ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.066.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 66

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
16 ta' Marzu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2010 tal-15 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-permessi ta’ residenza ( 1 )

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 217/2010 tal-15 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 218/2010 tal-15 ta’ Marzu 2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2010

5

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għall-Ftehim bejn Il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà il-Komunità ( ĠU L 199, 31.7.2009 )

8

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

16.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 216/2010

tal-15 ta’ Marzu 2010

li jimplimenta r-Regolament (KE) 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-permessi ta’ residenza

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 (2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiżgura l-kompatibilità tad-dejta statistika mis-sorsi amministrattivi dwar permessi ta’ residenza fl-Istati Membri, u rapporti affidabbli li se jitfasslu fil-livell Komunitarju, id-definizzjoni ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ tal-permessi trid tkun l-istess fl-Istati Membri kollha.

(2)

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 862/2007, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ tal-permessi.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema Statistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza kif previsti fl-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 huma stabbiliti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.


ANNESS

Lista ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ tal-permessi ta’ residenza

1.   Raġunijiet relatati ma’ formazzjoni ta’ familja u rijunifikazzjoni

1.1.   Tingħaqad ma’ ċittadin tal-UE bħala:

1.1.1.

Konjugi/Sieħeb jew Sieħba

1.1.2.

Tifel/Tifla (Minuri/Adulti)

1.1.3.

Membru ieħor tal-familja

1.2.   Tingħaqad ma’ ċittadin mhux tal-UE bħala:

1.2.1.

Konjugi/Sieħeb jew Sieħba

1.2.2.

Tifel/Tifla (Minuri/Adulti)

1.2.3.

Membru ieħor tal-familja

2.   Raġunijiet relatati mal-edukazzjoni u l-istudju

2.1.   Student/a (kif iddefinit fl-Artikolu 2.b tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (1))

2.2.   Raġunijiet oħra relatati mal-edukazzjoni

3.   Raġunijiet relatati ma’ attivitajiet renumerati

3.1.   Ħaddiem bl-ogħla ħiliet

3.2.   Riċerkatur (kif iddefinit fl-Artikolu 2.d tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (2))

3.3.   Ħaddiem staġjonali

3.4.   Attivitajiet renumerati oħra

4.   Raġunijiet oħrajn

4.1.   Status ta’ Protezzjoni internazzjonali

4.2.   Residenza biss

4.3.   Raġunijiet oħrajn


(1)   ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12.

(2)   ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15.


16.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 217/2010

tal-15 ta’ Marzu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

110,1

JO

66,6

MA

91,4

TN

138,2

TR

117,3

ZZ

104,7

0707 00 05

EG

219,6

JO

147,9

MK

134,1

TR

138,5

ZZ

160,0

0709 90 70

MA

194,6

TR

124,9

ZZ

159,8

0709 90 80

EG

32,4

ZZ

32,4

0805 10 20

EG

42,6

IL

54,9

MA

58,0

TN

48,9

TR

61,3

ZZ

53,1

0805 50 10

EG

76,3

IL

76,3

TR

63,9

ZZ

72,2

0808 10 80

AR

96,9

BR

94,1

CA

102,4

CN

70,2

MK

24,7

US

111,9

UY

70,1

ZZ

81,5

0808 20 50

AR

77,8

CL

86,1

CN

73,0

US

95,6

ZA

92,3

ZZ

85,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 218/2010

tal-15 ta’ Marzu 2010

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Marzu 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Marzu 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

36,49

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

16,35

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

16,35

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

36,49


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.3.2010-12.3.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

152,71

108,32

Prezz FOB USA

168,99

158,99

138,99

99,89

Tariffa fuq il-Golf

46,80

11,71

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

24,23  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


Rettifika

16.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/8


Rettifika għall-Ftehim bejn Il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà il-Komunità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 199, tal-31 ta’ Lulju 2009 )

F’paġna 35, Anness I, Artikolu 1(2):

minflok:

“2.   Id-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul u ta’ ħruġ għandha data prevista għal din id-dikjarazzjoni fl-Anness 30a tar- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93”). Id-dikjarazzjoni għandha titlesta skont in-noti ta’ spjegazzjoni li jinsabu fl-imsemmi Anness 30a. Hi għandha tiġi awtentikata mill-persuna li tlestiha.

aqra:

“2.   Id-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul u ta’ ħruġ għandha data prevista għal din id-dikjarazzjoni fl-Anness 30a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) (minn hawn ’il quddiem ‘ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93’). Id-dikjarazzjoni għandha titlesta skont in-noti ta’ spjegazzjoni li jinsabu fl-imsemmi Anness 30a. Hi għandha tiġi awtentikata mill-persuna li tlestiha.

F’paġna 40, Anness II, Artikolu 6, it-tieni inċiż:

minflok:

“—

l-operatur ekonomiku awtorizzat jista’ jiddepożita d-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul jew ta’ ħruġ suġġetti għar-rekwiżiti dwar id-data li trid tiġi indikata, imsemmija fl-Anness 30a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3); madankollu, meta l-operatur ekonomiku awtorizzat ikun trasportatur, kummissarju tat-trasport jew kummissarju tad-dwana, hu ma jibbenefikax minn dawn ir-rekwiżiti mnaqqsa ħlief jekk hu implikat fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-oġġetti f’isem operatur ekonomiku awtorizzat;

aqra:

“—

l-operatur ekonomiku awtorizzat jista’ jiddepożita d-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul jew ta’ ħruġ suġġetti għar-rekwiżiti dwar id-data li trid tiġi indikata, imsemmija fl-Anness 30a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4); madankollu, meta l-operatur ekonomiku awtorizzat ikun trasportatur, kummissarju tat-trasport jew kummissarju tad-dwana, hu ma jibbenefikax minn dawn ir-rekwiżiti mnaqqsa ħlief jekk hu implikat fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-oġġetti f’isem operatur ekonomiku awtorizzat;


(1)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.”;

(2)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008 tas-17 ta' Novembru 2008 (ĠU L 329, 6.12.2008, p. 1).”.

(3)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.”,

(4)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008 tas-17 ta' Novembru 2008 (ĠU L 329, 6.12.2008, p. 1).”.