sabiex jiġu evitati jew jitħaffu ż-żoni b’ħafna traffiku, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-effetti kumplessivi fuq il-prestazzjoni tal-EATMN;

(e)

toffri rotta mill-ġdid għal dawk it-titjiriet li tottimizza l-effett tal-punt (d);

(f)

tipprovdi tagħrif dwar l-ATFM fil-ħin lill-operaturi u l-unitajiet tal-ATS, inklużi:

(i)

il-miżuri ATFM ippjanati;

(ii)

l-impatt tal-miżuri ATFM fuq il-ħin tat-tluq u l-profil tat-titjira, tat-titjiriet individwali;

(g)

tagħmel monitoraġġ tal-okkorrenzi tal-pjanijiet tat-titjira neqsin u l-pjanijiet tat-titjira multipli li huma rreġistrati;

(h)

tissospendi pjan ta’ titjira meta, meħuda inkunsiderazzjoni t-tolleranza tal-ħin, ma tkunx tista’ tiġi sodisfatta s-slot tat-tluq ATFM u ma jkunx magħruf ħin ġdid stmat ta’ preparament għat-titjira;

(i)

tagħmel monitoraġġ tal-għadd ta’ eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 4(5).

Artikolu 6

Obbligi ġenerali tal-unitajiet ATS

1.   Meta miżura ATFM trid tiġi applikata, l-unitajiet ATS għandhom jikkoordinaw mal-unità ċentrali għall-ATFM permezz tal-unità ATFM lokali sabiex jiżguraw li l-għażla tal-miżura ssir billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-ottimizzazzjoni tal-effetti kumplessivi tal-prestazzjoni fuq l-EATMN.

2.   Fejn meħtieġ, l-uffiċċji tar-rappurtar tal-ATS għandhom jiffaċilitaw l-iskambju tat-tagħrif bejn il-piloti jew l-operaturi u l-unità lokali jew ċentrali għall-ATFM.

3.   L-unitajiet ATS għandhom jiżguraw li l-miżuri tal-ATFM applikati għall-ajruporti jkunu kkoordinati flimkien mal-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport ikkonċernat, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza fl-ippjanar u fl-użu tal-ajruport għall-benefiċċju tal-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3).

4.   L-unitajiet ATS għandhom jinnotifikaw lill-unità ċentrali għall-ATFM l-avvenimenti kollha li jista’ jkollhom impatt fuq il-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru jew fuq it-talba għat-traffiku tal-ajru, permezz tal-unità ATFM lokali.

5.   L-unitajiet ATS għandhom jipprovdu lill-unità ċentrali għall-ATFM id-dejta li ġejja u l-aġġornamenti sussegwenti tagħha, fil-ħin u filwaqt li jiżguraw il-kwalità tagħha:

(a)

id-disponibbiltà tal-ispazju tal-ajru u l-istrutturi tar-rotot,

(b)

il-konfigurazzjonijiet tas-settur u l-attivazzjonijiet tal-unità ATS,

(c)

il-ħinijiet taċ-ċirkulazzjoni fl-ajrudrom,

(d)

il-kapaċitajiet tas-settur tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u tal-ajruport,

(e)

id-disponibbilità tar-rotot inkluża d-disponibbilità permezz tal-applikazzjoni tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2005,

(f)

il-pożizzjonijiet aġġornati tat-titjira,

(g)

id-devjazzjonijiet mill-pjanijiet tat-titjira,

(h)

id-disponibbilità tal-ispazju tal-ajru inkluża d-disponibbilità permezz tal-applikazzjoni tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2005,

(i)

il-ħinijiet attwali tat-tluq tat-titjira.

Id-dejta għandha tkun disponibbli għall-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) u pprovduta mingħajr ħlas lill-, jew mill-unità ċentrali għall-ATFM.

6.   L-unità ATS fl-ajruport tat-tluq għandha tiżgura li:

(a)

fejn titjira hija suġġetta għal slot tat-tluq ATFM, dik is-slot tiġi inkluża bħala parti mill-approvazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru;

(b)

it-titjiriet iżommu mas-slots tat-tluq ATFM;

(c)

it-titjiriet li ma jżommux mal-ħin stmat tal-preparament għat-titjira, meħuda in kunsiderazzjoni t-tolleranza tal-ħin stabbilita, ma jingħatawx approvazzjoni għat-tluq;

(d)

it-titjiriet li l-pjan tat-titjira tagħhom ġie miċħud jew sospiż ma jingħatawx approvazzjoni għat-tluq.

Artikolu 7

Obbligi ġenerali tal-operaturi

1.   Kull titjira intenzjonata għandha tkun koperta minn pjan tat-titjira uniku. Il-pjan tat-titjira rreġistrat għandu jirrifletti b’mod korrett il-profil tat-titjira intenzjonata.

2.   Il-miżuri rilevanti kollha tal-ATFM u t-tibdiliet fihom għandhom jiġu inkorporati fl-operazzjoni tat-titjira ppjanata u kkomunikati lill-pilota.

3.   Meta jsir tluq minn ajruport li mhuwiex suġġett għal slot tat-tluq ATFM, l-operaturi huma responsabbli sabiex jikkonformaw ruħhom mal-ħin stmat tal-preparazzjoni tat-titjira, meħuda inkunsiderazzjoni t-tolleranza tal-ħin kif stipulat fid-dispożizzjonijiet rilevanti ICAO speċifikati fl-Anness.

4.   Meta pjan tat-titjira jiġi sospiż skont l-Artikolu 5(h), l-operatur konċernat għandu jagħmel l-arranġamenti għall-aġġornament jew il-kanċellament tal-pjan tat-titjira.

Artikolu 8

Obbligi ġenerali tal-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport

Il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jinnotifikaw lill-unità ċentrali għall-ATFM, direttament jew permezz tal-unità ATFM lokali jew l-unitajiet ATS jew it-tnejn li huma, l-avvenimenti kollha li jista’ jkollhom impatt fuq il-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru jew fuq it-talba għat-traffiku tal-ajru. Meta n-notifika ssir direttament, għandhom jinfurmaw lill-unità ATFM lokali u l-unitajiet ATS.

Artikolu 9

Konsistenza bejn il-pjanijiet tat-titjira u l-islots tal-ajruport

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta mitluba minn koordinatur tas-slots tal-ajruport jew korp ta’ ġestjoni ta’ ajruport koordinat, l-unità ċentrali għall-ATFM jew l-unità ATFM lokali għandhom jipprovduhom bil-pjan tat-titjira aċċettat ta’ titjira li topera f’dak l-ajruport, qabel ma dik it-titjira sseħħ. Il-koordinaturi tas-slots tal-ajruport jew il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti koordinati għandhom jirranġaw l-aċċess għall-pjanijiet tat-titjira aċċettati pprovduti mill-unità ċentrali għall-ATFM jew l-unità ATFM lokali.

2.   Qabel it-titjira, l-operaturi għandhom jipprovdu lill-ajruporti tat-tluq u tal-inżul it-tagħrif kollu meħtieġ sabiex ikun possibbli li ssir korrelazzjoni bejn in-numru tat-titjira li jinsab fil-pjan tat-titjira u dak notifikat għas-slot korrispondenti tal-ajruport.

3.   Kwalunkwe operatur, korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u unità ATS għandhom ikunu intitolati li jirrappurtaw lill-koordinatur tas-slots tal-ajruport dwar l-operazzjoni ripetuta tas-servizzi tal-ajru f’ħinijiet li jkunu sinifikattivament differenti mis-slots tal-ajruport allokati jew dwar l-użu ta’ slots b’mod sinifikattivament differenti minn dak indikat fil-ħin tal-allokazzjoni, fejn dan joħloq preġudizzju għall-operazzjonijiet tal-ajruport jew tat-traffiku tal-ajru.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM tirrapporta lill-koordinaturi tas-slots tal-ajruport dwar l-operazzjoni ripetuta tas-servizzi tal-ajru f’ħinijiet sinifikattivament differenti mis-slots tal-ajruport allokati jew dwar l-użu ta’ slots b’mod sinifikattivament differenti minn dak indikat fil-ħin tal-allokazzjoni, fejn dan joħloq preġudizzju għall-ATFM.

Artikolu 10

Obbligi li jikkonċernaw l-avvenimenti kritiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM tistabbilixxi u tippubblika proċeduri ATFM għall-ġestjoni tal-avvenimenti kritiċi, sabiex ikunu minimizzati d-disturbi lill-EATMN.

2.   Fil-preparazzjoni għall-avvenimenti kritiċi, l-unitajiet ATS u l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jikkoordinaw ir-rilevanza u l-kontenut tal-proċeduri ta’ kontinġenza, inkluż kwalunkwe aġġustament għar-regoli ta’ prijorità, mal-operaturi affettwati mill-avvenimenti kritiċi.

Il-proċeduri ta’ kontinġenza għandhom jinkludu:

(a)

arranġamenti dwar l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni,

(b)

miżuri ATFM sabiex jiġġestixxu l-aċċess għall-oqsma affettwati biex tiġi evitata t-talba eċċessiva għat-traffiku tal-ajru meta mqabbla mal-kapaċità ddikjarata tal-ispazju tal-ajru jew tal-ajruporti kkonċernati kollha jew parti minnhom,

(c)

ċirkustanzi, kondizzjonijiet u proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ prijorità għat-titjiriet, li jħarsu l-interessi essenzjali tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika tas-sigurtà jew tad-difiża,

(d)

arranġamenti ta’ rkupru.

Artikolu 11

Monitoraġġ tal-konformità mal-miżuri ATFM

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-konformità mas-slots tat-tluq ATFM f’ajruport tat-tluq hija 80 % jew inqas matul sena, l-unità ATS f’dak l-ajruport għandha tipprovdi t-tagħrif rilevanti dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjonijiet meħudin sabiex tiġi żgurata l-konformità mas-slots tat-tluq ATFM. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu indikati f’rapport li jrid jitressaq mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni.

2.   L-unità ATS f’dak l-ajruport ikkonċernat għandha tipprovdi t-tagħrif rilevanti dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rifjut jew mas-sospensjoni ta’ pjan tat-titjira f’dak l-ajruport u l-azzjonijiet meħudin biex tiġi żgurata l-konformità. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu indikati f’rapport li jrid jitressaq mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-unità ċentrali għall-ATFM tinnotifika lil Stat Membru li jagħti eżenzjonijiet li jaqbżu l-0,6 % tat-tluq annwali ta’ dak l-Istat Membru;

(b)

meta Stat Membru jkun ġie notifikat skont il-punt (a), huwa għandu jipproduċi rapport li jipprovdi d-dettalji tal-eżenzjonijiet mogħtija li jridu jitressqu lill-Kummissjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità mal-miżuri ATFM li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5(g), l-unità ċentrali għall-ATFM għandha tinnotifika lill-operatur dwar in-nuqqas ta’ konformità.

5.   L-operaturi għandhom jippreżentaw rapport lill-unità ċentrali għall-ATFM dwar kull nuqqas ta’ konformità mal-miżuri ATFM li jipprovdi d-dettalji taċ-ċirkustanzi li rriżultaw fi pjan tat-titjira nieqes jew pjanijiet tat-titjira multipli u l-azzjonijiet meħudin sabiex jiġi kkoreġut dan in-nuqqas ta’ konformità.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM tipproduċi rapport annwali li jipprovdi d-dettalji tal-pjanijiet tat-titjira neqsin, jew tal-pjanijiet tat-titjira multipli li ġew irreġistrati, u li dak ir-rapport jitressaq lill-Kummissjoni.

7.   L-Istati Membri għandhom iwettqu reviżjoni annwali tal-konformità mal-miżuri ATFM sabiex jiżguraw li l-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) itejbu l-livell ta’ konformità ma’ dawk il-miżuri.

Artikolu 12

Valutazzjoni tal-prestazzjoni

1.   Meta jkunu qed jimplimentaw l-Artikolu 11, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM tipproduċi rapporti annwali li jindikaw il-kwalità tal-ATFM li għandhom jinkludu d-dettalji:

(a)

tal-kawżi tal-miżuri ATFM;

(b)

tal-impatt tal-miżuri ATFM;

(c)

tal-konformità mal-miżuri ATFM;

(d)

tal-kontribuzzjonijiet mill-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għall-ottimizzazzjoni tal-effett kumplessiv tan-netwerk.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit u miżmum mill-unità ċentrali għall-AFTM arkivju tad-dejta ATFM elenkata fl-Artikolu 6(5), tal-pjanijiet tat-titjira, tar-reġistri tal-operazzjonijiet u tad-dejta kuntestwali rilevanti.

Id-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinżamm għal sentejn minn meta tiġi ppreżentata tkun disponibbli għall-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-unitajiet ATS u l-operaturi.

Dik id-dejta għandha tkun disponibbli għall-koordinaturi tal-ajruport u l-operaturi tal-ajruport sabiex tgħin fil-valutazzjoni regolari tagħhom tal-kapaċità ddikjarata.

Artikolu 13

Rekwiżiti tas-sigurezza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir valutazzjoni tas-sigurezza, li tinkludi l-identifikazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni, qabel ma jsiru tibdiliet sinifikanti fis-sistemi ATFM u jiġu introdotti proċeduri, inkluża valutazzjoni ta’ proċess ta’ ġestjoni tas-sigurezza li jindirizza ċ-ċiklu komplet tal-ħajja tas-sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

Artikolu 14

Rekwiżiti addizzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) involut fl-attivitajiet ATFM ikun:

(a)

konxju kif suppost tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

(b)

imħarreġ b’mod adegwat u kompetenti fil-funzjonijiet ta’ ħidmietu.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) bir-responsabbiltajiet għall-funzjonijiet ATFM:

(a)

jiżviluppaw u jżommu manwali tal-operazzjonijiet li jkun fihom l-istruzzjonijiet u t-tagħrif meħtieġ biex il-persunal tal-operazzjonijiet tagħhom ikun jista’ japplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

(b)

jiżguraw li dawn il-manwali jkunu konsistenti, aċċessibbli u miżmuma aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu suġġetti għal ġestjoni xierqa ta’ kwalità u ta’ konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni;

(c)

jiżguraw li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri tal-operazzjoni jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Penalijiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Settembru 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-26 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20.

(4)  ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1.


ANNESS

Lista tad-dispożizzjonijiet tal-ICAO għall-finijiet tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

1.

Kapitolu 3 paragrafu 3.7.5 (Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tal-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago – Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (it-13-il edizzjoni – Lulju 2001, li jinkorpora l-emenda Nru 47).

2.

Kapitolu 3 (Kapaċità ATS u l-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tad-Dok 4444 tal-ICAO, Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru – Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM) (il-15-il edizzjoni – 2007).

3.

Kapitolu 8.3 (eżenzjonijiet mill-allokazzjoni tas-slots ATFM) tad-Dok 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplimentari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5 edizzjoni 2007).

4.

Kapitolu 8.4.1.c) (Konformità tal-operatur tal-inġenju tal-ajru mal-miżuri ATFM) tad-Dok 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplimentari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5 edizzjoni 2007).

5.

Kapitolu 2 paragrafu 2.3.2 (Tibdiliet għall-EOBT) tad-Dok 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplimentari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5 edizzjoni 2007).


26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 256/2010

tal-25 ta’ Marzu 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Alubia de La Bañeza-León (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Alubia de La Bañeza-León” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12

(2)  ĠU C 186, 8.8.2009, p. 28


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

SPANJA

Alubia de La Bañeza-León (IĠP)


26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 257/2010

tal-25 ta' Marzu 2010

li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni, mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa 'l quddiem imsejħa l-“EFSA”), tas-sigurtà tal-addittivi fl-ikel li kienu diġà permessi fl-Unjoni qabel l-20 ta’ Jannar 2009.

(2)

Fl-2007, il-Kummissjoni ressqet rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fir-rivalutazzjoni tal-addittivi fl-ikel (2). Ir-rapport jipprovdi taqsira tar-rivalutazzjonijiet riċenti tal-addittivi li saru mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (“SCF”) u l-EFSA u jiddeskrivi azzjonijiet relatati li ttieħdu mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-bażi tal-opinjonijiet xjentifiċi.

(3)

Ir-rivalutazzjoni tal-kuluri fl-ikel diġà tnediet bi prijorità, billi dawn l-addittivi tal-ikel għandhom l-eqdem valutazzjonijiet mill-SCF. Ir-rivalutazzjoni ta’ ċerti kuluri (jiġifieri tal-E 102 Tartrazina, tal-E 104 Isfar Kinolina, tal-E 110 Isfar żerniq FCF, tal-E 124 Ponceau 4R, tal-E 129 Aħmar Allura AC u l-E 122 Karmojżina, u tal-E 160d Likopene) diġà tlestiet. Flimkien ma' dan, xi addittivi tal-ikel bħall-E 234 Nisina u l-E 214–219 il-Para-idrossibenzoati ġew rivalutati fis-snin riċenti billi kienet meħtieġa dejta xjentifika ġdida jew għax din id-dejta saret disponibbli. Għalhekk, dawn l-addittivi m’għandhomx bżonn jerġgħu jiġu rrivalutati.

(4)

Meta jitqies li s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għandhom l-aktar evalwazzjonijiet riċenti dawn għandhom ikunu tal-aħħar li jiġu rivalutati.

(5)

L-ordni ta’ prijoritajiet għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel attwalment approvati għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin: iż-żmien mill-aħħar valutazzjoni ta' addittiv tal-ikel mill-SCF jew mill-EFSA, id-disponibbiltà ta' evidenza xjentifika ġdida, il-limitu tal-użu ta' addittiv tal-ikel fl-ikel u l-esponiment tal-bniedem għall-addittiv tal-ikel waqt li jitqies ukoll ir-riżultat tar-Rapport mill-Kummissjoni dwar il-Konsum fid-Dieta ta’ Addittivi fl-Ikel fl-UE (3) tal-2001. Ir-rapport “Addittivi tal-Ikel fl-Ewropa 2000 (4)” imressaq mill-Kunsill Nordiku tal-Ministri għall-Kummissjoni, jistipula tagħrif addizzjonali għall-prijoritizzazzjoni tal-addittivi għar-rivalutazzjoni.

(6)

Għall-effiċjenza u l-għanijiet prattiċi, ir-rivalutazzjoni għandha, kemm jista' jkun possibbli, titmexxa fi gruppi ta' addittivi tal-ikel skont il-klassi ewlenija funzjonali li jappartjenu għaliha. L-EFSA għandha madankollu tkun f’pożizzjoni li tibda r-rivalutazzjoni ta’ addittiv tal-ikel jew ta’ grupp ta’ addittivi tal-ikel bi prijorità ogħla, fuq talba mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, jekk tfiġġ evidenza xjentifika ġdida li tindika riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem jew li bi kwalunkwe mod tista’ taffettwa l-valutazzjoni tas-siġurtà ta’ addittiv tal-ikel.

(7)

L-iskadenza għar-rivalutazzjonijiet għandha tkun stabbilita skont dik l-ordni ta’ prijoritajiet. F’każijiet ġustifikati kif xieraq u fil-każ biss meta rivalutazzjoni bħal din tista’ toħloq dewmien sostanzjali fir-rivalutazzjoni ta' addittivi oħra tal-ikel, l-iskadenzi stipulati f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu riveduti.

(8)

Skadenzi aktar speċifiċi għal addittivi tal-ikel individwali jew għal gruppi ta’ addittivi tal-ikel jistgħu jiġu stipulati fil-ġejjieni, biex jippermettu t-tmexxija mingħajr problemi tal-proċess ta’ rivalutazzjoni jew fil-każ ta’ tħassib emerġenti.

(9)

Biex il-proċedura ta’ rivalutazzjoni tkun effettiva, huwa importanti li l-EFSA tikseb mill-partijiet interessati d-dejta kollha rilevanti għar-rivalutazzjoni u li l-partijiet interessati jkunu mgħarrfa ħafna minn qabel meta tkun meħtieġa dejta addizzjonali għat-tlestija tar-rivalutazzjoni ta' addittiv tal-ikel.

(10)

L-operaturi kummerċjali interessati fil-kontinwità tal-approvazzjoni ta' addittiv fl-ikel skont ir-rivalutazzjoni għandhom iressqu kwalunkwe dejta rilevanti għar-rivalutazzjoni tal-addittiv tal-ikel. Fejn hu possibbli, l-operaturi kummerċali għandhom jieħdu l-passi biex iressqu t-tagħrif b’mod kollettiv.

(11)

L-EFSA għandha tippubblika sejħa waħda, jew aktar minn waħda, għad-dejta dwar l-addittivi kollha tal-ikel li għandhom jiġu rivalutati. Kwalunkwe tagħrif tekniku u xjentifiku dwar addittiv tal-ikel li huwa meħtieġ għar-rivalutazzjoni tiegħu, b’mod partikolari d-dejta tossikoloġika u d-dejta rilevanti għall-istima tal-esponiment tal-bniedem għall-addittivi tal-ikel rilevanti, għandu jitressaq mill-partijiet interessati lill-EFSA qabel l-iskadenzi stipulati.

(12)

L-addittivi tal-ikel li għandhom jiġu rivalutati mill-EFSA kienu ġew evalwati qabel għas-sigurtà tagħhom mill-SCF u ħafna minnhom ilhom jintużaw għal żmien twil. It-tagħrif li għandu jitressaq għar-rivalutazzjoni tagħhom għandu jinkludi d-dejta eżistenti li fuqu ssejset il-valutazzjoni ta’ qabel tal-addittiv tal-ikel kif ukoll kwalunkwe dejta ġdida rilevanti għall-addittiv tal-ikel li hija disponibbli mill-aħħar valutazzjoni tiegħu mill-SCF. Dan it-tagħrif għandu jkun komprensiv kemm jista’ jkun biex jippermetti lill-EFSA tlesti r-rivalutazzjoni u tifforma opinjoni aġġornata, u għandu jitressaq billi jissegwa kemm jista’ jkun il-gwida applikabbli dwar is-sottomissjonijiet għall-valutazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel (attwalment il-gwida stabbilita mill-SCF tal-11 ta’ Lulju 2001 (5)).

(13)

L-EFSA għandha mnejn tirrikjedi xi tagħrif addizzjonali biex twettaq ir-rivalutazzjonijiet ta’ addittiv tal-ikel. F’dak il-każ l-EFSA għandha titlob id-dejta meħtieġa minn kmieni, jew permezz ta' sejħa ġenerali għad-dejta jew billi tikkuntattja lill-partijiet li ressqu d-dejta dwar l-addittiv tal-ikel. Il-partijiet interessati għandhom iressqu t-tagħrif mitlub f'perjodu ta' żmien stipulat mill-EFSA wara li jitqiesu, fejn rilevanti, il-fehmiet tal-partijiet interessati.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula li fl-approvazzjoni tal-addittivi tal-ikel għandhom jitqiesu wkoll il-fatturi tal-ambjent. Għalhekk, fil-qafas tar-rivalutazzjoni ta' addittiv tal-ikel, il-partijiet interessati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-EFSA dwar kwalunkwe tagħrif rilevanti għal kwalunkwe riskju ambjentali mill-produzzjoni, l-użu jew l-iskart ta’ dak l-addittiv.

(15)

Fejn it-tagħrif meħtieġ biex titlesta r-rivalutazzjoni ta’ addittiv tal-ikel partikolari ma jingħatax, l-addittiv tal-ikel jista’ jitneħħa mil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi approvati tal-ikel.

(16)

Il-proċedura ta' rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-trasparenza u ta' tagħrif pubbliku waqt li tiggarantixxi l-konfidenzjalità ta’ ċertu tagħrif.

(17)

Sad-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista ta’ addittivi approvati tal-ikel li qed jiġu rrivalutati bid-data tal-aħħar valutazzjoni li saritilhom mill-“SCF” jew l-EFSA.

(18)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistipula programm għar-rivalutazzjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa 'l quddiem imsejħa l-“EFSA”) tal-addittivi tal-ikel approvati, kif stipulat fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

2.   L-addittivi tal-ikel approvati, li diġà saritilhom ir-rivalutazzjoni mill-EFSA fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, mhux se jerġgħu jiġu rivalutati għal darb’oħra. Dawn l-addittivi tal-ikel huma mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“addittiv tal-ikel approvat” ifisser addittiv tal-ikel awtorizzat qabel l-20 ta’ Jannar 2009 u mniżżel fid-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (6), id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel (7) jew fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu l-ħlewwa (8);

(b)

“operatur kummerċjali” jfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika responsabbli biex tiżgura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jintlaħqu fin-negozju tal-ikel taħt il-kontroll tiegħu;

(c)

“operatur kummerċjali interessat” ifisser operatur kummerċjali interessat fil-kontinwità tal-awtorizzazzjoni ta’ addittiv tal-ikel wieħed jew aktar approvati;

(d)

“dossier oriġinali” ifisser dossier li fuq il-bażi tiegħu l-addittiv tal-ikel ġie evalwat u permess għall-użu fl-ikel qabel l-20 ta' Jannar 2009.

Artikolu 3

Prijoritajiet għar-rivalutazzjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati

1.   L-addittivi tal-ikel approvati għandhom jiġu rivalutati fl-ordni li ġejja u qabel l-iskadenzi li ġejjin:

(a)

ir-rivalutazzjoni tal-kuluri kollha approvati mniżżla fid-Direttiva 94/36/KE għandhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2015;

(b)

ir-rivalutazzjoni tal-addittivi kollha approvati għajr għall-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa mniżżla fid-Direttiva 95/2/KE għandhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2018;

(c)

ir-rivalutazzjoni tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa kollha approvati mniżżla fid-Direttiva 94/35/KE għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2020;

2.   Għal ċerti addittivi tal-ikel fi ħdan il-klassijiet funzjonali msemmija fil-paragrafu 1 hemm aktar skadenzi speċifiċi stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-addittivi tal-ikel għandhom jiġu vvalutati l-ewwel fost l-addittivi l-oħra tal-istess klassi funzjonali.

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-EFSA tista’ fi kwalunkwe mument tibda r-rivalutazzjoni ta’ addittiv tal-ikel jew ta’ grupp ta’ addittivi tal-ikel bi prijorità, fuq talba mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, jekk tfiġġ evidenza xjentifika emerġenti li

(a)

tindika riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem jew

(b)

tista’ b’xi mod taffettwa l-valutazzjoni ta’ sigurtà ta’ dak l-addittiv tal-ikel jew grupp ta’ addittivi tal-ikel.

Artikolu 4

Il-proċedura tar-rivalutazzjoni

Meta tkun qed tirrivaluta addittiv tal-ikel approvat, l-EFSA għandha:

(a)

teżamina l-opinjoni oriġinali u d-dokumenti ta’ ħidma tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (l-“SCF”) jew l-EFSA;

(b)

teżamina, fejn hu disponibbli, id-dossier oriġinali;

(c)

teżamina d-dejta mressqa mill-operatur(i) kummerċjali interessat(i) u/jew kwalunkwe parti interessata oħra;

(d)

teżamina kull dejta disponibbli mingħand il-Kummissjoni u mingħand l-Istati Membri;

(e)

tidentifika kwalunkwe letteratura rilevanti ppubblikata mil-aħħar valutazzjoni ta’ kull addittiv tal-ikel.

Artikolu 5

Sejħa għad-dejta

1.   Sabiex tikseb id-dejta mingħand l-operaturi kummerċjali interessati u/jew mingħand xi partijiet interessati oħra, l-EFSA għandha tippubblika s-sejħiet għad-dejta dwar l-addittivi tal-ikel li qed jiġu rivalutati. Waqt li tispeċifika l-iskeda għat-tressiq tad-dejta l-EFSA għandha tħalli perjodu ta’ żmien raġjonevoli wara d-dħul mis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, biex tippermetti l-operatur kummerċjali interessat u/jew kwalunkwe parti interessata oħra biex iwettaq/twettaq dan l-impenn.

2.   Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tkopri fost oħrajn:

(a)

rapporti ta’ studji mid-dossier oriġinali kif evalwati mill-SCF jew mill-EFSA jew mill-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel (JECFA),

(b)

tagħrif dwar id-dejta dwar is-sigurtà tal-addittiv tal-ikel ikkonċernat li ma ġiex revist minn qabel mill-SCF jew mill-JECFA,

(c)

tagħrif dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel fl-użu attwalment, inkluż it-tagħrif dwar id-daqsijiet tal-partikoli u l-karatteristiċi u l-proprjetajiet fiżikokimiċi rilevanti,

(d)

tagħrif dwar il-proċess ta’ manifattura,

(e)

tagħrif dwar il-metodi analitiċi disponibbli għad-determinazzjoni fl-ikel,

(f)

tagħrif dwar l-esponiment tal-bniedem għall-addittivi tal-ikel mill-ikel (eż. xejriet tal-użu u tal-konsum, il-livelli tal-użu attwali u l-livelli massimi tal-użu, il-frekwenza tal-konsum u fatturi oħra li jinfluwenzaw l-esponiment),

(g)

ir-reazzjoni tal-ikel u x’isir minnu.

Artikolu 6

It-tressiq tad-dejta

1.   L-operatur(i) kummerċjali interessati u kwalunkwe parti interessata oħra għandhom iressqu d-dejta relatata mar-rivalutazzjoni ta’ addittiv tal-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 5(2), fil-perjodu stipulat mill-EFSA fis-sejħa tagħha għad-dejta. Fit-tressiq tad-dejta tagħhom, l-operatur kummerċjali interessat kif ukoll il-partijiet l-oħra interessati għandhom jinkludu d-dejta mitluba mill-EFSA billi jsegwu, kemm jista' jkun possibbli, il-gwida applikabbli dwar il-preżentazzjonijiet għall-valutazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel (9).

2.   Fejn jeżistu ħafna operaturi kummerċjali interessati huma jistgħu, fejn possibbli, iressqu d-dejta b’mod kollettiv.

3.   Jekk matul ir-rivalutazzjoni jkun meħtieġ tagħrif addizzjonali meqjus rilevanti għar-rivalutazzjoni ta' addittiv tal-ikel partikolari, l-EFSA għandha titlob lill-operaturi kummerċjali interessati, u tistieden lill-partijiet interessati l-oħra, sabiex iressqu dan it-tagħrif permezz ta' sejħa miftuħa għad-dejta. Hija għandha tistipula skadenza li fiha dan it-tagħrif għandu jitressaq waqt li tqis, fejn rilevanti, il-fehma tal-operatur kummerċjali interessat u/jew il-fehma tal-partijiet interessati l-oħra rigward il-perjodu ta’ żmien meħtieġ. F’każijiet bħal dawn, l-EFSA għandha tagħmel it-talba għat-tagħrif addizzjonali minn ħafna qabel, biex l-iskadenzi ġenerali għar-rivalutazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 3(1) u fl-Anness II ma jiġux affettwati.

4.   It-tagħrif li ma jitressaqx fiż-żmien stipulat mill-EFSA m’għandux jitqies fir-rivalutazzjoni. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, l-EFSA tista’ tiddeċiedi bi qbil mal-Kummissjoni li tikkunsidra t-tagħrif imressaq wara l-iskadenza, jekk dan it-tagħrif ikun sinifikanti għar-rivalutazzjoni ta' addittiv tal-ikel.

5.   Fejn it-tagħrif mitlub ma jkunx tressaq quddiem l-EFSA fl-iskadenzi stipulati, l-addittiv tal-ikel jista' jitneħħa mil-lista tal-Unjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10.3 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 (10).

Artikolu 7

Tagħrif iehor

Fil-qafas tar-rivalutazzjoni ta' addittiv tal-ikel, l-operatur(i) kummerċjali interessat(i) jew kwalunkwe parti interessata oħra għandhom jgħarrfu lill-EFSA u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tagħrif disponibbli relatat ma’ kwalunkwe riskju ambjentali mill-produzzjoni, l-użu jew l-iskart ta’ dak l-addittiv.

Artikolu 8

Konfidenzjalità

1.   Jista’ jingħata trattament konfidenzjali lit-tagħrif li l-iżvelar tiegħu jista’ jkun ta’ dannu sinifikanti għall-pożizzjoni kompetittiva tal-operaturi kummerċjali jew tal-partijiet interessati l-oħra.

2.   Fl-ebda ċirkustanza ma għandu jitqies bħala konfidenzjali t-tagħrif relatat ma’ dan li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-operatur kummerċjali interessat;

(b)

l-isem tal-kimika u deskrizzjoni ċara tas-sustanza;

(c)

tagħrif għall-użu tas-sustanza fi jew fuq oġġetti tal-ikel speċifiċi jew kategoriji tal-ikel;

(d)

tagħrif li huwa rilevanti għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tas-sustanza;

(e)

il-metodu(metodi) ta’ analiżi fl-ikel.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-operatur(i) kummerċjali interessat(i) u l-partijiet l-oħra interessati għandhom jindikaw liema mit-tagħrif disponibbli huma jixtiequ li jkun ittrattat b’mod konfidenzjali. Għandha tingħata ġustifikazzjoni li tista’ tiġi vverifikata f’każijiet bħal dawn.

4.   Fuq proposta mill-EFSA, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi wara li tikkonsulta l-operatur kummerċjali interessat u/jew il-partijiet l-oħra interessati liema tagħrif jista’ jibqa’ konfidenzjali u għandha tinnotifika lill-EFSA u lill-Istati Membri kif xieraq.

5.   Il-Kummissjoni, l-EFSA u l-Istati Membri għandhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (11), jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw konfidenzjalità xierqa tat-tagħrif li jasal skont dan ir-Regolament, għajr għat-tagħrif li jrid jiġi ppubblikat jekk iċ-ċirkostanzi jirrikjedu hekk għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-ambjent.

6.   L-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 ma għandhiex tippreġudika ċ-ċirkulazzjoni tat-tagħrif bejn il-Kummissjoni, l-EFSA u l-Istati Membri.

Artikolu 9

Sorveljanza tal-progress

Kull sena f’Diċembru, l-EFSA għandha tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-progress tal-programm tar-rivalutazzjoni.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  COM(2007) 418 finali.

(3)  COM(2001) 542 finali.

(4)  Adittivi fl-Ikel fl-Ewropa 2000, Stat ta' valutazzjonijiet ta’ sigurtà tal-adittivi fl-ikel li huma bħalissa permessi fl-UE, il-Kunsill Nordiku tal-Ministri, TemaNord 2002:560.

(5)  Gwida dwar is-sottomissjonijiet għall-valutazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel. L-Opinjoni mogħtija fil-11 ta' Lulju 2001. SCF/CS/ADD/GEN/26 finali.

(6)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3.

(7)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13.

(8)  ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1.

(9)  Attwalment l-Opinjoni espressa mill-SCF fil-11 ta’ Lulju 2001. SCF/CS/ADD/GEN/26 Finali.

(10)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(11)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


ANNESS I

Lista ta’ addittiv tal-ikel approvati li ġew approvati qabel l-20 ta’ Jannar 2009 u li tlestiet ir-rivalutazzjoni tagħhom mill-EFSA fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament

Nru E

Sustanza

Sena tal-aktar valutazzjoni riċenti mill-SCF jew mill-EFSA

Status tar-rivalutazzjoni mill-EFSA

E 102

Tartrazina

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Settembru 2009

E 104

Isfar Kinolina

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Settembru 2009

E 110

Isfar żerniq FCF, Isfar Oranġjo S

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fl-24 ta’ Settembru 2009

E 122

Azorubina, Karmojżina

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fl-24 ta’ Settembru 2009

E 124

Ponceau 4R, Aħmar Koċineal A

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Settembru 2009

E 129

Aħmar Allura AC

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Settembru 2009

E 160d

Likopene

2008

Rivalutazzjoni tlestiet fit-30 ta’ Jannar 2008

E 234

Nisina

2006

Rivalutazzjoni tlestiet fis-26 ta’ Jannar 2006

E 173

Aluminju

2008

Rivalutazzjoni tlestiet fit-22 ta’ Mejju 2008

E 214

Etil p-idrossibenzoat

2004

Rivalutazzjoni tlestiet fit-13 ta’ Lulju 2004

E 215

Sodju etil p-idrossibenzoat

2004

Rivalutazzjoni tlestiet fit-13 ta’ Lulju 2004

E 218

Metil p-idrossibenzoat

2004

Rivalutazzjoni tlestiet fit-13 ta’ Lulju 2004

E 219

Sodju metil p-idrossibenzoat

2004

Rivalutazzjoni tlestiet fit-13 ta’ Lulju 2004

E 235

Natamiċina

2009

Rivalutazzjoni tlestiet fis-26 ta’ Novembru 2009

E 473

Esteri tas-sukrożju tal-aċidi xaħmin

2006

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Novembru 2004; reviżjoni fis-26 ta’ Jannar 2006

E 474

Sukrogliċeridi

2006

Rivalutazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Novembru 2004; reviżjoni fis-26 ta’ Jannar 2006

E 901

Xama’ tan-naħal, bajda u safra

2007

Rivalutazzjoni tlestiet fis-27 ta’ Novembru 2007


ANNESS II

Prijoritajiet speċifiċi għal ċerti addittivi tal-ikel fi ħdan il-klassijiet funzjonali ta' addittivi tal-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 3 (1) u (2)

PARTI I:   KULURI FL-IKEL

Fl-iskadenza ġenerali tal-31.12.2015 stipulata għar-rivalutazzjoni tal-kuluri fl-ikel fl-Artikolu 3(1) l-iskadenzi speċifiċi li ġejjin huma stipulati għall-kuluri fl-ikel li ġejjin:

(1)

Il-kuluri fl-ikel li ġejjin għandhom jiġu valutati sal-15.04.2010

E 123

Amarant,

E 151

Iswed Brillanti BN, Iswed PN

E 154

Kannella FK,

E 155

Kannella HT u

E 180

Litolrubina BK

(2)

Il-kuluri fl-ikel li ġejjin għandhom jiġu valutati sal-31.12.2010

E 100

Kurkumina,

E 127

Eritrosina,

E 131

Blu Patentat V,

E 132

Indigotina, Karminju indigo

E 133

Blu Brillanti FCF,

E 142

Aħdar S,

E 150a

Karamella ordinarja,

E 150b

Karamella tas-sulfit kawstiku,

E 150c

Karamella tal-ammonja,

E 150d

Karamella tal-ammonja tas-sulfit,

E 161b

Luteina,

E 161g

Kantażantina,

E 170

Karbonat tal-kalċju,

(3)

Il-kuluri fl-ikel li ġejjin għandhom jiġu valutati sal-31.12.2015

E 101

(i) Riboflavina (ii) Riboflavina-5′-fosfat,

E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

E 140

Klorofilli u Klorofillini: (i) Klorofilli (ii) Klorofillini,

E 141

Kumplessi tar-ram tal-Klorofilli u l-Klorofillini : (i) Kumplessi tar-ram tal-klorofilli (ii) Kumplessi tar-ram tal-klorofillini,

E 153

Karbonju veġetali,

E 160b

Annatto, bissina, norbissina

E 160a

Karoteni: (i) karoteni mħallta, (ii) beta-karotene,

E 160c

Estratt tal-paprika, kapsantin, kapsorubin,

E 160e

Beta-apo-8′-karotenal (C30),

E 160f

Ester tal-etil tal-beta-apo-8′, -aċidu karotenojku (C30),

E 162

Aħmar pitravi, betanin,

E 163

Antoċjanini,

E 171

Diossidu tat-titanju,

E 172

Ossidi u idrossidi tal-ħadid,

E 174

Fidda,

E 175

Deheb

PARTI II:   ADDITTIVI TAL-IKEL GĦAJR KULURI U SUSTANZI LI JAGĦTU L-ĦLEWWA

Fl-iskadenza ġenerali tal-31.12.2018 stipulata għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fl-Artikolu 3(1), l-iskadenzi speċifiċi li ġejjin huma stipulati għal ċerti addittivi tal-ikel u gruppi ta’ addittivi tal-ikel:

(1)

Il preżervattivi u l-antiossidanti E 200-203; E 210-215, E 218-252, E 280-285; L-E 300-E 321 u l-E 586 għandhom jiġu valutati sal-31.12.2015

bi prijorità akbar fi ħdan dan il-grupp fuq:

l-E 310-312

Gallati

l-E 320

Idrossianisol butilat (BHA)

l-E 321

Idrossitoluene butilat (BHT)

l-E 220-228

Diossidu tal-kubrit u sulfiti

l-E 304

L-esteri tal-aċidi xaħmin tal-aċidu askorbiku:(i) Palmitat tal-askorbil (ii) Stearat tal-askorbil

l-E 200-203

Aċidu sorbiku u sorbati

l-E 284

Aċidu boriku

l-E 285

Tetraborat tas-sodju (borax)

l-E 239

Tetramin tal-eżametilene

l-E 242

Dikarbonat tad-dimetil

l-E 249

Nitrit tal-potassju

l-E 250

Nitrit tas-sodju

l-E 251

Nitrat tas-sodju

l-E 252

Nitrat tal-potassju

l-E 280-283

Aċidu propjoniku u l-imluħa tiegħu tas-sodju, tal-kalċju u tal-potassju

l-E 306

Estratt b'kontenut qawwi ta' tokoferol

l-E 307

Alfa-tokoferol

l-E 308

Gamma-tokoferol

l-E 309

Delta-tokoferol

(2)

L-emulsifikanti, l-istabbilizzaturi, u l-aġenti għat-tgħaqqid E 322, E 400-E 419; l-E 422-E 495; l-E 1401-E 1451 għandhom jiġu valutati sal-31.12.2016

bi prijorità akbar fi ħdan dan il-grupp fuq:

l-E 483

Tartrat tal-istearil

l-E 491-495

Esteri tas-sorbitan

l-E 431

Stearat tal-poliossietilene (40)

l-E 432-436

Polisorbati

l-E 444

Isobuturat tal-aċetat tas-sukrożju

l-E 481

Stearojil-2-lattilat tas-sodju

l-E 482

Stearojil-2-lattilat tal-kalċju

l-E 414

Gomma tal-akaċja (gomma Għarbija) (*)

l-E 410

Gomma tal-ħarrub (*)

l-E 417

Tara gum (*)

l-E 422

Gliċerol

l-E 475

Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin

(3)

L-E 551 Diossidu tas-silikonju, l-E 620-625 Glutamati, l-E 1105 Liżożima u l-E 1103 Invertasi għandhom jiġu valutati sal-31.12.2016

(4)

L-addittivi tal-ikel li jibqgħu għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għandhom jiġu valutati sal-31.12.2018

Bi priorità akbar fuq

l-E 552

Silikat tal-kalċju

l-E 553a

Silikat u trisilikat tal-manjeżju

l-E 553b

Talkum

l-E 558

Bentonite

l-E 999

L-estratt tal-quillaia

l-E 338-343

Aċidu fosforiku u l-fosfati

l-E 450-452

Di-, tri- u polifosfati

l-E 900

Dimetil polisilossan

l-E 912

Esteri tal-aċidu montan

l-E 914

Xama’ tal-polietilene ossidizzata

l-E 902

Xama’ tal-kandellila

l-E 904

Xellak

l-E 626-629

Aċidu gwaniliku, Gwanilat tad-disodju, Gwanilat tad-dipotassju u Gwanilat tal-kalċju

l-E 630-633

Aċidu inosiniku, Disodium inosinate; Inosinat tad-dipotassju u Inosinat tal-kalċju

l-E 634-635

Kalċju 5′-ribonukleotidi u Disodju 5′-ribonukleotidi

l-E 507-511

Aċidu idrokloriku, Klorur tal-potassju, Klorur tal-kalċju, Klorur tal-manjeżju

l-E 513

Aċidu sulfuriku


(*)  Il-gomma naturali kollha E 400-418 u E 425 tista’ tiġi valutata fl-istess ħin.


26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 258/2010

tal-25 ta’ Marzu 2010

li timponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjonijiet tal-guar gum li joriġina jew li jasal mill-Indja minħabba r-riskji ta’ kontaminazzjoni mill-pentachlorophenol u mid-dijossini u li jneħħi d-Deċiżjoni 2008/352/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza xierqa għal ikel u għalf importati minn pajjiż terz biex tkun imħarsa s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwali.

(2)

F'Lulju 2007, instabu livelli għolja ta’ pentachlorophenol (PCP) u dijossini fl-UE f’xi lottijiet ta’ guar gum li joriġina jew li jasal mill-Indja. Kontaminazzjoni ta' dan it-tip tikkostitwixxi theddida lis-saħħa pubblika fi ħdan l-Unjoni Ewropea jekk ma jittieħdu l-ebda miżuri biex tiġi evitata l-preżenza tal-pentachlorophenol (PCP) u d-dijossini fil-guar gum.

(3)

Bħala reazzjoni għal din is-sejba ta’ livelli elevati ta’ PCP u dijossini, l-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel tal-Kummissjoni Ewropea (FVO) wettaq żjara urġenti ta’ spezzjoni fl-Indja f’Ottubru 2007. L-għan kien li tinġabar informazzjoni dwar dak li jista’ jkun is-sors tal-kontaminazzjoni u li jiġu evalwati l-miżuri ta’ kontroll stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani biex jiġi evitat it-tixrif mill-ġdid ta’ din il-kontaminazzjoni. It-tim ta’ spezzjoni kkonkluda li ma kienx hemm biżżejjed evidenza dwar il-kawża tal-episodju tal-kontaminazzjoni, u l-investigazzjoni li għamlu l-awtoritajiet Indjani ma kienitx adegwata biex twassal għal xi konklużjonijiet. Bid-disponibbiltà tas-sodium pentachlorophenol u tal-użu tiegħu fl-industrija tal-guar gum, u b’industrija li fil-biċċa l-kbira tagħha tirregola lilha nnifisha, ma kienx hemm kontrolli adegwati biex jiġi żgurat li din il-kontaminazzjoni ma tixrifx mill-ġdid.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/352/EC tad-29 ta’ April 2008 li timponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw il-guar gum li joriġina jew li jasal mill-Indja minħabba r-riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawk il-prodotti mill-pentachlorophenol u mid-dijossini (2) tipprovdi li kull kunsinna ta' guar gum u għalf kompost u ikel li jkun fihom mill-anqas 10 % ta’ guar gum li joriġina jew li jkun wasal mill-Indja, għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku oriġinali, approvat minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti mill-pajjiż fejn ikun jinsab il-laboratorju, li juri li l-prodott ma fihx aktar minn 0.01 mg/kg PCP. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom janalizzaw il-kampjuni u l-kunsinni ta' dawn il-prodotti bi frekwenza ta' 5 % sabiex jivverifikaw li l-livell ta' 0.01 mg/kg PCP ma jinqabiżx. Il-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għad-Dijossini u l-PCBs fl-Għalf u fl-Ikel għamel studju dwar ir-rabta bejn il-PCP u d-dijossini fil-guar gum kontaminat mill-Indja. Minn dan l-istudju wieħed jista’ jikkonkludi li l-guar gum li għandu livell ta’ PCP taħt il-livell ta’ 0.01 mg/kg m'għandux livelli inaċċettabbli ta' dijossini.

(5)

F'Ottubru 2009 saret missjoni ta' spezzjoni tal-FVO sabiex tevalwa l-miżuri ta' kontroll stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani biex jipprevjenu l-kontaminazzjoni tal-guar gum mal-PCP u d-dijossini u biex issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni li kienet saret f'Ottubru tal-2007.

(6)

Diversi nuqqasijiet serji ġew osservati matul din il-missjoni ta' spezzjoni. L-istatus tal-PCP fl-użu industrijali fl-Indja mhux ċar u fil-ħin tal-missjoni l-ebda evidenza ta' kwalunkwe azzjoni li tittieħed biex twaqqaf il-produzzjoni jew bejgħ tiegħu ma kienet ippreżentata. Il-kampjuni jittieħdu mill-kumpannija privata ta’ esportazzjoni u dan mingħajr sorveljanza uffiċjali. Il-każi ta’ nuqqas ta’ konformita’ li jinstabu mil-laboratorju bi frekwenza ta' madwar 2.5 % tal-kampjuni analizzati jiġu notifikati lill-kumpannija ta’ esportazzjoni mingħajr notifika lill-awtorità kompetenti. Peress li ma kien hemm l-ebda għarfien dwar il-parti tal-awtorità kompetenti f’dawn in-nuqqasijiet ta' konformità, ma ttieħdet ebda azzjoni rigward il-lottijiet li ma kinux konformi.

(7)

Is-sejbiet jindikaw li l-kontaminazzjoni tal-guar gum mal-PCP u/jew mad-dijossini ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala inċident iżolat u li kienet biss l-analiżi effettiva mil-laboratorju privat approvat li ppreveniet li l-prodott ikkontaminat ma jkunx aktar esportat lejn l-Unjoni Ewropea. Meta wieħed jikkunsidra li ma kien hemm l-ebda titjib fis-sistema ta’ kontroll, għandhom jittieħdu miżuri addizzjonali sabiex jitnaqqsu r-riskji possibbli.

(8)

Minħabba li ma jistax jiġi eskluż li l-guar gum li joriġina fl-Indja huwa esportat lejn l-UE permezz ta' xi pajjiż terz ieħor, huwa xieraq li jiġu previsti kontrolli każwali fuq il-preżenza tal-PCP fil-guar gum li jkun ikkonsenjat minn pajjiżi oħra minbarra l-Indja.

(9)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/352/KE għandha tiġi emendata kif jixraq. Madankollu, meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni n-natura tad-dispożizzjonijiet li jemendaw, li għandhom applikazzjoni diretta u li jorbtu fl-intier tagħhom, huwa approprjat li dik id-Deċiżjoni tinbidel f’Regolament.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)

guar gum, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1302 32 90, li joriġina jew jasal mill-Indja u li hu intiż għall-konsum mill-annimali u mill-bniedem.

(b)

ikel u għalf li għandhom tal-anqas 10 % ta’ guar gum li joriġina jew li jasal mill-Indja.

Artikolu 2

Ċertifikazzjoni

1.   Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ippreżentati għall-importazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

(a)

ċertifikat tas-saħħa, imqiegħed fl-Anness, li jiċċertifika li l-prodott importat ma jkunx fih aktar minn 0,01 mg/kg ta’ pentachlorophenol (PCP) u

(b)

rapport analitiku, maħruġ minn laboratorju akkreditat skont l-EN ISO/IEC 17025 għall-analiżi tal-PCP fl-għalf u l-ikel, li jindika r-riżultati tal-kampjuni u tal-analiżi għall-preżenza ta' PCP, l-inċertezza tal-kejl tar-riżultat analitiku, kif ukoll il-limitu tat-tkixxif (LOD) u l-limitu ta' kwantifikazzjoni (LOQ) tal-metodu analitiku.

2.   Iċ-ċertifikat akkumpanjati minn rapport analitiku għandu jiġi ffirmat minn rappreżentant awtorizzat tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Indja u l-validità taċ-ċertifikat ma għandhiex taqbeż l-4 xhur mid-data tal-ħruġ tagħha.

3.   L-analiżi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandha titwettaq fuq kampjun, meħud mill-awtoritajiet Indjani kompetenti mill-konsenja bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/63/KE tal-11 Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/K (3). L-estrazzjoni ta’ qabel l-analiżi għandha ssir permezz ta' solvent aċidifikat. L-analiżi għandha ssir skont verżjoni modifikata tal-metodu tal-QuEChERS kif imniżżel fuq il-websajt tal-Laboratorji ta’ Referenza tal-Komunità għar-Residwi tal-Pestiċidi (4) jew skont metodu daqstant ieħor ta’ min wieħed joqgħod fuqu.

Artikolu 3

Identifikazzjoni

Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi identifikata permezz ta' kodiċi li għandu jiġi indikat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa, fuq ir-rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati ta' teħid ta' kampjuni u analiżi, u fuq kwalunkwe dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-kunsinna. Kull borża individwali jew forma oħra ta' ppakkjar tal-kunsinja għandha tiġi identifikata b’din il-kodiċi.

Artikolu 4

Notifika minn qabel

L-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika minn qabel lill-punt ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 5(4) tad-data u l-ħin li fihom tkun maħsuba li se jaslu l-kunsinni kollha tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

Spezzjonijiet uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli ta' dokumentazzjoni, identità u kontrolli fiżiċi, inkluża l-analiżi tal-laboratorju fuq il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

2.   L-identità u l-kontrolli fiżiċi, inklużi t-teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll tal-preżenza tal-PCP, għandhom isiru fuq talanqas 5 % tal-kunsinni.

3.   Il-kunsinni għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali għal massimu ta' 15-il ġurnata ta’ xogħol sakemm joħorġu r-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.

4.   Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu f'punti ta' verifika speċifikament magħżula mill-Istati Membri għal dak l-iskop.

5.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta' punti ta' verifika disponibbli għall-pubbliku u jikkomunikawha lill-Kummissjoni.

6.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ukoll iwettqu kontrolli fiżiċi każwali, inklużi t-teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll tal-preżenza tal-PCP, fuq il-guar gum ikkunsinnat minn pajjiżi oħra apparti l-Indja.

Artikolu 6

Qsim ta’ konsenja

Il-kunsinni m'għandhomx ikunu maqsuma sa mal-kontrolli uffiċjali jkunu tlestew. Jekk xi kunsinja tinfired, kopja ċertifikata taċ-ċertifikat tas-saħħa previst fl-Artikolu 2 (1)(a) għandu jakkumpanjaw kull parti tal-kunsinna maqsuma sal-rilaxx tagħha fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Artikolu 7

Spejjeż

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-verifiki uffiċjali msemmija fl-Artikolu 5(1), inkluż it-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed b'riżultat ta' nuqqas ta' konformità għandu jagħmel tajjeb għalihom l-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel.

Artikolu 8

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kunsinni għandu jkun suġġetti għall-preżentazzjoni mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentant tagħhom lill-awtoritajiet tad-dwana tal-evidenza li:

(a)

il-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 5(1) ikunu ġew imwettqa u

(b)

ir-riżultati mill-verifiki fiżiċi, meta dawn il-verifiki kienu meħtieġa, kienu favorevoli.

Artikolu 9

Prodotti mhux konformi

Kull prodott li jinstab li jkun fih aktar minn 0,01 mg/kg PCP, filwaqt li jitqiesu l-inċertezza mkabbra tal-kejl, wara l-kontrolli mwettqa skond l-Artikolu 5, m'għandux jidħol fil-katina tal-ikel u tal-għalf. Il-prodotti mhux konformi għandhom ikunu mormija b'mod sigur, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali. (5)

Artikolu 10

Rapporti

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) b'kull konsenja li jinstab li fiha aktar minn 0.01 mg/kg ta’ PCP filwaqt li jqisu l-inċertezza tal-kejl.

Kull tliet xhur l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni rapport dwar ir-riżultati kollha tat-testijiet analitiċi msemmija fl-Artikolu 5(1). Dawn ir-rapporti għandhom jitressqu matul ix-xahar wara kull kwart tas-sena.

Artikolu 11

Revoka

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/352/KE hija rrevokata.

Referenza għad-Deċiżjoni mħassra tkun imfissra bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ konsenji tal-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1 li ntbagħtu mill-pajjiż ta’ oriġini qabel l-1 ta’ April 2010 akkumpanjati minn rapport analitiku kif stipulat fid-Deċiżjoni 2006/352/KE.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 117, 1.5.2008, p. 42.

(3)  ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30.

(4)  http://www.crl-pesticides.eu/library/docs/srm/QuechersForGuarGum.pdf

(5)  ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.


ANNESS

Image

Test ta 'immaġni

26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 259/2010

tal-25 ta’ Marzu 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Colline Pontine (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4)(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2)(1), u skont l-Artikolu 17(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Colline Pontine” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 197, 21.8.2009, p. 14.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

L-ITALJA

Colline Pontine (DPO)


26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 260/2010

tal-25 ta’ Marzu 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chirimoya de la Costa tropical de Granada-Málaga (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4)(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2)(1), u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nruo510/2006, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Chirimoya de la Costa tropical de Granada-Málaga” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 197, 21.8.2009, p. 10.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

SPANJA

Chirimoya de la Costa tropical de Granada-Málaga (DPO)


26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 261/2010

tal-25 ta’ Marzu 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward tal-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), jistipula li d-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) għandu jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Komunità u fit-tariffi mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn it-tariffi.

(2)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 jeħtieġ li t-tariffi tal-Aġenzija jiġu aġġornati kull sena b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni.

(3)

Dawn it-tariffi għalhekk għandhom jiġu aġġornati b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni tal-2009. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat), kienet 1 % fl-2009.

(4)

Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2010.

(7)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2010. Għalhekk hu xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti u japplika minn din id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 hu emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 251 600” hija mibdula għal “EUR 254 100”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 25 200” hija mibdula għal “EUR 25 500”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 97 600” hija mibdula għal “EUR 98 600”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 162 600” hija mibdula għal “EUR 164 200”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 9 700” hija mibdula għal “EUR 9 800”;

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

(iii)

il-punt (c) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 75 500” hija mibdula għal “EUR 76 300”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 18 900 sa EUR 56 600” hija mibdula għal “EUR 19 100 sa EUR 57 200”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

(b)

il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu tal-punt (a) hu emendat kif ġej:

“EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 75 500” hija mibdula għal “EUR 76 300”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 18 900 sa EUR 56 600” hija mibdula għal “EUR 19 100 sa EUR 57 200”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 12 500” hija mibdula għal “EUR 12 600”.

(d)

Fil-paragrafu 4, “EUR 18 900” hija mibdula għal “EUR 19 100”.

(e)

Fil-paragrafu 5, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

(f)

Il-Paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 90 200” hija mibdula għal “EUR 91 100”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 22 500 sa EUR 67 600” hija mibdula għal “EUR 22 700 sa EUR 68 300”.

(2)

Fl-Artikolu 4, “EUR 62 800” hija mibdula għal “EUR 63 400”.

(3)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 125 800” hija mibdula għal “EUR 127 100”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 12 500” hija mibdula għal “EUR 12 600”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”;

ir-raba’ subparagrafu hu emendat kif ġej:

“EUR 62 800” hija mibdula għal “EUR 63 400”.

“EUR 6 300” hi mibdula għal “EUR 6 400”.

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 62 800” hija mibdula għal “EUR 63 400”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 106 300” hija mibdula għal “EUR 107 400”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 12 500” hija mibdula għal “EUR 12 600”;

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”;

il-ħames subparagrafu hu emendat kif ġej:

“EUR 31 400” hija mibdula għal “EUR 31 700”.

“EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

(iii)

il-punt (c) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 31 400” hija mibdula għal “EUR 31 700”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 7 800 sa EUR 23 500” hija mibdula għal “EUR 7 900 sa EUR 23 700”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

(b)

Il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”;

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 37 700” hija mibdula għal “EUR 38 100”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 9 400 sa EUR 28 300” hija mibdula għal “EUR 9 500 sa EUR 28 600”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

(d)

Fil-paragrafu 4, “EUR 18 900” hija mibdula għal “EUR 19 100”.

(e)

Fil-paragrafu 5, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

(f)

Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 30 100” hija mibdula għal “EUR 30 400”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 7 500 sa EUR 22 500” hija mibdula għal “EUR 7 600 sa EUR 22 700”.

(4)

Fl-Artikolu 6, “EUR 37 700” hija mibdula għal “EUR 38 100”.

(5)

l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, “EUR 62 800” hija mibdula għal “EUR 63 400”;

(b)

fit-tieni paragrafu, “EUR 18 900” hija mibdula għal “EUR 19 100”.

(6)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 75 500” hija mibdula għal “EUR 76 300”;

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 37 700” hija mibdula għal “EUR 38 100”;

(iii)

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 18 900 sa EUR 56 600” hija mibdula għal “EUR 19 100 sa EUR 57 200”;

(iv)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 9 400 sa EUR 28 300” hija mibdula għal “EUR 9 500 sa EUR 28 600”.

(b)

Il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 251 600” hija mibdula għal “EUR 254 100”;

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 125 800” hija mibdula għal “EUR 127 100”;

(iii)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 2 700 sa EUR 216 800” hija mibdula għal “EUR 2 700 sa EUR 219 000”;

(iv)

fis-sitt subparagrafu, “EUR 108 500” hi mibdula għal “EUR 109 600”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2010.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

(2)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/40


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 262/2010

tal-24 ta’ Marzu 2010

li jemenda għall-122 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 mit-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta’ Marzu 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni legali, gruppi u entitajiet mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi (“il-lista”). Fil-11 ta' Marzu 2010, iddeċieda li jżid żewġ persuni naturali mal-lista u jemenda d-dejta ta’ identifikazzjoni rigward sitt persuni naturali u persuna ġuridika waħda jew entità fuq dik il-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

João VALE DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandhom jitħassru:

(a)

Waldenberg AG (alias (a) Al Taqwa Trade, Property and Industry; (b) Al Taqwa Trade, Property and Industry Company Limited; (c) Al Taqwa Trade, Property and Industry Establishment; (d) Himmat Establishment). Indirizz: (a) Asat Trust Reg., Altenbach 8, FL-9490 Vaduz, il-Liechtenstein; (b) Via Posero, 2, 22060 Campione d'Italia, l-Italja. Tagħrif ieħor: F’likwidazzjoni

(b)

Youssef M. Nada, Via Riasc 4, CH-6911 Campione d’Italia I, l-Italja.

(c)

Youssef M. Nada & Co. Gesellschaft m.b.H. Indirizz: Kaertner Ring 2/2/5/22, A-1010 Vienna, l-Awstrija. Tagħrif ieħor: Kumpanija li xxoljiet f'Ottubru 2002, tħassret mir-Reġistru tal-Kumpaniji sa minn Novembru 2002.

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

Akram Turki Hishan Al-Mazidih (alias (a) Akram Turki Al-Hishan, (b) Abu Jarrah, (c) Abu Akram). Data tat-twelid: (a) 1974, (b) 1975 (c) 1979. Indirizz: Zabadani, Repubblika Għarbija Sirjana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 11.3.2010.

(b)

Ghazy Fezza Hishan Al-Mazidih (alias (a) Ghazy Fezzaa Hishan, (b) Mushari Abd Aziz Saleh Shlash, (c) Abu Faysal, (d) Abu Ghazzy). Data tat-twelid: (a) 1974, (b) 1975. Indirizz: Zabadani, Repubblika Għarbija Sirjana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 11.3.2010.

(3)

L-annotazzjoni “Global Relief Foundation (GRF) (alias (a) Fondation Secours Mondial (FSM), (b) Secours mondial de France (SEMONDE), (c) Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l., (d) Fondation Secours Mondial v.z.w, (e) FSM, (f) Stichting Wereldhulp — België, v.z.w., (g) Fondation Secours Mondial — Kosova, h) Fondation Secours Mondial “World Relief”. Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika; (c) 49 rue du Lazaret, 67100 Strasburgu, Franza; (d) Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju; (e) Rue des Bataves 69, 1040 Etterbeek (Brussell), il-Belġju; (f) PO Box 6, 1040 Etterbeek 2 (Brussell), il-Belġju; (g) Mula Mustafe Baseskije Street 72, Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina; (h) Put Mladih Muslimana Street 30/A, Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina; (i) 64 Potur Mahala Street, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina; (j) Rr. Skenderbeu 76, Lagjja Sefa, Gjakova, il-Kosovo; (k) Ylli Morina Road, Djakovica, il-Kosovo; (l) Rruga e Kavajes, Building No. 3, Apartment No 61, PO Box 2892, Tirana, l-Albanija; (m) House 267 Street No 54, Sector F — 11/4, Islamabad, il-Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet barranin oħra: l-Afganistan, l-Azerbajġan, il-Bangladexx, iċ-Ċeċnija (ir-Russja), iċ-Ċina, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Ingushetia (ir-Russja), l-Iraq, il-Ġordan, il-Libanu, ix-Xatt tal-Punent u Gaża, is-Sierra Leone, is-Somalja u s-Sirja; (b) Identifikazzjoni Federali ta' min Iħaddem tal-Istati Uniti tal-Amerika: 36-3804626; (c) V.A.T. In-numru: BE 454419759; (d) L-indirizzi tal-Belġju huma dawk tal-Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l u Fondation Secours Mondial vzw. u Stichting Wereldhulp — België, v.z.w mill-1998. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.10.2002.” taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandha tinbidel bi:

Global Relief Foundation (GRF) (alias (a) Fondation Secours Mondial (FSM), (b) Secours mondial de France (SEMONDE), (c) Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l., (d) Fondation Secours Mondial v.z.w, (e) FSM, (f) Stichting Wereldhulp — België, v.z.w., (g) Fondation Secours Mondial — Kosova, h) Fondation Secours Mondial “World Relief”. Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika; (c) 49 rue du Lazaret, 67100 Strasburgu, Franza; (d) Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju; (e) Rue des Bataves 69, 1040 Etterbeek (Brussell), il-Belġju; (f) PO Box 6, 1040 Etterbeek 2 (Brussell), il-Belġju; (g) Mula Mustafe Baseskije Street 72, Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina; (h) Put Mladih Muslimana Street 30/A, Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina; (i) 64 Potur Mahala Street, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina; (j) Rr. Skenderbeu 76, Lagjja Sefa, Gjakova, il-Kosovo; (k) Ylli Morina Road, Djakovica, il-Kosovo; (l) Rruga e Kavajes, Building No. 3, Apartment No 61, PO Box 2892, Tirana, l-Albanija; (m) House 267 Street No 54, Sector F — 11/4, Islamabad, il-Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet barranin oħra: l-Afganistan, l-Azerbajġan, il-Bangladexx, iċ-Ċina, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, il-Ġordan, il-Libanu, ix-Xatt tal-Punent u Gaża, is-Sierra Leone, is-Somalja u s-Sirja. (b) Identifikazzjoni Federali ta' min Iħaddem tal-Istati Uniti tal-Amerika: 36-3804626; (c) V.A.T. In-numru: BE 454419759; (d) L-indirizzi tal-Belġju huma dawk tal-Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l u Fondation Secours Mondial vzw. u Stichting Wereldhulp — België, v.z.w mill-1998. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.10.2002.

(4)

L-annotazzjoni “Mohamed Abu Dhess (alias (a) Yaser Hassan, imwieled 1.2.1966, (b) Abu Ali Abu Mohamed Dhees, imwieled 1.2.1966 f’Hasmija, (c) Mohamed Abu Dhess, imwieled 1.2.1966 f’Hashmija, l-Iraq). Data tat-twelid: (a) 22.2.1964, (b) 1.2.1966. Post tat-twelid: Irbid, il-Ġordan. Ċittadinanza: Ġordanjana. Numru tal-passaport: (a) Dokument Internazzjonali tal-ivvjaġġar Ġermaniż Nru 0695982, skadut; (b) Dokument Internazzjonali tal-ivvjaġġar Ġermaniż Nru 0785146, validu sat-8.4.2004. Tagħrif ieħor: (a) Isem tal-missier: Mouhemad Saleh Hassan; (b) Isem tal-omm: Mariam Hassan, née Chalabia; (c) Il-ħabs fil-Ġermanja sa minn Ottubru 2008. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2003.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tinbidel bi:

Mohamed Ghassan Ali Abu Dhess (alias (a) Yaser Hassan, imwieled 1.2.1966, (b) Abu Ali Abu Mohamed Dhees, imwieled 1.2.1966 f’Hasmija, (c) Mohamed Abu Dhess, imwieled 1.2.1966 f’Hashmija, l-Iraq). Data tat-twelid: (a) 22.6.1966, (b) 1.2.1966. Post tat-twelid: Irbid, il-Ġordan. Ċittadinanza: Ġordanjana. Numru tal-passaport: (a) Dokument Internazzjonali tal-ivvjaġġar Ġermaniż Nru 0695982, skadut; (b) Dokument Internazzjonali tal-ivvjaġġar Ġermaniż Nru 0785146, validu sat-8.4.2004. Tagħrif ieħor: (a) Isem tal-missier: Mouhemad Saleh Hassan; (b) Isem tal-omm: Mariam Hassan, née Chalabia; (c) Il-ħabs fil-Ġermanja sa minn Ottubru 2008. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2003.

(5)

L-annotazzjoni “Ismail Mohamed Ismail Abu Shaweesh. Data tat-twelid: 10.3.1977. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Ċittadinanza: Palestinjan bla stat. Numru tal-passaport: (a) 0003684 (Dokument tal-ivjaġġar Eġizzjan), (b) 981354 (Passaport Eġizzjan). Tagħrif ieħor: Miżmum fil-ħabs ta' Weiterstadt, il-Ġermanja, mit-22 ta' Mejju 2005” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tinbidel bi:

Ismail Mohamed Ismail Abu Shaweesh. Data tat-twelid: 10.3.1977. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Ċittadinanza: Palestinjan bla stat. Numru tal-passaport: (a) 0003684 (Dokument tal-ivjaġġar Eġizzjan), (b) 981354 (Passaport Eġizzjan). Tagħrif ieħor: Miżmum fil-ħabs il-Ġermanja sa mit-22.5.2005. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 2.8.2006.

(6)

L-annotazzjoni Yasser Mohamed Ismail Abu Shaweesh (alias Yasser Mohamed Abou Shaweesh). Data tat-twelid: 20.11.1973. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Numru tal-passaport: (a) 939254 (dokument tal-ivvjaġġar Eġizzjan), (b) 0003213 (passaport Eġizzjan), (c) 981358 (passaport Eġizzjan), (d) “C00071659” (sostitut tal-passaport maħruġ fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja). Tagħrif ieħor: Miżmum il-ħabs f'Wuppertal, il-Ġermanja sa minn Jannar 2005’ taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tinbidel bi:

Yasser Mohamed Ismail Abu Shaweesh (alias Yasser Mohamed Abou Shaweesh). Data tat-twelid: 20.11.1973. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Numru tal-passaport: (a) 939254 (dokument tal-ivvjaġġar Eġizzjan), (b) 0003213 (passaport Eġizzjan), (c) 981358 (passaport Eġizzjan), (d) “C00071659” (sostitut tal-passaport maħruġ fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja). Tagħrif ieħor: Miżmum fil-ħabs il-Ġermanja sa minn Jannar 2005. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.

(7)

L-annotazzjoni “Aschraf Al-Dagma (alias Aschraf Al Dagma). Data tat-twelid: 28.4.1969. Post tat-twelid: (a) Absan, Strixxa ta’ Gaza, Territorji Palestinjani, (b) Kannyouiz, Territorji Palestinjani. Ċittadinanza: Għadha mhix verifikata/Oriġini Palestinjana Numru tal-passaport: Dokument tal-ivjaġġar tar-refuġjati maħruġ minn Landratsamt Altenburger Land (uffiċċju tal-Amministrazzjoni tal-Kontea ta’ Altenburg), il-Ġermanja, datat it-30 ta' April 2000. Tagħrif ieħor: Miżmum fil-ħabs il-Ġermanja sa minn Ottubru 2008. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2003” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tinbidel bi:

Aschraf Al-Dagma (alias Aschraf Al Dagma). Data tat-twelid: 28.4.1969. Post tat-twelid: (a) Absan, Strixxa ta’ Gaza, Territorji Palestinjani, (b) Kannyouiz, Territorji Palestinjani. Ċittadinanza: Għadha mhix verifikata/oriġini Palestinjana. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivjaġġar tar-refuġjati maħruġ minn Landratsamt Altenburger Land (uffiċċju tal-Amministrazzjoni tal-Kontea ta' Altenburg), il-Ġermanja, datat it-30.4.2000. Tagħrif ieħor: Fil-Ġermanja sa minn Frar 2010. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2003.

(8)

L-annotazzjoni “Shamil Salmanovich Basayev (Басаев Шамиль Салманович) (alias (a) Abdullakh Shamil Abu-Idris, (b) Shamil Basaev, (c) Basaev Chamil, (d) Basaev Shamil Shikhanovic, (e) Terek, (f) Lysy, (g) Idris, (h) Besznogy, (i) Amir, (j) Rasul, (k) Spartak, (l) Pantera-05, (m) Hamzat, (n) General, (o) Baisangur I, (p) Walid, (q)Al-Aqra, (r) Rizvan, (s) Berkut, (t) Assadula). Data tat-twelid: 14.1.1965. Post tat-twelid: (a) Dyshni-Vedeno, Distrett ta’ Vedensk, ir-Repubblika Sovjetika Soċjalista Awtonoma ta' Chechen-Ingush, il-Federazzjoni Russa, (b) Distrett ta’ Vedenskiey, ir-Repubblika ta’ Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa. Ċittadinanza: Russa Numru tal-passaport: 623334 (Passaport Russu, Jannar 2002). Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni: IY-OZH No 623334 (maħruġ fid-9.6.1989 mid-distrett ta’ Vedensk). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.8.2003” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tinbidel bi:

Shamil Salmanovich Basayev (Басаев Шамиль Салманович) (alias (a) Abdullakh Shamil Abu-Idris, (b) Shamil Basaev, (c) Basaev Chamil, (d) Basaev Shamil Shikhanovic, (e) Terek, (f) Lysy, (g) Idris, (h) Besznogy, (i) Amir, (j) Rasul, (k) Spartak, (l) Pantera-05, (m) Hamzat, (n) General, (o) Baisangur I, (p) Walid, (q)Al-Aqra, (r) Rizvan, (s) Berkut, (t) Assadula). Data tat-twelid: 14.1.1965. Post tat-twelid: (a) Dyshni-Vedeno, Distrett ta’ Vedensk, ir-Repubblika Sovjetika Soċjalista Awtonoma ta' Chechen-Ingush, il-Federazzjoni Russa, (b) Distrett ta’ Vedenskiey, ir-Repubblika ta’ Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa. Ċittadinanza: Russa Numru tal-passaport: 623334 (Passaport Russu, Jannar 2002). Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni: IY-OZH No 623334 (maħruġ fid-9.6.1989 mid-distrett ta’ Vedensk). Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li hu mejjet sa mill-2006. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.8.2003.

(9)

L-annotazzjoni “Dawood Ibrahim Kaskar (alias (a) Dawood Ebrahim, (b) Sheikh Dawood Hassan, (c) Abdul Hamid Abdul Aziz, (d) Anis Ibrahim, (e) Aziz Dilip, (f) Daud Hasan Shaikh Ibrahim Kaskar, (g) Daud Ibrahim Memon Kaskar, (h) Dawood Hasan Ibrahim Kaskar, (i) Dawood Ibrahim Memon, (j) Dawood Sabri, (k) Kaskar Dawood Hasan, (l) Shaikh Mohd Ismail Abdul Rehman, (m) Dowood Hassan Shaikh Ibrahim, (n) Ibrahim Shaikh Mohd Anis, (o) Shaikh Ismail Abdul, (p) Hizrat). Titlu: (a) Sheikh, (b) Shaikh. Indirizz: (a) White House, Near Saudi Mosque, Clifton, Karachi, il-Pakistan, (b) House Nu 37 – 30th Street – defence, Housing Authority, Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: 26.12.1955. Post tat-twelid: (a) Bombay, (b) Ratnagiri, l-Indja. Ċittadinanza: Indjana. Numru tal-passaport: (a) A-333602 (passaport Indjan maħruġ fl-4.6.1985 f'Bombay, l-Indja), (b) M110522 (passaport Indjan maħruġ fit-13.11.1978 f'Bombay, l-Indja), (c) R841697 (passaport Indjan maħruġ fis-26.11.1981 f'Bombay), (d) F823692 (JEDDAH) (passaport Indjan maħruġ minn KĠI f'Jeddah, fit-2.9.1989), (e) A501801 (BOMBEJ) (passaport Indjan maħruġ fis-26.7.1985), (f) K560098 (BOMBEJ) passaport Indjan maħruġ fit-30.7.1975), (g) V57865 (BOMBEJ) (maħruġ fit-3.10.1983), (h) P537849 (BOMBEJ) (maħruġ fit-30.7.1979), (i) A717288 (MISUSE) (maħruġ fit-18.8.1985 f'Dubaj, (j) G866537 (MISUSE) (passaport Pakistani maħruġ fit-12.8.1991 f'Rawalpindi). Tagħrif ieħor: (a) passaport Nru A-333602 ġie rrevokat mill-Gvern tal-Indja, (b) mandat ta' arrest internazzjonali maħruġ mill-Gvern tal-Indja” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tinbidel bi:

Dawood Ibrahim Kaskar (alias (a) Dawood Ebrahim, (b) Sheikh Dawood Hassan, (c) Abdul Hamid Abdul Aziz, (d) Anis Ibrahim, (e) Aziz Dilip, (f) Daud Hasan Shaikh Ibrahim Kaskar, (g) Daud Ibrahim Memon Kaskar, (h) Dawood Hasan Ibrahim Kaskar, (i) Dawood Ibrahim Memon, (j) Dawood Sabri, (k) Kaskar Dawood Hasan, (l) Shaikh Mohd Ismail Abdul Rehman, (m) Dowood Hassan Shaikh Ibrahim, (n) Ibrahim Shaikh Mohd Anis, (o) Shaikh Ismail Abdul, (p) Hizrat). Titlu: (a) Sheikh, (b) Shaikh. Indirizz: (a) White House, Near Saudi Mosque, Clifton, Karachi, il-Pakistan, (b) House Nu 37 – 30th Street – defence, Housing Authority, Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: 26.12.1955. Post tat-twelid: (a) Bombay, (b) Ratnagiri, l-Indja. Ċittadinanza: Indjana. Numru tal-passaport: (a) A-333602 (passaport Indjan maħruġ fl-4.6.1985 f'Bombay, l-Indja), (b) M110522 (passaport Indjan maħruġ fit-13.11.1978 f'Bombay, l-Indja), (c) R841697 (passaport Indjan maħruġ fis-26.11.1981 f'Bombay), (d) F823692 (JEDDAH) (passaport Indjan maħruġ minn KĠI f'Jeddah, fit-2.9.1989), (e) A501801 (BOMBEJ) (passaport Indjan maħruġ fis-26.7.1985), (f) K560098 (BOMBEJ) passaport Indjan maħruġ fit-30.7.1975), (g) V57865 (BOMBEJ) (maħruġ fit-3.10.1983), (h) P537849 (BOMBEJ) (maħruġ fit-30.7.1979), (i) A717288 (MISUSE) (maħruġ fit-18.8.1985 f'Dubaj, (j) G866537 (MISUSE) (passaport Pakistani maħruġ fit-12.8.1991 f'Rawalpindi) (k) C-267185 (maħruġ mill-Karachi f'Lulju 1996), (l) H-123259 (maħruġ f'Lulju 2001), (m) G-869537 (maħruġ f'Rawalpindi), (n) KC-285901. Tagħrif ieħor: Passaport Nru A-333602 ġie rrevokat mill-Gvern tal-Indja. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.11.2003.


26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/44


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 263/2010

tal-25 ta’ Marzu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

126,5

JO

64,0

MA

114,8

TN

135,9

TR

89,8

ZZ

106,2

0707 00 05

JO

75,8

MA

75,4

TR

135,4

ZZ

95,5

0709 90 70

MA

143,0

TR

106,8

ZZ

124,9

0805 10 20

EG

42,9

IL

52,4

MA

51,1

TN

47,9

TR

63,7

ZZ

51,6

0805 50 10

EG

66,4

IL

91,6

MA

49,1

TR

66,5

ZA

69,5

ZZ

68,6

0808 10 80

AR

87,7

BR

88,2

CA

100,2

CL

86,9

CN

72,9

MK

24,7

US

131,5

UY

68,2

ZA

82,0

ZZ

82,5

0808 20 50

AR

87,1

CL

74,0

CN

35,0

US

134,2

UY

106,8

ZA

98,3

ZZ

89,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 264/2010

tal-25 ta’ Marzu 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 253/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 79, 25.3.2010, p. 11.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Marzu 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

35,27

0,70

1701 11 90  (1)

35,27

4,32

1701 12 10  (1)

35,27

0,57

1701 12 90  (1)

35,27

4,03

1701 91 00  (2)

36,48

6,99

1701 99 10  (2)

36,48

3,39

1701 99 90  (2)

36,48

3,39

1702 90 95  (3)

0,36

0,31


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/179/PESK

tal-11 ta’ Marzu 2010

b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC fil-kontroll ta’ armi fil-Balkani tal-Punent, fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u tal-munizzjon tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-akkumulazzjoni eċċessiva u bla kontroll u t-tixrid tal-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW - small arms and light weapons) żiedu l-insigurtà fil-Ewropa tax-Xlokk, waqt li tħarrxu l-konflitti fir-reġjun u ddgħajfet l-opportunità ta’ paċi wara l-konflitt, b’hekk inħolqot theddida serja għal-paċi u s-sigurtà fir-reġjun.

(2)

Fil-15-16 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u tal-munizzjoni tagħhom (Strateġija tal-UE dwar is-SALW) li tistabbilixxi linji gwida għall-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-SALW.

(3)

L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tidentifika fost l-objettivi tagħha li jitrawwem multilateraliżmu effettiv sabiex jissawru mekkaniżmi, kemm internazzjonali, reġjonali jew fl-UE u l-Istati Membri tagħha, kontra l-forniment u t-tixrid destabbilizzanti tas-SALW u tal-munizzjoni tagħhom. L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tidentifika wkoll lill-Balkani tal-Punent bħala wieħed mir-reġjuni l-aktar milquta mill-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tal-armi.

(4)

Taħt il-patroċinju tal-Programm tal-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) u l-Patt preċedenti ta’ Stabbilità għall-Ewropa tax-Xlokk (mill-2008 ‘l hawn magħruf bħala l-Kunsill Reġjonali għall-Koperazzjoni), ġie stabbilit “Ċentru ta’ skambju ta’ informazzjoni tal-Ewropa tax-Xlokk u tal-Lvant għall-kontrol tal-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir” (SEESAC). Is-SEESAC jinsab f’Belgrad u jikkonsisti f’unità teknika ta’ appoġġ, li tappoġġa numru ta’ attivitajiet operattivi fil-livelli reġjonali u nazzjonali.

(5)

L-objettivi segwiti mis-SEESAC jinkludu l-prevenzjoni tal-proliferazzjoni u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u tal-munizzjoni tagħhom fl-Ewropa tax-Xlokk kollha. Is-SEESAC jagħmel enfasi partikolari fuq l-iżvilupp ta’ proġetti reġjonali biex tiġi indirizzata r-realtà tal-flussi transkonfinali tal-armi.

(6)

L-UE preċedentement appoġġat lis-SEESAC permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/842/PESK tal-21 ta’ Ottubru 2002, li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK, estiża u emendata bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/807/PESK tas-17 ta’ Novembru 2003 u 2004/791/PESK tat-22 ta’ Novembru 2004. L-implimentazzjoni ta’ dawn id-Deċiżjonijiet ġiet ivvalutata pożittivament mill-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-UE għandha taħdem għall-promozzjoni tas-sigurtà u l-paċi fil-Balkani tal-Punent permezz ta’ appoġġ għal multilateraliżmu effettiv u għal inizjattivi reġjonali rilevanti bil-għan li jitnaqqas ir-riskju għall-paċi u s-sigurtà bil-proliferazzjoni u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u tal-munizzjoni tagħhom.

2.   Sabiex jinkiseb l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1, l-UE ser tappoġġa proġett tas-SEESAC bil-għan li titnaqqas it-theddida li s-SALW tippreżenta għas-sigurtà fil-Balkani tal-Punent. L-attivitajiet li għandhom ikunu appoġġati mill-UE għandhom ikollhom l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

it-titjib tal-ġestjoni u s-sigurtà tal-kumulu ta’ ħażniet insikuri u instabbli ta’ armi u munizzjoni;

it-tnaqqis tal-kumulu ta’ ħażniet disponibbli ta’ armi u munizzjoni permezz ta’ attivitajiet ta’ distruzzjoni;

it-tisħiħ tal-kontrolli fuq is-SALW, ukoll permezz tal-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali u nazzjonali dwar l-immarkar u t-traċċar fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u t-titjib tal-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-armi.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mis-SEESAC. Huwa għandu jwettaq il-kompitu tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan l-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mas-SEESAC.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 1 600 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hi għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-UNDP, f’isem is-SEESAC. Il-ftehim għandu jistipula li s-SEESAC għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-UE, adegwatament skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mis-SEESAC. Dawn ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha jekk ma jkunx ġie konkluż ftehim ta’ finanzjament f’dak il-perijodu.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BLANCO


ANNESS

KONTRIBUZZJONI TAL-UE GĦAL PROĠETT TAS-SEESAC DWAR IS-SALW FIL-BALKANI TAL-PUNENT

1.   Introduzzjoni

L-akkumulazzjoni fuq skala kbira ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) fl-Ewropa tax-Xlokk ġiet rikonoxxuta bħala sfida importanti għall-paċi u s-sigurtà mill-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW. Il-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent kienu ta’ tħassib partikolari minħabba l-akkumulazzjoni storika ta’ armi u l-kumulu ta’ ħażniet ta’ munizzjonijiet. Dan ir-reġjun mhux biss jibqa direttament milqut mill-proliferazzjoni tas-SALW u tal-munizzjoni tagħhom, iżda jkompli wkoll jippreżenta risjki ta’ traffikar tal-armi għal żoni ta’ konflitt band oħra.

Attwalment l-isfida prinċipali għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hija l-implimentazzjoni prattika tal-impenji legali u politiċi tagħhom fil-qasam tal-kontroll tas-SALW, inkluż il-Programm tan-NU ta’ Azzjoni fuq s-SALW u l-Istrument Internazzjonali ta’ Markar u Traċċar (ITI).

Konsegwentement, biex jiġi mminimizzat ir-riskju tal-proliferazzjoni tas-SALW, hu kruċjali li tiżdied is-sikurezza tal-kumulu tal-ħażniet eżistenti tas-SALW u l-munizzonijiet, li jinqered l-ammont żejjed u jiġu stabbiliti kontrolli aktar stretti fuq is-SALW, anke permezz tal-implimentazzjoni fil-livell reġjonali tal-ITI u t-titjib tal-proċess ta’ reġistrazzjoni. Dawn l-objettivi u l-attivitajiet huma konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW. Is-SEESAC jipproponi li tmexxi proġġetti relatati ma’ dawn it-tliet oqsma ta’ attivitajiet.

2.   Deskrizzjoni tal-proġett

2.1.   Ġestjoni Mtejba tal-Kumulu ta’ Ħażniet

2.1.1.   Moduli ta’ Taħriġ Reġjonali dwar il-Ġestjoni tal-Kumulu ta’ Ħażniet tas-SALW

Sabiex tiġi assistita ż-żieda tas-sikurezza u s-sigurtà tal-kumulu ta’ ħażniet tal-armi u l-munizzjoni, il-proġett jipprevedi l-iżvilupp ta’ tliet moduli ta’ taħriġ għall-uffiċjali responsabbli għar-riżorsi materjali fil-Ministeri tad-Difiża u l-Ministeri tal-Intern tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Il-kors ser jiġi offrut lill-iskwadri ta’ spezzjoni u l-uffiċjali biex jgħinuhom jiffamiljarizzaw ruħhom mal-aħjar prattika fil-metodi tekniċi tal-ġestjoni tal-kumulu ta’ ħażniet.

L-implimentazzjoni tal-proġett ser tirriżulta f’aktar sensibilizzazzjoni dwar l-istandards internazzjonali u l-aħjar prattika fil-ġestjoni tal-kumulu ta’ ħażniet. Il-livell u l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ ġestjoni tal-kumulu ta’ ħażniet ser tissaħħaħ u b’hekk jiżdiedu s-sikurezza u s-sigurtà tal-kumulu ta’ ħażniet.

2.1.2.   Sikurezza u sigurtà mtejba fis-siti ta’ ħażniet tas-SALW u tal-munizzjoni

Il-proġett ser itejjeb is-sikurezza u s-sigurtà tas-siti tal-ħażniet tal-armi u l-munizzjoni fil-Balkani tal-Punent billi tingħata assistenza teknika u infrastrutturali sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ ħażniet sikur. L-attivitajiet tal-proġett ser jassistu lill-Ministeri tad-Difiża fil-Bosnja u Ħerzegovina u l-Montenegro kif ukoll lill-Ministerju tal-Intern tar-Repubblika tal-Kroazja fl-akkwist u l-istallazzjoni tat-tagħmir meħtieġ biex jiġu żgurati l-kumulu ta’ ħażniet tal-armi u l-munizzjoni. Ser jingħata taħriġ lill-persunal responsabbli għall-ġestjoni tal-kumulu ta’ ħażniet

Il-proġett ser jirriżulta f’aktar dispożizzjonijiet ta’ sigurtà u kontroll ta’ aċċess fis-siti magħżula u b’hekk titjieb is-sikurezza għall-kumulu ta’ ħażniet tal-munizzjoni. Bħala konsegwenza r-riskju ta’ serq; u ta’ splużjonijiet mhux ikkontrollati ser jitnaqqsu b’mod sinifikanti permezz ta’ kontroll aħjar tal-istat tal-munizzjoni u l-armi.

2.2.   Distruzzjoni tas-SALW

L-objettiv tal-proġett hu li tiżdied is-sigurtà u jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni billi jitnaqqsu b’mod sinifikanti n-numru tal-armi żejda maħżuna. Sabiex jitnaqqsu s-SALW żejda miżmuma mill-Ministeri tal-Intern fil-Kroazja u s-Serbja, il-proġett ser iwettaq diversi attivitajiet ta’ distruzzjoni tas-SALW. Fil-Kroazja, il-proġett jipprevedi d-distruzzjoni ta’ madwar 30 000 armi. Fis-Serbja, in-numru ta’ armi li għandhom jinqerdu hu stmat għal 40 000.

Il-proġett ser jirriżulta f’numru mnaqqas b’mod sinifikanti ta’ SALW żejda u kkonfiskati fil-ħażniet tal-Ministerju tal-Intern fil-Kroazja u s-Serbja. Id-distruzzjoni ta’ armi rkuprati ser tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-prevenzjoni ta’ aktar proliferazzjoni tas-SALW. Barra minn hekk, dan ser iwassal għal sigurtà mtejba kif ukoll għal aktar sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet tas-SALW f’dawn iż-żewġ pajjiżi.

2.3.   Aktar kontrolli fuq is-SALW

2.3.1.   Żvilupp ta’ sistemi nazzjonali ta’ reġistrazzjoni u taż-żamma ta’ rekords tal-armi

Il-proġett ser jipprovdi żvilupp jew aġġornament tas-sistemi għar-reġistrazzjoni, il-liċenzjar u ż-żamma ta’ rekords tal-armi. Is-sistemi ta’ reġistrazzjoni ser jinkludu operazzjonijiet relatati mar-rintraċċar ta’ armi tan-nar proprjetà ta’ individwu u/jew entità ġuridika u l-ammont ta’ munizzjoni awtorizzata tista’ tkun fil-pussess tiegħu. L-appoġġ għaż-żamma ta’ rekords ser jinkludi l-iżvilupp ta’ prodott/i software li jidentifikaw mhux biss l-armi fil-pussess taċ-ċivili iżda wkoll operazzjonijiet relatati mal-ġestjoni ta’ armi, munizzjoni u/jew splussivi f’imħażen ta’ armi, f’imħażen jew armeriji approvati, bħal stazzjon tal-pulizija lokali jew sit ċentrali ta’ ħażniet. Ser ikun possibbli li jiġu identifikati l-armi, l-utenti u l-postijiet tal-ħażniet tat-tagħmir, meta ma jkunx qed jiġu użati. L-attivitajiet tal-proġett ser jipprovdu wkoll għal infrastruttura teknika adegwata għall-implimentazzjoni tas-software ta’ reġistrazzjoni tal-armi.

L-iżvilupp u l-istabbiliment ta’ sistema jew sistemi elettroniċi għar-reġistrazzjoni u ż-żamma ta’ rekords tal-armi ser jirriżultaw fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni u ż-żamma ta’ rekords stabbiliti taħt il-Protokoll tan-NU ta’ Armi tan-Nar u l-ITI.

2.3.2.   Ġbir u reġistrazzjoni tal-armi

Il-proġett jimmira li jappoġġa l-ġbir ta’ kwalunkwe arma, tagħmir splussiv, artillerija u munizzjoni assoċjata, inkluż permezz tal-leġislazzjoni ta’ armi fil-pusses taċ-ċivili permezz tar-reġistrazzjoni tagħhom.

L-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni pubblika ser ikunu kkoordinati mill-kumitati li jikkonsistu minn speċjalisti tal-Ministeri tal-Intern u l-UNDP/SEESAC, flimkien ma’ esperti tar-Relazzjonijiet Pubbliċi rilevanti oħra fejn meħtieġ, sabiex jixxerdu b’mod korrett id-dettalji tal-leġislazzjoni u r-rilaxx volontarju ta’ armi tan-nar illegali. Il-kampanji ser jiffokaw fuq il-mezzi lokali ta’ tixrid li jistgħu jilħqu l-livell nazzjoali b’mod effettiv ħafna. It-tixrid ta’ informazzjoni lokali ser jissaħħaħ fil-livell nazzjonali permezz ta’ rappurtar, intervisti, u dokumentarji. L-informazzjoni dwar il-kampanji ser titwettaq permezz tal-media elettronika u miktuba. Il-messaġġi tal-kampanja ser ikunu pożittivi u juru l-implimentazzjoni tal-liġi fil-prattika.

Il-proġett ser isaħħaħ is-sigurtà fil-Balkani tal-Punent kollha billi jneħħi l-armi perikolużi mit-toroq permezz ta’ komunikazzjoni reċiproka bejn il-pubbliku u l-pulizija. B’mod partikolari, il-proġett ser jilħaq il-gruppi ta’ kull età li għandhom l-armi illegali fil-pussess tagħhom u dawk kollha li għandhom il-ħsieb li jakkwistaw l-armi.

2.3.3.   Seminar reġjonali dwar immarkar u traċċar

Il-proġett jipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ seminar reġjonali ta’ jumejn provviżorjament previst li jinżamm f’Belgrad, is-Serbja. Is-seminar ser jipprovdi aġġornament dwar l-adeżjoni ma’ strumenti internazzjonali u l-adozzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali dwar immarkar u traċċar fil-Balkani tal-Punent. Is-seminar ser jipprovdi għal reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali. L-objettiv speċifiku ser ikun l-implimentazzjoni tar-rekwiżit għall-immarkar ta’ armi importati taħt il-Protokoll tan-NU ta’ Armi tan-Nar.

Il-parteċipanti f’dan is-seminar reġjonali ser jinkludu, fost l-oħrajn, rappreżentanti mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi NGOs, industriji nazzjonali; u esperti tekniċi mill-Istati Membri tal-UE. Hu mistenni li sa 50 parteċipant ser jattendi dan is-seminar.

Is-seminar ser jipproduċi rapport tal-preżentazzjonijiet u d-diskussjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet. Id-dokumenti tas-seminar ser ikunu disponibbli fuq l-Internet.

3.   Tul ta’ żmien

It-tul ta’ żmien totali tal-proġett hu stmat li jkun ta’ 24 xahar.

4.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji tal-proġett huma l-istituzzjonijiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent responsabbli għall-kontroll tal-armi u tal-ġestjoni tal-kumulu ta’ ħażniet.

Il-popolazzjoni ġenerali tal-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent ser tibbenefika mill-proġett billi jitnaqqas ir-riskju tal-insigurtà u l-instabbiltà li jirriżultaw mill-proliferzzjoni mxerrda tas-SALW.


26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Marzu 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2008/911/KE li tistabbilixxi lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1867)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/180/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16f tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, ifformulati fis-6 ta’ Novembru 2008 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Erbali,

Billi:

(1)

Il-Mentha x piperita L. tista’ titqies bħala sustanza erbali, preparazzjoni erbali jew taħlitiet tagħhom fit-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE u tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(2)

Għaldaqstant jixraq li l-Mentha x piperita L tiġi inkluża fil-lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjoniet u taħlitiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE (2).

(3)

Sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u l-kontradizzjonijiet possibbli bejn l-Annessi u l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni 2008/911/KE, jixraq li jitneħħew r-referenzi għal sustanzi waħdanin f’dawk l-Artikoli.

(4)

Id-Deċiżjoni 2008/911/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/911/KE tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Lista ta’ sustanzi erbali, preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali hija stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 2

L-indikazzjonijiet, id-dożaġġi speċifikati u l-pożoloġija, kif jittieħdu u kull informazzjoni oħra meħtieġa għall-użu bla periklu tas-sustanzi erbali bħala prodott mediċinali tradizzjonali relevanti għas-sustanzi erbali elenkati fl-Anness I huma stabbiliti fl-Anness II.”.

(2)

L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(2)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 42.


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/911/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, is-sustanza li ġejja tiddaħħal wara Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. dulce (Miller) Thellung (Bużbież ħelu, frott):

Mentha x piperita L.”

(2)

Fl-Anness II, dan li ġej jiddaħħal wara r-reġistrazzjoni marbuta ma’ Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. dulce (Miller) Thellung, fructus:

REĠISTRAZZJONI FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR MENTHA x PIPERITA L., AETHEROLEUM

L-isem xjentifiku tal-pjanta

Mentha x piperita L.

Familja botanika

Lamiaceae (Labiatae)

Preparazzjoni(jiet) erbali

Żejt tal-peppermint: żejt essenzjali miksub permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mill-partijiet arjali friski tal-pjanta ffjurita

Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea

Żejt tal-peppermint – Menthae piperitae aetheroleum (01/2008:0405)

Indikazzjoni(jiet)

Prodott tal-mediċina erbali użat tradizzjonalment

1.

Għas-serħan mis-sintomi tas-sogħla u l-irjiħat;

2.

Għas-serħan sintomatiku minn uġigħ muskolari lokalizzat;

3.

Għas-serħan sintomatiku ta’ kundizzjonijiet pruritiċi lokalizzati f’ġilda intatta.

Il-prodott huwa prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-użu f’indikazzjonijiet speċifikati msejsa esklużivament fuq użu fit-tul.

Tip ta’ tradizzjoni

Ewropea

Dożaġġ speċifikat

Indikazzjonijiet 1, 2 u 3

Doża waħda

Tfal ta’ età bejn l-4 u l-10 snin

Preparazzjonijiet semi-solidi 2-10 %

Preparazzjonijiet idroetanoliċi 2-4 %

Tfal ta’ età bejn l-10 u t-12-il sena, adoloxxenti bejn it-12 u s-16-il sena

Preparazzjonijiet semi-solidi 5-15 %

Preparazzjonijiet idroetanoliċi 3-6 %

Adoloxxenti ta’ aktar minn 16-il sena, adult

Preparazzjonijiet semi-solidi u żejtnin 5-20 %

Fi preparazzjonijiet akweoetanoli 5-10 %

F’ingwenti nażali 1-5 % żejt essenzjali.

Pożoloġija speċifikata

Sa tliet darbiet kuljum

L-użu fit-tfal taħt is-sentejn huwa kontraindikat (ara “l-Kontraindikazzjonijiet”).

L-użu mhuwiex irrakkomandat għat-tfal li jkollhom bejn sentejn u 4 snin (ara “t-Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu”).

Kif tittieħed

B’mod kutanju u transdermali.

Tul ta’ żmien tal-użu jew restrizzjonijiet oħra fuq it-tul ta’ żmien tal-użu

Indikazzjoni 1

M’għandhiex tintuża għal aktar minn ġimagħtejn.

Indikazzjonijiet 2 u 3

Mhux irrakkomandat li dan il-prodott mediċinali jintuża kontinwament għal aktar minn 3 xhur.

Jekk is-sintomi jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Kwalunkwe tagħrif ieħor meħtieġ għal użu bla periklu

Kontraindikazzjonijiet

It-tfal taħt is-sentejn, billi l-mentol jista’ jikkawża l-apnea fir-riflessi u spażmi tal-larinġi.

Tfal bi storja ta’ aċċessjonijiet (febrili jew le).

Ipersensittività għaż-żejt tal-peppermint jew il-mentol.

Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

ll-kuntatt mal-għajnejn wara l-applikazzjoni taż-żejt tal-peppermint jekk l-idejn ma jkunux inħaslu jista’ jikkawża irritazzjoni.

Iż-żejt tal-peppermint ma għandux jiġi applikat fuq ġilda maqsuma jew irritata.

L-użu mhuwiex irrakkomandat għat-tfal li jkollhom bejn sentejn u 4 snin, billi m’hemmx biżżejjed esperjenza disponibbli.

Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.

Tqala u treddigħ

Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat.

Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni

Ma sar l-ebda studju dwar l-effett fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

Effetti mhux mixtieqa

Ġew irrapportati reazzjonijiet ipersensittivi bħal raxx tal-ġilda, dermatite tal-kuntatt, u irritazzjoni tal-għajnejn. Dawn ir-reazjonijiet fil-biċċa l-kbira ta’ meta feġġew kienu moderati u tranżjenti. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.

Wara applikazzjoni lokali jista’ jkun hemm irritazzjoni tal-ġilda jew tal-mukoża tal-imnieħer. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.

Jekk ikun hemm reazzjonijiet negattivi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Doża eċċessiva

Ma ġie rrappurtat ebda każ ta’ doża eċċessiva. ”