ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.075.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 75

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
23 ta' Marzu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar ir-revoka tal-Ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Konfederazzjoni Svizzera

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2010 tat-22 ta’ Marzu 2010 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 238/2010 tat-22 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżit għall-ittikettjar tax-xorbiet li fihom volum ta’ aktar minn 1,2 % ta’ alkoħol u li fihom ċerti koloranti tal-ikel ( 1 )

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 239/2010 tat-22 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom ( 1 )

18

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2010 tat-22 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/168/PESK tat-22 ta’ Marzu 2010 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

22

 

 

2010/169/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1613)  ( 1 )

25

 

 

2010/170/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2010 li tirtira r-referenza tal-istandard EN 353-1:2002 Tagħmir personali protettiv li jwaqqaf waqgħa mill-għoli – Parti 1: Tip ta’ tagħmir iggwidat li jinkludi ħabel riġidu li jwaqqaf il-waqgħa b’konformità mad-Direttiva 89/686/KEE tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1619)  ( 1 )

27

 

 

2010/171/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE dwar programmi ta’ sorveljanza għall-Irlanda u l-Ungerija u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Irlanda għal ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1625)  ( 1 )

28

 

 

2010/172/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE fir-rigward tal-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1707)  ( 1 )

33

 

 

2010/173/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/457/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/435/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi għall-perjodu 2007 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta’ nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1713)

35

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/1


Avviż dwar ir-revoka tal-Ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Konfederazzjoni Svizzera

Fid-9 ta' Ottubru 2009  (1), il-Kunsill iddeċieda li jirrevoka l-Ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Konfederazzjoni Svizzera. Dawn il-Ftehimiet ġew sussegwentement irrevokati bi qbil bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, fil-forma ta' skambju ta' noti verbali, b'effett mit-22 ta' Diċembru 2009.


(1)   ĠU L 288, 4.11.2009, p. 18.


REGOLAMENTI

23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 237/2010

tat-22 ta’ Marzu 2010

li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (1) u partikolarment l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jistabbilixxi fl-Artikolu 32 li jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 11(3), 14, 16 u 17 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ċerti gruppi ta’ bastimenti jistgħu jiġu esklużi mir-reġim tal-isforz tas-sajd stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 abbażi tal-parir mill-Kumitat Xjentifku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) imsemmi fl-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament. Huwa xieraq li jsir provvediment għal proċedura u għal rekwiżiti sabiex l-Istati Membri jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu lill-STECF tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet għall-eżklużjoni kinux u jekk għadhomx sodisfatti. Huwa partikolarment importanti li l-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri tkun dettaljata biżżejjed u akkumpanjata minn provi dokumentati.

(3)

L-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandha tindika grupp ta’ bastimenti li jista’ jingħaraf b’mod ċar mill-bastimenti l-oħra fil-grupp tal-isforz konċernat u għall-attivitajiet speċifiċi tal-grupp ta’ bastimenti li jiddeterminaw il-qabdiet tal-merluzz ta’ 1,5 % jew anqas tal-qabdiet totali.

(4)

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li għal kull waħda miż-żoni stipulati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, il-kapaċità totali tal-bastiment b’permessi speċjali tas-sajd ma tkunx akbar mill-kapaċità totali għall-2006 jew l-2007. Huma meħtieġa regoli dettaljati għall-kalkolu u l-aġġustar tal-livelli massimi ta’ kapaċità, b’mod partikolari fir-rigward tat-trattament ta’ kapaċità mneħħija permezz tal-għajnuna pubblika jew trasferita bejn żoni ġeografiċi skont l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Sabiex tkun żgurata l-kontrollabbiltà, jeħtieġ li jiġu stipulati ħtiġijiet u formati dettaljati għall-permessi speċjali tas-sajd li jinħarġu lill-bastimenti tas-sajd b’irkaptu regolat fiż-żoni ġeografiċi li huma soġġetti għar-reġim tal-isforz tas-sajd, u għal-listi ta’ bastimenti li għalihom inħarġu permessi speċjali tas-sajd.

(6)

Għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati li jippermettu lill-Istati Membri sabiex jadattaw l-isforz tas-sajd massimu permess mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jew wara trasferimenti ta’ sforz bejn gruppi tal-isforz skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. Regoli bħal dawn għandhom jispeċifikaw il-proċeduri u l-metodi tal-kalkolu li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri.

(7)

L-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-iskambju tal-informazzjoni jissimplifika l-proċeduri, jagħmilhom aktar effiċjenti u trasparenti u jiffrankaw il-ħin. Sabiex dawn il-vantaġġi jkunu sfruttati totalment filwaqt li tkun żgurata komunikazzjoni sigura, u bil-għan li tkun stabbilita sistema komuni tal-kompjuter għall-ġestjoni tad-dejta dwar il-mobilitazzjoni tal-isforz tas-sajd minn bastimenti tas-sajd Komunitarji, huwa meħtieġ li l-format għal kull dokument ikun speċifikat u li tkun ipprovduta deskrizzjoni dettaljata tal-informazzjoni li għandu jkun hemm f’dokumenti bħal dawn.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 11(3), 14, 16 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008:

(a)

“grupp ta’ bastimenti” tfisser bastiment wieħed jew aktar li jagħmel/jagħmlu parti minn grupp tal-isforz li jista’ jintgħaraf b’mod ċar u mingħajr ambigwità minn bastimenti oħrajn fl-istess grupp ta’ sforz abbażi ta’ attivitajiet jew karatteristiċi tekniċi li jiddeterminaw il-qabdiet baxxi tagħhom ta’ merluzz.

(b)

“staġun tas-sajd” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Frar ta’ sena waħda sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara;

(c)

“irkaptu regolat” tfisser kwalunkwe rkaptu li jagħmel parti minn grupp ta’ rkaptu msemmi fil-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

KAPITOLU II

GRUPPI TA’ BASTIMENTI ESKLUŻI MIR-REĠIM TAL-ISFORZ TAS-SAJD

Artikolu 3

Talba għall-esklużjoni

1.   Għall-fini tal-esklużjoni ta’ grupp ta’ bastimenti minn reġim tal-isforz tas-sajd skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, l-Istati Membri għandhom jibagħtu talba lill-Kummissjoni għall-esklużjoni sostnuta minn informazzjoni li turi li l-grupp ta’ bastimenti kkonċernat se jikkonforma mal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 11(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 u li tiġġustifika kif il-kundizzjoni pprovduta fl-Artikolu 11(2)(c) ta’ dak ir-Regolament qed tkun sodisfatta.

2.   It-talba għandha tintbagħat f’format elettroniku u f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I. Talbiet kompleti li jaslu mill-anqas xahar qabel laqgħa plenarja tal-STECF se jintbagħtu lill-STECF għall-valutazzjoni f’dik il-laqgħa. It-talbiet li jaslu wara jistgħu jintbagħtu lill-STECF għall-valutazzjoni fil-laqgħa ta’ wara.

3.   Fejn grupp ta’ bastimenti huwa eskluż mir-reġim tal-isforz tas-sajd skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, l-isforz tas-sajd li jista’ jiġi assoċjat mal-attività jew il-karatteristiċi tekniċi ta’ dan il-grupp u li kkontribwixxa għall-istabbiliment ta’ punt ta’ referenza, ma għandux jitqies aktar għall-fini tal-istabbiliment tal-isforz massimu permess tas-sajd.

4.   Fejn grupp ta’ bastimenti jiġi inkluż mill-ġdid fir-reġim tal-isforz abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, l-isforz tas-sajd allokat lill-grupp tal-isforz konċernat se jkun aġġustat filwaqt li jitqiesu l-aġġustamenti annwali tal-isforz li twettqu minn meta ġie stabbilit il-punt ta’ referenza għal dak il-grupp tal-isforz.

5.   Fejn bastiment ma jibqax konformi mar-rekwiżiti speċifikati fid-deċiżjoni dwar l-esklużjoni, b’mod partikolari rigward l-attivitajiet jew il-karatteristiċi tekniċi tal-grupp ta’ bastimenti, l-Istat Membri għandu jnaqqas l-isforz magħmul minn dak il-bastiment matul l-istaġun tas-sajd mill-isforz massimu ta’ sajd permess.

Artikolu 4

Rapport annwali

1.   Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, rapport dwar l-attivitajiet imwettqa matul l-istaġun tas-sajd ta’ qabel mill-grupp jew grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li ġew esklużi mir-reġim tal-isforz skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Ir-rapport għandu juri li matul dak l-istaġun kien hemm konformità mal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 11(2)(b) u speċifikata fid-deċiżjoni dwar l-esklużjoni.

2.   Ir-rapport għandu juri li l-attivitajiet jew il-karatteristiċi tekniċi tal-gruppi ta’ bastimenti li ġew esklużi mir-reġim tal-isforz tas-sajd skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 huma kkontrollati u mmonitorjati sabiex ikun żgurat li l-bastimenti kollha ta’ dak il-grupp jikkonformaw mal-kundizzjoni għall-esklużjoni stipulata fl-Artikolu 11(2)(b) u speċifikata fid-deċiżjoni dwar l-esklużjoni.

3.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabelli 1 u 3 tal-Anness I. Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati f’dak l-Anness, id-dejta tar-rapport annwali għandha tkun limitata għall-istaġun tas-sajd li jkun għadda.

4.   Ir-rapport annwali għandu jinkludi lista ta’ bastimenti bin-numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità li jagħmlu parti mill-grupp ta’ bastimenti esklużi matul l-istaġun tas-sajd ta’ qabel. Din l-informazzjoni għandha tkun inkluża fit-Tabella 1.

KAPITOLU III

PERMESSI TAS-SAJD

Artikolu 5

Permessi speċjali tas-sajd

1.   Il-permessi speċjali tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandhom jindikaw il-gruppi ta’ rkaptu u ż-żoni ġeografiċi li għalihom qed jinħarġu dawn il-permessi.

2.   Għall-bastimenti li jistadu bi rkaptu regolat, f’kwalunkwe żona ġeografika li tifforma parti minn grupp ta’ bastimenti li ġie eskluż mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, il-permess speċjali tas-sajd għandu jindika l-attività jew il-karatteristiċi tekniċi li għalihom ingħatat l-esklużjoni u l-kundizzjonijiet li japplikaw għal esklużjoni bħal din.

3.   Il-forma u l-kontenut tal-lista ta’ bastimenti fil-pussess ta’ permess speċjali tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, għandhom jikkonformow mal-Anness II. L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata billi jirreġistraw tibdil fl-għadd ta’ bastimenti inklużi fiha jew tibdil fil-ħruġ tal-permessi speċjali tas-sajd, fi żmien 20 ijiem ta’ xogħol minn meta jseħħ tibdil bħal dan.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-ħolqa mal-paġna rilevanti tas-sit tal-Internet uffiċjali tagħhom li fiha hemm ippubblikata l-lista ta’ bastimenti fil-pussess ta’ permess speċjali tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull bidla f’dik il-ħolqa fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol minn meta sseħħ bidla bħal din.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta kollha dwar il-listi tal-bastimenti fil-pussess ta’ permessi speċjali tas-sajd u kull tibdil li jsir f’dawk il-listi tkun arkivjata kif xieraq. L-informazzjoni arkivjata għandha tkun disponibbli lill-Kummisjoni fuq talba.

Artikolu 6

Kapaċità massima tas-sajd

1.   Il-kapaċità massima msemmija fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandha tkun ikkalkulata abbażi tal-kapaċità massima f’kW użata mill-bastimenti kollha li kienu awtorizzati sabiex jistadu matul il-perjodu 2006 jew 2007 bl-użu ta’ rkaptu regolat fi kwalunkwe waħda miż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 u li għamlu użu minn tali awtorizzazzjoni.

2.   Fi żmien xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni f’forma elettronika u f’konformita mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III:

(a)

il-lista tal-bastimenti u l-kapaċità korrispondenti espressa f’kW, użata sabiex tkun stabbilita l-kapaċità massima skont il-paragrafu 1, għal kull waħda miż-żoni ġeografiċi;

(b)

is-sena ta’ referenza konċernata.

3.   Il-kapaċità massima għal kull waħda miż-żoni kalkulata skont il-paragrafu 1 għandha tiġi aġġustata:

(a)

billi titnaqqas il-kapaċità ta’ bastimenti li kienu soġġett għall-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd bl-għajnuna pubblika wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; u/jew

(b)

f’konformità ma kwalunkwe trasferiment tal-kapaċità mwettaq skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien 20-il jum tax-xogħol, bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ adattament tal-kapaċità massima, billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’verżjoni aġġornata tal-informazzjoni f’konformità mat-Tabella 2 tal-Anness III.

KAPITOLU IV

ADATTAMENTI GĦALL-ISFORZ MASSIMU PERMESS TAS-SAJD

Artikolu 7

Adattament tal-isforz tas-sajd fir-rigward tal-ġestjoni tal-kwota.

1.   L-Istati Membri jistgħu jadattaw l-isforz massimu tas-sajd permess għal ċertu grupp tal-isforz permezz tat-trasferiment tal-isforz tas-sajd mill-istess grupp tal-isforz ta’ Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. L-adattament għandu jkun validu għal staġun tas-sajd wieħed biss.

2.   Fejn Stat Membri ma jkomplix bl-iskambju ta’ kwota skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, dak l-Istat Membru jista’ jżid l-isforz massimu permezz tas-sajd tiegħu għall-grupp jew gruppi tal-isforz li lilu/lilhom se tiġi allokata l-kwota rkuprata b’għadd ta’ jiem kilowatt korrispondenti mal-kwota rkuprata. L-għadd ta’ jiem kilowatt ma għandux ikun ta’ aktar mill-ammont ikkalkulat abbażi tal-qabda għal kull unità tal-isforz (cpue – catch per unit effort) tal-grupp jew gruppi tal-isforz konċernat(i).

3.   L-Istat Membru li qed jirritorna l-kwota msemmija fil-paragrafu 2 għandu jnaqqas l-isforz massimu permess tas-sajd tiegħu fil-grupp jew gruppi tal-isforz li qabel kien(u) jistad(u) għal dik il-kwota. L-isforz tas-sajd li għandu jitnaqqas għandu jikkorrispondi għall-għadd ta’ jiem kilowatt li m’għadhomx meħtieġa għas-sajd tal-kwota rritornata. L-għadd ta’ jiem kilowatt għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-qabda għal kull unità tal-isforz (cpue) tal-grupp(i) tal-isforz konċernat(i).

4.   L-ammont tal-isforz tas-sajd li bih jiżdied jew jonqos l-isforz massimu permess tas-sajd skont il-paragrafu 2 jew 3 għandu jitqies għall-fini tal-istabbiliment tal-isforz massimu permess tas-sajd skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

Artikolu 8

Regoli dettaljati għat-trasferiment tal-isforz tas-sajd bejn gruppi tal-isforz.

1.   It-trasferimenti tal-isforz tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandhom isiru skont il-paragrafi 2 sa 6.

2.   Fejn il-Kummissjoni pprovdiet lill-Istat Membri b’fatturi standard ta’ korrezzjoni li ġew stabbiliti għal ċertu grupp tal-irkaptu skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, l-Istati Membri għandhom jużaw dawk il-fatturi standard ta’ korrezzjoni għat-trasferiment tal-isforz bejn gruppi tal-irkaptu.

3.   Għal gruppi tal-isforz li għalihom għadu ma ġiex żviluppat fattur standard ta’ korrezzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tat-trasferiment tal-isforz billi japplikaw il-formula li ġejja:

(a)

fejn japplika l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008:

ammont tat-trasferiment tal-isforz = 1 × ammont tal-isforz tal-grupp tal-isforz donatur

(b)

fejn japplika l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008:

ammont tat-trasferiment tal-isforz = fattur ta’ korrezzjoni × ammont tal-isforz tal-grupp tal-isforz donatur,

fejn il-fattur ta’ korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej:

fattur ta’ korrezzjoni = cpuedonatur/cpueriċevitur

4.   B’deroga mill-paragrafu 2, wara li tkun ġiet infurmata l-Kummissjoni f’format elettroniku f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, li turi li s-cpue tal-grupp tal-isforz tal-Istat Membru huwa differenti b’mill-inqas 15 % mis-cpue użat għall-istabbiliment tal-fattur standard ta’ korrezzjoni, l-Istat Membru konċernat jista’ japplika fattur ta’ korrezzjoni differenti.

5.   L-adattamenti tal-isforz tas-sajd wara trasferiment tal-isforz għandhom ikunu validi għal staġun tas-sajd wieħed biss.

6.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 5, fejn parti mill-flotta għaddiet minn bidla strutturali permanenti fl-attivitajiet tas-sajd tagħha, it-trasferiment tal-isforz tas-sajd jista’ jkun ta’ natura permanenti. Trasferiment bħal dan għandu jsir biss bejn il-gruppi tal-isforz li ġew affettwati minn din il-bidla. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-fattur ta’ korrezzjoni użat għandu jkun abbażi tas-cpue tal-gruppi ta’ rkaptu donatur u riċevitur.

Artikolu 9

Kalkolu tal-qabda għal kull unità tal-isforz

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 9, il-qabda għal kull unità tal-isforz għandha tkun abbażi ta’ qabdiet inkluż ir-rimi lura kif sostnut minn evidenza xjentifika. Għandha tkun ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-formula li ġejja, fejn il-qabdiet u l-isforz għandhom jittieħdu bħala l-medja fuq l-aħħar tliet snin:

cpue = qabda grupp tal-isforz [1]/sforz tas-sajd grupp tal-isforz [1].

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fejn dejta dwar ir-rimi lura għaż-żewġ gruppi ta’ rkaptu li jkun se jsir paragun bejniethom hija disponibbli biss għal ċertu perjodu, is-cpue għandha tkun ibbażata fuq dak il-perjodu. Għall-bqija tal-perjodu, għandu jsir paragun tad-dejta dwar il-ħatt l-art.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn tnaqqis fil-qabdiet tal-grupp ta’ rkaptu riċevitur jista’ jkun attribwit lill-miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni tal-qbid tal-merluzz kif imsemmija fl-Artikolu 13(2) (a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 introdotti f’dak il-grupp ta’ rkaptu fl-aħħar tliet snin, is-cpue jista’ jkun ibbażat biss fuq parti aktar reċenti tal-perjodu ta’ tliet snin, sakemm id-dejta tal-qbid li tirriżulta minn dik il-parti tal-perjodi tkun rappreżentattiva għall-grupp ta’ rkaptu b’mod ġenerali.

Artikolu 10

Obbligi tar-rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol, f’format elettroniku u f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe adattament għall-isforz massimu permess tas-sajd imsemmi fl-Artikoli 16 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

2.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri sabiex jipprovdu dejta addizzjonali bħal dejta diżaggregata dwar qabdiet tal-merluzz u totali, rimi lura tal-merluzz, l-isforz tas-sajd, l-irkaptu u ż-żona għall-irkaptu donatur u riċevitur u l-metodoloġija użata għall-kalkolu tas-cpue.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.


ANNESS I

Kontenut u format tat-talbiet għall-esklużjoni

1.

It-talbiet għall-esklużjoni għandhom ikollhom deskrizzjoni dettaljata tal-grupp ta’ bastimenti u l-attivitajiet jew il-karatteristiċi tekniċi tiegħu li jwasslu għall-qabdiet tal-merluzz ta’ anqas minn 1,5 % tal-qbid totali tagħhom kif stipulat fil-Tabelli 1, 3 u 5.

2.

Jekk it-talba tirrigwarda grupp ta’ bastimenti li jistadu biss b’irkaptu regolat li l-attributi tekniċi tiegħu jirriżultaw f’qabdiet ta’ merluzz, inkluż ir-rimi lura, ta’ anqas minn 1,5 % tal-qabdiet totali ta’ dak il-grupp, għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni dettaljata dwar l-attributi tekniċi tal-irkaptu u l-evidenza xjentifika disponibbli li tikkonferma s-selettività tiegħu.

3.

Jekk it-talba tirrigwarda grupp ta’ bastimenti li jistadu f’ċertu parti ta’ żona ġeografika li fiha l-użu ta’ rkaptu regolat iwassal għal qabdiet ta’ merluzz, inkluż ir-rimi lura, ta’ anqas minn 1,5 % tal-qabdiet totali ta’ dak il-grupp, minħabba l-fatt li din il-parti taż-żona ġeografika tinsab barra ż-żona ta’ distribuzzjoni tal-merluzz, għandha jkollha l-evidenza disponibbli li turi li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti kkonċernati huma ristretti għaż-żona magħżula.

4.

It-talba għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ monitoraġġ li se jiġu applikati lill-grupp ta’ bastimenti li se jiġu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz sabiex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa għar-rappurtar annwali. It-talba għandha tirreferi wkoll għas-sistema għall-kontroll tal-grupp ta’ bastimenti. Informazzjoni dettaljata hija meħtieġa fejn l-Istat Membru jrid jiżgura li l-attività tal-grupp se tkun ristretta għal partijiet ta’ żona ġeografika.

5.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tista’ tippermetti lill-STECF tivvaluta jekk il-grupp ta’ bastimenti konċernat jikkonformax mal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 tista’ tingħata mill-Istati Membru.

6.

Il-talbiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni f’format Excel jew ekwivalenti.

Tabella 1

Attivitajiet tal-grupp ta’ bastimenti

Pajjiż

(1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sena

(2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Grupp tal-isforz

(3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nru CFR

kW

Xahar

Irkaptu regolat

Daqs tal-malja

Ġeografika

Subżona

Medda tal-fond tas-sajd li operaw fih

Ħatt l-art tal-merluzz

Rimi lura tal-merluzz

Qbid totali

Sforz

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

 

 

 

 

 

 

 

Totali:

 

 

 

 


Tabella 2

Format tad-dejta għal Tabella 1

Isem il-kaxxa

Għadd massimu ta’ karattri/ċifri

Allinjament

L(Xellug)/R(Lemin)

Definizzjonijiet u kummenti

(1)

Pajjiż

3

R

L-Istat Membru li qed jippreżenta t-talba jew ir-rapport.

(2)

Sena

4

L

Is-sena li għaliha hija ppreżentata t-talba, li trid tkun waħda mill-aħħar sentejn li jiġu immedjatament qabel is-sena li għaliha l-Istat Membru qed jitlob l-esklużjoni.

(3)

Grupp ta’ sforz

8

R

L-ikkombinar flimkien tal-gruppi tal-irkaptu u tal-gruppi taż-żoni ġeografiċi kif imniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li minnhom jagħmel parti l-grupp ta’ bastimenti.

(4)

Nru CFR

12

R

In-numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità tal-bastiment.

(5)

kW

4

R

Il-kapaċità espressa f’kW li għandha tkun konsisteni mas-CFR.

(6)

Xahar

2

L

Għal kull xahar tal-istaġun tas-sajd kopert minn din it-talba.

(7)

Irkaptu regolat

3

R

Wieħed mit-tipi ta’ rkaptu li ġejjin

 

TR1

 

TR2

 

TR3

 

BT1

 

BT2

 

GN

 

TG

 

LL

(8)

Daqs tal-malja

3

L

Id-daqs tal-malja għandu jikkorrispondi mal-malja reali użata mill-grupp ta’ bastimenti.

(9)

Żona

9

R

Waħda miż-żoni ġeografiċi li ġejjin kif imniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008:

 

(a)

 

(b)(i)

 

(b)(ii)

 

(b)(iii)

 

(c)

 

(d).

(10)

Subżona

10

R

Fejn meħtieġ: Speċifika s-subżona li fiha jseħħu l-operazzjonijiet tas-sajd.

(11)

Medda bejn il-fond minimu u l-fond massimu li fih jopera s-sajd

8

R

Din il-kolonna għandha timtela biss fejn japplika l-punt 3 ta’ dan l-Anness.

(12)

Ħatt l-art tal-merluzz

7

L

Il-ħatt l-art tal-merluzz relatat mal-attività jew il-karatteristiċi tekniċi tal-grupp ta’ bastimenti li għalihom qed tintalab l-esklużjoni.

(13)

Rimi lura tal-merluzz

7

L

L-ammont tar-rimi lura tal-merluzz.

(14)

Qbid totali

7

L

Il-qbid totali (il-ħatt l-art u r-rimi lura) skont il-piż tal-merluzz u tal-ħut l-ieħor, tal-krustaċji u l-molluski kollha skont il-bastiment.

(15)

Sforz

7

L

L-ammont tal-isforz tas-sajd espress f’jiem kilowatt użat sabiex jinkiseb il-qbid totali (13).

Tabella 3

Format tat-talba għall-esklużjoni fejn hija użata dejta minn skemi abbord jew programmi oħra ta’ kampjunar

1.

Fejn id-dejta dwar ir-rimi lura għal kull bastiment mhijiex disponibbli, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni miġbura minn skemi ta’ osservazzjoni abbord jew programmi oħra ta’ kampjunar. Id-dejta ppreżentata għandha tkun rilevanti għall-grupp ta’ bastimenti. Sabiex ikun ivvalutat il-proporzjon tal-merluzz fil-qabda matul l-attività tal-grupp ta’ bastimenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

Nru tal-vjaġġ

Nru CFR

Kapaċità

Irkaptu

Daqs tal-malja

Ġeografika

Fond

Xahar

Speċijiet fil-mira

Qabdiet ta’ merluzz

Qbid totali

Sforz użat

Sforz totali

Intensità tal-kampjunar

LOA

TG

kW

Ħatt l-art

Rimi lura

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

(16)

(17)

2.

L-intensità tal-kampjunar għandha ssegwi l-pjanijiet ta’ kampjunar stabbiliti skont il-Qafas Komunitarju għall-Ġbir tad-Dejta fejn jittieħdu kampjuni mill-grupp ta’ bastimenti bħala métier skont dak il-qafas. Fejn grupp ta’ bastimenti mhuwiex kopert mill-Qafas Komunitarju għall-Ġbir tad-Dejta, l-istrateġija ta’ kampjunar għandha ssegwi l-metodu żviluppat bħala parti mill-programm nazzjonali stabbilit skont dak il-programm.

Tabella 4

Format tad-dejta għal Tabella 3

Isem il-kaxxa

Għadd massimu ta’ karattri/ċifri

Allinjament

L(Xellug)/R(Lemin)

Definizzjonijiet u kummenti

(1)

Nru tal-vjaġġ

3

L

Numerazzjoni konsekuttiva.

(2)

Nru CFR

12

R

In-numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità tal-bastiment.

(3)

kapaċità

LOA

5

L

Il-kapaċità tal-bastiment individwali użat għall-iskemi abbord jew programmi ta’ kampjunar. Għandha tkun konsistenti mad-dejta fis-CFR.

(4)

TG

6

L

(5)

kW

6

L

(6)

Irkaptu

3

R

Wieħed mit-tipi ta’ rkaptu li ġejjin:

 

TR1

 

TR2

 

TR3

 

BT1

 

BT2

 

GN

 

TG

 

LL

(7)

Daqs tal-malja

3

L

Id-daqs tal-malja għandu jikkorrispondi mal-malja reali użata mill-grupp ta’ bastimenti.

(8)

Żona

8

R

Waħda miż-żoni ġeografiċi li ġejjin:

 

(a)

 

(b)(i)

 

(b)(ii)

 

(b)(iii)

 

(c)

 

(d)

(9)

Fond

5/5

L

Fejn meħtieġ: Speċifika l-fond jew il-medda ta’ fondijiet li fihom qed iseħħu l-operazzjonijiet tas-sajd.

(10)

Xahar

2

L

Id-dejta dwar il-qbid u l-isforz għandha tkun mogħtija skont il-bastiment skont ix-xahar tas-sena u għat-[tliet] snin tal-kalendarju l-aktar reċenti.

(11)

Speċijiet fil-mira

7

R

Il-kodiċi Alpha-3 tal-ispeċijiet kif stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 (1).

(12)

Ħatt l-art tal-merluzz

5

L

L-ammont tal-ħatt l-art tal-merluzz.

(13)

Rimi lura tal-merluzz

5

L

L-ammont ta’ rimi lura tal-merluzz skont il-pjan ta’ kampjunar rappreżentattiv tal-attività jew il-karatteristiċi tekniċi tal-grupp ta’ bastimenti. Id-dejta dwar ir-rimi lura jista’ jirreferi għall-partijiet tal-grupp ta’ bastimenti.

(14)

Qbid totali

6

L

Il-qabdiet (il-ħatt l-art u r-rimi lura) skont il-piż tal-merluzz u tal-ħut l-ieħor, tal-krustaċji u tal-molluski kollha.

(15)

Sforz użat

7

L

L-ammont tal-isforz tas-sajd espress f’jiem kilowatt użat sabiex jinkiseb il-qbid totali (12).

(16)

Sforz totali

7

L

L-isforz totali tal-grupp ta’ bastimenti matul l-istaġun tas-sajd.

(17)

Intensità tal-kampjunar

3

L

Il-proporzjon tal-isforz skont il-kampjuni mal-isforz magħmul mill-grupp ta’ bastimenti matul l-istaġun tas-sajd.


Tabella 5

Sforz tas-sajd assoċjat mal-attività tal-grupp ta’ bastimenti użat matul il-perjodu ta’ referenza

Nru CFR

Żona Ġeografika

Irkaptu

Irkaptu

(pjan tal-merluzz)

Jiem kilowatt

2004

2005

2006

2007

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

 

 

 

Medja:

(9)

(10)


Tabella 6

Format tad-dejta għal Tabella 5

Isem il-kaxxa

Għadd massimu ta’ karattri/ċifri

Allinjament

L(Xellug)/R(Lemin)

Definizzjonijiet u kummenti

(1)

Nru CFR

12

R

In-numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità tal-bastiment.

(2)

Żona Ġeografika

8

R

Waħda miż-żoni li ġejjin:

 

(a)

 

(b)(i)

 

(b)(ii)

 

(b)(iii)

 

(c)

 

(d)

(3)

Irkaptu

5

R

Kif definit fl-Anness IIA tar-Regolamenti tal-Opportunitajiet tas-Sajd 2004-2007.

(4)

Irkaptu (pjan tal-merluzz)

3

R

Wieħed mit-tipi ta’ rkaptu li ġejjin:

 

TR1

 

TR2

 

TR3

 

BT1

 

BT2

 

GN

 

TG

 

LL

(5), (6), (7) u (8)

9

L

L-ammont tal-isforz tas-sajd f’jiem kilowatt assoċjat mal-attività jew il-karatteristiċi tekniċi tal-grupp ta’ bastimenti matul il-perjodu ta’ referenza. Is-snin 2004-2005 jew 2006-2007 biss għandhom jimtlew.

(9) jew (10)

9

L

L-isforz medju f’jiem kilowatt matul is-snin 2004-2006 u 2005-2007.


(1)   ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS II

Lista ta’ bastimenti fil-pussess ta’ permessi speċjali għas-sajd

Isem il-bastiment(i)

Nru CFR

Eskluż(i) mir-reġim tal-isforz tas-sajd (Iva/Le)

kW

Irkaptu/i

Żona/i ġeografika/ċi

Il-grupp tal-isforz

 

 

 

 

 

 

 

Il-lista għandha tkun f’format tal-Excel jew ekwivalenti jew is-sit tal-Internet konċernat għandu jħalli li d-dejta titniżżel f’format tal-Excel jew ekwivalenti. Id-dejta fil-lista għandha tkun konsistenti mad-dejta fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità. Id-deskrizzjoni tal-irkaptu u ż-żona tas-sajd għandhom ikunu konsistenti mal-gruppi tal-irkaptu u ż-żoni ġeografiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.


ANNESS III

Kontenut u format tan-notifika ta’ kapaċità massima

Tabella 1

Listi ta’ bastimenti użati għall-istabbiliment tal-kapaċità massima

[sena]

kW

Żona ġeografika

Nru CFR

a

b

c

d

 

 

 

 

 

 


Tabella 2

Kapaċità massima tal-bastimenti f’kW għal kull waħda miż-żoni

[Data]

Żona ġeografika

Kapaċità f’kW

a

b

c

d

Bidu

 

 

 

 

Adattat

 

 

 

 

1.

Fl-adattament tal-kapaċità massima, għandha tiġi applikata l-formula li ġejja:

kWmc = kW2006 or 2007 – kW1 – kW2 + kW3

Fejn:

kWmc

:

hija l-kapaċità massima espressa f’kW tal-bastimenti li jistgħu jkunu fil-pussess ta’ permessi speċjali tas-sajd fiż-żona ġeografika.

kW2006 jew 2007

:

hija l-kapaċità totali espressa f’kW u stabbilita skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għas-sena 2006 jew 2007.

kW1

:

hija l-qawwa totali tal-bastimenti li ħallew il-flotta bl-għajnuna pubblika wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

kW2

:

hija l-qawwa totali tal-bastimenti trasferiti miż-żona ġeografika fl-2009.

kW3

:

hija l-qawwa totali tal-bastimenti trasferiti għaż-żona ġeografika fl-2009.

2.

Il-lista tal-bastimenti u t-tabella tal-kapaċità massima għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni f’format Excel jew ekwivalenti.

ANNESS IV

Notifika ta’ fattur ta’ korrezzjoni differenti

Fattur standard ta’ korrezzjoni

CPUE tal-grupp tal-isforz donatur

CPUE tal-grupp tal-isforz riċevitur

 

 

 

It-talba għandu jkollha wkoll l-informazzjoni stipulata fit-Tabelli 4 u 5 tal-Anness V.


ANNESS V

Format u kontenut tan-notifiki

1.

It-tabelli 1, 3 u 4 għandhom jintbagħtu sabiex il-Kummissjoni tkun notifkata bl-adattament tal-isforz tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 16(1) u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

2.

It-Tabelli 4 u 5 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sabiex tkun notifikata bit-trasferimenti tal-isforz tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

3.

In-notifiki għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni f’format Excel jew ekwivalenti.

Tabella 1

Notifika dwar l-adattament tal-isforz tas-sajd

Pajjiż

Bażi legali

Grupp ta’ sforz

cpue

Ammont tal-kwota soġġett għall-iskambju

Ammont tal-isforz soġġett għall-adattament

Sforz tas-sajd massimu permess inizjali

Sforz tas-sajd massimu permess adattat

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)


Tabella 2

Format tad-dejta għal Tabella 1

Isem il-kaxxa

Għadd massimu ta’ karattri/ċifri

Allinjament L(Xellug)/R(Lemin)

Definizzjonijiet u kummenti

(1)

Pajjiż

3

R

Il-pajjiż li qed jippreżenta n-notifika

(2)

Bażi legali

8

R

L-Artikolu

16(1)(a)

16(1)(b)

16(2)

tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008

(3)

Grupp(i) tal-isforz

10

R

L-ikkombinar flimkien tal-gruppi tal-irkaptu u tal-gruppi taż-żoni ġeografiċi li minnhom jagħmel parti l-grupp ta’ bastimenti kif imniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Żona ġeografika/irkaptu

(4)

cpue

5

L

Il-qbid għal kull unità tal-isforz tal-grupp tal-isforz konċernat

(5)

Ammont tal-kwota soġġett għall-iskambju

7

L

L-ammont tal-kwota soġġett għall-iskambju jew il-qtugħ tal-kontinwità tal-iskambju

(6)

Ammont tal-isforz soġġett għall-adattament

7

L

L-isforz f’jiem kilowatt li jikkorrispondi mal-ammont irkuprat tal-kwota u kkalkulat abbażi tas-cpue tal-grupp tal-isforz ikkonċernat

(7)

Sforz tas-sajd massimu permess inizjali

7

L

L-isforz tas-sajd massimu permess tal-grupp tal-isforz konċernat għas-sena ta’ notifika f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill annwali li jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permess.

(8)

Sforz tas-sajd massimu permess adattat

7

L

L-ammont tal-isforz tas-sajd massimu permezz wara l-adattament għall-grupp tal-isforz konċernat


Tabella 3

Informazzjoni dwar l-iskambju tal-kwota

Data tat-trasferiment

Pajjiż

Speċijiet

Żona ġeografika

Ammont

minn

għal

minn

għal

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 4

Notifika tas-cpue

[grupp tal-isforz]

[sena 1]

[sena 2]

[sena 3]

Medja

Ħatt l-art tal-merluzz

 

 

 

 

Rimi lura tal-merluzz

 

 

 

 

Totali tal-jiem kilowatt

 

 

 

 

 

 

 

CPUE (*1)

 


Tabella 5

Notifika tat-trasferiment tal-isforz tas-sajd

[Pajjiż]

Grupp tal-isforz donatur

Grupp tal-isforz riċevitur

Grupp tal-isforz

 

 

Sforz fil-bidu f’jiem kilowatt

 

 

CPUE

 

 

Fattur standard ta’ korrezzjoni

 

Sforz trasferit f’jiem kilowatt

+

Sforz tas-sajd massimu permess adattat f’jiem kilowatt

 

 


(*1)   Għandhom jiġu kkalkulati skont il-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 9.


23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 238/2010

tat-22 ta’ Marzu 2010

li jemenda l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżit għall-ittikettjar tax-xorbiet li fihom volum ta’ aktar minn 1,2 % ta’ alkoħol u li fihom ċerti koloranti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jipprovdi lista ta’ koloranti tal-ikel li għalihom it-tikketta jrid ikun fiha l-informazzjoni miżjuda li dawk il-koloranti jistgħu jkollhom effett negattiv fuq l-attività u l-attenzjoni tat-tfal.

(2)

Eċċezzjoni għal din ir-regola hija diġà prevista fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għall-oġġetti tal-ikel li fihom il-kolorant intuża għal għanijiet ta’ saħħa jew fil-marki fuq il-prodotti tal-laħam jew għall-ittimbrar jew bħala kuluri dekorattivi fuq il-qxur tal-bajd.

(3)

Il-koloranti elenkati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistgħu jintużaw f’ċerti xarbiet alkoħoliċi, bħall-inbejjed aromatizzati, ix-xarbiet aromatizzati b’bażi ta’ nbid u koktejls aromatizzati prodotti mill-inbid, inbejjed tal-frott, is-sajder, il-perri u ċerti xarbiet b’kontenut għoli ta’ alkoħol. Billi l-prodotti li fiħom kontenut ta’ aktar minn 1,2 % volum ta’ alkoħol mhumiex maħsubin għall-konsum tat-tfal, l-ittikettjar miżjud previst fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għalhekk la hu meħtieġ u lanqas mhu xieraq għal dawn l-oġġetti tal-ikel.

(4)

Għaldaqstant l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ma ġewx ikkontestati la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

In-nota tal-qiegħ “(*) Bl-eċċezzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li fihom il-kolorant(i) ġie/ġew użat(i) għall-għan tas-saħħa jew għal marki oħrajn fuq prodotti tal-laħam jew għall-ittimbrar jew bħala kuluri dekorattivi fuq il-qxur tal-bajd” jiġi sostitwit b’li ġej:

“(*)

Bl-eċċezzjoni ta’:

(a)

oġġetti tal-ikel li fihom il-kolorant(i) ġie/ġew użat(i) għall-għan tas-saħħa jew għal marki oħrajn fuq prodotti tal-laħam jew għall-ittimbrar jew bħala kuluri dekorattivi fuq il-qxur tal-bajd u

(b)

xarbiet li fihom iżjed minn 1,2 % volum ta’ alkoħol.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-20 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament se jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.


23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 239/2010

tat-22 ta’ Marzu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 18(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/496/KEE tistabbilixxi l-kundizzjoni tal-kwarantina fir-rigward tal-annimali ħajjin importati minn pajjiżi terzi, inklużi l-kundizzjonijiet ġenerali li għandhom jiġu ssodisfati miċ-ċentri tal-kwarantina li jinsabu fl-Unjoni. L-Anness B ta’ dik id-Direttiva jistipula lista ta’ kundizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ ċentri.

(2)

L-Artikolu 10(4)(b) tad-Direttiva 91/496/KEE, kif emendat permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni fl-oqsma veterinarji u żutekniċi (3), introduċa proċedura simplifikata għall-elenkar u l-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ ċentri tal-kwarantina approvati fejn jitpoġġew l-annimali ħajjin fi kwarantina jew f’iżolament jekk il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun titlob dan. Skont dik il-proċedura l-ġdida, li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010, il-kompetenza tal-istabbiliment tal-lista ta’ ċentri tal-kwarantina approvati li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fl-Anness B ta’ dik id-Direttiva tgħaddi mingħand il-Kummissjoni għal għand l-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (4) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerti għasafar għajr it-tjur tal-irziezet. L-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-faċilitajiet u ċ-ċentri tal-kwarantina approvati għandhom jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet minimi stipulati fl-Anness IV tiegħu. Barra minn hekk, l-Anness V ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati.

(4)

Fl-interessi tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 u li jitħassar l-Anness V tiegħu sabiex jirrifletti l-proċeduri l-ġodda għall-approvazzjoni u l-elenkar tal-faċilitajiet u ċ-ċentri tal-kwarantina previsti fid-Direttiva 91/496/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2008/73/KE. Xi Stati Membri diġà bdew ifasslu listi ta’ ċentri tal-kwarantina approvati sabiex jittrasponu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(4)(b) tad-Direttiva 91/496/KEE. Għaldaqstant, fl-interessi taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jixraq li l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 jkunu applikabbli mill-istess data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 91/496/KEE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati

Il-faċilitajiet u ċ-ċentri tal-Kwarantina approvati għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fl-Anness IV.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista taċ-ċentri u l-faċilitajiet tal-kwarantina approvati u n-numri tal-approvazzjoni tagħhom u jqiegħdha għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.”

(2)

L-Anness V jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)   ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.

(4)   ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.


23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 240/2010

tat-22 ta’ Marzu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

103,1

JO

62,0

MA

73,6

TN

132,6

TR

116,9

ZZ

97,6

0707 00 05

JO

119,8

MK

124,9

TR

134,3

ZZ

126,3

0709 90 70

JO

97,9

MA

182,3

TR

140,7

ZZ

140,3

0805 10 20

EG

43,5

IL

58,2

MA

52,9

TN

48,2

TR

62,9

ZZ

53,1

0805 50 10

EG

76,3

IL

91,6

MA

53,9

TR

66,2

ZZ

72,0

0808 10 80

AR

83,4

BR

79,0

CA

99,1

CL

95,5

CN

69,4

MK

24,7

US

125,6

UY

68,2

ZZ

80,6

0808 20 50

AR

80,8

CL

90,8

CN

41,7

US

134,2

ZA

96,2

ZZ

88,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/168/PESK

tat-22 ta’ Marzu 2010

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Lulju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/612/PESK (1) dwar il-ħatra ta' Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-Afganistan.

(2)

Is-Sur Vygaudas USACKAS għandu jinħatar bħala RSUE fl-Afganistan mill-1 ta' April 2010 sal-31 ta' Awwissu 2010. Madankollu, il-mandat tar-RSUE jista' jiġi tterminat qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(3)

Ir-RSUE fl-Afganistan ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ħatra

Is-Sur Vygaudas USACKAS huwa b'dan maħtur bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-Afganistan mill-1 ta' April 2010 sal-31 ta' Awwissu 2010. Il-mandat tar-RSUE jista' jiġi tterminat qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq rakkomandazzjoni tar-RGħ wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

Ir-RSUE għandu jirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-UE” jew “l-Unjoni”) u jippromwovi l-objettivi ta' politika tal-UE fl-Afganistan, b'kooperazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE fl-Afganistan. B'mod aktar speċifiku, ir-RSUE għandu:

(a)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u jmexxi l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Afganistan u l-Pakistan, fejn dan ikun jikkonċerna lill-Afganistan, b'hekk jaħdem mar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE fl-Afganistan;

(b)

jappoġġa r-rwol ċentrali li għandhom in-Nazzjonjijet Uniti (NU) fl-Afganistan b'enfasi partikolari fuq il-kontribut għal assistenza internazzjonali kkoordinata aħjar, b'hekk jippromwovi l-implimentazzjoni tal-London Conference Communiqué, il-Ftehim mal-Afganistan kif ukoll Riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jitwettaq il-mandat, ir-RSUE għandu, b'kooperazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE fl-Afganistan:

(a)

jippromwovi l-fehmiet tal-Unjoni dwar il-proċess politiku u l-iżviluppi fl-Afganistan;

(b)

iżomm kuntatt mill-qrib, u jappoġġa l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet Afgani rilevanti, b'mod partikolari l-gvern u l-parlament kif ukoll l-awtoritajiet lokali. Għandu wkoll jinżamm kuntatt ma' gruppi politiċi Afgani oħra u atturi rilevanti oħra fl-Afganistan;

(c)

iżomm kuntatt mill-qrib ma' partijiet interessati internazzjonali u reġjonali rilevanti fl-Afganistan, b'mod partikolari mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tan-NU u r-Rappreżentant Ċivili Superjuri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u ma' msieħba u organizzazzjonijiet ewlenin oħrajn;

(d)

jagħti parir dwar il-progress miksub biex jintlaħqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan, il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Afganistan u l-Pakistan, sa fejn dan jirrigwarda l-Afganistan, il-Ftehim mal-Afganistan u l-London Conference Communiqué, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

il-bini tal-kapaċità ċivili, b'mod partikolari fil-livell sottonazzjonali,

il-governanza tajba u l-istabbiliment tal-istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt, b'mod partikolari ġudikatura indipendenti,

ir-riformi elettorali,

ir-riformi fis-settur tas-sigurtà, inkluż it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet ġudizzjarji, ta' armata nazzjonali u ta' forza tal-pulizija,

il-promozzjoni tat-tkabbir, l-aktar permezz tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali,

ir-rispett għall-obbligi tal-Afganistan għad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, inkluż ir-rispett għad-drittijiet ta' persuni li jappartjenu lill-minoranzi u d-drittijiet tan-nisa u t-tfal,

ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt,

it-trawwim tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-amministrazzjoni pubblika u fis-soċjetà ċivili,

ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Afganistan, inkluża l-kooperazzjoni fl-isforzi internazzjonali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u l-proliferazzjoni tal-armamenti u l-armi ta' qerda massiva u materjali relatati,

il-faċilitazzjoni ta' assistenza umanitarja u r-ritorn b'mod ordnat ta' refuġjati u ta' persuni spostati internament, u

it-tisħiħ tal-effettività tal-preżenza u l-attivitajiet tal-Unjoni fl-Afganistan u l-kontribut għall-formulazzjoni tar-rapporti ta' implimentazzjoni regolari ta' kull sitt xhur dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE mitlubin mill-Kunsill;

(e)

jipparteċipa b'mod attiv f'fora ta' koordinazzjoni lokali bħall-Bord Konġunt ta' Koordinazzjoni u Monitoraġġ (JCMB), waqt li jżomm l-Istati Membri mhux parteċipanti infurmati bis-sħiħ dwar id-deċiżjonijiet meħudin f'dawn il-livelli;

(f)

jagħti parir dwar il-parteċipazzjoni u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni fil-konferenzi internazzjonali fir-rigward tal-Afganistan u jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2010 għandu jkun EUR 2 500 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta' April 2010. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull infiq.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-istruttura tat-tim tiegħu. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' persunal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Unjoni lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernati rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu jiġu stazzjonati wkoll mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-Unjoni mandanti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/partijiet ospitanti kif ikun jeħtieġ il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards ta' sigurtà minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (2), b'mod partikolari fil-ġestjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għall-informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet talUnjoni u/jew l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, il-ġestjoni tal-moviment sigur ta' persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u li jinkludi pjan ta' kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jridu jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal kkuntrattat lokalment, ikunu ħadu taħriġ ta' sigurtà xieraq qabel u mal-wasla fiż-żona tal-missjoni, ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ta' riskju mogħtija liż-żona ta' missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport intermedju u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rapportar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-miktub. Jekk ikun meħtieġ, ir-RSUE għandu jippreżenta rapport ukoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni fil-post jaġixxu b'mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom ikunu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk tar-RSUE għall-Asja Ċentrali u mar-rappreżentanza tal-Unjoni fil-Pakistan. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni b'aġġornamenti regolari.

2.   Fuq il-post għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri fir-reġjun. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandat tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw ma' xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fi tmiem il-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 197, 25.7.2008, p. 60.

(2)   ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Marzu 2010

dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1613)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/169/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE tas-6 ta’ Awwissu 2002 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt mal-ikel (2) tistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik. Skont l-Artikolu 4a(1) ta’ dik id-Direttiva, wara li tintbagħat applikazzjoni u l-valutazzjoni xjentifika tagħha mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, addittiv ġdid jista’ jiżdied ma’ din il-lista.

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 1998 RCC Registration Consulting bagħtet dejta għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether f’isem Ciba Inc biex jintuża fil-manifattura tal-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel.

(3)

Skont l-Artikolu 4a(5) tad-Direttiva 2002/72/KE 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether iddaħħal fil-lista provviżorja ta’ addittivi stipulata fl-Artikolu 4a(3) tagħha.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-15 ta’ Marzu 2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ikkonkludiet li l-użu mitlub ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether jista’ jiġi aċċettat, kemm-il darba s-sustanza ma tgħaddix fl-ikel b’aktar minn 5 mg kull kg ta’ ikel.

(5)

Fil-21 ta’ April 2009 Ciba Inc għarrfet lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha li tirtira l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sustanza bħala addittiv fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel. Il-kumpanija ma tqisx iktar bħala xieraq l-użu tas-sustanza fil-plastik maħsub biex jiġi f’kuntatt mal-ikel.

(6)

Billi ma għadx hemm iktar applikazzjoni valida għall-użu ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether bħala addittiv fil-plastik maħsub biex jiġi f’kuntatt mal-ikel, is-sustanza ma għandhiex tiġi inkluża fl-Anness III tad-Direttiva 2002/72/KE.

(7)

Għaldaqstant, skont il-punt (b) tal-Artikolu 4a(6) tad-Direttiva 2002/72/KE, is-sustanza għandha titneħħa mil-lista provviżorja ta’ addittivi.

(8)

Meta jitqies li 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether seta’ ntuża fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel, għandu jiġi introdott perjodu tranżizzjonali għat-tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li fihom din is-sustanza.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether (Nru CAS 0003380-34-5, Nru ta’ ref. 93930) ma għandux jiġi inkluż fl-Anness III tad-Direttiva 2002/72/KE.

Artikolu 2

Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik immanifatturati bi 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether u mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Novembru 2010, jistgħu jissoktaw fis-suq sal-1 ta’ Novembru 2011, suġġetti għal-liġi nazzjonali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)   ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.


23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Marzu 2010

li tirtira r-referenza tal-istandard EN 353-1:2002 “Tagħmir personali protettiv li jwaqqaf waqgħa mill-għoli – Parti 1: Tip ta’ tagħmir iggwidat li jinkludi ħabel riġidu li jwaqqaf il-waqgħa” b’konformità mad-Direttiva 89/686/KEE tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1619)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/170/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti mwaqqaf mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli tas-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (2),

Billi:

(1)

L-istandard Ewropew EN 353-1:2002 “Tagħmir personali protettiv li jwaqqaf waqgħa mill-għoli – Parti 1: Tip ta’ tagħmir iggwidat li jinkludi ħabel riġidu li jwaqqaf il-waqgħa”, ġie adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) fit-12 ta’ Marzu 2002. Ir-referenza tal-istandard ġiet ippubblikata għall-ewwel darba f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-28 ta’ Awwissu 2003 (3).

(2)

Ir-Renju Unit ressaq oġġezzjoni formali rigward l-istandard EN 353-1:2002.

(3)

Rigward il-klawsola 4.7 ta’ EN 353-1:2002, ir-Renju Unit jikkunsidra li l-ispeċifikazzjonijiet marbutin mal-istruzzjonijiet għall-utenti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fit-taqsima 1.4(a) u (b) tal-Anness II għad-Direttiva.

(4)

Rigward il-klawsola 5 tal-istandard EN 353-1:2002, ir-Renju Unit jikkunsidra li l-metodu tat-test preskritt ma jittestjax għal kundizzjonijiet tal-waqgħa li wieħed jista’ raġonevolment jistennihom, bħal “waqgħa lura” jew “waqgħa għall-ġenb”, u dan iwassal għar-riskju konsiderevoli tal-falliment tat-tagħmir. Għaldaqstant, ir-Renju Unit jikkunsidra li l-istandard ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fit-taqsimiet 1.1.1. u 3.1.2.2 tal-Anness II għad-Direttiva.

(5)

Wara li studjat l-istandard EN 353-1:2002 il-Kummissjoni ddeterminat li ma jissodisfax kompletament il-ħtiġiet essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà stipulati fit-taqsimiet 1.1.1, 1.4 u 3.1.2.2 tal-Anness II għad-Direttiva 89/686/KEE.

(6)

Ir-referenza tal-istandard EN 353-1:2002 għalhekk għandha tiġi rtirata mil-lista ta’ standards armonizzati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’riżultat ta’ dan, il-konformità mal-istandards relevanti nazzjonali li jittrasponu l-istandard armonizzat EN 353-1:2002 ma għadhiex tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti bażiċi tad-Direttiva 89/686/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenza tal-istandard EN 353-1:2002 “Tagħmir personali protettiv li jwaqqaf waqgħa mill-għoli – Parti 1: Tip ta’ tagħmir iggwidat li jwaqqaf il-waqgħa li jinkludi ħabel riġidu għall-ankra” hija rtirata mil-lista ta’ standards armonizzati ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)   ĠU L 399, 30.12.1989 p. 18.

(2)   ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(3)   ĠU C 203, 28.8.2003, p. 10.


23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE dwar programmi ta’ sorveljanza għall-Irlanda u l-Ungerija u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Irlanda għal ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1625)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/171/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 49(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE tal-31 ta’ Ottubru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tas-sorveljanza u l-programmi ta’ qerda u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri, żoni u kompartimenti (2) tistabbilixxi lista ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza approvati, fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-mard mhux eżotiku mniżżel fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE (“mard mhux eżotiku”). Id-Deċiżjoni 2009/177/KE tistabbilixxi wkoll lista ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard fir-rigward ta’ wieħed jew aktar minn dan il-mard.

(2)

Parti A tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE tistabbilixxi lista ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza approvati u Parti C ta’ dak l-Anness tistabbilixxi l-lista ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-mard mhux eżotiku.

(3)

L-Irlanda u l-Ungerija ppreżentaw applikazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza mutliannwali fir-rigward tal-marda tal-virus tal-erpete tal-Koi (KHV). Dawn il-programmi jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-approvazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2006/88/KE u d-Deċiżjoni 2009/177/KE. Skont dan, dawn għandhom ikunu approvati u inklużi fil-lista fil-Parti A tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE.

(4)

It-territorju kollu tal-Irlanda, għajr il-Gżira Cape Clear, bħalissa hu mniżżel fil-Parti C tal-Anness tad-Deċiżjoni 2009/177/KE, bħala ddikjarat ħieles mill-mard għas-settiċemija emorraġika virali (VHS). L-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni dikjarazzjoni ta’ ħelsien minn dik il-marda għall-Gżira Cape Clear. Din id-dikjarazzjoni ġiet miżjuda mal-aġenda tal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta’ Jannar 2010. Id-dikjarazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għal dikjarazzjoni ta’ ħelsien minn mard stabbiliti fid-Direttiva 2006/88/KE u d-Deċiżjoni 2009/177/KE. Skont dan, it-territorju kollu tal-Irlanda għandu jiġi ddikjarat ħieles mill-VHS. Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE għandha tiġi emendata kif jeħtieġ.

(5)

Id-Deċiżjoni 2009/177/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE hu emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)   ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15.


ANNESS

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza approvati

Marda

Stat Membru

Kodiċi ISO

Dimarkazzjoni ġeografika tal-erja taħt programm ta’ sorveljanza (Stati Membri, żoni jew kompartimenti)

Is-settiċemija virali emorraġika (VHS)

 

 

 

Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

 

 

 

Il-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV)

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

L-Ungerija

HU

It-territorju kollu

L-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

 

 

 

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

 

 

 

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

 

 

 

Il-marda tal-white spot”

 

 

 

(2)

Il-Parti C tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI C

Stati Membri, żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard

Marda

Stat Membru

Kodiċi ISO

Dimarkazzjoni ġeografika tal-erja ħielsa mill-mard (Stati Membri, żoni jew kompartimenti)

Is-settiċemija virali emorraġika (VHS)

Id-Danimarka

DK

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma u kostali ta’:

Hansted Å

Hovmølle Å

Grenå

Treå

Alling Å

Kastbjerg

Villestrup Å

Korup Å

Sæby Å

Elling Å

Uggerby Å

Lindenborg Å

Øster Å

Hasseris Å

Binderup Å

Vidkær Å

Dybvad Å

Bjørnsholm Å

Trend Å

Lerkenfeld Å

Vester Å

Lønnerup med tilløb

Fiskbæk Å

Slette Å

Bredkær Bæk

Vandløb til Kilen

Resenkær Å

Klostermølle Å

Hvidbjerg Å

Knidals Å

Spang Å

Simested Å

Skals Å

Jordbro Å

Fåremølle Å

Flynder Å

Damhus Å

Karup Å

Gudenåen

Halkær Å

Storåen

Århus Å

Bygholm Å

Grejs Å

Ørum Å

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ċipru

CY

Iż-żoni kontinentali kollha fit-territorju tiegħu

Il-Finlandja

FI

Iż-żoni kontinentali u kostali kollha fit-territorju tagħha, minbarra:

1.

il-Provinċja ta’ Åland;

2.

il-muniċipalitajiet ta’ Uusikaupunki, Pyhäranta u Rauma

L-Isvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

Iż-żoni kollha kontinentali u kostali fil-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey

Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

Id-Danimarka

DK

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ċipru

CY

Iż-żoni kontinentali kollha fit-territorju tiegħu

Il-Finlandja

FI

It-territorju kollu

L-Isvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

Iż-żoni kollha kontinentali u kostali fil-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey

Il-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV)

 

 

 

L-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

Il-Belġju

BE

It-territorju kollu

Il-Bulgarija

BG

It-territorju kollu

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

It-territorju kollu

Id-Danimarka

DK

It-territorju kollu

Il-Ġermanja

DE

It-territorju kollu

L-Estonja

EE

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Il-Greċja

EL

It-territorju kollu

Spanja

ES

It-territorju kollu

Franza

FR

It-territorju kollu

L-Italja

IT

It-territorju kollu

Ċipru

CY

It-territorju kollu

Il-Latvja

LV

It-territorju kollu

Il-Litwanja

LT

It-territorju kollu

Il-Lussemburgu

LU

It-territorju kollu

L-Ungerija

HU

It-territorju kollu

Malta

MT

It-territorju kollu

Il-pajjiżi baxxi

NL

It-territorju kollu

L-Awstrija

AT

It-territorju kollu

Il-Polonja

PL

It-territorju kollu

Il-Portugall

PT

It-territorju kollu

Ir-Rumanija

RO

It-territorju kollu

Is-Slovenja

SI

It-territorju kollu

Is-Slovakkja

SK

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

It-territorju kollu

L-Isvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

Iż-żoni kollha kontinentali u kostali fil-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey minbarra l-Gżejjer Shetland tal-Lbiċ

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja

Il-kosta kollha tal-Irlanda ta’ Fuq

Il-kosta kollha ta’ Guernesey u Herm

Iż-żona kostali tal-Istati ta’ Jersey: iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta’ tifrigħ tal-baħar u l-kosta l-iktar viċin bejn fejn hemm l-anqas friegħ fil-Gżira ta’ Jersey u linja immaġinarja tliet mili nawtiċi mill-anqas livell baxx ta’ friegħ tal-ilma tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fin-naħa t’isfel tal-Kanal Ingliż

Il-kosta kollha tal-Isle of Man

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

L-Irlanda

IE

Il-kosta kollha tal-Irlanda, minbarra:

1.

Cork Harbour;

2.

Il-Bajja ta’ Galway;

3.

Il-Port ta’ Ballinakill;

4.

Il-Bajja ta’ Clew;

5.

Il-Kanal ta’ Achill;

6.

Loughmore, il-Bajja ta’ Blacksod;

7.

Lough Foyle;

8.

Lough Swilly

Ir-Renju Unit

UK

Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja, minbarra:

1.

il-kosta tan-Nofsinhar ta’ Cornwall minn Lizard sa Start Point;

2.

il-kosta ta’ Dorset, Hampshire u Sussex minn Portland Bill sa Selsey Bill;

3.

iż-żona tul il-kosta ta’ North Kent u Essex minn North Foreland sa Felixstowe;

4.

iż-żona tul il-kosta tal-Lbiċ ta’ Wales minn Wooltack Point sa St Govan’s Head, inklużi Milford Haven u l-ibħra tal-frugħ tal-Lvant u l-Punent tax-xmara Cleddau;

5.

iż-żona fejn hemm l-ilmijiet ta’ Loch Sunart fuq in-naħa tal-Lvant ta’ linja mfassla min-Nofsinhar Xlokk mill-ponta l-aktar għolja ta’ Maclean’s Nose sa Auliston Point;

6.

iż-żona fejn hemm Loch Tarbert tal-Punent Grigal tal-linja maħżuża Xlokk il-Lvant f’Ardpatrick Point NR 734 578 lejn North Dunskeig Bay f’NR 752 568

Il-kosta kollha tal-Irlanda ta’ Fuq, minbarra:

1.

Lough Foyle;

2.

Strangford Lough

Il-kosta kollha ta’ Guernsey, Herm u tal-Isle of Man

Iż-żona kostali tal-Istati ta’ Jersey: iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta’ tifrigħ tal-baħar u l-kosta l-iktar viċin bejn fejn hemm l-anqas friegħ fil-Gżira ta’ Jersey u linja immaġinarja tliet mili nawtiċi mill-anqas livell baxx ta’ friegħ tal-ilma tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fin-naħa t’isfel tal-Kanal Ingliż.

Il-marda tal-white spot”

 

 

 


23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Marzu 2010

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE fir-rigward tal-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1707)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/172/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 1999/2/KE oġġett tal-ikel ittrattat b’radjazzjoni li tionizza ma jistax jiġi importat minn pajjiż terz sakemm ma jkunx ġie ttrattat f’faċilità ta’ radjazzjoni approvata mill-Komunità.

(2)

Lista ta’ faċilitajiet approvati kienet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE (2).

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tliet faċilitajiet ta’ radjazzjoni fl-Indja permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Esperti tal-Kummissjoni spezzjonaw il-faċilitajiet ta’ radjazzjoni biex jivverifikaw jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE u b’mod partikolari jekk superviżjoni uffiċjali tiggarantixxix li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva.

(4)

Il-faċilitajiet fl-Indja kkonformaw mal-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE. In-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni ġew indirizzati b’mod adegwat mill-awtoritajiet Indjani kompetenti.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2002/840/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/840/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

(2)   ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40.


ANNESS

Il-faċiltajiet li ġejjin jiżdiedu fil-lista fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/840/KE:

 

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 09-2010

Board of Radiation and Isotope Technology

Department of Atomic Energy

BRIT/BARC Vashi Complex

Sector 20, Vashi

Navi Mumbai - 400 705 (Maharashtra)

India

Tel. +91 222784 0000/+91 2227887000

Fax +91 2227840005

Indirizz elettroniku: chief@britatom.gov.in; cebrit@vsnl.net

 

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 10-2010

Board of Radiation and Isotope Technology

ISOMED

Bhabha Atomic Research Centre

South Site Gate, Refinery Road

Next to TATA Power Station, Trombay

Mumbai - 400 085 (Maharashtra)

India

Tel. +91 2225595684/+91 2225594751

Fax +91 2225505338

Indirizz elettroniku: chief@britatom.gov.in; cebrit@vsnl.net

 

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 11-2010

Microtrol Sterilisation Services Pvt. Ltd.

Plot No 14 Bommasandra- Jigani Link Road Industrial Area

KIADB, Off Hosur Road

Hennagarra Post

Bengalooru - 562 106 (Karnataka)

India

Tel. +91 8110653932/+91 8110414030

Fax +91 8110414031

Indirizz elettroniku: vikram@microtrol-india.com


23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Marzu 2010

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/457/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/435/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi għall-perjodu 2007 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta’ nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1713)

(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, biss huma awtentiċi)

(2010/173/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE tal-25 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2007/435/KE ġiet implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/457/KE (2).

(2)

Fir-rigward tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu għat-total kumulattiv ta’ pagamenti minn qabel il-finanzjament li għandhom jingħataw lill-Istati Membri għal programmi annwali.

(3)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit huwa marbut bl-att bażiku u, konsegwentement, b’din id-Deċiżjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda hija marbuta bl-att bażiku u, konsegwentement, b’din id-Deċiżjoni.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta b’din id-Deċiżjoni u lanqas m’hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Id-Deċiżjoni 2008/457/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/457/KE hija emendata kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Artikolu 24 jinbidel b’dan li ġej:

“Progress u rapporti finali dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi annwali u rikjesti għal pagamenti”.

(2)

Fl-Artikolu 24 jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   B’referenza għall-Artikolu 37(3) u (4) tal-att bażiku, it-total kumulattiv tal-pagamenti ta’ qabel il-finanzjament li jsir lil Stat Membru m’għandux jeċċedi 90 % tal-ammont totali allokat lil tali Stat Membru fid-deċiżjoni finanzjarja li tapprova l-programm annwali.

Fejn Stat Membru impenja ruħu fuq livell nazzjonali għal anqas mill-ammont totali allokat mid-deċiżjoni finanzjarja li tapprova l-programm annwali, it-total kumulattiv tal-pagamenti ta’ qabel il-finanzjament m’għandux jeċċedi 90 % tal-ammont li ġie impenjat fuq livell nazzjonali.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 168, 28.6.2007, p. 18.

(2)   ĠU L 167, 27.6.2008, p. 69.