ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.065.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 65

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
13 ta' Marzu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 210/2010 tal-25 ta’ Frar 2010 li jemenda l-listi tal-proċedimenti ta’ falliment, tal-proċedimenti ta’ stralċ u tal-likwidaturi fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment u li jikkodifika l-Annessi A, B u C għal dak ir-Regolament

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2010 tal-11 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali ( 1 )

16

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 213/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 214/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

25

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/21/UE tat-12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ clothianidin, thiamethoxam, fipronil u imidacloprid ( 1 )

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 210/2010

tal-25 ta’ Frar 2010

li jemenda l-listi tal-proċedimenti ta’ falliment, tal-proċedimenti ta’ stralċ u tal-likwidaturi fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment u li jikkodifika l-Annessi A, B u C għal dak ir-Regolament

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 jelenkaw l-ismijiet mogħtija fil-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri lill-proċedimenti u lil-likwidaturi li għalihom japplika dak ir-Regolament. L-Anness A jelenka l-proċedimenti ta’ falliment imsemmijin fl-Artikolu 2(a) ta’ dak ir-Regolament. L-Anness B jelenka l-proċedimenti ta’ stralċ imsemmijin fl-Artikolu 2(c) ta’ dak ir-Regolament u l-Anness C jelenka l-likwidaturi msemmijin fl-Artikolu 2(b) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta’ Marzu 2009, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, bl-emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A u C għal dak ir-Regolament. Din in-notifika kienet sussegwentement aġġustata mill-Belġju biex ikunu supplimentati l-emendi għal-listi fl-Annessi A u C u biex tiżdied emenda għal-lista mniżżla fl-Anness B.

(3)

Bħala konsegwenza tal-emendi għall-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 wara n-notifika msemmija hawn fuq mill-Belġju u l-aġġustament sussegwenti tagħhom, l-Annessi A, B u C għal dak ir-Regolament għandhom jiġu kodifikati sabiex tiġi provduta ċ-ċertezza legali meħtieġa lill-partijiet kollha involuti fil-proċedimenti ta’ falliment koperti minn dak ir-Regolament.

(4)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 u, bis-saħħa tal-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament, huma għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(6)

L-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandhom għalhekk jiġu emendati u kodifikati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

fl-Anness A, l-ismijiet għall-Belġju huma sostitwiti b’dan li ġej:

“BELGIË/BELGIQUE

Het faillissement/La faillite

De gerechtelijke reorganisatie door een collectief akkoord/La réorganisation judiciaire par accord collectif

De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice

De collectieve schuldenregeling/Le règlement collectif de dettes

De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire

De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire

De voorlopige ontneming van beheer, bepaald in artikel 8 van de faillissementswet/Le dessaisissement provisoire, visé à l’article 8 de la loi sur les faillites”;

(2)

fl-Anness B, l-ismijiet għall-Belġju huma sostitwiti b’dan li ġej:

“BELGIË/BELGIQUE

Het faillissement/La faillite

De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire

De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire

De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice”;

(3)

fl-Anness C, l-ismijiet għall-Belġju huma sostitwiti b’dan li ġej:

“BELGIË/BELGIQUE

De curator/Le curateur

De gedelegeerd rechter/Le juge-délégué

De gerechtsmandataris/Le mandataire de justice

De schuldbemiddelaar/Le médiateur de dettes

De vereffenaar/Le liquidateur

De voorlopige bewindvoerder/L’administrateur provisoire”.

Artikolu 2

L-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 kif emendati skont l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament huma b’dan kodifikati u sostitwiti bit-testi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PÉREZ RUBALCABA


(1)  ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS A

Proċedimenti ta’ falliment imsemmijin fl-Artikolu 2(a)

BELGIË/BELGIQUE

Het faillissement/La faillite

De gerechtelijke reorganisatie door een collectief akkoord/La réorganisation judiciaire par accord collectif

De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice

De collectieve schuldenregeling/Le règlement collectif de dettes

De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire

De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire

De voorlopige ontneming van beheer, bepaald in artikel 8 van de faillissementswet/Le dessaisissement provisoire, visé à l’article 8 de la loi sur les faillites

БЪЛГАРИЯ

Производство по несъстоятелност

ČESKÁ REPUBLIKA

Konkurs

Reorganizace

Oddlužení

DEUTSCHLAND

Das Konkursverfahren

Das gerichtliche Vergleichsverfahren

Das Gesamtvollstreckungsverfahren

Das Insolvenzverfahren

EESTI

Pankrotimenetlus

ΕΛΛΑΣ

Η πτώχευση

Η ειδική εκκαθάριση

Η προσωρινή διαχείριση εταιρείας. Η διοίκηση και διαχείριση των πιστωτών

Η υπαγωγή επιχείρησης υπό επίτροπο με σκοπό τη σύναψη συμβιβασμού με τους πιστωτές

ESPAÑA

Concurso

FRANCE

Sauvegarde

Redressement judiciaire

Liquidation judiciaire

IRELAND

Compulsory winding-up by the court

Bankruptcy

The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent

Winding-up in bankruptcy of partnerships

Creditors’ voluntary winding-up (with confirmation of a court)

Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution

Company examinership

ITALIA

Fallimento

Concordato preventivo

Liquidazione coatta amministrativa

Amministrazione straordinaria

ΚΥΠΡΟΣ

Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο

Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος

Εκούσια εκκαθάριση από μέλη

Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου

Πτώχευση κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος

Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα

LATVIJA

Tiesiskās aizsardzības process

Sanācija juridiskās personas maksātnespējas procesā

Izlīgums juridiskās personas maksātnespējas procesā

Izlīgums fiziskās personas maksātnespējas procesā

Bankrota procedūra juridiskās personas maksātnespējas procesā

Bankrota procedūra fiziskās personas maksātnespējas procesā

LIETUVA

Įmonės restruktūrizavimo byla

Įmonės bankroto byla

Įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka

LUXEMBOURG

Faillite

Gestion contrôlée

Concordat préventif de faillite (par abandon d’actif)

Régime spécial de liquidation du notariat

MAGYARORSZÁG

Csődeljárás

Felszámolási eljárás

MALTA

Xoljiment

Amministrazzjoni

Stralċ volontarju mill-membri jew mill-kredituri

Stralċ mill-Qorti

Falliment f’każ ta’ negozjant

NEDERLAND

Het faillissement

De surséance van betaling

De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

Das Konkursverfahren

Das Ausgleichsverfahren

POLSKA

Postępowanie upadłościowe

Postępowanie układowe

Upadłość obejmująca likwidację

Upadłość z możliwością zawarcia układu

PORTUGAL

Processo de insolvência

Processo de falência

Processos especiais de recuperação de empresa, ou seja:

Concordata

Reconstituição empresarial

Reestruturação financeira

Gestão controlada

ROMÂNIA

Procedura insolvenței

Reorganizarea judiciară

Procedura falimentului

SLOVENIJA

Stečajni postopek

Skrajšani stečajni postopek

Postopek prisilne poravnave

Prisilna poravnava v stečaju

SLOVENSKO

Konkurzné konanie

Reštrukturalizačné konanie

SUOMI/FINLAND

Konkurssi/konkurs

Yrityssaneeraus/företagssanering

SVERIGE

Konkurs

Företagsrekonstruktion

UNITED KINGDOM

Winding-up by or subject to the supervision of the court

Creditors’ voluntary winding-up (with confirmation by the court)

Administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court

Voluntary arrangements under insolvency legislation

Bankruptcy or sequestration”.


ANNESS II

“ANNESS B

Proċedimenti ta’ stralċ imsemmijin fl-Artikolu 2(c)

BELGIË/BELGIQUE

Het faillissement/La faillite

De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire

De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire

De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice

БЪЛГАРИЯ

Производство по несъстоятелност

ČESKÁ REPUBLIKA

Konkurs

DEUTSCHLAND

Das Konkursverfahren

Das Gesamtvollstreckungsverfahren

Das Insolvenzverfahren

EESTI

Pankrotimenetlus

ΕΛΛΑΣ

Η πτώχευση

Η ειδική εκκαθάριση

ESPAÑA

Concurso

FRANCE

Liquidation judiciaire

IRELAND

Compulsory winding-up

Bankruptcy

The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent

Winding-up in bankruptcy of partnerships

Creditors’ voluntary winding-up (with confirmation of a court)

Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution

ITALIA

Fallimento

Concordato preventivo con cessione dei beni

Liquidazione coatta amministrativa

Amministrazione straordinaria con programma di cessione dei complessi aziendali

Amministrazione straordinaria con programma di ristrutturazione di cui sia parte integrante un concordato con cessione dei beni

ΚΥΠΡΟΣ

Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο

Εκκαθάριση με την εποπτεία του

Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές (με την επικύρωση του Δικαστηρίου)

Πτώχευση

Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα

LATVIJA

Bankrota procedūra juridiskās personas maksātnespējas procesā

Bankrota procedūra fiziskās personas maksātnespējas procesā

LIETUVA

Įmonės bankroto byla

Įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka

LUXEMBOURG

Faillite

Régime spécial de liquidation du notariat

MAGYARORSZÁG

Felszámolási eljárás

MALTA

Stralċ volontarju

Stralċ mill-Qorti

Falliment inkluż il-ħruġ ta’ mandat ta’ qbid mill-Kuratur f’każ ta’ negozjant fallut

NEDERLAND

Het faillissement

De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

Das Konkursverfahren

POLSKA

Postępowanie upadłościowe

Upadłość obejmująca likwidację

PORTUGAL

Processo de insolvência

Processo de falência

ROMÂNIA

Procedura falimentului

SLOVENIJA

Stečajni postopek

Skrajšani stečajni postopek

SLOVENSKO

Konkurzné konanie

SUOMI/FINLAND

Konkurssi/konkurs

SVERIGE

Konkurs

UNITED KINGDOM

Winding-up by or subject to the supervision of the court

Winding-up through administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court

Creditors’ voluntary winding-up (with confirmation by the court)

Bankruptcy or sequestration”.


ANNESS III

“ANNESS C

Likwidaturi msemmijin fl-Artikolu 2(b)

BELGIË/BELGIQUE

De curator/Le curateur

De gedelegeerd rechter/Le juge-délégué

De gerechtsmandataris/Le mandataire de justice

De schuldbemiddelaar/Le médiateur de dettes

De vereffenaar/Le liquidateur

De voorlopige bewindvoerder/L’administrateur provisoire

БЪЛГАРИЯ

Назначен предварително временен синдик

Временен синдик

(Постоянен) синдик

Служебен синдик

ČESKÁ REPUBLIKA

Insolvenční správce

Předběžný insolvenční správce

Oddělený insolvenční správce

Zvláštní insolvenční správce

Zástupce insolvenčního správce

DEUTSCHLAND

Konkursverwalter

Vergleichsverwalter

Sachwalter (nach der Vergleichsordnung)

Verwalter

Insolvenzverwalter

Sachwalter (nach der Insolvenzordnung)

Treuhänder

Vorläufiger Insolvenzverwalter

EESTI

Pankrotihaldur

Ajutine pankrotihaldur

Usaldusisik

ΕΛΛΑΣ

Ο σύνδικος

Ο προσωρινός διαχειριστής. Η διοικούσα επιτροπή των πιστωτών

Ο ειδικός εκκαθαριστής

Ο επίτροπος

ESPAÑA

Administradores concursales

FRANCE

Mandataire judiciaire

Liquidateur

Administrateur judiciaire

Commissaire à l’exécution du plan

IRELAND

Liquidator

Official Assignee

Trustee in bankruptcy

Provisional Liquidator

Examiner

ITALIA

Curatore

Commissario giudiziale

Commissario straordinario

Commissario liquidatore

Liquidatore giudiziale

ΚΥΠΡΟΣ

Εκκαθαριστής και Προσωρινός Εκκαθαριστής

Επίσημος Παραλήπτης

Διαχειριστής της Πτώχευσης

Εξεταστής

LATVIJA

Maksātnespējas procesa administrators

LIETUVA

Bankrutuojančių įmonių administratorius

Restruktūrizuojamų įmonių administratorius

LUXEMBOURG

Le curateur

Le commissaire

Le liquidateur

Le conseil de gérance de la section d’assainissement du notariat

MAGYARORSZÁG

Vagyonfelügyelő

Felszámoló

MALTA

Amministratur Provviżorju

Riċevitur Uffiċjali

Stralċjarju

Manager Speċjali

Kuraturi f’każ ta’ proċeduri ta’ falliment

NEDERLAND

De curator in het faillissement

De bewindvoerder in de surséance van betaling

De bewindvoerder in de schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

Masseverwalter

Ausgleichsverwalter

Sachwalter

Treuhänder

Besondere Verwalter

Konkursgericht

POLSKA

Syndyk

Nadzorca sądowy

Zarządca

PORTUGAL

Administrador da insolvência

Gestor judicial

Liquidatário judicial

Comissão de credores

ROMÂNIA

Practician în insolvență

Administrator judiciar

Lichidator

SLOVENIJA

Upravitelj prisilne poravnave

Stečajni upravitelj

Sodišče, pristojno za postopek prisilne poravnave

Sodišče, pristojno za stečajni postopek

SLOVENSKO

Predbežný správca

Správca

SUOMI/FINLAND

Pesänhoitaja/boförvaltare

Selvittäjä/utredare

SVERIGE

Förvaltare

Rekonstruktör

UNITED KINGDOM

Liquidator

Supervisor of a voluntary arrangement

Administrator

Official Receiver

Trustee

Provisional Liquidator

Judicial factor”.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 211/2010

tal-11 ta’ Marzu 2010

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) (a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti prodotti li fihom in-nikotina u huma maħsuba sabiex jgħinu lil min ipejjep sabiex jieqaf mit-tipjip ġew klassifikati minn awtoritajiet differenti tad-dwana tal-Istati Membri taħt l-intestaturi 2106, 3004 jew 3824 tan-Nomenklatura Magħquda (NM), stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3565/88 tas-16 ta’ Novembru 1988 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda (2) kklassifika ċ-chewing gum li jikkonsisti f’nikotina marbuta ma’ reżinu ta’ skambju f’jone sabiex tissimula t-togħma tad-duħħan tat-tabakk meta l-użu huwa ssuġġerit għal persuni li jixtiequ jieqfu mit-tipjip bħala “preparazzjonijiet tal-ikel”’ tas-subintestatura 2106 90 tan-NM. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fid-digriet tagħha tad-19 ta’ Jannar 2005 (3) ddeċidiet li ċerti faxex tan-nikotina maħsuba sabiex jgħinu lil dawk li jużawhom sabiex jieqfu mit-tipjip għandhom jiġu kklassifikati bħala “medikamenti” tal-intestatura 3004 tan-NM.

(3)

Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fir-rigward tal-prodotti maħsuba biex jgħinu lil min ipejjep sabiex jieqaf mit-tipjip, huwa meħtieġ li tiġi miżjuda nota 2 addizzjonali għall-Kapitolu 30 tan-NM.

(4)

Prodotti maħsuba sabiex jgħinu lil min ipejjep sabiex jieqaf mit-tipjip, bħal pilloli, chewing gum jew preparazzjonijiet oħra, ma jippermettux li tiġi rilaxxata b’mod gradwali u kontinwu n-nikotina matul il-ġurnata kollha u ma jistgħux jitqiesu bħala li għandhom karatteristiċi profilattiċi u terapewtiċi. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stipulat fin-nota addizzjonali li l-Kapitolu 30 dwar il-prodotti Farmaċewtiċi ma jkoprix prodotti, bħall-pilloli, chewing gum jew preparazzjonijiet oħra, maħsuba sabiex jgħinu lil dawk li jpejpu biex jieqfu mit-tipjip li jaqgħu taħt l-intestatura 2106 jew 3824, bl-esklużjoni tal-faxex tan-nikotina.

(5)

Il-faxex tan-nikotina għandhom karatteristiċi profilattiċi u terapewtiċi minħabba l-applikazzjoni tagħhom direttament fuq il-ġilda li jippermetti rilaxx gradwali u kontinwu tan-nikotina matul il-jum. Fid-dawl tal-karatteristiċi profilattiċi u terapewtiċi tagħhom, il-faxex tan-nikotina huma kklassifikati fil-Kapitolu 30 u għalhekk għandhom jiġu esklużi min-nota addizzjonali.

(6)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni sal-iskadenza stabbilita miċ-Ċermen,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-Tieni Parti, it-Taqsima VI, il-Kapitolu 30 tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, għandha tiddaħħal in-Nota Addizjonali 2:

“2.

Dan il-Kapitolu ma jkoprix prodotti, bħal pilloli, chewing gum jew preparazzjonijiet oħra, maħsuba sabiex jgħinu lil dawk li jpejpu biex jieqfu mit-tipjip li jaqgħu taħt l-intestatura 2106 jew 3824, bl-esklużjoni tal-faxex tan-nikotina.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 17.11.1988, p. 25.

(3)  Digriet tad-19 ta’ Jannar 2005, Kawża C-206/03: Kummissarji tad-Dwana u s-Sisa vs SmithKline Beecham, Ġabra [2005] p. I-415.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 212/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 15(5) u 63(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3) jistipula regoli li jikkonċernaw il-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali f’punti ta’ dħul fit-territorji elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. B’mod partikolari, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jelenka għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li jrid ikun suġġett għal livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali.

(2)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li fih miżuri tranżitorji jeħtieġ li jiġi emendat ħalli t-terminoloġija użata fih tkun konsistenti ma’ dik użata fl-Artikolu 8(1)(b) ta’ dak ir-Regolament, sabiex jiġu evitati kwalunkwe diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 19 tiegħu.

(3)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, għadd ta’ Stati Membri informaw lill-Kummissjoni bil-bżonn ta’ definizzjonijiet iktar preċiżi għal ċerti kodiċijiet NM użati fil-Parti A tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dawk id-definizzjonijiet, kif ukoll il-bżonn għal kjarifiki tekniċi li jridu jiġu pprovduti f’ċerti noti ta’ qiegħ il-paġna f’dak l-Anness.

(4)

Il-Kummissjoni ġiet informata wkoll bil-bżonn li tiġi inkluża lista speċifika ta’ residwi ta’ pestiċidi bħala perikli fil-ħxejjex, friski, imkessħin jew iffriżati (ikel), fil-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni n-notifiki tas-Sistema ta’ Twissija Rapida dwar l-Ikel u l-Għalf li waslu matul l-aħħar tliet snin.

(5)

Fl-interess taċ-ċarezza, hemm bżonn ta’ iktar kjarifiki tekniċi b’referenza għan-Noti biex iservu ta’ gwida għad-dokument komuni tad-dħul stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat b’dan il-mod.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu japplika mill-25 ta’ Jannar 2010. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll minn dakinhar.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Miżuri tranżitorji

1.   Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jekk punt tad-dħul magħżul ma jkunx mgħammar bil-faċilitajiet meħtieġa biex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità, kif stipulat fl-Artikolu 8(1)(b), dawn il-kontrolli jistgħu jsiru f’punt ta’ kontroll ieħor fl-istess Stat Membru, li jkun awtorizzat għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti, qabel ma l-merkanzija tiġi ddikjarata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera, sakemm dan il-punt ta’ kontroll jissodisfa r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikolu 4.

2.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, permezz ta’ pubblikazzjoni elettronika fuq il-websajt tagħhom, lista tal-punti ta’ kontroll awtorizzati skont il-paragrafu 1.”

(2)

L-Annessi huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-25 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija sostitwita b’dan li ġej:

“(A)   Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u Ikel

(l-użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Pajjiż ta’ origini

Riskju

Frekwenza ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità

(%)

Ġwież tal-art (karawett) u prodotti dderivati (għalf u ikel)

1202 10 90 ; 1202 20 00 ; 2008 11

L-Arġentina

Aflatossini

10

Ġwież tal-art (karawett) u prodotti dderivati (għalf u ikel)

1202 10 90 ; 1202 20 00 ; 2008 11

Il-Brażil

Aflatossini

50

Oligoelementi (għalf u ikel) (2)

2817 00 00 ; 2820 ; 2821 ; 2825 50 00 ; 2833 25 00 ; 2833 29 20 ; 2833 29 80 ; 2836 99

Iċ-Ċina

Kadmju u ċomb

50

Ġwież tal-art (karawett) u prodotti dderivati (għalf u ikel), b’mod partikolari l-butir tal-karawett (ikel)

1202 10 90 ; 1202 20 00 ; 2008 11

Il-Gana

Aflatossini

50

Ħwawar (ikel)

Capsicum spp (il-frott niexef tiegħu, sħiħ jew mitħun, inkluż il-bżar aħmar jaħraq, it-trab tiegħu, il-kajenn u l-paprika)

Myristica fragrans (in-noċemuskata)

Zingiber officinale (il-ġinġer)

Curcuma longa (iż-żagħfran tal-Indja)

0904 20 ; 0908 10 00 ; 0908 20 00 ; 0910 10 00 ; 0910 30 00

L-Indja

Aflatossini

50

Ġwież tal-art (karawett) u prodotti dderivati (għalf u ikel)

1202 10 90 ; 1202 20 00 ; 2008 11

L-Indja

Aflatossini

10

Żerriegħa tal-bettieħ (egusi) u prodotti dderivati (3) (ikel)

ex 1207 99

In-Niġerja

Aflatossini

50

Frott tad-dielja mnixxef (ikel)

0806 20

L-Użbekistan

Okratossina A

50

Bżar aħmar jaħraq, il-prodotti tiegħu, żagħfran tal-Indja u żejt tal-palm (ikel)

0904 20 90 ; 0910 91 05 ; 0910 30 00 ; ex 1511 10 90

Il-pajjiżi terzi kollha

Żebgħat tas-Sudan

20

Ġwież tal-art (karawett) u prodotti dderivati (għalf u ikel)

1202 10 90 ; 1202 20 00 ; 2008 11

Il-Vjetnam

Aflatossini

10

Ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem (ikel)

ex 1006 30

Il-Pakistan

Aflatossini

50

Ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem (ikel)

ex 1006 30

L-Indja

Aflatossini

10

Mangu, fażola twila jarda (Vigna sesquipedalis), bettieħ morr (Momordica charantia), Lawki (Lagenaria siceraria), bżar u brunġiel (ikel)

ex 0804 50 00 ; 0708 20 00 ; 0807 11 00 ; ex 0709 90 90 ; 0709 60 ; 0709 30 00

Ir-Repubblika Domenikana

Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (*)

50

Banana

0803 00 19

Ir-Repubblika Domenikana

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (*)

10

Ħxejjex, friski, imkesħin jew iffriżati (bżar, qarabagħli żgħir u tadam)

0709 60 ; 0709 90 70 ; 0702 00 00

It-Turkija

Pestiċidi: methomyl u oxamyl

10

Lanġas

0808 20 10 ; 0808 20 50

It-Turkija

Pestiċidi: amitraz

10

Ħxejjex, friski, imkesħin jew iffriżati (ikel)

fażola twila jarda (Vigna sesquipedalis)

brunġiel

ħxejjex brassika

0708 20 00 ; 0709 30 00 ; 0704 ;

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati b’metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singoli (**)

50

(b)

Fil-Parti B, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

‘iż-żejt tal-palm’, ifisser iż-żejt tal-palm aħmar li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 1511 10 90, maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem;”

(2)

Fl-Anness II, in-Noti biex iservu ta’ gwida għad-DKD huma sostitwiti b’dan li ġej:

Noti biex iservu ta’ gwida għad-DKD

Ġenerali

:

Imla d-dokument komuni tad-dħul b’ittri kbar. In-noti jidhru ħdejn in-numru tal-kaxxa rilevanti.

Parti I

Din il-Parti trid timtela mill-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

Kaxxa I.1.

Il-konsenjatur: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna naturali jew ġuridika (operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel) li qed jibgħat il-konsenja. Huwa rakkomandat li jingħata tagħrif dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz elettroniku.

Kaxxa I.2.

Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti tal-punt tad-dħul magħżul (PDM).

Kaxxa I.3.

Id-destinatarju: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna naturali jew ġuridika (operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel) li l-konsenja hija indirizzata lilha. Huwa rakkomandat li jingħata tagħrif dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.4.

Il-persuna responsabbli għall-konsenja: il-persuna (l-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentant tiegħu jew il-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni f’ismu) li tkun inkarigata mill-konsenja meta din tiġi ppreżentata fil-PDM u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet neċessarji lill-awtorità kompetenti fil-PDM f’isem l-importatur. Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrakkomandat li jingħata tagħrif dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.5.

Il-pajjiż tal-oriġini: dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn oriġina l-prodott, tkabbar, inħasad jew ġie prodott.

Kaxxa I.6.

Il-pajjiż minn fejn intbagħtet il-konsenja: dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn ġiet mgħobbija l-konsenja fuq il-mezz tat-trasport għall-aħħar parti tal-vjaġġ lejn l-Unjoni.

Kaxxa I.7.

L-importatur: l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrakkomandat li jingħata tagħrif dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.8.

Id-destinazzjoni: indirizz tal-konsenja fl-Unjoni. Huwa rrakkomandat li jingħata tagħrif dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.9.

Wasla fil-PDM: daħħal id-data ta’ meta hu mistenni li tasal il-konsenja fil-PDM.

Kaxxa I.10.

Id-dokumenti: daħħal id-data ta’ meta nħarġu d-dokumenti u n-numru ta’ dokumenti uffiċjali li ntbagħtu mal-konsenja, skont il-każ.

Kaxxa I.11.

Agħti d-dettalji kollha tal-mezz tat-trasport għall-wasla tal-konsenja: għall-mezzi tat-trasport bl-ajru, agħti n-numru tat-titjira; għall-bastimenti, l-isem tal-vapur; għall-vetturi tat-triq, in-numru tar-reġistrazzjoni, u, jekk ikun il-każ, in-numru tat-trejler; għall-ferroviji, l-identità tal-ferrovija u n-numru tal-vagun.

Referenzi dokumentali: in-numru tal-polza tal-ajru, il-polza tat-tagħbija jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq.

Kaxxa I.12.

Deskrizzjoni tal-prodott: agħti deskrizzjoni dettaljata tal-prodott (inkluż għall-għalf, it-tip ta’ għalf).

Kaxxa I.13.

Kodiċi tal-Merkanzija jew il-kodiċi SA tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.

Kaxxa I.14.

Piż gross: il-piż totali f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa globali tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom, imma mingħajr il-kontenituri għat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport.

Piż nett: il-piż tal-prodott innifsu f’kg, mingħajr l-imballaġġ. Dan huwa ddefinit bħala l-massa tal-prodotti nfushom mingħajr kontenituri immedjati jew kwalunkwe imballaġġ.

Kaxxa I.15.

In-numru ta’ pakketti.

Kaxxa I.16.

It-temperatura: immarka l-kaxxa li turi t-temperatura adegwata tat-trasport/tal-ħażna.

Kaxxa I.17.

Tip ta’ pakketti: identifika t-tip ta’ imballaġġ tal-prodotti.

Kaxxa I.18.

Prodott maħsub għal: immarka l-kaxxa rilevanti skont jekk il-prodott huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem mingħajr ma jiġi kklassifikat jew ikun ittrattat b’xi mod fiżiku ieħor minn qabel (f’dan il-każ immarka ‘konsum uman’), jew jekk huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem wara trattament bħal dan (f’dan il-każ immarka ‘aktar ipproċessar’), jew jekk huwiex maħsub għal użu bħala għalf (f’dan il-każ immarka ‘għalf’).

Kaxxa I.19.

Niżżel in-numri kollha ta’ identifikazzjoni tas-siġilli u tal-kontejners fejn meħtieġ.

Kaxxa I.20.

Trasferiment lejn punt ta’ kontroll: Matul il-perjodu tranżitorju stipulat fl-Artikolu 19(1), il-PDM għandu jimmarka din il-kaxxa biex jippermetti li l-konsenja tkun ittrasportata lejn punt ta’ kontroll ieħor.

Kaxxa I.21.

Mhux applikabbli.

Kaxxa I.22.

Għall-importazzjoni: din il-kaxxa għandha tiġi mmarkata jekk il-konsenja hija maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (Artikolu 8).

Kaxxa I.23.

Mhux applikabbli.

Kaxxa I.24.

Immarka l-mezz ta’ trasport adegwat.

Parti II

Din il-Parti trid timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa II.1.

Uża l-istess numru ta’ referenza li jidher fil-Kaxxa I.2.

Kaxxa II.2.

Għall-użu tas-servizzi tad-dwana, jekk ikun meħtieġ.

Kaxxa II.3.

Verifikal tad-dokumenti: trid timtela għall-konsenji kollha.

Kaxxa II.4.

L-awtorità kompetenti tal-PDM għandha tindika jekk il-konsenja ntgħażlitx għall-kontrolli fiżiċi, li matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1) jistgħu jsiru f’punt ta’ kontroll differenti.

Kaxxa II.5.

L-awtorità kompetenti tal-PDM għandha tindika, matul il-perjodu tranżitorju stipulat fl-Artikolu 19(1), wara verifika sodisfaċenti tad-dokumenti, lejn liema punt ta’ kontroll tista’ tiġi ttrasportata l-konsenja sabiex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità.

Kaxxa II.6.

Indika biċ-ċar l-azzjoni li trid tittieħed f’każ fejn il-konsenja tkun irrifjutata minħabba riżultat mhux sodisfaċenti tal-verifiki tad-dokumenti. L-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ ‘Dispaċċ mill-ġdid’, ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ jew ‘Użu għal skop ieħor’ irid jiddaħħal fil-Kaxxa II.7.

Kaxxa II.7.

Agħti kif xieraq in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-vapur u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn hemm bżonn ta’ aktar kontrolli tal-konsenja pereżempju għall-Kaxxa II.6, ‘Dispaċċ mill-ġdid’, ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ jew ‘Użu għal skop ieħor’.

Kaxxa II.8.

Agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDM hawnhekk.

Kaxxa II.9.

Firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDM.

Kaxxa II.10.

Mhux applikabbli.

Kaxxa II.11.

L-awtorità kompetenti tal-PDM jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandu jindika r-riżultati tal-kontrolli tal-identità hawnhekk.

Kaxxa II.12.

L-awtorità kompetenti tal-PDM jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandu jindika r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi hawnhekk.

Kaxxa II.13.

L-awtorità kompetenti tal-PDM jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandu jindika r-riżultati tat-test tal-laboratorju hawnhekk. Imla f’din il-kaxxa l-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li għalih sar it-test tal-laboratorju.

Kaxxa II.14.

Din il-kaxxa trid tintuża għall-konsenji kollha li jridu jiġu rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera fi ħdan l-Unjoni.

Kaxxa II.15.

Mhux applikabbli.

Kaxxa II.16.

Indika biċ-ċar l-azzjoni li trid tittieħed f’każ fejn il-konsenja tkun irrifjutata minħabba riżultat mhux sodisfaċenti tal-kontrolli fiżiċi jew tal-identità. L-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ ‘Dispaċċ mill-ġdid’, ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ jew ‘Użu għal skop ieħor’ irid jiddaħħal fil-Kaxxa II.18.

Kaxxa II.17.

Ir-raġuni għar-rifjut: uża, kif xieraq, biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. Immarka l-kaxxa xierqa.

Kaxxa II.18.

Agħti, kif xieraq, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-vapur u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn hemm bżonn ta’ aktar kontrolli tal-konsenja, pereżempju, għall-Kaxxa II.16, ‘Dispaċċ mill-ġdid’, ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ jew ‘Użu għal skop ieħor’.

Kaxxa II.19.

Imla din il-kaxxa meta jkun inkiser is-siġill oriġinali mqiegħed fuq konsenja mal-ftuħ tal-kontejner. Trid tinżamm lista konsolidata tas-siġilli kollha li ntużaw għal dan l-iskop.

Kaxxa II.20.

Agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDM hawnhekk jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.

Kaxxa II.21.

Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDM jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.

Parti III

Din il-Parti trid timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa III.1.

Dettalji dwar dispaċċ mill-ġdid: l-awtorità kompetenti tal-PDM jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika l-mezz tat-trasport li ntuża, id-dettalji tal-identifikazzjoni tagħha, il-pajjiż ta’ destinazzjoni u d-data tad-dispaċċ mill-ġdid malli jsiru magħrufa.

Kaxxa III.2.

Is-segwitu: indika l-Unità tal-Awtorità Kompetenti Lokali responsabbli, kif xieraq, għas-sorveljanza f’każ ta’ ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ jew ‘Użu għal skop ieħor’ tal-konsenja. Dik l-awtorità għandha tirrapporta r-riżultat tal-wasla tal-konsenja u l-korrispondenza tal-konsenja f’din il-kaxxa.

Kaxxa III.3.

Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDM jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-uffiċjal responsabbli għall-punt tal-kontroll, f’każ ta’ ‘Dispaċċ mill-ġdid’. Firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti lokali f’każ ta’ ‘Qerda’, ‘Trasformazzjoni’ jew ‘Użu għal skop ieħor’.”


(*)  B’mod partikolari residwi ta’: Amitraz, Acephate, Aldicarb, Benomyl, Carbendazim, Chlorfenapyr, Chlorpyrifos, CS2 (Dithiocarbamates), Diafenthiuron, Diazinon, Dichlorvos, Dicofol, Dimethoate, Endosulfan, Fenamidone, Imidacloprid, Malathion, Methamidophos, Methiocarb, Methomyl, Monocrotophos, Omethoate, Oxamyl, Profenofos, Propiconazole, Thiabendazol, u Thiacloprid.

(**)  B’mod partikolari residwi ta’: Acephate, Carbaryl, Carbendazim, Carbofuran, Chlorpyriphos, Chlorpyriphos-ethyl, Dimethoate, Ethion, Malathion, Metalaxyl, Methamidophos, Methomyl, Monocrotophos, Omethoate, Prophenophos, Prothiophos, Quinalphos, Triadimefon, Triazophos, Dicrotophos, EPN, u Triforine.

(1)  Fejn huwa meħtieġ li jkunu eżaminati ċerti prodotti biss li jaqgħu taħt xi kodiċi NM u ma teżisti l-ebda subdiviżjoni taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM huwa mmarkat ‘ex’ (pereżempju ex 1006 30: ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).

(2)  L-oligoelementi msemmijin f’din il-partita huma l-oligoelementi li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ oligoelementi msemmijin fil-punt 3(b) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(3)  Il-livelli massimi stabbiliti għall-aflatossini fil-ġwież tal-art u l-prodotti dderivati minnhom elenkati fil-punti 2.1.1 u 2.1.3 tat-Taqsima 2 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5) għandhom ikunu l-punti ta’ referenza għall-azzjoni.”


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 213/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

174,7

JO

65,0

MA

105,2

TN

144,6

TR

112,5

ZZ

120,4

0707 00 05

EG

219,6

JO

147,9

MK

134,1

TR

140,2

ZZ

160,5

0709 90 70

JO

80,1

MA

193,9

TR

117,2

ZZ

130,4

0709 90 80

EG

32,4

ZZ

32,4

0805 10 20

CL

52,4

EG

43,5

IL

53,8

MA

54,2

TN

45,7

TR

60,2

ZZ

51,6

0805 50 10

EG

76,3

IL

76,3

TR

62,1

ZZ

71,6

0808 10 80

AR

96,9

BR

94,1

CA

102,4

CN

72,5

MK

24,7

US

108,9

UY

70,1

ZZ

81,4

0808 20 50

AR

86,7

CL

86,1

CN

39,2

US

95,6

ZA

93,4

ZZ

80,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 214/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 209/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 63, 12.3.2010, p. 5.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-13 ta’ Marzu 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

35,54

0,62

1701 11 90  (1)

35,54

4,24

1701 12 10  (1)

35,54

0,49

1701 12 90  (1)

35,54

3,95

1701 91 00  (2)

39,49

5,62

1701 99 10  (2)

39,49

2,49

1701 99 90  (2)

39,49

2,49

1702 90 95  (3)

0,39

0,29


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/27


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/21/UE

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ clothianidin, thiamethoxam, fipronil u imidacloprid

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Is-sustanzi attivi clothianidin, thiamethoxam, fipronil u imidacloprid ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE permezz tad-Direttivi tal-Kummissjoni 2006/41/KE (2), 2007/6/KE (3), 2007/52/KE (4) u 2008/116/KE (5) rispettivament.

(2)

Rilaxxi aċċidentali ta’ dawk is-sustanzi attivi li dan l-aħħar ġew irrappurtati minn bosta Stati Membri rriżultaw f’telf sostanzjali ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel. B’konsegwenza ta’ dan, l-Istati Membri kkonċernati ħadu miżuri temporanji ta’ prekawzjoni biex jissospendu temporanjament it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi.

(3)

Clothianidin, thiamethoxam, u imidacloprid jistgħu jiġu awtorizzati biss għall-użi bħala insettiċida, inkluż l-użu bħala trattament taż-żerriegħa. Minkejja dan, fipronil, jista’ jiġi awtorizzat biss għal użi bħala insettiċida għall-użu bħala trattament taż-żerriegħa. L-aċċidenti rappurtati mill-Istati Membri jikkonċernaw l-użu mhux xieraq ta’ dawk is-sustanzi attivi biex jittrattaw iż-żrieragħ.

(4)

Biex jiġu evitati aċċidenti futuri, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet addizzjonali, inklużi miżuri xierqa ta’ tnaqqis tar-riskji għal clothianidin, thiamethoxam, fipronil u imidacloprid.

(5)

Id-Direttiva 91/414/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżura prevista f’din id-Direttiva hija skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2010 l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 3

Skont id-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom clothianidin, thiamethoxam, fipronil u imidacloprid bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Ottubru 2010.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 8.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 43, 15.2.2007, p. 13.

(4)  ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3.

(5)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 86.


ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif ġej:

1.

Fir-ringiela 123 relatata ma’ clothianidin, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi”, il-Parti A tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala insettiċida.

Għall-protezzjoni ta’ organiżmi mhux fil-mira, b’mod partikolari naħal tal-għasel, għall-użu bħala trattament taż-żerriegħa:

il-kisi taż-żerriegħa għandu jsir biss f’faċilitajiet professjonali għat-trattament taż-żerriegħa. Dawk il-faċilitajiet għandhom japplikaw l-aqwa metodi disponibbli biex jiżguraw li r-rilaxx ta’ trab ikun minimizzat waqt l-applikazzjoni għaż-żerriegħa, il-ħażna u t-trasport;

għandu jintuża tagħmir xieraq tal-ħrit u ż-żrigħ biex jiżgura livell għoli ta’ inkorporazzjoni fil-ħamrija, jimminimizza li ż-żerriegħa tinżera’ ‘l barra minn fejn ippjanat u jimminimizza l-emissjoni tat-trab.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

it-tikketta taż-żerriegħa trattata tinkludi l-indikazzjoni li ż-żrieragħ ġew trattati bil-clothianidin u li hija stipulata fil-miżuri tat-tnaqqis tar-riskji previsti fl-awtorizzazzjoni;

il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, b’mod partikolari għall-applikazzjonijiet ta’ raxx, jinkludu fejn xierqa, miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji għall-protezzjoni tan-naħal tal-għasel;

jingħataw bidu programmi ta’ monitoraġġ biex jivverifikaw l-espożizzjoni reali tan-naħal tal-għasel għall-clothianidin f’inħawi użati b’mod estensiv min-naħal għat-tfittxija tal-ikel jew minn min irabbi n-naħal, fejn u kif ikun xieraq.”

2.

Fir-ringiela 142 relatata ma’ thiamethoxam, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi”, il-Parti A tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala insettiċida.

Għall-protezzjoni ta’ organiżmi mhux fil-mira, b’mod partikolari naħal tal-għasel, għall-użu bħala trattament taż-żerriegħa:

il-kisi taż-żerriegħa għandu jsir biss f’faċilitajiet professjonali għat-trattament taż-żerriegħa. Dawk il-faċilitajiet għandhom japplikaw l-aqwa metodi disponibbli biex jiżguraw li r-rilaxx ta’ trab ikun minimizzat waqt l-applikazzjoni għaż-żerriegħa, il-ħażna u t-trasport;

għandu jintuża tagħmir xieraq tal-ħrit u ż-żrigħ biex jiżgura livell għoli ta’ inkorporazzjoni fil-ħamrija, jimminimizza li ż-żerriegħa tinżera’ ‘l barra minn fejn ippjanat u jimminimizza l-emissjoni tat-trab.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

it-tikketta taż-żerriegħa trattata tinkludi l-indikazzjoni li ż-żrieragħ ġew trattati bil-clothianidin u li hija stipulata fil-miżuri tat-tnaqqis tar-riskji previsti fl-awtorizzazzjoni;

il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, partikolarment għall-applikazzjonijiet ta’ raxx, jinkludu fejn xierqa, miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji għall-protezzjoni tan-naħal tal-għasel;

jingħataw bidu programmi ta’ monitoraġġ biex jivverifikaw l-espożizzjoni reali tan-naħal tal-għasel għall-thiamethoxam f’inħawi użati b’mod estensiv min-naħal għat-tfittxija tal-ikel jew minn min irabbi n-naħal, fejn u kif ikun xieraq.”

3.

Fir-ringiela 163 relatata ma’ fipronil, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi”, il-Parti A tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala insettiċida għall-użu bħala trattament taż-żerriegħa.

Għall-protezzjoni ta’ organiżmi li mhumiex fil-mira, partikolarment in-naħal tal-għasel:

il-kisi taż-żerriegħa għandu jsir biss f’faċilitajiet professjonali għat-trattament taż-żerriegħa. Dawk il-faċilitajiet għandhom japplikaw l-aqwa metodi disponibbli biex jiżguraw li r-rilaxx ta’ trab ikun minimizzat waqt l-applikazzjoni għaż-żerriegħa, il-ħażna u t-trasport;

għandu jintuża tagħmir xieraq tal-ħrit u ż-żrigħ biex jiżgura livell għoli ta’ inkorporazzjoni fil-ħamrija, jimminimizza li ż-żerriegħa tinżera’ ‘l barra minn fejn ippjanat u jimminimizza l-emissjoni tat-trab.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

it-tikketta taż-żerriegħa trattata tinkludi l-indikazzjoni li ż-żrieragħ ġew trattati bil-fipronil u li hija stipulata fil-miżuri tat-tnaqqis tar-riskji previsti fl-awtorizzazzjoni;

jingħataw bidu programmi ta’ monitoraġġ biex jivverifikaw l-espożizzjoni reali tan-naħal tal-għasel għall-fipronil f’inħawi użati b’mod estensiv min-naħal għat-tfittxija tal-ikel jew minn min irabbi n-naħal, fejn u kif ikun xieraq.”

4.

Fir-ringiela 163 relatata ma’ fipronil, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi”, il-Parti B titħassar is-sentenza li ġejja:

“—

l-użu ta’ tagħmir adegwat li jassigura grad għoli ta’ inkorporazzjoni fil-ħamrija u tixrid mill-inqas waqt l-applikazzjoni.”

5.

Fir-ringiela 222 relatata ma’ imidacloprid, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi”, il-Parti A tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala insettiċida.

Għall-protezzjoni ta’ organiżmi mhux fil-mira, b’mod partikolari naħal tal-għasel u għasafar, għall-użu bħala trattament taż-żerriegħa:

il-kisi taż-żerriegħa għandu jsir biss f’faċilitajiet professjonali għat-trattament taż-żerriegħa. Dawk il-faċilitajiet iridu japplikaw l-aqwa metodi disponibbli biex jiżguraw li r-rilaxx ta’ trab ikun minimizzat waqt l-applikazzjoni għaż-żerriegħa, il-ħażna u t-trasport;

għandu jintuża tagħmir xieraq tal-ħrit u ż-żrigħ biex jiżgura livell għoli ta’ inkorporazzjoni fil-ħamrija, jimminimizza li ż-żerriegħa tinżera’ ‘l barra minn fejn ippjanat u jimminimizza l-emissjoni tat-trab.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

it-tikketta taż-żerriegħa trattata tinkludi l-indikazzjoni li ż-żrieragħ ġew trattati bl-imidacloprid u li hija stipulata fil-miżuri tat-tnaqqis tar-riskji previsti fl-awtorizzazzjoni;

il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, partikolarment għall-applikazzjonijiet ta’ raxx, jinkludu fejn xierqa, miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju għall-protezzjoni tan-naħal tal-għasel;

jingħatw bidu programmi ta’ monitoraġġ biex jivverifikaw l-espożizzjoni reali tan-naħal tal-għasel għall-imidacloprid f’inħawi użati b’mod estensiv min-naħal għat-tfittxija tal-ikel jew minn min irabbi n-naħal, fejn u kif ikun xieraq.”

6.

Fir-ringiela 222 relatata ma’ imidacloprid, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi”, il-Parti B titħassar is-sentenza li ġejja:

“—

għall-protezzjoni tan-naħal tal-għasel, b’mod partikolari għal applikazzjonijiet tal-isprej u għandhom jassiguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskji.”