ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.079.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 79

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
25 ta' Marzu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1484/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-arranġamenti għal dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 249/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chorizo Riojano (IĠP)]

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 250/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Farine de Petit Épeautre de Haute Provence (IĠP)]

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 251/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Yorkshire Forced Rhubarb (DPO)]

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 253/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/178/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja tat b’rabta ma’ ċerti attivitajiet tas-servizz tas-saħħa tal-annimali tal-Bavarja (C 24/06 (ex NN 75/2000)) (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9954)

13

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 329/08/COL tat-28 ta’ Mejju 2008 dwar l-għajnuna mogħtija lil Sementsverksmiðjan hf. (l-Islanda)

25

 

*

Deċiżjoni tal-awtorità ta’ sorveljanza tal-EFTA Nru 405/08/COL tas-27 ta’ Ġunju 2008 biex tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar tal-Islanda (L-Islanda)

40

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 248/2010

tal-24 ta’ Marzu 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1484/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-arranġamenti għal dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2007 (4) jipprovdu li, meta l-prezz CIF tal-importazzjoni ta’ kunsinna jkun ogħla mill-prezz rappreżentattiv applikabbli, l-importatur irid jippreżenta l-garanzija msemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5), li tkun daqs l-ammont ta’ dazju addizzjonali li kien ikollu jħallas li kieku l-kalkolu tad-dazju addizzjonali sar fuq il-bażi tal-prezz rappreżentattiv applikabbli għall-prodott ikkonċernat.

(2)

Madankollu, f’każ simili, l-Artikolu 38(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (6), jipprovdi li l-importatur irid jippreżenta l-garanzija msemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, li tkun daqs id-differenza bejn l-ammont ta’ dazju addizzjonali tal-importazzjoni kkalkulat abbażi tal-prezz rappreżentattiv applikabbli għall-prodott ikkonċernat u l-ammont ta’ dazju addizzjonali tal-importazzjoni kkalkulat abbażi tal-prezz CIF tal-importazzjoni tal-kunsinna kkonċernata.

(3)

Għall-finijiet tal-armonizzazzjoni tal-metodi ta’ kalkolu applikabbli fis-setturi differenti, jixraq li l-metodu pprovdut fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 504/2007 jinġieb f’konformità mal-metodu pprovdut fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(4)

L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 504/2007 jiddeterminaw il-limiti taż-żmien li fihom l-importatur irid jagħti prova li l-kunsinna ntużat skont il-kundizzjonijiet li jikkonfermaw il-korrettezza tal-prezz CIF tal-importazzjoni. Jidher li, fil-prattika, l-proċedura għall-importazzjoni u l-bejgħ tal-oġġetti skont din is-sistema saru ħafna iżjed iddivrenzjati. Fejn qabel ġeneralment operatur wieħed kien ikun responsabbli għax-xiri fil-pajjiż terz, ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-bejgħ fil-Komunità, illum il-ġurnata diversi operaturi huma involuti fl-operazzjonijiet differenti, u b’hekk spiss ikun impossibbli li jiġu rrispettati dawk il-limiti taż-żmien. Għalhekk huwa xieraq li dawk il-limiti taż-żmien jiġu estiżi.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1484/95 u (KE) Nru 504/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1484/95, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“3.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, l-importatur għandu jippreżenta l-garanzija msemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, li tkun daqs id-differenza bejn l-ammont ta’ dazju addizzjonali tal-importazzjoni kkalkulat abbażi tal-prezz rappreżentattiv applikabbli għall-prodott ikkonċernat u l-ammont ta’ dazju addizzjonali tal-importazzjoni kkalkulat abbażi tal-prezz CIF tal-importazzjoni tal-kunsinna kkonċernata.

4.   L-importatur għandu jkollu xahrejn żmien mill-ġurnata tal-bejgħ tal-prodotti kkonċernati, suġġett għal limitu ta’ disa’ xhur mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, sabiex jipprova li l-kunsinna ntużat skont kundizzjonijiet li jikkonfermaw il-korrettezza tal-prezzijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-garanzija ppreżentata tintilef f’każ li ma tkunx rispettata xi waħda minn dawn id-dati ta’ skadenza. Madankollu, il-limitu ta’ disa’ xhur żmien jista’ jiġi estiż mill-awtoritajiet kompetenti sa massimu ta’ tliet xhur oħra, fuq talba tal-importatur, li għandha tkun iġġustifikata kif xieraq.

Il-garanzija ppreżentata għandha tiġi rrilaxxata sakemm tingħata prova tal-kundizzjonijiet tal-użu għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet tad-dwana. Inkella, il-garanzija għandha tintilef bħala ħlas tad-dazji addizzjonali.”

Artikolu 2

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 504/2007, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“3.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, l-importatur għandu jippreżenta l-garanzija msemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 454/93 (*) li tkun daqs id-differenza bejn l-ammont ta’ dazju addizzjonali tal-importazzjoni kkalkulat abbażi tal-prezz rappreżentattiv applikabbli għall-prodott ikkonċernat u l-ammont ta’ dazju addizzjonali tal-importazzjoni kkalkulat abbażi tal-prezz CIF tal-importazzjoni tal-kunsinna kkonċernata.

4.   L-importatur għandu jkollu xahrejn żmien mill-ġurnata tal-bejgħ tal-prodotti kkonċernati, suġġett għal limitu ta’ disa’ xhur mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, sabiex jipprova li l-kunsinna ntużat skont kundizzjonijiet li jikkonfermaw il-korrettezza tal-prezzijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-garanzija ppreżentata tintilef f’każ li ma tkunx rispettata xi waħda minn dawn id-dati ta’ skadenza. Madankollu, il-limitu ta’ disa’ xhur żmien jista’ jiġi estiż mill-awtoritajiet kompetenti sa massimu ta’ tliet xhur oħra, fuq talba tal-importatur, li għandha tkun iġġustifikata kif xieraq.

Il-garanzija ppreżentata għandha tiġi rrilaxxata sakemm tingħata prova tal-kundizzjonijiet tal-użu għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet tad-dwana. Inkella, il-garanzija għandha tintilef bħala ħlas tad-dazji addizzjonali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010.

Ghall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.

(4)  ĠU L 119, 9.5.2007, p. 7.

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(6)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 249/2010

tal-24 ta’ Marzu 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chorizo Riojano (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Chorizo Riojano” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 186, 8.8.2009, p. 14.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

SPANJA

Chorizo Riojano (IĠP)


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 250/2010

tal-24 ta’ Marzu 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Farine de Petit Épeautre de Haute Provence (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta’ Franza biex ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Farine de Petit Épeautre de Haute Provence” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 185, 7.8.2009, p. 17.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, fl-istat naturali jew ipproċessati

FRANZA

Farine de Petit Épeautre de Haute Provence (IĠP)


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 251/2010

tal-24 ta’ Marzu 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Yorkshire Forced Rhubarb (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(4)(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2)(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, it-talba tar-Renju Unit biex id-denominazzjoni “Yorkshire Forced Rhubarb” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 189, 12.8.2009, p. 29.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Il-klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

IR-RENJU UNIT

Yorkshire Forced Rhubarb (DPO)


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 252/2010

tal-24 ta’ Marzu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

74,8

JO

59,4

MA

95,7

TN

128,2

TR

97,7

ZZ

91,2

0707 00 05

JO

68,6

MA

74,6

MK

124,9

TR

123,4

ZZ

97,9

0709 90 70

JO

97,9

MA

147,9

TR

103,1

ZZ

116,3

0805 10 20

EG

40,2

IL

59,5

MA

43,6

TN

55,8

TR

62,6

ZZ

52,3

0805 50 10

EG

66,4

IL

91,6

MA

49,1

TR

63,1

ZZ

67,6

0808 10 80

AR

89,0

BR

89,0

CA

99,1

CL

85,2

CN

74,1

MK

24,7

US

132,2

UY

68,2

ZA

107,6

ZZ

85,5

0808 20 50

AR

79,6

CL

69,2

CN

94,1

US

134,2

UY

118,7

ZA

94,0

ZZ

98,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 253/2010

tal-24 ta’ Marzu 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 236/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 72, 20.3.2010, p. 15.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-25 ta’ Marzu 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

33,42

1,26

1701 11 90  (1)

33,42

4,88

1701 12 10  (1)

33,42

1,13

1701 12 90  (1)

33,42

4,58

1701 91 00  (2)

35,05

7,71

1701 99 10  (2)

35,05

3,82

1701 99 90  (2)

35,05

3,82

1702 90 95  (3)

0,35

0,31


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Diċembru 2009

dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja tat b’rabta ma’ ċerti attivitajiet tas-servizz tas-saħħa tal-annimali tal-Bavarja (C 24/06 (ex NN 75/2000))

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9954)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2010/178/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 108(2)(1) tiegħu,

Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont dak l-Artikolu, u wara li ġew ikkunsidrati dawk il-kummenti,

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tal-21 ta’ Frar 2000, il-Kummissjoni rċeviet ilment dwar il-miżuri li ħa s-servizz tas-saħħa tal-annimali tal-Bavarja (it-“Tiergesundheitsdienst”, fil-qosor “TGD”). L-istess persuna li għamlet l-ilment bagħtet iktar ittri dwar l-istess ilment. Il-każ tal-għajnuna mill-Istat ġie rreġistrat bin-numru NN 75/00.

(2)

Il-Kummissjoni bagħtet diversi ittri lill-Ġermanja dwar dan l-ilment. Bi tweġiba għal dawn l-ittri, il-Ġermanja bagħtet xi tagħrif permezz tal-ittri tal-4 ta’ Lulju 2000, tat-22 ta’ Diċembru 2000, tat-22 ta’ Novembru 2002, tal-10 ta’ April 2003, tal-1 ta’ Diċembru 2003 u tas-27 ta’ Ġunju 2005. Fis-17 ta’ Lulju 2003 saret ukoll laqgħa ma’ rappreżentanti Ġermaniżi.

(3)

Il-miżura ilha titwettaq sa mill-1974. Minkejja t-talba li saret, ma setgħetx tingħata prova li l-miżura kienet ġiet innotifikata. Għalhekk, l-għajnuna ġiet irreġistrata fir-reġistru tal-għajnuniet li ma jiġux innotifikati.

(4)

Permezz tal-ittra tas-7 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) b’rabta ma’ din l-għajnuna.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom.

(6)

Permezz tal-ittri tat-30 ta’ Ottubru 2006, tat-2 ta’ Novembru 2006 u tas-7 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tal-partijiet interessati.

(7)

Il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha permezz tal-ittri tas-6 ta’ Novembru 2006, tat-22 ta’ Jannar 2007, tal-25 ta’ Lulju 2008 u tad-9 ta’ Frar 2009.

II.   DESKRIZZJONI

(8)

Il-miżura titwettaq skont l-Artikolu 14(1) tal-Liġi dwar l-għajnuna għall-agrikultura fil-Bavarja (il-“Gesetz zur Förderung der bayerischen Landwirtschaft” – il-“LwFöG”).

(9)

L-għan tal-miżura huwa li tkun żgurata u tittejjeb l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali.

(10)

Il-benefiċjarji tal-miżura huma l-bdiewa u s-sajjieda (minn hawn ‘il quddiem imsejħa t-tnejn flimkien bħala bdiewa).

(11)

Benefiċjarju ieħor tal-miżura huwa s-servizz tas-saħħa tal-annimali tal-Bavarja (it-“Tiergesundheitsdienst”, fil-qosor “TGD”).

(12)

Il-miżura titħallas mill-fondi tar-reġjun tal-Bavarja u tal-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja (fil-qosor il-“BTSK”).

(13)

Il-miżuri favur il-bdiewa jissejħu “miżuri ġenerali”, iżda fil-verità l-bdiewa fir-reġjun tal-Bavarja biss jibbenefikaw minnhom. Barra minn hekk, skont it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Ġermaniżi, dawn huma miżuri speċifiċi ħafna li huma biss miżuri ta’ prevenzjoni li jiffavorixxu l-produzzjoni tal-ħalib u tal-laħam u t-trobbija tal-ħnieżer, tat-tjur, tan-nagħaġ u tal-ħut. L-istokkijiet tal-annimali huma ċċekkjati skont programm deċiż minn qabel, li jikkunsidra r-riskji partikulari tal-mard tal-annimali kif ukoll il-kriterji għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-mard tal-annimali. Il-Ġermanja qalet ukoll li l-għajnuna qed tingħata biss għal miżuri ġenerali fl-interess tal-pubbliku inġenerali, li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet legali tas-soltu għal dawk li jrabbu l-annimali b’mod individwali (l-ittra tas-6 ta’ Novembru 2006, p. 4).

(14)

It-tipi ta’ miżuri li ġejjin jitwettqu fl-azjendi agrikoli: is-sorveljanza kontinwa permezz ta’ testijiet u ta’ eżamijiet ta’ prevenzjoni, l-għażla tal-kampjuni u l-analiżi (fil-laboratorju jew f’sensiela), l-għoti ta’ pariri mill-veterinarju, it-tfassil ta’ pjanijiet dwar il-prevenzjoni u l-qerda tal-mard, u l-iżvilupp ta’ programmi tat-tilqim.

(15)

Skont il-kummenti tal-awtoritajiet Ġermaniżi, l-attivitajiet imsemmija fil-premessa 14 ta’ hawn fuq huma l-bażi tal-pariri mogħtija lill-bdiewa dwar il-miżuri x-xierqa ta’ prevenzjoni u ta’ kura. Skont it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Ġermaniżi, is-servizzi li s-soltu jingħataw mill-veterinarji li għandhom uffiċċju għal rashom (pereżempju t-trattament bil-mediċini jew it-tilqim ta’ prevenzjoni) madanakollu mhumiex parti minn dawn il-“miżuri ġenerali”.

(16)

Il-bdiewa ma jħallsu xejn għal dawn il-“miżuri ġenerali”. Madanakollu, huma ma jistgħux jitolbu li jittieħdu dawn il-miżuri. Huwa s-servizz tas-saħħa tal-annimali, li ngħata r-responsabbiltà għalihom, li jista’ jwettaqhom fuq inizjattiva tiegħu stess.

(17)

L-ispejjeż għal dawn il-miżuri jitħallsu lura lis-servizz tas-saħħa tal-annimali mir-reġjun tal-Bavarja. Skont l-Artikolu 14(1)(2) tal-Liġi dwar l-għajnuna għall-qasam tal-agrikultura fil-Bavarja, “se jingħataw ħlasijiet mill-Istat għal 50 % tal-infiq meħtieġ”.

(18)

Parti oħra mill-ispejjeż tal-persunal u tal-materjali tas-servizz tas-saħħa tal-annimali titħallas lura minn fondi oħrajn tal-istat, jiġifieri mill-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja (ara l-każijiet tal-għajnuna mill-Istat bin-numri NN 23/07, N 426/03 u N 81/04). Meta jittieħdu f’daqqa, dawn jammontaw għal ħlas lura ta’ ammont li huwa sa 100 % tal-ispejjeż.

(19)

Is-servizz tas-saħħa tal-annimali ngħata l-benefiċċji li ġejjin.

(20)

Skont il-kliem tal-Liġi dwar l-għajnuna għall-qasam tal-agrikultura fil-Bavarja, is-servizz tas-saħħa tal-annimali se jitħallas lura nofs “l-infiq meħtieġ” biss mill-fondi tal-istat. Iżda, fil-verità, jista’ jitħallas lura ammont li huwa sa 100 % tal-ispejjeż, skont it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Ġermaniżi.

(21)

L-għajnuna ilha tingħata lis-servizz tas-saħħa tal-annimali sa mill-1974. Skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (3), is-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tirkupra l-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin. Il-proċedura tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni nbdiet fis-sena 2000. B’hekk, il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 imur lura sal-1990. Minħabba f’hekk, l-għajnuna li tħallset qabel dik is-sena mhix se tkun mistħarrġa iktar.

(22)

B’hekk, id-dejta dwar il-baġit mibgħuta mill-awtoritajiet Ġermaniżi u mogħtija fl-Anness għandha x’taqsam mal-ħlasijiet lis-servizz tas-saħħa tal-annimali għall-ispejjeż li dan ġarrab biex iwettaq l-obbligi tiegħu tas-servizz pubbliku fil-perjodu mill-1990 sal-2008.

Ir-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni biex tibda l-proċedura formali tal-investigazzjoni u l-iskop tagħha

(23)

Ma kienx ċar wara l-ewwel analiżi jekk il-ħlasijiet mir-riżorsi tal-baġit u mill-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja tawx vantaġġ kompetittiv lis-servizz tas-saħħa tal-annimali jew le.

(24)

Barra minn hekk, il-persuna li għamlet l-ilment qalet ukoll li ċerti servizzi kliniċi jew ta’ dijanjożi u ċerti servizzi terapewtiċi (ta’ kura) mogħtija mill-veterinarji li huma impjegati mas-servizz tas-saħħa tal-annimali ngħataw bi prezz li kien sa 90 % inqas minn dak tas-soltu. Dan kien il-qasam li fih is-servizz tas-saħħa tal-annimali sar operatur kummerċjali.

(25)

Skont il-persuna li għamlet l-ilment dan kien possibbli biss minħabba li s-servizz tas-saħħa tal-annimali ngħata sussidji għall-“miżuri ġenerali” u b’hekk kien f’qagħda li jagħti servizzi kliniċi u ta’ dijanjożi kif ukoll servizzi terapewtiċi li huma ħafna irħas minn dawk li jistgħu jagħtu l-veterinarji li jaħdmu għal rashom, li jridu jkomplu għaddejjin mingħajr sussidji. Barra minn hekk, din il-persuna tgħid li l-veterinarji li huma impjegati mas-servizz tas-saħħa tal-annimali li qegħdin diġà fil-post għandhom iċ-ċans jiksbu iktar kuntratti tax-xogħol u qed jiffrankaw ukoll l-ispejjeż tat-trasport.

(26)

Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli li wieħed għandu japplika biex jiddeċiedi dwar għajnuna mill-Istat li mhix mogħtija skont il-liġi (4), il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk għajnuna mill-Istat li mhix mogħtija skont il-liġi hijiex kompatibbli mas-suq intern jew le skont il-kriterji mogħtija fid-dispożizzjonijiet li jkunu fis-seħħ meta tkun ingħatat l-għajnuna. Meta bdiet il-proċedura, il-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed tagħrif sabiex tkun ċerta li l-għajnuna lill-bdiewa kienet konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri mal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-qasam tal-agrikultura u mal-linji gwida dwar l-analiżi tal-għajnuna mill-Istat għall-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura. Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja tibagħtilha t-tagħrif meħtieġ.

(27)

Permezz tal-ittra tat-12 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja tibagħtilha konferma dwar jekk l-għajnuna li kienet qed tiġi mistħarrġa kinetx baqgħet tingħata wara l-1 ta’ Jannar 2008, u jekk iva, biex tibagħtilha d-dokumenti meħtieġa bħala prova li l-għajnuna kienet kompatibbli mal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-oqsma tal-agrikultura u tal-forestrija mill-2007 sal-2013 (5) (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Linji gwida”), li mill-1 ta’ Jannar 2007 ħadu post il-linji gwida tal-1 ta’ Frar 2000 tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-qasam tal-agrikultura (6) (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Linji gwida tal-Komunità”) u mal-linji gwida dwar l-analiżi tal-għajnuna mill-Istat għall-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura (7) (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Linji gwida tal-2008”). Permezz tal-ittra tad-9 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet Ġermaniżi għarrfu li l-għajnuna għall-qasam tal-agrikultura kompliet tingħata wkoll wara l-2008, u bagħtu t-tagħrif mixtieq.

III.   IL-KUMMENTI TAL-ĠERMANJA

(28)

L-awtoritajiet Ġermaniżi qalu li l-ħlasijiet li għamlu r-reġjun tal-Bavarja u l-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja sabiex jitwettqu l-miżuri ġenerali huma ħlasijiet ta’ kumpens għall-għoti ta’ servizzi pubbliċi ta’ interess ġenerali. Huma rreferew għall-każistika. Skont din, il-ħlasijiet ta’ kumpens mill-Istat għat-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku f’ċerti kundizzjonijiet ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat. B’hekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi huma tal-fehma li l-miżuri ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(29)

L-awtoritajiet Ġermaniżi kienu tal-fehma li l-miżuri ġenerali ħadmu favur is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, il-ħarsien tal-konsumaturi u l-ħarsien tal-annimali. B’hekk, it-twettiq tal-miżuri ġenerali huwa b’mod ewlieni fl-interess tal-pubbliku inġenerali.

(30)

Skont il-kummenti tal-awtoritajiet Ġermaniżi, huma u jitwettqu l-miżuri ġenerali, jinkiseb għarfien wiesa’ li wara jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-livell nazzjonali u dak internazzjonali permezz ta’ għadd kbir ta’ publikazzjonijiet tekniċi u ta’ taħditiet xjentifiċi. B’hekk, parti importanti mir-riżultati miksuba mill-miżuri ġenerali għandhom aċċess għaliha wkoll il-professjonisti tal-Unjoni Ewropea.

(31)

L-awtoritajiet Ġermaniżi stqarrew ukoll li ma ngħataw l-ebda servizzi ta’ kura, jiġifieri servizzi li s-soltu jingħataw mill-veterinarji li għandhom uffiċċju għal rashom (pereżempju t-trattament bil-mediċini jew it-tilqim ta’ prevenzjoni), fil-kuntest tal-programm tal-miżuri ġenerali. Minbarra dan il-programm issussidjat, is-servizz tas-saħħa tal-annimali jagħmel ukoll xi attivitajiet immirati biex isir qligħ minnhom (is-servizzi ta’ kura). Madanakollu, dawn is-servizzi jammontaw għal inqas minn 5 % mis-servizzi veterinarji kollha mogħtija. Mill-attivitajiet immirati biex isir qligħ minnhom, is-servizz tas-saħħa tal-annimali jagħmel madwar 2,6 sa 2,85 % mill-bejgħ totali tiegħu fis-sena.

(32)

L-għoti ta’ sussidji trasversali jista’ jiġi eskluż jekk wieħed jifred b’mod ċar u li jista’ jiftiehem il-“miżuri ġenerali” mill-“attivitajiet immirati biex isir qligħ minnhom”. Dan huwa żgurat permezz ta’ metodu ta’ kontabbiltà kkumplikat u ddettaljat ħafna, kif ukoll permezz ta’ kontrolli estensivi.

IV.   IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(33)

Il-partijiet interessati reġgħu stqarrew li, permezz tal-veterinarji li huma impjegati miegħu, is-servizz tas-saħħa tal-annimali ma implimentax biss il-miżuri ta’ prevenzjoni, iżda ta wkoll servizzi ta’ kura.

(34)

Il-partijiet interessati ma qalux li ngħata appoġġ finanzjarju dirett għal dawn is-servizzi ta’ kura, iżda saħqu li s-servizz tas-saħħa tal-annimali seta’ joffri servizzi li setgħu jitqabblu ma’ dawk mogħtija mill-veterinarji li jaħdmu għal rashom b’kundizzjonijiet ħafna iktar favorevoli minnhom.

(35)

L-istqarrija li l-għajnuna mogħtija lill-bdiewa kienet tmur kontra l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-qasam tal-agrikultura u kontra d-dispożizzjonijiet legali applikabbli ma nżammitx. Lanqas ma kien hemm oġġezzjoni għall-finanzjament tal-għajnuna.

V.   IL-VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

L-għoti ta’ għajnuna favur il-bdiewa

(36)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kull għajnuna ta’ kwalunkwe forma li tingħata minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti għandha, safejn din tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, titqies bħala għajnuna li mhijiex kompatibbli mas-suq intern.

(37)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta wieħed ikun qed iqis jekk miżura tal-Istat tikkostitwix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew le, wieħed irid jiddeċiedi jekk l-impriża li rċeviet l-għajnuna ngħatatx vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinetx tirċievi f’kundizzjonijiet normali tas-suq (8), jew jekk, permezz tal-għajnuna, iffrankatx spejjeż li kieku kien ikollha tħallashom mir-riżorsi tagħha stess (9).

(38)

Mal-ewwel daqqa t’għajn jidher li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfati.

(39)

Il-miżura titħallas mir-riżorsi tal-Istat. Minnha jibbenefikaw ċerti impriżi, jiġifieri l-bdiewa fir-reġjun tal-Bavarja, li jirċievu s-servizzi ssussidjati b’xejn. Minħabba li dawn l-impriżi jaħdmu f’suq internazzjonali kompetittiv ferm, il-miżura tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni (10). Barra minn hekk, hija taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (11).

(40)

Għalhekk, din il-miżura tikkostitwixxi għajnuna u għaldaqstant japplika f’dan il-każ l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B’hekk għandu jiġi mistħarreġ jekk tistax tingħata deroga mill-prinċipju tan-nuqqas ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern mogħti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-legalità tal-għajnuna

(41)

Il-“miżuri ġenerali” għall-bdiewa (sa mill-1990) u l-ħlasijiet ta’ kumpens lis-servizz tas-saħħa tal-annimali talli wettaq il-“miżuri ġenerali” mill-1990 sal-2004 ngħataw mingħajr ma l-Kummissjoni tgħarrfet dwarhom. Dawn imorru kontra l-liġi ladarba l-għotja tmur kontra l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Kemm l-għajnuna favur il-bdiewa li jaħdmu fl-oqsma tal-agrikultura u tas-sajd hija kompatibbli mas-suq intern

Għajnuna għall-ġlieda kontra l-mard tal-annimali

(42)

Il-projbizzjoni tal-għoti tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea madanakollu ma tapplikax mingħajr eċċezzjoni. Il-Kummissjoni eżaminat jekk tapplikax kwalunkwe waħda mill-eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni, fil-prinċipju, tal-għajnuna, skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(43)

L-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna ta’ natura soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali, mal-għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew minn avvenimenti mhux tas-soltu oħrajn u mal-għajnuna mogħtija lill-ekonomija ta’ ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja mhumiex rilevanti f’dan il-kuntest.

(44)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ ċerti żoni mhumiex applikabbli għal din l-iskema tal-għajnuna, minħabba li l-miżura ma tinkludix għajnuna biex wieħed jinkuraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx ħafna iktar min-normal jew fejn hemm livell għoli ta’ qgħad.

(45)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-eċċezzjoni pprovduta fl-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa biżżejjed li wieħed jinnota li l-għajnuna kkonċernata la hija proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew u lanqas ma tfittex li tkun ta’ rimedju għal disturb serju fl-ekonomija Ġermaniża. Barra minn hekk, l-għajnuna mhix maħsuba biex tinkuraġġixxi l-kultura u ż-żamma tal-wirt kulturali skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(46)

La l-awtoritajiet Ġermaniżi u lanqas il-partijiet interessati l-oħrajn ma semmew l-eċċezzjonijiet imsemmijin hawn fuq meta kienet qed issir il-proċedura tal-investigazzjoni.

(47)

Għalhekk, l-unika eċċezzjoni li tista’ titqies hawnhekk hija dik mogħtija fl-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont dan l-Artikolu, għajnuna tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern jekk din l-għajnuna tkun tinkuraġġixxi l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, u sakemm din ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ bejn l-Istati Membri b’tali mod li tmur kontra l-interess komuni.

(48)

Minħabba li l-għajnuna hija waħda favur il-bdiewa, japplikaw il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-oqsma tal-agrikultura u tal-forestrija u l-linji gwida dwar l-analiżi tal-għajnuna mill-Istat għall-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura. Hekk kif spjegat fil-premessa 26, minħabba li dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li mhix mogħtija skont il-liġi, il-Kummissjoni teżamina jekk dawn humiex kompatibbli mas-suq intern jew le skont il-kriterji mogħtija fid-dispożizzjonijiet li jkunu fis-seħħ meta tkun ingħatat l-għajnuna.

L-għajnuna li ngħatat sal-2007 għall-qasam tal-agrikultura

(49)

Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli li wieħed għandu japplika biex jiddeċiedi dwar għajnuna mill-Istat li mhix mogħtija skont il-liġi, għall-miżuri kkonċernati japplikaw il-linji gwida tal-Komunità, filwaqt li l-għajnuna li ngħatat qabel ma daħlu fis-seħħ dawn il-linji gwida tal-Komunità (jiġifieri dik li ngħatat qabel l-1 ta’ Jannar 2000) għandha tiġi analizzata skont id-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Novembru 1986 (12).

(50)

Il-punt numru 11.4.1 tal-linji gwida tal-Komunità jgħid li “jekk bidwi jġarrab telf fl-istokkijiet tal-bhejjem tiegħu minħabba marda tal-annimali jew jekk l-uċuħ tar-raba’ tiegħu jintlaqtu minn marda tal-pjanti, normalment dan ma jikkostitwix diżastru naturali jew avveniment mhux tas-soltu skont it-tifsira tat-Trattat tal-KE”.

(51)

F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tista’ tapprova għajnuna bħala kumpens għat-telf imġarrab u għajnuna biex ikun evitat iktar telf fil-ġejjieni biss abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jqis li għajnuna li tkun tinkuraġġixxi l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi hija kompatibbli mas-suq intern, sakemm din ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ bejn l-Istati Membri b’tali mod li tmur kontra l-interess komuni.

(52)

Għall-għajnuna kkonċernata favur il-bdiewa japplika l-punt numru 11 tal-linji gwida tal-Komunità, minħabba li l-miżuri jservu biex jiġi evitat il-mard tal-annimali u biex dan jiġi miġġieled. Hija u tiddeċiedi dwar l-għajnuna biex jiġi evitat il-mard tal-annimali u biex dan jiġi miġġieled, il-Kummissjoni tibbaża fuq il-punt numru 11.4 tal-linji gwida tal-Komunità. It-tali għajnuna titqies li hija kompatibbli mal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea meta tkun tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin.

(53)

Il-miżura trid tkun tagħmel parti minn programm biex jiġi evitat il-mard, jew biex dan jiġi miġġieled jew jinqered, li jkun qed jitwettaq fil-livell tal-Unjoni Ewropea jew fil-livell nazzjonali jew reġjonali (il-punt numru 11.4.2 tal-linji gwida tal-Komunità). Skont il-punt numru 11.4.2 tal-linji gwida tal-Komunità għandha tinħoloq sistema ta’ twissija, li tista’ tkun marbuta mal-għajnuna jekk ikun il-każ, sabiex il-persuni milqutin jitħeġġu jieħdu sehem b’mod volontarju fil-miżuri ta’ prevenzjoni. B’hekk, huwa biss il-mard li l-awtoritajiet iqisu li huwa ta’ tħassib u li għandu jiġi miġġieled li jista’ jkun is-suġġett tal-miżuri tal-għajnuna, u mhux kwalunkwe miżura li għaliha l-bdiewa jridu jkunu responsabbli huma stess b’mod raġonevoli.

(54)

Il-miżuri tal-għajnuna għandhom iservu jew bħala miżuri ta’ prevenzjoni jew biex jagħtu kumpens jewinkella għandhom ikunu jorbtu flimkien il-prevenzjoni u l-għoti ta’ kumpens (ara l-punt numru 11.4.3 tal-linji gwida tal-Komunità).

(55)

L-għajnuna għandha tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet speċifiċi mogħtija fil-liġijiet veterinarji u dwar is-saħħa tal-pjanti tal-Unjoni Ewropea (il-punt numru 11.4.4 tal-linji gwida tal-Komunità).

(56)

L-għajnuna tista’ tingħata għal ammont massimu li ma jaqbiżx il-100 % tal-ispejjeż (il-punt numru 11.4.5 tal-linji gwida tal-Komunità). Ma għandha tingħata l-ebda għajnuna f’każijiet fejn il-liġi tal-Unjoni Ewropea tgħid li l-ispejjeż tal-miżuri għandhom jitħallsu mill-bdiewa stess.

(57)

Dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati kif ġej.

(58)

Il-miżuri jagħmlu parti minn programm imwettaq fil-livell reġjonali (fil-Bavarja). L-għan tagħhom huwa li jiġi evitat il-mard tal-annimali u li dan jiġi miġġieled. Dan joħroġ mill-għan mogħti fil-Liġi dwar l-għajnuna għall-qasam tal-agrikultura fil-Bavarja (“li tkun żgurata u tittejjeb l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali”) u mill-“miżuri ġenerali” mwettqin. Il-miżuri li qed jiġu mistħarrġa jservu biex jiġi miġġieled il-mard tal-annimali li jittieħed, fosthom il-mard fattorjali u ż-żoonosi (il-mard li n-nies jistgħu jieħdu mill-annimali). Huma għandhom ukoll itejbu l-użu tal-mediċini u jnaqqsuh. Il-mard ewlieni li jolqot it-tipi ta’ annimali differenti huwa: għall-baqar u n-nagħaġ, iż-żoonosi, il-marda b’deni mhux qawwi kkawżata minn “rickettsiae”, il-paratuberkulosi, l-enċefalopatija f’forma ta’ sponża li tittieħed u l-mastite, u għall-ħnieżer u t-tjur, iż-żoonosi, is-salmonella, l-“escherichia coli” u l-enterite. Barra minn hekk, qed jiġu żviluppati u ttestjati metodi u proċeduri sabiex jingħaraf il-mard ikkaġunat minn vajrus u jkun hemm dijanjosi tiegħu.

(59)

Il-miżuri ġenerali jagħtu kontribut għall-għan tal-Unjoni Ewropea li jkun żgurat livell għoli ta’ saħħa tal-annimali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda prova li dawn jistgħu jmorru kontra l-liġijiet veterinarji rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

(60)

Skont il-programm, l-intensità massima tal-għajnuna hija ta’ 100 %. Il-programm ma jagħti l-ebda għajnuna f’każijiet fejn, skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, l-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-bdiewa stess.

(61)

Nofs l-ispejjeż tal-miżuri ġenerali fl-oqsma tal-agrikultura u tas-sajd se jitħallsu mir-reġjun tal-Bavarja. Fil-kummenti tagħhom wara li nbdiet il-proċedura, l-awtoritajiet Ġermaniżi għarrfu lill-Kummissjoni li parti oħra mill-ispejjeż kienet se titħallas mill-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja. Il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja huwa istituzzjoni tas-settur pubbliku li huwa ffinanzjat minn dazji li jixbhu lit-taxxi. Il-finanzjament tal-għajnuna mill-fondi tar-reġjun tal-Bavarja u tal-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja meħudin f’daqqa huwa limitat għal 100 % u, fil-prattika, dejjem ikun inqas minn hekk. Fl-imgħoddi, il-Kummissjoni kemm-il darba approvat il-finanzjament tal-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja minn dazji li jixbhu lit-taxxi (13). Minħabba f’hekk, il-Kummissjoni tqis li m’hemmx bżonn terġa’ tanalizza dawn id-dazji li jixbhu lit-taxxi fid-dettall. La l-persuna li għamlet l-ilment u lanqas il-partijiet interessati l-oħrajn ma oġġezzjonaw għall-mod kif jiġi ffinanzjat il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja (jiġifieri għal din il-parti tal-finanzjament tal-għajnuna).

(62)

Il-linji gwida tal-Komunità jissejsu fuq l-istess prinċipji li fuqhom jissejjes id-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Novembru 1986. B’hekk l-istess valutazzjoni tgħodd ukoll għall-għajnuna mogħtija lill-bdiewa mill-1990 sal-1999, li allura wkoll għandha titqies li hija kompatibbli ma’ dawn il-prinċipji. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern.

L-għajnuna li ngħatat mill-2007 ‘l quddiem għall-qasam tal-agrikultura

(63)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-qagħda ta’ wara l-2007, il-punt numru 133 tal-Linji gwida jgħid li l-Kummissjoni tistqarr li għajnuna mill-Istat għall-ġlieda kontra l-mard tal-annimali u tal-pjanti hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (14). F’dan il-kuntest iridu jitqiesu biss il-miżuri għall-prevenzjoni tal-mard, minħabba li ma tingħata l-ebda għajnuna għall-miżuri ta’ kura jew għall-ħlasijiet ta’ kumpens għat-telf.

(64)

Li kieku l-għajnuna favur il-bdiewa kienet tkopri l-ispejjeż għall-għoti ta’ pariri, kieku kienet tkun il-finanzjament ta’ appoġġ tekniku skont it-tifsira tal-punt numru 103 tal-linji gwida. B’hekk, il-Kummissjoni tistqarr li għajnuna mill-Istat għall-finanzjament ta’ appoġġ tekniku hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

(65)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna tista’ tingħata fil-każijiet li ġejjin.

(66)

L-għajnuna li tingħata bħala kumpens għall-ispejjeż li l-bdiewa jġarrbu minħabba l-kontrolli tas-saħħa, t-testijiet u l-miżuri l-oħrajn għall-għarfien minn kmieni, ix-xiri u l-użu tat-tilqim, tal-mediċini u tal-prodotti tas-saħħa tal-pjanti, il-qtil u l-qerda tal-annimali kif ukoll il-qerda tal-uċuħ tar-raba’ b’rabta mal-evitar u mal-qerda tal-mard tal-annimali, tal-mard tal-pjanti u tal-impestazzjonijiet mill-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara, hija kompatibbli mas-suq intern. L-għajnuna trid tingħata fil-forma ta’ servizzi ssussidjati sa 100 % u ma tista’ tinkludi l-ebda ħlas dirett ta’ flus lill-produtturi (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006).

(67)

Kwalunkwe ħlasijiet tal-assigurazzjoni u spejjeż li mhumiex ġejjin minħabba li faqqgħet xi marda għandhom jitneħħew mill-ispejjeż u mit-telf li huma eliġibbli għas-sussidju (l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006).

(68)

Il-ħlasijiet għandhom jingħataw għal mard tal-annimali, mard tal-pjanti u impestazzjonijiet mill-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara li dwarhom hemm d-dispożizzjonijiet legali jew amministrattivi tal-Unjoni Ewropea jew nazzjonali. Għaldaqstant, il-ħlasijiet iridu jingħataw bħala parti minn programm biex jiġu evitati l-mard u l-impestazzjonijiet mill-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara kkonċernati, jew biex dawn jiġu miġġielda jew jinqerdu, li jkun qed jitwettaq fis-settur pubbliku fil-livell tal-Unjoni Ewropea jew fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Il-programm irid isemmi b’mod ċar il-marda jew l-impestazzjoni mill-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara kkonċernata u jrid jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-miżura rilevanti (l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006).

(69)

L-għajnuna ma tistax tingħata għal mard tal-annimali jew tal-pjanti li dwaru m’hemm l-ebda dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea għal ħlasijiet speċifiċi għall-miżuri ta’ kontroll jew li dwaru l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jgħidu li l-ħlasijiet tat-tali miżuri għandhom jitħallsu mill-impriżi agrikoli stess, dejjem jekk l-ispejjeż tat-tali miżuri tal-għajnuna ma jkunux ibbilanċjati għal kollox mid-dazji obbligatorji li jridu jħallsu l-produtturi (l-Artikoli 10(5) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006).

(70)

Għall-għajnuna mogħtija b’rabta mal-mard tal-annimali, il-marda tal-annimali kkonċernata għandha tkun imniżżla fil-lista tal-mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni dinjija għas-saħħa tal-annimali, u/jew fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (15) (l-Artikolu 10(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006).

(71)

L-iskemi tal-għajnuna jridu jiġu implimentati fit-tliet snin ta’ wara li jsiru l-ispejjeż jew li jkun hemm it-telf. L-għajnuna trid tingħata sa erba’ snin minn meta jsiru l-ispejjeż jew minn meta jkun hemm it-telf (l-Artikolu 10(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006).

(72)

Dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati kif ġej.

(73)

Hekk kif spjegat fil-premessa 14, l-għajnuna tinkludi diversi miżuri li l-għan dirett tagħhom huwa li jiġi evitat il-mard (fosthom is-sorveljanza kontinwa, l-għażla tal-kampjuni u l-analiżi (fil-laboratorju jew f’sensiela), l-għoti ta’ pariri mill-veterinarju, it-tfassil ta’ pjanijiet dwar il-prevenzjoni u l-qerda tal-mard, u l-iżvilupp ta’ programmi tat-tilqim). Permezz tal-ittra tad-9 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ servizzi ssussidjati. Għaldaqstant, l-għajnuna għal dawn it-tipi ta’ spejjeż tista’ tiġi awtorizzata skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

(74)

Permezz tal-ittra tad-9 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li, fil-każ ta’ proġetti marbutin mal-mard tal-annimali, il-mard tal-annimali kkonċernat huwa mniżżel fil-lista stabbilita mill-Organizzazzjoni dinjija għas-saħħa tal-annimali u/jew fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE.

(75)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 mhuwiex rilevanti hawnhekk, minħabba li l-għajnuna tingħata biss għall-miżuri ta’ prevenzjoni.

(76)

F’każijiet fejn isiru ħlasijiet għal mard speċifiku, l-għajnuna tingħata bħala parti minn programm reġjonali, li fih il-marda speċifika u l-miżura rilevanti jissemmew b’mod ċar. B’hekk, l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 huwa ssodisfat.

(77)

Ma jingħata l-ebda sussidju għal spejjeż li l-produtturi għandhom iħallsuhom huma stess skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. B’hekk, l-Artikoli 10(5) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 huma ssodisfati.

(78)

Ma jistax jingħata sussidju għall-ispejjeż li jiġġarrbu qabel ma jingħataw is-servizzi. B’hekk, l-Artikolu 10(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 huwa ssodisfat.

(79)

L-awtoritajiet Ġermaniżi ma qatgħux barra l-possibbiltà li l-miżuri msemmijin fil-paragrafu 14 ikunu marbutin mhux biss mal-mard jew mal-impestazzjonijiet speċifiċi mill-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara li huma msemmijin b’mod ċar, iżda wkoll ma’ aspetti oħra tas-saħħa tal-annimali, pereżempju mal-iġjene tal-produzzjoni. B’hekk, il-miżuri jkunu marbutin ma’ servizzi tal-għoti ta’ pariri, li fihom jingħataw pariri u pjanijiet adattati għall-qagħda ta’ ċerti bdiewa jew ta’ ċerti gruppi ta’ bdiewa.

(80)

Skont l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, tista’ tingħata għajnuna biex ikunu koperti l-miżati għas-servizzi tal-għoti ta’ pariri pprovduti minn terzi persuni, dejjem jekk dawn ma jkunux servizzi kontinwi jew mogħtija b’mod regolari u ma jkunux marbutin mal-ispejjeż normali tal-operat tal-impriża, bħas-servizzi ta’ rutina tal-għoti ta’ pariri dwar it-taxxa, s-servizzi legali regolari, jew ir-riklami. L-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 jgħid li l-għajnuna tista’ tkopri sa 100 % ta’ dawn l-ispejjeż, u trid tingħata fil-forma ta’ servizzi ssussidjati.

(81)

Dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati kif ġej.

(82)

Mid-dokumenti li bagħtulha l-awtoritajiet Ġermaniżi (ara l-premessa 14) jidher li s-servizzi ssussidjati tal-għoti ta’ pariri ngħataw fil-forma ta’ proġetti marbutin ma’ kwistjonijiet speċifiċi u ta’ darba biss relatati mas-saħħa tal-annimali li huma ta’ interess ġenerali. Minkejja li ċerti miżuri jistgħu jkunu jeħtieġu sorveljanza kontinwa jew testijiet regolari, dawn donnhom li jridu jintrabtu mal-proġett speċifiku u ma jikkostitwux kontrolli veterinarji jew tal-kwalità tal-istokk tal-annimali kontinwi u tas-soltu. L-ispejjeż tat-tali miżuri wkoll ma jistgħux jitqiesu bħala spejjeż normali tal-operat tal-impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, minħabba li għall-ispejjeż għall-viżti ta’ rutina tal-veterinarji u għall-għanijiet tal-prevenzjoni u tat-trattament ma jistax jingħata sussidju. L-għajnuna kollha tingħata fil-forma ta’ servizzi ssussidjati u ma tistax taqbeż il-100 % tal-ispejjeż li jistgħu jiġu awtorizzati. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern.

L-għajnuna li ngħatat għat-trobbija tal-ħut

(83)

Il-miżuri twettqu wkoll fil-qasam tat-trobbija tal-ħut. Il-linji gwida dwar l-analiżi tal-għajnuna mill-Istat għall-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura tal-1988, l-1992, l-1994, l-1997 u l-2001, li jikkorrispondu mal-linji gwida, jistabbilixxu l-kriterji li ġejjin sabiex għajnuna mill-Istat titqies li hija kompatibbli mas-suq intern fl-oqsma veterinarji u tas-saħħa (16): awtorità pubblika għandha tiġġieled il-mard sabiex ikun żgurat li tittieħed azzjoni li tkun fl-interess ġenerali u mhux f’interess speċifiku biss. L-għanijiet tal-miżuri tal-għajnuna għandhom ikunu jew il-prevenzjoni jew l-għoti ta’ kumpens jewinkella għandhom jorbtu flimkien il-prevenzjoni u l-għoti ta’ kumpens. Ir-reġjun tal-Bavarja qabbad lis-servizz tas-saħħa tal-annimali jimplimenta l-miżuri u b’hekk, hekk kif spjegat diġà fil-paragrafu 16 b’rabta ma’ xi ħaġa oħra, dan is-servizz iwettaqhom b’mod indipendenti. Dawn il-miżuri huma miżuri ta’ prevenzjoni. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern.

(84)

L-għajnuna mill-Istat li ngħatat bejn l-1 ta’ Novembru 2004 u l-31 ta’ Marzu 2008 għandha tiġi analizzata każ b’każ skont il-punt numru 3.10 tal-linji gwida dwar l-analiżi tal-għajnuna mill-Istat għall-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura (17) (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Linji gwida tal-2004”), li jirreferu għall-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1595/2004 (18), li min-naħa tiegħu, jirreferi għall-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna Komunitarja strutturali fis-settur tas-sajd (19). Skont il-punt numru 3.1(2) tal-Linji gwida tal-2004, din l-għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern u hija konformi mal-għanijiet tal-politika komuni tal-kompetizzjoni u tal-politika komuni tas-sajd kif imniżżlin fir-Regolamenti (KE) Nru 2371/2002 (20) u (KE) Nru 2792/1999. Skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 jista’ jingħata appoġġ għal miżuri li huma ta’ interess ġenerali, li jmorru lil hinn minn dak li normalment jagħmlu l-impriżi privati. L-Artikolu 15(3)(e) u (l) jagħti xi eżempji ta’ dawn it-tip ta’ miżuri. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-għan tal-“miżuri ġenerali” jaqbel mal-għanijiet ta’ dawn l-eżempji. It-tieni nett, is-servizz tas-saħħa tal-annimali jwettaq dawn l-attivitajiet fuq inizjattiva tiegħu stess u mhux fuq talba min-naħa tal-bdiewa. Barra minn hekk, il-bdiewa mhux bil-fors li kienu se jimplimentaw dawn il-miżuri fil-kundizzjonijiet tas-suq biss (ara l-punt numru 3.4 tal-Linji gwida tal-2004). U, fl-aħħar nett, dawn il-miżuri jwasslu wkoll għal titjib fit-tul f’dan il-qasam skont it-tifsira tal-punt numru 3.5 tal-linji gwida tal-2004.

(85)

Permezz tal-ittra tad-9 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-għajnuna għall-qasam tal-agrikultura baqgħet tingħata, u taw eżempji ta’ proġetti tipiċi. F’dawn l-eżempji ma kien hemm l-ebda proġett marbut mal-qasam tas-sajd. Madanakollu, minħabba li wieħed ma jistax jeskludi l-possibbiltà li ngħatat għajnuna għall-qasam tat-trobbija tal-ħut wara l-1 ta’ April 2008, għandu jiġi mistħarreġ jekk din it-tip ta’ għajnuna hijiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet li kienu fis-seħħ għall-oqsma tal-agrikultura u tas-sajd wara din id-data. B’rabta mal-għajnuna li taqa’ fl-ambitu ta’ dispożizzjonijiet oħrajn, il-paragrafu 4.2 tal-linji gwida tal-2008 jirreferi għall-kundizzjonijiet mogħtija f’dawn id-dispożizzjonijiet, f’dan il-każ għall-kundizzjonijiet mogħtija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd (21). B’rabta mal-għajnuna għall-miżuri veterinarji, l-Artikolu rilevanti huwa l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008. Skont dan l-Artikolu, l-għajnuna għall-miżuri veterinarji hija kompatibbli mas-suq intern jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet mogħtija fl-Artikoli 28 u 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (22) u dawk mogħtija fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 (23). F’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna kkonċernata, il-kundizzjonijiet mogħtija f’dawn ir-Regolamenti u l-prinċipji ġenerali mogħtija fil-punt numru 3 tal-linji gwida tal-2008 għandhom l-istess kontenut li kellhom id-dispożizzjonijiet li kienu japplikaw għall-għajnuna li ngħatat qabel l-1 ta’ April 2008. Għaldaqstant, il-valutazzjoni li saret għal dik l-għajnuna tista’ tiġi applikata wkoll għall-għajnuna li ngħatat wara l-1 ta’ April 2008. Ladarba l-għajnuna li ngħatat qabel l-1 ta’ April 2008 hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet li kienu fis-seħħ u ladarba l-għajnuna u l-mod kif ingħatat wara l-1 ta’ April 2008 baqgħu l-istess, il-Kummissjoni għaldaqstant tasal għall-konklużjoni li l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet mogħtija fid-dispożizzjonijiet li huma fis-seħħ għall-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura.

(86)

Minn dan ta’ hawn fuq, wieħed jikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-bdiewa fil-kuntest tal-miżuri mistħarrġa tissodisfa l-kundizzjonijiet mogħtija fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea għall-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura. B’rabta ma’ dan, il-Kummissjoni tinnota li la l-persuna li għamlet l-ilment u lanqas il-partijiet interessati l-oħrajn ma taw prova li kien hemm xi ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern.

L-għoti ta’ għajnuna favur is-servizz tas-saħħa tal-annimali

(87)

Sabiex tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju.

(88)

Mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja jidher li l-kumpens għall-għoti ta’ servizzi pubbliċi ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta jkunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet (24). Madanakollu, jekk ma jitħarsux dawn il-kundizzjonijiet, iżda l-kriterji ġenerali sabiex ikun jista’ jiġi applikat l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea xorta waħda jkunu ssodisfati, it-tali kumpens ikun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(89)

Fis-sentenza tagħha fil-każ tal-Altmark, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat taħt liema kundizzjonijiet il-kumpens għall-għoti ta’ servizzi pubbliċi ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat kif ġej (il-prinċipju nru 3):

(a)

“L-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja għandha tkun effettivament ingħatat l-inkarigu li twettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku, u dawn l-obbligi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar.”

(b)

“It-tieni nett, il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens għandhom ikunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti…”

(ċ)

“It-tielet, il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha li jkunu saru biex jitwettqu l-obbligi tas-servizz pubbliku jew parti minnhom, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi.”

(d)

“Ir-raba’, f’każ fejn l-impriża li għandha twettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku, f’każ speċifiku, ma tintgħażilx skont proċedura ta’ xiri pubbliku li tippermetti li jingħażel dak l-offerent li jista’ jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas spiża possibbli għall-komunità, il-livell ta’ kumpens meħtieġ irid jiġi stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u mgħammra kif xieraq […] biex tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa tas-servizz pubbliku, kien ikollha tagħmel biex twettaq dawk l-obbligi, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi.”

(90)

Jekk dawn l-erba’ kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, il-kumpens għall-għoti ta’ servizzi pubbliċi ma jkunx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u b’hekk ma jkunux japplikaw l-Artikoli 107(1) u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-Istati Membri ma jħarsux dawn il-kundizzjonijiet u jekk ikunu ssodisfati l-kriterji ġenerali sabiex ikun jista’ jiġi applikat l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-kumpens għall-għoti ta’ servizzi pubbliċi jkun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li għandha titgħarraf lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(91)

Meta bdiet il-proċedura, kien hemm dubji l-iktar dwar jekk kinux issodisfati l-kundizzjonijiet mogħtija fil-punti (c) u (d).

(92)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjoni mogħtija fil-punt (a), il-Kummissjoni tirreferi għall-fatt li l-Artikolu 14(1) tal-Liġi dwar l-għajnuna għall-qasam tal-agrikultura fil-Bavarja jipprovdi għal obbligu tas-servizz pubbliku, minħabba li jagħti għan ċar (dieta tajba) u jagħti possibbiltajiet biex dan jintlaħaq (prodotti tal-qasam tal-agrikultura u tal-forestrija ta’ kwalita għolja) permezz ta’ għadd ta’ miżuri (ara l-premessa 14). Skont l-istatut tiegħu, is-servizz tas-saħħa tal-annimali jħeġġeġ u jiżgura s-saħħa tal-annimali, b’mod partikulari sabiex ikunu prodotti oġġetti tal-ikel li jkunu ġejjin mill-annimali li jkunu iġjeniċi u bla difetti u sabiex jitħarsu l-konsumaturi u l-annimali. Sabiex twettaq dan l-għan, din l-għaqda tuża l-persunal u l-faċilitajiet tagħha stess. Il-miżuri li jwettaq is-servizz tas-saħħa tal-annimali huma rregolati mill-ftehim tal-1974 bin-numru R1-4010/1393 u mill-ftehim ta’ qafas tat-13 ta’ Lulju 1993 bin-numru T-7482-100, li kien konkluż bejn ir-reġjun tal-Bavarja u s-servizz tas-saħħa tal-annimali tal-Bavarja. Id-dettalji jiġu stabbiliti kull sena permezz ta’ ftehimiet ta’ kull sena u permezz ta’ deċiżjonijiet amministrattivi.

(93)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjoni mogħtija fil-punt (b), ta’ min jinnota li kull attività individwali ġiet iddefinita minn qabel u li l-kumpens finanzjarju ġie kkalkulat permezz ta’ sistema ta’ punti abbażi tal-ispejjeż u l-ħin imbassra. L-istess proċedura nżammet fil-każ ta’ servizzi ġodda li żdiedu fis-snin ta’ wara. B’rabta ma’ dan, ta’ min jinnota li ħidmet is-servizz tas-saħħa tal-annimali ġiet ivverifikata u approvata mill-ogħla Qorti tal-Awdituri tal-Bavarja (il-“Bayerischer Oberster Rechnungshof”). Barra minn hekk, il-kontijiet tal-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni ġew ivverifikati u approvati wkoll minn kumpaniji indipendenti tal-awdituri.

(94)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjoni mogħtija fil-punt (c), l-awtoritajiet Ġermaniżi bagħtu tagħrif li juri li l-kumpens ma qabiżx l-ispejjeż li saru biex twettqu l-obbligi tas-servizz pubbliku (ara l-Anness). Fil-fatt, iċ-ċifri juru li, bejn l-1990 u l-2004, is-servizz tas-saħħa tal-annimali ma għamilx qligħ. L-ispejjeż għall-miżuri ġenerali huma kkalkulati abbażi ta’ sistema ta’ punti fejn kull punt ifisser valur speċifiku f’Euro. Dan il-metodu ta’ kalkolu ġie żviluppat fuq inizjattiva tal-Qorti tal-Awdituri tal-Bavarja. Huwa jista’ jitqabbel mal-metodu li bih jiġu kkalkulati s-servizzi fil-qasam tal-mediċina umana. L-awtoritajiet Ġermaniżi qalu li l-metodu ta’ kalkolu użat sa mill-2002 jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/52/KE (25).

(95)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjoni mogħtija fil-punt (d), ir-reġjun tal-Bavarja qabbad lis-servizz tas-saħħa tal-annimali jwettaq l-obbligu tas-servizz pubbliku sa mill-1 ta’ Jannar 2005 abbażi ta’ proċedura miftuħa ta’ xiri pubbliku. Wara taħditiet mal-Kummissjoni, ir-reġjun tal-Bavarja beda l-proċedura tax-xiri pubbliku billi f’Ġunju tal-2004 nieda sejħa għall-offerti madwar l-UE kollha msejħa “Projektierte Maßnahmen im Bereich der Tiergesundheit landwirtschaftlicher Nutztiere in Bayern” (“Miżuri ppjanati fil-qasam tas-saħħa tal-annimali tal-bhejjem agrikoli fil-Bavarja”). L-ispejjeż għall-miżuri kollha kienu stmati li se jkunu ta’ 8 miljun Euro fis-sena għal perjodu ta’ ħames snin. Is-sejħa għall-offerti kienet ippubblikata fis-suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (is-serje S) (26) u fil-Gazzetta tal-Gvern tar-reġjun tal-Bavarja. Fis-sejħa għall-offerti ħadu sehem tliet kompetituri. Il-kuntratt ta’ ħames snin ingħata lis-servizz tas-saħħa tal-annimali, minħabba li dan seta’ jagħti s-servizzi mitluba bl-inqas spiża possibbli. Fl-2009 se tinbeda proċedura ġdida tax-xiri pubbliku permezz ta’ sejħa għall-offerti oħra.

(96)

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni għażla tal-kundizzjoni mogħtija fil-punt (d), l-awtoritajiet Ġermaniżi qalu li għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2004 ma tista’ tkun speċifikata l-ebda impriża normali li tista’ titqabbel bis-sħiħ mas-servizz tas-saħħa tal-annimali.

(97)

B’hekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi ma wrewx li l-kumpens imħallas lis-servizz tas-saħħa tal-annimali mill-1990 sal-2004 ġie stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li kien ikollha tagħmel impriża tipika mmexxija tajjeb biex twettaq dawk l-obbligi. Għaldaqstant, wieħed jista’ jqis li, sal-31 ta’ Diċembru 2004, il-miżura kkonċernata tat vantaġġ ekonomiku lis-servizz tas-saħħa tal-annimali skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(98)

B’hekk, il-kumpens li ngħata lis-servizz tas-saħħa tal-annimali kull sena bejn l-1990 u l-2004 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, waqt li l-kumpens li ngħata ta’ kull sena wara l-1 ta’ Jannar 2005 abbażi ta’ proċedura tax-xiri pubbliku huwa konformi mal-kundizzjonijiet kollha msemmija fis-sentenza fil-każ tal-Altmark u b’hekk ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat favur is-servizz tas-saħħa tal-annimali. B’rabta ma’ dan, il-Kummissjoni tinnota li mid-dokumenti li bagħtulha l-awtoritajiet Ġermaniżi jidher li l-ħlasijiet lis-servizz tas-saħħa tal-annimali mill-1 ta’ Jannar 2005 sa tmiem l-2008 ma kinux ikopru l-ispejjeż kollha tal-miżuri ġenerali.

(99)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fis-sentenza fil-każ tal-Altmark kinux issodisfati jew le, la kien hemm ilment speċifiku u lanqas ma saru xi kummenti mill-partijiet interessati l-oħrajn.

Kemm l-għajnuna hija kompatibbli mal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(100)

Sabiex jiġi vvalutat kemm il-kumpens li ngħata lis-servizz tas-saħħa tal-annimali talli wettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku huwa kompatibbli mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iridu jitqiesu d-dispożizzjonijiet li kienu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna.

(101)

Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali fl-Ewropa (27) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Komunikazzjoni”), li tapplika għall-għajnuna li ma tkunx ġiet mgħarrfa, skont il-paragrafu 26(b) tal-Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat li tingħata bħala kumpens għall-għoti ta’ servizzi pubbliċi (28), il-kwistjoni dwar il-ħlasijiet ta’ kumpens mill-Istat trid tiġi analizzata skont it-tliet prinċipji li ġejjin:

in-newtralità fil-kuntest ta’ jekk il-kumpanija hijiex ta’ sidien privati jew hijiex waħda pubblika;

il-libertà tal-Istati Membri huma u jagħtu definizzjoni ta’ dawk li huma jqisu li huma servizzi pubbliċi;

il-proporzjonalità, li tiżgura li r-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni u fuq il-libertà fis-suq intern ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex il-ħidma ta’ interess ġenerali titwettaq b’mod effettiv.

(102)

L-ewwel prinċipju, dak tan-newtralità, ifisser li l-Kummissjoni ma tgħid xejn dwar jekk is-servizzi ta’ interess ġenerali għandhomx jitwettqu minn impriżi tas-settur pubbliku jew minn dawk privati. F’dan il-każ, m’hemm l-ebda dubju dwar jekk tħarisx dan il-prinċipju.

(103)

Il-libertà tal-Istati Membri li jagħtu definizzjoni tas-servizzi pubbliċi tfisser li l-Istati Membri huma responsabbli l-ewwel u qabel kollox għall-għoti ta’ definizzjoni ta’ x’jgħodd bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ attività partikulari. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ din id-definizzjoni, il-Kummissjoni tintervjeni biss jekk ikun hemm abbuż jew ikun hemm żbalji li jidhru b’mod ċar. Madanakollu, fil-każijiet kollha, l-eċċezzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistgħu japplikaw biss jekk il-ħidma tas-servizz pubbliku tkun iddefinita b’mod ċar u jekk min ikun se jwettaqha jkun tqabbad formalment b’att sovran (fosthom permezz ta’ kuntratti). Dan huwa meħtieġ biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u t-trasparenza fir-rigward tal-pubbliku inġenerali u huwa meħtieġ ukoll biex il-Kummissjoni tkun tista’ tanalizza l-proporzjonalità tal-miżuri.

(104)

Il-miżuri ġenerali li s-servizz tas-saħħa tal-annimali tqabbad iwettaq jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u, hekk kif spjegat fil-premessa 92, ġew iddefiniti b’mod ċar u s-servizz tas-saħħa tal-annimali tqabbad iwettaqhom.

(105)

Fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jinftiehem li qed igħid li r-riżorsi li jintużaw biex titwettaq il-ħidma tas-servizz pubbliku ma għandhom iwasslu għall-ebda tfixkil żejjed fil-kummerċ u li dawn ma jistgħux imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex il-ħidma titwettaq fil-verità. Skont il-punt numru 26 tal-Komunikazzjoni u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ dak iż-żmien, il-kumpens ma għandux ikun ta’ iktar mill-ispejjeż żejda netti marbutin mal-ħidma li l-impriża tkun tqabbdet tagħmel. Irid ikun żgurat li s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jingħataw, u l-impriża li tkun tqabbdet tagħmilhom trid tkun f’qagħda li tħallas l-ispejjeż addizzjonali marbutin magħhom.

(106)

B’hekk, f’dan il-każ jeħtieġ li jiġu kkalkulati l-ispejjeż żejda netti marbutin mal-għoti tas-servizzi pubbliċi (il-miżuri ġenerali) li s-servizz tas-saħħa tal-annimali ġarrab abbażi taż-żewġ ftehimiet u li, wara, ir-riżultat jitqabbel mal-għajnuna mill-Istat li ngħatat. Jekk il-kumpens li ngħata lis-servizz tas-saħħa tal-annimali ma jkunx ogħla mill-ispejjeż żejda li kien hemm minħabba l-ħidma tas-servizz pubbliku, il-prinċipju tal-proporzjonalità jista’ jitqies li jkun tħares.

(107)

Fil-perjodu rilevanti għal din id-deċiżjoni, jiġifieri mill-1990 sal-2004, l-ispejjeż żejda marbutin mal-miżuri ġenerali kienu iktar mill-għajnuna li ngħatat lis-servizz tas-saħħa tal-annimali, hekk kif jidher mill-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(108)

Għaldaqstant, il-ħlasijiet li ngħataw lis-servizz tas-saħħa tal-annimali għall-miżuri ġenerali mistħarrġa f’din id-Deċiżjoni, ma wasslu għall-ebda kumpens żejjed għall-ispejjeż żejda li s-servizz tas-saħħa tal-annimali ġarrab huwa u jwettaq dawn il-miżuri.

(109)

B’hekk, il-kumpens li ngħata lis-servizz tas-saħħa tal-annimali mill-1990 sal-2004 talli wettaq is-servizzi pubbliċi jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija kompatibbli mal-Artikolu 106(2) tal-istess Trattat.

(110)

B’rabta ma’ dan, il-Kummissjoni tinnota li huwa diffiċli li wieħed jifhem kif il-kumpens mill-Istat, li lanqas biss kopra l-ispejjeż żejda kollha tal-ħidma tas-servizz pubbliku, seta’ jintuża biex jissussidja l-attivitajiet tas-servizz tas-saħħa tal-annimali mmirati biex isir qligħ minnhom, kif allegat il-persuna li għamlet l-ilment. Barra minn hekk, la l-persuna li għamlet l-ilment u lanqas il-partijiet interessati l-oħrajn ma taw prova tal-istqarrija li għamlet il-persuna li ressqet l-ilment li l-veterinarji li huma impjegati mas-servizz tas-saħħa tal-annimali taw ċerti servizzi kliniċi u ta’ dijanjożi u ċerti servizzi terapewtiċi bi prezz li kien sa 90 % inqas minn dak tas-soltu.

(111)

Minħabba din l-istqarrija, l-awtoritajiet Ġermaniżi wettqu verifika speċifika tas-servizz tas-saħħa tal-annimali. Minn din ma nstabu l-ebda provi li din l-istqarrija kienet minnha. Għalhekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi talbu li jiġu mgħarrfa jekk jinstab xi tagħrif konkret dwar dan, sabiex fil-każ ikunu jistgħu janalizzaw il-każ partikulari.

(112)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Għaqda tal-veterinarji tar-reġjun tal-Bavarja (il-“Bayerische Landestierärztekammer”) u l-fergħa tar-reġjun tal-Bavarja tal-Għaqda federali tal-veterinarji (il-“Bundesverband praktizierender Tierärzte – Landesverband Bayern”) jappoġġaw il-ħidma tas-servizz tas-saħħa tal-annimali, inklużi l-attivitajiet tiegħu mmirati biex isir qligħ minnhom.

VI.   KONKLUŻJONI

(113)

Il-Kummissjoni sabet li l-Ġermanja tat l-għajnuna kkonċernata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(114)

Madanakollu, abbażi tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ “miżuri ġenerali” favur il-bdiewa (sa mill-1990), imsemmija fil-premessi 13 u 14, u l-kumpens mill-Istat mogħti mill-1990 sal-2004 lis-servizz tas-saħħa tal-annimali għall-għoti ta’ servizz pubbliku, imsemmi fil-premessi 17 u 18, huma kompatibbli mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, kif spjegat diġà, parti mill-għajnuna lanqas biss hija għajnuna mill-Istat. Il-kumpens ta’ kull sena msemmi fil-premessi 17 u 18, li ngħata lis-servizz tas-saħħa tal-annimali sa mill-1 ta’ Jannar 2005 ‘l quddiem għall-għoti ta’ servizz pubbliku, huwa konformi mal-kundizzjonijiet kollha msemmija fis-sentenza fil-każ tal-Altmark u b’hekk ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna li l-Ġermanja tat lill-bdiewa u s-sajjieda fil-forma ta’ miżuri ġenerali hija kompatibbli mas-suq intern.

L-għajnuna li l-Ġermanja tat mill-1990 sal-2004 lis-servizz tas-saħħa tal-annimali fil-forma ta’ kumpens lil dan is-servizz talli ta l-miżuri ġenerali hija kompatibbli mas-suq intern.

Il-kumpens mogħti lis-servizz tas-saħħa tal-annimali sa mill-1 ta’ Jannar 2005 talli ta l-miżuri ġenerali ma jikkostitwix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussel, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE nbidlu bl-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Essenzjalment, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE u l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma l-istess. Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, kwalunkwe referenza għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiftiehem bħala referenza għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE, rispettivament, fejn dan ikun xieraq.

(2)  ĠU C 244, 11.10.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(4)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

(5)  ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU C 28, 1.2.2000, p. 2.

(7)  ĠU C 84, 3.4.2008, p. 10.

(8)  Il-paragrafu 60 tas-sentenza tal-Qorti tal-11 ta’ Lulju 1996 fil-Każ C-39/94, SFEI [1996], il-Ġabra I-3547.

(9)  Il-paragrafu 41 tas-sentenza tal-Qorti tal-14 ta’ Frar 1990 fil-Każ C-301/87, Franza vs. il-Kummissjoni Ewropea [1990], il-Ġabra I-307.

(10)  Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-qagħda ta’ impriża fis-suq tissaħħaħ meta mqabbla ma’ dik tal-kompetitturi tagħha minħabba għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru, dan ifisser li kien hemm tfixkil tal-kompetizzjoni (il-paragrafi 11 u 12 tas-sentenza tal-Qorti tas-17 ta’ Settembru 1980 fil-Każ C-730/79, Philip Morris vs. il-Kummissjoni Ewropea [1980], il-Ġabra 2671).

(11)  Fl-2007, il-Ġermanja kellha kummerċ tal-prodotti agrikoli fl-UE ta’ 45 327 miljun Euro (bħala importazzjonijiet) u ta’ 37 514 miljun Euro (bħala esportazzjonijiet) (ċifri maħruġin mill-Eurostat).

(12)  Id-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Novembru 1986 bin-numru VI/5934/86.

(13)  Ara l-każijiet tal-għajnuna mill-Istat NN 23/97, N 426/03 u N 81/04 (li għadhom fis-seħħ).

(14)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3.

(15)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(16)  Ara l-ittra E tal-linji gwida dwar l-analiżi tal-għajnuna mill-Istat għall-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura tal-1988 (ĠU C 313, 8.12.1988, p. 21); il-punt 2.5 tal-linji gwida tal-1992 (ĠU C 152, 17.6.1992, p. 2); il-punt 2.9 tal-linji gwida tal-1994 (ĠU C 260, 17.9.1994, p. 3); il-punt 2.9 tal-linji gwida tal-1997 (ĠU C 100, 27.3.1997, p. 12); il-punt 2.8 tal-linji gwida tal-2001 (ĠU C 19, 20.1.2001, p. 7).

(17)  ĠU C 229, 14.9.2004, p. 5.

(18)  ĠU L 291, 14.9.2004, p. 3.

(19)  ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10.

(20)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(21)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 16.

(22)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(23)  ĠU L 120, 10.5.2007, p. 1.

(24)  Is-sentenza tal-Qorti tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-Każ C-280/00, Altmark [2003], il-Ġabra I-7747 u s-sentenza tal-Qorti tas-27 ta’ Novembru 2003 fil-Każijiet C-34/01 sa C-38/01 li huma marbutin ma’ xulxin, Enirisorse [2003], il-Ġabra I-14243.

(25)  ĠU L 234, 10.9.2005, p. 9.

(26)  2004/p. 112-09421.

(27)  ĠU C 17, 19.1.2001, p. 4.

(28)  ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4.


ANNESS

Is-sena

Il-valur tal-ispiża tal-miżuri ġenerali

Il-ħlasijiet li għamel ir-reġjun tal-Bavarja

(il-Liġi dwar l-għajnuna għall-qasam tal-agrikultura fil-Bavarja)

Il-ħlasijiet li għamel il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja

Il-ħlasijiet li għamlu r-reġjun tal-Bavarja u l-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja

Il-parti tal-ħlasijiet kollha fl-ispejjeż tal-miżuri ġenerali

(f’perċentwali)

1990

7 676,94

3 059,57

4 588,84

7 648,42

99,63

1991

6 992,48

3 127,06

3 711,98

6 839,04

97,81

1992

8 953,42

3 203,55

4 588,84

7 792,40

87,03

1993

9 063,52

3 361,03

4 679,34

8 040,37

88,71

1994

9 547,05

3 496,01

4 588,84

8 084,85

84,68

1995

8 392,14

3 554,50

4 588,84

8 143,35

97,04

1996

8 336,35

3 599,49

4 588,84

8 188,34

98,22

1997

8 620,18

3 361,23

4 486,59

7 847,82

91,04

1998

8 613,61

3 310,10

4 397,11

7 707,21

89,48

1999

8 280,91

3 419,52

4 397,11

7 816,63

94,39

2000

9 267,13

3 419,52

4 453,35

7 872,87

84,95

2001

8 471,71

3 419,52

4 448,24

7 867,76

92,87

2002

10 002,90

3 890,00

4 453,35

8 343,35

83,41

2003

9 953,20

3 722,00

4 614,73

8 336,73

83,78

2004

8 415,84

2 807,47

4 496,00

7 303,47

86,78

2005

9 439,37

3 200,00

4 021,00

7 221,00

76,50

2006

8 608,75

2 730,00

4 021,00

6 751,00

78,42

2007

9 084,88

3 130,00

4 021,00

7 151,00

78,71

2008

9 047,96

3 080,00

4 086,00

7 166,00

79,20


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/25


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 329/08/COL

tat-28 ta’ Mejju 2008

dwar l-għajnuna mogħtija lil Sementsverksmiðjan hf. (l-Islanda)

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b’mod speċjali l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll numru 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (3), b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Artikolu 1(2) tal-Ewwel Parti u l-Artikoli 4(4), 6, 7(5) u 14 tat-Tieni Parti tal-Protokoll numru 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (4),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji Gwida tal-Awtorità (5) dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE, b’mod partikolari il-Kapitolu tiegħu dwar l-Għajnuna li tingħata għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji li jinsabu f’diffikultà.

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni tal-Awtorità tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 tat-Tieni Parti tal-Protokoll numru 3 (6),

WARA LI TALBET lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (7) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   IL-PROĊEDURA

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Ewwel Parti tal-Protokoll numru 3, l-awtoritajiet tal-Islanda nnotifikaw il-bejgħ tal-ishma li l-Istat kellu f’Sementsverksmiðjan hf. permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ Awwissu 2003 mibgħuta mill-Missjoni tal-Islanda għall-Unjoni Ewropea, billi għaddew ittra mill-Ministeru tal-Finanzi datata d-19 ta’ Awwissu 2003 (Dok Nru 03-5685 A).

Fis-17 ta’ Diċembru 2003, Aalborg Portland Íslandi ehf. ippreżentat ilment lill-Awtorità dwar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-bejgħ tal-ishma li l-Istat tal-Islanda kellu f’ Sementsverksmiðjan hf. L-Awtorità rċeviet u rreġistrat din l-ittra fit-23 ta’ Diċembru 2003 (Dok Nru 03-9059 A). L-ilmentatur talab li dan l-ilment jiġi pproċessat fl-istess ħin man-notifika tal-bejgħ tal-kumpanija mill-Gvern.

Wara diversi skambji ta’ korrispondenza miż-żewġ naħat (8), permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Diċembru 2004, l-Awtorità għarrfet lill-awtoritajiet tal-Islanda li hija ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura msemmija fl-Artikolu 1(2) tal-Ewwel Parti tal-Protokoll numru 3 fir-rigward tal-bejgħ mill-Istat tal-Islanda tal-ishma li hu kellu f’Sementsverksmiðjan hf. (Avveniment Nru 296878). L-Awtorità qajmet dubji dwar il-valur tas-suq ta’ Sementsverksmiðjan hf. fiż-żmien meta nbiegħu l-ishma tal-Istat, dwar il-valur tas-suq tal-assi li reġgħu nxtraw mill-Istat, dwar id-dritt ta’ Sementsverksmiðjan hf. li tuża, mingħajr ebda ħlas, xi wħud mill-assi li jinsabu f’Rejkjavik li nbiegħu lit-Teżor Nazzjonali, kif ukoll dwar id-dritt tal-Istat li jerġa’ jakkwista mill-ġdid ċerti proprjetajiet u ċerti drittijiet fuq artijiet li jinsabu f’Rejkjavik bi prezz iffissat minn qabel.

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 421/04/COL biex jingħata bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata f‘Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-Suppliment taż-ŻEE (9). L-Awtorità stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar dan. L-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar din id-Deċiżjoni b’ittra datata l-24 ta’ Frar 2005 (Avveniment Nru 311243). Fl-20 ta’ Ġunju 2005, l-Awtorità rċeviet kummenti minn Íslenskt sement ehf., li hi l-kumpanija li xtrat lil Sementsverksmiðjan hf. (Avveniment Nru 323552). Fit-2 ta’ Settembru 2005, Aalborg Portland Íslandi ehf. issottomettiet aktar kummenti (Avveniment Nru 333018).

F’ittra datata s-17 ta’ Frar 2006 (Avveniment Nru 363608), l-awtoritajiet tal-Islanda għaddew lill-Awtorità kopja bl-Ingliż tal-Ftehim li sar bejn Sementsverksmiðjan hf. u l-Ministeru għall-Industrija għan-nom tal-Gvern tal-Islanda, li fuq il-bażi tiegħu ġie rtirat id-dritt tal-kumpanija li terġa’ tixtri lura xi assi f’Rejkjavik. Barra minn hekk, skont Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim, mill-1 ta’ Jannar 2004, il-kumpanija ngħatat b’titolu ta’ kera għal perjodu ta’ żmien indefinit l-assi li kienet qiegħda tuża, bi ħlas ta’ kera mensili stabbilita skont il-prezzijiet tas-suq.

Fid-dawl tal-kummenti magħmula mill-ilmentatur, u fid-dawl ta’ informazzjoni u kjarifiki ulterjuri li saru mill-awtoritajiet tal-Islanda matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-Awtorità kienet tal-fehma li kien meħtieġ li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali tiġi estiża biex tkopri wkoll il-proċess li permezz tiegħu l-Istat tal-Islanda assuma d-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjonijiet. Għalhekk, l-Awtorità adottat id-Deċiżjoni Nru 367/06/COL tad-29 ta’ Novembru 2006 dwar il-proċess li permezz tiegħu l-Istat tal-Islanda assuma d-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjonijiet. Permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ Novembru 2006 (Avveniment Nru 399095), l-Awtorità infurmat lill-awtoritajiet tal-Islanda bid-deċiżjoni tagħha li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali tiġi estiża fir-rigward ta’ din il-miżura. L-awtoritajiet tal-Islanda ma’ ssottomettewx kummenti dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità.

Fl-istess data, fid-29 ta’ Novembru 2006, l-Awtorità għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-miżuri ta’ għajnuna li ngħataw lil Íslenskt Sement ehf., il-grupp ta’ investituri li akkwistaw l-ishma li l-Istat kellu f’Sementsverksmiðjan hf.. L-Awtorità kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda għajnuna involuta f’din it-tranżazzjoni.

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 367/06/COL ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE (10). L-Awtorità talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-imsemmija Deċiżjoni. Fis-7 ta’ Mejju 2007 (Avveniment Nru 420691), l-Awtorità rċeviet kummenti minn Íslenskt sement ehf.. Permezz ta’ ittra datata l-14 ta’ Mejju 2007 (Avveniment Nru 421504), l-Awtorità għaddiet dawn il-kummenti lill-awtoritajiet tal-Islanda, u dawn ingħataw l-opportunità biex iwieġbu għall-kummenti li ġew sottomessi. L-awtoritajiet tal-Islanda wieġbu fit-18 ta’ April 2008 (Avveniment Nru 474416).

2.   L-ISFOND

2.1   IL-PROĊESS TAL-BEJGĦ TA’ SEMENTSVERKSMIÐJAN HF.

Sas-sena 2000, meta importatur tas-siment mid-Danimarka daħal fis-suq Iżlandiż, Sementsverksmiðjan hf. kienet tgawdi monopolju de facto fis-suq tas-siment. Minħabba s-sitwazzjoni l-ġdida ta’ kompetittività, Sementsverksmiðjan hf. għaddiet minn diffikulatjiet ekonomiċi u bdiet iġġarrab telf. Għalhekk, f’Marzu tal-2003, l-Istat iddeċieda li jbiegħ l-impriża u ħareġ sejħa għall-offerti biex jinxtraw 100 % tal-ishma tiegħu f’Sementsverksmiðjan hf. (11).

Il-proċedura tas-sejħa għall-offerti wasslet għall-għażla ta’ grupp ta’ investituri (12), li ħolqu l-kumpanija Íslenkst Sement ehf. bil-għan li jakkwistaw l-ishma tal-Istat. Il-Gvern beda n-negozjati ma’ dawn l-investituri biex jinbiegħu l-ishma li l-Istat kellu f’Sementsverksmiðjan hf.. Ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Gvern u l-kumpanija Íslenkst Sement ehf. kienu li l-kumpanija nbiegħet prinċipalment skont il-ftehim deskritt hawn taħt.

Fit-2 ta’ Ottubru 2003, il-Ministeru għall-Industrija, għan-nom tal-Gvern tal-Islanda, iffirma Ftehim dwar ix-Xiri tal-Ishma mal-kumpanija Íslenskt Sement ehf.. Skont dan il-Ftehim, l-Istat, li kien is-sid ta’ 100 % tal-ishma ta’ Sementsverksmiðjan hf. bil-valur nominali ta’ ISK 450 miljun, biegħ l-ishma li Íslenskt Sement ehf. għall-prezz ta’ ISK 68 miljun.

Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar ix-Xiri tal-Ishma, il-Gvern tal-Islanda assuma d-djun u l-obbligi ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjonijiet. Il-Gvern tal-Islanda assuma wkoll l-obbligi kollha eżisteni kif ukoll dawk futuri rigward il-ħlas ta’ kumpens annwali li jingħata lill-individwi li jħallsu fl-Iskema B tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat, u dan sakemm huma jkunu għadhom impjegati ta’ Sementsverksmiðjan hf..

Il-Ministeru tal-Finanzi, għan-nom tat-Teżor tal-Istat, ħa taħt idejh il-bqija tal-bonds li nħarġu biex jitħallsu l-obbligi akkumulati ta’ Sementsverksmiðjan hf., kif saldati fil-ftehim tal-1997, kif ukoll l-obbligi eżistenti u dawk futuri tal-impjegati preżenti tal-kumpanija li jaqgħu taħt l-Iskema B, permezz ta’ Ftehim iffirmat fit-23 ta’ Ottubru 2003 mal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat. Għaldaqstant, il-Gvern issodisfa l-obbligu stipulat fl-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar ix-Xiri tal-Ishma bejn il-Ministeru tal-Industrija u Íslenskt sement ehf.

Skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar ix-Xiri tal-Ishma, il-Gvern tal-Islanda kellu jixtri xi assi mingħand Sementsverksmiðjan hf. permezz ta’ ftehim separat. Kif huwa indikat fis-Sezzjoni 3 tal-Artikolu 5, il-prezz tax-xiri ta’ dawn l-assi kien ta’ ISK 450 miljun.

Fl-istess data, fit-2 ta’ Ottubru 2003, Sementsverksmiðjan hf. u t-Teżor Nazzjonali tal-Islanda ffirmaw Kuntratt ta’ Xiri li permezz tiegħu t-Teżor xtara għall-prezz ta’ ISK 450 miljun, il-proprjetajiet u l-assi tal-kumpanija f’Rejkjavík, il-bini tal-uffiċċju tal-kumpanija f’Akranes, minbarra sular u nofs minnu, u l-ishma u l-bonds kollha li Sementsverksmiðjan hf. kellha f’kumpaniji oħra. Kif stipulat fl-Artikolu 5 tal-Kuntratt tax-Xiri, Sementsverksmiðjan hf. kellha d-dritt li żżomm parti mill-proprjetajiet mibjugħa f’ Rejkjavik (13), u tużahom għall-ħidmiet industrijali tagħha waqt li troddhom lura lit-Teżor sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011. Sementsverksmiðjan hf. Kellha tħallas għall-mantenutenzjoni u l-benefikati magħmula f’dawn il-proprjetajiet, iżda ma kellha tħallas ebda kumpens għad-dritt ta’ użu tal-proprjetà. Skont l-Artikolu 6 tal-Kuntratt tax-Xiri, Sementsverksmiðjan hf. Kellha d-dritt li tixtri lura l-proprjetajiet mibgjugħa f’Rejkjavik hawn fuq imsemmija sal-31 ta’ Diċembru 2009, għall-prezz totali ta’ ISK 95 miljun b’imgħax annwali fiss ta’ 7 % li jitħallas mill-1 ta’ Awwissu 2003.

Il-kuntratt tax-xiri ġie emendat fis-16 ta’ Frar 2006 permezz ta’ ftehim iffirmat bejn Sementsverksmiðjan hf., il-Ministeru tal-Industrija għan-nom tal-Gvern tal-Islanda u Íslenskt sement ehf.. Il-partijiet f’dan il-Ftehim qablu li jidderogaw mis-Sezzjoni 5.4 tal-Ftehim tax-Xiri tal-Ishma fir-rigward tal-fakultà li ċerti assi jinxtraw lura, kif ukoll mis-Sezzjoni 6 tal-Kuntratt tax-Xiri, u li dawn jiġu ssostitwiti b’dispożizzjoni dwar kiri ta’ ċerti assi (14). Il-kera mensili ġiet iffissata għal ISK […] b’aġġustament skont l-indiċi tal-ispejjeż tal-bini. Fir-rigward iż-żmien tal-kunsinna tal-assi mibjugħha lit-Teżor Nazzajonali, il-partijiet ftiehmu li jissostitwixxu d-data tal-31 ta’ Diċembru 2011 bid-data tal-1 ta’ Jannar 2004.

2.2   ID-DEJN TA’ SEMENTSVERKSMIÐJAN HF. MAL-FOND TAL-PENSJONI TAL-ISTAT

2.2.1.    Kif jaħdem il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat

Il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat kien oriġinarjament irregolat mid-dispożizzjonijiet tal-Att Nru 29/1963. Fl-1990, il-primjums għall-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat kienu jidhru li mhumiex biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għall-ħlas tal-pensjonijiet. Għal din ir-raġuni, l-Istat iddeċieda li jirriforma s-sistema u adotta l-Att Nru 1/1997 “L-Att dwar il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat”. Il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat kien maqsum f’żewġ Skemi: inħolqot Skema A ġdida, filwaqt li l-fond tal-pensjoni li kien jeżisti qabel inqeleb fl-Iskema B. L-impjegati l-ġodda kollha kellhom jagħżlu l-Iskema A, filwaqt li l-impjegati kollha li diġà kellha l-kumpanija kellhom għażla bejn li jidħlu membri fl-Iskema A jew li jibqgħu membri fl-Iskema B li kienet magħluqa għall-membri l-ġodda. Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, bil-qsim tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat eżistenti fl-Iskemi A u B, il-fond sar kapaċi jmantni lilu nnifsu u ma kienx ser ikompli jakkumula bilanċ negattiv bejn il-primjums u l-impenji li fl-aħħar mill-aħħar kien ikollu jagħmel tajjeb għalih it-Teżor Nazzjonali (15).

Għall-kuntrarju ta’ dan, bħala riżulatat tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Iskema B, normalment ikun hemm defiċit li jrid jiġi kopert fuq bażi regolari. Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Iskema B jipprevedu l-ħlas tal-primjums fl-Iskema B tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat biss fuq il-bażi tal-paga bażika ta’ dawk l-impjegati li jaqgħu taħt din l-Iskema, u mhux fuq il-ħlas totali li huma jirċievu. L-impjegati li jagħmlu parti minn din l-Iskema jakkwistaw id-dritt li jirċievu ċertu perċentwal tal-paga bażika għall-kariga li minnha huma jirtiraw. Għalhekk, il-pensjoni hija marbuta mal-medja taż-żieda fil-paga tal-impjegati tal-Istat. Skont l-Artikolu 33 tal-Att Nru 1/1997, huwa min iħaddem lill-membri tal-Iskema B tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat li għandu jagħmel tajjeb għal din id-differenza. Madanakollu, f’każ li min iħaddem jonqos li jagħmel il-ħlas meħtieġ, bis-saħħa tal-Artikolu 32 tal-Att Nru 1/1997, it-Teżor jiggarantixxi lill-impjegat il-ħlas tal-pensjoni skont l-Att.

2.2.2.    It-trasferiment ta’ dejn minn Sementsverksmiðjan hf. għall-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat

Bir-riforma li saret fl-1996, iddaħħlet dispożizzjoni ġdida fil-liġi li tirregola l-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat, li teħtieġ li min iħaddem jirriforndi ż-żieda fil-ħlasijiet tal-pensjonijiet.

L-Artikolu 33 tal-Att Nru 1/1997 jgħid li “fil-każ fejn pensjoni li tkun diġà ġiet stabbilita […] tiżdied minħabba żieda ġenerali fil-pagi tal-impjegati tal-gvern, it-Teżor u persuni oħra li jħaddmu li jassiguraw lill-impjegati tagħhom fil-Fond għandhom jirrifondu  (16) iż-żieda li sseħħ fil-ħlasijiet tal-pensjonijiet. […]”.

Fit-8 ta’ Ottubru 1997, il-Ministeru tal-Finanzi iffirma Ftehim mal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati taċ-Ċivil dwar il-ħlas tal-obbligi tat-Teżor Nazzjonali skont l-Artikolu 33 tal-Att Nru 1/1997 dwar il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati taċ-Ċivil fir-rigward tal-impjegati ta’ Iceland State Cement Works, sat-tmiem tal-1996. Dawn l-obbligi kienu jikkorrespondu mal-obbligu tal-pensjoni miżjuda pagabbli lill-impjegati ta’ Sementsverksmiðjan hf. wara li jitnaqqas is-sehem tal-kumpanija mill-assi tal-Fond.

L-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim jgħid dan li ġej: “B’rata ta’ imgħax imputata ta’ 3,5 %, il-valur preżenti tal-obbligi akkumulati tal-LSR (17) fir-rigward tal-impjegati ta’ Iceland State Cement Works fl-aħħar tal-1996 kien stmat għal ISK 494 816 380. L-assi tal-LSR għall-ħlas ta’ obbligi huma kkunsidrati li jammontaw għal 19 % tal-obbligi akkumulati li għadhom mhumiex imħallsa. Għaldaqstant, l-obbligi tal-Istat għan-nom ta’ Sementsverksmiðjan hf. Ltd. huma ta’ ISK 400 801 268.”

L-Artikolu 33 il-ġdid tal-Att Nru 1/1997 jipprevedi l-possibiltà li l-ħlas isir permezz ta’ bonds.

“Il-bord tal-Fond jista’ […] jaċċetta debenture bħala ħlas għall-obbligi akkumulati. […] L-obbligi mħallsa b’dan il-mod għandhom ikunu bbażati fuq stima attwarjali fid-data ta’ meta dawn jiġu mħallsa. Persuna li tħaddem li tkun issodisfat l-obbligu tagħha permezz tal-ħruġ ta’ debenture skont dan il-paragrafu ma jkollhiex aktar responsabbiltà għall-obbligi tal-Fond […] fir-rigward tal-perjodu u ta’ dawk l-impjegati li għalihom japplika dan il-ħlas ”.

Skont l-Artikolu 14 tal-istess ftehim “It-Teżor Nazzjonali għandu jagħmel ħlas lil-LSR għall-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 2, billi jippreżenta lill-Fond b’bonds ta’ Iceland Cement Ltd. fl-ammont totali ta’ ISK 326 488 714 […]. Il-bonds huma indiċjati skont l-inflazzjoni mal-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (IPK) bl-indiċi bażi ta’ 178.6. L-imgħax annwali huwa ta’ 5,5 % (2,75 % għal nofs sena) u għandu jkun ikkalkulat mill-1 ta’ Jannar 1997. L-imgħax għall-perjodu li jkopri mill-1 ta’ Jannar 1997 sat-30 ta’ Awwissu 1997 għandu jitħallas separatament fl-1 ta’ Novembru 1997. Il-valur preżenti tal-bonds mill-1 ta’ Settembru 1997, b’imgħax imnaqqas ta’ 3,5 %, huwa ta’ ISK 400 801 268. It-Teżor Nazzjonali għandu jiggarantixxi lil-LSR il-ħlas tal-pagamenti u l-imgħax ta’ dawn il-bonds. B’dawn il-bonds, it-Teżor Nazzjonali ssodisfa totalment l-obbligi tiegħu favur l-LSR fir-rigward ta’ supplimenti ta’ pensjoni skont l-Artikolu 33 tal-Att Nru 1/1997 dwar il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati taċ-Ċivil, li jirriżultaw mill-isħubija tal-impjegati ta’ Iceland State Cement Works fl-LSR sat-tmiem tal-1996”.

Għaldaqstant, wara l-applikazzjoni tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 33 tal-Att Nru 1/1997, ladarba Sementsverksmiðjan hf. tkun issodisfat l-obbligi tagħha bil-ħruġ ta’ bonds għall-ammont stabbilit fil-Ftehim tat-8 ta’ Ottubru 1997, il-kumpanija ma jkollha ebda responsabbiltà oħra għall-impenji tal-Fond li jitħallsu pensjonijiet lil dawk l-impjegati li qabel kienu jaħdmu mal-kumpanija rigward il-perjodu li jkopri sal-aħħar tal-1996 u li għalihom kien japplika l-ħlas. Dawn il-bonds huma għalhekk sempliċiment posponiment tal-ħlas tad-dejn.

Fit-30 ta’ Marzu 1999, Sementsverksmiðjan hf. u l-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat iffirmaw it-tieni ftehim skont l-Artikolu 33 tal-Att Nru 1/1997. Skont dan il-ftehim, il-Fond għandu jagħmel stima annwali tal-obbligu akkumulat tal-ħlas tal-pensjoni ta’ matul is-sena fir-rigward tal-impjegati tal-kumpanija li huma membri tal-Iskema B tal-Fond li jkunu għadhom jaħdmu mal-kumpanija. Il-kumpanija tissodisfa dawn l-obbligi wara li tnaqqas il-kontribuzzjonijiet kollha mħallsa mill-impjegati u mill-kumpanija fir-rigward tad-drittijiet akkwistati matul is-sena. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Islanda, fl-2003, ħames impjegati ta’ Sementsverksmiðjan hf. kienu għadhom membri tal-Iskema B tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat.

2.2.3.    Il-proċess li permezz tiegħu l-Istat assuma d-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjonijiet

Permezz ta’ ftehim datat it-23 ta’ Ottubru 2003 bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat, għan-nom tat-Teżor tal-Istat, il-Ministeru tal-Finanzi ħa taħt idejh dak li kien fadal mill-bonds li nħarġu minn Sementsverksmiðjan hf. biex jitħallsu d-djun kollha tal-kumpanija, u dan skont l-arranġament li sar permezz tal-ftehim tal-1997. Il-Gvern assuma wkoll l-obbligi li Sementsverksmiðjan hf. kellha favur il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat li darba fis-sena tħallas u tissalda l-ħlas ta’ kumpens lill-impjegati tal-kumpanija li huma membri tal-Iskema B tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat (kif miftiehem fil-Ftehim li sar bejn il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat u Sementsverksmiðjan hf. datat it-30 ta’ Marzu 1999).

Permezz ta’ dan il-Ftehim, il-Ministeru tal-Finanzi ssodisfa l-obbligu assunt taħt l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Xiri tal-Ishma ffirmat fit-2 ta’ Ottubru 2003 mal-grupp ta’ investituri, Íslenskt sement ehf.. Skont dik id-dispożizzjoni, “il-Venditur għandu jassumi d-djun relatati mal-pensjonijiet u l-obbligi tal-Kumpanija li huma ggarantiti mill-Gvern, u li l-Gvern kien ħa taħt idejh mill-Kumpanija fl-1997 permezz ta’ ftehim speċjali. Il-Venditur għandu wkoll jassumi dawk l-obbligi kollha, kemm eżistenti kif ukoll futuri, rigward s-saldu annwali ta’ kumpens li japplika għal individwi li bħalissa qegħdin iħallsu fl-Iskema B tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat u dan sakemm huma jibqgħu impjegati tal-Kumpanija”.

Anke kieku l-Ministeru tal-Finanzi stess iddeċieda li jassumi d-djun u l-obbligi ta’ Sementsverksmiðjan hf. fil-Ftehim ta’ Xiri tal-Ishma mal-grupp ta’ investituri Íslenskt sement ehf., huwa fuq il-bażi ta’ att legali partikolari, jiġifieri l-ftehim bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat tat-23 ta’ Ottubru 2003, li Sementsverksmiðjan hf. ġiet meħlusa minn dawn l-obbligi.

Skont informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Islanda (18), l-obbligi relatati mal- pensjonijiet tal-impjegati li huma diġà rtirati kienu stmati għal ISK 412 miljun fl-2003. Rigward l-obbligi futuri lejn l-impjegati ta’ Sementsverksmiðjan hf. li għadhom membri tal-Iskema B tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat, dawn kienu stmati li jammontaw għal ISK 10-15 miljun, skont kemm l-impjegati jdumu jaħdmu mal-kumpanija.

3.   IL-MIŻURI LI QEGĦDIN JIĠU EVALWATI FID-DEĊIŻJONI PREŻENTI

Kif diġà ntqal, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali li nfetħet bid-Deċiżjoni Nru 421/04/COL ġiet estiża biex tkopri l-proċess li permezz tiegħu l-Istat assuma d-djun tal-kumpanija relatati mal-pensjonijiet permezz tad-Deċiżjoni Nru 367/06/COL.

Fl-istess data, fid-29 ta’ Novembru 2006, l-Awtorità adottat id-Deċiżjoni Nru 368/06/COL biex tingħalaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-bejgħ tal-ishma li l-Istat kellu f’Sementsverksmiðjan hf. lil Íslenskt sement ehf. fid-29 ta’ Novembru 2006 għall-prezz ta’ ISK 68 miljun u kkonkludiet li l-bejgħ ma kienx jinkorpora fih għajnuna mogħtija mill-istat.

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni , l-Awtorità ser tevalwa jekk ingħatatx għajnuna mill-Istat lil Sementsverksmiðjan hf., u jekk tali għajnuna hijiex kumpatibbli, fir-rigward tal-miżuri segwenti fejn s’issa għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni mill-Awtorità:

(1)

Ix-xiri mill-Istat ta’ proprjetajiet, assi, ishma u bonds ta’ Sementsverksmiðjan hf.

Fid-Deċiżjoni Nru 421/04/COL, l-Awtorità qajmet il-kwistjoni li seta’ kien hemm għajnuna mill-Istat fl-akkwist mit-Teżor Nazzjonali tal-Islanda tal-assi li kienu ta’ Sementsverksmiðjan hf. (19) għall-prezz ta’ ISK 450 miljun, jekk dan il-prezz ma jikkorrispondix mal-valur tas-suq.

(2)

Id-dritt ta’ Sementsverksmiðjan hf. li żżomm parti mill-assi u li terġa’ tixtrihom lura bi prezz fiss.

Fid-Deċiżjoni Nru 421/04/COL, l-Awtorità fetħet ukoll il-proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward il-possibiltà ta’ Sementsverksmiðjan hf. li żżomm parti mill-proprjetajiet f’Rejkjavik (20) li kienu mibjugħa, li tużahom għall- operazzjonijiet industrijali tagħha u li troddhom lura lit-Teżor Nazzjonali mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011. Sementsverksmiðjan hf. kellha tħallas għall-manutenzjoni kollha u għall-benefikati li jsiru f’dawn il-proprjetajiet, iżda ma kellhiex tħallas kumpens għal dan id-dritt ta’ użu. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 6 tal-Kuntratt tax-Xiri, sal-31 ta’ Diċembru 2009, Sementsverksmiðjan hf. kellha d-dritt li terġa’ tixtri il-proprjetajiet f’Rejkjavik hawn fuq imsemmija li kienu diġà ġew mibjugħa għall-prezz totali ta’ ISK 95 miljun b’imgħax annwali fiss ta’ 7 % li jiddekorri mill-1 ta’ Awwissu 2003.

Fid-Deċiżjoni Nru 421/04/COL, l-Awtorità fuq bażi preliminari ikkunsidrat li n-nuqqas ta’ renumerazzjoni għall-użu tal-assi li jinsabu f’Rejkjavik li nbiegħu lit-Teżor bħala jammonta għal għajnuna mill-Istat. L-Awtorità kienet tal-fehma li jekk Sementsverksmiðjan hf. terġa’ tixtri mill-ġdid bil-prezz hawn fuq imsemmi, l-Istat jista’ jitlef dħul jekk ibiegħ l-assi bi prezz taħt il-valur tas-suq.

(3)

Il-proċess li permezz tiegħu l-Istat assuma d-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjonijiet.

Fid-Deċiżjoni 367/06/COL, l-Awtorità kkonkludiet fuq bażi preliminari li l-fatt li l-Istat assuma d-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjonijiet jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-Awtorità kellha esprimiet dubji dwar jekk kinitx tapplika xi waħda mill-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali li tipprojbixxi għajnuna mill-Istat li jinsabu fl-Artikolu 61(2) jew (3) tal-Ftehim taż-ŻEE. F’każ illi hemm għajnuna mill-Istat, l-Awtorità esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk l-għajnuna mogħtija tistax tiġi dikjarata bħala kumpatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE. B’mod aktar speċifiku, l-Awtorità esprimiet tħassib dwar jekk l-għajnuna tistax titqies li hija kumpatibbli fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat bħala Għajnuna għas-Salvataġġ jew ir-Ristrutturar ta’ Kumpanija.

4.   IL-KUMMENTI TAL-AWTORITAJIET TAL-ISLANDA

F’ittra datata it-23 ta’ Frar 2005, l-awtoritajiet tal-Islanda kkummentaw fuq id-dubji li esprimiet l-Awtorità fid-Deċiżjoni Nru 421/04/COL. L-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li x-xiri mill-ġdid tal-assi mingħand Sementsverksmiðjan hf. kien parti minn proċedura ta’ ristrutturar: “L-Istat xtara mingħand il-Kumpanija l-assi kollha li ma kinux elementari għall-produzzjoni u l-operat, biex inaqqas in-nefqa relatata mal-operat tal-kumpanija u biex l-operat tal-Kumpanija jsir vijabbli.”

Rigward il-valur korrett tal-assi li reġgħu nxtraw lura, l-awtoritajiet tal-Islanda sostnew li l-aktar stima realistika kienet dik li saret mill-esperti ta’ AV u VSO Ráðgjöf f’Settembru tal-2003. Dawn l-esperti stmaw il-proprjetà f’Rejkjavík bħala li tiswa ISK 276 miljun u l-bini tal-uffiċċju f’Akranes bħala li jiswa ISK 74.4 miljun. L-awtoritajiet tal-Islanda kienu tal-fehma li l-istima tal-assi f’Rejkjavik kienet favorevoli ħafna għall-Istat minħabba li kellhom valur strateġiku, li kien ibbażat fuq il-valur proġettat fil-futur, “peress li fiż-żmien tal-bejgħ kienu qegħdin isiru pjanijiet biex isir proġett kbir li jinvolvi l-bini ta’ pont, u kellu jingħalaq il-port tal-Kumpanija f’Saeverhöfdi, Rejkjavik b’hekk illi l-faċilitajiet kienu jsiru mingħajr ebda użu għall-operat tal-Kumpanija. Madanakollu, dan il-pont se jwassal għal tibdil fl-ippjanar tal-belt f’dik iż-żona u huwa mistenni li l-art tkun riżervata għal żona residenzjali, u b’hekk il-valur tal-art jogħla ħafna.”

Fir-rigward tad-dritt ta’ xiri mill-ġdid ta’ ċerti assi stipulat fl-Artikolu 6 tal-Ftehim tax-Xiri tat-2 ta’ Ottubru 2003, fl-ittra msemmija, l-awtoritajiet tal-Islanda indikaw il-fatt li huma lesti li jemendaw il-ftehim u jissostitwixxu dan id-dritt bid-dritt li l-Kumpanija tingħata l-ewwel preferenza biex terġa’ tixtri l-assi tagħha, u dan bil-valur tas-suq.

Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet tal-Islanda qajmu argumenti biex jiġġustifikaw il-fatt li f’każ li kien hemm għajnuna mill-Istat fil-proċess tal-bejgħ ta’ Sementsverksmiðjan hf., din l-għajnuna tista’ tiġi kkunsidrata bħala kumpatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat bħala Għajnuna għas-Salvataġġ jew ir-Ristrutturar ta’ Kumpanija. Għal dan il-għan l-awtoritajiet tal-Islanda ppreżentaw mal-ittra, il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf.

L-awtoritajiet tal-Islanda ma kkumentawx dwar id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 367/06/COL dwar il-fatt li l-Istat tal-Islanda assuma id-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjonijiet.

5.   IL-KUMMENTI TAL-KUMPANIJA ÍSLENSKT SEMENT EHF.

Íslenskt sement ehf. issottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 421/04/COL fl-20 ta’ Ġunju 2005 (Avveniment Nru 323552). F’din l-ittra, il-kumpanija saħqet li l-assi ta’ Sementsverksmiðjan hf. li reġgħu nxtraw mill-Istat ma nbiegħux individwalment imma b’konnessjoni mal-bejgħ tal-ishma. Għaldaqstant, dak il-bejgħ kien jifforma parti integrali mill-ftehim tax-xiri in ġenerali dwar il-bejgħ tal-ishma ta’ Sementsverksmiðjan hf. b’mod ġenerali. Barra minn hekk, Íslenskt sement ehf. ikkunsidrat id-drittijiet ta’ Sementsverksmiðjan hf. li tuża xi wħud mill-assi li reġgħu nxtraw mill-ġdid, bħala parti integrali mill-proċess tal-privatizzazzjoni tal-kumpanija, u dan ġie kkunsidrat meta saru n-negozjati fuq il-prezz globali. Barra minn hekk, fl-opinjoni ta’ Íslenskt sement ehf. il-valur tas-suq oġġettiv tad-dritt ta’ użu ta’ dawn l-assi huwa wisq żgħir “u jista’ jiġi kkunsidrat bħala li ma jiswa xejn” peress li l-assi setgħu jintużaw biss minn Sementsverksmiðjan hf. bħala l-unika kumpanija li tipproduċi s-siment fl-Islanda. Fl-aħħar nett, Íslenskt sement ehf. kkuntestat l-argument li d-dritt tal-kumpanija li takkwista mill-ġdid dawk l-assi li hi għandha d-dritt tuża għall-prezz totali ta’ ISK 95 miljun jinvolvi l-għajnuna mill-Istat, u dan għar-raġuni li dawn il-faċilitajiet speċjalizzati li jintużaw għall-produzzjoni tas-siment għandhom valur baxx fis-suq.

F’ittra datata fis-7 ta’ Mejju 2007 (Avveniment Nru 421504), Íslenskt sement ehf. l-ewwel esprimiet l-opinjoni tagħha fuq l-approċċ li ħadet l-Awtorità li taqsam il-każ f’żewġ partijiet, jiħifieri l-bejgħ tal-ishma u l-miżuri l-oħra. Fl-opinjoni tal-kumpanija, it-tranżazzjonijiet differenti għandhom jiġu meqjusa bħala ħaġa waħda. “Kienet prekondizzjoni, kemm min-naħa tal-venditur (il-Gvern tal-Islanda,) kif ukoll min-naħa tal-kompratur (Íslenskt sement ehf.), li d-diversi ftehim li saru fl-istess ġurnata jikkostitwixxu tranżazzjoni waħda li ma tistax tinqasam. L-ebda ftehim ma seta’ jiġi konkluż mingħajr l-konklużjoni tal-ftehim l-oħrajn fl-istess ħin u b’relazzjoni ma’ xulxin.”

It-tieni nett, Íslenskt sement ehf. ressqet argumenti biex turi li ma ngħatat l-ebda għajnuna mill-Istat fil-proċess li permezz tiegħu l-Istat tal-Islanda assuma d-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjonijiet. Íslenskt sement ehf. spjegat li d-djun relatati mal-pensjonijiet ma kinux inklużi fil-karta tal-bilanċ tal-kontijiet annwali tas-sena 1996, iżda kienu mniżżla biss bħala obbligi kontinġenti li ma jidħlux fil-karta tal-bilanċ. Fl-1997, l-obbligi tal-kumpanija relatati mal-pensjonijiet ġew rilaxxati kontra l-ħruġ ta’ bonds tal-kumpanija fis-suq. Dan ifisser li d-djun ġew iffinanzjati permezz ta’ dejn (bonds) mal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat, u mbagħad dawn id-djun tniżżlu fil-karta tal-bilanċ tal-kontijiet annwali tal-1997 u s-snin ta’ wara bħala obbligazzjoni fit-tul. Íslenskt sement ehf. kompliet tispjega kif b’konnessjoni mal-bejgħ tal-ishma ta’ Sementsverksmiðjan hf., l-Istat assuma d-dejn li l-kumpanija kellha mal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat fl-2003. Għalhekk, fil-kontijiet annwali għall-2003, ġie mnaqqas mill-obbligazjzonijiet fil-karta tal-bilanċ l-ammont ta’ ISK 388 028 317 fl-istess waqt li l-qliegħ miżmum tal-kumpanija żdied bl-istess ammont.

It-tielet nett, Íslenskt sement ehf. għamlet referenza għall-bejgħ tal-assi minn Sementsverksmiðjan hf. favur l-Istat għas-somma ta’ ISK 450 miljun, liema punt ġie indirizzat fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 421/04/COL. L-ishma u l-bonds kollha nbiegħu lill-Istat bil-valur tas-suq (21). Il-proprjetà Saevarhófdi f’Rejkjavík u l-parti tal-bini tal-uffiċċju f’Akranes ġew stmati bħala li jiswew ISK 276 miljun u ISK 74,4 miljun rispettivament u nbiegħu lill-Istat għal ISK 280 miljun u ISK 72,5 miljun.

Íslenskt sement ehf. għamlet refenza wkoll għall-ispejjeż tal-likwidazzjoni ta’ Sementsverksmiðjan hf. kif stabbiliti mill-MP Investment Bank Ltd. fl-2003 u ssostni li l-ispiża tal-likwidazzjoni kienet ikkalkulata bħala li se tkun ta’ ISK 506 498 730, inkluż it-tindif tas-sit f’Akranes.

Íslenskt sement ehf. ikkonkludiet li “jekk wieħed japplika l-metodu stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, ’per eżempju fil-każ Gröditzer Stahlwerke GmbH, il-kwistjoni ta’ dan il-każ hi jekk l-ispejjeż totali għal-likwidazzjoni tal-Kumpanija maħruġa mill-Istat jaqbżux l-ispejjeż tal-Istat jekk jassumi d-djun u jbiegħ l-ishma tal-Kumpanija. Jekk it-tweġiba għal din il-mistoqsija hija fl-affirmattiv, għandu jitqies li l-Istat mexa skont il-prinċipju ta’ investitur fl-ekonomija tas-suq, peress li, fuq il-bażi ta’ raġunament ekonomiku sod, investitur privat kien jassumi d-dejn u jbiegħ l-ishma tal-Kumpanija.” Għalhekk, Íslenskt sement ehf. kienet tal-opinjoni li “l-ispiża totali tal-likwidazzjoni qabżet l-ispiża totali għall-bejgħ tal-Kumpanija għal 70 376 683 ISK (22) u għalhekk l-Istat aġixxa skont il-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, ma seta’ kien hemm involuta ebda għajnuna mill-Istat fil-proċess li permezz tiegħu l-Istat assuma d-djun li l-Kumpanija kellha mal-Fond tal-Pensjoni b’konnessjoni mal-bejgħ tal-ishma tal-Kumpanija mill-Istat.”

6.   IL-KUMMENTI MINN AALBORG PORTLAND ÍSLANDI EHF.

Permezz ta’ ittra datata t-2 ta’ Settembru 2005, il-kumpanija Aalborg Portland Íslandi ehf. issottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha fuq id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 421/04/COL. Il-kumpanija qablet mal-Awtorità iżda ppuntat lejn il-fatt li d-deċiżjoni tal-bidu ma ndirizzatx il-proċess li bih l-Istat assuma d-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjoni. Barra minn dan, il-kumpanija Aalborg Portland Íslandi ehf. ma għamlet l-ebda kummenti fuq id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 367/06/COL biex testendi d-deċiżjoni u tkopri wkoll il-proċess li bih l-Istat tal-Islanda assuma d-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjoni.

7.   AKTAR KUMMENTI MILL-ISLANDA

F’ittra datata t-8 ta’ April 2008, l-awtoritajiet tal-Islanda ppreżentaw aktar informazzjoni dwar pjan ta’ ristrutturar li kien diġà ġie ppreżentat qabel u kien hemm inkluż ukoll stħarriġ tas-suq li kien għadu qatt ma ġie ppreżentat lill-Awtorità.

II.   VALUTAZZJONI

1.   L-GĦOTI TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jgħid hekk:

“Sakemm mhux indikat mod ieħor f’dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna mill-Istati Membru tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew għajnuna mogħtija permezz ta’ riżorsi tal-istati taħt kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tagħti preferenza lil ċerti negozji jew lill-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, jekk din taffetwa l-kummerċ bejn il-Partitjiet Kontrattwali, hija inkompatibbli mal-funzjonar ta’ dan il-Ftehim”

1.1   IX-XIRI TA’ PROPRJETAJIET, ASSI, ISHMA U BONDS

Fuq il-bażi tal-Kuntratt tax-Xiri, it-teżor Nazzjonali tal-Islanda xtara il-proprjetajiet u l-assi tal-kumpanija f’Rejkjavík, il-bini tal-uffiċċju tal-kumpanija f’Akranes minbarra sular u nofs minnu, u l-ishma u l-bonds li Sementsverksmiðjan hf. kellha f’kumpanija oħra, u dan għall-prezz ta’ ISK 450 miljun.

It-tabella li ġejja tqabbel il-valur tas-suq tal-proprjetajiet mal-assi ta’ Sementsverksmiðjan hf. f’Rejkjavik u f’Akranes, kif ukoll il-valur tal-ishma u l-bonds skont kif stabbilit minn esperti indipendenti (23), mal-prezz li t-Teżor Nazzjonali ħallas għalihom:

(ISK miljuni)

 

Stima li saret minn esperti indipendenti

Il-prezz imħallas mit-Teżor Nazzjonali tal-Islanda

Art, proprjetà u tagħmir f’Saeverhöfdi 31, f’Rejkjavik

276

280

Il-bini tal-uffiċċju f’Akranes (esklużi sular u nofs minnu)

74,4

72,5

Ishma fil-kumpanija Geca

46,5

46,5

Ishma fil-kumpanija Spölur

40

40

Bonds fil-kumpanija Spölur

11

11

Total

447,9

450

Għaldaqstant, hemm diskrepanza ta’ 2,1 MISK (ekwivalenti għal 21 214 euro) li t-Teżor Nazzjonali ħallas aktar mill-valur tas-suq tal-assi li nxtraw kif stmati minn esperti indipendenti. Id-diskrepanza tinsab fil-bejgħ tal-proprjetajiet f’Rejkjavik li nbiegħu għal ISK 4 miljun aktar mill-istima li ngħatat, u fil-bini tal-uffiċċju f’Akranes li nbiegħ għal ISK 1,9 miljun inqas mill-istima.

Skont il-każistika, l-Awtorità ma tistax tiffissa b’mod arbitrarju l-prezz tas-suq f’din id-deċiżjoni biss fuq il-bażi ta’ stima minn esperti (24). Anzi, meta l-Awtorità tiffissa l-prezz tas-suq ta’ art u bini, hija “għandha tikkunsidra l-inċertezza involuta fl-iffissar ta’ prezzijiet tas-suq bħal dawn, li min-natura tiegħu huwa retrospettiv.”  (25) Spiss jiġri li wieħed ma jkunx jista’ jikkonkludi li stima waħda tirrappreżenta l-valur tas-suq li xerrej ikun lest li jaċċetta. Għall-kuntrarju, il-valur tas-suq aċċettabbli normalment ikun jista’ jiġi stabbilit fi ħdan marġni raġonevoli, wara li jkun ġie eżaminat is-suq. Fl-opinjoni tal-Awtorità, m’hemm l-ebda tweġiba ovvja għall-mistoqsija dwar kemm irid ikun wiesa’ dan il-marġni. Dan jista’ jvarja minn każ għal każ.

Fl-opinjoni tal-Awtorità, id-differenza ta’ ISK 2.1 miljun fil-prezz nett bejn l-istima mogħtija mill-espert indipendenti u l-prezz li finalment tħallas mit-Teżor tal-Istat tant hija żgħira li ma tipprovdi l-ebda evidenza li l-prezz tax-xiri ma kienx jirrifletti l-kondizzjonijiet tas-suq. Il-prezz stabbilit mill-espert indipendenti jista’ jitqies bħala indikazzjoni. Differenzi fl-ammonti li huma ħafna ikbar mill-ammont tal-istima jistgħu jkunu indikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat. Madanakollu, fl-opinjoni tal-Awtorità (26), differenza hekk żgħira bħal ma hi d-differenza f’dan il-każ, mhijiex biżżejjed biex tipprova li kien hemm għajnuna mill-Istat lil Sementsverksmiðjan hf.. Anzi, din tindika li l-ħlas kien jikkostitwixxi prezz tas-suq ġust. Għaldaqstant, l-Awtorità hi tal-fehma li Sementsverksmiðjan hf. ma rċevitx għajnuna mill-Istat fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE fil-każ tal-bejgħ tal-proprjetajiet, assi, ishma u bonds favur it-Teżor Nazzjonali tal-Islanda.

1.2   ID-DRITT TAL-KUMPANIJA LI ŻŻOMM PARTI MILL-ASSI U LI TERĠA’ TIXTRIHOM LURA BI PREZZ FISS

L-Artikolu 5 tal-Kuntratt tax-Xiri ta lil Sementsverksmiðjan hf. il-possibiltà li żżomm parti mill-proprjetajiet f’Rejkjavik (27) li hi kienet biegħet, biex tużahom għall-operazzjonijiet industrijali tagħha, u biex tagħti dawn il-proprjetajiet lura lit-Teżor Nazzjonali mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011. Sementsverksmiðjan hf. kellha tħallas għall-manutenzjoni u l-benefikati kollha, iżda ma ħallsitx kumpens għal dan id-dritt ta’ użu. Barra minn hekk, skont Artikolu 6 tal-Kuntratt tax-Xiri, sal-31 ta’ Diċembru tal-2009, Sementsverksmiðjan hf. kellha d-dritt li tixtri lura l-proprjetajiet f’Rejkjavik fuq imsemmija għall-prezz totali ta’ ISK 95 miljun, bl-interessi li jakkumulaw ikkalkulati fuq imgħax fiss annwali ta’ 7 % li jibda jiddekorri mill-1 ta’ Awwissu 2003.

F’ittra datata s-17 ta’ Frar 2006 (Avveniment Nru 363608), l-awtoritajiet tal-Islanda għaddew lill-Awtorità kopja bl-Ingliż ta’ Ftehim li sar bejn Sementsverksmiðjan hf. u l-Ministeru tal-Industrija għan-nom tal-Gvern tal-Islanda. Skont dan il-Ftehim, id-dritt li l-Kumpanija kellha, li jekk trid hi terġa tixtri lura xi wħud mill-assi li kellha f’Rejkjavik, ġie rtirat. L-assi li nbiegħu lit-Teżor għaddew għand it-Teżor b’effett mill-1 ta’ Jannar 2004. Minn din id-data ’il quddiem, skont Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim, il-Kumpanija kriet l-assi li kienet qiegħda tuża għal perjodu ta’ żmien indefinit. Il-kera ta’ kull xahar għal dawn l-assi (28) hija ta’ ISK […]. Il-kera tiġi aġġustata darba fis-sena skont l-indiċi tal-prezz tal-kostruzzjoni. L-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw il-fatt li l-ammont tal-kera ġie kkalkulat skont il-proporzjon normali tas-suq tal-proprjetà fl-Islanda.

L-Awtorità m’għandhiex għalfejn tiddubita l-veraċità u l-eżattezza tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-Islanda, li skont din l-informazzjoni, Sementsverksmiðjan hf. tħallas il-prezz tas-suq bħala kera għal dawn l-assi (29). Għaldaqstant, wara li fil-ftehim saru l-emendi fuq imsemmija, l-Awtorità hija tal-fehma li ma ngħatat l-ebda għajnuna mill-Istat li taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

1.3   IL-PROĊESS LI PERMEZZ TIEGĦU L-ISTAT ASSUMA L-OBBLIGI RELATATI MAL-ĦLAS TAL-PENSJONIJIET

Permezz ta’ ftehim iffirmat bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat fit-23 ta’ Ottubru 2003, il-Ministeru tal-Finanzi, għan-nom tat-Teżor Nazzjonali, ħa l-bonds li kien baqa’ li nħarġu biex jitħallsu d-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. li kienu akkumulaw, u dan kif kien mifthiem fil-Ftehim tal-1997. Barra minn hekk, in forza tal-istess ftehim, it-Teżor Nazzjonali assuma l-obbligi li kellha ta’ Sementsverksmiðjan hf. lejn l-impjegati li għadhom jaħdmu mal-kumpanija. Dawn l-obbligi kellhom jitħallsu u jiġu magħluqa kull sena.

1.3.1.    L-għoti tal-għajnuna permezz ta’ riżorsi tal-Istat

Biex tikkonsisti f’għajnuna mill-Istat, l-għajnuna trid tkun l-ewwel nett ingħatat mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Skont il-Ftehim bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat iffirmat f’Ottubru tal-2003, it-Teżor irid iħallas lill-Fond tal-Pensjoni, għan-nom ta’ Sementsverksmiðjan hf., l-ammonti li huma dovuti mill-kumpanija. Fiż-żmien meta kien iffirmat il-ftehim, id-djun li Sementsverksmiðjan hf. kellha mal-Fond tal-Pensjoni fir-rigward tal-ħlas tal-pensjonijiet lill-impjegati li kienu diġà irtirati kien stimat bħala li hu ta’ ISK 412 miljun. Barra minn hekk, l-obbligi futuri fir-rigward tal-impjegati tal-kumpanija li baqa’ u li huma membri tal-Iskema B tal-Fond tal-Pensjoni u li għadhom jaħdmu mal-kumpanija, kienu kkalkulati bħala li jammontaw bejn ISK 10 u 15-il miljun. Li l-Istat jassumi d-djun tal-kumpanija relatati mal-pensjonijiet u li jħallas dawn id-djun mit-Teżor jinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-Istat.

1.3.2.    Preferenza mogħtija lil ċerti negozji jew lill-produzzjoni ta’ ċerti prodotti

It-tieni nett, l-għajnuna mill-Istat trid tagħti vantaġġi lil min ikun qiegħed jirċeviha fis-sens li teħilsu minn obbligi li s-soltu jkollhu jwettaq mill-baġit tiegħu.

L-Istat assuma d-dejn li Sementsverksmiðjan hf. kellha mal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat fuq il-ħlas tal-pensjonijiet tal-impjegati tagħha stess. Sementsverksmiðjan hf. ġiet imwaqqfa fl-1955 bħala parti mill-amministrazzjoni tal-Istat. L-impjegati tal-produttur tas-siment, li dak iż-żmien kien imsejjaħ Iceland State Cement Works, kienu membri tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat bħal kwalunkwe impjegat ieħor mal-amministrazzjoni tal-Istat.

Fl-1997, l-Istat għamel riforma tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat. Il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat għamel stima attwarjali tal-obbligi li kellu favur il-membri tiegħu fil-forma ta’ ħlas ta’ pensjoni fil-futur. Ir-riżultat ta’ din l-istima ġie mbagħad imqabbel mal-assi tal-Fond u s-sehem fl-obbligi li min jimpjega għandu lejn l-impjegati. Fl-aħħar tal-1996, id-djun tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat fir-rigward ta’ impjegati ta’ Sementsverksmiðjan hf. li kienu digà rtiraw, kien iħabbatha ma’ ISK 400 miljun (30).

It-Teżor ħallas dan id-dejn lill-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat permezz ta’ bonds tal-kumpanija. Dan id-dejn baqa’ fil-kontijiet ta’ Sementsverksmiðjan hf sat-23 ta’ Ottubru tal-2003, meta l-Istat assuma d-dejn li Sementsverksmiðjan hf kellha mal-Fond tal-Pensjoni. Dan id-dejn kien jikkonċerna, fuq naħa waħda, il-ħlas ta’ pensjonijiet lill-impjegati ta’ Sementsverksmiðjan hf li kienu diġà rtiraw fiż-żmien meta ġie stabbilit id-dejn fl-1997. Min-naħa l-oħra, id-dejn kien jikkonċerna wkoll il-ħlas tal-pensjonijiet li ġie kkalkulat, ta’ 5 impjegati li dak iż-żmien kienu għadhom jaħdmu fSementsverksmiðjan hf, u li kienu għadhom membri fi Skema B tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat (31).

La darba il-ħlas tal-pensjonijiet jifforma parti mill-ispejjeż normali li negozju jkollu joħroġ fl-eżekuzzjoni tan-negozju tiegħu, il-fatt li l-Istat ħa taħt idejh dawn il-ħlasijiet ħeles lilSementsverksmiðjan hf minn spiża. B’dan l-għaġir, l-Istat ta lil din il-kumpanija vantaġġ fuq l-oħrajn peress li negozji oħra jkollhom iħabbtu wiċċhom ma spejjeż relatati mal-pensjonijiet għall-impjegati tagħhom.

1.3.3.    Tfixkil tal-kompetizzjoni u kif jiġi affetwat il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontrattwali

It-tielet, l-għajnuna mill-Istat trid tfixkel il-kompetizzjoni u taffetwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontrattwali.

In-negozji li jibbenefikaw minn vantaġġ ekonomiku mogħti mill-Istat li jnaqqsilhom l-ammont normali tal-ispejjeż tagħhom, jispiċċaw f’pożizzjoni kompettittiva li hi aħjar minn dawk li ma jibbenefikawx minn dan il-vantaġġ. Fiż-ZEE, teżisti kompetizzjoni għas-siment fis-suq. Bħalissa, hemm żewġ kumpaniji li huma attivi fis-suq tas-siment tal-Islanda: Sementsverksmiðjan hf. u Aalborg Portland Íslandi ehf. Kwalunkwe vantaġġ mogħti lilSementsverksmiðjan hf. li jnaqqsilha l-ispejjeż li normalment ikollha toħroġ, ipoġġi lill-kumpanija f’pożizzjoni kompetittiva aħjar fir-rigward ta’ negozji oħra li diġà qegħdin joperaw jew negozji ġodda li jistgħu jidħlu fis-suq tas-siment fl-Islanda u li ma jibbenefikawx minn dan il-vantaġġ. Għalhekk, l-appoġġ mogħti mill-Istat lilSementsverksmiðjan hf. ifixkel il-kompetizzjoni.

Ir-raba’, biex Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE japplika, il-miżura għandha taffetwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontrattwali tal-Ftehim taż-ŻEE.

Fis-suq tal-Islanda, il-kompetitur dirett ta’ Sementsverksmiðjan hf. hi kumpanija sussidjarja ta’ kumpanija sitwata fi Stat ieħor li jifforma parti mill-Ftehim taż-ŻEE, liema kumpanija ma tipproduċix siment fl-Islanda, iżda timpurtah fl-Islanda minn pajjiżi oħra li huma pajjiżi fiż-ŻEE. Għal din ir-raġuni, jingħad li l-miżura taffetwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontrattwali tal-Ftehim taż-ŻEE fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

1.3.4.    Konklużjoni

Għar-raġunijiet hawn fuq indikati, l-Awtorità hija tal-fehma li meta l-Istat assuma l-obbligi relatati mal-pensjonijiet permezz tal-Ftehim iffirmat bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Fond tal-Pensjoni tal-Istat f’Ottubru tal-2003, l-Istat ta għajnuna lil Sementsverksmiðjan hf..

2.   REKWIŻITI PREĊEDURALI

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Ewwel Parti tal-Protokoll numru 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun infurmata, fi żmien raġonevoli biex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan dwar l-għoti jew it-tibdil tal-għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat m’għandux jeżegwixxi l-miżuri li hu jipproponi qabel ma l-proċedura tkun waslet għal deċiżjoni finali.”

Għalkemm l-awtoritajiet tal-Islanda ssottomettew notifika, permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ Awwissu 2003 dwar il-bejgħ ippjanat ta’ ishma li l-Istat kellu f’Sementsverksmiðjan hf., l-iffirmar tal-ftehimiet hawn fuq imsemmija mill-awtoritajiet tal-Islanda daħħal fis-seħħ kull miżura possibbli ta’ għajnuna mill-Istat li ngħatat fuq il-bażi ta’ dawn il-ftehimiet, qabel ma l-Awtorità kienet ħadet deċiżjoni finali fuq in-notifika. Għal din ir-raġuni, l-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-qafas ta’ din it-tranżazzjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali fl-ambitu tal-Artikolu 1(f) tat-Tieni Parti tal-Protokoll numru 3, jiġifieri, għajnuna ġdida li ddaħħlet fis-seħħ bi ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Ewwel Parti tal-istess Protokoll.

3.   IL-KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

Taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, għajnuna mogħtija biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi, tista’ titqies bħala kumpatibbli mal-iffunzjonar tal-Ftehim taż-ŻEE, f’każijiet fejn għajnuna bħal din ma taffetwax b’mod negattiv il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jmur kontra l-interess komuni. Għajnuna mogħtija għar-ristrutturar għandha tiġi evalwata taħt il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ jew ir-Ristrutturar ta’ Kumpanija (minn issa ’il quddiem imsejha l-“Linji Gwida S & R”).

Fid-Deċiżjoni Nru 421/04/COL, l-Awtorità enfasizzat il-fatt li l-awtoritajiet tal-Islanda ma ressqux argumenti jew evidenza dokumentata rispettiva għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna mal-Linji Gwida S & R. L-awtoritajiet tal-Islanda għaddew il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf. b’ittra datata Frar 2005. Barra minn hekk, fi Frar tal-2008, l-awtoritajiet tal-Islanda ssotomettew informazzjoni ulterjuri dwar il-pjan ta’ ristrutturar. Hawn taħt, l-Awtorità ser tevalwa jekk din l-informazzjoni l-ġdida tippermettix li wieħed jikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat tissodisfa r-rekwiżiti tal-Linji Gwida S & R (32).

3.1   IL-LINJI GWIDA APPLIKABBLI

L-għajnuna ngħatat f’Ottubru 2003 meta l-Istat ħeles lil Sementsverksmiðjan hf. mill-obbligi tagħha relatati mal-pensjonijiet. L-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà ta’ din l-għajnuna ser tkun ibbażata fuq il-Linji Gwida S & R mill-1999 (33), li kienu applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna.

3.2   KUMPANIJA F’DIFFIKULTÀ

Skont is-Sezzjoni 16.2.1 tal-Linji Gwida S & R, kumpanija b’responsabbiltà limitata titqies bħala kumpanija f’diffikultà għall-finijiet tal-linji gwida, fi kwalunkwe każ u irrispettivament mid-daqs tagħha, meta aktar min-nofs tal-kapital irreġistrat tagħha jkun sparixxa, u aktar minn kwart ta’ dak il-kapital ikun intilef fl-aħħar 12-il xahar. Irrispettivament mit-tip ta’ kumpanija kkonċernata, il-linji Gwida S & R iqisu li kumpanija tinsab f’diffikultà għall-finijiet tal-Linji Gwida, meta din tissodisfa l-kriterji tal-liġi nazzjonali tagħha biex issir soġġetta għall-proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza. Normalment is-sintomi ta’ kumpanija li tinsab f’diffikultà huma telf dejjem akbar, fatturat dejjem jonqos, inventarji dejjem akbar, kapaċità eċċessiva, nuqqas ta’ likwidità, akkumulazzjoni ta’ dejn, żieda fl-ispejjeż tal-imgħax u valur nett tal-assi li jonqos jew jispiċċa fix-xejn..

Il-kapital irreġistrat tal-kumpanija naqas minn ISK 1 096 miljun fl-2000 għal ISK 458 miljun fl-2003. Id-dħul tal-kumpanija naqas minn ISK 1.06 biljun fl-2000 għal ISK 863 miljun fl-2001 u ISK 598 miljun fl-2002. Il-bejgħ tal-kumpanija naqas minn […] fl-2000 għal […] fl-2001 u […] fl-2002. Konsegwentement, il-produzzjoni niżlet b’aktar minn […] %. Ir-riżultati operattivi bdew imorru għall-agħar b’ritmu mgħaġġel f’dan l-istess perjodu. Sementsverksmiðjan hf. kellha profitt ta’ ISK 70 miljun fl-2000 iżda għamlet telf ta’ ISK 230 miljun fl-2001. It-telf li ġarrbet il-kumpanija fl-2002 kien ta’ ISK 220 miljun. Bejn is-sena 2000 u s-sena 2002, id-dejn totali ta’ Sementsverksmiðjan hf. żdied minn ISK 733 miljun għal ISK 1 157 miljun. L-assi kurrenti naqsu minn ISK 750 miljun għal ISK 640 miljun.

Fil-kontijiet annwali ta’ Sementsverksmiðjan hf. għall-2002, l-akkawntants esprimew tħassib serju dwar l-istat finanzjarju tal-kumpanija. It-telf akkumulat u l-probabilità kbira li l-kumpanija se tibqa’ tagħmel telf fis-sena 2003, wassal għall-konklużjoni li kien dubjuż jekk il-kumpanija kinitx kapaċi tkompli topera.

Skont l-ispjegazzjonijiet u l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-Islanda, Sementsverksmiðjan hf. kienet fuq waslet fiex tfalli u ma setgħetx tirkupra bir-riżorsi tagħha stess.

Għalhekk, l-Awtorità hi tal-fehma li, fil-mument meta ngħatat l-għajnuna mill-Istat, Sementsverksmiðjan hf. kienet kumpanija f’diffikultà fl-ambitu tal-Linji Gwida S & R.

3.3   DEFINIZZJONI TA’ GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR

L-għajnuna għar-ristruttrar trid tkun ibbażata fuq pjan fattibbli, koerenti u estiż sabiex tiġi rrestawrata l-vijabbiltà tal-kumpanija fuq medda ta’ żmien twil. Skont is-Sezzjoni 16.2.2 tal-Linji Gwida S & R, l-għajnuna għar-ristrutturar normalment tinvolvi wieħed jew aktar minn dawn l-elementi li ġejjin: l-organizzazzjoni mill-ġdid u r-razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet tal-kumpanija għal bażi aktar effiċjenti, li tipikament jinvolvi t-twaqqif ta’ attivitajiet li jwasslu għal telf, ir-ristrutturar tal-attivitajiet eżistenti li jistgħu jerġgħu jsiru kompetittivi u, possibilment li l-kumpanija tiddiversifika fid-direzzjoni ta’ attivitajiet ġodda u vijabbli. Ġeneralment, ir-ristrutturar finanzjarju (injezzjoni ta’ kapital, tnaqqis tad-dejn) irid jimxi id f’id mar-ristrutturar fiżiku. Madanakollu, id-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida S & R jenfasizzaw il-fatt li l-operazzjonijiet ta’ ristrutturar ma jistgħux ikunu limitati għal għajnuna finanzjarja biex din tagħmel tajjeb għal telf li l-kumpanija tkun ġarrbet fil-passat mingħajr ma jiġu indirizzati r-raġunijiet ta’ dak it-telf.

Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf. kien jikkonsisti f’firxa wiesgħa ta’ miżuri. Dan kopra r-ristrutturar finanzjarju tal-kumpanija, ir-ristrutturar tal-forxa tax-xogħol u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, u l-inkorporazzjoni ta’ sorsi ta’ dħul alternattivi. Għalhekk, fid-dawl tal-Linji Gwida S & R, dan il-pjan ta’ ristrutturar ma kienx limitat għar-ristrutturar finanzjarju iżda indirizza aspetti oħra tar-ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf.. Fil-bidu, l-għajnuna kienet tat-tip li għandu jiġi evalwat taħt il-Linji Gwida S & R.

3.4   IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZAZZJONI TAL-GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR

L-għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà tista’ titqies bħala leġittima taħt ċerti kondizzjonijiet biss. Din tista’ tiġi ġġustifikata, per eżempju, fuq il-bażi ta’ konsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali, tal-ħtieġa li jiġi kkunsidrat l-irwol benefiċjali ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-ekonomija, u tal-objettiv li tinżamm struttura kompetittiva fis-suq meta l-għejbien ta’ kumpaniji jista’ jwassal għal monopolju jew sitwazzjoni stretta ta’ oligopolija.

3.4.1.    Ir-restawr tal-vijabbiltà

Skont is-Sezzjoni 16.3.2.2(b) tal-Linji Gwida S & R, l-għoti ta’ għajnuna għandu jkun marbut mal-kondizzjoni li jiġi implimentat il-pjan ta’ ristrutturar li jrid ikun approvat mill-Awtorità. Il-pjan ta’ ristrutturar, li għandu jkun għal żmien kemm jista’ jkun qasir, irid jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija, u dan fi żmien raġonevoli u fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi rigward il-kondizzjonijiet tal-operat futuri. L-għajnuna għar-ristrutturar għandha tkun marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturar vijabbli b’impenn mill-Istat tal-EFTA kkonċernat. Il-pjan irid jiġi sottomess bid-dettalji relevanti kollha lill-Awtorità u jrid jinkludi , b’mod partikolari, stħarriġ tas-suq.

It-titjib fil-vijabbiltà jrid jinkiseb primarjament minn miżuri interni li jkunu jinsabu fil-pjan ta’ ristrutturar u jista’ jkun ibbażat fuq fatturi esterni, bħal varjazzjonijiet fil-prezzijiet u fid-domanda li fuqhom il-kumpanija m’għandhiex influwenza kbira, biss jekk is-suppożizzjonijiet tas-suq li jkunu saru jkunu ġeneralment aċċettati. Ir-ristrutturar irid jinvolvi l-abbandun ta’ dawk l-attivitajiet li jkomplu jwasslu għal telf strutturali anke wara li jsir ir-ristrutturar.

Id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 16.3.2.2(b) tal-Linji Gwida S & R jesiġu li l-pjan ta’ ristrutturar jkun fih deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li wasslu lill-kumpanija għad-diffikultajiet li tkun tinsab fihom, u b’hekk jipprovdi bażi għall-evalwazzjoni dwar jekk il-miżuri proposti humiex il-miżuri x-xierqa. Għandu jikkunsidra, fost l-oħrajn, l-istat preżenti u l-prospetti futuri għall-provvista u d-domanda fis-suq tal-prodotti relevanti, u għandu jinkludi eżempji li jirriflettu l-aħjar każ li jista’ jseħħ, l-agħar każ li jista’ jseħħ u suppożizzjonijiet intermedjarji, kif ukoll l-aspetti li fihom il-kumpanija hija l-aktar b’saħħitha u l-aktar dgħajfa. Dan għandu jgħin lill-kumpanija biex timxi ’il quddiem lejn struttura ġdida li tagħtiha prospetti ta’ vijabbiltà fit-tul u li jgħinuha tieqaf fuq saqajha.

Il-pjan għandu jaħseb għal bidla li tgħin lill-kumpanija, wara li jitlesta l-proċess ta’ ristrutturar, biex tkopri l-ispejjeż kollha, inklużi d-deprezzament u l-ispejjeż finanzjarji. Skont il-Linji Gwida S & R, id-dħul mistenni fuq il-kapital għandu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-kumpanija ristrutturata biex tikkompeti fis-suq mingħajr bżonn ta’ għajnuna barranija.

Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf. kien jikkonsisti f’erba’ miżuri differenti:

Ristrutturar finanzjarju;

Ristrutturar tal-forza tax-xogħol;

Ristrutturar tal-ispejjeż tal-produzzjoni;

Sorsi ta’ dħul alternattivi.

Ristrutturar finanzjarju

L-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li waħda mill-miżuri prinċipali tal-proċess ta’ ristrutturar kienet li jiġu mnaqqsa d-djun permezz tal-bejgħ tal-assi tal-kumpanija. Matul il-ħarifa tal-2003, Sementsverksmiðjan hf. illikwidat l-assi kollha tagħha li ma kellhomx x’jaqsmu direttament mal-produzzjoni u mat-trasport tas-siment fis-suq tal-Islanda. Bil-flus li daħħlet minn dan il-bejgħ, il-kumpanija rnexxielha tnaqqas d-djun li kellha u rnexxielha għall-inqas tnaqqas it-telf li kien qiegħed isir mill-operat tagħha. Ir-rikavat totali mill-bejgħ tal-assi kien ta’ ISK 580 miljun u ntuża biex jitnaqqas dejn fuq medda ta’ żmien twil u fuq medda ta’ żmien qasir. L-għan ewlieni tal-kumpanija kien li matul il-perjodu ta’ ristrutturar hi tnaqqas l-ispiża kapitali. Il-kumplament tad-djun fuq medda ta’ żmien twil imbagħad ġew innegozjati mill-ġdid biex b’hekk il-kumpanija ma tnaqqasx l- ammont prinċipali tas-self għal dawk is-sentejn ta’ wara l-bejgħ.

Skont l-informazzjoni li ngħatat, l-aktar parti diffiċli tal-pjan ta’ ristrutturar għall-kumpanija kien in-negozjar mill-ġdid tad-dejn mal-kredituri. Jidher li fl-aħħar tliet snin ta’ qabel il-bejgħ, minħabba t-telf li ġarrbet, il-kumpanija kienet żiedet is-self kemm li jitħallas lura fuq medda ta’ żmien qasir, kif ukoll dak li jitħallas lura fuq medda ta’ żmien twil. Il-kumpanija kienet iffirmat kuntratti ta’ self ma’ diversi istituzzjonijiet. Dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu qiesu dan is-self mogħti lil Sementsverksmiðjan hf. bħala self akkwistat mill-Istat, u ma kinux lesti li jagħtu aktar kreditu lill-kumpanija meta din ġiet privatizzata qabel ma jitħallsu lura l-ammonti mislufa li kienu għadhom pendenti. Għaldaqstant, il-livelli tad-dejn kellhom jitnaqqsu b’mod sinifikanti u dan seħħ permezz tal-bejgħ tal-assi li ma kinux bżonnjużi għall-produzzjoni tas-siment u/jew għad-ditribuzzjoni.

L-awtoritajiet tal-Islanda indikaw li “fattur kritiku fin-negozjati [finanzjarji] kien li d-dejn relatat mal-pensjonijiet jitneħħa mill-karta tal-bilanċ tal-kumpanija, biex b’hekk il-kumpanija tkun tista’ tipprovdi skeda tal-ħlas lura tad-dejn li tkun vijabbli u kredibbli. Jidher ċar, u dwar dan jaqblu kemm ix-xerrejja kif ukoll il-kredituri, li l-kumpanija ma kinitx tiflaħ tħallas kemm id-dejn relatat mal-pensjonijiet, kif ukoll self ieħor fuq medda ta' żmien twil u qasir, waqt li fl-istess ħin iżżomm il-livell ta’ investimenti f’assi fissi li hu neċessarju biex il-kumpanija tkompli topera.”

It-tneħħija tad-dejn relatat mal-pensjonijiet flimkien ma’ ħlas lura parzjali ta’ djun oħra kienet parti essenzjali biex tingħata l-approvazzjoni għar-ristrutturar finanzjarju.

Ristrutturar tal-forza tax-xogħol

Fiż-żmien meta sar il-bejgħ, kien hemm 63 ħaddiem jaħdmu ma’ Sementsverksmiðjan hf.. Analiżi li saret dwar il-karatteristiċi ekonomiċi tal-impriża u tas-suq li fih kienet attiva wriet li l-forza tax-xogħol kellha titnaqqas b’mill-inqas 20 impjegat. Ta’ mill-inqas 41 impjegat kienet meħtieġa biex titħaddem il-fabbrika. Il-kuntratti mal-ħaddiema żejda ġew itterminati, u minħabba li xi wħud mill-ħaddiema kienu ilhom jaħdmu mal-kumpanija għal żmien twil, l-ispejjeż tal-kumpens li kellu jingħata għat-temm tal-kuntratti kienu għoljin.

It-tieni nett, il-kumpanija kellha skema ta’ bonus relatata mal-produzzjoni għall-maġġoranza tal-impjegati tagħha. L-ammont li kellu jitqassam bejn l-impjegati kien iffissat b’tali mod li l-ispejjeż tal-bonus tal-produzzjoni jibqgħu l-istess irrispettivament min-numru ta’ impjegati. Bdew negozjati mat-trejdjunjin biex dan il-bonus tal-produzzjoni jibda japplika għal kull impjegat biex b’hekk it-tnaqqis fin-numru totali tal-ħaddiema jkun jikkorrispondi mat-tnaqqis fl-ammont globali tal-bonus tal-produzzjoni mħallas.

Ristrutturar tal-ispejjeż tal-produzzjoni u sorsi ta’ dħul alternattivi

Skont l-awtoritajiet tal-Islanda, l-aktar miżura importanti kienet li jiġu nnegozjati mill-ġdid il-prezzijiet tal-materja prima. Barra minn hekk, sar tibdil fil-kompożizzjoni tas-siment biex jitnaqqsu l-ispejjeż relatati mal-enerġija fil-produzzjoni.

Rigward in-negozjar mill-ġdid tal-prezzijiet tal-materja prima, parti kbira mill-ispejjeż varjabbli tal-operat ta’ Sementsverksmiðjan hf. kienu relatati mal-prezzijiet tas-suq internazzjonali/nazzjonali u ma setgħux jinbiddlu. Dan ġara fil-każ tal-faħam, l-elettriku, it-trab tas-silika u materji primi oħra. Madanakollu, il-prezz għall-provvista tar-ramel tal-qxur, li hu l-aktar materja prima domestika sinifikanti, seta’ jitnaqqas b’[…] %. Il-prezz ta’ materji primi domestiċi oħra wkoll seta’ jiġi nnegozjat.

Barra minn hekk, Sementsverksmiðjan hf. kienet bdiet taħraq skart likwidu bħala sors ta’ dħul alternattiv u biex tnaqqas l-ispejjeż globali tal-fjuwil.

Konformità mar-rekwiżiti tar-ristrutturar

Fuq il-bażi tal-miżuri deskritti hawn fuq, l-Awtorità hija tal-fehma li l-pjan ta’ ristrutturar għal Sementsverksmiðjan hf. Jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida S & R. Il-pjan ta’ ristrutturar ddeskriva ċ-ċirkostanzi li wasslu lil Sementsverksmiðjan hf. għad-diffikultajiet finanzjarji tagħha. Sementsverksmiðjan hf. ma kinetx f’pożizzjoni li tiffaċċja l-kompetizzjoni u diffikultajiet ekonomiċi li għadda minnhom is-settur tal-kostruzzjoni fil-bidu tas-snin 2000. Il-pjan kien jikkonsisti f’ristrutturar finanzjarju rigoruż li jkopri l-innegozjar mill-ġdid tad-dejn mal-kredituri u l-assunzjoni mill-awtoritajiet tal-Islanda tal-obbligi relatati mal-pensjonijiet fil-konfront tal-Fond tal-Pensjoni tal-Istat. Ir-ristrutturar finanzjarju kien akkumpanjat minn miżuri ta’ ristrutturar fiżiku, li jinkludi r-ristrutturar tal-forza tax-xogħol (it-terminazzjoni ta’ kuntratti mal-ħaddiema, l-innegozjar mill-ġdid tal-vantaġġi għall-ħaddiema) u b’mod partikolari, ir-ristrutturar tal-ispejjeż tal-produzzjoni, li kien l-aktar parti tal-pjan li swiet għali. Ġew imnaqqsa l-ispejjeż tal-produzzjoni, ġiet mibdula l-kompożizzjoni tas-siment, ġew innegozjati mill-ġdid il-kuntratti mal-fornituri tal-materjal, u ingħata bidu għal inizjattivi tas-suq ġodda biex jizdied id-dħul. Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf. Ippreveda li l-kumpanija terġa’ ssir vijabbli fi żmien qasir ta’ sentejn, li jidher li huwa żmien raġonevoli. Il-pjan issa ġie implimentat b’mod sħiħ u għen lill-kumpanija biex tikkompeti fis-suq bil-ħila tagħħa stess. Għal dawn ir-raġunijiet, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Islanda, l-Awtorità tikkunsidra l-pjan ta’ ristrutturar favur Sementsverksmiðjan hf. jikkonforma mar-rekwiżiti tas-Sezzjoni 16.3.2.2(b) tal-Linji Gwida S & R.

3.4.2.    Evitar ta’ distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni

Is-Sezzjoni 16.3.2.2(c) tal-Linji Gwida S & R teħtieġ li jittieħdu miżuri li kemm jista’ jkun itaffu l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetituri. Jekk dan ma jseħħx, l-għajnuna titqies li tmur kontra l-interess komuni u li b’hekk mhijiex kumpatibbli mal-iffunzjonar tal-Ftehim taż-ŻEE. Normalment, din il-kondizzjoni ssir f’forma ta’ limitazzjoni fuq il-preżenza li l-kumpanija jista’ jkollha fis-suq wara li jispiċċa l-perjodu tar-ristrutturar. Meta d-daqs tas-suq relevanti jkun negliġibbli fuq livell taż-ŻEE, jew jekk is-sehem tal-kumpanija fis-suq relevanti jkun negliġibbli, għandu jitqies li m’hemmx distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni.

Skont id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 16.3.2.2(c) tal-Linji Gwida S & R, l-Awtorità għandha tiddetermina l-grad tal-limitazzjoni jew tat-tnaqqis meħtieġa biex jiġi assigurat li m’hemmx distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni skont l-istħarriġ tas-suq li jkun anness mal-pjan ta’ ritsrutturar, u meta tkun diġà inbdiet il-proċedura, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ingħatat mill-partijiet interessati.

Fil-każ preżenti, l-Awtorità fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali f’Diċembru tal-2004 u ġiet estiża sa Novembru 2006. Madanakollu, ma kienx hemm kummenti mill-partijiet interessati li setgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-ħtieġa li jiġu imposti miżuri ta’ kumpens u dwar l-ammont tagħhom.

Il-Linji Gwida S & R jikkunsidraw b’mod aktar favorevoli dawk l-impriżi li t-tkomplija tal-operat tagħhom aktarx li mhux ser ikollha effetti sinifikanti fuq is-sitwazzjoni kompetittiva fiż-ŻEE. L-awtoritajiet tal-Islanda pprovdew stħarriġ tas-suq dwar Sementsverksmiðjan hf. u s-suq tas-siment fl-Islanda, li huwa l-uniku suq li fih topera l-kumpanija. Skont dan l-istħarriġ, is-suq globali tas-siment fl-Islanda huwa limitat minħabba li hemm popolazzjoni żgħira fil-pajjiż. Hemm żewġ kumpaniji li joperaw fis-suq tas-siment tal-Islanda: Sementsverksmiðjan hf. u Aalborg Portland Ísland hf. Filwaqt li tal-ewwel tipproduċi u tbiegħ siment normali u s-siment bil-fdalijiet tal-metall imdewweb, dik tal-aħħar timporta s-siment mid-Danimarka u tbiegħu fl-Islanda. Fis-sena 2002, il-konsum tas-siment fl-Islanda kien jammonta għal 122 899 tunnellata (34). Fis-sena 2002, il-konsum tas-siment fl-UE kien jammonta għal 217,6 miljun. Għaldaqstant, jista’ jingħad li s-sehem tas-suq tal-Islanda fiż-ŻEE huwa negliġibbli.

Barra minn hekk, skont id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 16.1.(3) tal-Linji Gwida S & R, l-għajnuna mogħtija għar-ristrutturar tista’ titqies bħala ġustifikata mhux biss fuq il-bażi ta’ konsiderazzjonijiet tal-politika soċjali u reġjonali iżda wkoll fuq il-bażi tal-objettiv li tinżamm struttura tas-suq kompetittiva meta l-għibien ta’ kumpaniji jista’ jwassal għal monopolju jew sitwazzjoni stretta ta’ oligopolija. Dan hu dak li jiġri fl-Islanda kieku Sementsverksmiðjan hf. kellha tisparixxi mis-suq, u x’aktarx is-suq jispiċċa wieħed b’monopolju fuq is-siment li jiddependi mill-importazzjonijiet magħmula mill-uniku kompetitur fis-suq tas-siment fl-Islanda. Il-fatt li s-suq tas-siment fl-Islanda ġie kkaratterizzat minn monopolju jew oligopolija stretta ta’ żewġ operaturi, juri li l-possibiltà u l-attrazzjoni ta’ dan is-suq għal operaturi oħra huma limitati ħafna minħabba l-iskop limitat tas-suq u l-possibilitajiet għall-iżvilupp (qiegħda ssir referenza għar-riżultati tal-istħarriġ tas-suq imsemmi hawn fuq).

Għalhekk, l-Awtorità hi tal-fehma li m’hemmx il-ħtieġa li jiġu applikati aktar miżuri biex jillimitaw il-preżenza tal-kumpanija fis-suq.

3.4.3.    Għajnuna limitata għall-minimu

Skont id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 16.3.2.2(d) tal-Linji Gwida S & R, l-ammont u l-intensità tal-għajnuna għandha tiġi limitata għall-minimu meħtieġ biex jiġi assigurat li r-ristrutturar tal-kumpanija jsir fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji eżistenti tal-kumpanija, tal-azzjonisti jew tal-grupp tan-negozju li minnu l-kumpanija tifforma parti. Il-benefiċjarji tal-għajnuna huma mistennija jikkontribwixxu għall-pjan ta’ ristrutturar b’mod sinifikanti mir-riżorsi tagħhom stess, inkluż mill-bejgħ tal-assi li mhumiex essenzjali għas-sopravivenza tal-kumpanija, jew inkella minn finanzjar estern bil-kundizzjonijiet tas-suq. Biex jiġi limitat l-effett ta’ distorsjoni, id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 16.3.2.2(d) tal-Linji Gwida S & R jeħtieġu li l-ammont tal-għajnuna jew il-forma li fiha tingħata l-għajnuna jkun tali li ma jipprovdix lill-kumpanija bi flus żejda li jistgħu jintużaw għal attivitajiet aggressivi li jfixklu s-suq u li mhumiex konnessi mal-proċess ta’ ristrutturar.

Skont il-Linji Gwida S & R, wara r-ristrutturar, l-Awtorità għandha teżamina l-livell tal-obbligi tal-kumpanija, inkluż wara kwalunkwe posponiment jew tnaqqis tad-djun tagħha. L-Awtorità għandha teżamina wkoll jekk xi parti mill-għajnuna mogħtija tintużax biex jiġi ffinanzjat xi investiment ġdid li mhuwiex essenzjali biex l-kumpanija terġa’ ssir vijabbli. Fi kwalunkwe każ, irid jiġi ppruvat li l-għajnuna se tintuża biss biex il-kumpanija terġa’ ssir vijabbli u li matul il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, l-għajnuna mogħtija ma tgħinx lill-kumpanija benefiċjarja biex tespandi l-kapaċità tal-produzzjoni, ħlief sa fejn dan ikun essenzjali biex il-kumpanija terġa’ ssir vijabbli u mingħajr ma jkun hemm distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni.

Parti fundamentali tar-ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf. kienet tikkonsisti fil-bejgħ ta’ assi li ma kinux essenzjali għas-sopravivenza tal-kumpanija, bħall-art u l-bini kif ukoll l-ishma u l-bonds f’impriżi oħra li l-kumpanija setgħet tbiegħ biex iġġib il-flus biex tħallas id-djun tagħha. Barra minn hekk, id-djun tal-kumpanija tħallsu lura sa fejn kien possibbli ġew innegozjati mill-ġdid biex jiġi ffaċilitat ir-rimbors tagħhom sabiex il-kumpanija tkun tista’ tkompli topera. L-ispejjeż u l-istrutturi tal-forza tax-xogħol u tal-produzzjoni ġew strutturati mill-ġdid u ffinanzjati bil-mezzi tal-kumpanija stess. L-uniku intervent li sar mill-Istat kien meta l-Istat assuma d-djun ta’ Sementsverksmiðjan hf. relatati mal-pensjonijiet li kienu jammontaw għal bejn wieħed u ieħor ISK 425 million. Dan ġie kkunsidrat bħala conditio sine qua non għall-kredituri tal-kumpanija biex ir-ristrutturar tal-kumpanija jkun fattibbli. Għaldaqstant, l-Awtorità tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija mit-Teżor kienet ristretta għall-minimu possibbli peress li t-Teżor kellu x’jaqsam biss mal-proċess li permezz tiegħu l-Istat tal-Islanda assuma d-dejn li Sementsverksmiðjan hf. kellha mal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat.

L-ispejjeż tar-ristrutturar jistgħu jinġabru fil-qosor skont kif ġej:

(a)

negozjati mill-ġdid mal-kredituri

ISK 10 811 853

ISK 2 648 904 (ħlas biex isir ir-ristrutturar finanzjarju)

(b)

ristrutturar tal-forza tax-xogħol

ISK 19 098 479

ISK 2 702 963 (ħlas biex isir ir-ristrutturar tal-forza tax-xogħol)

(c)

ristrutturar fl-ispejjeż tal-produzzjoni u fis-sorsi ta’ dħul alternattivi

ISK 1 018 200 000

(d)

stima mill-ġdid tal-assi

ISK 511 856 488

L-Awtorità hi tal-fehma li l-parteċipazzjoni tal-Istat tal-Islanda fir-ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf. billi assuma d-djun li l-kumpanija kellha mal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat tikkostitwixxi element fundamentali għat-twettiq tar-ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf.. Il-fatt li l-Istat assuma d-djun relatati mal-pensjonijiet, kien ikkunsidrat mill-kredituri tal-kumpanija bħala kondizzjoni preliminari biex jiġu nnegozjati mill-ġdid id-djun u obbligi oħra. Din l-għajnuna mill-Istat ippermettiet li Sementsverksmiðjan hf. tikseb ir-riżorsi meħtieġa biex tiffinanzja l-miżuri purament ta’ ristrutturar.

Għalkemm l-assunzjoni tal-obbligi relatati mal-pensjonijiet ma kinitx spiża għal Sementsverksmiðjan iżda għall-Istat, dan għandu jiġi nkluż fl-evalwazzjoni globali tar-ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf. L-għajnuna kienet meħtieġa biex jitwettqu d-diversi miżuri ta’ ristrutturar. Filwaqt li tikkunsidra dan u fid-dawl tan-nefqa meħtieġa biex Sementsverksmiðjan hf. terġa’ ssir vijabbli, l-Awtorità hi tal-fehma li l-ammont ta’ għajnuna mogħtija fil-proċess ta’ ristrutturar kien limitat għall-minimu rikjest.

3.4.4.    Għajnuna għar-ristrutturar ta’ żoni megħjuna

Skont is-Sezzjoni 16.3.2.5 tal-Linji Gwida S & R, l-Awtorità għandha tikkunsidra l-ħtiġijiet ta’ żvilupp reġjonali meta tevalwa l-għajnuna ta’ ristrutturar f’żoni megħjuna. Fiż-żoni megħjuna, il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna jistgħu jkunu inqas stretti fir-rigward, b’mod speċjali, tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens. Madanakollu, dan ma jfissirx li l-Awtorità tadotta kriterju laxk fir-rigward ta’ għajnuna għar-ristrutturar ta’ kumpaniji fi stat finanzjarju ħażin li jinsabu f’żoni megħjuna sabiex tgħin lir-reġjun jappoġġa lill-kumpaniji b’mod artifiċjali. Għall-kuntlarju, huwa fl-interess tar-reġjun stess li, kemm jista’ jkun malajr, jiżviluppa attivitajiet alternattivi li huma vijabbli u sostenibbli.

Il-fabbrika ta’ Sementsverksmiðjan hf. tinsab f’Akranes, fir-reġjun tal-Punent nofsani tal-Islanda. Din iż-żona tinsab fil-Mappa tal-Għajnuna Reġjonali tal-Islanda, kif approvata mill-Awtorità b’Deċiżjoni Nru 253/01/COL tat-8 ta’ Awwissu 2001. Iż-żona hija kkaratterizzata minn rata ta’ qgħad li hi ogħla mill-medja nazzjonali, u min-nuqqas ta’ popolazzjoni fiż-żona. Il-fabbrika tas-siment ilha f’Akranes mill-1958 u kellha rwol importanti fl-ekonomija ta’ dik iż-żona. F’belt fejn il-popolazzjoni hi ta’ bejn wieħed u ieħor ta’ 5 500 resident, jekk tagħlaq il-fabbrika, tħalli effett negattiv ħafna li jkompli jżid mal-fatt li l-poplazzjoni taż-żona qiegħda dejjem tonqos u li f’din iż-żona l-aspett soċjali u ekonomiku qegħdin dejjem imorru lura.

3.4.5.    Implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta’ ristrutturar

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida S & R, il-kumpanija trid timplimenta b’mod sħiħ l-pjan ta’ ristrutturar li ġie approvat mill-Awtorità, u għandha tonora kull obbligu ieħor stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Awtorità (35). L-Awtorità tqis kwalunkwe nuqqas fl-implimentazzjoni tal-pjan jew fit-twettiq tal-obbligi l-oħra bħala użu ħażin tal-għajnuna.

Din hija l-iskeda prevista għall-pjan ta’ ristrutturar:

Miżura

Il-bidu tar-ristrutturar

It-tlestija tar-ristrutturar

Miżuri ta’ ristrutturar finanzjarju (in-negozjar u l-ħlas lura tad-djun mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-proċess li permezz tiegħu l-Istat assuma l-obbligi relatati mal-pensjonijiet)

Settembru 2003

Ottubru 2003

Ristrutturar tal-forza tax-xogħol (tkeċċija ta’ ħaddiema, innegozjar mill-ġdid mat-trejdjunjins)

Ottubru 2003

April 2004

Ristrutturar tal-ispejjeż tal-produzzjoni (innegozjar mill-ġdid tal-prezzijiet mal-fornituri, dħul alternattiv u tnaqqis tal-ispejjeż)

Ottubru 2003

Diċembru 2004

Il-pjan ta’ ristrutturar ppreveda li l-kumpanija tagħmel profitt wara li jitlesta l-proċess ta’ ristrutturar f’Lulju tal-2005. L-awtoritajiet tal-Islanda infurmaw lill-Awtorità li Sementsverksmiðjan hf. kienet wettqet il-pjan ta’ ritrutturar u li kienet kapaċi tilħaq punt fejn ma tagħmilx telf anke fl-2005. Minn Ġunju 2003 sa Mejju 2004, Sementsverksmiðjan hf. ġarrbet telf ta’ ISK 83 miljun, meta mqabbel mat-telf ta’ ISK 250 miljun li ġarrbet fl-2002. Minn Ġunju tal-2004 sa Mejju tal-2005, il-kumpanija għamlet profitt ta’ ISK 22 miljun.

Skont din l-informazzjoni, jidher li l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Sementsverksmiðjan hf. kien mill-iqsar possibbli, u rnexxielu jerġa’ jġib lill-kumpanija vijabbli f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, u għaldaqstant kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet realistiċi dwar il-kondizzjonijiet tal-operat fil-futur.

3.4.6.    Monitoraġġ u r-rapport annwali

L-Awtorità trid tkun f’pożizzjoni li tassigura li l-pjan ta’ ristrutturar ikun ġie implimentat kif suppost. Normalment dan isir permezz ta’ rapporti regolari ddettaljati mibgħuta mill-Istat tal-EFTA lill-Awtorità.tlesta malli ġie stabbilit li l-kumpanija saret vijabbli. M’hemm l-ebda miżura ta’ ristrutturar pendenti għaliex kollha ġew konklużi b’suċċess. Għaldaqstant, f’dan il-każ, m’hemmx għalfejn isiru rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar.

3.5   IL-KONDIZZJONI TA’ “PROĊESS TA’ DARBA, GĦALL-AĦĦAR DARBA”

Biex jiġi evitat li xi kumpaniji jingħataw l-għajnuna b’mod mhux ġust, l-għajnuna għar-ristrutturar għandha tingħata darba biss. Meta jkun innotifikat lill-Awtorità l-fatt li ġie ppjanat li tingħata għajnuna għar-ristrutturar, is-Sezzjoni 16.3.2.3. tal-Linji Gwida S & R teħtieġ li l-Istat tal-EFTA jispeċifika jekk il-kumpanija kkonċernata qattx irċeviet għajnuna għar-ristrutturar fil-passat, inkluża għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida S & R u għajnuna mhux innotifikata.

L-awtoritajiet tal-Islanda ddikjaraw li l-kondizzjoni ta “proċess ta’ darba, għall-aħħar darba” ġiet issodisfata. Stqarru wkoll li l-kumpanija ma rċeviet ebda għajnuna qabel u li m’hemmx pjanijiet biex il-kumpanija tingħata iżjed għajnuna fil-futur.

4.   KONKLUŻJONI

Għar-raġunijiet hawn fuq imsemmija, l-Awtorità hija tal-fehma li l-għajnuna li ngħatat lil Sementsverksmiðjan hf. b’konnessjoni mal-assunzjoni mill-Istat tal-Islanda tad-djun tal-kumpanija relatati mal-pensjonijiet tikkostitwixxi għajnuna ta’ ristrutturar li hija kumpatibbli mal-iffunzjonar tal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna għas-Salvataġġ jew ir-Ristrutturar ta’ Kumpanija, li kienu applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-assunzjoni mill-Istat tal-obbligi tal-pensjonijiet li Sementsverksmiðjan hf. kellha lejn il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat tikkonsisti f’għajnuna mill-Istat fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 2

L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 hija kumpatibbli mal-iffunzjonar tal-Ftehim taż-ŻEE, u dan skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE flimkien mal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna għas-Salvataġġ jew ir-Ristrutturar ta’ Kumpanija li ġew adottati mill-Awtorità fl-1999.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Islanda.

Artikolu 4

Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika.

Magħmula fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2008.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,

Per SANDERUD

President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn issa ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”.

(2)  Minn issa ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim taż-ŻEE”.

(3)  Minn issa ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.

(4)  Minn issa ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll numru 3”.

(5)  Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll numru 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, li ġew adottati u maħruġa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati fil-ĠU L 231, 3.9.1994 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 32 tat-3.9.1994. Il-Linji Gwida ġew emendati l-aħħar fid-19 ta’ Diċembru 2007. Minn issa ’il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fis-sit elettroniku tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/guidelines/

(6)  Ippubblikata fil-ĠU L 139, 25.5.2005, p. 37.

(7)  Id-deċiżjoni tal-Awtorità Nru 421/04/COL ġiet ippubblikata fil-ĠU C 117, 19.5.2005, p. 17 u fis- Suppliment taż-ŻEE Nru 24, 19.5.2005. Id-deċiżjoni tal-Awtorità Nru 368/06/COL ġiet ippubblikata fil-ĠU C 77, 5.4.2007, p. 21 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 5.4.2007, p. 1.

(8)  Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-korrispondenza li għaddiet bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet tal-Islanda, qiegħda ssir referenza għad-Deċiżjoni tal-Awtorità biex tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, Deċiżjoni Nru 421/04/COL.

(9)  Ara n-nota 7 ta’ qiegħ il-paġna.

(10)  Ara n-nota 7 ta’ qiegħ il-paġna.

(11)  Għal informazzjoni aktar iddettaljata dwar il-proċess tal-bejgħ, qiegħda ssir referenza għad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 421/04/COL.

(12)  Il-grupp ta’ investiment kien ikkostitwit minn Framtak fjárfestingarbanki hf, Björgun ehf., BM Vallá ehf. u oriġinarjament minn Steypustöðin, li aktar tard ġiet issostitwita mill-kumpanija Norveġiża Norcem AS.

(13)  2 tankijiet fejn jinħażen is-siment, il-bini tal-kunsinna/ippakkjar tas-siment, it-turġien u l-entrata, il-kejsing tal-pajpijiet tas-siment, l-istekkat u l-grada, sajlo tal-azzar u t-tagħmir ta’ miegħu, kumpressuri tal-arja, magna li tnixxef u tagħmir li jaħdem bl-elettriku li jinsab f’maħżen ħdejn il-baċir, il-krejn ta’ ħdejn il-moll, is-sistema ta’ pajpijiet f’kejsing tal-pajpijiet tas-siment, miżien tal-vetturi u t-tagħmir kompjuterizzat ta’ miegħu.

(14)  Kamra tal-pressa, 2 sajlos, kunsinna tas-siment, kamra tal-pompa, tagħmir biex jiżen il-karozzi u t-tagħmir kompjuterizzat ta’ miegħu fil-kamra tal-kunsinna, krejn, pajpijiet u sajlo tal-azzar bit-tagħmir imqabbad miegħu, makkinarju u tojlits, stazzjon tat-trasformazzjoni, taraġ u entrata.

(15)  Il-primjums għall-Iskema A tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat huma mħallsa fuq il-bażi tad-dħul totali tal-impjegati li huma membri tal-Iskema li jakkwistaw id-drittijiet tal-irtirar fuq il-bażi tat-total tal-primjums imħallsa. Bħal ma jiġri fil-maġġoranza tal-fondi tal-pensjoni tax-xogħol li huma obbligatorji, id-drittijiet għall-pensjoni tal-Iskema A huma konnessi mal-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur. Id-drittijiet tal-impjegati li huma membri tal-Iskema huma marbuta bil-liġi u dawk li jħaddmu huma obbligati li jaġġustaw il-primjums tagħhom perjodikament biex jassiguraw li d-dħul tal-Fond mill-primjums ikun jaqbel mal-ħruġ tal-Fond.

(16)  L-enfasi hija miżjuda mill-Awtorità.

(17)  Akronomu bl-Iżlandiż għall-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat.

(18)  L-awtoritajiet tal-Islanda pprovdew informazzjoni dwar l-affiljazzjoni tal-impjegati tal-kumpanija Sementsverksmiðjan hf. f’diversi skambji ta’ korrispondenza. Huma pprovdew dawn l-evalwazzjonijiet tal-figuri f’ittra datata 12 ta’ Novembru 2003. F’ittra datata 18 ta’ April 2006, l-awtoritajiet tal-Islanda komplew jispjegaw li meta ġiet inkorporata l-kumpanija fl-1993, kien hemm 6 impjegati li kienu membri tal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat u 93 impjegat li kienu membri ta’ fondi tal-pensjoni privati. Kif spjegaw l-awtoritajiet tal-Islanda, l-impjegati tal-kumpanija Sementsverksmiðjan hf. li ma jagħmlux xogħol manwali kellhom aċċess għall-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat, filwaqt li l-impjegati li jagħmlu xogħol manwali kienu membri tas-sistema tal-pensjoni privata, jiġifieri il-fond tal-pensjoni tat-trejdjunjin tagħhom. Wara l-inkorporazzjoni tal-kumpanija fl-1993, l-impjegati ġodda li ma jagħmlux xogħol manwali setgħu xorta jkunu membri tal-Fond tal-Pensjoni tal-Istat. Wara l-bejgħ tal-ishma li l-Istat kellu f’Sementsverksmiðjan hf. li sar fl-2003, l-impjegati l-ġodda kollha kellhom jidħlu membri f’fond tal-pensjoni privat.

(19)  L-assi kkonċernati huma l-proprjetajiet u l-assi tal-kumpanija f’Reykjavík, il-bini tal-uffiċċju tal-kumpanija f’Akranes minbarra sular u nofs minnu, u l-ishma u l-bonds li l-kumpanija Sementsverksmiðjan hf. għandha f’kumpaniji oħra.

(20)  2 tankijiet fejn jinħażen is-siment, il-bini tal-kunsinna u l-ippakkjar tas-siment, it-taraġ u l-entrata, il-kejsing tal-pajpijiet tas-siment, l-istekkat u l-grada, sajlo tal-azzar u t-tagħmir ta’ miegħu, kumpressuri tal-arja, magna li tnixxef u tagħmir li jaħdem bl-elettriku li jinsab f’maħżen ħdejn il-baċir, il-krejn ta’ ħdejn il-moll, is-sistema ta’ pajpijiet tal-kejsing tal-pajpijiet tas-siment, miżien tal-vetturi u t-tagħmir kompjuterizzat ta’ miegħu.

(21)  L-ishma fil-kumpanija Geca ġew stmati li kellhom valur ta’ ISK 46,5 miljun, l-ishma tal-kumpanija Spölur ġew stmati li kellhom valur ta’ ISK 40 miljun u l-bonds maħruġa mill-kumpanija Spölur ġew stmati li kellhom valur ta’ ISK 11 miljun.

(22)  Islenskt Sement tispjega li l-ispiża totali għal-likwidazzjoni tal-Kumpanija laħqet is-somma ta’ ISK 390,4 miljun, li fiha tinkludi s-somma li l-Istat ħallas biex jixtri l-art f’Rejkjavik u f’Akranes. Kieku l-Istat iddeċieda li jxolji l-kumpanija, l-ispiża tal-likwidazzjoni kienet tammonta għall-valur tal-likwidazzjoni għall-assi fissi, jiġifieri ISK 69,9 miljun li minnhom jitnaqqas l-obbligu kuntrattwali biex jitnaddaf is-sit fejn hemm l-impjant, bi spiża totali tal-likwidazzjoni li tammonta għal ISK 390,4 miljun. Id-deċiżjoni tal-Istat li jassumi d-dejn li l-Kumpanija kellha mal-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Istat li jammonta għal ISK 388 028 317 u li jbiegħ l-ishma tal-Kumpanija lil Islenskt Sement għal ISK 68 miljun, wasslet għal spiża netta li tammonta għal ISK 320 028 317. Għalhekk, l-ispejjeż għal-likwidazzjoni għall-Kumpanija kienu akbar mill-ispiża totali totali għal ISK 70 376 683.

(23)  Fi Frar tal-2003, il-kumpanija Almenna Verkfræðistofan (AV) għamlet stima parzjali tal-proprjetajiet tal-kumpanija Sementsverksmiðjan hf. li jinsabu f’Rejkjavik, kif ukoll stima sħiħa f’Novembru 2003. Il-valur tal-bonds u l-ishma ġie stabbilit minn MP Verðbref meta stabbilixxew il-valur tal-kumpanija llikwidata qabel ma nbiegħu l-ishma tal-Istat. Is-Sur Daníel Rúnar Elíasson, sensar awtorizzat tal-proprjetà immobbli mill-aġenzija tal-proprjetà immobbli Hákot ivvaluta l-bini f’Akranes f’Awwissu 2003.

(24)  Każijiet Konġunti T-127/99, T-129/99 & T-148/99 Diputación Foral de Alava u oħrajn v Il-Kummissjoni [2002] ECR II-1275, paragrafu 71.

(25)  Każ T-366/00, Scott SA v Il-Kummissjoni [2007] ECR II-797, paragrafu 93.

(26)  Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, l-Awtorità “m’għandhiex tieħu l-ħtija minħabba li l-istima li għamlet kienet approssimattiva” peress li stimi bħal dawn huma min-natura tagħha approssimattivi, cf Każ T-366/00, Scott SA v Il-Kummissjoni, kwotat hawn fuq, paragrafu 96.

(27)  2 tankijiet fejn jiġi maħżun is-siment, il-bini fejn jitwassal is-siment/jiġi ppakkjat, it-taraġ u l-entrata, il-kejsing tas-siment tal-pajpijiet, l-istekkat u l-grada, sajlo tal-azzar u t-tagħmir ta’ miegħu, kumpressuri tal-arja, magna li tnixxef u tagħmir li jaħdem bl-eletrriku li jinsab f’maħżen ħdejn il-baċir, il-krejn ta’ ħdejn il-moll, il-pajpijiet li għaddejin minn ġo kejsing apposta tas-siment, miżien tal-vetturi u t-tagħmir kompjuterizzat ta’ miegħu.

(28)  L-assi mikrija huma kamra tal-pressa, żewġ sajlos, it-trasport tas-siment għal fuq il-post u kamra tal-pompa, li jikkonsistu f’erja ta’ 290 m.k. Barra minn hekk, it-tagħmir użat biex jiżen il-karozzi, il-lottijiet tax-xogħol, il-krejn, il-pajpijiet u s-sajlo tal-azzar, il-makkinarju u t-tojlits, stazzjon tat-transformer, it-taraġ u l-entrata huma wkoll mikrija.

(29)  L-awtoritajiet tal-Islanda infurmaw lill-Awtorità li l-użu ta’ ħafna mill-art f’Sævarhöfði, f’Reykjavik li qabel kienet tal-kumpanija Sementsverksmiðjan hf. inkriet lill-kumpanija Jarðboranir hf. għall-prezz ta’ […] ISK kull metru kwadru. Il-prezz tal-kiri mitlub lill-kumpanija Sementsverksmiðjan hf. kien ta’ […] ISK. L-Awtoritajiet tal-Islanda spjegaw ukoll li l-fatt li kienet se tinkera l-art f’Sævarhöfði ġie reklamant fil-gazzetta Morgunblaðið fl-aħħar tal-2003 u li l-aktar offerta vantaġġuża kienet magħmula mill-kumpanija Jarðboranir hf. għall-prezz hawn imsemmi. Għal dawn ir-raġunijiet, l-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw li l-ammont tal-kera jikkorrispondi mal-prezzijiet tas-suq tal-Islanda.

(30)  Skont Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Fond tal-Pensjoni tal-Ħaddiema taċ-Ċivil u l-Ministeru tal-Finanzi fuq il-ħlas tal-obbligi tat-Teżor Nazzjonali skont Artikolu 33 ta’ Att Nru. 1/1997, fir-rigward ta’ impjegati tal-kumpanija Iceland State Cement Works sa l-aħħar tal-1996, id-djun tal-Fond tal-Pensjoni tal-Ħaddiema taċ-Ċivil, għan-nom tal-kumpanija Iceland Cement Ltd. kienu ta’ ISK 400 801 268.

(31)  Sa Ottubru tal-2003, id-djun relatati mal-ħlas tal-pensjonijiet ta’ impjegati li kienu diġà rtiraw ammontaw għal ISK 412 miljun. Fl-istess data, id-dejn li jikkorrispondi ma’ twettiq ta’ obbligi fil-futur fil-każ tal-impjegati preżenti ġie stmat bħala li jammonta għal bejn wieħed u ieħor ISK 10-15-il miljun.

(32)  Kawża T-157/01 Danske Busvognmænd v Il-Kummissjoni, [2004] Ġabra II-917, punt 116.

(33)  Ippubblikat fil-ĠU L 274, 26.10.2000, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 26.10.2000.

(34)  38,215 tunnellata siment kienu importati lejn l-Islanda u 84,684 tunnellata ġew immanifatturati fil-pajjiż.

(35)  Fil-prinċipju, il-pjan ta’ ristrutturar kellu jiġi sottomess sħiħ flimkien man-notifika qabel ma ngħatat l-għajnuna. Fil-każ preżenti, il-pjan ma kienx sottomess minn abel, iżda l-elementi prinċipali tal-pjan ta’ ristrutturar ġew ippreżentati qabel ma sar ir-ristrutturar. Għaldaqstant, l-Awtorità hi tal-fehma li l-pjan jista’ jiġi approvat taħt il-Linji Gwida S&R.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/40


DEĊIŻJONITAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 405/08/COL

tas-27 ta’ Ġunju 2008

biex tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar tal-Islanda

(L-Islanda)

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b’mod partikolari l-Artikoli 59(2), 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 1(2) tal-Parti I u l-Artikoli 4(4) u 6 tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim rigward is-Sorveljanza u l-Qorti, (4)

Wara li kkunsidrat il-Linji Gwida tal-Awtorità (5) dwar l-appliKażzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL dwar id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 27 tal-Parti II tal-Protokoll 3, (6)

Wara li kkunsidrat is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-Kawża E-9/04 rigward rikorsgħall-annullament tad-Deċiżjoni Nru 213/04/COL dwar il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar tal-Islanda, (7)

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 185/06/COL biex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar tal-Islanda, (8)

Wara li stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jibagħtu l-kummenti tagħhom fl-ambitu ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   IL-PROĊEDURA

B’ittra tal-20 ta’ Novembru 2003 mill-Missjoni tal-Islanda għall-Unjoni Ewropea, li wasslet ittra bl-istess data mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Islanda, li t-tnejn waslu u kienu rreġistrati mill-Awtorità fil-25 ta’ Novembru 2003 (Dok Nru: 03-8227 A, issa Avveniment Nru: 255584), l-awtoritajiet Islandiżi nnotifikaw, fl-ambitu tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, żieda fil-livell massimu ta’ self mill-Fond għall-Finanzjament tad-Djar tal-Islanda (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-HFF) sa 90 % tal-prezz tax-xiri tad-djar.

Fil-11 ta’ Awwissu 2004, l-Awtorità adottat Deċiżjoni 213/04/COL. F’din id-deċiżjoni l-Awtorità ikkonstatat, mingħajr ma fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li l-leġiżlazzjoni Islandiża li tappartjeni għall-HFF kienet tinvolvi għajnuna lill-HFF, imma li din l-għajnuna kienet kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat meta jinqraw flimkien mal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Din id-Deċiżjoni kienet ikkontestata quddiem il-Qorti tal-EFTA permezz ta’ rikors imressaq mill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera u l-Bejjiegħa tat-Titoli Finanzjarji tal-Islanda; assoċjazzjoni li minn dak inhar ingħaqdet ma’ assoċjazzjonijiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni oħra, u li issa hija attiva bl-isem tal-Assoċjazzjoni tas-Servizzi Finanzjarji tal-Islanda (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-SFF). B’sentenza tas-7 ta’ April 2006 fil-Kawża E-9/04, il-Qorti tal-EFTA laqgħet ir-rikors u annullat id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 213/04/COL.

Billi l-Awtorità, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, waslet għall-konklużjoni preliminari li l-miżuri ta’ għajnuna kkontestati kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida, hija adottat, fil-21 ta’ Ġunju 2006, id-Deċiżjoni Nru 185/06/COL biex tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tas-sistema tal-HFF. L-Aworità bagħtet din id-Deċiżjoni lill-awtoritajiet Islandiżi permezz ta’ ittra ddatata 21 ta’ Ġunju 2006 (Avveniment Nru 377864).

Id-Deċiżjoni Nru 185/06/COL kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment ŻEE tiegħu (9). L-Awtorità stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar din id-Deċiżjoni.

Permezz ta’ ittra mingħand il-Missjoni tal-Islanda għall-Unjoni Ewropea ddatata 20 ta’ Novembru 2006, li waslet għand u kienet irreġistrata mill-Awtorità fil-21 ta’ Novembru 2006, l-Awtorità rċeviet il-kummenti dwar id-Deċiżjoni mingħand l-awtoritajiet Islandiżi (Avveniment Nru 399173).

Permezz ta’ ittra ddatata 24 ta’ Novembru 2006 (Avveniment Nru 399801), l-Awtorità bagħtet il-kummenti magħmula mill-awtoritajiet Islandiżi lill-SFF u stiednet lill-SFF biex tagħmel osservazzjonijiet dwar is-sottomissjoni mibgħuta.

L-Awtorità rċeviet aktar kummenti mingħand l-awtoritajiet Islandiżi f’ittra mingħand il-Missjoni tal-Islanda għall-Unjoni Ewropea ddatata 3 ta’ Jannar 2007, li waslet għand u kienet irreġistrata mill-Awtorità fl-4 ta’ Jannar 2007 (Avveniment Nru 405009).

Permezz ta’ ittra ddatata 31 ta’ Jannar 2007, li waslet għand u kienet irreġistrata mill-Awtorità fit-2 ta’ Frar 2007 (Avveniment Nru 408361), l-SFF wieġbet għall-ittra tal-Awtorità ddatata 24 ta’ Novembru 2006, u din ir-risposta ntbagħtet lill-awtoritajiet Islandiżi fil-5 ta’ Frar 2007 (Avveniment Nru 408509).

Permezz ta’ ittra ddatata 28 ta’ Frar 2007, li waslet għand u kienet irreġistrata mill-Awtorità fl-1 ta’ Marzu 2007 (Avveniment Nru 411962), l-SFF ikkummentat dwar id-Deċiżjoni tal-Awtorità nru 185/06/COL. L-Awtorità bagħtet din is-sottomissjoni lill-awtoritajiet Islandiżi għall-kummenti permezz ta’ ittra datata l-5 ta’ Marzu 2007 (Avveniment Nru 412290).

Permezz ta’ ittra mingħand il-Missjoni tal-Islanda għall-Unjoni Ewropea ddatata 5 ta’ Marzu 2007, li waslet għand u kienet irreġistrata mill-Awtorità fid-9 ta’ Marzu 2007 (Avveniment Nru 412950), l-awtoritajiet Islandiżi wieġbu għall-kummenti magħmula mill-SFF fil-31 ta’ Jannar 2007.

Permezz ta’ ittra ddatata 4 ta’ April 2007 (Avveniment Nru 415881), l-Awtorità talbet ċerti kjarifiki mingħand l-awtoritajiet Islandiżi.

Permezz ta’ ittra mingħand il-Missjoni tal-Islanda għall-Unjoni Ewropea ddatata 30 ta’ April 2007, li waslet għand u kienet irreġistrata mill-Awtorità fit-30 ta’ April 2007 (Avveniment Nru 419451), l-awtoritajiet Islandiżi wieġbu għall-ittra mibgħuta mill-Awtorità ddatata 5 ta’ Marzu 2007.

Permezz ta’ ittra mingħand il-Missjoni tal-Islanda għall-Unjoni Ewropea ddatata 14 ta’ Ġunju 2007, li waslet għand u kienet irreġistrata mill-Awtorità fl-14 ta’ Ġunju 2007 (Avveniment Nru 425255), l-awtoritajiet Islandiżi wieġbu għall-ittra mibgħuta mill-Awtorità ddatata 4 ta’ April 2007.

Aktar tagħrif ingħata mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet Islandiżi permezz ta’ ittra elettronika fil-21 ta’ Awwissu 2007 (Avveniment Nru 435379).

Permezz ta’ ittra ddatata 28 ta’ Settembru 2007 (Avveniment Nru 442805), l-Awtorità talbet tagħrif addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Islandiżi rigward il-garanziji mill-istat fl-ambitu tad-dritt tal-Islanda. Permezz ta’ ittra mingħand il-Missjoni tal-Islanda għall-Unjoni Ewropea ddatata 24 ta’ Ottubru 2007, li waslet għand u kienet irreġistrata mill-Awtorità fil-25 ta’ Ottubru 2007 (Avveniment Nru 448739), l-awtoritajiet Islandiżi wieġbu għal din it-talba.

Il-każ kien soġġett għal aktar diskussjonijiet bejn ir-rappreżentanti tal-Awtorità u l-Gvern Islandiż f’diversi laqgħat, li l-aħħar waħda kienet il-laqgħa dwar il-pakkett li saret fid-29 ta’ Ottubru 2007 f’Rejkjavik.

Permezz ta’ ittra elettronika ddatata s-27 ta’ Novembru 2007, ir-rappreżentanti legali tal-SFF issottomettew tagħrif addizzjonali rigward l-investigazzjoni dwar l-HFF (Avveniment Nru 454226).

Il-każ kien diskuss mal-persuna li ressqet l-ilment f’laqgħa li saret fis-6 ta’ Marzu 2008 u wara dak li ressaq l-ilment bagħat sottomossjoni oħra ddatata 28 ta’ Marzu 2008 (Avveniment Nru 471552).

Il-Gvern Islandiż issottometta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar din l-aħħar sottomissjoni tal-persuna li ressqet l-ilment permezz ta’ ittra tal-15 ta’ April 2008 (Avveniment Nru 473576).

2.   L-ISFOND GĦAR-REGOLI ISLANDIŻI RIGWARD IS-SETTUR TAD-DJAR

2.1.   DAĦLA

Fis-sezzjoni li jmiss, l-Awtorità se tiddeskrivi s-sitwazzjoni fl-ambitu tad-dritt tal-Islanda fir-rigward tas-sistema tad-djar. Id-deskrizzjoni se tkopri d-dritt kif kien fi żmien id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE u se tagħti deskrizzjoni fil-qosor tal-emendi leġiżlattivi li daħlu fis-seħħ aktar tard.

Fis-Sezzjoni 3 se jkun hemm deskrizzjoni tal-bażi ġuridika fl-ambitu tad-dritt tal-Islanda għal kull wieħed mill-elementi ta’ għajnuna potenzjali mill-istat identifikati fid-Deċiżjoni Nru 185/06/COL li fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Se jkunu diskussi d-dispożizzjonijiet ġuridiċi li kienu fis-seħħ meta daħal fis-seħħ il-Ftehim taż-ŻEE, kif ukoll l-emendi leġiżlattivi.

2.2.   IS-SISTEMA TAD-DJAR

2.2.1.    Daħla

Tul l-aħħar 50 sena, l-intervent pubbliku fis-suq tad-djar tal-Islanda kien immirat biex iħeġġeġ lin-nies isiru sidien ta’ djarhom. Fl-1955, ġiet stabbilita l-bażi għal intervent sistematiku mill-Istat, kemm fir-rigward tat-tfassil tal-politika fil-qasam tal-affarijiet tad-djar kif ukoll fir-rigward tal-forniment tas-self għad-djar privati. L-Aġenzija tal-Istat għad-Djar (Húsnæðisstofnun ríkisins) ġiet stabbilita permezz tal-Att Nru 51/1980 u forniet, fost affarijiet oħra, self b’termini preferenzjali lix-xerrejja ta’ djar privati.

Fl-1986 is-sistema tas-self għad-djar għaddiet minn ċerti tibdiliet li kienu jinvolvu, fost affarijiet oħra, li l-fondi tal-pensjonijiet ifornu parti mill-finanzjament tas-sistema. Il-banek Islandiżi ġeneralment ma kinux jipprovdu finanzjament għad-djar privati. Meta l-Aġenzija tal-Istat għad-Djar ħarġet self għad-djar taħt ir-rati tas-suq, ir-riżultat kien żieda sostanzjali fid-domanda, li poġġiet piż fuq ir-riżorsi tal-fondi tal-pensjonijiet aktar milli kienu jifilħu. Biex jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni, u biex ikunu ġġenerati aktar riżorsi finanzjarji għall-finanzjament tad-djar, fl-1989 iddaħħlet sistema ta’ bonds għad-djar, li se tkun deskritta fid-dettall hawn taħt.

2.2.2.    Att Nru 97/1993 dwar l-Aġenzija tal-Istat għad-Djar

2.2.2.1.   Daħla

Meta l-Ftehim taż-ŻEE daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994, l-Aġenzija tal-Istat għad-Djar kienet irregolata mill-Att Nru 97/1993 (lög nr. 97/1993, um Húsnæðisstofnun ríkisins). Fil-fatt dan l-Att kien verżjoni kkonsolidata tal-Att Nru 86/1988 bl-istess isem, li kien ġie suġġett għal għadd ta’ emendi (10).

Skont l-Artikolu 1 tal-Att Nru 97/1993, l-għan tagħha kien li tippromwovi s-sigurtà tal-Islandiżi rigward id-djar, permezz tal-għoti ta’ self u permezz tal-organizzazzjoni ta’ affarijiet relatati mad-djar u l-bini tad-djar. Barra minn hekk, kellha tippromwovi d-drittijiet ugwali fir-rigward tad-djar bil-provvediment ta’ fondi bl-għan speċifiku li jiżdiedu l-opportunitajiet biex in-nies jiksbu jew jikru d-djar b’termini li jifilħu għalihom.

Skont it-termini tal-Att Nru 97/1993, erba’ korpi pubbliċi differenti kienu joperaw fis-sistema tad-djar, jiġifieri: l-Aġenzija tal-Istat għad-Djar, il-Bord tal-Istat għad-Djar, il-Fond tal-Istat għall-Bini u l-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema.

2.2.2.2.   L-Aġenzija tal-Istat għad-Djar u l-Bord tal-Istat għad-Djar

Il-bażi ġuridika għall-Aġenzija tal-Istat għad-Djar kienet stabbilita fl-Artikolu 2 tal-Att. Skont dik id-dispożizzjoni, l-Aġenzija kienet istituzzjoni tal-istat suġġetta għal bord tad-diretturi separat (il-Bord tal-Istat għad-Djar) fil-kompetenza amministrattiva tal-Ministru tal-Affarijiet Soċjali, li kien l-ogħla persuna nkarigata mill-affarijiet relatati mad-djar. L-Aġenzija kellha timmaniġġja u timplimenta l-funzjonijiet relatati mad-djar, fdati lill-awtoritajiet pubbliċi mill-Att.

Il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali seta’ joħroġ regolament biex jiddeċiedi f’aktar dettall rigward l-istruttura tal-Aġenzija, cf. l-Artikolu 3 tal-Att. Il-Ministru ngħata wkoll awtorizzazzjoni biex jgħaqqad il-ġestjoni ġenerali, l-operat u r-riżorsi umani ta’ żewġ, jew aktar, diviżjonijiet, dipartimenti u fondi previsti fl-Att. L-ispejjeż tal-operat tal-Aġenzija tal-Istat għad-Djar kellhom jinqasmu bejn il-fondi mħaddma mill-Aġenzija, wara li titqies il-firxa tal-operat u l-assi pendenti tagħhom fi tmiem is-sena fiskali.

L-Aġenzija tal-Istat għad-Djar kienet irregolata mill-Bord tal-Istat għad-Djar (il-“Bord”) li kien kompost minn seba’ membri eletti mill-Parlament wara kull elezzjoni Parlamentari, cf. l-Artikolu 4 tal-Att. Skont l-Artikolu 5 tal-Att, il-Bord kellu jimmaniġġja l-finanzi, l-operat u l-ħidmiet l-oħra tal-Aġenzija tal-Istat għad-Djar, il-Fond tal-Istat għall-Bini u l-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema. Kellu jiżgura wkoll li l-Aġenzija twettaq l-attivitajiet tagħha f’konformità mal-liġi u d-dispożizzjonijiet amministrattivi prevalenti. Barra minn hekk, fost affarijiet oħra, il-Bord ingħata r-responsabbiltà li jalloka l-fondi għall-iżviluppaturi tad-djar soċjali.

Il-Bord tal-Istat għad-Djar ingħata wkoll is-setgħa, suġġetta għall-approvazzjoni tal-Ministru tal-Affarijiet Soċjali, biex joħloq kategoriji tas-self ġodda, cf. paragrafu 2 tal-Artikolu 11. SpeċifiKażzjonijiet oħra rigward is-self kienu stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 15 tal-Att.

2.2.2.3.   Il-Fond tal-Istat għall-Bini

L-irwol u l-kompitu tal-Fond tal-Istat għall-Bini kienu stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Att Nru 97/1993. Skont dik id-dispożizzjoni, il-Fond kellu jwettaq attivitajiet ta’ self u tranżazzjonijiet ta’ bonds tad-djar f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att u r-regolamenti stabbiliti skont l-Att. Il-Fond kien ukoll responsabbli għas-self li kien seħħ fl-ambitu tal-fond jew li seta’ jseħħ fil-ġejjieni. L-Artikolu 9 tal-Att stabbilixxa kif kellu jkun iffinanzjat il-Fond tal-Istat għall-Bini, kif ġej:

“(1)

Mid-dħul fuq il-kapital tal-Fond stess, jiġifieri l-pagamenti, l-imgħax u l-ħlasijiet abbażi tal-indiċjar tal-prezzijiet fuq is-self mogħti.

(2)

Permezz tal-kontribuzzjonijiet annwali tat-Teżor tal-Istat kif previst fl-Att tal-Baġit.

(3)

Permezz tal-bejgħ ta’ bonds lill-Fond tal-Assigurazzjoni kontra l-Qgħad, lill-fondi tal-pensjonijiet kif maqbul mill-Aġenzija tal-Istat għad-Djar u l-fondi, u permezz ta’ kwalunkwe self ieħor li jista’ jkun deċiż f’aktar dettall fil-pjan tal-investiment u l-kreditu applikabbli fi kwalunkwe ħin.”

L-Artikolu 11 tal-Att ippermetta lill-Fond tal-Istat għall-Bini li jagħti self fil-kategoriji li ġejjin, sakemm il-finanzjament ikun sar disponibbli fil-baġit tiegħu għas-sena rilevanti:

“(1)

Self għall-bini tad-djar tal-anzjani u l-istituzzjonijiet ta’ kura tul il-jum għat-tfal u l-anzjani.

(2)

Self speċjali għal dawk bi bżonnijiet speċjali.

(3)

Self jew għotjiet għall-innovazzjonijiet tekniċi u riformi oħra fl-industrija tal-bini.”

Is-self kollu mill-Fond tal-Istat għall-Bini kellu jkun indiċjat b’mod sħiħ, cf. l-Artikolu 16 tal-Att. Kull self għandu jkun assigurat permezz ta’ ipoteka tal-ewwel jew it-tieni grad fuq id-djar li fuqhom jingħata s-self. Barra min hekk, kien permess li jkun meħtieġ li s-self mogħti u l-ipoteka m’għandhomx jaqbżu proporzjon partikolari tal-prezz tax-xiri, tal-evalwazzjoni tal-proprjetà immobbli jew tal-valutazzjoni tal-assigurazzjoni kontra n-nar.

2.2.2.4.   Bonds tad-Djar

Kif issemma fuq, dik li tissejjaħ is-sistema tal-bonds tad-djar kienet stabbilita fl-1989. Għaldaqstant, l-Artikolu 18 tal-Att Nru 97/1993, awtorizza lill-Fond tal-Istat għall-Bini biex jopera Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar separata, li l-finanzi tagħha kellhom jinżammu separati mill-attivitajiet l-oħra tal-Fond. Skont l-Artikolu 19 tal-Att, l-irwol tad-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar kien:

“(a)

Li toħroġ kategoriji ta’ bonds li jistgħu jinbiegħu fis-suq f’isem il-Fond tal-Istat għall-Bini, minn hawn ‘il quddiem imsejħa bonds tad-djar, suġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Att, jew permezz tar-regolazzjoni.

(b)

Li tiskambja strumenti tad-dejn li jkollhom garanzija b’ipoteka fuq id-djar residenzjali maħruġa b’rabta max-xiri tal-proprjetà immobbli, il-bini ta’ djar ġodda, jew addizzjonijiet estensivi jew titjib jew innovazzjoni fi djar residenzjali użati […].

(c)

Li tippromwovi l-bejgħ tal-bonds tad-djar fis-suq b’mod konsistenti.”

Is-sistema tal-bonds tad-djar ma kinitx sistema tradizzjonali ta’ ipoteka fuq is-self, imma sistema ta’ skambju ta’ bonds, jiġifieri x-xerrejja tad-djar kienu japplikaw għand id-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar biex toħroġ bond ta’ ipoteka, li kellha garanzija bil-proprjetà li se tinxtara. Id-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar imma kienet tixtri din il-bond mingħand ix-xerrej tad-dar u kienet tħallas għaliha billi toħroġ bonds tad-djar lill-bejjiegħ. Dawn il-bonds tad-djar imbagħad setgħu liberalment jinbiegħu fis-suq tat-titoli finanzjarji. Il-bejjiegħ kien jista’ jbigħ il-bonds fis-suq tat-titoli finanzjarji, jużahom bħala mezz ta’ ħlas jew iżommhom.

Skont l-Artikolu 21 tal-Att, id-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar kellha permess tikklejmja marġni ta’ imgħax biex tkopri l-ispejjeż tal-operat tagħha u t-telf stmat minn self pendenti. Il-Ministru tal-Affariujiet Soċjali kellu jiddetermina l-livell tal-marġni tal-imgħax wara proposta mill-Bord tal-Istat għad-Djar.

L-istrumenti tal-ipoteka mixtrija mid-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar kellhom jinħarġu għal perjodu ta’ self ta’ mhux aktar minn 25 sena, cf. l-Artikolu 26 tal-Att. Skont l-Artikoli 27, dawn l-istrumenti tal-ipoteka setgħu jkunu skambjati ma’ bonds tad-djar sa massimu ta’ 75 % tal-prezz ta’ proprjetà evalwat b’mod raġonevoli. Il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali kellu s-setgħa li jiddeċiedi fuq il-perċentwal massimu permezz ta’ Regolament li bih huwa seta’ jiddeċiedi rigward perċentwal ogħla għal bini ġdid u x-xiri tal-ewwel dar residenzjali. Skont l-Artikolu 29 tal-Att, id-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar kellha tippromwovi l-bejgħ tal-bonds tad-djar fis-suq. Għal dak il-għan id-Diviżjoni kellha tikseb il-kooperazzjoni tal-banek, il-fondi tal-pensjonijiet u entitajiet oħra fis-suq finanzjarju. Barra minn hekk, il-Fond tal-Istat għall-Bini seta’ jiddisponi minn proporzjon mill-fondi tiegħu għat-tranżazzjonijiet fil-bonds tad-djar biex jippromwovi l-ekwilibriju fis-suq.

L-Att innifsu ma kienx jinkludi dispożizzjonijiet rigward min kien eliġibbli għas-self fl-ambitu tas-sistema tal-bonds tad-djar. Minflok, tali regoli kienu stabbiliti bir-Regolament Nru 467/1991 dwar id-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar u t-tranżazzjonijiet bil-bonds tad-djar (um húsbréfadeild og húsbréfaviðskipti). Fir-rigward tas-self lill-impriżi, ir-Regolament ippreveda li l-kuntratturi tal-bini kienu jikkwalifikaw għal self mis-sistema. Kuntrattur tal-bini kien iddefinit bħala kwalunkwe entità rrikonoxxuta li tibni u tbigħ appartamenti lesti f’konformità mal-istandard industrijali rilevanti, cf. l-Artikolu 1 tar-Regolament. Ir-regoli rigward is-self għal bini ġdid kienu stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament u l-Artikolu 25 impona rekwiżit speċjali fuq il-kuntratturi li stabbilixxa li huma kienu meħtieġa jippreżentaw garanzija mingħand istituzzjoni finanzjarja jew muniċipalità.

2.2.2.5.   Fond tad-Djar għall-Ħaddiema

L-irwol tal-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema kien li jieħu ħsieb il-forniment ta’self għad-djar soċjali bil-għan li jkunu solvuti l-ħtiġijiet ta’ djar għal dawk li jeħtieġu għajnuna speċjali għal dan, cf. l-Artikolu 47 tal-Att. L-Artikolu 48 kien jikkonċerna l-finanzjament tal-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema, li kien jinkiseb hekk:

“(a)

mid-dħul fuq il-kapital tal-Fond stess, jiġifieri l-pagamenti, l-imgħax u l-ħlasijiet abbażi tal-indiċjar tal-prezzijiet fuq is-self mogħti;

(b)

permezz tal-kontribuzzjonijiet annwali tat-Teżor tal-Istat kif previst fl-Att tal-Baġit minn żmien għal żmien;

(c)

permezz ta’ self minn muniċipalitajiet lill-Aġenzija tal-Istat għad-Djar, cf. l-Artikolu 42;

(d)

permezz tal-bejgħ ta’ bonds lill-fondi tal-pensjonijiet f’konformità mal-ftehimiet magħmula bejn l-Aġenzija tal-Istat għad-Djar u l-fondi tal-pensjonijiet;

(e)

permezz ta’ self speċjali, deċiż fil-pjanijiet ta’ investiment u kreditu minn żmien għal żmien, meta l-fondi disponibbli skont is-subparagrafi a sa d ma jkunux biżżejjed għall-iżviluppi ppjanati.”

Il-kategoriji tas-self tal-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema kienu elenkati fl-Artikolu 50 tal-Att u kienu dawn li ġejjin:

“(1)

Self għall-kiri-xiri ta’ djar soċjali (għal 90 % tal-prezz tax-xiri).

(2)

Self għal djar soċjali li huma proprjetà privata (għal 90 % tal-prezz tax-xiri).

(3)

Self għal djar soċjali mikrija (għal 90 % tal-prezz tax-xiri).

(4)

Self għal kiri-xiri ġenerali ta’ djar (għal 70 % u 20 % tal-prezz tax-xiri). […]”

Self għal djar soċjali kien ingħata mill-Bord tal-Istat għad-Djar mill-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema, cf. l-Artikolu 52 tal-Att. Is-self seta’ jkun sa 90 % tal-ispiża tal-bini jew tal-prezz tax-xiri, madankollu ma jaqbiżx id-90 % tal-bażi tal-ispejjeż approvati mill-Bord tal-Istat għad-Djar, bit-tnaqqis ta’ kontribuzzjoni speċjali ta’ 3,5 % tal-muniċipalitajiet għal kull appartament tal-għajnuna soċjali, cf. il-paragrafu 2 tal-Artikolu 42 tal-Att (11). Fir-rigward tad-dritt għall-għajnuna soċjali, l-Artikolu 64 tal-Att iddikjara li d-dritt għas-self għal djar soċjali li huma proprjetà privata kien limitat għal dawk li kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

“(a)

Mhumiex diġà proprjetarji ta’ appartament jew assi komparabbli ta’ xi forma oħra.

(b)

Matul l-aħħar tliet snin kellhom dħul medju ta’ ammont li ma jaqbiżx […], qabel isseħħ l-allokazzjoni. Dawn il-limiti fuq id-dħul għandhom ikunu ddetermminati mill-Bord tal-Istat għad-Djar fil-bidu ta’ kull sena […].

(c)

Juru li l-kapaċità li jħallsu, li tkun evalwata mill-kumitat tad-djar tal-muniċipalità […].”

L-Artikolu 65 ippreveda li dawk li japplikaw għal appartamenti bil-kera kellhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-subparagrafi a) u b).

Is-sid ta’ appartament tal-għajnuna soċjali li kellu l-intenzjoni li jbigħ dan l-appartament kellu jinnotifika lill-kumitat tad-djar jew xi żviluppatur ieħor bl-intenzjonijiet tiegħu, cf. l-Artikolu 85 tal-Att. L-iżviluppatur kellu jixtri l-appartament u jerġa’ jbigħu f’konformità mal-Att u r-regolamenti stabbiliti fl-ambitu tal-Att. Max-xiri tal-appartament, il-bejjiegħ tiegħu għandu jingħata rimbors tal-kontribuzzjoni li jkun ipprovda max-xiri ta’ appartament u l-pagamenti li kien ħallas fuq is-self mill-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema minn meta daħal fis-seħħ il-ftehim tax-xiri. L-Artikolu 86 ta lill-muniċipalitajiet il-kompitu li jikkalkulaw il-prezz tal-bejgħ tad-djar soċjali.

2.2.3.    L-Att dwar id-Djar Nru 44/1998

2.2.3.1.   Daħla – it-tibdiliet ewlenin

L-Att dwar id-Djar Nru 44/1998 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1999. B’dak l-Att kien stabbilit il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar. Fl-istess ħin kien irrevokat l-Att Nru 97/1993, imsemmi fuq, dwar l-Aġenzija tal-Istat għad-Djar. Skont l-Artikolu 1 tal-Att tad-Djar, l-għan tal-Att huwa li jippromwovi s-sigurtà u d-drittijiet ugwali fir-rigward tad-djar għall-Islandiżi, permezz tal-għoti ta’ self u l-organizzazzjoni ta’ affarijiet relatati mad-djar, u li fondi jkunu previsti bil-għan speċifiku li jiżdiedu l-opportunitajiet biex in-nies jiksbu jew jikru d-djar b’termini li jifilħu għalihom. Fi kliem ieħor, l-għan tal-Att jikkorrispondi b’mod sħiħ ma’ dak stabbilit fl-Artikolu 1, imsemmi fuq, tal-Att Nru 97/1993, li kien hemm qabel.

Fl-abbozz, li sussegwentement sar l-Att dwar id-Djar, l-emendi ewlenin kienu deskritti fit-termini li ġejjin:

“It-tibdiliet ewlenin li hemm fl-abbozz jikkonċernaw is-sistema tad-djar soċjali. Il-bidla prinċipali li qed tkun proposta hija li se jispiċċa l-bini u x-xiri ta’ appartamenti soċjali li huma proprjetà privata u minflok se tkun stabbilita sistema ġdida ta’ self soċjali. Id-dispożizzjonijiet attwali dwar il-bini ta’ appartamenti għall-kiri se jibqgħu fis-seħħ imma qed ikun propost li jitneħħew l-Artikoli dwar il-kiri-xiri. Flimkien ma’ dak imsemmi fuq, abbozz indipendenti se jkun jikkonċerna l-kooperattivi tal-bini u tad-djar.

Minn aspetti oħra, it-tibdiliet ewlenin fl-abbożż tal-liġi jistgħu jkunu ssimplifikati fi tliet kwistjonijiet. L-ewwel, huma jikkonċernaw l-għajnuna soċjali. It-tieni, il-parteċipazzjoni tal-muniċipalitajiet f’tali għajnuna, u t-tielet, tibdiliet li jikkonċernaw il-qafas organizzattiv tal-affarijiet tad-djar.” (12)

Meta l-Ministru tal-Affarijiet Soċjali ssottometta l-abbozz fil-Parlament, huwa spjega t-tibdiliet leġiżlattivi ewlenin previsti fl-ambitu tal-abbozz il-ġdid bil-mod li ġej:

“Il-punti ewlenin huma dawn li ġejjin:

L-Aġenzija tal-Istat għad-Djar se tkun abolita.

Il-Fond tal-Istat għall-Bini u l-Fond għad-Djar tal-Ħaddiema se jkunu amalgamati fil-Fond għall-Finanzjament tad-Djar u l-assi tal-Aġenzija tal-Istat għad-Djar ukoll se jsiru parti mill-Fond. […]

Is-sistema tal-bonds tad-djar mhux se tinbidel fir-rigward tat-tranżazzjonijiet tal-proprjetà fis-suq ġenerali. Il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar għandu biż-żmien isir awtosostenibbli. Punt wieħed f’dak ir-rigward huwa li hemm is-suppożizzjoni minn qabel li s-self li sar aktar qabel mill-Fond se jkun irristrutturat. Bir-ristrutturar se jkun possibbli li jinkisbu rati sostanzjalment aħjar milli jgawdu llum il-Fondi għall-Bini. Dan il-Fond se jkun b’saħħtu ħafna. Se jkollu kapital ta’ 26 biljun ISK u se jkollu aċċess għall-aħjar rati ta’ self.” (13)

2.2.3.2.   Il-qafas istituzzjonali

Il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar huwa istituzzjoni indipendenti tal-Istat soġġetta għal bord tad-diretturi separat fil-kompetenza amministrattiva tal-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali, cf. l-Artikolu 4 tal-Att dwar id-Djar. Il-Fond ħa post l-Aġenzija tal-Istat għad-Djar li kien hemm qabel. Skont l-Artikolu 7, il-Ministru għandu jaħtar il-ħames membri tal-bord tad-diretturi tal-Fond għal terminu ta’ erba’ snin. L-Artikolu 8 jipprevedi li l-bord jingaġġa direttur maniġerjali, li huwa responsabbli għall-operat tal-Fond, għall-ingaġġ tal-persunal, eċċ.

Kif kien spjegat fil-qosor aktar ‘il fuq, l-Att dwar id-Djar neħħa kemm il-Fond tal-Istat għall-Bini kif ukoll il-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema. Il-fondi kellhom jiġu amalgamati u aboliti mad-dħul fis-seħħ tal-Att. Mill-istess data, il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar ħa f’idejh il-funzjonijiet, id-drittijiet, l-assi, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi taż-żewġ fondi, cf. l-Artikolu 53 tal-Att. Id-drittijiet u l-privileġġi mogħtija lilhom mil-liġi applikaw għall-Fond għall-Finanzjament tad-Djar. Il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar bl-istess mod ħa f’idejh id-drittijiet u d-dmirijiet kollha relatati maċ-ċertifikati tad-dejn li kienu proprjetà tal-Fond tal-Istat għall-Bini u l-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema u kellu jieħu posthom f’kull litigazzjoni kontrihom jew imwettqa f’isimhom.

Il-kompiti fdati bil-liġi f’idejn il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar huma elenkati fl-Artikolu 9 tal-Att dwar id-Djar u jinkludu:

“(1)

Is-self u l-amministrazjoni tat-tranżazzjonijiet tal-bonds tad-djar f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att.

(2)

Is-self lill-muniċipalitajiet, il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet għall-bini jew ix-xiri tad-djar residenzjali. […]”

Kif kien il-każ fir-rigward tal-Fond tal-Istat għall-Bini u l-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema fl-ambitu tal-Att preċedenti Nru 97/1993, anki l-Fond għall-Finanzjament tad-Djar huwa ffinanzjat minn 1) id-dħul mill-kapital tiegħu stess u 2) mill-ħruġ u l-bejgħ tal-bonds, cf. l-Artikolu 10 tal-Att dwar id-Djar. Madankollu, b’kuntrast, is-sistema stabbilita fl-Att Nru 97/1993 fir-rigward tal-finanzjament permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mit-Teżor ma nżammitx fl-Att dwar id-Djar.

Skont l-Artikolu 11 tal-Att dwar id-Djar, il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar għandu jippreserva u jikseb dħul fuq il-flejjes li huwa nkarigat minnhom. Wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Ministru tal-Affarijiet Soċjali, il-Fond jista’ jiddeċiedi li jikkommetti s-salvagwardja ta’ parti mill-assi tiegħu, jew tal-assi kollha, f’idejn ħaddieħor. Għandha tingħata attenzjoni biex il-Fond ikollu, f’kull ħin, fondi likwidi adegwati biex jonora l-obbligi tiegħu.

2.2.3.3.   Il-kategoriji tas-self

2.2.3.3.1.   It-tliet kategoriji tas-self

L-Artikolu 15 tal-Att dwar id-Djar stabbilixxa t-tliet kategoriji tas-self estiżi mill-Fond għall-Finanzjament tad-Djar (14). Il-kategoriji kienu:

self ġenerali fl-ambitu tal-Kapitolu VI tal-Att għall-bini u x-xiri ta’ djar residenzjali;

self addizzjonali lil individwi fl-ambitu tal-Kapitolu VII tal-Att għall-bini u x-xiri ta’ djar residenzjali;

self lil muniċipalijiet, assoċjazzjonijiet u kumpaniji għal djar bil-kera fl-ambitu tal-Kapitolu VIII tal-Att għall-bini jew ix-xiri ta’ djar residenzjali għall-kiri.

Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 16, il-Fond seta’ joħloq kategoriji ġodda ta’ self, suġġett għall-approvazzjoni tal-Ministru tal-Affarijiet Soċjali.

2.2.3.3.2.   Self ġenerali

L-Att dwar id-Djar kompla s-sistema b’self ġenerali għad-djar li kienet iddaħħlet bis-sistema tal-bonds tad-djar fl-1989 u li kienet applikata wkoll fl-ambitu tal-Att Nru 97/1993. L-Att il-ġdid ma daħħalx tibdil fir-rigward ta’ din il-kategorija ta’ self. Biex jamministra s-self ġenerali, il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar kellu jopera Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar, kif kienet imħaddma qabel mill-Aġenzija tal-Istat għad-Djar, li l-finanzi tagħha kellhom jinżammu separati minn attivitajiet oħra tal-operat tal-Fond, cf. l-Artikolu 17 tal-Att dwar id-Djar (15).

Id-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar kellha:

“(1)

Toħroġ kategoriji ta’ bonds tad-djar li jistgħu jinbiegħu f’isem il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar suġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Att, jew bir-regolazzjoni.

(2)

Tiskambja strumenti tad-dejn appoġġjati minn ipoteki u bonds tad-djar.

(3)

Tippromwovi l-bejgħ tal-bonds tad-djar fis-suq. […]”

Il-bonds ipotekarji kellhom ikunu kkonnettjati b’indiċi u jkollhom l-istess termini ta’ self bħall-bonds tad-djar, skambjati mal-bonds ipotekarji, flimkien mal-marġni tal-imgħax, cf. l-Artikolu 19 tal-Att. Dan il-marġni seta’ jkun stabbilit biex ikopri l-ispejjeż tal-operat u t-telf stmat minn self pendenti tad-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar, cf. l-Artikolu 28 tal-Att. Il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali kellu jiddetermina l-livell tal-marġni tal-imgħax wara li jkun kiseb proposta mill-Bord tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar.

Strumenti ipotekarji u bonds tad-djar jistgħu jkunu skambjati għal ammont li ma jaqbiżx is-70 % tal-valur stmat ta’ proprjetà, jekk is-sid kien qed jibni jew jixtri l-ewwel dar residenzjali tiegħu, imma l-65 % tal-valur fil-każijiet l-oħrajn kollha, cf. l-Artikolu 19 tal-Att; fi kliem ieħor tnaqqis mill-massimu ta’ qabel ta’ 75 % tal-prezz stmat stabbilit fl-Artikolu 27 imsemmi fuq tal-Att Nru 97/1993 ta’ qabel. Il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali seta’ jiddeċiedi permezz ta’ Regolament l-għadd massimu ta’ strumenti ipotekarji mixtrija mid-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar għal kull proprjetà. Skont l-Artikolu 21 tal-Att, il-perjodu massimu tas-self tal-istrumenti ipotekarji mixtrija mid-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar kellu jkun 40 sena. Aktar regoli fir-rigward tal-bonds tad-djar kienu stabbiliti fir-Regolament Nru 7/1999 rigward id-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar u t-tranżazzjonijiet bil-bonds tad-djar (um húsbréfadeild og húsbréfaviðskipti).

Fir-rigward tas-self lill-kuntrattutri tal-bini, ir-regoli f’dak ir-Regolament kienu jirriflettu dawk stabbiliti fil-Regolament 467/1991 ta’qabel, bl-istess isem, applikabbli fl-ambitu tal-Att preċedenti (16).

Kif wieħed jista’ jara minn dak li ntqal hawn fuq, is-sistema tal-iskambju tal-bonds tad-djar baqgħet l-istess wara d-dħul fis-seħħ tal-Att dwar id-Djar. Id-Diviżjoni tal-Bonds tad-Djar tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar ingħata l-istess funzjonijiet li l-istess Diviżjoni kienet wettqet fl-Aġenzija tal-Istat għad-Djar, cf. l-Artikolu 19 tal-Att 97/1993 u l-Artikolu 17 tal-Att dwar id-Djar, it-tnejn ikkwotati fuq. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-kummenti għall-Kapitolu VI tal-abbozz li mbagħad sar l-Att dwar id-Djar, li l-kapitolu kien fih dispożizzjonijiet korrispondenti b’mod sostantiv bħall-Kapitolu IV tal-Att Nru 97/1993 (17).

2.2.3.3.3.   Self addizzjonali

Bl-Att dwar id-Djar, mas-sistema tad-djar żdiedet kategorija ta’ self ġdida, imsejħa self addizzjonali, għal nies bi dħul baxx. Dak is-self seta’ jingħata b’żieda mas-self ġenerali u ħa post self soċjali differenti mogħti fl-ambitu tal-Att Nru 97/1993 imma li sussegwentement kien irrevokat (18). F’konformità mal-Artikolu 30, wara talba minn kumitat tad-djar ta’ muniċipalità, il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar seta’ jagħti self addizzjonali li seta’ jkopri l-25 % tal-valur stmat tal-appartament lil individwi li kellhom id-dritt għal self ġenerali għax-xiri ta’ appartament. Kif kien il-każ tas-self soċjali fl-ambitu tas-sistema preċedenti fl-Att Nru 97/1993 qabel it-twaqqif tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar, is-self totali mill-Fond għall-Finanzjament tad-Djar (self ġenerali u self addizzjonali) qatt ma seta’ jaqbeż id-90 % tal-valur stmat tal-appartament.

Il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali kellu jistabbilixxi regolament li jispjega aktar ir-rekwiżiti għall-għoti tas-self addizzjonali. Il-kriterji li ġejjin kellhom jitqiesu għall-għoti ta’ dak is-self: id-daqs tal-familja, l-assi, id-dħul, id-daqs tal-appartament u t-tip tad-dar. Il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali ħareġ ir-Regolament Nru 783/1998 dwar is-Self Addizzjonali, li stabbilixxa b’aktar dettall il-kundizzjonijiet li l-applikanti kellhom jissodisfaw biex ikunu eliġibbli għal self addizzjonali. L-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament jipprevedu li l-applikant ma setax jaqbeż ċerti limiti fir-rigward tad-dħul u l-assi biex jikkwalifika għal self addizzjonali (19). L-Artikolu 8 ddikjara li l-applikant kellu jissodisfa evalwazzjoni rigward il-ħila li jħallas. Fl-Artikolu 4 kien iddikjarat li l-muniċipalitajiet setgħu joħolqu aktar linji gwida biex jitqiesu mill-kumitati tad-djar. Dawn il-kwistjonijiet setgħu jinkludu s-sitwazzjonijiet attwali tad-djar; l-istat u t-tip tad-djar attwali u d-daqs u s-saħħa tal-familja (20). Għaldaqstant, il-kriterji ewlenin biex ikun iddeterminat jekk xi ħadd jikkwalifikax għal self “soċjali” baqgħu n-nuqqas ta’ assi u d-dħul baxx kif kien il-każ fl-ambitu tar-regoli li kienu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att dwar id-Djar.

Bil-kontra tar-regoli preċedenti fl-ambitu tal-Att Nru 97/1993, l-Att dwar id-Djar ma kienx fih dispożizzjonijiet għal self għall-kiri-xiri ta’ djar soċjali. Barra minn hekk, l-Att dwar id-Djar ma kienx fih dispożizzjonijiet relatati mal-bejgħ ta’ appartamenti soċjali minħabba li dawk setgħu jinbiegħu fis-suq ġenerali suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 tal-Att dwar id-Djar.

2.2.3.3.4.   Appartamenti bil-kera

It-tielet kategorija ta’ self, self għal appartamenti bil-kera, hija rregolata mill-Kapitolu VIII tal-Att dwar id-Djar. Skont l-Artikolu 33, il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar jista’ jestendi s-self għall-bini jew ix-xiri ta’ djar maħsuba għall-kiri, lill-muniċipalitajiet, l-assoċjazzjonijiet jew il-kumpaniji li għandhom l-objettiv li jibnu, jkunu s-sidien jew jimmaniġġjaw tali djar. Is-self jista’ jingħata sa 90 % tal-ispejjeż tal-bini jew tax-xiri imma ma jaqbiżx id-90 % tal-bażi tal-ispejjeż approvati mill-bord tal-Fond, cf. l-Artikolu 36 tal-Att. Skont l-Artikolu 37 tal-Att, id-dritt għal djar bil-kera għandu jiddependi fuq iċ-ċirkustanzi soċjali tal-applikant u fuq jekk id-dħul u l-assi tal-applikant humiex fil-limiti stabbiliti b’aktar dettall fir-Regolament maħruġ mill-Ministru tal-Affarijiet Soċjali.

Fil-kummenti ġenerali li jakkumpanjaw il-Kapitolu VIII tal-abbozz tal-Att dwar id-Djar, kien iddikjarat li fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ self, ġeneralment se jkomplu japplikaw l-istess regoli fl-ambitu tal-Att Nru 97/1993 ta’ qabel (21). Għaldaqstant, din il-kategorija ta’ self hija essenzjalment l-istess bħal ma kienet prevista qabel fir-regoli rigward il-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema. Is-self massimu għal din il-kategorija ta’ self kien 90 % tal-ispiża tal-bini jew tal-prezz tax-xiri, it-tnejn fl-ambitu tat-termini tal-Att dwar id-Djar u l-Att Nru 97/1993. Bl-istess mod, id-dritt għal dawn l-appartamenti bil-kera kien ibbażat fuq kriterji ta’ bżonn soċjali bħal ma huma n-nuqqas ta’ assi u dħul baxx.

2.2.3.4.   Emendi magħmula fl-2004

2.2.3.4.1.   Att Nru 57/2004

Fl-2004, daħlu fis-seħħ żewġ Atti li emendaw l-Att dwar id-Djar, l-Att Nru 57/2004 u l-Att Nru 120/2004. L-Att Nru 57/2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2004, neħħa s-sistema ta’ skambju tal-bonds tad-djar. Minflok, is-self ġenerali previst mill-Fond għall-Finanzjament tad-Djar kien jitħallas fi flus. Fl-abbozz l-objettiv ewlieni tat-tibdiliet kien deskritt fit-termini li ġejjin:

“L-abbozz, li huwa sottomess hawnhekk, għandu l-għan li jiżgura li l-Iżlandiżi jkollhom self tad-djar aktar favorevoli permezz tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar b’finanzjament orħos fis-suq tas-self ġenerali. Dan l-objettiv għandu jinkiseb bir-riorganizzazzjoni tal-bonds maħruġa mill-Fond għall-Finanzjament tad-Djar, li se sseddaq l-effiċjenza tal-finanzjament u se telimina n-nuqqasijiet ewlenin tal-ħruġ attwali[…].” (22)

Wara l-emendi l-Artikolu 19 tal-Att dwar id-Djar iddikjara:

“Self estiż mill-Fond għall-Finanzjament tad-Djar għandu jitħallas fi flus. Qabel jitħallas is-self, min jissellef għandu joħroġ strument ipotekarju ta’ persuna li tissellef u jirreġistrah b’mod uffiċjali. Kull ipoteka ta’ perusna li tissellef għandha tkun indiċjata bil-prezz skont l-indiċi tal-preżżijiet tal-konsumatur, cf. l-Att dwar l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur, u għandha tħallas imgħax kif previst fl-Artikolu 21.”

Is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 10 tal-Att, li jikkonċernaw il-finanzjament tal-Fond, kienu emendati biex jikkorrisopondu mat-tneħħija tas-sistema tal-bonds tad-djar:

“Il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar għandu jiffinanzja l-kompiti, previsti minn dan l-Att, bil-mod li ġej:

(1)

Permezz tad-dħul mill-kapital tal-Fond stess, jiġifieri l-pagamenti, l-imgħax u l-ħlasijiet abbażi tal-indiċjar tal-prezzijiet fuq is-self mogħti.

(2)

Permezz tal-ħruġ u l-bejgħ ta’ bonds tal-HFF, u b’self kif jista’ jkun previst mill-Att dwar il-Baġit fi kwalunkwe żmien.

(3)

Permezz ta’ tariffi fuq is-servizzi kif previsti fl-Artikolu 49.”

Għalkemm qabel it-tariffi fuq is-servizzi ma kinux elenkati fl-Artikolu 10 bħala mezz ta’ finanzjament, l-Artikolu 49 imsemmi kien parti mill-Att mad-dħul fis-seħħ tiegħu u ma kienx inbidel. Permezz tal-Artikolu 5 tal-Att Nru 57/2004, kienu żdiedu żewġ paragrafi ġodda, fl-Artikolu 11 tal-Att dwar id-Djar, fuq il-ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet:

“Il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar għandu jżomm id-dħul u l-ħruġ tiegħu bbilanċjati, u għandu jagħmel pjanijiet bil-quddiem f’dan l-ambitu. Għal dan il-għan, il-Fond għandu jistabbilixxi sistema għall-ġestjoni tar-riskju.

Il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar jista’ jwettaq negozju bil-bonds ta’ finanzjament tiegħu stess u titoli finanzjarji oħra. Wara li jkun kiseb l-opinjoni tal-bord tal-Fond u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja, il-Ministru għandu, permezz ta’ Regolament, joħroġ dispożizzjonijiet rigward il-kriterji tar-riskju, il-ġestjoni tar-riskju, il-kontrolli interni u n-negozju tiegħu bit-titoli finanzjarji tal-Fond.”

Saru diversi emendi oħra permezz tal-Att Nru 57/2004. Dawn kienu l-aktar relatati ma’ kwistjonijiet, li jistgħu jissejħu tibdiliet tekniċi marbuta mat-tneħħija tas-sistema ta’ skambju tal-bonds, cf. l-Artikoli 9 sa 20 tal-Att li jemenda. Dan l-Att ma bidel xejn rigward is-sustanza tas-self ġenerali jew rigward min kien eliġibbli biex jirċevihom.

2.2.3.4.2.   Att Nru 120/2004

Bl-Att Nru 120/2004, li daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2004, il-limitu tas-self ġenerali tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar żdied għal 90 % tal-valur stmat tal-proprjetà mill-valur massimu preċedenti ta’ 70 %, u l-Ministru tal-Affarijiet Soċjali ngħata s-setgħa li jibdel dak l-ammont permezz ta’ regolament amministrattiv, cf. l-Artikolu 19 tal-Att dwar id-Djar. Barra minn hekk, bħala konsegwenza taż-żieda fil-limitu tas-self ġenerali, tneħħa l-Kapitolu VII tal-Att, dwar is-self addizzjonali. Fil-kummenti dwar l-Artikolu 4 tal-abbozz, li neħħa l-Kapitolu VII tal-Att dwar id-Djar dwar is-self addizzjonali, fost affarijiet oħra, ingħataw l-ispjegazzjonijiet li ġejjin:

“Jekk l-abbozz isir liġi, ix-xerrejja kollha tal-proprjetà se jkollhom il-possibiltà ta’ self ta’ 90 % u għaldaqstant il-ħtieġa għal self addizzjonali ma tibqax teżisti. Ir-rata ta’ imgħax tas-self addizzjonali kienet, fl-ewwel parti tal-2004, 5,3 % jew konsiderevolment ogħla mir-rata tas-self ġenerali wara l-emendi magħmula rigward il-ħruġ tal-bonds tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2004. Minn Settembru, is-self addizzjonali kellu l-istess rata ta’ imgħax bħas-self ġenerali. Din il-bidla rriżultat f’termini sostanzjalment aħjar għal xerrejja bi ftit assi u bi dħul baxx. Għaldaqstant, fiċ-ċirkustanzi attwali m’hemm l-ebda raġuni biex tkun prevista kategorija ta’ self isseparata għal dak il-grupp.” (23)

Il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali għamel użu mill-kompetenza tiegħu mogħtija mill-Att imsemmi fuq. Il-limitu massimu tniżżel għal 80 % u reġa’ żdied għal 90 % imma mbagħad reġa’ tniżżel għal 80 % li huwa l-limitu attwali (24).

3.   IL-BAŻI LEGALI FL-AMBITU TAD-DRITT TAL-ISLANDA GĦAL ELEMENTI TA’ GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT

Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-Awtorità identifikat il-ħames miżuri ta’ għajnuna potenzjali mill-istat li ġejjin:

il-garanzija mill-istat

l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul u fuq il-proprjetà

appoġġ rigward l-imgħax

l-ebda ħlas ta’ dividendi

l-HFF mhuwiex suġġett għar-rekwiżiti rigward is-suffiċjenza tal-kapital u r-regoli rigward il-proporzjon minimu tal-likwidità

3.1.   IL-GARANZIJA MILL-ISTAT

Il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar huwa istituzzjoni tal-Istat irregolata mid-dritt pubbliku, cf. l-Artikolu 4 tal-Att dwar id-Djar Nru 44/1998 u qabbel l-Artikolu 2 tal-Att preċedenti Nru 97/1993. Bħala tali, fl-ambitu tar-regoli ġenerali mhux miktubin tad-dritt pubbliku tal-Islanda applikabbli għall-istituzzjonijiet kolha tal-Istat, huwa jgawdi garanzija mill-Istat rigward l-obbligi kollha tiegħu.

L-imsemmi prinċipju mhux miktub tad-dritt tal-Islanda kien jeżisti qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE. Fil-kummenti ġenerali dwar l-abbozz li sar l-Att Nru 121/1997, dwar il-Garanziji mill-Istat (lög um ríkisábyrgðir) hemm mistqarr dan li ġej: “Dan hu bbażat fuq ir-regola inekwivoka tal-liġi Islandiża li l-Istat huwa responsabbli mill-obbligi tal-istituzzjonijiet u l-impriżi tiegħu, sakemm il-garanzija ma tkunx illimitata permezz ta’ dispożizzjoni ġuridika espliċita […] jew ir-responsabbiltà tal-Istat f’kumpanija b’responsabbiltà limitata hija limitata għall-kontribuzzjoni tal-kapital tal-ishma.” (25) Il-garanzija hija applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Istat kollha, indipendentement minn meta twaqqfu, jew l-attivitajiet tagħhom, jew il-bidliet f’dawk l-attivitajiet. Għaldaqstant, din applikat ukoll għall-Aġenzija tal-Istat għad-Djar preċedenti u t-tliet korpi l-oħra li jwettqu ħidmiet ta’ finanzjament tad-djar qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att dwar id-Djar.

3.2.   EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ ID-DĦUL U T-TAXXA FUQ IL-PROPRJETÀ

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità identifikat l-eżenzjoni li l-HFF igawdi mit-taxxa fuq id-dħul u fuq il-proprjetà bħala t-tieni miżura ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat.

It-Teżor tal-Istat, l-istituzzjonijiet kollha tal-Istat u l-impriżi kollha tal-Istat li fuqhom l-Istat jerfa’ responsabbiltà mingħajr limitu, minn ħafna qabel ma daħal fis-seħħ il-Ftehim taż-ŻEE, kienu eżentati mit-taxxi fuq id-dħul u fuq il-proprjetà, cf. issal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul Nru 90/2003. Din l-eżenzjoni ġenerali mit-taxxa tapplika għall-Fond għall-Finanzjament tad-Djar minħabba li huwa istituzzjoni tal-Istat.

Il-bażi legali għall-eżenzjoni mit-taxxa fi żmien id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE kienet stabbilita fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tal-Att Nru 75/1981 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u l-Proprjetà. L-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul attwali huwa verżjoni ikkonsolidata tal-Att Nru 75/1981 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u l-Proprjetà. Għaldaqstant, il-predeċessuri tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar, kienu wkoll soġġetti għal din l-eżenzjoni mit-taxxa.

Fir-rigward tat-taxxa fuq il-proprjetà, din kienet tneħħiet, erga omnes, bl-Att Nru 129/2004 u kienet imposta għall-aħħar darba fuq l-assi fl-aħħar tas-sena 2005. Sal-adozzjoni tal-Att Nru 129/2004, il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tal-Att Nru 90/2003 eżenta lill-istituzzjonijiet imsemmija fuq mill-ħlas tat-taxxa fuq il-proprjetà wkoll. Għaldaqstant, il-predeċessuri tal-Fond għall-Finanzjament tad-Djar, kienu wkoll soġġetti għal din l-eżenzjoni mit-taxxa.

3.3.   APPOĠĠ RIGWARD L-IMGĦAX

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità identifikat l-appoġġ rigward l-imgħax, li fil-fatt jikkorrispondi għal kontribuzzjonijiet baġitarji diretti lill-HFF biex ikopri l-obbligi li jirriżultaw minn self li jsir b’rati aktar baxxi minn tas-suq għall-bini tad-djar soċjali bil-kera, bħala t-tielet miżura ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat.

Waħda mill-kategoriji tas-self tal-Fond għad-Djar tal-Ħaddiema kienet is-self għal djar soċjali mikrija, cf. l-Artikolu 50 tal-Att Nru 97/1993, ikkwotat fuq. Il-Kapitolu VIII tal-Att dwar id-Djar jipprevedi r-regoli attwali rigward is-self għal appartamenti soċjali bil-kera, u kif isemma fuq, fil-maġġoranza tagħhom huma l-istess bħal dawk li kienu applikabbli qabel. Għaldaqstant, kemm l-Aġenzija tal-Istat għad-Djar, permezz tal-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema, u l-HFF rispettivament, kienu ngħataw il-kompitu li jipprovdu din il-kategorija ta’ self.

Kif kien mistqarr fuq, wieħed mill-mezzi ta’ finanzjament għall-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema kienu l-kontribuzzjonijiet baġitarji diretti, cf. l-Artikolu 48 tal-Att Nru 97/1993. Dawk il-kontribuzzjonijiet kellhom ikopru parzjalment l-ispejjeż tal-operat tal-Fond, inklużi dawk relatati mal-appartamenti soċjali bil-kera. Ir-rata tal-imgħax għal din il-kategorija ta’ self kienet tkun deċiża annwalment mill-Gvern; cf. l-Artikolu 52 tal-Att.

Fir-rigward tas-sitwazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tal-Att dwar id-Djar, l-Artikolu IX proviżorju tal-Att dwar id-Djar, kif adottat fl-1998, ippreveda li, sal-aħħar tas-sena 2000, is-self għal appartamenti soċjali bil-kera se jkompli jingħata bl-istess rati li kienu applikabbli dak iż-żmien.

Fil-21 ta’ Awwissu, il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali u l-Ministru tal-Finanzi waslu għal ftehim speċjali li ppreveda rata ta’ imgħax issussidjata għal din il-kategorija ta’ self fir-rigward ta’ mhux aktar minn 400 appartament bil-kera kull sena (26). Fis-26 ta’ Settembru 2005, il-Ministri qablu dwar ftehim ġdid, li aġġusta l-kontribuzzjoni lill-HFF minħabba t-tnaqqis fir-rati tal-imgħax u ż-żieda fil-kontribuzzjoni massima għal kull appartament. Skont dawk il-ftehimiet l-HFF kellu jirċievi kontribuzzjoni baġitarja għat-telf li ġarrab irrelatat ma’ din il-kategorija ta’ self sal-limitu previst fil-ftehimiet.

3.4.   L-EBDA ĦLAS TA’ DIVIDENDI

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità identifikat bħala r-raba’ miżura ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat il-fatt li l-HFF mhux meħtieġ iħallas dividendi lill-Istat. Dan jirriżulta mill-prinċipji ġenerali tad-dritt pubbliku tal-Islanda, li ma jirrikjedux lill-istituzzjonijiet tal-Istat, organizzati tali bħall-HFF, li jħallsu dividendi (27). Bħala tali, dan il-prinċipju kien jeżisti qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE u għaldaqstant il-qagħda ġuridika għall-predeċessuri tal-HFF kienet l-istess.

Dan il-prinċipju ġenerali huwa, fost affarijiet oħra, riflessjoni tal-fatt li l-objettiv ta’ dawn l-istituzzjonijiet mhuwiex li jagħmlu l-qligħ imma li jipprovdu servizzi li l-Parlament ikun iddeċieda li għandhom jitwettqu mill-Istat. Fl-ambitu tad-dritt pubbliku tal-Islanda, istituzzjoni tal-Istat teħtieġ bażi ġuridika biex timponi tariffi fuq is-servizzi tagħha u t-tariffi ma jistgħux jaqbżu l-ispiża tal-forniment tagħhom (28). Meta istituzzjoni tal-Istat tkun permessa bil-liġi biex timponi tariffi ogħla mill-ispejjeż jew, bħal pereżempju fil-każ tal-HFF, biex jaqla’ dħul fuq il-fondi li jżomm, cf. l-Artikolu 11 tal-Att dwar id-Djar, bażi ġuridika separata hija meħtieġa għall-istituzzjoni biex tħallas dividendi lill-Istat tal-Islanda.

Din l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Islanda hija kkonfermata fl-ittra tal-15 ta’ April 2008 mingħand il-Gvern Islandiż fejn jingħad dan li ġej: “F’konformità mal-Att dwar ir-Rapporti Finanzjarji tal-Gvern, Nru 88/1997, il-prattika ġenerali hija li l-entitajiet pubbliċi huma meħtieġa li jiġġeneraw qligħ biss jekk ikunu obbligati jagħmlu dan bil-liġi. Barra minn hekk, bażi ġuridika hija meħtieġa jekk entità pubblika hija meħtieġa li tħallas id-dividendi. Jekk entità pubblika tiġġenera l-qligħ hija għandha tħallas sehem normali mill-qligħ bħala dividendi lit-Teżor, kif stabbilit fl-Artikolu 42 tal-Att Nru 88/1997. L-entitajiet pubbliċi li jħallsu d-dividendi, bħal Landsvirkjun, pereżempju, għandhom obbligu ġuridiku speċjali biex jagħmlu dan. Tista’ ssir referenza għall-Artikolu 4 tal-Att Nru 42/1983 dwar Landsvirkjun. Għaldaqstant mhemmx dispożizzjoni ġuridika ġenerali li tirrikjedi lill-entitajiet pubbliċi li jħallsu d-dividendi.”

La l-Att dwar id-Djar u lanqas l-Att Nru 97/1993 ma kien fihom dispożizzjonijiet ġuridiċi li jeħtieġu lill-HFF jew lill-predeċessuri tiegħu li jħallsu d-dividendi. Għaldaqstant, f’dan l-ambitu l-HFF minn dejjem kien irregolat mill-prinċipju ġenerali tad-dritt pubbliku tal-Islanda, imsemmi fuq.

3.5.   L-HFF MHUWIEX SUĠĠETT GĦAR-REKWIŻITI RIGWARD IS-SUFFIĊJENZA TAL-KAPITAL U R-REGOLI RIGWARD IL-PROPORZJON MINIMU TAL-LIKWIDITÀ

L-Att imsemmi fil-punt 14 tal-Kapitolu II tal-Anness IX tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, kif emendata, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “id-Direttiva dwar il-Banek”), (29) jistipula r-rekwiżiti għas-suffiċjenza tal-kapital u r-regoli rigward il-proporzjon minimu tal-likwidità applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-kreditu fl-Istati Membri tal-UE u l-EFTA. L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva fih katalgu ta’ istituzzjonijiet li huma eżentati mill-appliKażzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Banek. Fid-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE din il-lista tkabbret, fost affarijiet oħra, billi żdied il-“Byggingarsjóðir ríkisins” tal-Islanda (litteralment tradotta f’“Fondi tal-Istat għall-Bini” (30). Dan it-terminu kien ikopri l-Fond tal-Istat għall-Bini u l-Fond għad-Djar tal-Ħaddiema, li, kif kien deskritt fuq, kienu ġew amalgamati u waqgħu f’idejn l-HFF, cf. l-Artikolu 53 tal-Att dwar id-Djar. Għaldaqstant, l-Artikolu 116 tal-Att Nru 161/2002, dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji (lög um fjármálafyrirtæki) jeżenta lill-HFF mill-appliKażzjoni tal-Att, li hija waħda mill-miżuri li jimplimentaw id-Direttiva fil-liġi tal-Islanda.

4.   KUMMENTI MINGĦAND L-AWTORITAJIET ISLANDIŻI

Fl-ittri tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2006 u tal-15 ta’ April 2008, il-Gvern Islandiż sostna li s-sistema tal-HFF kellha titqies bħala għajnuna eżistenti. L-ewwel nett, l-aspetti prinċipali tas-sistema kienu jeżistu qabel d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE u ma nbidlux bl-adozzjoni tal-Att dwar id-Djar. Il-bidliet li saru fis-sistema tad-djar, dak iż-żmien, kienu esklużivament immirati lejn is-sistema tad-djar soċjali u ma kinux sostantivi. It-tieni nett, l-elementi ta’ għajnuna mill-Istat identifikati fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Awtorità kienu miżuri ġenerali li baqgħu l-istess bid-dħul fis-seħħ tal-Att dwar id-Djar. Għaldaqstant, pereżempju, il-garanzija impliċita tal-istat baqgħet l-istess kemm qabel kif ukoll wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE. F’dan l-ambitu, il-Gvern Islandiż argumenta li jsegwi mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Każ Namur-Les Assurances du Crédit li tibdil leġiżlattiv sostantiv biss ikun kapaċi jbiddel il-klassifiKażzjoni tal-għajnuna (31). It-tielet nett, ma saret l-ebda bidla fl-1999 bid-dħul tal-Att dwar id-Djar li setgħet tbiddel l-evalwazzjoni tal-konformità tas-sistema mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-raba’, u b’mod alternattiv, it-tibdil li sar fis-sistema tad-djar soċjali li huwa relatat, pereżempju, mas-self imsejjaħ addizzjonali jista’ jinfired mis-sistema tas-self ġenerali.

5.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

L-SFF sostniet li t-tibdil li seħħ bl-Att dwar id-Djar jikkawża lis-sistema li tkun ikklassifikata bħala għajnuna ġdida minħabba li dan it-tibdil jimplika li s-sistema tad-djar ma baqgħetx fis-seħħ sa llum mingħajr tibdil sostanzjali. Fl-ittra tagħha tal-31 ta’ Jannar 2007 s-SFF irreferiet, fost affarijiet oħra, għal:

L-eżistenza ta’ Att ġdid, jiġifieri li l-Att dwar id-Djar kien ħa post l-Att dwar l-Aġenzija tal-Istat għad-Djar.

Il-ħolqien ta’ entità ġuridika ġdida, il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar li ħa post il-Bord tal-Istat għad-Djar/l-Aġenzija tal-Istat għad-Djar u li ħa f’idejh l-assi u l-obbligi tal-Fond tal-Istat għall-Bini u l-Fond għad-Djar tal-Ħaddiema.

L-introduzzjoni ta’ strumenti ta’ self ġodda, b’self fi flus minflok il-bonds tad-djar u inqas għajnuna soċjali fil-qasam tad-djar, il-bidla fil-livell massimu tal-finanzjament tax-xiri, it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ ta’ djar soċjali okkupati minn sidhom, t-tneħħija tad-dritt ta’ prijorità u tibdil rigward in-natura tal-entitajiet eliġibbli għas-self.

Il-bidla fs-sorsi tal-finanzjament: Fl-ambitu tal-Att dwar id-Djar, il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar, mhux bħall-predeċessuri tiegħu, ma jirċivix kontribuzzjonijiet diretti mill-istat.

Fl-ittra tagħha tat-28 ta’ Marzu 2008, l-SFF argumentat li t-test ġuridiku rilevanti għandu jikkonsisti f’evalwazzjoni komprensiva tas-sistema tal-HFF minflok analiżi individwali tal-miżuri ta’ għajnuna potenzjali identifikati. Fl-opinjoni tas-SFF, il-komponenti individwali tas-sistema tant huma minsuġa flimkien li tkun tfisser firda artifiċjali mhux iġġustifikata jekk jinfirdu minn xulxin fl-evalwazzjoni rigward jekk il-miżuri għandhomx il-karattru ta’ miżuri ġodda jew miżuru eżistenti. Tali mudell, fl-opinjoni tas-SFF, ma jkunx konformi mal-prattika tal-Kummissjoni Ewropea f’każijiet simili. Fl-aħħar nett, l-SFF tistieden lill-Awtorità biex tqis l-iżvilupp fattwali rigward l-ammont ta’ self mogħti mill-HFF u s-sehem tas-suq tiegħu mqabbla ma’ dik tal-banek privati.

II.   EVALWAZZJONI

1.   L-HFF MINĦABBA LI MHUWIEX SUĠĠETT GĦAL REKWIŻITI RIGWARD IS-SUFFIĊJENZA TAL-KAPITAL U L-PROPORZJON MINIMU TAL-LIKWIDITÀ, MHUWIEX GĦAJNUNA MILL-ISTAT

L-Awtorità qieset li jkun utli li tibda l-evalwazzjoni tagħha bil-mistoqsija rigward jekk il-fatt li l-HFF mhuwiex suġġett għal rekwiżiti rigward is-suffiċjenza tal-kapital u l-proporzjon minimu tal-likwidità jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

Kif kien indikat diġà, id-Direttiva dwar il-Banek tistipula r-rekwiżiti rigward is-suffiċjenza tal-kapital u r-regoli għal proporzjon minimu tal-likwidità applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-kreditu fiż-ŻEE. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità kellha l-opinjoni preliminari li l-eżenzjoni tal-HFF mid-Direttiva dwar il-Banek ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Madankollu, hija kkonstatat li l-mistoqsija nisslet tali dubji li kellha tqis li tevalwa l-mistoqsija permezz ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali. Din l-evalwazzjoni wasslet lill-Awtorità biex tikkonferma l-fehma preliminari tagħha minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, kif kien indikat ukoll fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-HFF ma jikkostitwixxix istituzzjoni tal-kreditu koperta mid-Direttiva dwar il-Banek minħabba li m’għandux permess biex jirċievi depożiti jew fondi oħra li jitħallsu lura mill-pubbliku.

It-tieni nett, l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva dwar il-Banek fih katalgu ta’ istituzzjonijiet li huma eżentati mill-appliKażzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE inkludiet il-“Byggingarsjóðir ríkisins” f’dik il-lista. Dak it-terminu tradizzjonalment kien jintuża għall-fondi li issa ttieħdu f’idejn l-HFF. Għaldaqstant indipendentement minn jekk dik id-dispożizzjoni hijiex kostituttiva jew sempliċiment tistqarr mill-ġdid dak li jsegwi diġà mir-regoli normali tad-Direttiva, hija d-Direttiva dwar il-Banek kif adattata għaż-ŻEE nnifisha li teżenta lill-HFF mill-ambitu tagħha u r-rekwiżiti dwar is-suffiċjenza tal-kapital u l-proporzjon minimu tal-likwidità stabbiliti fiha. Anki meta wieħed jassumi li eżenzjoni mid-Direttiva tinvolvi li l-HFF jingħata vantaġġ, il-miżura ma tkunx attribwibbli lill-Istat Islandiż, imma lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, u għaldaqstant ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (32).

It-tielet nett, anki jekk l-HFF kien kopert mid-Direttiva dwar il-Banek, eżenzjoni ma kinitx tkun tinvolvi trasferiment tar-riżorsi tal-Istat, minħabba li l-Istat mhux se jirrinunzja d-dħul f’tali sitwazzjoni.

2.   KUNSIDERAZZJONIJIET KONĠUNTI LI JAPPARTJENU GĦALL-GARANZIJA TAL-ISTAT, L-APPOĠĠ RIGWARD L-IMGĦAX, L-EŻENZJONI MIT-TAXXA TAD-DĦUL U TAL-PROPRJETÀ, U NUQQAS TA’ ĦLAS TA’ DIVIDENDI

2.1.   IL-PROĊEDURI DIFFERENTI GĦAL GĦAJNUNA ĠDIDA U GĦAJNUNA EŻISTENTI

Il-proċedura rigward għajnuna ġdida hija stabbilita fl-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 SCA (li jikkorrispondi għall-Artikolu 88(3) KE). Jekk l-Awtorità għandha dubju dwar il-konformità ta’ tali miżura ta’ għajnuna, hija għandha tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 SCA (li jikkorrispondi għall-Artikolu 88(2) KE) u fl-Artikolu 4(4) tas-Sezzjoni II tal-Parti II tal-Protokoll 3 SCA.

Il-proċedura rigward għajnuna eżistenti hija differenti minn dik li tappartjeni għal għajnuna ġdida u hija stabbilita fl-Artikolu 1(1) tal-Parti I tal-Protokoll 3 SCA. Skont dik id-dispożizzjoni, l-Awtorità għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati tal-EFTA, tirrevedi b’mod kostanti s-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżistu f’dawk l-Istati. Hija għandha tipproponi lil dawn tal-aħħar kwalunkwe miżuri adattati meħtieġa mill-iżvilupp progressiv jew mit-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE.

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea:

“[…] meta l-Kummissjoni teżamina l-miżuri ta’ għajnuna fl-ambitu tal-Artikolu 87 KE biex tiddetermina jekk humiex konformi mas-suq komuni, hija meħtieġa tibda l-proċedura fl-ambitu tal-Artikolu 88(2) KE meta, wara l-analiżi preliminari, ma tkunx kapaċi tegħleb id-diffikultajiet kollha involuti fid-determinazzjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex konformi mas-suq komuni […] Naturalment l-istess prinċipji jridu japplikaw meta l-Kummissjoni jkollha wkoll dubji rigward il-klassifikazzjoni attwali bħala għajnuna, skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) KE, rigward il-miżura eżaminata. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax tkun ikkritikata talli tkun bdiet il-proċedura anki meta, fid-deċiżjoni adottata għal dak il-għan, hija tesprimi dubji rigward l-istatus bħala għajnuna, skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) KE, tal-miżuri koperti minnha.

[…]il-Kummissjoni trid twettaq analiżi adegwata... fuq il-bażi tat-tagħrif diġà kkomunikat lilha sa dak l-istadju mill-Istat Membru, anki jekk ir-riżultat tal-analiżi jkun klassifikazzjoni mhux definittiva tal-miżuri analizzati. […] Jekk dak it-tagħrif jagħtiha l-kapaċità, għall-finijiet tal-evalwazzjoni proviżorja, biex tkun tal-fehma li l-miżuri eżaminati probabbilment fil-fatt jikkostitwixxu għajnuna li diġà teżisti, il-Kummissjoni mbagħad trid tittrattahom skont il-qafas proċedurali previst fl-Artikolu 88(1) u (2) KE. Min-naħa l-oħra, jekk it-tagħrif ipprovdut mill-Istat Membru mhuwiex tali li jiġġustifika dik il-konklużjoni proviżorja jew jekk l-Istat Membru ma jipprovdi l-ebda tagħrif rigward il-kwistjoni, il-Kummissjoni trid tittratta dawk il-miżuri skont il-qafas proċedurali previst fl-Artikolu 88(3) u (2).” (33)

Fi kliem ieħor, kwalunkwe evalwazzjoni magħmula permezz ta’ deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward jekk miżura ta’ għajnuna potenzjali tikkostitwixxix għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti hija neċessarjament ta’ natura preliminari biss. Għaldaqstant mill-każistika jsegwi li anki jekk l-Awtorità, b’deċiżjoni ta’ ftuħ, inizjalment tkun tal-fehma li l-miżura msemmija tikkostitwixxi għajnuna ġdida, hija xorta tista’, fid-deċiżjoni li tikkonkludi dik il-proċedura, tqis li dik il-miżura fil-fatt tikkostitwixxi għajnuna eżistenti jew li lanqas biss hija għajnuna. Meta tkun involuta għajnuna eżistenti, l-Awtorità trid issegwi l-proċedura għal għajnuna eżistenti (34). Għaldaqstant, f’tali każ l-Awtorità tkun trid tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u tiftaħ il-proċedura differenti għal għajnuna eżistenti stabbilita fl-Artikoli 17 sa 19 tal-Parti II tal-Protokoll 3 SCA (35). Fl-ambitu ta’ din il-proċedura tal-aħħar, u fl-ambitu tagħha biss, l-Awtorità trid tevalwa jekk miżura ta’ għajnuna eżistenti hijiex konformi mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE.

It-tagħrif ippreżentat lill-Awtorità meta ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali kien “mhux tali li jiġġustifika” l-konklużjoni proviżorja li l-għajnuna hija eżistenti u l-Awtorità għaldaqstant ittrattat dawn il-miżuri fil-qafas tar-regoli li jappartjenu għal għajnuna ġdida. Madankollu, minħabba li din il-fehma inizjali kienet ikkontestata mill-Gvern Islandiż, l-Awtorità f’dan li ġej se tevalwa l-mistoqsija mill-ġdid minħabba l-materjal ippreżenatat issa mill-Gvern u mill-SFF.

Kif diġà ġie indikat, l-Awtorità se tikkonkludi rigward l-eżistenza u l-konformità tal-miżuri ta’ għajnuna ġdida fl-ambitu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. B’kuntrast, jekk l-istrumenti msemmija ma jikkostitwixxux għajnuna ġdida, l-Awtorità ma tistax fl-ambitu tal-proċedura attwali tagħmel evalwazzjoni vinkolanti rigward jekk, minflok, jikkostitwixxux għajnuna eżistenti fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) ŻEE. Lanqas tistal-Awtorità tagħmel evalwazzjoni vinkolanti rigward jekk tali miżuri ta’ għajnuna eżistenti jkunux konformi mal-Ftehim. Għaldaqstant, qabel tikkonkludi rigward il-mistoqsija ta’ miżuri ġodda jew eżistenti, l-Awtorità trid f’dan li ġej tibbaża lilha nnifisha fuq l-ipoteżi li l-miżuri li ġejjin huma għajnuna mill-istat: il-garanzija tal-istat, l-eżenzjoni mit-taxxa, l-appoġġ rigward l-imgħax, u l-eżenzjoni mill-ħlas ta’ dividendi.

2.2.   IT-TEST ĠURIDIKU

L-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Awtorità 195/04/COL jipprevedi li bidla f’għajnuna eżistenti hija kwalunkwe tibdil, barra minn modifiki purament ta’ natura formali jew amministrattiva, li ma tistax taffettwa l-evalwazzjoni rigward il-konformità tal-miżura tal-għajnuna mas-suq komuni. Barra minn hekk, fir-rigward tal-evalwazzjoni ġuridika dwar jekk għajnuna hijiex ġdida jew eżistenti, il-Qorti tal-Ġustizzja stqarret f’Namur-Les Assurances, li:

“[…] għajnuna ġdida li tfiġġ jew it-tibdil f’għajnuna eżistenti ma jistgħux ikunu evalwati skont l-iskala tal-għajnuna jew, b’mod partikolari, l-ammont tagħha f’termini finanzjarji fi kwalunkwe ħin fil-ħajja tal-impriża jekk l-għajnuna hija fornuta fl-ambitu ta’ dispożizzjonijiet statutorji li kienu jeżistu qabel u li baqgħu ma nbidlux. Jekk għajnuna tistax tkun ikklassifikata bħala għajnuna ġdida jew bħala bidla f’għajnuna eżistenti trid tkun iddeterminata permezz ta’ referenza għad-dispożizzjonijiet li jippreveduha”.

Id-deċiżjoni li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 1989 m’emendatx il-leġiżlazzjoni li tat lill-OND il-vantaġġi li kienet tgawdi, kemm rigward in-natura ta’ dawk il-vantaġġi kif ukoll rigward l-attivitajiet tal-istabbiliment pubbliku li kienu japplikaw għalihom, minħabba li l-Liġi tal-31 ta’ Awwissu 1939 stabbiliet għan ġenerali ħafna għal dak l-istabbiliment li jnaqqas ir-riskji tal-forniment tal-kreditu għall-esportazzjoni. Għaldaqstant ma taffettwax l-arranġamenti tal-għajnuna stabbiliti minn dik il-leġiżlazzjoni. (36)

Il-Qorti kompliet biex ikkonkludiet li estensjoni fattwali tal-attivitajiet tal-impriża mhijiex biżżejjed biex tbiddel il-klassifiKażzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna:

“Li jkollha fehma kuntrarja effettivament ikun ifisser li tirrikjedi lill-Istat Membru kkonċernat biex jinnotifika lill-Kummissjoni u jissottometti għall-analiżi preventiva tagħha mhux biss l-għajnuna ġdida jew it-tibdil fl-għajnuna proprjament imsejħa hekk mogħtija lil impriża li tkun qed tirċievi għajnuna eżistenti imma wkoll il-miżuri kollha li jaffettwaw il-ħidma tal-impriża u li jista’ jkollhom impatt fuq it-tħaddim tas-suq komuni, fuq il-kompetizzjoni jew sempliċiment fuq l-ammont attwali, f’perjodu speċifiku, ta’ għajnuna li tkun disponibbli fil-prinċipju imma li neċessarjament tvarja fl-ammont skont id-dħul tal-impriża.

Fl-aħħar nett, fil-każ ta’ impriża pubblika bħall-OND, kull operazzjoni ta’ asigurazzjoni ġdida li, skont it-tagħrif li ngħata fis-seduta mill-Gvern Belgjan, trid tkun sottomessa lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza, u tista’ għaldaqstant titqies bħala miżura li għaliha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 93(3) tat-Trattat.

Tali interpretazzjoni, li ma tikkorrispondix la mal-ittra u lanqas mal-ispirtu tal-Artikolu 93(3), u lanqas mad-diviżjoni tar-responsabbiltà bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li tipprevedi għaliha, tnissel inċertezza ġuridika għall-impriżi u l-Istati Memebri, li b’hekk ikunu obbligati jinnotifikaw bil-quddiem miżuri li jkunu differenti ħafna, li mbagħad ma jkunux jistgħu jidħlu fis-seħħ minkejja d-dubji rigward jistgħux ikunu kklassifikati bħala għajnuna ġdida. […]” (37)

Fil-Każ Il-Gvern ta' Ġibiltà vs Il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat li

“huwa biss fejn it-tibdil [fid-dritt nazzjonali] jaffettwa s-sustanza attwali tal-iskema oriġinali li din tal-aħħar hija ttrasformata fi skema ta’ għajnuna ġdida. M’hemmx dubju dwar tali alterazzjoni sostantiva fejn l-element il-ġdid b’mod ċar jista’ jinfired mill-iskema inizjali.” (38)

Fl-evalwazzjoni rigward jekk bidla f’miżura ta’ għajnuna għandhiex l-effett li tibdel l-għajnuna eżistenti f’għajnuna ġdida, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bidla hijiex sostantiva fin-natura tagħha (39). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset in-natura tal-vantaġġ, l-għan segwit bil-vantaġġ, il-bażi li fuqha jinħoloq il-vantaġġ, il-persuni u l-korpi affettwati minnu u s-sorsi rilevanti tal-finanzjament. B’kuntrast, il-Kummissjoni ma qisitx it-tibdil ġuridiku, li mhuwiex parti mill-miżura ta’ għajnuna msemmija.

Fir-relazzjoni ma’ miżuri ta’ għajnuna individwali, bħat-tariffi tal-liċenzji għal xandar pubbliku, dan il-mudell wassal lill-Kummissjoni biex teżamina l-kundizzjonijiet li bihom it-tariffa rilevanti tkun qed tintuża, minħabba li dawn il-kundizzjonijiet jiffurmaw parti integrali mill-miżura ta’ għajnuna kkonċernata (40).

Meta l-miżura ta’ għajnuna kkonċernata kienet tikkonsisti fi skema ta’ għajnuna mhux mogħtija għal xi ħidma partikolari, bħal pereżempju l-impriżi pubbliċi li jibbenefikaw minn garanzija tal-istat sempliċiment għax l-impriża hija organizzata bħala parti mill-Istat, il-Kummissjoni ffukat fuq jekk il-miżura ta’ għajnuna nnifisha (l-iskema tikkonsisti f’garanzija tal-Istat għat-tali impriżi kollha) kinitx suġġetta għal tibdiliet sostantivi. Bħal f’din is-sitwazzjoni tal-aħħar, ir-regoli li jappartjenu għal kull min jibbenefika mill-għajnuna ma jiffurmawx parti mill-miżura ta’ għajnuna, il-Kummissjoni ma qisitx ir-regoli speċifiċi li jirregolaw l-attivitajiet ta’ kull waħda mill-benefiċjarji. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni ma kkonstatatx li t-tibdil fir-regoli li jappartjenu għal benefiċjarji individwali jista’ jkollhom l-effett li jibdlu l-iskema ta’ għajnuna f’għajnuna ġdida, kemm fl-ambitu tal-iskema bħala tali jew sempliċiment għall-impriża partikolari suġġetta għat-tibdiliet leġiżlattivi (41). Tabilħaqq, biex tagħmel hekk kien jimplika li miżura li għandha l-karattru ta’ skema tikkonverti minn għajnuna eżistenti għal għajnuna ġdida fir-relazzjoni ma’ uħud mill-benefiċjarji, imma mhux fir-relazzjoni ma’ oħrajn unikament għaliex ir-regoli li jappartjenu għal tal-ewwel, imma mhux għal tal-aħħar, kienu nbidlu. Tali riżultat ma jkunx konformi mal-fatt li l-miżura kienet tikkonsisti f’miżura unika.

Għaldaqstant, qabel tqis liema bidliet leġiżlattivi huma rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ jekk miżura ta’ għajnuna hijiex ġdida jew kinitx teżisti diġà, l-ewwel trid tiddetermina jekk ir-regoli li jappartjenu għal reċipjent wieħed, jew aktar, tal-għajnuna jiffurmawx parti mill-miżura ta’ għajnuna jew le. Barra minn hekk, meta l-impriża kkonċernata tirċievi għajnuna minn diversi miżuri li jkollhom għanijiet u bażi ġuridika differenti, adottati fi żminijiet differenti, u wħud ikunu individwali waqt li wħud ikollhom il-karattru ta’ skemi, il-miżuri ta’ għajnuna differenti għandhom ikunu evalwati waħda waħda u mhux amalgamati flimkien f’evalwazzjoni ġenerali waħda, sempliċiment għax il-miżuri kompletament jew parzjalment ikollhom l-istess benefiċjarju (42).

2.3.   KLASSIFIKAZZJONI TAL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA DIFFERENTI BĦALA GĦAJNUNA ĠDIDA JEW GĦAJNUNA LI DIĠÀ TEŻISTI

2.3.1.    Il-garanzija tal-Istat

Il-garanzija tal-Istat fuq l-istituzzjonijiet tal-Istat kollha rigward l-obbligi tagħhom kollha ssegwi minn regoli ġenerali mhux miktubin tad-dritt pubbliku tal-Islanda li kienu jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-garanzija hija applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Istat kollha, indipendentement minn meta twaqqfu, jew l-attivitajiet tagħhom, jew il-bidliet f’dawk l-attivitajiet. Din il-miżura ta’ għajnuna potenzjali trid titqies bħala skema li tidħol fid-definizzjoni tal-Artikolu 1 (d) tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim rigward is-Sorveljanza u l-Qorti. Għal darb’oħra, bl-ipoteżi li hija għajnuna, l-iskema trid, mill-bidu nett, titqies bħala għajnuna li kienet diġà teżisti għax kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE, cf. l-Artikolu 1 (b) tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim rigward is-Sorveljanza u l-Qorti.

Wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE, ma kien hemm l-ebda tibdil sostantiv, jew anki mhux sostantiv, fil-firxa u l-funzjoni tal-garanzija bħala tali. L-Att Nru 121/1997 dwar il-Garanziji tal-Istat, bl-emendi sussegwenti, introduċa primjum minuri fuq il-garanzija bir-rata ta’ 0.00625 % kull tliet xhur (0.00375 % kull tliet xhur fuq impenji domestiċi sal-2001). Madankollu, dan il-primjum inaqqas biss l-għajnuna li ssegwi mill-iskema oriġinali ta’ garanzija tal-Istat li kienet teżisti qabel il-Ftehim taż-ŻEE. Għaldaqstant l-iskema oriġinali ma tistax, indipendentement minn kwalunkwe vantaġġ marbut magħha, tkun ikklassifikata bħala għajnuna ġdida (43).

Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-bidliet fl-operat tal-HFF deskritti fuq fis-Sezzjoni I.2 ma implikaw tali tibdil. In-natura tal-vantaġġ kienet preċiżament l-istess u hekk ukoll kienet il-bażi ġuridika għall-għajnuna. Lanqas l-għan ta’ din il-miżura mhux individwali, li tmur ħafna lil hinn mill-partikularitajiet tas-sistema tas-self għad-djar u tapplika b’mod ġenerali għall-istituzzjonijiet tal-Istat kollha, ma nbidel bħala konsegwenza tal-bidliet fis-sistema tas-self għad-djar ikkawżati mill-Att dwar id-Djar (44). Fi kliem ieħor, dawk il-bidliet leġiżlattivi mhux biss setgħu jinfirdu minn din il-miżura ta’ għajnuna potenzjali, imma kienu għal kollox mingħajr rabta magħha. Għaldaqstant, l-iskema ta’ garanzija ma tistax tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna ġdida li tista’ tkun evalwata fl-ambitu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali attwali.

2.3.2.    Eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul u t-taxxa fuq il-proprjetà

It-Teżor tal-Istat, l-istituzzjonijiet tal-Istat kollha u l-impriżi tal-Istat kollha li għalihom l-Istat jerfa’ responsabbiltà mingħajr limitu, ħafna qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE, kienu eżentati mit-taxxi fuq id-dħul u fuq il-proprjetà.

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul, illum, hija prevista mill-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul Nru 90/2003 li huwa verżjoni kkonsolidata tal-Att Nru 75/1981 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u l-Proprjetà. Bl-ipoteżi li l-eżenzjoni mit-taxxa tikkostitwixxi għajnuna, din trid mill-ewwel titqies bħala skema ġenerali li tidħol fid-definizzjoni tal-Artikolu 1 (d) tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim rigward is-Sorveljanza u l-Qorti. Wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE, ma kien hemm l-ebda tibdil sostantiv, jew anki mhux sostantiv, fil-firxa, il-finanzjament jew il-funzjoni ta’ din l- iskema. F’dawn id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-taxxa, kemm fir-relazzjoni mal-HFF kif ukoll ma’ kwalunkwe benefiċjarju ieħor tal-eżenzjoni, xejn ma nbidel bħala konsegwenza tal-bidliet fis-sistema tas-self għad-djar li seħħew wara l-1 ta’ Jannar 1994. Barra minn hekk, il-bidliet fis-sistema tas-self għad-djar m’affettwawx din l-iskema, la intrinsikament u lanqas remotament. Tabilħaqq, l-Att dwar id-Djar ma ġab l-ebda bidla fl-għan u n-natura tal-eżenzjoni mit-taxxa. Lanqas bidel is-sors tal-finanzjament jew il-bażi ġuridika għall-eżenzjoni mit-taxxa. Għaldaqstant l-eżenzjoni mit-taxxa ma tistax tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna ġdida li tista’ tkun segwita fl-ambitu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

Sal-adozzjoni tal-Att Nru 129/2004, li neħħa t-taxxa fuq il-proprjetà, il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u l-Proprjetà, l-Att Nru 90/2003, eżenta lill-istituzzjonijiet imsemmija fuq mill-ħlas ta’ dik it-taxxa wkoll. Anki fir-rigward tat-taxxa fuq il-proprjetà, dan l-Att sempliċiment ikkonsolida r-regoli li diġà kienu jinsabu fl-Att Nru 75/1981, imsemmi fuq, dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u l-Proprjetà. It-taxxa fuq il-proprjetà issa tneħħiet għal kollox. Sat-tneħħija tagħha fl-2004, l-eżenzjonijiet minn dik it-taxxa għal dawn l-istituzzjonijiet iridu, fil-każ li jikkostitwixxu għajnuna, ikunu evalwati bħala skema li tidħol fid-definizzjoni tal-Artikolu 1 (d) fil-Parti II tal-Prototkoll 3 għall-Ftehim rigward is-Sorveljanza u l-Qorti. Fiż-żmien ta’ bejn id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE u t-tneħħija ġenerali tat-taxxa fuq il-proprjetà, ma kien hemm l-ebda tibdil sostantiv, jew anki mhux sostantiv, fil-firxa, il-finanzjament jew l-funzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa, u l-bidliet fis-sistema tas-self għad-djar m’affettwawx in-natura, l-għan, it-tħaddim jew il-finanzjament tal-eżenzjoni mit-taxxa. Għaldaqstant, din l-eżenzjoni mit-taxxa ma tistax tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna ġdida li setgħet tkun segwita fl-ambitu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali attwali.

2.3.3.    L-appoġġ rigward l-imgħax

Kif issemma fuq, il-Fond għad-Djar tal-Ħaddiema pprovda self għal appartamenti soċjali bil-kera b’rati tal-imgħax baxxi stipulati mill-Gvern. Il-Fond irċieva kontribuzzjonijiet baġitarji diretti, fost affarijiet oħra, biex ikopri l-ispejjeż tiegħu għal dan is-self. Minħabba li l-Fond għad-Djar tal-Ħaddiema kien istituzzjoni pubblika, l-Istat Islandiż kien fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għat-telf relatat ma’ din il-kategorija ta’ self jekk il-kontribuzzjonijiet diretti ma kinux biżżejjed biex ikopru t-telf tal-Fond.

Il-kategorija tas-self, appartamenti soċjali bil-kera, b’mod ġenerali ma nbidlitx bl-Att dwar id-Djar u l-HFF kellu jagħti dan is-self, inizjalment bl-istess rata li kienet tapplika qabel, cf. l-Artikolu Proviżorju IX tal-Att. Dak l-Artikolu ppreveda wkoll li l-Istat se jipprovdi kontribuzzjonijiet mill-baġit biex ipatti għat-telf tal-HFF. Dawn il-kwistjonijiet sussegwentement kienu rregolati mill-ftehimiet bejn il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali u l-Ministru tal-Finanzi, cf. is-Sezzjoni I.3.3 ta’ fuq.

Fir-rigward tal-bidla istituzzjonali, il-prattika kostanti tal-Kummissjoni turi li l-korpi li jibbenefikaw mill-għajnuna jistgħu jbiddlu l-personalità ġuridika tagħhom, b’amalgamazzjoni, billi jinħallu minn amalgamazzjoni jew għal raġunijiet oħra mingħajr ma tkun affettwata l-klassifiKażzjoni tal-għajnuna. Dan huwa l-każ kemm meta dik il-bidla fil-personalità ġuridika sseħħ permezz ta’ miżura tad-dritt privat kif ukoll meta l-bidla tkun prevista f’liġi jew miżura oħra tad-dritt pubbliku (45). Tabilħaqq, il-bidla mill-erba’ korpi pubbliċi operati fl-ambitu tal-Att Nru 97/1993 imqabbel mal-Att dwar id-Djar ma tistax minnha nnifisha taffettwa l-evalwazzjoni rigward il-konformità tal-miżuri rilevanti. Kif wieħed jista’ jiftakar, il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar ħa f’idejh l-assi, id-drittijiet u l-obbligi kollha mingħand il-predeċessuri tiegħu u kompla l-kompiti tagħhom, u wera li r-riforma kellha l-għan li ssostni l-kontinwità bejn dawn l-organizzazzjonijiet (46).

Konsegwentement, kemm il-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema kif ukoll l-HFF ingħataw il-kompitu li jfornu dan is-self soċjali għal appartamenti bil-kera b’rata tal-imgħax stabbilita mill-Gvern, li pprovda fondi permezz tal-Att tal-Baġit, minħabba li dawn ir-rati tal-imgħax kienu baxxi wisq biex ikopru l-ispejjeż tas-self. Id-differenza bejn it-tnejn hija li l-kontribuzzjoni lill-HFF hija mmirata lejn din il-kategorija partikolari ta’ self filwaqt li l-Fond għad-Djar tal-Ħaddiema rċieva kontribuzzjonijiet baġitarji li kienu komuni għall-kategoriji kollha ta’ self soċjali tiegħu. Dik id-differenza tfiġġ mill-fatt li l-Att dwar id-Djar neħħa l-kategoriji ta’ self soċjali l-oħra tal-Fond tad-Djar għall-Ħaddiema u s-self addizzjonali, il-kategorija ewlenija ta’ self soċjali fl-ambitu tal-Att dwar id-Djar fil-forma oriġinali tiegħu, ma kienx iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet baġitarji lill-HFF.

Għaldaqstant, il-bidliet ikkawżati mill-Att dwar id-Djar ma bidlux il-kompitu li jingħata self għad-djar soċjali bil-kera; fi kliem ieħor l-għan ta’ din il-miżura baqa’ l-istess (47). Barra minn hekk, il-fatt li l-kontribuzzjoni baġitarja issa hija mmirata biss lejn dan is-self hija riżultat tat-tneħħija tal-kontribuzzjonijiet diretti mill-istat għal self soċjali ieħor. It-tneħħija tal-kontribuzzjonijiet diretti mill-istat għal ċerti ħidmiet, ma tikkostitwixxix bidla fil-finanzjament ta’ miżura oħra. Għaldaqstant, tali tneħħija ma jistax ikollha impatt fuq il-klassifiKażzjoni tal-karattru tal-miżura li baqa’. Bil-kontra, din tikkostitwixxi tneħħija ta’ miżura ta’ appoġġ separata (48).

L-SFF irreferiet għal diversi bidliet ikkawżati mill-Att dwar id-Djar u argumentat li dawn għandhom iwasslu biex l-għajnuna lill-HFF tkun ikklassifikata bħala għajnuna ġdida. Indipendentement min-natura ta’ dawn il-bidliet, huma ma kinux jikkonċernaw din il-miżura ta’ għajnuna, li tipprevedi biss għal telf li jsir mill-Fond fir-relazzjoni mas-self għal appartamenti soċjali bil-kera. Tabilħaqq, iż-żieda fil-livell massimu tas-self ġenerali ma kienx marbut ma’ din il-kategorija ta’ self. Bl-istess mod, il-bidliet permezz tal-Att Nru 57/2004, li bihom is-sistema ta’ bonds tad-djar tneħħiet u ġiet issostitwita b’self permezz ta’ flus, ma kinux jikkonċernaw din il-kategorija ta’ self. Ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Att Nru 97/1993 bir-riżultat li s-self kien assigurat permezz tal-ewwel jew it-tieni ipoteka ma kienx japplika għal din il-kategorija ta’ self imma biss għal ċertu self mill-Fond tal-Istat għall-Bini. Għaldaqstant, il-fatt li din id-dispożizzjoni ma kinitx adottata fl-Att dwar id-Djar m’għandux sinifikat għal dan is-self.

Bħala konklużjoni, l-Awtorità tqis li l-vantaġġ li jsegwi mill-appoġġ rigward l-imgħax ma jistax jikkostitwixxi għajnuna ġdida li tista’ tkun evalwata fl-ambitu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali attwali.

2.3.4.    L-ebda ħlas ta’ dividendi

Kif intqal fis-sezzjoni 3.4 ta’ fuq, il-prinċipji ġenerali tad-dritt pubbliku tal-Islanda jipprevedu li l-istituzzjonijiet tal-Istat, organizzati bħall-HFF, mhumiex meħtieġa li jħallsu dividendi. Il-prinċipju kien jeżisti qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE u huwa applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Istat indipendentement minn meta twaqqfu, l-attivitajiet tagħhom jew bidliet fl-attivitajiet tagħhom. Wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE ma kienx hemm bidliet sostantivi, jew anki mhux sostantivi, f’dan il-prinċipju ġenerali. Barra minn hekk, l-Att dwar id-Djar u l-predeċessuri tiegħu qatt ma ddevjaw minn dan il-prinċipju permezz ta’ dispożizzjoni ġuridika fis-seħħ li tirrikjedi lill-HFF li jħallas id-dividendi. Għaldaqstant, in-natura ta’ kwalunkwe vantaġġ u finanzjament mill-istat li jsegwu min-nuqqas ta’ dmir li jitħallsu d-dividendi ma nbidlux bħala konsegwenza tal-Att dwar id-Djar jew il-modifiki għal dak l-Att. L-għan tal-prinċipju, li jmur lil hinn ħafna mill-partikularitajiet tas-sistema ta’ self għad-djar u ġeneralment japplika għall-istituzzjonijiet tal-Istat kollha, lanqas inbidel bħala konsegwenza tal-bidliet li seħħu fis-sistema tas-self għad-djar. Fi kliem ieħor, dawk il-bidliet leġiżlattivi mhux biss setgħu jinfirdu minn din il-miżura ta’ għajnuna potenzjali, imma kienu għal kollox mingħajr rabta magħha. Għaldaqstant, sakemm in-nuqqas ta’ ħlas ta’ dividendi jrid jitqies bħala miżura ta’ għajnuna, il-miżura trid għaldaqsatant titqies bħala skema ta’ għajnuna li tidħol fid-definizzjoni tal-Artikolu 1 (d) tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim rigward is-Sorveljanza u l-Qorti. Barra minn hekk, l-iskema tkun tikkostitwixxi għajnuna eżistenti għax kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE, cf. l-Artikolu 1 (b) tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim rigward is-Sorveljanza u l-Qorti.

Fil-każ biss li jkun ikkonstat li l-ħelsien mill-ħlas tad-dividendi ma setax joħroġ mill-prinċipji ġenerali tad-dritt pubbliku tal-Islanda, imma minflok segwa mill-Att dwar id-Djar u l-preċedessuri tiegħu, jistgħu l-kundizzjonijiet li fl-ambitu tagħhom kienu operati l-korpi tad-djar differenti jsiru parti mill-evalwazzjoni rigward il-konformità tal-għajnuna ġdida. Għaldaqstant, ikun biss f’dik is-sitwazzjoni ipotetika li t-tibdil fis-sistema tal-finanzjament tad-djar li seħħ wara l-1 ta’ Jannar 1994 ikun potenzjalment jimplika li kwalunkwe għajnuna marbuta man-nuqqas ta’ ħlas ta’ dividendi nbidlet minn għajnuna eżistenti għal għajnuna ġdida.

2.4.   KONKLUŻJONI RIGWARD IL-KARATTRU ĠDID VS. EŻISTENTI TA’ ERBA’ MIŻURI TA’ GĦAJNUNA TAL-ISTAT POTENZJALI

Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni li ssemmiet qabel, l-Awtorità tqis li l-miżuri li ġejjin: il-garanzija mill-istat, l-appoġġ rigward l-imgħax, l-eżenzjoni mit-taxxa u l-ħelsien mill-ħlas tad-dividendi, identifikati fid-deċiżjoni tal-ftuħ, ma jikkostitwixxux miżuri ta’ għajnuna ġdida li jistgħu jkunu evalwati fl-ambitu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali attwali.

Għaldaqstant, l-Awtorità se tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u tiftaħ proċeduri fl-ambitu tal-Artikolu 1 (1) tal-Parti I u s-Sezzjoni V tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim rigward is-Sorveljanza u l-Qorti, li jikkonċernaw għajnuna eżistenti.

Għall-finijiet ta’ kompletezza, l-Awtorità tixtieq iżżid illi anki kieku wieħed kellu jieħu l-mudell issuġġerit mill-SFF u jikkonstata li l-Att dwar id-Djar bl-emendi sussegwenti kien tabilħaqq rilevanti għall-evalwazzjoni tal-klassifiKażzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna potenzjali identifikati fuq, l-Awtorità xorta kienet tikkonkludi li l-bidliet konkreti li seħħu fis-sistema tad-djar ma kinux ta’ tip li jnissel klassifiKażzjoni mill-ġdid minn għajnuna eżistenti għal għajnuna ġdida:

Fl-ewwel lok, il-fatt biss li l-Islanda għażlet il-mekkaniżmu leġiżlattiv tad-dħul fis-seħħ ta’ att ġdid minflok emendat att li diġà kien jeżisti ma jistax minnu nnifsu jwassal għal klassifiKażzjoni mill-ġdid ta’ miżura ta’ għajnuna li diġà kienet teżisti (49). Li jgħodd huwa biss jekk l-att il-ġdid implikax bidliet sostantivi fil-miżuri ta’ għajnuna rilevanti b’tali mod li jinfluwenzaw l-evalwazzjoni tal-konformità ta’ dawn il-miżuri. F’dak l-ambitu, l-Awtorità tqis bħala importanti b’mod konsiderevoli l-fatt li l-Att dwar id-Djar kien, fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali kollha, kontinwazzjoni tas-sistema preċedenti bl-istess objettiv li jinkisbu djar, li jistgħu jifilħu għalihom, għar-residenti kollha tal-Islanda. Kif jidher fuq fis-Sezzjoni 2.2.3.1, l-għan tal-Att dwar id-Djar huwa l-istess bħal dak segwit fl-ambitu tal-Att Nru 97/1993.

Fit-tieni lok, kif jissemma fuq, hemm prattika konsistenti tal-Kummissjoni li bidla fil-personalità ġuridika tar-reċipjent tal-għajnuna mhijiex rilevanti għall-klassifiKażzjoni tal-għajnuna.

Fit-tielet lok, il-finanzjament tal-miżuri ta’ għajnuna potenzjali favur l-HFF, attwalment fis-seħħ, ma nbidilx bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tal-Att dwar id-Djar u l-emendi sussegwenti għal dak l-Att.

Fir-raba’ lok, l-Att dwar id-Djar ma bidel xejn rigward il-ħruġ tal-bonds tad-djar, il-kategorija ewlenija ta’ self. Kategorija ġdida ta’ self, il-kategorija ta’ self addizzjonali, kienet introdotta bħala parti mir-riforma tad-djar soċjali fl-ambitu tal-Att dwar id-Djar. Madankollu, din il-kategorija ta’ self fil-fatt ħadet post il-kategoriji ta’ self soċjali li setgħu jingħataw skont l-Att Nru 97/1993. Kif issemma fis-Sezzjoni I.2.2.2.3.3, il-perċentwal massimu ta’ dawn it-tipi ta’ self u l-kriterji li jirregolaw id-dritt għalihom kienu kważi identitiċi. Għaldaqstant, id-differenza ewlenija fir-regoli rigward dawn it-tipi ta’ self hija li l-Att dwar id-Djar jipprevedi li dawn l-appartamenti jistgħu, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jinbiegħu fis-suq ġenerali għall-prezz tas-suq. L-Awtorità hija tal-fehma li dawn il-bidliet leġiżlattivi la bidlu materjalment iċ-ċirku tar-reċipjenti potenzjali tas-self soċjali u lanqas estendew l-attivitajiet tal-HFF f’dak il-qasam, meta jitqabbel mal-predeċessuri tiegħu. Barra minn hekk, t-tneħħija tal-kategoriji ta’ self soċjali, cf. Sezzjoni I.2.2.3.3.3 ta’ fuq, ma tistax tikkawża skema ta’ għajnuna biex tkun ikkategorizzata bħala għajnuna ġdida. Tali tibdiliet jistgħu, l-aktar, jitqiesu bħala tneħħija ta’ għajnuna.

Fil-ħames lok, l-Awtorità ma tistax taqbel mal-SFF li l-Att dwar id-Djar involva espansjoni sostanzjali tal-potenzjal għall-HFF li jislef lill-impriżi li jibnu l-appartamenti bil-kera (50). Kif kien spjegat fuq, fis-Sezzjoni I.2.2.3.3.2, kemm fl-ambitu tat-termini tar-regolamenti maħruġa fuq il-bażi tal-Att dwar id-Djar u l-predeċessur tiegħu, is-self mis-sistema tal-bonds tad-djar seta’ jingħata lil impriżi involuti fil-bini ta’ appartamenti.

Fis-sitt lok, kif kien deskritt fuq, is-sistema ta’ bonds tad-djar kienet tneħħiet permezz tal-Att Nru 57/2004 u ġiet issostitwita b’self dirett bi flus mogħti mill-HFF. L-SFF argumentat li din il-bidla ġġib magħha kwalifiKażzjoni bħala għajnuna ġdida. Madankollu, dan l-Att ma bidel xejn rigward il-firxa tar-reċipjenti potenzjali, u bl-istess mod, lanqas kien involva bidla fl-għan u l-finanzjament ta’ miżura ta’ għajnuna potenzjali lill-HFF. Għaldaqstant, l-Awtorità hija tal-fehma li l-bidliet għandhom jitqiesu bħala amministrattivi u tekniċi aktar milli sostantivi.

Fis-seba’ lok, bl-Att Nru 120/2004, il-limitu tal-kategorija ta’ self ġenerali tal-HFF żdied għal 90 % tal-valur stmat tal-proprjetà. Bħala konsegwenza, il-Kapitolu VII tal-Att dwar is-self addizzjonali tneħħa. L-Att Nru 120/2004 ma bidel xejn rigward l-attivitajiet ta’ servizz pubbliku tas-sistema tal-HFF. L-għan tal-Att dwar id-Djar baqa’ l-istess, ir-reċipjent tal-għajnuna baqa’ biss l-HFF u l-operazzjonijiet tiegħu baqgħu essenzjalment mingħajr tibdil. Barra minn hekk, ma bidilx lil min kien eliġibbli għal self mill-HFF, kien ifisser biss li d-90 % bħala massimu kien disponibbli għal kulħadd (51). Is-sitwazzjoni hawnhekk tista’ tiġi mqabbla ma’ Keller fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza sostniet li żieda minn 7 biljun ITL għal 80 biljun ITL fil-massimu ta’ assi fissi li impriża kellha permess iżżomm biex tidħol fi skema ta’ għajnuna approvata, ikkostitwit emenda sostantiva li kellha tkun innotifikata lill-Kummissjoni. Il-Qorti ddikjarat li din il-bidla kienet involviet żieda fl-għadd ta’ reċipjenti potenzjali tal-għajnuna u kienet tabilħaqq fetħet l-iskema għall-applikanti (52). Bidla fl-iskema tal-għajnuna li ġġib magħha żieda potenzjali fl-għadd tal-benefiċjarji tal-għajnuna hija bidla f’waħda mill-aspetti bażiċi ta’ skema li kapaċi jkollha impatt fuq il-konformità tagħha mat-Trattat tal-KE. Madankollu, f’dan il-każ, jekk self ġenerali huwiex 70 % jew 90 % tal-valur stmat tal-proprjetà mhuwiex sinifikanti fir-rigward jekk tali self jistax ikun ikklassifikat bħala servizz pubbliku skont l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri ta’ għajnuna potenzjali f’forma ta’ garanzija mill-istat, l-appoġġ rigward l-imgħax, l-eżenzjonijiet mit-taxxa u l-ebda ħlas ta’ dividendi favur l-HFF huma għajnuna li diġà teżisti. Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali applikabbli għal għajnuna ġdida għaldaqstant hija magħluqa.

Artikolu 2

L-eżenzjoni tal-HFF mill-appliKażzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Att imsemmija fil-punt 14 tal-Kapitolu II tal-Anness IX għall-Ftehim taż-ŻEE ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Islanda.

Artikolu 4

Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,

Per SANDERUD

President

Kurt JAEGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (SCA).

(4)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Protokoll 3.

(5)  Linji Gwida dwar l-appliKażzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ĠU) 1994 L 231 u s-Suppliment ŻEE tat-3.9.1994, p. 1, Nru 32. Il-Linji Gwida kienu emendati l-aħħar fid-19 ta’ Diċembru 2007. Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fil-websajt tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/guidelines/

(6)  Ippublikat fil-ĠU 2006 L 139/37 u s-Suppliment ŻEE tal-2006 Nru 26.

(7)  Is-sentenza tas-7 ta’ April 2006, każ E-9/04, L-Assoċjazzjoni tal-Bankiera u l-Bejjiegħa tat-Titoli Finanzjarji tal-Islanda vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2006] Rapport tal-Qorti tal-EFTA paġna 42.

(8)  Deċiżjoni Nru 185/06/COL tal-21 ta’ Ġunju 2006 biex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward il-Fond għall-Finanzjament tad-Djar tal-Islanda, (ĠU C 314, 21.12.2006, p. 89, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 63).

(9)  Ara n-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna.

(10)  Il-konsolidament twettaq skont l-Att Nru 61/1993, li jemenda l-Att Nru 86/1988 u daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Awwissu 1993.

(11)  Il-Kapitolu VIII tal-Att Nru 97/1993 stabilixxa r-regoli rigward il-Kooperattivi tad-djar. Dawn ir-regoli ma ġewx ittrasferiti fl-Att dwar id-Djar tal-1998. Attwalment il-kooperattivi tad-djar huma rregolati minn Att Nru 66/2003 separat. Fir-rigward tad-dritt ta’ dawn il-kooperattivi għal self mill-Fond għall-Finanzjament tad-Djar, dan huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu VIII tal-Att dwar id-Djar, cf. is-subparagrafu d tal-Artikolu 5 tal-Att Nru 66/2003.

(14)  Kif se jkun spegat fil-qosor hawn taħt, waħda mill-kategoriji, is-self addizzjonali, tneħħiet bl-Att Nru 120/2004, cf. 2.2.3.4.2.

(15)  Bl-Att Nru 57/2004, id-dispożizzjonijiet li kellhom x’jaqsmu mal-Bonds tad-Djar tneħħew minħabba li l-Fond beda jagħti s-self permezz ta’ flus cf. 2.2.3.4.1. Cf.

(16)  2.2.2.4 ta’ hawn fuq.

(17)  http://www.althingi.is/altext/122/s/0877.html

(18)  Dak is-self addizzjonali tneħħa permezz tal-Att Nru 120/2004, cf. is-sezzjoni 2.2.3.4.2 hawn taħt.

(19)  Individwu ma setax jaqla’ aktar minn 1 620 000 ISK u jkollu assi ta’ aktar minn 1 900 000 ISK. Dawn iċ-ċifri kellhom ikunu aġġustati kull sena.

(20)  Fir-rigward tat-telf li l-Fond għall-Finanzjament tad-Djar seta’ jġarrab bl-għoti ta’ dan is-self addizzjonali, l-Artikolu 43 tal-Att dwar id-Djar ippreveda li l-muniċipalitajiet għandhom ikunu s-sidien u l-operaturi ta’ fond imsejjaħ ta’ riżerva amministrat mill-Fond għall-Finanzjament tad-Djar. F’konformità mal-Artikolu 44, il-fond ta’ riżerva jikkumpensa lill-Fond għall-Finanzjament tad-Djar għat-telf li jġarrab fuq is-self addizzjonali. L-Artikolu 45 ippreveda li l-muniċipalitajiet għandhom inizjalment iħallsu kontribuzzjoni ta’ 5 % ta’ kull self addizzjonali mogħti fil-muniċipalità.

(21)  http://www.althingi.is/altext/122/s/0877.html

(24)  Ara r-Regolament Nru 540/2006, kif emendat l-aħħar mir-Regolament 587/2007. Ir-Regolament jistipula wkoll limitu nominali għas-self li attwalment huwa 18-il miljun ISK.

(25)  It-traduzzjoni mhux uffiċjali tal-Awtorità. It-test oriġinali Islandiż jinsab fuq: http://www.althingi.is/altext/122/s/0877.html

(26)  L-ittra tal-Gvern Islandiż tat-3 ta’ Jannar 2007, paġna 10.

(27)  Din tkun differenti meta l-Istat ikun is-sid ta’ kumpaniji li huma organizzati bħala kumpaniji b’responsabbiltà limitata u huma rregolati mid-dritt privat.

(28)  Għal appliKażzjoni ta’ dan il-prinċipju, ara pereżempju s-sentenza tal-Qorti Suprema tal-Islanda tal-5 ta’ Novembru 1998 fil-każ Nru. 50/1998.

(29)  ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1. L-Att kien inkorporat bid-Deċiżjoni Nru 15/2001 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2001.

(30)  Din it-traduzzjoni ġiet ipprovduta mill-Gvern Islandiż.

(31)  Is-sentenza tad-9 ta’ Awwissu 1994 fil-Każ C-44/93 Namur-Les Assurances du Crédit Ġabra 1994 p. I-3829.

(32)  Is-Sentenza tal-5 ta’ April 2006 fil-Każ T-351/02, Deutsche Bahn/Kummissjoni Ġabra 2006, p. II-1047, paragrafi 100-103.

(34)  Is-Sentenza tas-27 ta’ Novembru 2003 fil-Każ T-190/00 Ir-Reġjun ta’ Sqallija vs Il-Kummissjoni Ġabra 2003 p. II-5015, paragrafu 48.

(35)  Is-Sentenzi tal-Qorti tat-30 ta' Ġunju 1992 fil-Każ C-312/90 Spanja vs Il-Kummissjoni Ġabra 1992 p. I-4117, paragrafi 14-17, u tat-30 ta' Ġunju 1992 fil-każ C-47/91 L-Italja vs Il-Kummissjoni Ġabra 1992 p. I-4145, il-paragrafi 22-25, u tat-30 ta' April 2004 fil-Kawżi Magħqudin T-195/01 u T-207/01 Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs il-Kummissjoni Ġabra 2002 p. II-2309, kif ukoll is-sentenzi tat-Tribunal tal-Prim'Istanza tad-19 ta’ Frar 2004 fil-Kawżi Maqħqudin T-297/01 u T-298/01 SIC II Ġabra 2004 p. II-743.

(39)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2007 fil-każ E 10/2005 (li kien C 60/1999), il-paragrafu 33, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2007 fil-każ E 7/2005 rigward l-iskemi ta’ garanzija tal-Finlandja, il-paragrafu 16, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2005 fil-każ E 8/2005 favur ix-Xandar Spanjol RTVE, il-punt 2.2, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ E 22/2004 – Inċentivi diretti rigward it-taxxa favur l-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni, paragrafi 34-35.

(40)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2007 fil-każ ta’ għajnuna E 3/2005 – Il-finanzjament ta’ xandara fis-servizz pubbliku fil-Ġermanja, paragrafi 200-214, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E-14/2005 – il-Portugall, ħlas bħala kumpens lix-xandar fis-servizz pubbliku RTP, paragrafi 61-80.

(41)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2007 fil-każ ta’ għajnuna E 3/2005 – Il-finanzjament ta’ xandara fis-servizz pubbliku fil-Ġermanja, paragrafu 215. Minħabba li huma istituzzjonijiet pubbliċi, il-banek pubbliċi Ġermaniżi tradizzjonalment ibbenefikaw minn garanzija tal-Istat impliċita, imsejħa l-Anstaltslast. Fil-każ E-10/2000 rigward il-Landesbanken Ġermaniżi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Anstaltlast kienet istituzzjoni li kienet teżisti qabel it-Trattat tal-KE. Għaldaqstant l-għajnuna lill-banek li ssegwi minn din il-garanzija kienet diġà teżisti, u dan applika wkoll fejn l-Anstaltslast ma segwietx sempliċiment minn prinċipju ġenerali tad-dritt, imma kienet introdotta aktar tard b’mod espliċitu f’dispożizzjonijiet ġuridiċi bil-miktub, cf. Ittra mill-Kummissjoni lill-Ġermanja tat-8 ta’ Mejju 2000 li pproponiet miżuri adattati fil-każ E 10/2000, il-punt 7, l-ewwel paragrafu. Sa fejn taf l-Awtorità, il-banek Ġermaniżi li jibbenefikaw mill-Anstaltslast normalment huma stabbiliti b’liġi separata li tirregola t-twaqqif u l-operat tal-bank individwali. Għadd ta’ banek minn dawn jidher li twaqqfu wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE. Tibdil fil-leġiżlazzjoni li tirregola l-operat tal-banek pubbliċi seħħ b’mod frekwenti. Tibdil fil-leġiżlazzjoni li tirregola l-operat tal-banek pubbliċi seħħ b’mod frekwenti. It-twaqqif ta’ banek ġodda permezz ta’ liġi, l-amalgamazzjoni u l-qsim ta’ banek pubbliċi u tibdil ieħor fil-leġiżlazzjoni li tirregola l-banek pubbliċi tista’ ċertament taffetwa l-ħidma tal-impriża u jista’ jkollha impatt fuq it-tħaddim tas-suq komuni, il-kompetizzjoni jew sempliċiment fuq l-ammont attwali ta’ għajnuna li hija disponibbli għall-impriżi. Madankollu, il-Kummissjoni la eżaminat meta twaqqfu l-banek differenti li jibbenefikaw mill-garanzija u lanqas analizzat it-tibdil fl-operazzjonijiet tal-banek jew miżuri oħra rrelatati għal banek individwali qabel ikkonkludiet li l-vantaġġ li joħroġ mill-Anstaltslast kien għajnuna li kienet teżisti diġà. Bl-istess mod, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2002 fil-każ C 68/2002 – Franza, Electricité de France (EDF), il-paragrafu 68, fejn waħda mill-miżuri ta’ għajnuna lill-EDF, il-garanzija mill-Istat, segwit mill-prinċipju ġenerali tad-dritt Franċiż li kien jeżisti qabel it-Trattat tal-KE. L-operat tal-EDF inbidel b’mod sinifikanti matul is-snin u l-kumpanija anki espandiet fi swieq ġodda. Minkejja dan, il-Kummissjoni ma ħassitx il-ħtieġa li teżamina dawn il-bidliet fattwali, u lanqas qieset il-bidliet fil-leġiżlazzjoni li jappartjenu għall-EDF, sussegwentement għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE, meta stabbiliet jekk dik il-miżura ta’ għajnuna kinitx tikkostitwixxi għajnuna ġdida jew kinitx għajnuna eżistenti, cf. anki b’mod simili d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-EDF u lill-industriji tal-elettriku u tal-gass, ĠU 2005 L 49/9, paragrafu 59, u l-istedina tal-Kummissjoni biex jinbagħtu kummenti skont l-Artikolu 88(2) KE fil-każ E 3/2002, EDF, ĠU 2002 C 280/8, paragrafi 53-55.

(42)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2007 fil-każ E 3/2005 – Il-finanzjament ta’ xandara fis-servizz pubbliku fil-Ġermanja, paragrafi 192-216, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2005 fil-każ E 8/2005 – għajnuna mill-Istat favur ix-xandar pubbliku nazzjonali Spanjol RTVE, il-punt 2.2, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2005 fil-każ E 9/2005 – L-Italja, RAI, paragrafi 25-48.

(43)  Kwistjoni oħra tirrigwarda jekk l-eżenzjoni tal-HFF mill-primjum tal-garanzija introdott fl-1998 hijiex għajnuna ġdida. L-Awtorità llum, bid-Deċiżjoni 406/08/COL, fetħet proċeduri ta’ investigazzjoni formali rigward l-eżenzjonijiet mill-primjums tal-garanziji preskritti bl-Att Nru 121/1997 dwar il-Garanziji tal-Istat.

(44)  F’dan ir-rigward, is-sitwazzjoni hija parallela mad-deċiżjonijiet li ġejjin tal-Kummissjoni rigward ix-Xandara Ġermaniżi. Poczta Polska, La Poste, EDF eċċ. F’dawk id-deċiżjonijiet, il-Kummissjoni kellha tevalwa jekk il-garanziji tal-Istat lil impriżi pubbliċi kinux jikkwalifikaw bħala għajnuna ġdida jew eżistenti. Fid-deċiżjonijiet kollha, il-Kummissjoni kkonstatat li l-garanzija nnifisha jew ma nbidlitx jew baqgħet sostanzjalment mingħajr tibdil. Il-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni tagħha rigward l-għajnuna li ssegwi mill-garanzija, ma daħlitx f’evalwazzjoni rigward jekk l-impriża partikulari msemmija bidlitx l-operazzjonijiet tagħha għax din il-kwistjoni ma kinitx relatata mal-miżura ta’ għajnuna bħala tali, imma rigward waħda mill-benefiċjarji ta’ skema ta’ għajnuna ddefinita b’mod astratt.

(45)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007, C (2007) 5778, Għajnuna mill-Istat C 56/2007 – Franza, Garantie illimitée de l’Etat en faveur de La Poste, il-paragrafi 93-97, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E-14/2005/Il-Portugall, ħlas ta’ kumpens lix-xandar tas-servizz pubbliku RTP, il-paragrafi 78-80, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2005 fil-każ tal-għajnuna mill-Istat E 10/2005 (li kien C 60/1999) – Redevance radiodiffusion TF1, il-paragrafu 33, u Ittra mill-Kummissjoni lill-Ġermanja tat-8 ta’ Mejju 2001 li tipproponi miżuri adattati fil-każ E 10/2000, Landesbank, il-punt 7, l-ewwel paragrafu. Fir-rigward tal-eżenzjoni li l-HFF igawdi mill-ħlas ta’ tariffa fuq il-garanzija skont l-Att Nru 121/1997 dwar il-Garanziji tal-Istat, l-evalwazzjoni preliminari tal-Awtorità hija li din tikkostitwixxi għajnuna ġdida u li dik il-miżura qed tkun ittrattata separatament; cf. id-deċiżjoni tal-Awtorità 406/08/COL tas-27 ta’ Ġunju 2008.

(46)  Skont l-Artikolu 35 tal-Att Nru 1/1997, l-Att dwar il-Fond tal-Pensjoni tal-Impjegati tal-Gvern, membru tal-fond jista’ jagħżel li l-pensjoni tiegħu tiżdied b’korrispondenza maż-żieda fis-salarju tiegħu tal-pożizzjoni li kien jokkupa l-aħħar. Id-Direttur tal-Aġenzija tal-Istat għad-Djar qies li l-pożizzjoni tiegħu kienet titqabbel ma’ dik tad-Direttur tal-HFF, li tqies li ma kienx il-każ mill-Fond tal-Pensjoni. Fis-sentenza tat-22 ta’ Jannar 2004 fil-każ nru 344/2003 l-Qorti Suprema tal-Islanda ddeċidiet il-każ favur id-Direttur. Fis-sentenza kien iddikjarat, fost affarijiet oħra, li l-Fond għall-Finanzjament tad-Djar kien fil-parti l-kbira nkarigat bl-istess irwol bħall-Aġenzija tal-Istat għad-Djar, li jaġixxi bħala istituzzjoni għas-self għall-ipoteki għall-Islandiżi. Il-Qorti kkunsidrat li l-pożizzjoni ta’ Direttur tal-Aġenzija kienet titqabbel ma’ dik tad-Direttur tal-Fond fir-rigward tan-natura tad-dmirijiet, il-firxa tagħhom u r-responsabbiltà.

(47)  Fil-każ id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E-14/2005 – Il-Portugall, ħlas ta’ kumpens lix-xandar tas-servizz pubbliku RTP, il-paragrafi 63 u 74, il-Kummissjoni kkonstatat li l-bidliet li saru f’miżura ta’ għajnuna Portugiża ma kinitx tikkonverti l-miżura f’għajnuna, fost affarijiet oħra, minħabba li l-bidliet fir-regola nazzjonali ma bidlux l-għan segwit mis-sussidji.

(48)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/240/KE tas-16 ta’ Novembru 2004 dwar għajnuna mogħtija mill-Ġermanja lid-distilleriji tal-brandi mill-qmugħ (Kornbranntwein), il-paragrafu 83-84 (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 50). Ara wkoll l-Artikolu 17(2) tal-ittra tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2005 fil-każ E 2/2005 rigward l-għajnuna Olandiża lis-settur tad-djar fejn il-Kummissjoni kkonstatat li l-għajnuna kienet teżisti qabel anki jekk is-sistema ta’ sussidji diretti kienet inbidlet b’sistema ta’ self mill-istat u eżenzjoni mit-taxxa wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE. Dan seħħ hekk għax dawn il-bidliet, meħuda flimkien, kienu rriżultaw f’ostaklu iżgħar għall-kompetizzjoni, cf. il-paragrafi 16-26 tal-ittra.

(49)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E 12/2005 – il-Polonja, garanzija mill-Istat bla limiti favur Poctza Polska, paragrafi 39-47.

(50)  F’dak l-ambitu l-SFF irreferiet għall-istqarrijiet magħmula mill-President tal-Kumitat Parlamentari meta l-kelma “individwu” kienet tneħħiet mill-paragrafu 1 tal-Artikolu 15, rigward il-kategorija ta’ self ġenerali, tal-abbozz li aktar tard sar l-Att dwar id-Djar. Ara l-punt 7 fid-diskors, ara http://www.althingi.is/altext/122/05/r13133243.sgml.

(51)  Fid-deċiżjoni tagħha rigward il-każ tas-servizz tax-xandir pubbliku Ġermaniż, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żidiet fil-livell tat-tariffa tal-liċenzja m’għandhomx jitqiesu bħala għajnuna ġdida: “Minflok, iż-żieda hija konsegwenza tal-ħtieġa finanzjarja akbar tax-xandara fis-servizz pubbliku biex iwettqu l-missjoni tagħhom ta’ servizz pubbliku. Għaldaqstant – u f’konformità mal-prattika preċedenti tal-Kummissjoni – ma tistax tinfired mis-sistema ta’ finanzjament inizjali u ma tikkostitwixxix emenda sostantiva sakemm il-missjoni tas-servizz pubbliku bħala tali ma tkunx inbidlet b’mod sostantiv.” Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2007, iċċitata fuq, il-paragrafu 206.

(52)  Is-Sentenza tat-Tribunal tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2002 fil-Każ T-35/1999, Keller vs Il-Kummissjoni, ġabra 2002 p. II-261, paragrafu 62.